2010R1124 — MT — 01.01.2011 — 000.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1124/2010

tad-29 ta' Novembru 2010

li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2011 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku

(ĠU L 318, 4.12.2010, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1256/2011 tat-30 ta’ Novembru 2011

  L 320

3

3.12.2011




▼B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1124/2010

tad-29 ta' Novembru 2010

li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2011 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku



IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat, il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta miżuri dwar l-istabbiliment u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd ( 1 ) jitlob li għandhom jiġu stabbiliti miżuri li jirregolaw l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u l-insegwiment sostenibbli ta' attivitajiet ta' sajd waqt li jittieħed kont tal-parir xjentifiku disponibbli u, b’mod partikolari, ir-rapport imfassal mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF).

(3)

Hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jadotta miżuri dwar l-istabbiliment u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd skont l-attività jew l-attivitajiet tas-sajd, inkluż ċerti kondizzjonijiet li huma funzjonalment marbutin magħhom, kif adatt. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu distribwiti bejn l-Istati Membri b’tali mod li jiġi żgurat li kull Stat Membru jkollu stabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd għal kull stokk jew attività tas-sajd u bil-konsiderazzjoni dovuta għall-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

(4)

Il-qabdiet totali permissibbli (TACs) għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, billi jittieħed kont tal-aspetti bijoloġiċi u soċjo-ekonomiċi filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinjonijiet espressi matul il-konsultazzjoni tal-partijiet interessati, b’mod partikolari fil-laqgħat tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sajd u l-Akwakultura u l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali kkonċernati.

(5)

Għal stokkijiet li huma soġġetti għal pjanijiet multiannwali speċifiċi, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mar-regoli stabbiliti f’dawn il-pjanijiet. Konsegwentement, il-limiti tal-qbid u l-limiti tal-isforz tas-sajd għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mar-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta' Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u l-attivitajiet tas-sajd li jisfruttaw dawk l-istokkijiet ( 2 ).

(6)

L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti f’dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd ( 3 ) u b’mod partikolai l-Artikoli 33 u 34 tiegħu dwar ir-rappurtar tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd u n-notifika tad-data dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd rispettivament. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu speċifikati l-kodiċijiet li għandhom jintużaw mill-Istati Membri meta jibagħtu data lill-Kummissjoni relatata mal-iżbarki ta' stokkijiet soġġett għal dan ir-Regolament.

(7)

Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti ( 4 ), huwa meħtieġ li jiġu identifikati l-istokkijiet li huma soġġetti għad-diversi miżuri msemmijin fih.

(8)

Sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, huwa importanti li dawn l-attivitajiet tas-sajd jinfetħu fl-1 ta' Jannar 2011,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



KAPITOLU 1

KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut fil-Baħar Baltiku.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għal bastimenti tal-UE li joperaw fil-Baħar Baltiku.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) iż-żoni tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) huma ż-żoni ġeografiċi speċifikati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound ( 5 );

(b) “Baħar Baltiku” tfisser is-Suddiviżjonijiet tal-ICES 22 sa 32;

(c) “Bastiment tal-UE” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar bandiera ta' Stat Membru u li jkun irreġistrat fl-Unjoni;

(d) “qabda totali permissibli (TAC)” tfisser il-kwantità li tista’ tittieħed minn kull stokk kull sena;

(e) “kwota” tfisser proporzjon mit-TAC li tkun allokata lill-Unjoni, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz;

(f) “jum nieqes mill-port” tfisser kwalunkwe perijodu kontinwu ta' 24 siegħa jew parti minnu li fih il-bastiment ikun nieqes mill-port.



KAPITOLU II

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD

Artikolu 4

TACs u allokazzjonijiet

It-TACs, l-allokazzjoni ta' tali TACs lill-Istati Membri, u l-kondizzjonijiet li huma funzjonalment marbutin magħhom, fejn adatt, jinsabu fl-Anness I.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet

1.  L-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri kif stabbilit f’dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:

(a) skambji magħmulin f’konformità mal-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;

(b) riallokazzjonjiet magħmulin f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

(c) ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(d) kwantitajiet miżmuma f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(e) tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 37, 105, 106 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

2.  Għajr fejn speċifikat mod ieħor fl-Anness I għal dan ir-Regolament, l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għandu japplika għal stokkijiet li huma soġġetti għal TAC prekawzjonali u l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament għal stokkijiet soġġetti għal TAC analitiku.

Artikolu 6

Kondizzjonijiet għall-ħatt l-art tal-qabdiet u tal-qabdiet inċidentali

Ħut minn stokkijiet li għalihom huma stabbiliti l-limiti tal-qbid għandhom jinżammu abbord jew jinħattu l-art biss jekk:

(a) il-qabdiet ttieħdu minn bastimenti ta' Stat Membru li għandu kwota u dik il-kwota ma ġietx eżawrita; jew

(b) il-qabdiet jikkonsistu f’sehem fi kwota tal-Unjoni li ma ġietx allokata permezz ta' kwota bejn l-Istati Membri, u dik il-kwota tal-Unjoni ma ġietx eżawrita.

Artikolu 7

Limiti tal-isforz tas-sajd

1.  Il-limiti tal-isforz tas-sajd huma mniżżlin fl-Anness II.

2.  Il-limiti msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw ukoll għas-Suddiviżjonijiet tal-ICES 27 u 28.2 sakemm il-Kummissjoni tkun għadha ma ħaditx deċiżjoni skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 biex teskludi dawk is-Suddiviżjonijiet mir-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 8(1) (b), (3), (4) u (5) u l-Artikolu 13 ta' dak ir-Regolament.

3.  Il-limiti msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għas-Suddiviżjoni tal-ICES 28.1 sakemm il-Kummissjoni ma ħaditx deċiżjoni skont l-Artikolu 29(4) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 li r-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 8(1) (b), (3), (4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 għandhom japplikaw għal dik is-Suddiviżjoni.



KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 8

Trasmissjoni tad-data

Meta, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu data lill-Kummissjoni dwar il-ħatt l-art ta' kwantitajiet ta' stokkijiet maqbuda, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet imniżżlin fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

TACS APPLIKABBLI GĦALL-BASTIMENTI TAL-UE F’ŻONI FEJN JEŻISTU TACS SKONT L-ISPEĊI U Ż-ŻONA

It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti (f’tunnellati ta’ piż ħaj, ħlief fejn speċifikat mod ieħor) skont l-istokk, u l-kondizzjonijiet funzjonalment marbutin magħhom, fejn adatt.

Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għaż-żoni tal-ICES, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

F’kull żona, l-istokkijiet tal-ħut huma msemmijin skont l-ordni alfabetika tal-ismijiet tal-ispeċijiet bil-Latin. It-tabella li ġejja ta’ ekwivalenzi ta’ ismijiet bil-Latin u ismijiet komuni tidher hawn taħt għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:



Isem xjentifiku

Kodiċi Alpha-3

Isem komuni

Clupea harengus

HER

Aringi

Gadus morhua

COD

Merluzz

Pleuronectes platessa

PLE

Barbun tat-tbajja’

Salmo salar

SAL

Salamun tal-Atlantiku

Sprattus sprattus

SPR

Laċċa kaħla



Speċi: Aringi

Clupea harengus

Żona: Suddiviżjonijiet 30-31

HER/3D30.; HER/3D31.

Finlandja

85 568

TAC analitiku

Svezja

18 801

UE

104 369

TAC

104 369



Speċi: Aringi

Clupea harengus

Żona: Suddiviżjonijiet 22-24

HER/3B23.; HER/3C22.; HER/3D24.

Danimarka

2 227

TAC analitikuL-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Ġermanja

8 763

Finlandja

1

Polonja

2 067

Svezja

2 826

UE

15 884

TAC

15 884



Speċi: Aringi

Clupea harengus

Żona: Ilmijiet tal-UE tas-Suddiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32

HER/3D25.; HER/3D26.; HER/3D27.;HER/3D28.; HER/3D29.; HER/3D32.

Danimarka

2 363

TAC analitikuL-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Ġermanja

627

Estonja

12 068

Finlandja

23 557

Latvja

2 978

Litwanja

3 136

Polonja

26 763

Svezja

35 928

UE

107 420

TAC

Mhux rilevanti



Speċi: Aringi

Clupea harengus

Żona: Suddiviżjoni 28.1

HER/03D.RG

Estonja

16 809

TAC analitiku

Latvja

19 591

UE

36 400

TAC

36 400



Speċi: Merluzz

Gadus morhua

Żona: Ilmijiet tal-UE tas-Suddiviżjonijiet 25-32

COD/3D25.; COD/3D26.; COD/3D27.;COD/3D28.; COD/3D29.; COD/3D30.;COD/3D31.; COD/3D32.

Danimarka

13 544

TAC analitiku

Ġermanja

5 388

Estonja

1 320

Finlandja

1 036

Latvja

5 036

Litwanja

3 318

Polonja

15 595

Svezja

13 721

UE

58 957

TAC

Mhux rilevanti



Speċi: Merluzz

Gadus morhua

Żona: Ilmijiet tal-UE tas-Suddiviżjonijiet 22-24

COD/3B23.; COD/3C22.; COD/3D24.

Danimarka

8 206

TAC analitikuL-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Ġermanja

4 012

Estonja

182

Finlandja

161

Latvja

679

Litwanja

440

Polonja

2 196

Svezja

2 924

UE

18 800

TAC

18 800



Speċi: Barbun tat-tbajja’

Pleuronectes platessa

Żona: Ilmijiet tal-UE tas-Suddiviżjonijiet 22-32

PLE/3B23.; PLE/3C22.; PLE/3D24.; PLE/3D25.;PLE/3D26.; PLE/3D27.; PLE/3D28.; PLE/3D29.;PLE/3D30.; PLE/3D31.; PLE/3D32.

Danimarka

2 179

TAC prekawzjonaliL-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Ġermanja

242

Polonja

456

Svezja

164

UE

3 041

TAC

3 041



Speċi: Salamun tal-Atlantiku

Salmo salar

Żona: Ilmijiet tal-UE tas-Suddiviżjonijiet 22-31

SAL/3B23.; SAL/3C22.; SAL/3D24.; SAL/3D25.;SAL/3D26.; SAL/3D27.; SAL/3D28.; SAL/3D29.;SAL/3D30.; SAL/3D31.

Danimarka

51 829 (1)

TAC analitikuL-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Ġermanja

5 767 (1)

Estonja

5 267 (1)

Finlandja

64 627 (1)

Latvja

32 965 (1)

Litwanja

3 875 (1)

Polonja

15 723 (1)

Svezja

70 056 (1)

UE

250 109 (1)

TAC

Mhux rilevanti

(1)   Espress skont l-għadd ta’ ħut individwali.



Speċi: Salamun tal-Atlantiku

Salmo salar

Żona: Ilmijiet tal-UE tas-Suddiviżjoni 32

SAL/3D32.

Estonja

1 581 (1)

TAC analitikuL-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Finlandja

13 838 (1)

UE

15 419 (1)

TAC

Mhux rilevanti

(1)   Espress skont l-għadd ta’ ħut individwali.



Speċi: Laċċa kaħla

Sprattus sprattus

Żona: Ilmijiet tal-UE tas-Suddiviżjonijiet 22-32

SPR/3B23.; SPR/3C22.; SPR/3D24.; SPR/3D25.;SPR/3D26.; SPR/3D27.; SPR/3D28.; SPR/3D29.;SPR/3D30.; SPR/3D31.; SPR/3D32.

Danimarka

28 485

TAC analitikuL-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Ġermanja

18 046

Estonja

33 077

Finlandja

14 911

Latvja

39 949

Litwanja

14 451

Polonja

84 780

Svezja

55 067

UE

288 766

TAC

Mhux rilevanti

▼M1




ANNESS II

LIMITI TAL-ISFORZ TAS-SAJD

1. L-Istati Membri għandhom jallokaw id-dritt lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom u li jistadu bi xbieki tat-tkarkir, bit-tartaruni Daniżi jew irkaptu simili b'malji ta’ 90 mm jew ikbar, bl-għeżula, bi xbieki tat-tħabbil jew bil-pariti li għandhom malji ta’ 90 mm jew akbar, b'konzijiet tal-qiegħ, konzijiet ħlief konzijiet mitluqa, xolfa tal-idejn u rkaptu tat-trejjix li jkunu sa:

(a) 163 jum neqsin mill-port fis-Suddiviżjonijiet tal-ICES 22-24, bl-eċċezzjoni tal-perijodu mill-1 sat-30 ta’ April meta japplika l-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007, u

(b) 160 jum neqsin mill-port fis-Suddiviżjonijiet tal-ICES 25-28, bl-eċċezzjoni tal-perijodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Awwissu meta japplika l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007.

2. In-numru massimu ta’ jiem nieqes mill-port kull sena li fihom bastiment jista' jkun preżenti fiż-żewġ żoni msemmija fil-punt 1(a) u (b) u jistad bl-irkaptu speċifikati fil-punt 1 ma jistax ikun ogħla min-numru massimu ta’ jiem nieqes mill-port allokati għal waħda minn dawn iż-żewġ żoni.

3. B'deroga mill-punt 1 sa 2, u fejn il-ġestjoni effiċjenti tal-opportunitajiet tas-sajd hekk teħtieġ, Stat Membru jista' jalloka d-dritt lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu ta’ sajd għal numru ta’ jiem addizzjonali neqsin mill-port fejn ammont ugwali ta’ jiem neqsin mill-port jitneħħa minn bastimenti oħra li jtajru l-bandiera tiegħu li jkunu soġġetti għal restrizzjoni tal-isforz fl-istess żona u fejn il-kapaċità, f'termini ta’ kW, ta’ kull bastiment donatur tkun daqs jew akbar minn dik tal-bastimenti riċeventi. In-numru ta’ bastimenti riċeventi ma jistax jeċċedi l-10 % tan-numru totali ta’ bastimenti tal-Istat Membru kkonċernat, kif indikat fil-punt 1.



( 1 ) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

( 2 ) ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1.

( 3 ) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

( 4 ) ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.

( 5 ) ĠU L 175M, 29.6.2006, p. 337.