02010R0904 — MT — 01.07.2021 — 004.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268 12.10.2010, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 |
L 158 |
1 |
10.6.2013 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/2454 tal-5 ta' Diċembru 2017 |
L 348 |
1 |
29.12.2017 |
|
|
Emendat bi: REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/1541 tat-2 ta' Ottubru 2018 |
L 259 |
1 |
16.10.2018 |
|
|
Emendat bi: REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2020/1108 tal-20 ta’ Lulju 2020 |
L 244 |
1 |
29.7.2020 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/1541 tat-2 ta' Ottubru 2018 |
L 259 |
1 |
16.10.2018 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/1909 tal-4 ta' Diċembru 2018 |
L 311 |
1 |
7.12.2018 |
|
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 904/2010
tas-7 ta’ Ottubru 2010
dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud
(tfassil mill-ġdid)
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Għal dan il-għan, huwa jistabbilixxi regoli u proċeduri biex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biex jikkoperaw u jiskambjaw bejniethom kwalunkwe informazzjoni li tista’ tgħin biex issir valutazzjoni korretta tal-VAT, biex jikkontrollaw l-applikazzjoni korretta tal-VAT, b’mod partikolari fil-każ ta’ tranżazzjonijiet intra-Komunitarji, u biex tiġi miġġielda l-frodi fil-konfront tal-VAT. B’mod partikolari, jiddefinixxi r-regoli u l-proċeduri li jippermettu lill-Istati Membri jiġbru u jiskambjaw tali informazzjoni b’mezzi elettroniċi.
Artikolu 2
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“uffiċċju ċentrali ta’ kollegament” tfisser l-uffiċċju li nħatar skont l-Artikolu 4(1) bir-responsabbiltà prinċipali għal kuntatti mal-Istati Membri l-oħra fil-qasam tal-kooperazzjoni amministrattiva;
“dipartiment ta’ kollegament” tfisser kwalunkwe uffiċċju għajr l-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament li nħatar bħala tali mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 4(2) biex l-informazzjoni tiġi skambjata direttament fuq il-bażi ta’ dan ir-Regolament;
“uffiċjal kompetenti” tfisser kwalunkwe uffiċjal li jista’ jiskambja informazzjoni direttament fuq il-bażi ta’ dan ir-Regolament li għaliha ġie awtorizzat skont l-Artikolu 4(3);
“awtorità rikjedenti” tfisser l-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament, dipartiment ta’ kollegament jew kwalunkwe uffiċjal kompetenti ta’ Stat Membru li jagħmel talba għall-għajnuna f’isem l-awtorità kompetenti;
“awtorità rikjesta” tfisser l-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament, dipartiment ta’ kollegament jew kwalunkwe uffiċjal kompetenti ta’ Stat Membru li jirċievi talba għall-għajnuna f’isem l-awtorità kompetenti;
“transazzjonijiet intra-Komunitarji”, tfisser il-provvista intra-Komunitarja ta’ oġġetti jew ta’ servizzi;
“provvista intra-Komunitarja ta’ oġġetti” tfisser kwalunkwe provvista ta’ oġġetti li għandha tiġi ddikjarata fid-dikjarazzjoni rikapitolattiva prevista fl-Artikolu 262 tad-Direttiva 2006/112/KE;
“provvista intra-Komunitarja ta’ servizzi” tfisser kwalunkwe provvista ta’ oġġetti li għandha tiġi ddikjarata fid-dikjarazzjoni rikapitolattiva prevista fl-Artikolu 262 tad-Direttiva 2006/112/KE;
“akkwist intra-Komunitarju ta’ oġġetti” tfisser l-akkwist tad-dritt skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2006/112/KE li tiddisponi bħala sid ta’ proprjetà tanġibbli mobbli;
“numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT” tfisser in-numru previst fl-Artikoli 214, 215 u 216 tad-Direttiva 2006/112/KE;
“inkjesta amministrattiva” tfisser il-kontrolli, il-verifiki u azzjonijiet oħra kollha meħuda minn Stati Membri fil-qadi ta’ dmirijiethom bil-għan li jiżguraw applikazzjoni korretta tal-leġislazzjoni tal-VAT;
“skambju awtomatiku” tfisser il-komunikazzjoni sistematika ta’ informazzjoni definita minn qabel lil Stat Membru ieħor, mingħajr talba minn qabel;
“skambju spontanju” tfisser il-komunikazzjoni mhux sistemika, fi kwalunkwe ħin u mingħajr talba minn qabel, ta’ informazzjoni lil Stat Membru ieħor;
“persuna” tfisser:
persuna fiżika;
persuna ġuridika;
fejn il-leġislazzjoni fis-seħħ tipprevedi hekk, assoċjazzjoni ta’ persuni rikonoxxuti bħala li għandhom il-kapaċità li jwettqu atti ġuridiċi iżda li m’għandhomx l-istatus ġuridiku ta’ persuna ġuridika; jew
kwalunkwe arranġament ġuridiku ieħor ta’ kwalunkwe natura u forma, li għandu personalità ġuridika jew le, u li jwettaq tranżazzjonijiet li huma soġġetti għall-VAT
“aċċess awtomatizzat” tfisser il-possibbiltà ta’ aċċess mingħajr dewmien għal sistema elettronika biex tiġi kkonsultata ċerta informazzjoni li tinsab fiha;
“b’mezzi elettroniċi” tfisser l-użu ta’ tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluża l-kompressjoni diġitali) u l-ħażna ta’ informazzjoni, u l-utilizzazzjoni ta’ wajers, xandir bir-radju, teknoloġiji ottiċi jew mezzi oħra elettromanjetiċi;
“netwerk CCN/CSI” tfisser il-pjattaforma komuni bbażata fuq in-netwerk komuni ta’ komunikazzjoni (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “CCN”) u l-interface komuni tas-sistema (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “CSI”), żviluppata mill-Unjoni biex tiżgura t-trażmissjonijiet kollha b’mezzi elettroniċi bejn awtoritajiet kompetenzi fiż-żona ta’ dwana u taxxa;
“kontroll simultanju” tfisser il-kontrolli koordinati tas-sitwazzjoni fiskali ta’ persuna taxxabbli waħda jew ta’ diversi minnhom li jkunu kollegati bejniethom, organizzat minn tal-anqas żewġ Stati Membri parteċipanti, li jkollhom interessi komuni jew komplementari.
Artikolu 3
L-awtoritajiet kompetenti huma l-awtoritajiet li f’isimhom għandu jkun applikat dan ir-Regolament, jew direttament jew permezz ta’ delega.
Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Diċembru 2010, bl-awtorità kompetenti tiegħu għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għandu jinforma sussegwentement lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe tibdil għal dan.
Il-Kroazja għandha tinforma lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Lulju 2013 dwar l-awtorità kompetenti tagħha għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u dwar il-bidliet sussegwenti msemmija fit-tieni paragrafu.
Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-Istati Membri lista tal-awtoritajiet kompetenti kollha u tippubblika din l-informazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Artikolu 5
Meta dipartiment ta’ kollegament jew uffiċjal kompetenti jibgħat jew jirċievi talba jew risposta għal talba għall-għajnuna, għandu jinforma lill-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament tal-Istat Membru tiegħu skont il-kondizzjonijiet stabbiliti minn dan tal-aħħar.
Artikolu 6
Meta dipartiment ta’ kollegament jew uffiċjal kompetenti jirċievi talba għall-għajnuna li teħtieġ azzjoni barra t-territorju jew iż-żona operattiva tiegħu, huwa għandu jgħaddi din it-talba mingħajr dewmien lill-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament tal-Istat Membru tiegħu u jinforma lill-awtorità rikjedenti b’dan. F’dan il-każ, il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 10 għandu jibda mill-ġurnata ta’ wara li t-talba għall-għajnuna ġiet mgħoddija lill-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament.
KAPITOLU II
SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI FUQ TALBA
SEZZJONI 1
Talba għal informazzjoni u għal inkjesti amministrattivi
Artikolu 7
▼M3 M5 —————
Minkejja l-ewwel subparagrafu, inkjesta dwar l-ammonti ddikjarati jew dawk li jenħtieġu li ġew iddikjarati minn persuna taxxabbli stabbilita fl-Istat Membru tal-awtorità rikjesta, b'rabta ma' provvisti ta' merkanzija jew servizzi li jkunu saru minn din il-persuna taxxabbli u li jkunu taxxabbli fl-Istat Membru tal-awtorità rikjedenti, tista' tiġi rifjutata biss għal xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
għar-raġunijiet previsti fl-Artikolu 54(1), ivvalutati mill-awtorità rikjesta skont id-dikjarazzjoni tal-aħjar prattiki dwar l-interazzjoni ta' dan il-paragrafu u l-Artikolu 54(1), li għandha tiġi adottata skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 58(2);
għar-raġunijiet previsti fl-Artikolu 54(2), (3) u (4);
għar-raġunijiet li l-awtorità rikjesta tkun diġà pprovdiet lill-awtorità rikjedenti bl-informazzjoni dwar l-istess persuna taxxabbli, bħala riżultat ta' inkjesta amministrattiva mwettqa inqas minn sentejn qabel.
Meta l-awtorità rikjesta tirrifjuta inkjesta amministrattiva msemmija fit-tieni subparagrafu għar-raġunijiet stabbiliti fil-punt (a) jew (b), hija għandha xorta waħda tipprovdi lill-awtorità rikjedenti bid-dati u bl-ammonti ta' kull provvista rilevanti magħmula mill-persuna taxxabbli fl-Istat Membru tal-awtorità rikjedenti matul l-aħħar sentejn.
Jekk l-Istat Membru rikjest ikun jeħtieġ hekk, l-uffiċjali awtorizzati mill-awtoritajiet rikjedenti għandhom jieħdu sehem fl-inkjesta amministrattiva. Tali inkjesta amministrattiva għandha titwettaq b'mod konġunt u għandha titwettaq taħt id-direzzjoni u skont il-leġislazzjoni tal-Istat Membru rikjest. L-uffiċjali tal-awtoritajiet rikjedenti għandu jkollhom aċċess għall-istess postijiet u dokumenti bħall-uffiċjali tal-awtorità rikjesta u, sa fejn ikun permess skont il-leġislazzjoni tal-Istat Membru rikjest għall-uffiċjali tiegħu, ikunu jistgħu jagħmlu intervista ma' persuni taxxabbli. Is-setgħat ta' spezzjoni tal-uffiċjali tal-awtoritajiet rikjedenti għandhom jiġu eżerċitati għall-fini unika li titwettaq l-inkjesta amministrattiva.
Fejn l-Istat Membru rikjest ma jkunx ħtieġ uffiċjali mill-Istati Membri rikjedenti, l-uffiċjali minn kwalunkwe Stat Membru rikjedenti għandhom ikunu jistgħu jkunu preżenti waqt l-inkjesta amministrattiva u jeżerċitaw is-setgħat previsti fl-Artikolu 28(2), sa fejn ikunu ssodisfati l-kondizzjonijiet taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru rikjest. Fi kwalunkwe każ, l-uffiċjali minn dawk l-Istati Membri rikjedenti għandhom ikunu jistgħu jkunu preżenti għal konsultazzjoni.
Fejn l-uffiċjali mill-Istati Membri rikjedenti jkollhom jipparteċipaw jew ikollhom ikunu preżenti, l-inkjesta amministrattiva għandha titwettaq biss meta tkun żgurata t-tali parteċipazzjoni jew preżenza għall-finijiet tal-inkjesta amministrattiva.
Artikolu 8
It-talbiet għal informazzjoni u għal inkjesti amministrattivi skont l-Artikolu 7 għandhom, jintbagħtu permezz ta’ formola standard adotatta skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 58(2), ħlief fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 50 jew f’każijiet eċċezzjonali fejn it-talba tinkludi r-raġunijiet li għalihom l-awtorità rikjedenti tikkunsidra li l-formola standard mhijiex adatta.
Artikolu 9
SEZZJONI 2
Limitu ta’ żmien biex tiġi pprovduta informazzjoni
Artikolu 10
L-awtorità rikjesta għandha tipprovdi l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 7 u 9 kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-irċevuta tat-talba.
Madankollu, fejn l-awtorità rikjesta diġà għandha dik l-informazzjoni, il-limitu ta’ żmien għandu jkun imnaqqas għal perijodu massimu ta’ xahar.
Artikolu 11
F’ċerti kategoriji speċjali ta’ każijiet jistgħu jiġu miftiehma limiti ta’ żmien differenti minn dawk previsti fl-Artikolu 10 bejn l-awtoritajiet rikjesti u dawk rikjedenti.
Artikolu 12
Meta l-awtorità rikjesta ma tkunx tista’ tirrispondi għat-talba sal-iskadenza prevista, hija għandha tinforma immedjatament lill-awtorità rikjedenti bil-kitba bir-raġunijiet għall-inkapaċità tagħha li tagħmel dan, u meta hija tikkunsidra meta ser tkun tista’ tirrispondi.
KAPITOLU III
SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI MINGĦAJR TALBA MINN QABEL
Artikolu 13
L-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru għandha, mingħajr talba minn qabel, tibgħat l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 lill-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru ieħor ikkonċernat, fil-każijiet li ġejjin:
fejn it-tassazzjoni titqies li sseħħ fl-Istat Membru tad-destinazzjoni u u l-informazzjoni pprovduta mill-Istat Membru tal-oriġini hija meħtieġa għall-effettività tas-sistema ta’ kontroll tal-Istat Membru tad-destinazzjoni;
fejn Stat Membru għandu raġunijiet biex jemmen li fi Stat Membru ieħor sar jew jista’ jkun li sar ksur tal-leġislazzjoni tal-VAT;
fejn hemm riskju ta’ telf ta’ dħul mit-taxxa fl-Istat Membru l-ieħor.
Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta' atti ta' implimentazzjoni l-formoli standard. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 58(2).
Artikolu 14
Dan li ġej għandu jiġi ddeterminat, skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 58(2):
il-kategoriji eżatti tal-informazzjoni li hija soġġetta għal skambju awtomatiku;
il-frekwenza tal-iskambju awtomatiku għal kull kategorija ta’ informazzjoni, u
l-arranġamenti prattiċi għall-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni.
Stat Membru jista’ jastjeni milli jieħu sehem fl-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni rigward kategorija waħda jew aktar meta l-ġbir ta’ informazzjoni għal tali skambju jkun jeħtieġ l-impożizzjoni ta’ obbligi ġodda fuq persuni soġġetti għall-VAT jew ikun jimponi piż amministrattiv sproporzjonat fuq l-Istat Membru.
Ir-riżultati tal-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni għal kull kategorija għandhom jiġu riveduti darba fis-sena mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 58(1), sabiex ikun żgurat li dan it-tip ta’ skambju jseħħ biss fejn dan ikun l-aktar mezz effiċjenti għall-iskambju ta’ informazzjoni.
Artikolu 15
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom, permezz ta’ skambju spontanju, jgħaddu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(1) li ma tkunx ġiet mgħoddija permezz tal-iskambju awtomatiku msemmi fl-Artikolu 14 li tkun taf biha u li jikkunsidraw li tista’ tkun utli lil dawk l-awtoritajiet kompetenti.
KAPITOLU IV
FEEDBACK
Artikolu 16
Fejn awtorità kompetenti tipprovdi informazzjoni skont l-Artikolu 7 jew 15, hija tista’ titlob lill-awtorità kompetenti li tirċievi l-informazzjoni biex tagħti feedback dwarha. Jekk issir tali rikjesta, l-awtorità kompetenti li tirċievi l-informazzjoni għandha, mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar is-segretezza fiskali u l-protezzjoni tad-dejta applikabbli fl-Istat Membru tagħha, tibgħat feedback malajrkemm jista’ jkun, bil-kondizzjoni li dan ma jimponix piż amministrattiv sproporzjonat fuqha. L-arranġamenti prattiċi għandhom jiġu stabbiliti skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 58(2).
KAPITOLU V
ĦAŻNA U SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI SPEĊIFIKA
Artikolu 17
Kull Stat Membru għandu jaħżen f’sistema elettronika l-informazzjoni li ġejja:
l-informazzjoni li hu jiġbor skont il-Kapitolu 6 fit-Titolu XI tad-Direttiva 2006/112/KE;
id-data dwar l-identità, l-attività, l-organizzazzjoni u l-indirizz tal-persuni li lilhom ikun attribwixxa numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT, li tkun inġabret skont l-Artikolu 213 tad-Direttiva 2006/112/KE, kif ukoll id-data meta ġie attribwit dak in-numru;
id-dejta dwar in-numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT li jkun attribwixxa li jkunu saru invalidi, u d-dati li fihom dawk in-numri jkunu saru invalidi;
l-informazzjoni li huwa jiġbor skont l-Artikoli 360, 361, 364, 365, 369c, 369f, 369 g, 369o, 369p, 369s u 369t tad-Direttiva 2006/112/KE;
l-informazzjoni li jiġbor skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 143(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, kif ukoll il-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż tad-destinazzjoni, il-kodiċi tal-prodott, il-munita, l-ammont totali, ir-rata tal-kambju, il-prezz tal-oġġett u l-piż nett;
data dwar in-numri ta' identifikazzjoni tal-VAT imsemmija fl-Artikolu 369q tad-Direttiva 2006/112/KE li tkun ħarġet u, għal kull numru ta' identifikazzjoni tal-VAT maħruġ minn kwalunkwe Stat Membru, il-valur totali ta' importazzjonijiet ta' oġġetti eżentati taħt l-Artikolu 143(1), punt (ca), matul kull xahar.
Artikolu 18
Sabiex l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 17 tkun tista’ tiġi utilizzata fil-proċeduri previsti f’dan ir-Regolament, dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli minn tal-inqas għal ħames snin mit-tmiem tal-ewwel sena kalendarja li fiha jingħata aċċess għall-informazzjoni.
Artikolu 19
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni disponibbli fis-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 17 tinżamm aġġornata u tkun kompluta u eżatta.
Il-kriterji biex jiġi determinat tibdil li mhux rilevanti, essenzjali jew bżonnjuż u li jista’ għaldaqstant ma jsirx, għandhom jiġu determinati skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 58(2).
Artikolu 20
Artikolu 21
Fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(1)(a), minn tal-anqas id-dettalji li ġejjin għandhom ikunu aċċessibbli:
in-numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT maħruġa mill-Istat Membru li qed jirċievi l-informazzjoni;
il-valur totali tal-provvisti intra-Komunitarji kollha ta’ oġġetti u l-valur totali tal-provvisti intra-Komunitarji kollha ta’ servizzi lil persuni li għandhom numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT imsemmija fil-punt (a) mill-operaturi kollha identifikati għall-finijiet tal-VAT fl-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni;
in-numri ta' identifikazzjoni tal-VAT tal-persuni li wettqu l-provvisti ta' merkanzija u servizzi msemmija fil-punt (b) u n-numri ta' identifikazzjoni tal-VAT tal-persuni li ppreżentaw informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 262(2) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar il-persuni li għandhom numru ta' identifikazzjoni tal-VAT msemmi fil-punt (a);
il-valur totali tal-provvisti ta’ oġġetti u servizzi msemmijin fil-punt (b) imwettqa minn kull waħda mill-persuni msemmijin fil-punt (c) għal kull persuna li ġiet attribwita numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT imsemmija fil-punt (a);
il-valur totali tal-provvisti ta' merkanzija u servizzi msemmija fil-punt (b) mingħand kull persuna msemmija fil-punt (c) lil kull persuna li għandha numru ta' identifikazzjoni tal-VAT maħruġ minn Stat Membru ieħor u, għal kull persuna li ppreżentat informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 262(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tagħha u l-informazzjoni li ppreżentat dwar kull persuna li għandha numru ta' identifikazzjoni tal-VAT maħruġ minn Stat Membru ieħor, bil-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-aċċess huwa marbut ma' investigazzjoni dwar suspett ta' frodi jew biex jiġi individwat frodi;
l-aċċess jingħata permezz ta' uffiċjal ta' kollegament tal-Eurofisc, kif imsemmi fl-Artikolu 36(1), li jkollu identifikazzjoni personali tal-utent għas-sistemi elettroniċi li jippermettu l-aċċess għal din l-informazzjoni.
▼M3 M5 —————
Il-valuri msemmija fil-punti (b), (d) u (e) għandhom jingħataw fil-munita tal-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni u għandhom jirriferu għall-perijodi tal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet rikapitolattivi rispettivi ta’ kull persuna taxxabbli taħt l-Artikolu 263 tad-Direttiva 2006/112/KE.
Fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 17(1), id-dettalji li ġejjin għandhom ikunu aċċessibbli:
in-numri ta' identifikazzjoni tal-VAT maħruġa mill-Istat Membru li qed jirċievi l-informazzjoni;
in-numri ta' identifikazzjoni tal-VAT tal-importatur jew tar-rappreżentant tat-taxxa tiegħu li jforni l-merkanzija lill-persuni li għandhom numru ta' identifikazzjoni tal-VAT imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu;
il-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż tad-destinazzjoni, il-kodiċi tal-prodott, l-ammont totali u l-piż nett tal-merkanzija importata segwiti bi provvista intra-Komunitarja ta' merkanzija minn kull persuna msemmija fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu għal kull persuna li għandha numru ta' identifikazzjoni tal-VAT imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu;
il-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż tad-destinazzjoni, il-kodiċi tal-prodott, il-munita, l-ammont totali, ir-rata tal-kambju, il-prezz tal-oġġett u l-piż nett tal-merkanzija importata segwiti bi provvista intra-Komunitarja ta' merkanzija minn kull persuna msemmija fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu għal kull persuna li għandha numru ta' identifikazzjoni tal-VAT maħruġ minn Stat Membru ieħor skont il-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-aċċess huwa marbut ma' investigazzjoni dwar suspett ta' frodi jew biex jiġi individwat frodi;
l-aċċess jingħata permezz ta' uffiċjal ta' kollegament tal-Eurofisc, kif imsemmi fl-Artikolu 36(1), li jkollu identifikazzjoni personali tal-utent għas-sistemi elettroniċi li jippermettu l-aċċess għal din l-informazzjoni.
Il-valuri msemmija fil-punti (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu għandhom jingħataw fil-munita tal-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni u għandhom jirreferu għal kull element ta' merkanzija tad-dikjarazzjoni doganali.
Artikolu 21a
Kull Stat Membru għandu jagħti lill-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor aċċess awtomatizzat għall-informazzjoni li ġejja dwar ir-reġistrazzjonijiet tal-vetturi nazzjonali:
id-data ta' identifikazzjoni dwar il-vetturi;
id-data ta' identifikazzjoni dwar is-sidien u d-detenturi tal-vettura li f'isimhom tkun irreġistrata l-vettura, kif definit fil-liġi tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.
L-aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jingħata skont il-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-aċċess huwa marbut ma' investigazzjoni dwar suspett ta' frodi tal-VAT jew biex jiġi individwat frodi tal-VAT;
l-aċċess jingħata permezz ta' uffiċjal ta' kollegament tal-Eurofisc, kif imsemmi fl-Artikolu 36(1), li jkollu identifikazzjoni personali tal-utent għas-sistemi elettroniċi li jippermettu l-aċċess għal din l-informazzjoni.
Artikolu 22
L-Istati Membri għandhom jimplimentaw proċeduri għall-ivverifikar ta’ din id-dejta kif determinat mir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tagħhom. Il-verifiki għandhom jitwettqu, fil-prinċipju, qabel l-identifikazzjoni għal skopijiet ta’ VAT jew, fejn jitwettqu biss kontrolli preliminari qabel din l-identifikazzjoni, mhux aktar tard minn sitt xhur minn din l-identifikazzjoni.
Artikolu 23
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-numru tal-identifikazzjoni tal-VAT, imsemmi fl-Artikolu 214 tad-Direttiva 2006/112/KE, jidher bħala invalidu fis-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament mill-inqas fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
meta l-persuni identifikati għal skopijiet ta’ VAT ikunu ddikjaraw li l-attività ekonomika tagħhom kif definita fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/112/KE, tkun intemmet jew meta l-amministrazzjoni tat-taxxa kompetenti tqis li jkunu temmew din l-attività. Amministrazzjoni tat-taxxa tista’ tippreżumi b’mod partikolari li persuna tkun temmet attività ekonomika meta, minkejja li tkun meħtieġa tagħmel hekk, dik il-persuna tkun naqset milli tippreżenta denunzji tal-VAT u dikjarazzjonijiet rikapitulattivi għal sena mill-iskandenzi għas-sottomissjonijiet wara t-tmiem tal-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-ewwel formola jew dikjarazzjoni nieqsa. Il-persuna għandu jkollha d-dritt li tagħti prova tal-eżistenza ta’ attività ekonomika b’mezzi oħra;
meta persuni jkunu ddikjaraw dejta falza sabiex jiksbu identifikazzjoni tal-VAT jew ikunu naqsu li jikkomunikaw tibdil fid-dejta tagħhom u, li kieku l-amministrazzjoni tat-taxxa kienet konxja ta’ dan, din tal-aħħar kienet tkun irrifjutat l-identifikazzjoni għal skopijiet ta’ VAT jew irtirat in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT.
Artikolu 24
Fejn, għall-finijiet tal-Artikoli 17 sa 21a, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jiskambjaw informazzjoni b'mezzi elettroniċi, huma għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw il-konformità mal-Artikolu 55.
L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-iżviluppi kollha meħtieġa għas-sistemi tagħhom biex jippermettu l-iskambju ta' dik l-informazzjoni bl-użu tan-netwerk CCN/CSI jew bi kwalunkwe netwerk simili ieħor użat għall-iskambju ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 21a b'mezzi elettroniċi.
KAPITOLU VI
TALBA GĦAL NOTIFIKA AMMINISTRATTIVA
Artikolu 25
L-awtorità rikjesta għandha, fuq talba tal-awtorità rikjedenti u skont ir-regoli rigward in-notifika ta’ atti simili fl-Istat Membru li fih hi stabbilita, tinnotifika lid-destinatarju bl-att u d-deċiżjonijiet kollha li joħorġu mill-awtoritajiet kompetenti u li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-leġislazzjoni tal-VAT fit-territorju tal-Istat Membru li fih hi stabbilita l-awtorità rikjedenti.
Artikolu 26
Talbiet għan-notifika, li jsemmu s-suġġett tal-att jew tad-deċiżjoni li għandhom jiġu nnotifikati, għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz u kull informazzjoni oħra rilevanti biex ikun identifikat id-destinatarju.
Artikolu 27
L-awtorità rikjesta għandha tinforma immedjatament lill-awtorità rikjedenti dwar ir-risposta għat-talba ta’ notifika u, b’mod partikolari, bid-data li fiha d-deċiżjoni jew l-att ġew mgħarrfa lid-destinatarju.
KAPITOLU VII
PREŻENZA F'UFFIĊĊJI AMMINISTRATTIVI U MATUL INKJESTI AMMINISTRATTIVI U INKJESTI AMMINISTRATTIVI MWETTQA B'MOD KONĠUNT
Artikolu 28
Meta huwa permess skont il-leġislazzjoni tal-Istat Membru rikjest, l-uffiċjali tal-Istati Membri rikjedenti għandhom jeżerċitaw l-istess setgħat ta' spezzjoni bħal dawk ikkonferiti fuq uffiċjali tal-Istat Membru rikjest.
Is-setgħat ta' spezzjoni tal-uffiċjali tal-awtoritajiet rikjedenti għandhom jiġu eżerċitati għall-fini unika li titwettaq l-inkjesta amministrattiva.
Bi qbil bejn l-awtoritajiet rikjedenti u l-awtorità rikjesta, u f'konformità mal-arranġamenti stabbiliti mill-awtorità rikjesta, l-awtoritajiet parteċipanti jistgħu jabbozzaw rapport ta' inkjesta komuni.
KAPITOLU VIII
KONTROLLI SIMULTANJI
Artikolu 29
L-Istati Membri jistgħu jaqblu li jwettqu kontrolli simultanji kull meta jqisu li dawn il-kontrolli jkunu aktar effettivi mill-kontrolli magħmula minn Stat Membru wieħed biss.
Artikolu 30
KAPITOLU IX
INFORMAZZJONI DWAR IL-PERSUNI TAXXABBLI
Artikolu 31
▼M2 —————
Artikolu 32
KAPITOLU X
EUROFISC
Artikolu 33
Fil-qafas tal-Eurofisc, l-Istati Membri għandhom:
jistabbilixxu mekkaniżmu multilaterali ta’ twissija bikrija għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT;
iwettqu u jikkoordinaw l-iskambju multilaterali fil-pront u l-ipproċessar u l-analiżi konġunti ta' informazzjoni mmirata dwar frodi transkonfinali fl-oqsma ta' ħidma li fihom topera l-Eurofisc (“l-oqsma ta' ħidma tal-Eurofisc”);
jikkoordinaw il-ħidma tal-uffiċjali ta' kollegament tal-Eurofisc kif imsemmi fl-Artikolu 36(1) tal-Istati Membri parteċipanti li jaġixxu fuq it-twissijiet u l-informazzjoni li jirċievu;
jikkoordinaw l-inkjesti amministrattivi tal-Istati Membri parteċipanti ta' frodi identifikata mill-uffiċjali ta' kollegament tal-Eurofisc kif imsemmi fl-Artikolu 36(1) mingħajr is-setgħa li l-Istati Membri jkunu jeħtieġu jwettqu inkjesti amministrattivi.
Artikolu 34
Artikolu 35
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Eurofisc b'appoġġ tekniku u loġistiku. Il-Kummissjoni ma għandux ikollha aċċess għall-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1, li tista' tiġi skambjata fil-Eurofisc, għajr fiċ-ċirkostanzi previsti fl-Artikolu 55(2).
Artikolu 36
L-uffiċjali ta' kollegament tal-Istati Membri għandhom:
jaqblu dwar l-istabbiliment u t-terminazzjoni tal-oqsma ta' ħidma tal-Eurofisc;
jeżaminaw kull kwistjoni relatata mal-funzjonament operazzjonali tal-Eurofisc;
jivvalutaw, tal-inqas fuq bażi annwali, l-effikaċja u l-effiċjenza tal-operat tal-attivitajiet tal-Eurofisc;
japprovaw ir-rapport annwali, imsemmi fl-Artikolu 37.
Il-koordinaturi tal-oqsma ta' ħidma tal-Eurofisc, għandhom:
jiġbru flimkien l-informazzjoni li jirċievu mill-uffiċjali ta' kollegament parteċipanti tal-Eurofisc kif maqbul mill-parteċipanti fl-oqsma ta' ħidma u jqiegħdu l-informazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tal-uffiċjali ta' kollegament parteċipanti l-oħra tal-Eurofisc; din l-informazzjoni għandha tiġi skambjata b'mezzi elettroniċi;
jiżguraw li l-informazzjoni rċevuta mill-uffiċjali ta' kollegament parteċipanti tal-Eurofisc tiġi pproċessata u analizzata flimkien mal-informazzjoni mmirata rilevanti dwar frodi transkonfinali kkomunikata jew miġbura skont dan ir-Regolament, kif maqbul mill-parteċipanti fl-oqsma ta' ħidma, u jqiegħdu r-riżultat disponibbli għall-uffiċjali ta' kollegament parteċipanti kollha tal-Eurofisc;
jipprovdu feedback lill-uffiċjali ta' kollegament parteċipanti tal-Eurosfisc kollha;
jippreżentaw rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-oqsma ta' ħidma lill-uffiċjali ta' kollegament tal-Istati Membri.
Artikolu 37
Il-president tal-Eurofisc għandu jippreżenta rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-oqsma kollha ta' ħidma lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 58(1).
Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, l-arranġamenti proċedurali fir-rigward tal-Eurofisc. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 58(2).
KAPITOLU XI
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-ISKEMI SPEĊJALI FIL-KAPITOLU 6 TAT-TITOLU XII TAD-DIRETTIVA 2006/112/KE
SEZZJONI 1
Dispożizzjonijiet applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2014
Artikolu 38
Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw fir-rigward tal-iskemi speċjali previsti fil-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE. Id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 358 ta’ dik id-Direttiva għandhom japplikaw ukoll għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu.
Artikolu 39
Artikolu 40
Artikolu 41
Artikolu 42
L-Istati Membri għandhom jinformaw b’mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra dwar in-numri ta’ kontijiet bankarji rilevanti għall-kreditu tal-ħlas skont l-Artikolu 41.
L-Istati Membri għandhom jinformaw mingħajr dewmien b’mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar tibdil fir-rata standard tat-taxxa.
SEZZJONI 2
Dispożizzjonijiet applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2015 sat-30 ta’ Ġunju 2021
Artikolu 43
Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw fir-rigward tal-iskemi speċjali previsti fil-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE.
Artikolu 44
Id-dettalji tekniċi, inkluż messaġġ elettroniku komuni, li bih għandha tiġi trasmessa din l-informazzjoni, għandhom jiġu ddeterminati skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 58(2) ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 45
Artikolu 46
Fir-rigward ta’ pagamenti li għandhom jiġu trasferiti lill-Istat Membru tal-konsum skont l-iskema speċjali prevista fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu l-jedd li, mill-ammonti msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, iżomm:
mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2016 — 30 %;
mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2018 — 15 %;
mill-1 ta’ Jannar 2019 — 0 %.
Artikolu 47
L-Istati Membri għandhom jinformaw b’mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra dwar in-numri ta’ kontijiet bankarji rilevanti għall-kreditu tal-ħlas skont l-Artikolu 46.
L-Istati Membri għandhom jinformaw mingħajr dewmien b’mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar tibdil fir-rata tat-taxxa applikabbli għall-provvista ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni, servizzi tax-xandir u servizzi fornuti elettronikament.
TAQSIMA 3
Dispożizzjonijiet applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2021
Artikolu 47a
Id-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2021.
Artikolu 47b
Artikolu 47c
Artikolu 47d
L-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu jibgħat ukoll l-informazzjoni prevista fil-paragrafi 2 tal-Artikolu 369 g tad-Direttiva 2006/112/KE lill-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru ieħor li minnu ntbagħtu jew kienu ttrasportati l-oġġetti u l-informazzjoni prevista fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 369 g tad-Direttiva 2006/112/KE lill-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru tal-istabbiliment ikkonċernat.
L-Istati Membri li jeżiġu li d-denunzja tal-VAT issir f'munita nazzjonali għajr l-euro, għandhom jikkonvertu l-ammonti f'euro permezz tar-rata tal-kambju valida għall-aħħar ġurnata tal-perijodu tat-taxxa. Il-kambju għandu jsir wara li jkunu ppubblikati mill-Bank Ċentrali Ewropew ir-rati tal-kambju għal dik il-ġurnata, jew, jekk m'hemmx pubblikazzjoni f'dik il-ġurnata, fil-ġurnata ta' pubblikazzjoni li jkun imiss.
Artikolu 47e
L-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu mingħajr dewmien jittrasmetti b'mezzi elettroniċi lill-Istat Membru tal-konsum l-informazzjoni meħtieġa biex kull ħlas jitqabbel ma' denunzja rilevanti tal-VAT.
Artikolu 47f
L-Istati Membri li jeżiġu li l-pagamenti jsiru f'munita nazzjonali għajr l-euro għandhom jikkonvertu l-ammonti f'euro permezz tar-rata ta' kambju valida għall-aħħar data tal-perijodu tat-taxxa. Il-kambju għandu jsir wara li jkunu ppubblikati mill-Bank Ċentrali Ewropew ir-rati tal-kambju għal dik il-ġurnata, jew, jekk m'hemmx pubblikazzjoni f'dik il-ġurnata, fil-ġurnata ta' pubblikazzjoni li jkun imiss.
It-trasferiment għandu jsir mhux aktar tard minn 20 jum wara l-aħħar tax-xahar li fih sar il-ħlas.
Artikolu 47g
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw b'mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn dwar in-numri ta' kontijiet bankarji rilevanti għar-riċezzjoni tal-pagamenti skont l-Artikolu 47f.
L-Istati Membri għandhom mingħajr dewmien jinnotifikaw b'mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar tibdil fir-rati tat-taxxa applikabbli għal provvisti ta' oġġetti u servizzi li għalihom japplikaw l-iskemi speċjali.
Artikolu 47h
Mal-importazzjoni tal-oġġetti li fuqhom għandha tkun iddikjarata l-VAT taħt l-iskema speċjali prevista fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Istati Membri għandhom jagħmlu verifika elettronika tal-validità tan-numru ta' identifikazzjoni individwali tal-VAT allokat skont l-Artikolu 369q ta' dik id-Direttiva u kkomunikat mhux aktar tard mill-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-importazzjoni.
Artikolu 47i
Artikolu 47j
L-ewwel subparagrafu għandu japplika biss fir-rigward ta' inkjesta amministrattiva li tikkonċerna skemi speċjali.
F'każijiet fejn jintlaħaq qbil fuq il-bżonn li ssir inkjesta amministrattiva, l-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu jgħarraf lill-Istati Membri l-oħrajn.
Dan m'għandux jipprekludi lill-Istati Membri milli jieħdu kwalunkwe azzjoni skont il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom.
Artikolu 47k
L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-Kummissjoni tieħu informazzjoni direttament minn messaġġi ġġenerati mis-sistema kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 53 għal finijiet ta' statistika u dijanjostiċi aggregati skont il-punti (d) u (e) tal-Artikolu 17(1). Din l-informazzjoni ma għandhiex tinkludi data rigward il-persuni taxxabbli individwali.
Artikolu 47l
Għall-iskop tal-applikazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-miżuri li ġejjin skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 58(2):
id-dettalji tekniċi, inkluż messaġġ elettroniku komuni, għall-għoti tal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 47b(1), 47c(1), u 47d(1), u l-formola standard kif imsemmija fl-Artikolu 47i(3);
id-dettalji tekniċi, inkluż messaġġ elettroniku komuni, għall-għoti tal-informazzjoni msemmija fl- Artikoli 47b(2) u (3), 47c(2) u (3), 47d(2), 47e, 47f(2), 47i(1), (2) u (4) u 47j(1), (2) u (3) kif ukoll il-mezzi tekniċi għat-trasmissjoni ta' din l-informazzjoni;
id-dettalji tekniċi għat-trasmissjoni bejn l-Istati Membri tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 47 g;
id-dettalji tekniċi li jikkonċernaw il-verifika tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 47h mill-Istat Membru tal-importazzjoni;
l-informazzjoni ta' statistika u dijanjostika aggregata li trid tittieħed mill-Kummissjoni kif imsemmija fl-Artikolu 47k kif ukoll il-mezzi tekniċi biex tittieħed din l-informazzjoni.
KAPITOLU XII
SKAMBJU U KONSERVAZZJONI TA’ INFORMAZZJONI FIL-KUNTEST TAL-PROĊEDURA GĦAR-RIFUŻJONI TAL-VAT LIL PERSUNI TAXXABBLI MHUX STABBILITI FL-ISTAT MEMBRU TA’ RIFUŻJONI IŻDA STABBILITI FI STAT MEMBRU IEĦOR
Artikolu 48
Meta l-Istat Membru ta' stabbiliment isir jaf li persuna taxxabbli li tagħmel talba għal rifużjoni tal-VAT, skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/9/KE, għandha obbligazzjonijiet tat-taxxa f'dak l-Istat Membru ta' stabbiliment, dan jista' jitlob il-kunsens tal-persuna taxxabbli għat-trasferiment tar-rifużjoni tal-VAT direttament lil dan l-Istat Membru biex jiġu rilaxxati l-obbligazzjonijiet pendenti tat-taxxa. Meta l-persuna taxxabbli tagħti l-kunsens għal dan it-trasferiment, l-Istat Membru ta' stabbiliment għandu jinforma lill-Istat Membru ta' rifużjoni l-ammont li dwaru jinkiseb il-kunsens u l-Istat Membru ta' rifużjoni, f'isem il-persuna taxxabbli, għandu jittrasferixxi dan l-ammont lill-Istat Membru ta' stabbiliment. L-Istat Membru ta' stabbiliment għandu jinforma lill-persuna taxxabbli jekk l-ammont ittrasferit jammontax għal rilaxx sħiħ jew parzjali tal-kwittanza tat-taxxa f'konformità mal-prattiki legali u amministrattivi nazzjonali tiegħu. Madankollu, it-trasferiment tar-rifużjoni tal-VAT fl-Istat Membru ta' stabbiliment ma għandux jaffettwa d-dritt tal-Istat Membru ta' rifużjoni li jirkupra l-obbligazzjonijiet li dik il-persuna taxxabbli għandha f'dak l-Istat Membru.
Meta l-obbligazzjonijiet tat-taxxa fl-Istat Membru ta' stabbiliment jiġu kkontestati, it-trasferiment tal-ammonti tar-rifużjoni jistgħu jintużaw mill-Istat Membru ta' stabbiliment bħala miżura ta' żamma, bil-kunsens tal-persuna taxxabbli, sakemm jiġi żgurat eżami ġudizzjarju effettiv f'dak l-Istat Membru.
Il-kodiċijiet armonizzati msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu ddeterminati skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 58(2) ta’ dan ir-Regolament abbażi tal-klassifika tan-NACE stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 ( 1 ).
KAPITOLU XIII
RELAZZJONIJIET MAL-KUMMISSJONI U MAL-ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI OĦRA TAL-UNJONI
Artikolu 49
KAPITOLU XIV
RELAZZJONIJIET MA’ PAJJIŻI TERZI
Artikolu 50
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkomunikaw, konformement mad-dispożizzjonijiet domestiċi tagħhom dwar il-komunikazzjoni ta’ dejta personali lil pajjiżi terzi, informazzjoni miksuba konformement ma’ dan ir-Regolament lil pajjiż terz, bil-kondizzjoni li jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru mnejn toriġina l-informazzjoni jkun ta l-kunsens għal dik il-komunikazzjoni, u
il-pajjiż terz ikkonċernat ikun intrabat li jipprovdi l-kooperazzjoni meħtieġa biex tinġabar evidenza tan-natura irregolari tat-transazzjonijiet li jidhru kontrarji għal-leġislazzjoni tal-VAT.
KAPITOLU XV
KONDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ISKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI
Artikolu 51
Meta awtorità tkun irċeviet talba jew informazzjoni li hija ma kinitx ir-riċevitur intenzjonat tagħha, din għandha tibgħat messaġġ b’mezzi elettroniċi lill-emittent mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn ħames ġranet ta’ xogħol wara li tkun irċevietha.
Artikolu 52
Talbiet għall-għajnuna, inkluż talbiet għan-notifika, u dokumenti mehmuża jistgħu jsiru f’kwalunkwe lingwa miftiehma mill-awtorità rikjesta u dik rikjedenti. Dawn it-talbiet għandhom ikunu akkumpanjati minn traduzzjoni fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih hi stabbilita l-awtorità rikjesta, f’każijiet speċjali fejn l-awtorità rikjesta tagħti raġuni għat-talba ta’ din it-traduzzjoni.
Artikolu 53
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi eżistenti jew ġodda ta’ skambju ta’ komunikazzjoni jew ta’ informazzjoni li huma meħtieġa sabiex jipprovdu għall-iskambji ta’ informazzjoni deskritti f’dan ir-Regolament ikunu operattivi. Ftehim dwar il-livell tas-servizz li jiżgura l-kwalità teknika u l-kwantità tas-servizzi li għandhom jingħataw mill-Kummissjoni u l-Istati Membri għall-funzjonament ta’ dawn is-sistemi ta’ komunikazzjoni u ta’ skambju ta’ informazzjoni għandu jiġi deċiż f’konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 58(2). Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għal kwalunkwe żvilupp tan-netwerk CCN/CSI li jkun meħtieġ sabiex jippermetti l-iskambju ta’ din l-informazzjoni bejn l-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għal kwalunkwe żvilupp tas-sistemi tagħhom li jkun meħtieġ sabiex jippermetti li din l-informazzjoni tiġi skambjata bl-użu tan-netwerk CCN/CSI.
L-Istati Membri għandhom iċedu t-talbiet kollha biex jiġu mħallsa lura l-ispejjeż minfuqa sabiex jiġi applikat dan ir-Regolament ħlief, fejn xieraq, fir-rigward ta’ ħlas lill-esperti.
Artikolu 54
L-awtorità rikjesta fi Stat Membru wieħed għandha tipprovdi lil awtorità rikjedenti fi Stat Membru ieħor l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 bil-kondizzjoni li:
in-numru u n-natura tat-talbiet għal informazzjoni magħmula mill-awtorità rikjedenti f’perijodu speċifikat ma jimponux piż amministrattiv disproporzjonat fuq dik l-awtorità rikjesta;
dik l-awtorità rikjesta użat is-sorsi kollha abitwali tal-informazzjoni li setgħet tuża fiċ-ċirkustanzi biex tikseb l-informazzjoni mitluba, mingħajr ir-riskju li tikkomprometti l-kisba tar-riżultat mixtieq.
Artikolu 55
Din l-informazzjoni tista’ tintuża għall-iskop biex tiġi stabbilita bażi ta’ valutazzjoni jew il-kollezzjoni jew il-kontroll amministrattiv tat-taxxa għall-iskop biex tiġi stabbilita l-bażi ta’ valutazzjoni.
L-informazzjoni tista’ tintuża wkoll għall-valutazzjoni ta’ imposti, dazji u taxxi oħra koperti bl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/55/KE tas-26 ta’ Mejju 2008 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet rigward ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħra ( 2 ).
Barra minn hekk, tista’ tintuża flimkien mal-proċedimenti ġudizzjarji li jistgħu jinvolvu pieni, li jibdew bħala riżultat ta’ ksur tal-liġi tat-taxxa mingħajr preġudizzju għar-regoli ġenerali u d-disposizzjonijiet ġuridiċi li jirregolaw id-drittijiet tal-konvenuti u tax-xhieda f’dawn il-proċedimenti.
Kull ħżin, ipproċessar jew skambju ta' informazzjoni msemmi f'dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolamenti (UE) 2016/679 ( 3 ) u (KE) Nru 45/2001 ( 4 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Madankollu, għall-fini tal-applikazzjoni korretta ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jirrestrinġu l-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligazzjonijiet u d-drittijiet previsti fl-Artikoli 12 sa 15, 17, 21 u 22 tar-Regolament (UE) 2016/679. Tali restrizzjonijiet għandhom jiġu limitati għal dak li huwa strettament neċessarju sabiex jħarsu l-interessi msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 23(1) ta' dak ir-Regolament, b'mod partikolari biex:
l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu jistgħu jissodisfaw il-kompiti tagħhom b'mod tajjeb għall-finijiet ta' dan ir-Regolament; jew
jiġi evitat li l-inkjesti, l-analiżi, l-investigazzjonijiet jew il-proċeduri uffiċjali jew legali jiġu ostakolati għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u jkun żgurat li l-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-individwazzjoni tal-evażjoni tat-taxxa u tal-frodi tat-taxxa ma jiġux ipperikolati.
L-ipproċessar u l-ħażna ta' informazzjoni msemmijin f'dan ir-Regolament għandhom jitwettqu biss għall-finijiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1) ta' dan ir-Regolament u l-informazzjoni m'għandhiex tiġi pproċessata ulterjorment f'mod li huwa inkompatibbli ma' dawk il-finijiet. L-ipproċessar tad-data personali abbażi ta' dan ir-Regolament għal kwalunkwe fini ieħor, bħal finijiet kummerċjali, għandu jkun ipprojbit. Il-perijodu ta' ħżin ta' din l-informazzjoni għandu jkun limitat sal-punt meħtieġ biex jinkisbu dawk il-finijiet. Il-perijodi tal-ħżin tal-informazzjoni msemmijin fl-Artikolu 17 ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu ddeterminati skont il-perijodi ta' limitazzjoni previsti fil-leġislazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat iżda mhux għal aktar minn għaxar snin.
Artikolu 56
Rapporti, dikjarazzjonijiet u dokumenti oħra, kopji ċertifikati u estratti minnhom, miksuba mill-persunal tal-awtorità rikjesta u kkomunikati lill-awtorità rikjedenti taħt l-għajnuna pprovduta b’dan ir-Regolament jistgħu jkunu użati bħala evidenza mill-korpi kompetenti tal-Istat Membru tal-awtorità rikjedenti fuq l-istess bażi ta’ dokumenti simili pprovduti minn awtorità oħra ta’ dak il-pajjiż.
Artikolu 57
Għall-fini ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex:
jiżguraw kordinazzjoni interna effettiva bejn l-awtoritajiet kompetenti;
jistabbilixxu kooperazzjoni diretta bejn l-awtoritajiet awtorizzati għall-fini ta’ din il-koordinazzjoni;
jiżguraw il-funzjonament tajjeb tal-arranġamenti għal skambju ta’ informazzjoni previsti f’dan ir-Regolament.
KAPITOLU XVI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 58
Artikolu 59
Artikolu 60
Artikolu 61
Ir-Regolament (KE) Nru 1798/2003 għandu jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012. Madankollu, l-effetti tal-Artikolu 2(1) ta’ dak ir-Regolament għandhom jinżammu sad-data tal-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni tal-lista tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament.
Il-Kapitolu V, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 27(4), ta’ dak ir-Regolament għandu jibqa’ applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2012.
Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 62
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.
Madankollu, l-Artikoli 33 sa 37 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Novembru 2010;
Il-Kapitolu V, bl-eċċezzjoni għall-Artikoli 22 u 23 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2013;
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
▼M3 M5 —————
ANNESS II
Regolament imħassar bl-emendi suċċessivi tiegħu
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1798/2003 |
ĠU L 264, 15.10.2003, p. 1. |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 885/2004 |
ĠU L 168, 1.5.2004, p. 1. |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 |
ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1. |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 143/2008 |
ĠU L 44, 20.2.2008, p. 1. |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 37/2009 |
ĠU L 14, 20.1.2009, p. 1. |
ANNESS III
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
|
Regolament (KE) Nru 1798/2003 |
Dan ir-Regolament |
|
L-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 1(1) |
L-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 1(1) |
|
It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1(1) |
— |
|
Ir-raba’ subparagrafu ta-Artikolu 1(1) |
L-Artikolu 1(4) |
|
L-Artikolu 1(2) |
L-Artikolu 1(3) |
|
L-Artikolu 2(1)(1) |
L-Artikolu 3 |
|
L-Artikolu 2(1)(2) |
L-Artikolu 2(1)(a) |
|
L-Artikolu 2(1)(3) |
L-Artikolu 2(1)(b) |
|
L-Artikolu 2(1)(4) |
L-Artikolu 2(1)(c) |
|
L-Artikolu 2(1)(5) |
L-Artikolu 2(1)(d) |
|
L-Artikolu 2(1)(6) |
L-Artikolu 2(1)(e) |
|
L-Artikolu 2(1)(7) |
L-Artikolu 2(1)(f) |
|
L-Artikolu 2(1)(8) |
L-Artikolu 2(1)(g) |
|
L-Artikolu 2(1)(9) |
L-Artikolu 2(1)(h) |
|
L-Artikolu 2(1)(10) |
L-Artikolu 2(1)(i) |
|
L-Artikolu 2(1)(11) |
L-Artikolu 2(1)(j) |
|
L-Artikolu 2(1)(12) |
L-Artikolu 2(1)(k) |
|
L-Artikolu 2(1)(13) |
L-Artikolu 2(1)(l) |
|
L-Artikolu 2(1)(14) |
— |
|
L-Artikolu 2(1)(15) |
L-Artikolu 2(1)(m) |
|
L-Artikolu 2(1)(16) |
L-Artikolu 2(1)(n) |
|
L-Artikolu 2(1)(17) |
— |
|
L-Artikolu 2(1)(18) |
L-Artikolu 2(1)(p) |
|
L-Artikolu 2(1)(19) |
L-Artikolu 2(1)(q) |
|
L-Artikolu 2(2) |
L-Artikolu 2(2) |
|
L-Artikolu 3(1) |
— |
|
L-Artikolu 3(2) |
L-Artikolu 4(1) |
|
L-Artikolu 3(3) |
L-Artikolu 4(2) |
|
L-Artikolu 3(4) |
L-Artikolu 4(3) |
|
L-Artikolu 3(5) |
L-Artikolu 4(4) |
|
L-Artikolu 3(6) |
L-Artikolu 5 |
|
L-Artikolu 3(7) |
L-Artikolu 6 |
|
L-Artikolu 4 |
— |
|
L-Artikolu 5(1) |
L-Artikolu 7(1) |
|
L-Artikolu 5(2) |
L-Artikolu 7(2) |
|
L-Artikolu 5(3) |
Sal-31 ta’ Diċembru 2014: l-Artikolu 7(3) Mill-1 ta’ Jannar 2015: l-Artikolu 7(4) |
|
L-Artikolu 5(4) |
L-Artikolu 7(5) |
|
L-Artikolu 6 |
L-Artikolu 8 |
|
L-Artikolu 7 |
L-Artikolu 9 |
|
L-Artikolu 8 |
L-Artikolu 10 |
|
L-Artikolu 9 |
L-Artikolu 11 |
|
L-Artikolu 10 |
L-Artikolu 12 |
|
L-Artikolu 11 |
L-Artikolu 28 |
|
L-Artikolu 12 |
L-Artikolu 29 |
|
L-Artikolu 13 |
L-Artikolu 30 |
|
L-Artikolu 14 |
L-Artikolu 25 |
|
L-Artikolu 15 |
L-Artikolu 26 |
|
L-Artikolu 16 |
L-Artikolu 27 |
|
L-Artikolu 17, l-ewwel subparagrafu |
L-Artikolu 13(1) |
|
L-Artikolu 17, it-tieni subparagrafu |
L-Artikolu 14(2) |
|
L-Artikolu 18 |
L-Artikolu 14(1), l-ewwel subparagrafu |
|
L-Artikolu 19 |
— |
|
L-Artikolu 20 |
— |
|
L-Artikolu 21 |
L-Artikolu 14(1), it-tieni subparagrafu |
|
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) |
Artikolu 17(1)(a) |
|
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(1) |
L-Artikolu 18 |
|
L-Artikolu 22(2) |
L-Artikolu 19 |
|
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 23 |
L-Artikolu 21(2)(a) u (b) |
|
It-tieni paragrafu tal-Artikolu 23 |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(2) |
|
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 24, punt (1) |
L-Artikolu 21(2)(c) |
|
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 24, punt (1) |
L-Artikolu 21(2)(d) |
|
It-tieni paragrafu tal-Artikolu 24 |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(2) |
|
L-Artikolu 25(1) |
L-Artikolu 20(1) |
|
L-Artikolu 25(2) |
L-Artikolu 20(2) |
|
L-Artikolu 25(3) |
— |
|
L-Artikolu 26 |
L-Artikolu 24, l-ewwel subparagrafu |
|
L-Artikolu 27(1) |
Artikolu 17(1)(b) |
|
L-Artikolu 27(2) |
L-Artikolu 17(1)(b) u l-Artikolu 21(1) |
|
L-Artikolu 27(3) |
L-Artikolu 17(1)(b) u l-Artikolu 21(1) |
|
L-Artikolu 27(4) |
L-Artikolu 31 |
|
L-Artikolu 27(5) |
L-Artikolu 24 |
|
L-Artikolu 28 |
Sal-31 ta’ Diċembru 2014: l-Artikolu 38 Mill-1 ta’ Jannar 2015: l-Artikolu 43 |
|
L-Artikolu 29 |
Sal-31 ta’ Diċembru 2014: l-Artikolu 39 Mill-1 ta’ Jannar 2015: l-Artikolu 44 |
|
L-Artikolu 30 |
Sal-31 ta’ Diċembru 2014: l-Artikolu 40 Mill-1 ta’ Jannar 2015: l-Artikolu 45 |
|
L-Artikolu 31 |
L-Artikolu 17(1)(d) |
|
L-Artikolu 32 |
Sal-31 ta’ Diċembru 2014: l-Artikolu 41 Mill-1 ta’ Jannar 2015: l-Artikolu 46 |
|
L-Artikolu 33 |
Sal-31 ta’ Diċembru 2014: l-Artikolu 42 Mill-1 ta’ Jannar 2015: l-Artikolu 47 |
|
L-Artikolu 34 |
— |
|
Artikolu 34a |
L-Artikolu 48 |
|
L-Artikolu 35 |
L-Artikolu 49 |
|
L-Artikolu 36 |
L-Artikolu 50 |
|
L-Artikolu 37 |
L-Artikolu 51(1) |
|
L-Artikolu 38 |
L-Artikolu 52 |
|
L-Artikolu 39 |
L-Artikolu 53 |
|
L-Artikolu 40 |
L-Artikolu 54 |
|
L-Artikolu 41 |
L-Artikolu 55 |
|
L-Artikolu 42 |
L-Artikolu 56 |
|
L-Artikolu 43 |
L-Artikolu 57 |
|
L-Artikolu 44 |
L-Artikolu 58 |
|
L-Artikolu 45 |
L-Artikolu 59 |
|
L-Artikolu 46 |
L-Artikolu 60 |
|
L-Artikolu 47 |
L-Artikolu 61 |
|
L-Artikolu 48 |
L-Artikolu 62 |
( 1 ) ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.
( 2 ) ĠU L 150, 10.6.2008, p. 28.
( 3 ) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
( 4 ) Ir-Regolament (KE) 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
( 5 ) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).