02010R0605 — MT — 01.11.2019 — 009.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
►M6 REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 605/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem ◄ (ĠU L 175 10.7.2010, p. 1) |
Emendat bi:
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 605/2010
tat-2 ta’ Lulju 2010
li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Is-suġġett u l-ambitu
Dan ir-Regolament jistipula li:
il-kundizzjonijiet tas-saħħa pubblika u tas-saħħa tal-annimali u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat, ta’ prodotti tal-ħalib, tal-kolostru u ta’ prodotti li fihom il-kolostru;
il-lista ta' pajjiżi terzi li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' kunsinni bħal dawn.
Dan ir-Regolament għandu japplika bla ħsara għar-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni speċifiċi stabbiliti f’atti oħra tal-Unjoni jew fi Ftehimiet konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi.
Artikolu 2
L-importazzjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat, ta’ prodotti tal-ħalib, tal-kolostru u ta’ prodotti li fihom il-kolostru minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom elenkati fil-kolonna A tal-Anness I
L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat, ta’ prodotti tal-ħalib, tal-kolostru u ta’ prodotti li fihom il-kolostru minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom elenkati fil-kolonna A tal-Anness I.
Artikolu 3
L-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-ħalib minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom elenkati fil-kolonna B tal-Anness I
L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' kunsinni ta' prodotti tal-ħalib imnissla mill-ħalib mhux ipproċessat tal-baqar, in-ngħaġ, il-mogħoż jew il-bufli minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li ma għandhomx riskju tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer elenkati fil-kolonna B tal-Anness I, sakemm dawn il-prodotti tal-ħalib ikunu għaddew minn, jew ikunu ġew prodotti minn ħalib mhux ipproċessat li għadda minn, trattament ta' pasturizzazzjoni li tinvolvi trattament wieħed ta' tisħin:
b'effett ta' tisħin mill-inqas ekwivalenti għal dak miksub minn proċess ta' pasturizzazzjoni ta' mill-inqas 72 C għal 15-il sekonda;
fejn applikabbli, biżżejjed li tiġi żgurata reazzjoni negattiva għat-test ta' alkaline phosphatase li jiġi applikat immedjatament wara t-trattament ta' tisħin.
Artikolu 4
L-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-ħalib minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom elenkati fil-kolonna C tal-Anness I
L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ kunsinni ta’ prodotti tal-ħalib miksuba mill-ħalib mhux ipproċessat tal-baqar, tan-ngħaġ, tal-mogħoż u tal-bufli, jew, fejn awtorizzat speċifikament fl-Anness I, mill-iġmla tal-ispeċi Camelus dromedarius mill-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li huma fir-riskju tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer elenkati fil-kolonna C tal-Anness I, sakemm dawn il-prodotti tal-ħalib ikunu għaddew minn trattament ta’ tisħin, jew ikunu ġew prodotti minn ħalib mhux ipproċessat li għadda minn trattament bħal dan li jinvolvi:
◄
proċess ta' sterilizzazzjoni, biex jinkiseb valur ta' F0 ta' tlieta jew aktar;
trattament ta' temperatura partikolarment għolja (ultra high temperature - UHT) ta' mhux inqas minn 135 °C flimkien ma' ħin adattat ta' ħażna;
trattament ta' pasturizzazzjoni ta' temperatura għolja u ħin qasir (high temperature short time pasteurisation treatment - HTST) fi 72 °C għal 15-il sekonda applikat darbtejn għall-ħalib b'pH daqs jew iktar minn 7.0 li jikseb, meta applikabbli, reazzjoni negattiva għal test ta' alkaline phosphatase, applikat minnufih wara t-trattament ta' sħana; jew
trattament b'effett ta' pasturizzazzjoni ekwivalenti għall-punt (i) li jikseb, fejn applikabbli, reazzjoni negattiva għal test ta' alkaline phosphatase, applikat minnufih wara t-trattament ta' sħana;
trattament HTST tal-ħalib b'pH taħt is-7.0; jew
trattament HTST ikkombinat ma' trattament fiżiku ieħor billi jew:
jitnaqqas il-pH taħt is-6 għall-siegħa, inkella
isir tisħin addizzjonali ta' 72 °C jew iktar, ikkombinat ma' tnixxif.
2. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' kunsinni ta' prodotti tal-ħalib imnissla mill-ħalib mhux ipproċessat tal-baqar, in-ngħaġ, il-mogħoż u l-bufli minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1, minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li għandhom riskju tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer elenkati fil-kolonna C tal-Anness I, sakemm dawn il-prodotti tal-ħalib ikunu għaddew minn, jew ikunu ġew prodotti minn ħalib mhux ipproċessat li għadda minn, trattament li jinvolvi:
proċess ta' sterilizzazzjoni, biex jinkiseb valur ta' F0 ta' tlieta jew aktar; jew
trattament ta' temperatura partikolarment għolja (UHT) ta' mhux inqas minn 135 °C flimkien ma' ħin adattat ta' ħażna;
Artikolu 5
Iċ-ċertifikati
Il-kunsinni awtorizzati għall-importazzjoni skont l-Artikoli 2, 3 u 4 għandhom jiġu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa mfassal skont il-mudell xieraq stipulat fil-Parti 2 tal-Anness II għall-prodott ikkonċernat u mimli skont in-noti ta' spjegazzjoni stipulati fil-Parti 1 ta' dak l-Anness.
Madankollu, ir-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu ma għandhomx jeskludu l-użu taċ-ċertifikazzjoni elettronika jew ta' sistemi miftiehma oħra, armonizzati fil-livell tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6
Il-kundizzjonijiet ta’ tranżitu u ħażna
L-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat, ta’ prodotti tal-ħalib, tal-kolostru u ta’ prodotti li fihom il-kolostru li mhumiex maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea iżda li jkunu destinati għal pajjiż terz kemm jew permezz ta’ tranżitu immedjat inkella wara ħażna fl-Unjoni, skont l-Artikoli 11, 12 jew 13 tad-Direttiva 97/78/KE, għandha tkun awtorizzata biss jekk il-kunsinni jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
ikunu ġejjin minn pajjiż terz jew parti minnu elenkata fl-Anness I għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat, ta’ prodotti tal-ħalib, tal-kolostru u ta’ prodotti li fihom il-kolostru u jikkonformaw mal-kundizzjonijiet adattati ta’ trattament għal kunsinni bħal dawn, kif previst fl-Artikoli 2, 3 u 4;
ikunu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa tal-annimali għal importazzjoni fl-Unjoni Ewropea tal-ħalib mhux ipproċessat, ta’ prodotti tal-ħalib, tal-kolostru u ta’ prodotti li fihom il-kolostru ikkonċernati, kif stipulat fl-attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali fil-punt II.1 tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa relevanti stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness II;
ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa mfassal skont il-mudell xieraq stipulat fil-Parti 3 tal-Anness II għall-kunsinna kkonċernata u mimli skont in-noti ta’ spjegazzjoni stipulati fil-Parti 1 ta’ dak l-Anness;
ikunu ċċertifikati bħala aċċettabbli għat-tranżitu, kif ukoll għall-ħżin meta jixraq, fuq id-Dokument Veterinarju Komuni tad-Dħul imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 136/2004, iffirmat mill-veterinarju uffiċjali tal-istazzjon ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ introduzzjoni fl-Unjoni.
Artikolu 7
Id-derogi fir-rigward ta' kundizzjonijiet ta' tranżitu u ħażna
1. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 6, għandu jiġi awtorizzat it-tranżitu fuq it-triq jew bil-ferrovija bejn l-istazzjonijiet ta’ spezzjoni magħżula fuq il-fruntieri madwar l-Unjoni Ewropea għal-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE ( 1 ), ta’ kunsinni li ġejjin mir-Russja jew fi triqthom lejha, direttament jew minn pajjiż terz ieħor, bil-kundizzjoni li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-kunsinna tkun issiġillata b'siġill enumerat f'serje fl-istazzjon ta' spezzjoni fil-fruntiera ta' dħul fl-Unjoni Ewropea mis-servizzi veterinarji tal-awtorità kompetenti.
▼M10 —————
Artikolu 7a
Deroga għat-tranżitu fil-Kroazja, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi
1. B’deroga mill-Artikolu 6, it-tranżitu dirett bit-triq fl-Unjoni, bejn il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ Nova Sela u Ploče, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi, għandu jiġi awtorizzat jekk ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-konsenja tkun issiġillata b’siġill innumerat f’serje mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;
id-dokumenti li jakkumpanjaw il-konsenja u li jissemmew fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE jkunu ttimbrati “GĦAL TRANŻITU FL-UE LEJN PAJJIŻI TERŻI, BISS” fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;
ikun hemm konformità mar-rekwiżiti proċedurali previsti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE;
il-konsenja tkun iċċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu fid-Dokument Veterinarju Komuni ta’ Dħul imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul.
▼M10 —————
Artikolu 8
It-trattament speċifiku
Il-kunsinni ta’ prodotti tal-ħalib u ta’ prodotti li fihom il-kolostru awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea skont l-Artikoli 2, 3, 4, 6 jew 7 minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom fejn seħħet tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-perjodu ta’ 12-il xahar qabel id-data li fiha jkun ġie ffirmat iċ-ċertifikat tas-saħħa, jew li wettqu tilqim kontra dik il-marda matul dak il-perjodu, għandhom jiġu awtorizzati biss għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea jekk prodotti bħal dawn ikunu għaddew minn wieħed mit-trattamenti elenkat fl-Artikolu 4.
Artikolu 9
Ir-revoka
Id-Deċiżjoni 2004/438/KE hija revokata.
Ir-referenzi għad-Direttiva 2004/438/KE għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 10
Id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Għal perjodu tranżizzjonali sal-30 ta' Novembru 2010, il-kunsinni ta' ħalib mhux ipproċessat u prodotti b'bażi tal-ħalib kif definiti fid-Deċiżjoni 2004/438/KE li fir-rigward tagħha nħarġu ċ-ċertifikati tas-saħħa rilevanti skont id-Deċiżjoni 2004/438/KE jistgħu jkomplu jiġu introdotti fl-Unjoni Ewropea.
Artikolu 11
Id-dħul fis-seħħ u l-applikabilità.
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Għandu japplika mill-1 ta' Awissu 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Il-lista ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet minnhom li huma awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' kunsinni ta' ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru (*1) u prodotti li fihom il-kolostru (*1) li tindika t-tip ta' trattament ta' tisħin meħtieġ għal prodotti ta' dan it-tip
Il-kodiċi ISO tal-pajjiż terz |
Il-pajjiż terz jew parti minnu |
Kolonna A |
Kolonna B |
Kolonna C |
AE |
L-Emirati ta' Abu Dabi u Dubaj tal-Emirati Għarab Magħquda (1) |
0 |
0 |
+ (2) |
AD |
Andorra |
+ |
+ |
+ |
AL |
L-Albanija |
0 |
0 |
+ |
AR |
L-Arġentina |
0 |
0 |
+ |
AU |
L-Awstralja |
+ |
+ |
+ |
BR |
Il-Brażil |
0 |
0 |
+ |
BW |
Il-Botswana |
0| |
0 |
+ |
BY |
Il-Belarus |
0 |
0 |
+ |
BZ |
Il-Beliże |
0 |
0 |
+ |
BA |
Il-Bożnija-Ħerzegovina |
+ |
+ |
+ |
CA |
Il-Kanada |
+ |
+ |
+ |
CH |
L-Isvizzera (*2) |
+ |
+ |
+ |
CL |
Iċ-Ċilì |
0 |
+ |
+ |
CN |
Iċ-Ċina |
0 |
0 |
+ |
CO |
Il-Kolombja |
0 |
0 |
+ |
CR |
Kosta Rika |
0 |
0 |
+ |
CU |
Kuba |
0 |
0 |
+ |
DZ |
L-Alġerija |
0 |
0 |
+ |
ET |
L-Etjopja |
0 |
0 |
+ |
GL |
Il-Groenlandja |
0 |
+ |
+ |
GT |
Il-Gwatemala |
0 |
0 |
+ |
HK |
Ħong Kong |
0 |
0 |
+ |
HN |
Il-Ħonduras |
0 |
0 |
+ |
IL |
L-Iżrael |
0 |
0 |
+ |
IN |
L-Indja |
0 |
0 |
+ |
IS |
L-Islanda |
+ |
+ |
+ |
JP |
Il-Ġappun |
+ |
+ |
+ |
KE |
Il-Kenja |
0 |
0 |
+ |
MA |
Il-Marokk |
0 |
0 |
+ |
ME |
Il-Montenegro |
+ |
+ |
+ |
MG |
Il-Madagaskar |
0 |
0 |
+ |
MK (*3) |
Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja |
0 |
+ |
+ |
MR |
Il-Mawritanja |
0 |
0 |
+ |
MU |
Il-Mawrizju |
0 |
0 |
+ |
MX |
Il-Messiku |
0 |
0 |
+ |
NA |
In-Namibja |
0 |
0 |
+ |
NI |
In-Nikaragwa |
0 |
0 |
+ |
NZ |
In-New Zealand |
+ |
+ |
+ |
PA |
Il-Panama |
0 |
0 |
+ |
PY |
Il-Paragwaj |
0 |
0 |
+ |
RS (*4) |
Is-Serbja |
0 |
+ |
+ |
RU |
Ir-Russja |
0 |
0 |
+ |
SG |
Singapor |
0 |
0 |
+ |
SV |
El Salvador |
0 |
0 |
+ |
SZ |
Is-Sważiland |
0 |
0 |
+ |
TH |
It-Tajlandja |
0 |
0 |
+ |
TN |
It-Tuneżija |
0 |
0 |
+ |
TR |
It-Turkija |
0 |
0 |
+ |
UA |
L-Ukraina |
0 |
0 |
+ |
US |
L-Istati Uniti |
+ |
+ |
+ |
UY |
L-Urugwaj |
0 |
0 |
+ |
ZA |
L-Afrika t’Isfel |
0 |
0 |
+ |
ZW |
Iż-Żimbabwe |
0 |
0 |
+ |
(*1) Il-kolostru u prodotti li fihom il-kolostru jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni Ewropea minn pajjiżi awtorizzati elenkati fil-kolonna A biss. (*2) Iċ-ċertifikati huma skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132). (*3) Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; il-ftehim dwar in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż se jsir wara l-konklużjoni tan-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar dan is-suġġett fil-livell ta' NU. (*4) Ħlief il-Kosovo, li bħalissa jinsab taħt amministrazzjoni internazzjonali skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 tal-10 ta' Ġunju 1999. (1) Prodotti tal-ħalib magħmulin mill-ħalib tal-iġmla tal-ispeċi Camelus dromedarius biss; (2) Prodotti tal-ħalib magħmulin mill-ħalib tal-iġmla tal-ispeċi Camelus dromedarius huma awtorizzati; |
ANNESS II
PARTI 1
Il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa
“Milk-RM” |
: |
Ċertifikat tas-saħħa għall-ħalib mhux ipproċessat minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna A tal-Anness I maħsub għal proċessar ulterjuri fl-Unjoni Ewropea qabel ma jintuża għall-konsum mill-bniedem. |
“Milk-RMP” |
: |
Ċertifikat tas-saħħa għall-prodotti tal-ħalib imnissla minn ħalib mhux ipproċessat għall-konsum mill-bniedem, minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna A tal-Anness I maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea. |
“Milk-HTB” |
: |
Ċertifikat tas-saħħa għall-prodotti tal-ħalib imnissla mill-ħalib tal-baqar, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tal-bufli għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna B tal-Anness I maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea. |
“Milk-HTC” |
: |
Ċertifikat tas-saħħa għall-prodotti tal-ħalib għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna C tal-Anness I maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea. |
“Colostrum-C/CPB” |
: |
Ċertifikat tas-saħħa għall-kolostru tal-baqar, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tal-bufli u għal prodotti li fihom il-kolostru imnissla minn kolostru tal-istess speċi minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom elenkati fil-kolonna A tal-Anness I għall-konsum mill-bniedem maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea. |
“Milk/ Colostrum-T/S” |
: |
Ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-ħalib mhux ipproċessat, għall-kolostru, għal prodotti tal-ħalib jew għal prodotti li fihom il-kolostru għall-konsum mill-bniedem maħsuba għal tranżitu jew ħażna fl-Unjoni Ewropea. |
Noti ta’ spjegazzjoni
(a) Iċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz tal-oriġini, skont il-mudell xieraq stipulat fil-Parti 2 ta' dan l-Anness, skont il-format tal-mudell li jikkorrispondi għall-ħalib mhux ipproċessat, għall-kolostru, għal prodotti tal-ħalib jew għal prodotti li fihom il-kolostru. Dawn għandu jkun fihom, fl-ordni numerata li tidher fil-mudell, l-attestazzjoni mitluba għal kull pajjiż terz u, skont kif ikun il-każ, dawk il-garanziji supplimentari mitluba għall-pajjiż terz esportatur ikkonċernat.
(b) L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jikkonsisti minn paġna waħda stampata fuq iż-żewġ naħat jew, meta jkun meħtieġ aktar test, b’mod li l-paġni kollha jiffurmaw entità sħiħa u li ma tistax tinfired.
(c) Irid jiġi ppreżentat ċertifikat tas-saħħa uniku separat għal kull kunsinna tal-prodott ikkonċernat, esportat lejn l-istess destinazzjoni minn pajjiż terz imniżżel fit-tabella tal-Anness I u ttrasportat fl-istess vagun tal-ferrovija, vettura tat-triq, ajruplan jew bastiment.
(d) L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa u t-tikketti msemmija fiċ-ċertifikat mudell għandhom jitfasslu mill-inqas f’ilsien uffiċjali wieħed tal-Istat Membru fejn issir l-ispezzjoni konfinali u tal-Istat Membru destinatarju. Madankollu, dawk l-Istati Membri jistgħu jippermettu li jitfassal f'ilsien uffiċjali ieħor tal-Unjoni Ewropea minflok f'tagħhom, filwaqt li għandu jiġi akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, minn traduzzjoni uffiċjali.
(e) Jekk fiċ-ċertifikat tas-saħħa jinhemżu paġni addizzjonali sabiex jiġu identifikati l-oġġetti li jiffurmaw il-kunsinna, dawk il-paġni addizzjonali għandhom jitqiesu li jiffurmaw parti miċ-ċertifikat oriġinali, dejjem jekk il-firma u t-timbru tal-veterinarju uffiċjali li jiċċertifika jkunu jidhru fuq kull paġna.
(f) Jekk iċ-ċertifikat tas-saħħa jkun jinkludi iktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tkun numerata "–x(in-numru tal-paġna) minn y(l-għadd totali ta’ paġni)–" fil-parti t'isfel tal-paġna u għandu jkollha n-numru ta' referenza taċ-ċertifikat allokat mill-awtorità kompetenti fil-parti ta' fuq tal-paġna.
(g) L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa jrid jimtela u jiġi ffirmat minn rappreżentant tal-awtorità kompetenti responsabbli li tivverifika u tiċċertifika li l-ħalib mhux ipproċessat, il-prodotti tal-ħalib, il-kolostru jew il-prodotti li fihom il-kolostru jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fit-Taqsima IX tal-Kapitolu I tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u fid-Direttiva 2002/99/KE.
(h) L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz esportatur għandhom jiżguraw li l-prinċipji taċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE ( 2 ) jiġu osservati.
(i) Il-lewn tal-firma tal-veterinarju uffiċjali għandu jkun differenti minn dak użat għall-istampar fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa. Dan ir-rekwiżit għandu japplika wkoll għal timbri oħra apparti t-timbri intaljati jew dawk tal-marka tal-ilma.
(j) Il-verżjoni oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa trid takkumpanja l-kunsinna sakemm tasal l-istazzjon ta' spezzjoni fuq il-fruntiera tad-dħul fl-Unjoni Ewropea.
(k) Jekk iċ-ċertifikat mudell jiddikjara li ċerti dikjarazzjonijiet għandhom jinżammu kif imiss, dikjarazzjonijiet li ma jkunux rilevanti jistgħu jiġu ingassati u inizjalati u ttimbrati mill-uffiċjal ta’ ċertifikazzjoni, jew jitħassru għalkollox miċ-ċertifikat.
PARTI 2
Mudell Milk-RM
Ċertifikat tas-Saħħa għall-ħalib mhux ipproċessat minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 maħsub għall-ipproċessar ulterjuri fl-Unjoni Ewropea qabel ma jintuża għall-konsum uman.
Mudell Milk-RMP
Ċertifikat tas-Saħħaa għall-prodotti tal-ħalib għall-konsum uman imnissla mill-ħalib mhux ipproċessat minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea
Mudell Milk-HTB
Ċertifikat tas-Saħħa għall-prodotti tal-ħalib imnissla minn ħalib tal-baqar, ngħaġ, mogħoż u bufli għall-konsum uman minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna B tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 605/2010 maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea
Il-Mudell Milk-HTC
Ċertifikat tas-Saħħa għall-prodotti tal-ħalib għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna C tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 maħsubin għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea
PART 3
( 1 ) ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1
( 2 ) ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28.