2010R0356 — MT — 15.05.2013 — 004.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 356/2010

tas-26 ta’ April 2010

li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja

(ĠU L 105, 27.4.2010, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 956/2011 tas-26 ta’ Settembru 2011

  L 249

1

27.9.2011

►M2

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 641/2012 tas-16 ta’ Lulju 2012

  L 187

3

17.7.2012

►M3

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 943/2012 tal-15 ta’ Ottubru 2012

  L 282

6

16.10.2012

►M4

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 432/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013

  L 129

15

14.5.2013




▼B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 356/2010

tas-26 ta’ April 2010

li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja



IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 215(1) u (2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta’ April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2009/138/PESK ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (minn issa “il-Kunsill tal-Sigurtà”), li aġixxa taħt il-Kapitolu VII tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, adotta Riżoluzzjoni 1844 (2008) li tikkonferma l-emabrgo ġenerali u komplet tal-armi kontra s-Somalja impost mir-Riżoluzzjoni 733 (1992) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) u bl-introduzzjoni ta’ miżuri restrittivi ulterjuri.

(2)

Il-miżuri restrittivi addizzjonali jikkonċernaw miżuri restrittivi ta' ammissjoni u dawk finanzjarji kontra individwi u entitajiet imfassla mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont il-UNSCR 751 (1992) rigward is-Somalja (minn issa “il-Kumitat tas-Sanzjonijiet”). Barra mill-embargo ġenerali tal-armi, ir-Riżoluzzjoni tintroduċi projbizzjoni speċifika fuq il-forniment, bejgħ jew trasferiment dirett jew indirett ta’ armi u tagħmir militari u projbizzjoni speċifika fuq il-provvista ta’ għajnuna u servizzi relatati, lil individwi u entitajiet elenkati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

(3)

Il-miżuri restrittivi huma mmirati għal individwi u entitatjiet deskritti min-Nazzjonijiet Uniti (NU) bħala li jidħlu u jipprovdu appoġġ f’dawk l-atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja, inklużi atti li jheddu l-Ftehim ta’ Djibouti tat-18 ta’ Awwissu 2008 jew il-proċess politiku, jew jheddu l-Istituzzjonijiet Federali Tranżizzjonali (TFIs) jew il-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM) bil-forza, li jkunu aġixxew bi ksur tal-embargo tal-armi u miżuri relatati, jew li jkunu xekklu t-wassil ta’ għajnuna umanitarja lejn is-Somalja, jew l-aċċess jew id-distribuzzjoni ta’ għajnuna umanitarja fis-Somalja.

(4)

Fis-16 ta' Frar 2009, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta Pożizzjoni Komuni 2009/138/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja ( 2 ) li tipprevedi, inter alia, miżuri restrittivi finanzjarji diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati min-NU, kif ukoll projbizzjoni fuq il-provvista diretta jew indiretta ta’ għajnuna u servizzi relatati ma’ armi u tagħmir militari lil persuni, entitajiet jew korpi bħal dawn.

(5)

Fid-19 ta’ Marzu 2010 m il-Kunsill tas-Sigurtà adotta l-UNSCR 1916 (2010) li, inter alia, iddeċidiet li ttaffi xi restrizzjonijiet u obbligi taħt ir-reġim ta' sanzjonijiet biex tippermetti l-kunsenja ta' fornituri u l-għoti ta' assistenza teknika minn organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u subreġjonali u biex tiżgura l-għoti f'waqtu min-NU ta' assistenza umanitarja li hija meħtieġa b'mod urġenti.

(6)

Fit-12 ta’ April 2010, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet adotta l-lista tal-persuni u tal-entitatjiet li huma soġġetti għal miżuri restrittivi.

(7)

Fuq dik il-bażi, tas-26 April 2010 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK.

(8)

Dawn il-miżuri jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, huwa meħtieġ att tal-Unjoni sabiex jimplimentahom f'dak li jirrigwarda l-Unjoni.

(9)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 147/2003 tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tas-Somalja ( 3 ) impona projbizzjoni ġenerali fuq il-provvista ta’ pariri tekniċi, assistenza, taħriġ, finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatata ma’ attivitajiet militari, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Somalja. Għandu jiġi adottat Regolament ġdid tal-Kunsill li jimplimenta l-miżuri li jikkonċernaw il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati min-NU.

(10)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ( 4 ) u b'mod partikolari d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, id-dritt għall-proprjetà u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Dan ir-Regolament għandu jkun applikat f'konformità ma' dawk id-drittijiet u prinċipji.

(11)

Dan ir-Regolament jirrispetta bis-sħiħ ukoll l-obbligi tal-Istati Membri taħt il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u n-natura legalment vinkolanti tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà.

(12)

Is-setgħa biex tiġi emendata l-lista fl-Anness I għal dan ir-Regolament għandha tiġi eżerċitata mill-Kunsill, fid-dawl tat-theddida speċifika għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali fir-reġjun ikkawżata mis-sitwazzjoni fis-Somalja u sabiex tiġi assigurata l-konsistenza mal-proċess għall-emendar u r-reviżjoni tal-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK.

(13)

Il-proċedura għall-emendar tal-lista fl-Anness I għal dan ir-Regolament għandha tinkludi li tipprevedi li jingħataw lill-persuni naturali jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi maħtura, ir-raġunijiet għall-elenkar tagħhom kif ippreżentati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, sabiex tingħatalhom opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet. Fejn jiġu mressqa osservazzjonijiet jew jiġu preżentati provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jirrieżamina d-deċiżjoni tiegħu fid-dawl ta' dawk l-osservazzjonijiet u jinforma lill-persuna, entità jew korp ikkonċernat skont il-każ.

(14)

Sabiex tinħoloq l-ogħla ċertezza legali fi ħdan l-Unjoni, l-ismijiet u data oħra relevanti għall-identifikar ta' persuni naturali jew ġuridiċi, entitatijiet jew korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati skont dan ir-Regolament, għandhom jiġu ppubblikati.

(15)

Kull ipproċessar ta' data personali ta' persuni fiżiċi taħt dan ir-Regolament għandu jirrispetta r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data ( 5 ) u d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data ( 6 ).

(16)

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Il-pieni stipulati għandhom ikunu proporzjonati, effettivi u dissważivi,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

(a) “fondi” tfisser assi u benefiċċji finanzjarji ta’ kull tip, li jinkludu iżda mhux limitati għal:

(i) flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flejjes, drafts, money-orders u strumenti oħra ta’ ħlas;

(ii) depożiti ma’ istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi f’kontijiet, dejn u obbligazzjonijiet ta’ dejn;

(iii) titoli negozjabbli kemm pubbliċi kif ukoll privati u strumenti li joħolqu jew jirrikonoxxu debitu, inklużi titoli u ishma, ċertifikati li jirrapreżentaw sigurtajiet, bonds, noti, digrieti, obbligazzjonijiet u kuntratti derivattivi;

(iv) imgħax, dividendi jew dħul ieħor fuq assi, jew valur akkumulat jew iġġenerat minnhom;

(v) kreditu, dritt ta’ tpaċija, garanziji, bonds ta’ prestazzjoni jew impenji finanzjarji oħra;

(vi) ittri ta’ kreditu, poloz tat-tagħbija, dokumenti ta’ bejgħ;

(vii) dokumenti li jixhdu xi interess f’fondi jew riżorsi finanzjarji;

(b) “iffriżar ta' fondi” tfisser il-projbizzjoni ta' ċaqliq, trasferiment, bidla, użu jew traffikar ta' fondi li jistgħu b'xi mod iwasslu għal bidla fil-volum, fl-ammont, fil-lokalizzazzjoni, fid-dritt tal-pussess, fil-pussess, fil-karattru, fid-destinazzjoni jew f'bidla oħra li tagħmel possibbli l-użu tal-fondi, inkluż il-ġestjoni tal-portafolli;

(c) “riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta’ kull xorta, kemm tanġibbli jew intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi iżda li jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, prodotti jew servizzi;

(d) “iffriżar ta’ riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu tagħhom biex jinkisbu fondi, prodotti jew servizzi f’kull mod, li jinkludu, iżda mhux limitati għal, bejgħ, kiri jew ipoteki tagħhom;

(e) “il-Kumitat tas-Sanzjonijiet” tfisser il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit skont l-UNSCR (1992) dwar is-Somalja;

(f) “assistenza teknika” tfisser kull appoġġ tekniku relatat ma’ tiswijiet, żvilupp, manifattura, assemblaġġ, ittestjar, manutenzjoni, jew kull servizz tekniku ieħor, u tista’ tieħu forom bħalma huma t-tagħlim, il-konsulenza, it-taħriġ, it-trażmissjoni tal-għarfien tax-xogħol jew ħiliet jew servizzi ta’ konsulenza; inklużi forom ta' għajnuna verbali;

(g) “servizzi ta’ investiment” tfisser

(i) ir-riċeviment u t-trażmissjoni tal-ordnijiet b’rabta ma' strument finanzjarju wieħed jew iktar;

(ii) it-twettiq tal-ordnijiet f'isem il-klijenti;

(iii) in-negozju li jsir minn xi ħadd għal rasu;

(iv) il-ġestjoni tal-portafoll.

(v) il-pariri dwar l-investiment;

(vi) is-sottoskrizzjoni ta' istrumenti finanzjarji u/jew it-tqegħid tal-istrumenti finanzjarji fuq bażi soda ta' impenn;

(vii) it-tqegħid tal-istrumenti finanzjarji mingħajr bażi soda ta' impenn; jew

(viii) it-tħaddim ta’ faċilitajiet ta’ kummerċ multilaterali,

sakemm l-attività hi marbuta ma’ kwalunkwe mill-istrumenti finanzjarji elenkati fis-Sezzjoni C tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji ( 7 );

(h) “territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji li għalihom huma applikabbli t-Trattati, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattati.

(i) “dikjarazzjoni ta' raġunijiet” tfisser il-parti tad-dikjarazzjoni ta' każ li tista' tinħareġ għall-pubbliku u/jew, fejn applikabbli, is-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar kif ipprovduti mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

Artikolu 2

1.  Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, qegħdin fil-pussess jew huma kkontrollati minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet, jew korpi elenkati fl-Anness I, għandhom jiġu ffriżati.

2.  L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom ikunu mqegħdin għad-disposizzjoni, direttament jew indirettament, jew għall-beneficċju tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi kif elenkati fl-Anness I.

▼M4

3.  L-Anness I ikun jikkonsisti minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi identifikati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bħala:

(a) li huma involuti jew li jipprovdu appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja, inklużi atti li jheddu l-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni fis-Somalja, jew jheddu l-Gvern Federali tas-Somalja jew il-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM) bil-forza;

(b) li aġixxew bi ksur tal-embargo fuq l-armi jew tal-projbizzjoni kontra l-provvista ta' għajnuna relatata jew tar-restrizzjonijiet tal-bejgħ mill-ġdid u t-trasferiment tal-armi kif stipulat fil-paragrafu 34 tal-UNSCR 2093 (2013);

(c) li jostakolaw l-għoti ta' għajnuna umanitarja lis-Somalja, jew l-aċċess jew distribuzzjoni fir-rigward tal-għajnuna umanitarja fis-Somalja;

(d) li huma mexxejja politiċi jew militari li jirreklutaw jew jużaw tfal f’konflitti armati fis-Somalja bi ksur tal-liġi internazzjonali applikabbli;

(e) li huma responsabbli għal ksur tal-liġi internazzjonali applikabbli fis-Somalja bil-fatt li jiġu mmirati persuni ċivili, inklużi tfal u nisa, f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitti armati, inklużi qtil u mankament, vjolenza sesswali u dik ibbażata fuq il-ġeneru tal-persuna, attakki fuq skejjel u sptarijiet, u ħtif u spostament furzat.

▼B

4.  Is-sehem, b'intenzjoni u apposta, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom hu, b'mod dirett jew indirett, l-evitar tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandu jiġi pprojbit.

5.  Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 m’għandhiex twassal għal responsabbiltà ta’ ebda xorta fuq in-naħa tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li poġġew għad-dispożizzjoni fondi jew riżorsi ekonomiċi, fejn huma ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom kienu se jiksru din il-projbizzjoni.

Artikolu 3

1.  L-Artikolu 2(2) m’għandux japplika għaż-żieda fil-kontijiet iffriżati ta’:

(a) imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b) pagamenti dovuti taħt il-kuntratti, ftehimiet jew obbligi li kienu ġew konklużi jew qamu qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li għalih hemm referenza fl-Artikolu 2 kien innominat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew il-Kunsill tas-Sigurtà,

bil-kundizzjoni li tali interess, qligħ u ħlasijiet oħra jibqgħu jiġu suġġetti għall-Artikolu 2(1).

2.  L-Artikolu 2(2) m'għandux jipprevjeni lill-istituzzjonijiet finanzjarji jew ta' kreditu fl-Unjoni milli jikkreditaw il-kontijiet iffriżati meta jirċievu fondi trasferiti fil-kont ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati, dment li kwalunkwe żieda għal dawn il-kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta’ kreditu għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif indikat fil-websajts elenkati fl-Anness II, dwar kull tranżazzjoni bħal din mingħajr dewmien.

Artikolu 4

▼M2

1.  L-Artikolu 2(1) u (2) ma japplikawx għat-tpoġġija ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi meħtieġa biex tiġi żgurata l-kunsinna fil-ħin ta’ għajnuna umanitarja meħtieġa urġentement fis-Somalja min-NU, mill-aġenziji jew il-programmi speċjalizzati tagħha, mill-organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti li jipprovdu għajnuna umanitarja, jew mis-sħab implimentattivi tagħhom, inklużi NGOs finanzjati b’mod bilaterali jew multilaterali li jipparteċipaw fl-Appell Konsolidat tan-NU għas-Somalja.

▼B

2.  L-eżenzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 m’għandhiex twassal għal responsabbiltà ta’ ebda xorta fuq in-naħa tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li poġġew għad-dispożizzjoni fondi jew riżorsi ekonomiċi, fejn huma ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom ma kinux ser ikunu koperti b'din l-eżenzjoni.

Artikolu 5

1.  B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif indikat fil-websajts elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, taħt il-kundizzjonijiet li huma jikkunsidraw xierqa, ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew iqiegħdu għad-dispożizzjoni ċertu fondi jew riżorsi ekonomiċi, jekk jintlaħqu l-kundizzjonjonijiet li ġejjin:

(a) l-awtorità kompetenti kkonċernata ddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma:

(i) meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Anness I, u l-membri tal-familja dipendenti fuqhom, inklużi ħlasijiet għal ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, poloz tal-assigurazzjoni, u l-ħlasijiet għall-użu ta’ servizzi pubbliċi;

(ii) maħsuba esklussivament għall-ħlas ta’ onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta’ spejjeż li huma konnessi mal-għoti ta’ servizzi legali; jew

(iii) maħsuba esklussivament għall-ħlas ta’ onorarji jew ħlasijiet għal servizzi ta’ rutina fiż-żamma ta’ fondi ffriżati u riżorsi ekonomiċi; kif ukoll

(b) l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet b'din id-determinazzjoni u bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni, u l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ma jkunx oġġezzjona għal din l-azzjoni fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol min-notifika.

2.  B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew id-disponibbiltà ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, wara li jkunu ddeterminaw li dawn huma meħtieġa sabiex ikopru spejjeż straordinarji, sakemm din id-determinazzjoni tkun ġiet notifikata mill-Istat Membru lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u dik id-determinazzjoni tkun ġiet approvata minn dak il-Kumitat.

3.  Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li tkun ingħatat taħt il-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 6

B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif indikat fil-websajts elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti.

(a) dawn il-fondi jew riżorsi ekonomiċi huma s-suġġett ta' garanzija ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali, li kienet stabbilita qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġudizzjarja, entità jew korp li għalih saret referenza fl-Artikolu 2 kien innominat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew il-Kunsill tas-Sigurtà jew ta’ sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew aribitrali li ngħatat qabel dik id-data;

(b) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jiġu użati b'mod esklussiv sabiex jissodisfaw il-pretensjonijiet żgurati b'tali garanzija jew rikkonoxxuti bħala validi f'tali sentenza, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;

(c) il-garanzija jew sentenza mhijiex għal benefiċċju ta' persuna naturali jew ġuridika, entità jew korp imniżżla fl-Anness I;

(d) il-garanzija jew sentenza ma jmorrux kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat; kif ukoll

(e) il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ġie nnotifikat mill-Istat Membru bil-garanzija jew is-sentenza.

Artikolu 7

L-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi jew iċ-ċaħda li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fondi jew riżorsi ekonomiċi, imwettaq bona fide fuq il-bażi li din l-azzjoni hija skont dan ir-Regolament, m’għandha twassal għal ebda forma ta’ responsabbiltà fuq in-naħa ta’ persuna fiżika jew ġuridika jew entità li qed timplimentaha, jew id-diretturi jew l-impjegati tagħha, sakemm ma jkunx ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kienu ffriżati b’riżultat ta’ negliġenza.

Artikolu 8

1.  Għandu jiġi pprojbit li wieħed jipprovdi direttament jew indirettament, xi wieħed minn dawn li ġejjin lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness I:

(a) assistenza teknika relatata ma' attivitajiet militari u mal-provvista, il-bejgħ, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' oġġetti u teknoloġija inklużi fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea ( 8 );

(b) l-iffinanzjar jew assistenza finanzjarja relatata ma' attivitajiet militari u mal-provvista, il-bejgħ, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' oġġetti u teknoloġija inklużi fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea;

(c) servizzi ta’ investiment relatati ma' attivitajiet militari u mal-provvista, il-bejgħ, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' oġġetti u teknoloġija inklużi fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea.

2.  Il-parteċipazzjoni, konxjament u intenzjonalment, f'attivitajiet li l-għan u l-effett tagħhom huwa, direttament jew indirettament, biex iduru mal-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkunu projbita.

3.  Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1(b) m’għandhiex twassal għal responsabbiltà ta’ ebda xorta fuq in-naħa tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li pprovdew finanzjament jew assistenza finanzjarja, fejn huma ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom kienu se jiksru din il-projbizzjoni.

Artikolu 9

1.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi għandhom:

(a) jgħaddu immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti, kif indikat fil-websajts elenkati fl-Anness II għall-pajjiż fejn huma residenti jew fejn jinsabu, kull informazzjoni li tista’ tiffaċilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament, bħal kontabbiltà u ammonti ffriżati skont l-Artikolu 2, u għandhom jgħaddu din l-informazzjoni direttament jew permezz ta’ dawn l-awtoritajiet kompetenti, lill-Kummissjoni; kif ukoll

(b) jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti kif indikat fil-websajts elenkati fl-Anness II għall-verifika ta' din l-informazzjoni.

2.  Kwalunkwe informazzjoni li tingħata jew tiġi rċevuta skont dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-għanijiet li għalihom tkun ġiet ipprovduta jew irċevuta.

Artikolu 10

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom immedjatament jinformaw lil xulxin bil-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u għandhom jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni oħra relevanti konnessa ma’ dan ir-Regolament li hija għad-dispożizzjoni tagħhom, partikolarment informazzjoni dwar problemi ta’ ksur u ta’ infurzar u sentenzi mgħotija mill-qrati nazzjonali.

Artikolu 11

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li temenda l-Anness II abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri.

Artikolu 12

1.  Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jelenka persuna naturali jew ġuridika, entità jew korp u jkun provda dikjarazzjoni tar-raġunijiet għall-ħatra, il-Kunsill għandu jinkludi dik il-persuna naturali jew ġuridika, entità jew korp fl-Anness I. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu u d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet lill-persuna naturali jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernat, jew b'mod dirett, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, li jipprovdi lil tali persuna naturali jew ġuridika, entità jew korp opportunità li jippreżenta osservazzjonijiet.

2.  Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jirrieżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna, entità jew korp ikkonċernat skont il-każ.

Artikolu 13

Fejn in-NU tiddeċiedi li tneħħi mil-lista persuna, entità, jew korp, jew li temenda d-data li tidentifika persuna, entità jew korp elenkat, il-Kunsill għandu jemenda l-Anness I skont il-każ.

Artikolu 14

L-Anness I għandu jinkludi, fejn disponibbli, informazzjoni pprovduta mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet li hija meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-persuni naturali jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati. Fir-rigward tal-persuni naturali, tali informazzjoni tista' tinkludi ismijiet inkluż laqmijiet, data u post tat-twelid, ċittadinanza, in-numru tal-passaport u tal-karta tal-identità, sess, indirizz, jekk magħruf, u funzjoni jew professjoni. Fir-rigward tal-persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi ismijiet, post u data tar-reġistrazzjoni, numru tar-reġistrazjoni u post tan-negozju. L-Anness I għandu jinkludi wkoll id-data tal-ħatra mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

Artikolu 15

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti għalih.

Artikolu 16

1.  L-Istati Membri għandhom jaħtru lill-awtoritajiet kompetenti msemmijin f’dan ir-Regolament u jidentifikawhom fil-websajts elenkati fl-Anness II jew permezz ta' dawn il-websajts.

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti tagħhom mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti għalih.

3.  Fejn dan ir-Regolament jippreżenta obbligu li tiġi nnotifikata jew infurmata l-Kummissjoni, jew li ssir xi komunikazzjoni oħra magħha, l-indirizz u d-dettalji l-oħra tal-kuntatt li għandhom jintużaw għal din il-komunikazzjoni għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness II.

Artikolu 17

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a) fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;

(b) abbord kull inġenju tal-ajru jew bastiment li jaqa' taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru;

(c) għal kwalunkwe persuna fit-territorju tal-Unjoni jew barra minnu li hija ċittadina ta' Stat Membru;

(d) għal kull persuna ġuridika, entità jew korp li huwa inkorporat jew kostitwit taħt il-liġi ta' Stat Membru;

(e) għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta' kwalunkwe negozju li jsir b'mod sħiħ jew parzjali fl-Unjoni.

Artikolu 18

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M1




ANNESS I

LISTA’ TA’ PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 2 U 8

I.    Persuni

1. Yasin Ali Baynah (magħruf ukoll bħala a) Ali, Yasin Baynah, b) Ali, Yassin Mohamed, c) Baynah, Yasin, d) Baynah, Yassin, e) Baynax, Yasiin Cali, f) Beenah, Yasin, g) Beenah, Yassin, h) Beenax, Yasin, i) Beenax, Yassin, j) Benah, Yasin, k) Benah, Yassin, l) Benax, Yassin, m) Beynah, Yasin, n) Binah, Yassin, o) Cali, Yasiin Baynax)

Data tat-twelid: 24 ta’ Diċembru 1965. Nazzjonalità: Somalja. Nazzjonalità alternattiva: Svezja. Post: Rinkeby, Stokkolma, Svezja; Mogadixu, Somalja.

Yasin Ali Baynah inċita l-attakki kontra l-Gvern Federali Transitorju (TFG) u l-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM). Barra minn hekk, huwa mmobilizza appoġġ u ġabar fondi f’isem l-Alleanza għar-Riabilitazzjoni tas-Somalja u l-Hisbul Islam, li t-tnejn li huma kienu involuti b’mod attiv f’atti li jheddu l-paċi u s-sigurtà fis-Somalja, inkluż iċ-ċaħda tal-Ftehim ta’ Ġibuti, u attakki fuq il-forzi tat-TFG u l-AMISOM f’Mogadixu. Data tan-nomina tan-NU: 12 ta’ April 2010.

2. Hassan Dahir Aweys (magħruf ukoll bħala a) Ali, Sheikh Hassan Dahir Aweys, b) Awes, Hassan Dahir, c) Awes, Shaykh Hassan Dahir, d) Aweyes, Hassen Dahir, e) Aweys, Ahmed Dahir, f) Aweys, Sheikh, g) Aweys, Sheikh Hassan Dahir, h) Dahir, Aweys Hassan, i) Ibrahim, Mohammed Hassan, j) OAIS, Hassan Tahir, k) Uways, Hassan Tahir, l) “Hassan, Sheikh”)

Data tat-twelid:1935. Ċittadinanza: Somalja. Nazzjonalità: Somalja. Post: Somalja. Data tan-nomina tan-NU: 12 ta’ April 2010.

Hassan Dahir Aweys aġixxa u jkompli jaġixxi bħala mexxej politiku u ideoloġiku għoli għal diversi gruppi ta’ oppożizzjoni armati responsabbli għal ksur ripetut tal-embargo fuq l-armi ġenerali u komplet u/jew atti li jheddu l-ftehim ta’ paċi ta’ Ġibuti, u l-forzi tal-Gvern Federali Transitorju (TFG) u tal-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM). Bejn Ġunju 2006 u Settembru 2007, AWEYSs serva bħala president tal-kumitat ċentrali tal-Unjoni tal-Qrati Iżlamiċi; f’Lulju 2008 huwa ddikjara lilu nnifsu president tal-Alleanza għar-Riliberalizzazzjoni tas-Somalja- il-fergħa ta’ Asmara; u f’Mejju 2009 huwa kien innominat president tal-Hisbul Islam, alleanza ta’ gruppi li jopponu t-TFG. F’kull waħda minn dawn il-pożizzjonijiet, id-dikjarazzjonijiet u l-azzjonijiet ta’ AWEYS urew intenzjoni inekwivokabbli u sostnuta li jżarma t-TFG u li jkeċċi l-AMISOM mis-Somalja bl-użu tal-forza.

3. Hassan Abdullah Hersi Al-Turki (magħruf ukoll bħala a) Al-Turki, Hassan, b) Turki, Hassan, c) Turki, Hassan Abdillahi Hersi, d) Turki, Sheikh Hassan, e) Xirsi, Xasan Cabdilaahi, f) Xirsi, Xasan Cabdulle)

Data tat-twelid: madwar l-1944. Post tat-twelid: Reġjun Ogaden, Etjopja. Nazzjonalità: Somalja. Post: Somalja.

Hassan Abdullah Hersi Al-Turki kien mexxej għoli ta’ grupp ta’ milizja armat minn nofs is-snin 1990 u kien involut f’bosta ksur tal-embargo fuq l-armi. Fl-2006, al-Turki kkontribbwixxa forzi għat-teħid ta’ Mogadixu mill-Unjoni tal-Qrati Iżlamiċi u ħareġ bħala mexxej militari fil-grupp, allinjat ma’ al-Shabaab. Mill-2006, al-Turki għamel it-territorju taħt il-kontroll tiegħu disponibbli għat-taħriġ ta’ diversi gruppi ta’ oppożizzjoni armati inkluża al-Shabaab. F’ Settembru 2007, al-Turki deher f’filmat tal-aħbarijiet ta’ al-Jazeera li wera t-taħriġ ta’ milizja taħt it-tmexxija tiegħu.

4. Ahmed Abdi aw-Mohamed (magħruf ukoll bħala a) Abu Zubeyr, Muktar Abdirahman, b) Abuzubair, Muktar Abdulrahim, c) Aw Mohammed, Ahmed Abdi, d) Aw-Mohamud, Ahmed Abdi, e) “Godane”, f) “Godani”, g) “Mukhtar, Shaykh”, h) “Zubeyr, Abu”)

Data tat-twelid: 10 ta’ Lulju 1977. Post tat-twelid: Hargeysa, Somalja. Nazzjonalità: Somalja. Data tan-nomina tan-NU: 12 ta’ April 2010.

Ahmed Abdi Aw-Mohamed huwa mexxej għoli ta’ al-Shabaab u kien pubblikament innominat emir tal-organizzazzjoni f’ Diċembru 2007. Huwa jeżerċita r-responsabbiltà ta’ kmand għall-operazzjonijiet ta’ al-Shabaab fis-Somalja kollha. Aw-Mohamed iddenunzja l-proċess tal-paċi ta’ Ġibuti bħala kospirazzjoni barranija, u f’registrazzjoni awdjo mogħtija f’ Mejju 2009 lill-media Somala, huwa rrikonoxxa li l-forzi tiegħu kienu involuti fi ġlied reċenti f’Mogadixu.

5. Fuad Mohamed Khalaf (magħruf ukoll bħala a) Fuad Mohamed Khalif, b) Fuad Mohamed Qalaf, c) Fuad Mohammed Kalaf, d) Fuad Mohamed Kalaf, e) Fuad Mohammed Khalif, f) Fuad Khalaf, g) Fuad Shongale, h) Fuad Shongole, i) Fuad Shangole, j) Fuad Songale, k) Fouad Shongale, l) Fuad Muhammad Khalaf Shongole)

Nazzjonalità: Somalja. Post: Mogadixu, Somalja. Post alternattiv: Somalja. Data tan-nomina tan-NU: 12 ta’ April 2010.

Fuad Mohamed Khalaf iffaċilita l-appoġġ finanzjarju lil al-Shabaab; F’Mejju 2008, huwa organizza żewġ attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi għal al-Shabaab f’moskej f’Kismaayo, Somalja. F’April 2008, Khalaf u bosta individwi oħra ddiriġew attakki b’ tagħmir splussiv li nġarr f’vetturi fuq bażijiet Etijopjani u elementi tal-Gvern Federali Transitorju Somalu f’Mogadixu, Somalja. F’Mejju 2008, Khalaf u grupp ta’ ġellieda attakkaw u ħatfu għassa tal-pulizija f’Mogadixu, waqt li qatlu u ferew diversi suldati.

6. Bashir Mohamed Mahamoud (magħruf ukoll bħala a) Bashir Mohamed Mahmoud, b) Bashir Mahmud Mohammed, c) Bashir Mohamed Mohamud, d) Bashir Mohamed Mohamoud, e) Bashir Yare, f) Bashir Qorgab, g) Gure Gap, h) “Abu Muscab”, i) “Qorgab”)

Data tat-twelid: madwar 1979-1982. Data tat-twelid alternattiva: 1982. Nazzjonalità: Somalja. Post: Mogadixu, Somalja. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 12 ta’ April 2010.

Bashir Mohamed Mahamoud huwa kmandant militari ta’ al-Shabaab. Mahamoud kienu ukoll wieħed minn xi għaxar membri fil-kunsill ta’ tmexxija ta’ al-Shabaab minn tard fl-2008. Mahamoud u assoċjat tiegħu kienu responsabbli mill-attakk bil-bus kontra l-Gvern Federali Transitorju Somalu f’Mogadixu

7. Mohamed Sa’id (magħruf ukoll bħala a)“Atom”, b) Mohamed Sa’id Atom, c) Mohamed Siad Atom)

Data tat-twelid: madwar l-1966. Post tat-twelid: Galgala, Somalja. Post: Galgala, Somalja. Post Alternattiv: Badhan, Somalja. Data tan-nomina tan-NU: 12 ta’ April 2010.

MOHAMED SA’ID “ATOM” kien involut f’atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja. ATOM forna, biegħ, jew ittrasferixxa direttament jew indirettament lejn is-Somalja armi jew materjal relatat jew parir, taħriġ, jew assistenza, inklużi finanzjament u assistenza finanzjarja, relatati mal-attivitajiet militari bi ksur tal-embargo fuq l-armi. ATOM ġie identifikat bħala wieħed mill-fornituri ewlenin ta’ armi u munizzjon għall-operazzjonijiet ta’ al-Shabaab fir-reġjun ta’ Puntland. Huwa deskritt bħala l-mexxej ta’ milizja li tfaċċat fl-2006 fir-reġjun tal-Lvant ta’ Sanaag fit-Tramuntana tas-Somalja. Il-milizja tinkludi sa 250 ġellied u kienet implikata f’inċidenti ta’ ħtif ta’ persuni, piraterija u terroriżmu, u timporta l-armi tagħha stess, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. ATOM stabbilixxa l-forza tiegħu bħala l-preżenza militari ewlenija fiż-żona, b’bażi primarja qrib Galgala u bażi sekondarja qrib Badhan. Skont xi informazzjoni, ATOM huwa allinjat ma’ al-Shabaab u jista’ jirċievi istruzzjonijiet mill-mexxej ta’ al-Shabaab Fu’aad Mohamed Khalaf.

Barra minn hekk, huwa rappurtat li ATOM huwa involut fit-traffikar ta’ armi fis-Somalja. Informazzjoni minn għadd ta’ sorsi tindika li l-forzi tiegħu jirċievu armi u tagħmir mill-Jemen u l-Eritrea. Skont rapport ta’ Diċembru 2008, xhud li ra b’għajnejh iddeskriva sitt konsenji bħal dawn matul perijodu ta’ erba’ ġimgħat fil-bidu tal-2008, u kull waħda kienet biżżejjed biex jimtlew żewġ trakkijiet pickup b’armi żgħar, munizzjon, u granati mmexxija b’rokit (rocket-propelled grenades). Skont negozjant ta’ Bossaso familjari man-negozju tal-armi, il-konsenji ta’ ATOM ma jidħlux fis-suq tal-armi, li jissuġġerixxi li dawn jew jinżammu għall-użu mill-forzi tiegħu jew jiġu ttrasferiti lil destinatarji fin-nofsinhar tas-Somalja, fejn topera al-Shabaab.

Il-forzi ta’ ATOM kienu involuti fil-ħtif ta’ ħaddiem Ġermaniż li jipprovdi l-għajnuna, fil-ħtif ta’ żewġ Somali qrib Bossaso, u f’ibbumbardjar ta’ migranti Etjopjani f’Bossaso fil-5 ta’ Frar 2008, li qatel 20 persuna u darab aktar minn 100 oħra. Il-milizja ta’ ATOM setgħu wkoll kellhom rwol sekondarju fil-ħtif ta’ koppja Ġermaniża maqbuda mill-pirati f’Ġunju 2008.

8. Fares Mohammed Mana’a (magħruf ukoll bħala: a) Faris Mana’a, b) Fares Mohammed Manaa)

Data tat-twelid: 8 ta’ Frar 1965. Post tat-twelid: Sadah, Jemen. Nru tal-Passaport: 00514146; post tal-ħruġ: Sanaa, Jemen. Nru tal-Karta tal-Identità: 1417576; post tal-ħruġ: Al-Amana, Jemen; data tal-ħruġ: 7 ta’ Jannar 1996. Data tan-nomina tan-NU: 12 ta’ April 2010.

FARES MOHAMMED MANA’A forna, biegħ jew ittrasferixxa direttament u indirettament lejn is-Somalja armi jew materjal relatat bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Mana’a huwa traffikant tal-armi magħruf. F’Ottubru 2009, il-gvern Jemenit ħareġ lista ta’ nies suspettuzi tat-traffikanti tal-armi li fiha Mana’a jinsab “fuq nett”, bħala parti minn sforz biex jitwaqqaf il-fluss ta’ armi fil-pajjiż, fejn huwa rappurtat li hemm aktar armi minn persuni. “Faris Manaa huwa traffikant ewlieni tal-armi, u dan huwa magħruf sew”, skont rapport ta’ Ġunju 2009 minn ġurnalist tal-Istati Uniti li huwa kummentatur dwar l-affarijiet Jemeniti, awtur ta’ rapport ta’ kull sitt xhur dwar il-pajjiż, u kkontribwixxa għall-Grupp tal-Intelligence ta’ Jane. F’artiklu tal-Jemen Times ta’ Diċembru 2007, issir referenza għalih bħala “Sheikh Fares Mohammed Mana’a, traffikant tal-armi”. F’artiklu tal-Jemen Times ta’ Jannar 2008, issir referenza għalih bħala “Sheikh Faris Mana’a, negozjant tal-armi”.

Minn nofs l-2008, il-Jemen kompla jservi bħala ċentru għat-trasport ta’ armi illegali lejn il-Qarn tal-Afrika, b’mod partikolari t-trasport ta’ armi bid-dgħajjes lejn is-Somalja. Hemm rapporti mhux konfermati li Faris Mana’a pparteċipa f’konsenji lejn is-Somalja f’għadd ta’ okkażjonijiet. Fl-2004, Mana kien involut f’kuntratti ta’ armi mill-Ewropa tal-Lvant għal armi li allegatament inbiegħu lill-ġellieda Somali. Minkejja l-embargo fuq l-armi tas-Somalja tan-NU mill-1992, l-interess ta’ Mana’a fit-traffikar ta’ armi fis-Somalja jista’ jiġi traċċat tal-inqas mill-2003. MANA’A offra li jixtri eluf ta’ armi fl-2003 mill-Ewropa tal-Lvant, u indika li ppjana li jbiegħ xi wħud mill-armi fis-Somalja.

9. Hassan Mahat Omar (magħruf ukoll bħala: a) Hassaan Hussein Adam, b) Hassane Mahad Omar, c) Xassaan Xuseen Adan, d) Asan Mahad Cumar, e) Abu Salman, f) Abu Salmaan, g) Sheikh Hassaan Hussein).

Data tat-twelid: 10 ta’ April 1979. Post tat-twelid: Garissa, Kenja. Nazzjonalità: Possibbilment Etjopjana. Nru tal-Passaport: A 1180173 Kenja, skadenza fl-20 ta’ Awwissu 2017. Karta tal-Identità Nru 23446085. Post: Najrobi, Kenja. Data tan-nomina tan-NU: 28 ta’ Lulju 2011.

Hassan Mahat Omar huwa involut f’atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja. Huwa Imam u wieħed mill-mexxejja ta’ Masjid-ul-Axmar, ċentru informali affiljat ma’ Al-Shabaab f’Najrobi. Huwa involut ukoll fir-reklutaġġ ta’ membri ġodda u fil-ġbir ta’ fondi għal Al-Shabaab, inkluż online fis-sit elettroniku affiljat ma’ Al-Shabaab alqimmah.net.

Barra minn hekk, huwa ħareġ fatwi għal attakki kontra t-TFG fuq chat room ta’ sit elettroniku ta’ Al-Shabaab.

10. Omar Hammami (magħruf ukoll bħala: a) Abu Maansuur Al-Amriki, b) Abu Mansour Al-Amriki, c) Abu Mansuur Al-Amriki, d) Umar Hammami, e) Abu Mansur Al-Amriki).

Data tat-twelid: 6 ta’ Mejju 1984. Post tat-twelid: Alabama, Stati Uniti. Nazzjonalità: Stati Uniti. Maħsub ukoll li għandu nazzjonalità Sirjana.

Nru tal-Passaport: 403062567 (US). Nru tas-Sigurtà Soċjali: 423-31-3021 (US). Post: Somalja. Informazzjoni oħra: Miżżewweġ mara Somala. Għex l-Eġittu fl-2005 u mar is-Somalja fl-2009. Data tan-nomina tan-NU: 28 ta’ Lulju 2011.

Omar Hammami huwa involut f’atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja. Huwa membru għoli ta’ Al-Shabaab. Huwa involut fir-reklutaġġ, il-finanzjament u l-paga tal-ġellieda barranin fis-Somalja. Huwa deskritt bħala espert fl-isplussivi u l-gwerra inġenerali. Minn Ottubru 2007 huwa deher f’rapporti tat-televixin u f’filmati ta’ propaganda ta’ Al-Shabaab. Huwa deher f’filmat iħarreġ ġellieda ta’ Al-Shabaab. Huwa deher ukoll f’filmati u fuq siti elettroniċi li jappellaw biex aktar ġellieda jingħaqdu ma’ Al-Shabaab.

▼M3

11. Jim’ale, Ali Ahmed Nur (magħruf ukoll bħala a) Jim’ale, Ahmed Alib) Jim’ale, Ahmad Nur Alic) Jim’ale, Sheikh Ahmed, d) Jim’ale, Ahmad Ali, e) Jim’ale, Shaykh Ahmed Nur)

Data tat-twelid: 1954. Post tat-twelid: Eilbur, is-Somalja. Nazzjonalità: Somalu. Nazzjonalità alternattiva: Ġibutjan. Passaport: A0181988 (Somalja), jiskadi fit-23 ta’ Jannar 2011. Post: Ġibuti, ir-Repubblika ta’ Ġibuti. Data ta’ inklużjoni NU: 17 ta’ Frar 2012.

Ali Ahmed Nur Jim’ale (Jim’ale) kellu pożizzjonijiet ta’ tmexxija fl-ex Kunsill Somalu tal-Qrati Iżlamiċi, magħruf ukoll bħala l-Unjoni Somala tal-Qrati Iżlamiċi, li kien element Iżlamista radikali. L-elementi l-aktar radikali tal-Unjoni Somala tal-Qrati Iżlamiċi eventwalment ifformaw il-grupp magħruf bħala Al-Shabaab. Al-Shabaab ġie elenkat għal sanzjonijiet immirati f’April 2010 mill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjonijiet 751 (1992) u 1907 (2009) dwar is-Somalja u l-Eritrea (il-“Kumitat tas-Sanzjonijiet Somalja/Eritrea”). Il-Kumitat elenka lil Al-Shabaab għax kienet entità involuta f’atti li jheddu b’mod dirett jew indirett il-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tas-Somalja, inklużi iżda mhux limitati għal atti li joħolqu theddida għall-Gvern Federali Transizzjonali Somalu.

Skont ir-rapport tat-18 ta’ Lulju 2011 tal-Grupp ta’ Monitoraġġ tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet Somalja/Eritrea (S/2011/433), Jim’ale huwa identifikat bħala negozjant u figura prominenti fiċ-ċiklu tal-kummerċ tal-faħam u z-zokkor ta’ Al-Shabaab u bħala li jibbenefika minn relazzjonijiet privileġġati ma’ Al-Shabaab.

Jim’ale huwa identifikat bħala wieħed mill-finanzjaturi ewlenin ta’ Al-Shabaab u huwa allinjat ideoloġikament ma’ Al-Shabaab. Jim’ale pprovda finanzjament u appoġġ politiku ewlenin għal Hassan Dahir Aweys (“Aweys”), li kien ukoll elenkat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet Somalja/Eritrea. L-ex Viċi Emir Muktar Robow ta’ Al-Shabaab jingħad li kompla jipparteċipa f’pożizzjonijiet politikament vantaġġużi fl-organizzazzjoni ta’ Al-Shabaab matul nofs l-2011. Robow involva lil Aweys u lil Jim’ale fi sforz biex javvanzaw l-objettivi kondiviżi tagħhom u jikkonsolidaw il-pożizzjoni ġenerali tagħhom fil-kuntest tal-firda fit-tmexxija ta’ Al-Shabaab.

Mill-ħarifa tal-2007, Jim’ale stabbilixxa kumpannija fittizja f’Ġibuti għal attivitajiet estremisti, imsejħa l-Investors Group. L-għan għal perijodu qasir tal-grupp kien li jiddestabbilizza lil Somaliland permezz tal-finanzjament ta’ attivitajiet estremisti u x-xiri ta’ armi. Il-grupp assista fil-kuntrabandu ta’ armi żgħar mill-Eritrea, li ngħaddew minn Ġibuti biex twasslu fil-ħames reġjun tal-Etjopja fejn l-estremisti rċevew il-merkanzija. Minn nofs l-2008, Jim’ale kompla jopera l-Investors Group.

Minn tard f’Settembru 2010, Jim’ale stabbilixxa ZAAD, negozju ta’ trasferiment ta’ flus minn telefon ċellulari għal ieħor u laħaq ftehim ma’ Al-Shabaab biex it-trasferimenti ta’ flus isiru b’mod aktar anonimu billi titneħħa l-ħtieġa li tintwera identifikazzjoni.

Minn tard fl-2009, Jim’ale kellu fond ta’ hawala magħruf fejn huwa ġabar zakat, li ġie pprovdut lil Al-Shabaab.

Minn Diċembru 2011, donaturi mhux identifikati mil-Lvant Nofsani kienu qed jittrasferixxu flus lil Jim’ale, li min-naħa tiegħu uża intermedjarji finanzjarji biex jibgħat il-flus lil Al-Shabaab.

Fl-2009, Jim’ale ħadem ma’ individwi oħra bl-istess fehma biex ixekkel lill-Gvern Federali Transizzjonali Somalu billi ma jipparteċipax fl-isforzi Somali ta’ rikonċiljazzjoni. Minn tmiem l-2011, Jim’ale appoġġa b’mod attiv lil Al-Shabaab billi offra komunikazzjonijiet, użu ta’ vetturi, għajnuna f’ikel u konsulenza politika mingħajr ħlas u stabbilixxa ġbir ta’ fondi għal Al-Shabaab permezz ta’ diversi gruppi kummerċjali.

▼M3

12. Aboud Rogo Mohammed (magħruf ukoll bħala a) Aboud Mohammad Rogo, b) Aboud Seif Rogo, c) Aboud Mohammed Rogo, d) Sheikh Aboud Rogo, e) Aboud Rogo Muhammad, f) Aboud Rogo Mohamed)

Data tat-twelid: 11 ta’ Novembru 1960. Dati tat-twelid alternattivi: a) 11 ta’ Novembru 1967, b) 11 ta’ Novembru 1969, c) 1 ta’ Jannar 1969. Post tat-twelid: il-gżira ta’ Lamu, il-Kenja. Data ta’ inklużjoni NU: 25 ta’ Lulju 2012.

L-estremist ibbażat fil-Kenja Aboud Rogo Mohammed hedded il-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tas-Somalja, billi pprovda appoġġ finanzjarju, materjali, loġistiku, jew tekniku lil Al-Shabaab, entità elenkata mill-Kumitat KSNU stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 751 (1992) dwar is-Somalja u r-Riżoluzzjoni 1907 (2009) dwar l-Eritrea għall-parteċipazzjoni tagħha f’atti li jheddu b’mod dirett jew indirett il-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja.

Aboud Rogo Mohammed huwa kleriku Iżlamiku estremist ibbażat fil-Kenja. Huwa għadu jeżerċita influwenza fuq gruppi estremisti fil-Lvant tal-Afrika bħala parti mill-kampanja għall-promozzjoni tal-vjolenza fil-Lvant tal-Afrika. L-attivitajiet ta’ Aboud Rogo jinkludu ġbir ta’ fondi għal Al-Shabaab.

Bħala l-mexxej ideoloġiku ewlieni ta’ Al Hijra, li qabel kien magħruf bħala ċ-Ċentru Musulman taż-Żgħażagħ, Aboud Rogo Mohammed uża l-grupp estremist bħala passaġġ għar-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ ta’ Afrikani li prinċipalment jitkellmu bis-Swahili biex iwettqu attività militanti fis-Somalja. F’serje ta’ lectures ta’ ispirazzjoni bejn Frar 2009 u Frar 2012, Aboud appella ripetutament għaċ-ċaħda vjolenti tal-proċess ta’ paċi Somalu. Matul dawn il-lectures, Rogo appella ripetutament għall-użu tal-vjolenza kemm kontra l-forzi tan-Nazzjonijiet Uniti u l-forzi tal-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM) fis-Somalja, u ħeġġeġ lill-udjenzi tiegħu biex jivvjaġġaw lejn is-Somalja biex jissieħbu ma’ Al-Shabaab fil-ġlieda tiegħu kontra l-Gvern Kenjan.

Aboud Rogo Mohammed joffri wkoll gwida dwar kif ir-rekluti Kenjani li jissieħbu ma’ Al-Shabaab jistgħu jevitaw li jiġu identifikati mill-awtoritajiet Kenjani, u liema rotot għandhom isegwu meta jivvjaġġaw minn Mombasa u/jew Lamu għal fortizzi ta’ Al-Shabaab fis-Somalja, l-aktar Kismayo. Huwa ffaċilita l-ivvjaġġar lejn is-Somalja ta’ għadd kbir ta’ rekruti Kenjani għal Al-Shabaab.

F’Settembru 2011, Rogo kien qed jirrekluta individwi f’Mombasa fil-Kenja biex jivvjaġġaw lejn is-Somalja x’aktarx biex iwettqu operazzjonijiet terroristiċi. F’Settembru 2008, Rogo għamel laqgħa ta’ ġbir ta’ fondi f’Mombasa biex jgħin fil-finanzjament tal-attivitajiet ta’ Al-Shabaab fis-Somalja.

13. Abubaker Shariff Ahmed (magħruf ukoll bħala a) Makaburi b) Sheikh Abubakar Ahmed, c) Abubaker Shariff Ahmed, (d) Abu Makaburi Shariff, e) Abubaker Shariff, f) Abubakar Ahmed)

Data tat-twelid: 1962. Data tat-twelid alternattiva: 1967. Post tat-twelid: Kenja. Post: iż-żona ta’ Majengo, Mombasa, il-Kenja. Data ta’ inklużjoni NU: 23 ta’ Awwissu 2012.

Abubaker Shariff Ahmed għandu rwol ewlieni bħala faċilitatur u persuna li tirrekluta Musulmani Kenjani żgħażagħ għal attività militanti vjolenti fis-Somalja, u soċju qrib ta’ Aboud Rogo. Huwa jipprovdi appoġġ materjali lil gruppi estremisti fil-Kenja (u x’imkien ieħor fil-Lvant tal-Afrika). Permezz taż-żjarat frekwenti tiegħu lil fortizza ta’ Al-Shabaab fis-Somalja, inkluża Kismayo, huwa seta’ jżomm rabtiet b’saħħithom ma’ membri għoljin ta’ Al-Shabaab.

Abubaker Shariff Ahmed huwa wkoll involut fil-mobilizzazzjoni u l-ġestjoni tal-finanzjament għal Al-Shabaab, entità elenkata mill-Kumitat KSNU stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 751 (1992) dwar is-Somalja u r-Riżoluzzjoni 1907 (2009) dwar l-Eritrea tal-involviment tiegħu f’atti li jheddu b’mod dirett jew indirett il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tas-Somalja.

Abubaker Shariff Ahmed ippriedka fil-moskei f’Mombasa li l-ġuvinturi għandhom jivvjaġġaw lejn is-Somalja, iwettqu atti estremisti, jiġġieldu għal Al-Qaida, u joqtlu liċ-ċittadini Amerikani.

Abubaker Shariff Ahmed kien arrestat fi tmiem Diċembru 2010 mill-awtoritajiet Kenjani fuq suspett ta’ involviment fil-bumbardament ta’ venda ta’ Najrobi. Abubaker Shariff Ahmed huwa wkoll mexxej ta’ organizzazzjoni taż-żgħażagħ ibbażata fil-Kenja f’Mombasa li għandha rabtiet ma’ Al-Shabaab.

Mill-2010, Abubaker Shariff Ahmed aġixxa ta’ persuna li tirrekluta u faċilitatur għal Al-Shabaab fiż-żona Majengo ta’ Mombasa, fil-Kenja.

▼M1

II.    Entitajiet

AL-SHABAAB (magħrufa wkoll bħala a) Al-Shabab, b) Shabaab, c) The Youth, d) Mujahidin Al-Shabaab Movement, e) Mujahideen Youth Movement, f) Mujahidin Youth Movement, g) MYM, h) Harakat Shabab Al-Mujahidin, i) Hizbul Shabaab, j) Hisb’ul Shabaab, k) Al-Shabaab Al-Islamiya, l) Youth Wing, m) Al-Shabaab Al-Islaam, n) Al-Shabaab Al-Jihaad, o) The Unity Of Islamic Youth, p) Harakat Al-Shabaab Al-Mujaahidiin, q) Harakatul Shabaab Al Mujaahidiin, r) Mujaahidiin Youth Movement)

Post: Somalja. Data tan-nomina tan-NU: 12 ta’ April 2011.

Al-Shabaab kienet involuta f’atti li jheddu direttament jew indirettament il-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà fis-Somalja, inkluż iżda mhux limitat għal: atti li jheddu l-Ftehim ta’ Ġibuti tat-18 ta’ Awwissu 2008, jew il-proċess politiku; u, atti li jheddu l-Istituzzjonijiet Federali Transitorji (TFIs), il-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM), jew operazzjonijiet internazzjonali għaż-żamma ta’ paċi relatati mas-Somalja.

Al-Shabaab ostakolat ukoll l-għoti ta’ għajnuna umanitarja lis-Somalja, jew l-aċċess għal, jew id-distribuzzjoni ta’, għajnuna umanitarja fis-Somalja.

Skont id-dikjarazzjoni mill-President tal-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 751 (1992) dwar is-Somalja lill-Kumitat tas-Sigurtà mogħtija fid-29 ta’ Lulju 2009, kemm Al-Shabaab u Hisb’ul Islam pubblikament u b’mod ripetittiv ħadu r-responsabbiltà għall-attakki permezz ta’ forzi fuq il-Gvern Federali Transitorju (TFG) u l-AMISOM. Al-Shabaab ħadet ukoll ir-responsabbiltà għall-qtil ta’ uffiċjali tat-TFG, u fid-19 ta’ Lulju 2009 attakkat u għalqet l-uffiċċji fuq il-post tal-UNOPS, l-UNDSS u l-UNDP fir-reġjuni ta’ Bay u Bakool, bi ksur tal-paragrafu (c) tar-Riżoluzzjoni 1844 (2008). Al-Shabaab ostakolat b’mod ripetittiv l-aċċess għall-għajnuna umanitarja, jew għad-distribuzzjoni tagħha, fis-Somalja.

Ir-Rapport tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-20 ta’ Lulju 2009 dwar is-sitwazzjoni fis-Somalja, kien fih il-paragrafi li ġejjin li jinvolvu l-attivitajiet ta’ al-Shabaab fis-Somalja:

Huwa allegat li gruppi ribelli, bħal al-Shabaab, qegħdin jiksbu flus b’theddid jew vjolenza minn kumpanniji privati u jirreklutaw żgħażagħ sabiex jingħaqdu fil-ġlieda kontra l-Gvern f’Mogadixu, inklużi suldati tfal. Al-Shabaab ikkonfermat il-preżenza ta’ ġellieda barranin fi ħdanha u ddikjarat bil-miftuħ li qiegħda taħdem ma’ al-Qaida f’Mogadixu sabiex tneħħi l-Gvern tas-Somalja. Huwa rappurtat li ħafna mill-ġellieda barranin joriġinaw mill-Pakistan u l-Afganistan, u jidhru mħarrġa sew u lesti għall-battalja. Ġew osservati jilbsu l-barnużi u jmexxu operazzjonijiet offensivi kontra l-forzi tal-Gvern f’Mogadixu u r-reġjuni ġirien.

Al-Shabaab intensifikat l-istrateġija tagħha li tisforza u tintimida lill-popolazzjoni Somala, kif rifless fil-qtil u l-arresti, magħżulin bir-reqqa u ta’ benefiċċju kbir, ta’ anzjani tal-klan, li diversi minnhom inqatlu. Fid-19 ta’ Ġunju 2009, Omar Hashi Aden, il-Ministru tas-Sigurtà Nazzjonali, inqatel permezz ta’ bomba suwiċida fuq skala kbira f’karozza f’Beletwyne. Aktar minn 30 persuna oħra nqatlu fl-attakk, li ġie kkundannat bis-saħħa mill-komunità internazzjonali u minn parti kbira tas-soċjetà Somala.

Skont ir-rapport ta’ Diċembru 2008 mill-Grupp ta’ Monitoraġġ tas-Somalja tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (2008/769), al-Shabaab hija responsabbli għal diversi attakki fis-Somalja matul dawn l-aħħar snin, inkluż:

 Il-qtil u l-qtugħ ir-ras rappurtati ta’ xufier Somalu li kien jaħdem għall-Programm dwar l-Ikel fid-Dinja f’Settembru 2008.

 L-ibbumbardjar ta’ suq f’Puntland li qatel 20 persuna u darab aktar minn 100 fis-6 ta’ Frar 2008.

 Kampanja ta’ bombi u qtil immirat f’Somaliland bil-ħsieb li jiġu ostakolati l-elezzjonijiet parlamentari tal-2006.

 Il-qtil ta’ diversi ħaddiema barranin li jipprovdu l-għajnuna fl-2003 u l-2004.

Skont rapport, al-Shabaab attakkat komposti tan-Nazzjonijiet Uniti fis-Somalja fl-20 ta’ Lulju 2009, u ħarġet digriet li jipprojbixxi tliet aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti miż-żoni kkontrollati minn al-Shabaab fis-Somalja. Barra minn hekk, il-forzi tal-Gvern Federali Transitorju Somalu ġġieldu kontra ribelli ta’ al-Shabaab u Hizbul Islam mill-11 sat-12 ta’ Lulju 2009 li rriżulta fil-mewt ta’ aktar minn 60 persuna. Fil-ġlieda tal-11 ta’ Lulju 2009, al-Shabaab tefgħet erba’ murtali ġewwa Villa Somalia li rriżultat fil-mewt ta’ tliet suldati tal-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM) u t-tidrib ta’ tmienja oħrajn.

Skont artiklu ppubblikat mill-British Broadcasting Corporation fit-22 ta’ Frar 2009, al-Shabaab ħadet ir-responsabbiltà għal attakk suwiċida permezz ta’ bomba f’karozza fuq bażi militari tal-Unjoni Afrikana f’Mogadixu. Skont l-artiklu, l-Unjoni Afrikana kkonfermat li nqatlu 11-il gwardjan tal-paċi tal-Unjoni Afrikana u li weġġgħu 15 oħra.

Skont artiklu ppubblikat minn Reuters fl-14 ta’ Lulju 2009, militanti ta’ al-Shabaab għamlu qligħ fl-2009 minn attakki fuq stil guerilla fuq forzi Somali u tal-Unjoni Afrikana.

Skont artiklu ppubblikat minn Voice of America fl-10 ta’ Lulju 2009, al-Shabaab kienet involuta f’attakk fuq forzi tal-gvern Somalu f’Mejju 2009.

Skont artiklu li ttella’ fuq sit elettroniku tal-Kunsill dwar ir-Relazzjonijiet Barranin li nkiteb fis-27 ta’ Frar 2009, al-Shabaab ħallset għal ribelljoni kontra l-gvern transitorju tas-Somalja u s-sostenituri Etjopjani tiegħu mill-2006. Al-Shabaab qatlet ħdax-il suldat Burundjan fl-aktar attakk qattiel fuq gwardjani tal-paċi tal-UA mindu ġew stazzjonati u jiddikjara li al-Shabaab kienet involuta fi ġlied serju li qatel mill-inqas ħmistax-il persuna f’Mogadixu.

▼M2




ANNESS II

Websajts li jipprovdu tagħrif dwar l-awtoritajiet kompetenti u indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

Il-BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

Il-BULGARIJA

http://www.mfa.bg/en/pages/view/5519

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

ID-DANIMARKA

http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/

IL-ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

L-ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

L-IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

IL-GREĊJA

http://www1.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/Sanciones_%20Internacionales.aspx

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

L-ITALJA

http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

IL-LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

L-UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

http://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-vrede-en-veiligheid/sancties

L-AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

IL-POLONJA

http://www.msz.gov.pl

IL-PORTUGALL

http://www.min-nestrangeiros.pt

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

IS-SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

IL-FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

L-ISVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

IR-RENJU UNIT

www.fco.gov.uk/competentauthorities

Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

Il-Kummissjoni Ewropea

Is-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI)

L-Uffiċċju tas-SEAE 02/309

B-1049 Bruxelles/Brussel (il-Belġju)

L-indirizz elettroniku: relex-sanctions@ec.europa.eu



( 1 ) Ara paġna 17 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

( 2 ) ĠU L 46, 17.2.2009, p. 73.

( 3 ) ĠU L 24, 29.1.2003, p. 2.

( 4 ) ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1.

( 5 ) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

( 6 ) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

( 7 ) ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

( 8 ) ĠU C 69, 18.3.2010, p. 19.