02010R0257 — MT — 27.03.2021 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 257/2010

tal-25 ta' Marzu 2010

li jistabbilixxi programm għar-rivalutazzjoni tal-addittivi tal-ikel approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 080 26.3.2010, p. 19)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/148 tat-8 ta’ Frar 2021

  L 44

3

9.2.2021




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 257/2010

tal-25 ta' Marzu 2010

li jistabbilixxi programm għar-rivalutazzjoni tal-addittivi tal-ikel approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Is-suġġett u l-ambitu

1.  
Dan ir-Regolament jistipula programm għar-rivalutazzjoni mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn issa 'l quddiem imsejħa l-“EFSA”) tal-addittivi tal-ikel approvati, kif stipulat fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.
2.  
L-addittivi tal-ikel approvati, li diġà saritilhom ir-rivalutazzjoni mill-EFSA fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, mhux se jerġgħu jiġu rivalutati għal darb’oħra. Dawn l-addittivi tal-ikel huma mniżżla fl-Anness I.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“addittiv tal-ikel approvat” ifisser addittiv tal-ikel awtorizzat qabel l-20 ta’ Jannar 2009 u mniżżel fid-Direttiva 94/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 1994 dwar is-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa għall-użu f’oġġetti tal-ikel ( 1 ), id-Direttiva 94/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 1994 dwar il-kuluri għall-użu fl-ikel ( 2 ) jew fid-Direttiva 95/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 1995 dwar l-addittivi tal-ikel għajr kuluri u sostanzi li jagħtu l-ħlewwa ( 3 );

(b) 

“operatur kummerċjali” jfisser kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika responsabbli biex tiżgura li r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jintlaħqu fin-negozju tal-ikel taħt il-kontroll tiegħu;

(c) 

“operatur kummerċjali interessat” ifisser operatur kummerċjali interessat fil-kontinwità tal-awtorizzazzjoni ta’ addittiv tal-ikel wieħed jew aktar approvati;

(d) 

“dossier oriġinali” ifisser dossier li fuq il-bażi tiegħu l-addittiv tal-ikel ġie evalwat u permess għall-użu fl-ikel qabel l-20 ta' Jannar 2009.

Artikolu 3

Prijoritajiet għar-rivalutazzjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati

1.  

L-addittivi tal-ikel approvati għandhom jiġu rivalutati fl-ordni li ġejja u qabel l-iskadenzi li ġejjin:

(a) 

ir-rivalutazzjoni tal-kuluri kollha approvati mniżżla fid-Direttiva 94/36/KE għandhom jitlestew sal-31 ta’ Diċembru 2015;

(b) 

ir-rivalutazzjoni tal-addittivi kollha approvati għajr għall-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa mniżżla fid-Direttiva 95/2/KE għandhom jitlestew sal-31 ta’ Diċembru 2018;

(c) 

ir-rivalutazzjoni tas-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa kollha approvati mniżżla fid-Direttiva 94/35/KE għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2020;

2.  
Għal ċerti addittivi tal-ikel fi ħdan il-klassijiet funzjonali msemmija fil-paragrafu 1 hemm aktar skadenzi speċifiċi stipulati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Dawn l-addittivi tal-ikel għandhom jiġu vvalutati l-ewwel fost l-addittivi l-oħra tal-istess klassi funzjonali.
3.  

B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-EFSA tista’ fi kwalunkwe mument tibda r-rivalutazzjoni ta’ addittiv tal-ikel jew ta’ grupp ta’ addittivi tal-ikel bi prijorità, fuq talba mill-Kummissjoni jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, jekk tfiġġ evidenza xjentifika emerġenti li

(a) 

tindika riskju possibbli għas-saħħa tal-bniedem jew

(b) 

tista’ b’xi mod taffettwa l-valutazzjoni ta’ sigurtà ta’ dak l-addittiv tal-ikel jew grupp ta’ addittivi tal-ikel.

Artikolu 4

Il-proċedura tar-rivalutazzjoni

Meta tkun qed tirrivaluta addittiv tal-ikel approvat, l-EFSA għandha:

(a) 

teżamina l-opinjoni oriġinali u d-dokumenti ta’ ħidma tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel (l-“SCF”) jew l-EFSA;

(b) 

teżamina, fejn hu disponibbli, id-dossier oriġinali;

▼M1

(c) 

teżamina d-data mressqa mill-operatur(i) kummerċjali interessat(i) u/jew kwalunkwe parti interessata oħra f’konformità mal-Artikoli 5, 6 u 7 ta’ dan ir-Regolament;

▼B

(d) 

teżamina kull dejta disponibbli mingħand il-Kummissjoni u mingħand l-Istati Membri;

(e) 

tidentifika kwalunkwe letteratura rilevanti ppubblikata mil-aħħar valutazzjoni ta’ kull addittiv tal-ikel.

Artikolu 5

Sejħa għad-dejta

1.  
Sabiex tikseb id-dejta mingħand l-operaturi kummerċjali interessati u/jew mingħand xi partijiet interessati oħra, l-EFSA għandha tippubblika s-sejħiet għad-dejta dwar l-addittivi tal-ikel li qed jiġu rivalutati. Waqt li tispeċifika l-iskeda għat-tressiq tad-dejta l-EFSA għandha tħalli perjodu ta’ żmien raġjonevoli wara d-dħul mis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, biex tippermetti l-operatur kummerċjali interessat u/jew kwalunkwe parti interessata oħra biex iwettaq/twettaq dan l-impenn.
2.  

Id-dejta msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tkopri fost oħrajn:

(a) 

rapporti ta’ studji mid-dossier oriġinali kif evalwati mill-SCF jew mill-EFSA jew mill-Kumitat Espert Konġunt tal-FAO/WHO dwar l-Addittivi tal-Ikel (JECFA),

(b) 

tagħrif dwar id-dejta dwar is-sigurtà tal-addittiv tal-ikel ikkonċernat li ma ġiex revist minn qabel mill-SCF jew mill-JECFA,

(c) 

tagħrif dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-addittivi tal-ikel fl-użu attwalment, inkluż it-tagħrif dwar id-daqsijiet tal-partikoli u l-karatteristiċi u l-proprjetajiet fiżikokimiċi rilevanti,

(d) 

tagħrif dwar il-proċess ta’ manifattura,

(e) 

tagħrif dwar il-metodi analitiċi disponibbli għad-determinazzjoni fl-ikel,

(f) 

tagħrif dwar l-esponiment tal-bniedem għall-addittivi tal-ikel mill-ikel (eż. xejriet tal-użu u tal-konsum, il-livelli tal-użu attwali u l-livelli massimi tal-użu, il-frekwenza tal-konsum u fatturi oħra li jinfluwenzaw l-esponiment),

(g) 

ir-reazzjoni tal-ikel u x’isir minnu.

Artikolu 6

It-tressiq tad-dejta

1.  
L-operatur(i) kummerċjali interessati u kwalunkwe parti interessata oħra għandhom iressqu d-dejta relatata mar-rivalutazzjoni ta’ addittiv tal-ikel kif imsemmi fl-Artikolu 5(2), fil-perjodu stipulat mill-EFSA fis-sejħa tagħha għad-dejta. Fit-tressiq tad-dejta tagħhom, l-operatur kummerċjali interessat kif ukoll il-partijiet l-oħra interessati għandhom jinkludu d-dejta mitluba mill-EFSA billi jsegwu, kemm jista' jkun possibbli, il-gwida applikabbli dwar il-preżentazzjonijiet għall-valutazzjonijiet tal-addittivi tal-ikel ( 4 ).
2.  
Fejn jeżistu ħafna operaturi kummerċjali interessati huma jistgħu, fejn possibbli, iressqu d-dejta b’mod kollettiv.
3.  
Jekk matul ir-rivalutazzjoni jkun meħtieġ tagħrif addizzjonali meqjus rilevanti għar-rivalutazzjoni ta' addittiv tal-ikel partikolari, l-EFSA għandha titlob lill-operaturi kummerċjali interessati, u tistieden lill-partijiet interessati l-oħra, sabiex iressqu dan it-tagħrif permezz ta' sejħa miftuħa għad-dejta. Hija għandha tistipula skadenza li fiha dan it-tagħrif għandu jitressaq waqt li tqis, fejn rilevanti, il-fehma tal-operatur kummerċjali interessat u/jew il-fehma tal-partijiet interessati l-oħra rigward il-perjodu ta’ żmien meħtieġ. F’każijiet bħal dawn, l-EFSA għandha tagħmel it-talba għat-tagħrif addizzjonali minn ħafna qabel, biex l-iskadenzi ġenerali għar-rivalutazzjoni kif stipulati fl-Artikolu 3(1) u fl-Anness II ma jiġux affettwati.
4.  
It-tagħrif li ma jitressaqx fiż-żmien stipulat mill-EFSA m’għandux jitqies fir-rivalutazzjoni. Madankollu, f’każijiet eċċezzjonali, l-EFSA tista’ tiddeċiedi bi qbil mal-Kummissjoni li tikkunsidra t-tagħrif imressaq wara l-iskadenza, jekk dan it-tagħrif ikun sinifikanti għar-rivalutazzjoni ta' addittiv tal-ikel.
5.  
Fejn it-tagħrif mitlub ma jkunx tressaq quddiem l-EFSA fl-iskadenzi stipulati, l-addittiv tal-ikel jista' jitneħħa mil-lista tal-Unjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 10.3 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 ( 5 ).

Artikolu 7

Tagħrif iehor

Fil-qafas tar-rivalutazzjoni ta' addittiv tal-ikel, l-operatur(i) kummerċjali interessat(i) jew kwalunkwe parti interessata oħra għandhom jgħarrfu lill-EFSA u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tagħrif disponibbli relatat ma’ kwalunkwe riskju ambjentali mill-produzzjoni, l-użu jew l-iskart ta’ dak l-addittiv.

▼M1

Artikolu 7a

Segwitu għall-opinjonijiet tal-EFSA

1.  
Meta, abbażi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4, l-EFSA ma tkunx tista’ tikkonferma s-sikurezza ta’ addittiv tal-ikel, tal-użi jew il-livelli tal-użu jew tirrakkomanda bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet, il-Kummissjoni tista’ tiegħu passi ulterjuri jew titlob lill-EFSA biex tieħu passi ulterjuri, inkluż l-organizzazzjoni ta’ sejħiet għal data, sabiex tlesti il-valutazzjoni tas-sikurezza.
2.  
Meta d-data u l-informazzjoni mitluba f’konformità mal-paragrafu 1 ma jkunux ġew sottomessi jew meta ma jippermettux li tiġi kkonfermata s-sikurezza tal-addittiv tal-ikel, tal-użi jew il-livelli tal-użu jew tal-ispeċifikazzjonijiet, l-addittiv tal-ikel jista’ jitneħħa mil-lista tal-Unjoni f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

Artikolu 7b

Pariri ta’ qabel is-sottomissjoni

Meta l-EFSA tkun meħtieġa jew tintalab tagħti opinjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament, il-persunal tal-EFSA għandu, fuq talba tal-operatur(i) kummerċjali interessat(i) jew kwalunkwe parti interessata oħra, jipprovdi parir dwar ir-regoli applikabbli għas-sottomissjoni ta’ informazzjoni skont l-Artikoli 4 sa 7a u parir dwar il-kontenut meħtieġ għal din is-sottomissjoni. Tali parir għandu jingħata f’konformità mal-Artikolu 32a tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ), li għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 7c

Notifika tal-istudji

L-operaturi kummerċjali interessati u/jew kwalunkwe parti interessata oħra għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-EFSA t-titolu u l-ambitu ta’ kwalunkwe studju kkummissjonat jew imwettaq minnhom biex jappoġġa r-rivalutazzjoni ta’ addittiv tal-ikel approvat f’konformità mal-Artikoli 4 sa 7a ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll il-laboratorju jew il-faċilità tal-ittestjar li jkunu qed iwettqu dak l-istudju, u d-dati tal-bidu u tat-tlestija ppjanata tiegħu.

Il-laboratorju u faċilitajiet oħra tal-ittestjar li jinsabu fl-Unjoni għandhom ukoll, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Awtorità t-titlu u l-ambitu ta’ kwalunkwe studju kkummissjonat mill-operaturi kummerċjali u partijiet interessati oħra, imwettaq minn dawn il-laboratorji jew faċilitajiet oħra tal-ittestjar biex jappoġġaw ir-rivalutazzjoni ta’ addittiv tal-ikel approvat f’konformità mal-Artikoli 4 sa 7a ta’ dan ir-Regolament, id-dati tal-bidu u tat-tlestija ppjanata tiegħu, kif ukoll l-isem tal-operaturi kummerċjali jew tal-partijiet interessati li kkummissjonaw studju bħal dan.

L-EFSA għandha tinkludi l-istudji nnotifikati f’konformità ma’ dan l-Artikolu fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 32b(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

Artikolu 7d

Format tas-sottomissjonijiet

Qabel l-adozzjoni tal-formati standard tad-data skont l-Artikolu 39f tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, id-data sottomessa f’konformità ma’ dan ir-Regolament għandha tiġi sottomessa f’format elettroniku li jippermetti d-dawnlowdjar, l-istampar u t-tfittxija tad-dokumenti. Wara l-adozzjoni tal-formati standard tad-data skont l-Artikolu 39f tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, id-data għandha tiġi sottomessa f’konformità ma’ dawk il-formati standard tad-data.

Artikolu 7e

Trasparenza

Meta l-EFSA tkun meħtieġa jew tintalab tagħti opinjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament, għandha tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati u lill-pubbliku abbażi tal-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-data sottomessa skont dan ir-Regolament, f’konformità mal-Artikolu 32c(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, li għandu japplika mutatis mutandis.

▼M1

Artikolu 8

Kunfidenzjalità

Mas-sottomissjoni tad-data f’konformità ma’ dan ir-Regolament, l-operatur kummerċjali interessat jew parti interessata oħra jistgħu jressqu talba biex ċerti partijiet tal-informazzjoni jew tad-data jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali. Tali talba għandu jkollha magħha ġustifikazzjoni verifikabbli. Tali talbiet għall-kunfidenzjalità għandhom jiġu vvalutati f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, li għandu japplika mutatis mutandis.

▼B

Artikolu 9

Sorveljanza tal-progress

Kull sena f’Diċembru, l-EFSA għandha tgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar il-progress tal-programm tar-rivalutazzjoni.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I



Lista ta’ addittiv tal-ikel approvati li ġew approvati qabel l-20 ta’ Jannar 2009 u li tlestiet ir-rivalutazzjoni tagħhom mill-EFSA fiż-żmien tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament

Nru E

Sustanza

Sena tal-aktar valutazzjoni riċenti mill-SCF jew mill-EFSA

Status tar-rivalutazzjoni mill-EFSA

E 102

Tartrazina

2009

Rivalutazzjoni tlestiet fit-23 ta’ Settembru 2009

E 104

Isfar Kinolina

2009

Rivalutazzjoni tlestiet fit-23 ta’ Settembru 2009

E 110

Isfar żerniq FCF, Isfar Oranġjo S

2009

Rivalutazzjoni tlestiet fl-24 ta’ Settembru 2009

E 122

Azorubina, Karmojżina

2009

Rivalutazzjoni tlestiet fl-24 ta’ Settembru 2009

E 124

Ponceau 4R, Aħmar Koċineal A

2009

Rivalutazzjoni tlestiet fit-23 ta’ Settembru 2009

E 129

Aħmar Allura AC

2009

Rivalutazzjoni tlestiet fit-23 ta’ Settembru 2009

E 160d

Likopene

2008

Rivalutazzjoni tlestiet fit-30 ta’ Jannar 2008

E 234

Nisina

2006

Rivalutazzjoni tlestiet fis-26 ta’ Jannar 2006

E 173

Aluminju

2008

Rivalutazzjoni tlestiet fit-22 ta’ Mejju 2008

E 214

Etil p-idrossibenzoat

2004

Rivalutazzjoni tlestiet fit-13 ta’ Lulju 2004

E 215

Sodju etil p-idrossibenzoat

2004

Rivalutazzjoni tlestiet fit-13 ta’ Lulju 2004

E 218

Metil p-idrossibenzoat

2004

Rivalutazzjoni tlestiet fit-13 ta’ Lulju 2004

E 219

Sodju metil p-idrossibenzoat

2004

Rivalutazzjoni tlestiet fit-13 ta’ Lulju 2004

E 235

Natamiċina

2009

Rivalutazzjoni tlestiet fis-26 ta’ Novembru 2009

E 473

Esteri tas-sukrożju tal-aċidi xaħmin

2006

Rivalutazzjoni tlestiet fit-23 ta’ Novembru 2004; reviżjoni fis-26 ta’ Jannar 2006

E 474

Sukrogliċeridi

2006

Rivalutazzjoni tlestiet fit-23 ta’ Novembru 2004; reviżjoni fis-26 ta’ Jannar 2006

E 901

Xama’ tan-naħal, bajda u safra

2007

Rivalutazzjoni tlestiet fis-27 ta’ Novembru 2007




ANNESS II

Prijoritajiet speċifiċi għal ċerti addittivi tal-ikel fi ħdan il-klassijiet funzjonali ta' addittivi tal-ikel kif imsemmi fl-Artikolu 3 (1) u (2)

PARTI I:   KULURI FL-IKEL

Fl-iskadenza ġenerali tal-31.12.2015 stipulata għar-rivalutazzjoni tal-kuluri fl-ikel fl-Artikolu 3(1) l-iskadenzi speċifiċi li ġejjin huma stipulati għall-kuluri fl-ikel li ġejjin:

(1) 

Il-kuluri fl-ikel li ġejjin għandhom jiġu valutati sal-15.04.2010

E 123

Amarant,

E 151

Iswed Brillanti BN, Iswed PN

E 154

Kannella FK,

E 155

Kannella HT u

E 180

Litolrubina BK

(2) 

Il-kuluri fl-ikel li ġejjin għandhom jiġu valutati sal-31.12.2010

E 100

Kurkumina,

E 127

Eritrosina,

E 131

Blu Patentat V,

E 132

Indigotina, Karminju indigo

E 133

Blu Brillanti FCF,

E 142

Aħdar S,

E 150a

Karamella ordinarja,

E 150b

Karamella tas-sulfit kawstiku,

E 150c

Karamella tal-ammonja,

E 150d

Karamella tal-ammonja tas-sulfit,

E 161b

Luteina,

E 161g

Kantażantina,

E 170

Karbonat tal-kalċju,

(3) 

Il-kuluri fl-ikel li ġejjin għandhom jiġu valutati sal-31.12.2015

E 101

(i) Riboflavina (ii) Riboflavina-5′-fosfat,

E 120

Koċineal, Aċidu Karminiku, Karminji

E 140

Klorofilli u Klorofillini: (i) Klorofilli (ii) Klorofillini,

E 141

Kumplessi tar-ram tal-Klorofilli u l-Klorofillini : (i) Kumplessi tar-ram tal-klorofilli (ii) Kumplessi tar-ram tal-klorofillini,

E 153

Karbonju veġetali,

E 160b

Annatto, bissina, norbissina

E 160a

Karoteni: (i) karoteni mħallta, (ii) beta-karotene,

E 160c

Estratt tal-paprika, kapsantin, kapsorubin,

E 160e

Beta-apo-8′-karotenal (C30),

E 160f

Ester tal-etil tal-beta-apo-8′, -aċidu karotenojku (C30),

E 162

Aħmar pitravi, betanin,

E 163

Antoċjanini,

E 171

Diossidu tat-titanju,

E 172

Ossidi u idrossidi tal-ħadid,

E 174

Fidda,

E 175

Deheb

PARTI II:   ADDITTIVI TAL-IKEL GĦAJR KULURI U SUSTANZI LI JAGĦTU L-ĦLEWWA

Fl-iskadenza ġenerali tal-31.12.2018 stipulata għar-rivalutazzjoni tal-addittivi tal-ikel għajr il-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa fl-Artikolu 3(1), l-iskadenzi speċifiċi li ġejjin huma stipulati għal ċerti addittivi tal-ikel u gruppi ta’ addittivi tal-ikel:

(1) 

Il preżervattivi u l-antiossidanti E 200-203; E 210-215, E 218-252, E 280-285; L-E 300-E 321 u l-E 586 għandhom jiġu valutati sal-31.12.2015

bi prijorità akbar fi ħdan dan il-grupp fuq:

l-E 310-312

Gallati

l-E 320

Idrossianisol butilat (BHA)

l-E 321

Idrossitoluene butilat (BHT)

l-E 220-228

Diossidu tal-kubrit u sulfiti

l-E 304

L-esteri tal-aċidi xaħmin tal-aċidu askorbiku:(i) Palmitat tal-askorbil (ii) Stearat tal-askorbil

l-E 200-203

Aċidu sorbiku u sorbati

l-E 284

Aċidu boriku

l-E 285

Tetraborat tas-sodju (borax)

l-E 239

Tetramin tal-eżametilene

l-E 242

Dikarbonat tad-dimetil

l-E 249

Nitrit tal-potassju

l-E 250

Nitrit tas-sodju

l-E 251

Nitrat tas-sodju

l-E 252

Nitrat tal-potassju

l-E 280-283

Aċidu propjoniku u l-imluħa tiegħu tas-sodju, tal-kalċju u tal-potassju

l-E 306

Estratt b'kontenut qawwi ta' tokoferol

l-E 307

Alfa-tokoferol

l-E 308

Gamma-tokoferol

l-E 309

Delta-tokoferol

(2) 

L-emulsifikanti, l-istabbilizzaturi, u l-aġenti għat-tgħaqqid E 322, E 400-E 419; l-E 422-E 495; l-E 1401-E 1451 għandhom jiġu valutati sal-31.12.2016

bi prijorità akbar fi ħdan dan il-grupp fuq:

l-E 483

Tartrat tal-istearil

l-E 491-495

Esteri tas-sorbitan

l-E 431

Stearat tal-poliossietilene (40)

l-E 432-436

Polisorbati

l-E 444

Isobuturat tal-aċetat tas-sukrożju

l-E 481

Stearojil-2-lattilat tas-sodju

l-E 482

Stearojil-2-lattilat tal-kalċju

l-E 414

Gomma tal-akaċja (gomma Għarbija) ( *1 )

l-E 410

Gomma tal-ħarrub (*1) 

l-E 417

Tara gum (*1) 

l-E 422

Gliċerol

l-E 475

Esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin

(3) 

L-E 551 Diossidu tas-silikonju, l-E 620-625 Glutamati, l-E 1105 Liżożima u l-E 1103 Invertasi għandhom jiġu valutati sal-31.12.2016

(4) 

L-addittivi tal-ikel li jibqgħu għajr il-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa għandhom jiġu valutati sal-31.12.2018

Bi priorità akbar fuq

l-E 552

Silikat tal-kalċju

l-E 553a

Silikat u trisilikat tal-manjeżju

l-E 553b

Talkum

l-E 558

Bentonite

l-E 999

L-estratt tal-quillaia

l-E 338-343

Aċidu fosforiku u l-fosfati

l-E 450-452

Di-, tri- u polifosfati

l-E 900

Dimetil polisilossan

l-E 912

Esteri tal-aċidu montan

l-E 914

Xama’ tal-polietilene ossidizzata

l-E 902

Xama’ tal-kandellila

l-E 904

Xellak

l-E 626-629

Aċidu gwaniliku, Gwanilat tad-disodju, Gwanilat tad-dipotassju u Gwanilat tal-kalċju

l-E 630-633

Aċidu inosiniku, Disodium inosinate; Inosinat tad-dipotassju u Inosinat tal-kalċju

l-E 634-635

Kalċju 5′-ribonukleotidi u Disodju 5′-ribonukleotidi

l-E 507-511

Aċidu idrokloriku, Klorur tal-potassju, Klorur tal-kalċju, Klorur tal-manjeżju

l-E 513

Aċidu sulfuriku



( 1 ) ĠU L 237, 10.9.1994, p. 3.

( 2 ) ĠU L 237, 10.9.1994, p. 13.

( 3 ) ĠU L 61, 18.3.1995, p. 1.

( 4 ) Attwalment l-Opinjoni espressa mill-SCF fil-11 ta’ Lulju 2001. SCF/CS/ADD/GEN/26 Finali.

( 5 ) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

( 6 ) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

( *1 ) Il-gomma naturali kollha E 400-418 u E 425 tista’ tiġi valutata fl-istess ħin.