02010L0013 — MT — 08.02.2025 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DIRETTIVA 2010/13/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (verżjoni kodifikata) (ĠU L 095 15.4.2010, p. 1) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DIRETTIVA (UE) 2018/1808 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta' Novembru 2018 |
L 303 |
69 |
28.11.2018 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2024/1083 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta’ April 2024 |
L 1083 |
1 |
17.4.2024 |
|
Ikkoreġuta bi:
DIRETTIVA 2010/13/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-10 ta’ Marzu 2010
dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva)
(verżjoni kodifikata)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Għall-fini ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“servizz tal-media awdjoviżiva” tfisser:
servizz kif definit mill-Artikoli 56 u 57 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fejn l-għan ewlieni tas-servizz jew taqsima separabbli tiegħu huwa ddedikat għall-forniment ta' programmi, taħt ir-responsabbiltà editorjali ta' fornitur ta' servizz tal-media, lill-pubbliku ġenerali, sabiex jipprovdi informazzjoni, divertiment jew edukazzjoni, permezz ta' netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi fit-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/21/KE; tali servizz tal-media awdjoviżiva huwa jew xandira bit-televiżjoni kif definit fil-punt (e) ta' dan il-paragrafu jew servizz tal-media awdjoviżiva on-demand kif definit fil-punt (g) ta' dan il-paragrafu;
komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva;
“servizz ta' pjattaforma ta' video-sharing” tfisser servizz kif definit mill-Artikoli 56 u 57 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fejn l-għan ewlieni tas-servizz jew ta' taqsima separabbli tiegħu jew funzjonalità essenzjali tas-servizz huwa ddedikat għall-forniment ta' programmi, videos iġġenerati mill-utenti, jew it-tnejn, lill-pubbliku ġenerali, li għalihom il-fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing ma għandux responsabbiltà editorjali, sabiex jipprovdi informazzjoni, divertiment jew edukazzjoni, permezz ta' netwerks ta' komunikazzjoni elettronika skont it-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/21/KE u li l-organizzazzjoni tiegħu hija ddeterminata mill-fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing, inkluż b'mezzi awtomatiċi jew algoritmi, b'mod partikolari permezz ta' wiri, tagging u sekwenzjar;
“programm” tfisser sett ta' immaġnijiet li jiċċaqalqu bil-ħoss jew mingħajru li jikkostitwixxu element individwali, irrispettivament mit-tul tiegħu, fi skeda jew katalgu stabbilit minn fornitur tas-servizzi tal-media, inkluż films prinċipali, videos qosra, avvenimenti sportivi, kummiedji sitwazzjonali (sitcoms), dokumentarji, programmi għat-tfal u drammi oriġinali;
“video ġġenerat mill-utent” tfisser sett ta' immaġnijiet li jiċċaqalqu bil-ħoss jew mingħajru li jikkostitwixxu element individwali, irrispettivament mit-tul tiegħu, li huwa maħluq minn utent u mtella' fuq pjattaforma ta' video-sharing minn dak l-utent jew kwalunkwe utent ieħor;
“deċiżjoni editorjali” tfisser deċiżjoni li tittieħed fuq bażi regolari għall-fini tal-eżerċitar tar-responsabbiltà editorjali u marbuta mat-tħaddim ta' kuljum tas-servizz tal-media awdjoviżiva;
“responsabbiltà editorjali” tfisser l-eżerċizzju ta’ kontroll effettiv kemm fuq is-selezzjoni tal-programmi u fuq l-organizzazzjoni tagħhom jew fi skeda kronoloġika, fil-każ ta’ xandiriet bit-televiżjoni, jew f’katalogu, fil-każ ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand. Ir-responsabbiltà editorjali ma timplikax neċessarjament kwalunkwe responsabbiltà legali taħt il-liġi nazzjonali għall-kontenut jew is-servizzi pprovduti;
“fornitur ta’ servizzi tal-media” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li għandha r-responsabbiltà editorjali għall-għażla tal-kontenut awdjoviżiv tas-servizz tal-media awdjoviżiv u li tiddetermina l-mod kif dan huwa organizzat;
“fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi servizz ta' pjattaforma ta' video-sharing;
“xandir televiżiv” jew “xandira televiżiva” (i.e. servizz tal-media awdjoviżiva lineari) tfisser servizz tal-media awdjoviżiv ipprovdut minn fornitur ta’ servizzi tal-media għall-wiri simultanju ta’ programmi abbażi ta’ skeda ta’ programmi;
“xandar” tfisser fornitur ta’ servizz tal-media ta’ xandiriet bit-televiżjoni;
“servizz on-demand tal-media awdjoviżiva)” (i.e. servizz tal-media awdjoviżiv non-lineari) tfisser servizz tal-media awdjoviżiva pprovdut minn fornitur ta’ servizzi tal-media għall-wiri ta’ programmi fil-mument magħżul mill-utent u fuq it-talba individwali tiegħu abbażi ta’ katalogu ta’ programmi magħżul mill-fornitur ta’ servizzi tal-media;
“komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva” tfisser immaġnijiet bil-ħoss jew mingħajru li huma ddisinjati biex jippromwovu, direttament jew indirettament, il-prodotti, is-servizzi jew ix-xbieha ta' persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed twettaq attività ekonomika; tali immaġnijiet jakkumpanjaw, jew huma inklużi fi, programm jew f'video ġġenerat mill-utent bi ħlas jew għal remunerazzjoni simili jew għal finijiet ta' promozzjoni tagħhom stess. Forom ta' komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva jinkludu, fost l-oħrajn, reklamar televiżiv, sponsorizzazzjoni, telebejgħ u inklużjoni ta' prodotti kummerċjali;
“reklamar televiżiv” tfisser kwalunkwe forma ta’ avviż imxandar kemm jekk bi ħlas kemm jekk b’remunerazzjoni simili jew imxandar għal finijiet ta’ promozzjoni tiegħu nnifsu minn impriża pubblika jew privata jew persuna fiżika in konnessjoni ma’ kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni sabiex jippromwovi l-provvista ta’ prodotti jew ta’ servizzi, inklużi proprjetà immobbli, drittijiet u obbligi, bi ħlas;
“komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva bil-moħbi” tfisser ir-rappreżentazzjoni fi kliem jew immaġini ta’ prodotti, servizzi, l-isem, il-marka tal-fabbrika jew l-attivitajiet ta’ produttur ta’ prodotti jew ta’ fornitur ta’ servizzi fi programmi fejn tali rappreżentazzjoni hija maħsuba mill-fornitur ta’ servizzi tal-media biex taqdi r-reklamar u tista’ tiżgwida lill-pubbliku dwar in-natura tagħha. Tali rappreżentazzjoni għandha, b’ mod partikolari tkun ikkunsidrata bħala intenzjonali jekk din issir bi ħlas jew għal remunerazzjoni simili;
“sponsorizzazzjoni” tfisser kwalunkwe kontribut magħmul minn impriżi pubbliċi jew privati jew persuni fiżiċi li mhumiex involuti fil-provvista ta' servizzi tal-media awdjoviżiva jew servizzi tal-pjattaformi ta' video-sharing jew fil-produzzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżivi għall-finanzjament tas-servizzi tal-media awdjoviżiva, tas-servizzi tal-pjattaformi ta' video-sharing, tal-videos maħluqa mill-utenti jew tal-programmi bil-ħsieb li jippromwovu l-isem, it-trademark, l-immaġni, l-attivitajiet jew il-prodotti tagħhom;
“teleshopping” tfisser offerti diretti mxandra lill-pubbliku bil-ħsieb tal-forniment ta’ prodotti jew servizzi, inklużi proprjetà immobbli, drittijiet u obbligi, bi ħlas;
“inklużjoni ta' prodotti kummerċjali” tfisser kwalunkwe forma ta' komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva li tikkonsisti fl-inklużjoni ta', jew referenza għal, prodott, servizz jew it-trademark tagħhom sabiex dan jidher fi programm jew video maħluq mill-utenti, bi ħlas jew għal remunerazzjoni simili;
“Xogħlijiet Ewropej” tfisser dan li ġej:
xogħlijiet li joriġinaw mill-Istati Membri;
xogħlijiet li joriġinaw minn Stati terzi Ewropej li huma parti fil-Konvenzjoni Ewropea dwar it-Televiżjoni Transkonfinali tal-Kunsill tal-Ewropa u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-paragrafu 3;
xogħlijiet ko-prodotti fil-qafas ta’ ftehim relatati mas-settur awdjoviżiv konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet definiti f’kull wieħed minn dawn il-ftehim.
Ix-xogħlijiet imsemmija fil-punti (n)(i) u (ii) tal-paragrafu 1 huma xogħlijiet magħmula prinċipalment b’awturi u ħaddiema li jirrisjedu fi Stat wieħed jew aktar minn dawk imsemmijin f’dawk id-dispożizzjonijiet sakemm dawn ikunu konformi ma’ xi waħda mit-tliet kondizzjonijiet li ġejjin:
ikunu mwettqa minn produttur wieħed jew aktar stabbilit(i) f’wieħed jew aktar minn dawk l-Istati;
il-produzzjoni tax-xogħlijiet tkun sorveljata u fil-fatt tkun ikkontrollata minn produttur wieħed jew aktar stabbilit(i) f’wieħed jew aktar minn dawk l-Istati;
il-kontribuzzjoni tal-ko-produtturi ta’ dawk l-Istati għall-ispejjeż totali tal-ko-produzzjoni tkun preponderanti u l-ko-produzzjoni ma tkunx ikkontrollata minn produttur wieħed jew aktar stabbilit(i) barra minn dawk l-Istati.
KAPITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI GĦAS-SERVIZZI TAL-MEDIA AWDJOVIŻIVA
Artikolu 2
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva il-fornituri ta’ servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru huma dawn li ġejjin:
dawk stabbiliti f’dak l-Istat Membru skont il-paragrafu 3;
dawk li għalihom japplika l-paragrafu 4.
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, fornitur ta’ servizzi tal-media għandu jitqies bħala stabbilit fi Stat Membru fil-każijiet li ġejjin:
il-fornitur ta’ servizzi tal-media għandu l-uffiċċju prinċipali tiegħu f’dak l-Istat Membru u d-deċiżjonijiet editorjali dwar is-servizz tal-media awdjoviżiv jittieħdu f’dak l-Istat Membru;
jekk fornitur tas-servizzi tal-media għandu l-uffiċċju prinċipali tiegħu fi Stat Membru wieħed iżda d-deċiżjonijiet editorjali dwar is-servizz tal-media awdjoviżiva jittieħdu fi Stat Membru ieħor, il-fornitur tas-servizzi tal-media għandu jitqies li huwa stabbilit fl-Istat Membru fejn topera parti sinifikanti mill-forza tax-xogħol involuta fit-twettiq tal-attività tas-servizz tal-media awdjoviżiva relatat mal-programm. Jekk parti sinifikanti tal-forza tax-xogħol involuta fit-twettiq tal-attività tas-servizz tal-media awdjoviżiva relatat ma' programm topera f'kull wieħed minn dawk l-Istati Membri, il-fornitur tas-servizzi tal-media għandu jitqies li jkun stabbilit fl-Istat Membru fejn għandu l-uffiċċju prinċipali tiegħu. Jekk parti sinifikanti mill-forza tax-xogħol involuta fit-twettiq tal-attività tas-servizz tal-media awdjoviżiva relatat ma' programm ma tkun topera fl-ebda wieħed minn dawk l-Istati Membri, il-fornitur tas-servizzi tal-media għandu jitqies li jkun stabbilit fl-Istat Membru fejn l-ewwel beda l-attivitajiet tiegħu skont is-sistema tal-liġi ta' dak l-Istat Membru, sakemm huwa jżomm rabta stabbli u effettiva mal-ekonomija ta' dak l-Istat Membru;
jekk fornitur ta’ servizzi tal-media jkollu l-uffiċċju prinċipali tiegħu fi Stat Membru iżda d-deċiżjonijiet dwar is-servizz tal-media awdjoviżiv jittieħdu f’pajjiż terz, jew viċe-versa, huwa għandu jitqies li huwa stabbilit fl-Istat Membru kkonċernat, sakemm parti sinifikanti mill-forza tax-xogħol involuta fit-twettiq tal-attività tas-servizz tal-media awdjoviżiv tkun topera f’dak l-Istat Membru.
Fornituri ta’ servizzi tal-media li għalihom ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3 għandhom jitqiesu li huma taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru fil-każijiet li ġejjin:
huma jużaw up-link satellitari li tinsab f’dak l-Istat Membru;
għalkemm ma jużawx up-link satellitari li tinsab f’dak l-Istat Membru, huma jużaw kapaċità satellitari li tappartjeni għal dak l-Istat Membru;
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li tali listi jsiru disponibbli f'bażi tad-data ċentralizzata. Fil-każ ta' inkonsistenzi bejn il-listi, il-Kummissjoni għandha tikkuntattja lill-Istati Membri kkonċernati sabiex tinstab soluzzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jkollhom aċċess għal din il-bażi tad-data. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni fil-bażi tad-data disponibbli għall-pubbliku.
Meta l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 3(2) jew (3), jew l-Artikolu 4(5), hija għandha tiddeċiedi wkoll liema Stat Membru għandu l-ġurisdizzjoni.
Artikolu 3
Id-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
matul it-12-il xahar preċedenti, il-fornitur ta' servizzi tal-media jkun mill-inqas f'żewġ okkażjonijiet preċedenti diġà aġixxa darba jew aktar kif deskritt fl-ewwel subparagrafu;
l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-fornitur tas-servizzi tal-media, lill-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni fuq dak il-fornitur u lill-Kummissjoni bil-miktub dwar l-allegat ksur u dwar il-miżuri proporzjonati li biħsiebu jadotta jekk jerġa' jseħħ kwalunkwe ksur bħal dan;
l-Istat Membru kkonċernat ikun irrispetta d-dritt tad-difiża tal-fornitur tas-servizzi tal-media u, b'mod partikolari, ikun ta lil dak il-fornitur l-opportunità biex jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar l-allegat ksur; u
il-konsultazzjonijiet mal-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni fuq il-fornitur tas-servizz tal-media u l-Kummissjoni ma wasslux għal riżoluzzjoni bonarja fi żmien xahar minn meta l-Kummissjoni rċeviet in-notifika msemmija fil-punt (b).
Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi n-notifika tal-miżuri meħuda mill-Istat Membru kkonċernat u wara li l-ERGA jkun intalab jagħti opinjoni f'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 30b(3), il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk dawk il-miżuri humiex kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Kumitat ta' Kuntatt infurmat kif xieraq. Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li dawk il-miżuri mhumiex kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni, hija għandha tirrikjedi li l-Istat Membru jtemm il-miżuri inkwistjoni b'urġenza.
Id-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
matul it-12-il xahar preċedenti l-aġir imsemmi fl-ewwel subparagrafu seħħ mill-inqas f'okkażjoni preċedenti waħda;
u
l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-fornitur tas-servizzi tal-media, lill-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni fuq dak il-fornitur u lill-Kummissjoni bil-miktub dwar l-allegat ksur u dwar il-miżuri li biħsiebu jadotta jekk jerġa' jseħħ kwalunkwe ksur allegat bħal dan.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jirrispetta d-drittijiet ta' difiża tal-fornitur tas-servizz tal-media kkonċernat u, b'mod partikolari, jagħti lil dak il-fornitur l-opportunità li jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar l-allegat ksur.
Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi n-notifika tal-miżuri meħuda minn Stat Membru kkonċernat u wara li tkun talbet lill-ERGA biex jagħti opinjoni f'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 30b(3), il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk dawk il-miżuri humiex kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Kumitat ta' Kuntatt infurmat kif xieraq. Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li dawk il-miżuri mhumiex kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni, hija għandha tirrikjedi li l-Istat Membru jtemm il-miżuri inkwistjoni b'urġenza.
Artikolu 4
Fejn Stat Membru:
ikun eżerċita l-libertà tiegħu taħt il-paragrafu 1 li jadotta regoli ta' interess pubbliku ġenerali aktar dettaljati jew aktar stretti, u
jivvaluta li fornitur tas-servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru ieħor jipprovdi servizz tal-media awdjoviżiva li huwa kompletament jew fil-biċċa l-kbira tiegħu dirett lejn it-territorju tiegħu,
huwa jista' jitlob lill-Istat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni biex jindirizza kwalunkwe problema identifikata fir-rigward ta' dan il-paragrafu. Iż-żewġ Stati Membri għandhom jikkooperaw b'mod sinċier u rapidu bil-ħsieb li jiksbu soluzzjoni sodisfaċenti għat-tnejn li huma.
Meta jirċievi talba sostanzjata skont l-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni għandu jitlob lill-fornitur tas-servizzi tal-media biex jikkonforma mar-regoli tal-interess pubbliku ġenerali inkwistjoni. L-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni għandu jinforma regolarment lill-Istat Membru li jagħmel talba dwar il-passi meħuda biex jiġu indirizzati dawk il-problemi identifikati. Fi żmien xahrejn mill-wasla tat-talba, l-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni għandu jinforma lill-Istat Membru li jagħmel it-talba u l-Kummissjoni dwar ir-riżultati miksuba u jispjega r-raġunijiet fejn ma tkunx instabet soluzzjoni.
Kull wieħed mill-Istati Membri jista' jistieden lill-Kumitat ta' Kuntatt biex jeżamina l-każ fi kwalunkwe ħin.
L-Istat Membru kkonċernat jista' jadotta miżuri xierqa kontra l-fornitur tas-servizz tal-media kkonċernat fejn:
jivvaluta li r-riżultati miksuba permezz tal-applikazzjoni tal-paragrafu 2 mhumiex sodisfaċenti; u
ikun ippreżenta evidenza li turi li l-fornitur tas-servizzi tal-media inkwistjoni stabbilixxa ruħu fl-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni sabiex jevita r-regoli aktar stretti, fl-oqsma kkoordinati minn din id-Direttiva, li jkunu applikabbli għalih li kieku kien stabbilit fl- Istat Membru kkonċernat; tali evidenza għandha tippermetti li din iċ-ċirkomvenzjoni tkun stabbilita b'mod raġonevoli, mingħajr il-ħtieġa li tiġi ppruvata l-intenzjoni tal-fornitur tas-servizz tal-media li jevita dawk ir-regoli stretti.
Tali miżuri għandhom ikunu oġġettivament meħtieġa, applikati b'mod nondiskriminatorju u proporzjonati mal-objettivi li huma jfittxu li jwettqu.
Stat Membru jista' biss jieħu miżuri skont il-paragrafu 3 meta l-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:
huwa jkun innotifika lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru li fih huwa stabbilit il-fornitur tas-servizzi tal-media dwar l-intenzjoni tiegħu li jieħu tali miżuri filwaqt li jissostanzja r-raġunijiet li fuqhom jibbaża l-valutazzjoni tiegħu;
huwa jkun irrispetta d-drittijiet tad-difiża tal-fornitur tas-servizzi tal-media kkonċernat u, b'mod partikolari, ikun ta lil dak il-fornitur tas-servizzi tal-media l-opportunità biex jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar l-allegata ċirkomvenzjoni u l-miżuri li l-Istat Membru notifikanti biħsiebu jieħu; u
il-Kummissjoni tkun iddeċidiet, wara li tkun talbet lill-ERGA jagħti opinjoni skont il-punt (d) tal-Artikolu 30b(3), li l-miżuri huma kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni, u b'mod partikolari li l-valutazzjonijiet magħmula mill-Istat Membru li qed jieħu l-miżuri skont il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom bażi korretta; il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Kumitat ta' Kuntatt infurmat kif xieraq.
Jekk il-Kummissjoni ma jkollhiex l-informazzjoni meħtieġa biex tieħu d-deċiżjoni skont l-ewwel subparagrafu, hija għandha, fi żmien xahar minn meta tirċievi n-notifika, titlob lill-Istat Membru kkonċernat, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tasal għal dik id-deċiżjoni. It-terminu ta' żmien li fih il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjoni għandu jiġi sospiż sakemm dak l-Istat Membru ma jkunx ipprovda tali informazzjoni meħtieġa. Fi kwalunkwe każ, is-sospensjoni tal-limitu ta' żmien stipulat ma għandux idum iktar minn xahar.
Artikolu 4a
L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-użu ta' koregolamentazzjoni u t-trawwim ta' awtoregolamentazzjoni permezz ta' kodiċijiet ta' kondotta adottati fil-livell nazzjonali fl-oqsma kkoordinati minn din id-Direttiva sal-limitu permess mis-sistemi legali tagħhom. Dawn il-kodiċijiet għandhom:
ikunu tali li jkunu aċċettati b'mod ġenerali mill-partijiet ikkonċernati ewlenin fl-Istati Membri kkonċernati;
jistabbilixxu l-objettivi tagħhom b'mod ċar u mingħajr ambigwità;
jipprevedu monitoraġġ u evalwazzjoni regolari, trasparenti u indipendenti tal-ksib tal-objettivi mmirati; u
jipprevedu għal infurzar effikaċi inkluż sanzjonijiet effikaċi u proporzjonati.
F'kooperazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni, fejn xieraq, f'konformità mal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità.
Il-firmatarji tal-kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni għandhom jippreżentaw l-abbozzi ta' dawk il-kodiċijiet u l-emendi għalihom lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kumitat ta' Kuntatt dwar dak l-abbozz ta' kodiċijiet jew l-emendi għalihom.
Il-Kummissjoni għandha tqiegħed il-kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u tista' tirriklamahom kif xieraq.
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAS-SERVIZZI TAL-MEDIA AWDJOVIŻIVA
Artikolu 5
Kull Stat Membru għandu jiżgura li fornitur ta' servizz tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu għandu jagħmel aċċessibbli faċilment, direttament u b'mod permanenti lir-riċevituri ta' servizz tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
ismu;
l-indirizz ġeografiku li fih huwa stabbilit;
id-dettalji, inkluż l-indirizz tal-posta elettronika jew is-sit web tiegħu, li jippermettulu li jiġi kkuntattjat malajr b'mod dirett u effikaċi;
l-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni fuqu u l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji kompetenti jew il-korpi superviżorji kompetenti.
Artikolu 6
Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Istati Membri li jirrispettaw u jħarsu d-dinjità umana, l-Istati Membri għandhom jiżguraw b'mezzi xierqa li s-servizzi tal-media awdjoviżiva pprovduti minn fornituri tas-servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ma jinkludu l-ebda:
inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda kontra grupp ta' persuni jew membru ta' grupp abbażi ta' kwalunkwe waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 21 tal-Karta;
provokazzjoni pubblika sabiex jitwettaq reat terroristiku kif stabbilit fl-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2017/541.
Artikolu 6a
L-aktar kontenut ta' ħsara, bħal vjolenza u pornografija bla ħlas, għandhom ikunu soġġetti għall-aktar miżuri stretti.
Għall-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-użu tal-koregolamentazzjoni kif previst fl-Artikolu 4a(1).
Artikolu 7
Artikolu 7a
L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri biex jiżguraw il-prominenza xierqa ta' servizzi tal-media awdjoviżiva ta' interess ġenerali.
Artikolu 7b
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa u proporzjonati biex jiżguraw li s-servizzi tal-media awdjoviżiva pprovduti mill-fornituri ta' servizzi tal-media ma jkunux, mingħajr il-kunsens espliċitu ta' dawk il-fornituri, sovrapposti għal skopijiet kummerċjali jew modifikati.
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw id-dettalji regolatorji, inkluż eċċezzjonijiet, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda s-salvagwardja tal-interessi leġittimi tal-utenti filwaqt li jitqiesu l-interessi leġittimi tal-fornituri ta' servizzi tal-media li oriġinarjament ipprovdew is-servizzi tal-media awdjoviżiva.
Artikolu 8
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fornituri ta’ servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ma jittrasmettux xogħlijiet ċinematografiċi barra mill-perijodi miftiehma mad-detenturi tad-drittijiet.
Artikolu 9
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi pprovduti minn fornituri tas-servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
il-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għandhom ikunu faċilment rikonoxxibbli bħala tali; għandha tiġi pprojbita l-komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva bil-moħbi;
il-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi ma għandhomx jużaw tekniki subliminali;
il-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi ma għandhomx:
jippreġudikaw ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem;
jinkludu jew jippromwovu kwalunkwe diskriminazzjoni abbażi ta' sess, razza jew oriġini etnika, nazzjonalità, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali;
jinkoraġġixxu mġiba ta' ħsara għas-saħħa jew għas-sigurtà;
jinkoraġġixxu mġiba li hija ta' ħsara kbira għall-ħarsien tal-ambjent;
il-forom kollha ta' komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal sigaretti u prodotti oħra tat-tabakk, kif ukoll ta' sigaretti elettroniċi u kontenituri ta' rikarika għandhom jiġu pprojbiti;
il-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal xorb alkoħoliku ma għandhomx ikunu mmirati speċifikament lejn il-minorenni u ma għandhomx jinkoraġġixxu konsum mhux moderat ta' tali xorb;
il-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal prodotti mediċinali u trattament mediku disponibbli biss b'riċetta tat-tabib fl-Istat Membru li l-fornitur ta' servizzi tal-media jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu għandhom ikunu pprojbiti;
il-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi ma għandhomx jikkaġunaw detriment fiżiku, mentali jew morali lill-minorenni; għalhekk huma ma għandhomx iħajru direttament lill-minorenni sabiex jixtru jew jikru prodott jew servizz billi jisfruttaw in-nuqqas ta' esperjenza jew il-kredulità tagħhom, jinkoraġġuhom direttament sabiex jipperswadu lill-ġenituri tagħhom jew lil persuni oħra biex jixtru l-prodotti jew is-servizzi rriklamati, jisfruttaw il-fiduċja speċjali li l-minorenni għandhom fil-ġenituri, l-għalliema jew persuni oħra, jew juru mingħajr raġuni lill-minorenni f'sitwazzjonijiet perikolużi.
Dawk il-kodiċijiet għandhom jimmiraw li jnaqqsu b'mod effikaċi l-esponiment tat-tfal għall-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal tali ikel u xorb. L-għan tagħhom huwa li tali komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi ma jenfasizzawx il-kwalità pożittiva tal-aspetti nutrizzjonali ta' tali ikel u xorb.
Artikolu 10
Servizzi tal-media awdjoviżiva jew programmi li huma sponsorizzati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
il-kontenut tagħhom u, fil-każ ta’ xandir televiżiv, l-iskedar tagħhom m’għandu fl-ebda ċirkostanza jkun influwenzat b’tali mod li jaffettwa r-responsabbiltà u l-indipendenza editorjali tal-fornitur ta’ servizzi tal-media;
huma m’għandhomx jinkoraġġixxu direttament ix-xiri jew il-kiri ta’ prodotti jew servizzi, b’mod partikolari billi jagħmlu referenzi promozzjonali speċjali għal dawk il-prodotti jew is-servizzi;
it-telespettaturi għandhom jiġu mgħarrfa b’mod ċar bl-eżistenza ta’ ftehim ta’ sponsorizzazzjoni. Programmi sponsorizzati għandhom ikunu identifikati b’mod ċar bħala tali mill-isem, il-logo u/jew kwalunkwe simbolu ieħor tal-isponsor bħal referenza għall-prodott(i) jew s-servizz(i) tiegħu jew sinjal distintiv tiegħu b’mod xieraq għal programmi fil-bidu, matul u/jew fit-tmiem tal-programmi.
Artikolu 11
Il-programmi li fihom issir l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
il-kontenut u l-organizzazzjoni tagħhom fi skeda, fil-każ ta' xandir televiżiv, jew f'katalgu fil-każ tas-servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand, ma għandhom, fl-ebda ċirkostanza, jiġu influwenzati b'tali mod li jaffettwa r-responsabbiltà u l-indipendenza editorjali tal-fornitur ta' servizzi tal-media;
huma ma għandhomx iħeġġu direttament ix-xiri jew il-kiri ta' prodotti jew servizzi, b'mod partikolari billi jagħmlu referenzi promozzjonali speċjali għal dawk il-prodotti jew servizzi;
huma ma għandhomx jagħtu prominenza mhux dovuta lill-prodott inkwistjoni;
it-telespettaturi għandhom ikunu mgħarrfa b'mod ċar bl-eżistenza tal-inklużjoni ta' prodott kummerċjali permezz ta' identifikazzjoni xierqa fil-bidu u fit-tmiem tal-programm, u meta programm jerġa' jibda wara waqfa għar-reklami, sabiex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni min-naħa tat-telespettatur.
L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (d) ħlief għall-programmi prodotti jew ikkummissjonati minn fornitur ta' servizzi tal-media jew minn kumpannija affiljata ma' dak il-fornitur tas-servizzi tal-media.
Fi kwalunkwe każ, fil-programmi ma għandux ikun hemm l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali ta':
sigaretti u prodotti oħra tat-tabakk, kif ukoll sigaretti elettroniċi u kontenituri ta' rikarika, jew l-inklużjoni ta' prodott kummerċjali minn impriżi li l-attività ewlenija tagħhom hija l-manifattura jew il-bejgħ ta' dawk il-prodotti;
prodotti mediċinali jew trattamenti mediċi speċifiċi disponibbli biss b'riċetta tat-tabib fl-Istat Membru li taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu jaqa' l-fornitur tas-servizzi tal-media.
KAPITOLU IV
▼M1 —————
Artikolu 13
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR DRITTIJIET ESKLUSSIVI U RAPPORTI TA’ AĦBARIJIET FIL-QOSOR F’XANDIRIET TELEVIŻIVI
Artikolu 14
Artikolu 15
KAPITOLU IV
PROMOZZJONI TAD-DISTRIBUZZJONI U L-PRODUZZJONI TA’ PROGRAMMI TAT-TELEVIŻJONI
Artikolu 16
Madanakollu, fir-rigward tal-Greċja u tal-Portugall, is-sena 1988 għandha tiġi sostitwita bis-sena 1990.
Dak ir-rapport għandu b’mod partikolari jinkludi dikjarazzjoni statistika dwar il-kisba tal-proporzjon imsemmi f’dan l-Artikolu u l-Artikolu 17 għal kull wieħed mill-programmi tat-televiżjoni li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, ir-raġunijiet, f’kull każ, għan-nuqqas li jintlaħaq dak il-proporzjon u l-miżuri adottati jew previsti sabiex jinkiseb.
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Parlament Ewropew bir-rapporti, li għandu jkollhom magħhom, meta approprjat, opinjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 17 skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni tista’ tieħu kont fl-opinjoni tagħha, b’mod partikolari, tal-progress miksub meta mqabbel mas-snin ta’ qabel, is-sehem fl-ipprogrammar ta’ xogħlijiet imxandra għall-ewwel darba, iċ-ċirkostanzi partikolari ta’ xandara ġodda tat-televiżjoni u s-sitwazzjoni speċifika ta’ pajjiżi b’kapaċità baxxa ta’ produzzjoni awdjoviżwali jew żona ristretta tal-lingwa.
Artikolu 17
L-Istati Membri għandhom jiżguraw, meta prattikabbli u b’mezzi approprjati, li x-xandara jirriservaw mill-inqas 10 % tal-ħin tat-trasmissjoni tagħhom eskluż il-ħin allokat għal aħbarijiet, avvenimenti sportivi, logħob, reklamar u 1 servizzi tat-teletext u teleshopping, jew alternattivament, għad-diskrezzjoni tal-Istat Membru, mill-inqas 10 % tal-baġit tal-ipprogrammar tagħhom, għal xogħlijiet Ewropej maħluqa minn produtturi li huma indipendenti minn xandara. Dan il-proporzjon, b’kont meħud tar-responsabbiltajiet tax-xandara dwar informazzjoni, edukazzjoni, kultura u divertiment lejn il-pubbliku li jsegwih, għandu jintlaħaq progressivament, skont il-bażi ta’ kriterji xierqa. Għandu jintlaħaq billi jiġi assenjat proporzjon adegwat għal xogħlijiet riċenti, jiġifieri xogħlijiet trasmessi fi żmien ħames snin mill-produzzjoni tagħhom.
Artikolu 18
Dan il-kapitolu m’għandux japplika għal xandiriet televiżivi li huma intenzjonati għal udjenzi lokali u li ma’ jifformawx parti minn sistema interkonnessa nazzjonali.
KAPITOLU VII
REKLAMAR TELEVIŻIV U TELESHOPPING
Artikolu 19
Artikolu 20
Artikolu 21
It-teleshopping għal prodotti mediċinali li huma soġġetti għal awtorizzazzjoni tal-bejgħ fis-sens tad-Direttiva 2001/83/KE, kif ukoll teleshopping għal kura medika, għandhom jiġu pprojbiti.
Artikolu 22
Ir-reklamar u t-teleshopping fuq it-televiżjoni għal xorb alkoħoliku għandu jkun konformi mal-kriterji li ġejjin:
ma jistax ikun immirat speċifikament għall-minuri jew, b’mod partikolari, juri l-minuri waq li tjikkonsmaw dan ix-xorb;
m’għandux jgħaqqad il-konsum tal-alkoħol ma l-eżekuzzjoni fiżika mtejba jew mas-sewqan;
m’għandux joħloq l-impressjoni li l-konsum tal-alkoħol jikkontribwixxi għas-suċċess soċjali jew sesswali;
m’għandux isostni li l-alkoħol għandu kwalitajiet terapewtiċi jew li huwa stimulant, kalmant jew mod biex wieħed isolvi l-konflitti personali;
m’għandux jinkoraġġixxi konsum immoderat tal-alkoħol jew jippreżenta l-astinenza jew il-moderazzjoni f’dawl negattiv;
m’għandux iqiegħed enfasi fuq il-kontenut alkoħoliku għoli bħala kwalità pożittiva tax-xorb.
Artikolu 23
Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal:
l-avviżi magħmula mix-xandar b'konnessjoni mal-programmi tiegħu stess u prodotti anċillari meħuda direttament minn dawk il-programmi jew ma' programmi u servizzi tal-media awdjoviżiva minn entitajiet oħra li jappartjenu għall-istess grupp tax-xandir;
l-avviżi ta' sponsorizzazzjoni;
l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali;
il-frames newtrali bejn il-kontenut editorjali u r-reklamar televiżiv jew l-ispots ta' telebejgħ, u bejn l-ispots individwali.
Artikolu 24
It-twieqi ta’ teleshopping għandhom ikunu identifikati b’mod ċar bħala tali permezz ta’ mezzi ottiċi u akustiċi u għandhom ikunu ta’ tul ta’ mill-inqas 15-il minuta mingħajr interruzzjoni.
Artikolu 25
Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw mutatis mutandis għal kanali tat-televiżjoni ddedikati esklużivament għal reklamar u teleshopping kif ukoll għal kanali tat-televiżjoni dedikati esklużivament għall-promozzjoni tal-persuna nnifisha.
Madankollu, il-Kapitolu VI kif ukoll l-Artikolu 20 u l-Artikolu 23 m’għandhomx japplikaw għal dawn il-kanali.
Artikolu 26
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4, l-Istati Membri jistgħu, bil-konsiderazzjoni dovuta għal-liġi tal-Unjoni, jistabbilixxu kondizzjonijiet minbarra dawk stabbiliti fl-Artikolu 20(2) u l-Artikolu 23 fir-rigward ta’ xandiriet televiżivi li huma intiżi biss għat-territorju nazzjonali li ma jistgħux jiġu riċevuti, direttament jew indirettament mill-pubbliku, fi Stat Membru wieħed ieħor jew aktar.
▼M1 —————
KAPITOLU IX
DRITT TA’ TWEĠIBA F’XANDIR TELEVIŻIV
Artikolu 28
KAPITOLU IXA
DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAS-SERVIZZI TA' PJATTAFORMA TA' VIDEO-SHARING
Artikolu 28a
Fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing li mhux stabbilit fit-territorju ta' Stat Membru skont il-paragrafu 1 għandu jitqies li huwa stabbilit fit-territorju ta' Stat Membru għall-finijiet ta' din id-Direttiva jekk dak il-fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing:
ikollu impriża prinċipali jew impriża sussidjarja li tkun stabbilita fit-territorju ta' dak l-Istat Membru; jew
huwa parti minn grupp u jkun hemm impriża oħra ta' dak il-grupp li hija stabbilita fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu:
“impriża prinċipali” tfisser impriża li tikkontrolla impriża sussidjarja waħda jew aktar;
“impriża sussidjarja” tfisser impriża li tkun ikkontrollata minn impriża prinċipali, inkluż kwalunkwe impriża sussidjarja ta' impriża prinċipali aħħarija;
“grupp” tfisser impriża prinċipali, l-impriżi sussidjarji kollha tagħha u l-impriżi l-oħra kollha li għandhom rabtiet organizzattivi ekonomiċi u legali magħhom.
Meta jkun hemm diversi impriżi oħra li huma parti mill-grupp u kull waħda hija stabbilita fi Stat Membru differenti, il-fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing għandu jitqies li huwa stabbilit fl-Istat Membru fejn waħda minn dawn l-impriżi bdiet l-attività tagħha inizjalment, dment li hija żżomm rabta stabbli u effettiva mal-ekonomija ta' dak l-Istat Membru.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li tali listi jsiru disponibbli f'bażi tad-data ċentralizzata. Fil-każ ta' inkonsistenzi bejn il-listi, il-Kummissjoni għandha tikkuntattja lill-Istati Membri kkonċernati sabiex tinstab soluzzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jkollhom aċċess għal dik il-bażi tad-data. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni fil-bażi tad-data disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 28b
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 12 sa 15 tad-Direttiva 2000/31/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jipproteġu:
lill-minorenni minn programmi, videos iġġenerati mill-utenti u komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi li jistgħu jfixklu l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tagħhom f'konformità mal-Artikolu 6a(1);
lill-pubbliku ġenerali minn programmi, videos iġġenerati mill-utenti u komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi li fihom inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda kontra grupp ta' persuni jew membru ta' grupp abbażi ta' kwalunkwe waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 21 tal-Karta;
lill-pubbliku ġenerali minn programmi, videos maħluqa mill-utenti u komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi li fihom kontenut li d-disseminazzjoni tiegħu tirrappreżenta attività li hija reat kriminali skont il-liġi tal-Unjoni, jiġifieri provokazzjoni pubblika sabiex jitwettaq reat terroristiku kif stabbilit fl-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2017/541, reati li jikkonċernaw il-pedopornografija, kif stabbilit fl-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) u reati li jikkonċernaw ir-razziżmu u l-ksenofobija kif stabbilit fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jieħdu miżuri xierqa biex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9(1) fir-rigward tal-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi li mhumiex ikkummerċjalizzati, mibjugħa jew organizzati minn dawk il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing, b'kont meħud tal-kontroll limitat eżerċitat minn dawk il-pjattaformi ta' video-sharing fuq dawk il-komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżivi.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jinfurmaw b'mod ċar lill-utenti meta l-programmi u l-videos iġġenerati mill-utenti jkun fihom komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi, dment li tali komunikazzjonijiet huma ddikjarati taħt il-punt (c) tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3 jew il-fornitur jkun jaf dwar dan il-fatt.
L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-użu tal-koregolamentazzjoni u t-trawwim tal-awtoregolamentazzjoni permezz ta' kodiċijiet ta' kondotta kif previst fl-Artikolu 4a(1) li għandhom l-għan li jnaqqsu effettivament l-esponiment ta' tfal għal komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal ikel u xorb li fihom nutrijenti, u sustanzi b'effett nutrizzjonali jew fiżjoloġiku, b'mod partikolari xaħam, aċidi xaħmija trans, melħ jew sodju u zokkor, li t-teħid eċċessiv tagħhom fid-dieta ġenerali mhuwiex rakkomandat. L-għan ta' dawk il-kodiċijiet għandu jkun li tali komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi ma jenfasizzawx il-kwalità pożittiva tal-aspetti nutrizzjonali ta' tali ikel u xorb.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri kollha ta' pjattaformi ta' video-sharing taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom għandhom japplikaw dawk il-miżuri. Dawk il-miżuri għandhom ikunu prattikabbli u proporzjonati, b'kont meħud tad-daqs ta' servizz ta' pjattaforma ta' video-sharing u n-natura tas-servizz li jiġi pprovdut. Dawk il-miżuri ma għandhom iwasslu għall-ebda miżura ta' kontroll ex ante jew filtraġġ tal-kontenut imtella' li ma jikkonformax mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2000/31/KE. Għall-iskopijiet tal-protezzjoni tal-minuri, prevista fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-aktar kontenut ta' ħsara għandu jkun soġġett għall-miżuri l-aktar stretti tal-kontroll tal-aċċess.
Dawk il-miżuri għandhom jikkonsistu minn, kif xieraq:
l-inklużjoni u l-applikazzjoni, fit-termini u l-kondizzjonijiet tas-servizzi ta' pjattaforma ta' video-sharing, tar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1;
l-inklużjoni u l-applikazzjoni fit-termini u l-kondizzjonijiet tas-servizzi tal-pjattaforma ta' video-sharing tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9(1) għal komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi li ma jiġux ikkummerċjalizzati, ma jinbiegħux jew ma jiġux organizzati mill-fornituri tal-pjattaformi ta' video-sharing;
il-pussess ta' funzjonalità għal utenti li jtellgħu videos iġġenerati mill-utent biex jiddikjaraw jekk tali videos fihomx, sa fejn jafu huma jew sa fejn jista' jkun raġonevolment mistenni li jkunu jafu, komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi;
l-istabbiliment u t-tħaddim ta' mekkaniżmi trasparenti u b'użu faċli għall-utenti ta' pjattaforma ta' video-sharing biex jirrappurtaw jew jagħtu sinjal lill-fornitur tal-pjattaforma ta' video-sharing ikkonċernat bil-kontenut imsemmi fil-paragrafu 1 provdut fil-pjattaforma tiegħu;
l-istabbiliment u t-tħaddim ta' sistemi li permezz tagħhom il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jispjegaw lill-utenti ta' pjattaformi ta' video-sharing x'effett ikun ingħata għar-rappurtar u l-għoti ta' sinjal imsemmija fil-punt (d);
l-istabbiliment u t-tħaddim ta' sistemi ta' verifika tal-età għall-utenti ta' pjattaformi ta' video-sharing fir-rigward ta' kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni;
l-istabbiliment u t-tħaddim ta' sistemi faċli biex jintużaw u li jippermettu lill-utenti ta' pjattaformi ta' video-sharing biex jikklassifikaw il-kontenut imsemmi fil-paragrafu 1;
il-provvediment għal sistemi ta' kontroll mill-ġenituri li jkunu taħt il-kontroll tal-utent finali fir-rigward ta' kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni;
l-istabbiliment u t-tħaddim ta' proċeduri trasparenti, faċli li jintużaw u effikaċi għall-ġestjoni u għar-riżoluzzjoni ta' lmenti mill-utenti lill-fornitur tal-pjattaforma ta' video-sharing fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punti (d) sa (h);
il-provvediment għal miżuri u għodod effikaċi ta' litteriżmu fil-media u s-sensibilizzazzjoni tal-utenti dwar dawk il-miżuri u l-għodod.
Data personali ta' minorenni miġbura jew iġġenerata b'mod ieħor mill-fornituri ta' pjattaformi ta' video-sharing skont il-punti (f) u (h) tat-tielet subparagrafu ma għandhiex tiġi pproċessata għal finijiet kummerċjali, bħall-kummerċjalizzazzjoni diretta, it-tfassil ta' profili u r-reklamar immirat skont l-imġiba.
KAPITOLU X
IL-KUMITAT TA’ KUNTATT
Artikolu 29
Ix-xogħol ta’ kumitat ta’ kuntatt għandu jkun:
li jiffaċilita l-implimentazzjoni effettiva ta din id-Direttiva permezz ta’ konsultazzjoni regolari dwar kull problemi prattiċi li jinqalgħu waqt l-applikazzjoni tiegħu, u b’mod partikolari waqt l-applikazzjoni ta l-Artikolu 2, kif ukoll dwar kull suġġett ieħor li dwaru jkun meqjus utili skambju ta ideat;
li jagħti opinjonijiet fuq inizjattiva tiegħu stess jew opinjonijiet mitluba mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni mill-Istati Membri ta’ din id-Direttiva;
li jkun forum għall-iskambju ta’ ideat dwar liema kwistjonijiet għandhom jiġu ttrattati fir-rapporti li l-Istati Membri għandhom jissottomettu skont l-Artikolu 16(3) u dwar il-metodoloġiji tagħhom;
li jiddiskuti l-eżitu tal-konsultazzjonijiet regolari li l-Kummissjoni jkollha ma rappreżentanti ta organizzazzjonijiet tax-xandara, produtturi, konsumaturi, manufatturi, dawk li jipprovdu servizz u trade unions u l-komunità kreattiva;
li jiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni u l-iżvilupp ta’ attivitajiet regolatorji rigward servizzi tal-media awdjoviżiva, b’kont meħud tal-politika awdjoviżiva tal-Unjoni, kif ukoll l-iżviluppi rilevanti fil-qasam tekniku;
li jeżamina kull żvilupp li jkun hemm fis-settur li dwaru l-iskambju tal-ideat ikun jidher utili.
KAPITOLU XI
AWTORITAJIET UKORPI REGOLATORJI TAL-ISTATI MEMBRI
Artikolu 30
L-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali ma għandhomx ifittxu jew jieħdu istruzzjonijiet mill-ebda korp ieħor b'rabta mal-eżerċizzju tal-kompiti assenjati lilhom taħt il-liġi nazzjonali li timplimenta l-liġi tal-Unjoni. Dan ma għandux jipprevjeni is-superviżjoni skont il-liġi kostituzzjonali nazzjonali.
Sakemm ikun magħruf l-eżitu tal-appell, id-deċiżjoni tal-awtorità jew il-korp regolatorju nazzjonali għandha tibqa' valida, sakemm ma jingħatawx miżuri interim skont il-liġi nazzjonali.
Artikolu 30a
▼M2 —————
KAPITOLU XII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 31
F’oqsma fejn din id-Direttiva ma tikkoordinax, m’għandhiex taffettwa d-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri li jirriżultaw minn konvenzjonijiet eżistenti li jittrattaw telekomunikazzjonijiet jew xandir.
Artikolu 32
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali, adottati fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 33
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-applikazzjoni mill-Istati Membri ta' din id-Direttiva.
Mhux aktar tard mid-19 ta' Diċembru 2022, u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
Mhux aktar tard mid-19 ta' Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tippreżenta evalwazzjoni ex-post lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjata fejn xieraq minn proposti għar-rieżami tagħha, dwar l-impatt ta' din id-Direttiva u l-valur miżjud tagħha.
Il-Kummissjoni għandha żżomm il-Kumitat ta' Kuntatt u l-ERGA debitament infurmati dwar il-ħidma u l-attivitajiet ta' xulxin.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni li tasal mingħand l-Istati Membri dwar kwalunkwe miżura li jkunu ħadu fl-oqsma kkoordinati minn din id-Direttiva tiġi kkomunikata lill-Kumitat ta' Kuntatt u l-ERGA.
Artikolu 33a
Artikolu 34
Id-Direttiva 89/552/KEE kif emendata mid-Direttivi elenkati fl-Anness I, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness I, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 35
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-publikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 36
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien mal-lista tal-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmi fl-Artikolu 34)
|
Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE (ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23) |
|
|
Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 202, 30.7.1997, p. 60) |
|
|
Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 27) |
Artikolu 1 biss |
PARTI B
Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmi fl-Artikolu 34)
|
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-transpożizzjoni |
|
89/552/KEE |
fit-3 ta’ Ottubru 1991. |
|
97/36/KE |
fil-31 ta’ Diċembru 1998. |
|
2007/65/KE |
fid-19 ta’ Diċembru 2009. |
ANNESS II
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
|
Direttiva 89/552/KEE |
Din id-Direttiva |
|
Artikolu 1, kliem tal-bidu |
Artikolu 1(1), kliem tal-bidu |
|
Artikolu 1(a), kliem tal-bidu |
Artikolu 1(1)(a), kliem tal-bidu |
|
Artikolu 1(a), l-ewwel inċiż |
Artikolu 1(1)(a)(i) |
|
Artikolu 1(a), it-tieni inċiż |
Artikolu 1(1)(a)(ii) |
|
Artikolu 1(b) sa (m) |
Artikolu 1(1)(b) sa (m) |
|
Artikolu 1(n)(i), kliem tal-bidu |
Artikolu 1(1)(n), kliem tal-bidu |
|
Artikolu 1(n)(i), l-ewwel inċiż |
Artikolu 1(1)(n)(i) |
|
Artikolu 1(n)(i), it-tieni inċiż |
Artikolu 1(1)(n)(ii) |
|
Artikolu 1(n)(i), it-tielet inċiż |
Artikolu 1(1)(n)(iii) |
|
Artikolu 1(n)(i), ir-raba’ inċiż |
Artikolu 1(2) |
|
Artikolu 1(n)(ii), kliem tal-bidu |
Artikolu 1(3), kliem tal-bidu |
|
Artikolu 1(n)(ii), l-ewwel inċiż |
Artikolu 1(3)(i) |
|
Artikolu 1(n)(ii), it-tieni inċiż |
Artikolu 1(3)(ii) |
|
Artikolu 1(n)(ii), it-tielet inċiż |
Artikolu 1(3)(iii) |
|
Artikolu 1(n)(iii) |
Artikolu 1(4) |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 2a(1), (2) u (3) |
Artikolu 3(1), (2) u (3) |
|
Artikolu 2a(4), kliem tal-bidu |
Artikolu 3(4), kliem tal-bidu |
|
Artikolu 2a(4)(a) |
Artikolu 3(4)(a) |
|
Artikolu 2a(4)(b), kliem tal-bidu |
Artikolu 3(4)(b), kliem tal-bidu |
|
Artikolu 2a(4)(b), l-ewwel inċiż |
Artikolu 3(4)(b)(i) |
|
Artikolu 2a(4)(b), it-tieni inċiż |
Artikolu 3(4)(b)(ii) |
|
Artikolu 2a(5) u (6) |
Artikolu 3(5) u (6) |
|
Artikolu 3 |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 3a |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 3b |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 3c |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 3d |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 3e |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 3f |
Artikolu 10 |
|
Artikolu 3 g(1) |
Artikolu 11(2) |
|
Artikolu 3 g(2), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu |
Artikolu 11(3), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu |
|
Article 3 g(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż |
Artikolu 11(3), l-ewwel subparagrafu, punt (a) |
|
Article 3 g(2), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż |
Artikolu 11(3), l-ewwel subparagrafu, punt (b) |
|
Article 3 g(2), it-tieni, it-tielet u r-raba’ subparagrafi |
Artikolu 11(3), it-tieni, it-tielet u r-raba’ subparagrafi |
|
Artikolu 3 g(3) |
Artikolu 11(4) |
|
Artikolu 3 g(4) |
Artikolu 11(1) |
|
Artikolu 3h |
Artikolu 12 |
|
Artikolu 3i |
Artikolu 13 |
|
Artikolu 3j |
Artikolu 14 |
|
Artikolu 3k |
Artikolu 15 |
|
Artikolu 4(1), (2) u (3) |
Artikolu 16(1), (2) u (3) |
|
Artikolu 4(4) |
— |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 17 |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 18 |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 19 |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 20 |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 21 |
|
Artikolu 15 |
Artikolu 22 |
|
Artikolu 18 |
Artikolu 23 |
|
Artikolu 18a |
Artikolu 24 |
|
Artikolu 19 |
Artikolu 25 |
|
Artikolu 20 |
Artikolu 26 |
|
Artikolu 22 |
Artikolu 27 |
|
Artikolu 23 |
Artikolu 28 |
|
Artikolu 23a |
Artikolu 29 |
|
Artikolu 23b |
Artikolu 30 |
|
Artikolu 24 |
Artikolu 31 |
|
— |
Artikolu 32 |
|
Artikolu 26 |
Artikolu 33 |
|
— |
Artikolu 34 |
|
— |
Artikolu 35 |
|
Artikolu 27 |
Artikolu 36 |
|
— |
Anness I |
|
— |
Anness II |
( 1 ) Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1).