2010D0788 — MT — 20.10.2011 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/788/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2010 (ĠU L 336, 21.12.2010, p.30) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/699/PESK tal-20 ta’ Ottubru 2011 |
L 276 |
50 |
21.10.2011 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/788/PESK
tal-20 ta’ Diċembru 2010
dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:|
(1) |
Fl-14 ta' Mejju 2008, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo ( 1 ) wara l-adozzjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fil-31 ta' Marzu 2008 tar-Riżoluzzjoni 1807 (2008) (“UNSCR 1807 (2008)”). |
|
(2) |
Fl-1 ta' Diċembru 2010, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1533 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“UNSCR 1533 (2004)”) emenda l-lista ta' persuni u entitajiet li kienu soġġetti għal miżuri restrittivi. |
|
(3) |
Il-proċedura biex jiġi emendat l-Anness għal din id-Deċiżjoni għandha tinkludi l-għoti, lill-persuni u l-entitajiet magħżula, tar-raġunijiet għall-elenkar sabiex tingħatalhom l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet. Fejn jintbagħtu osservazzjonijiet jew tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jerġa’ jeżamina d-deċiżjoni tiegħu fid-dawl ta' dawk l-osservazzjonijiet u jinforma lill-persuna jew l-entità kkonċernata kif meħtieġ. |
|
(4) |
Din id-Deċiżjoni tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u notevolment id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, id-dritt għall-proprjetà u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi applikata f'konformità ma' dawk id-drittijiet u prinċipji. |
|
(5) |
Din id-Deċiżjoni tirrispetta bis-sħiħ ukoll l-obbligi tal-Istati Membri skont il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u n-natura legalment vinkolanti tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà. |
|
(6) |
Il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK għandha għalhekk titħassar u tiġi sostitwita b’din id-Deċiżjoni. |
|
(7) |
Il-miżuri implimentattivi tal-Unjoni huma mniżżla fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 889/2005 tat-13 ta' Ġunju 2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo ( 2 ) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta' Lulju 2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi ristrettivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo ( 3 ), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi u kwalunkwe materjal relatat ta' kull tip, direttament jew indirettament, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta' rikambju għal dak imsemmi qabel lill-entitajiet kollha mhux governattivi u lill-individwi li joperaw fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) minn ċittadini ta' Stati Membri jew mit-territorji ta' Stati Membri, jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru li jużaw il-bandiera tagħhom, għandhom ikunu pprojbiti kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom kif ukoll jekk le.
2. Għandu wkoll ikun ipprojbit li:
(a) jingħataw, jinbiegħu, isir forniment jew trasferiment ta' għajnuna teknika, servizzi ta' senserija u servizzi oħrajn relatati ma' attivitajiet militari u mal-provvista, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u partijiet ta' rikambju għal dak imsemmi qabel, direttament jew indirettament lill-entitajiet kollha mhux governattivi u lill-individwi kollha li joperaw fit territorju tar-RDK;
(b) jingħata finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatata ma' attivitajiet militari, inkluż b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni tal-kreditu fuq l-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta' armi jew materjal relatat, jew għal kwalunkwe għotja, bejgħ, provvista, jew trasferiment ta' għajnuna teknika relatata, servizzi ta' senserija u servizzi oħrajn, direttament jew indirettament lill-entitajiet mhux governattivi u l-individwi kollha li joperaw fit-territorju tar-RDK.
Artikolu 2
1. L-Artikolu 1 m’għandux japplika għal:
(a) il-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi u kwalunkwe materiel relatat jew l-għoti ta' għajnuna teknika, servizzi ta' senserija finanzjarja u servizzi oħrajn relatati mal-armi u materjal relatat maħsubin biss għas-sostenn ta' jew l-użu mill-Missjoni tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-RDK (MONUC);
(b) il-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' lbies protettiv, inklużi ġkieket rinfurzati u elmi militari, esportati temporanjament lejn ir-RDK minn persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, rappreżentanti tal-mezzi tax-xandir u ħaddiema umanitarji u fil-qasam tal-iżvilupp u persunal assoċjat, għall-użu personali tagħhom biss;
(c) il-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' tagħmir militari non-letali maħsub biss għall-użu umanitarju jew protettiv, jew l-għoti ta' għajnuna u taħriġ tekniku, relatati ma' tali tagħmir non-letali.
2. Il-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi u ta' kwalunkwe materjal relatat jew l-għoti ta' servizzi jew għajnuna u taħriġ tekniku msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.
3. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit skont il-UNSCR 1533 (2004) (Kumitat tas-Sanzjonijiet) notifika minn qabel ta' kull kunsinna ta' armi u materjal relatat għar-RDK, jew b’kwalunkwe għoti ta' għajnuna teknika, finanzjarja, servizzi ta' senserija u servizzi oħrajn relatati ma' attivitajiet militari fir-RDK, minbarra dawk imsemmijin fil-paragrafi 1 (a) u (b). Tali notifika għandu jkun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluż, fejn xieraq, l-utent aħħari, id-data proposta għall-kunsinna u l-itinerarju ta' kunsinni bil-baħar.
4. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw kunsinni taħt il-paragrafu 1 fuq bażi ta' każ b’każ, b’kont sħiħ meħud tal-kriterji stabbiliti fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari ( 4 ). L-Istati Membri għandhom jeħtieġu salvagwardji adegwati kontra l-użu ħażin tal-awtorizzazzjonijiet mogħtijin skont il-paragrafu 2 u, fejn ikun adatt, jieħdu provvedimenti għar-ripatrijazzjoni tal-armi u l-materjal relatat ikkonsenjati.
Artikolu 3
Il-miżuri restrittivi kif previsti fl-Artikoli 4(1) u 5(1) u (2) għandhom jiġu imposti kontra l-persuni u, kif ikun adatt, l-entitajiet, indikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, li ġejjin:
— persuni jew entitajiet li jaġixxu bi ksur tal-embargo fuq l-armi u l-miżuri relatati kif imsemmijin fl-Artikolu 1,
— mexxejja politiċi u militari ta' gruppi armati barranin li joperaw fir-RDK li jimpedixxu d-diżarmament u r-ripatrijazzjoni volontarja jew is-sistemazzjoni mill-ġdid tal-kombattenti li jagħmlu parti minn dawk il-gruppi,
— mexxejja politiċi u militari ta' milizzji Kongoliżi li jirċievu appoġġ minn barra r-RDK, li jimpedixxu l-parteċipazzjoni tal-kombattenti tagħhom fil-proċessi tad-diżarmament, id-demobilitazzjoni u reintegrazzjoni,
— mexxejja politiċi u militari li joperaw fir-RDK u jirreklutaw jew jużaw it-tfal f’konflitti armati bi ksur tal-liġi internazzjonali applikabbli,
— individwi li joperaw fir-RDK u jwettqu ksur serju tal-liġi internazzjonali li jinvolvi li jkunu mmirati tfal jew nisa f’sitwazzjonijiet ta' konflitt armat, inklużi qtil u mankament, vjolenza sesswali, ħtif u spostament furzat,
— individwi li jostakolaw l-aċċess għall-għajnuna umanitarja jew id-distribuzzjoni tagħha fil-parti tal-Lvant tar-RDK,
— individwi jew entitajiet li jappoġġaw lill-gruppi armati illegali fil-parti tal-Lvant tar-RDK permezz tal-kummerċ illeċitu tar-riżorsi naturali.
Il-persuni u l-entitajiet rilevanti huma elenkati fl-Anness.
Artikolu 4
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimpedixxu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, tal-persuni msemmijin fl-Artikolu 3.
2. Il-paragrafu 1 m'għandux jobbliga lil Stat Membru li jiċħad id-dħul taċ-ċittadini tiegħu stess fit-territorju tiegħu.
3. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika meta l-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
(a) jiddetermina minn qabel u fuq bażi ta' każ b’każ li d-dħul jew it-transitu ikun ġustifikat għal raġunijiet ta' bżonn umanitarju, inkluż obbligu reliġjuż,
(b) jikkonkludi li eżenzjoni tkun qed tiffavorixxi l-objettivi tar-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà, jiġifieri l-paċi u r-rikonċiljazzjoni nazzjonali fir-RDK u l-istabbiltà fir-reġjun,
(c) jawtorizza minn qabel u fuq bażi ta' każ b’każ it-transitu ta' individwi li sejrin lura lejn it-territorju tal-Istat tan-nazzjonalità tagħhom jew li qed jieħdu sehem fi sforzi biex jitressqu lejn il-ġustizzja persuni li wettqu ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem jew tal-liġi umanitarja internazzjonali.
4. F’każijiet fejn, skont il-paragrafu 3, Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu, jew it-transitu minnu, ta' persuni indikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih tingħata u għall-persuni konċernati minnha.
Artikolu 5
1. Il-fondi, l-assi finanzjarji l-oħrajn u r-riżorsi ekonomiċi kollha li huma l-proprjetà ta' jew huma kkontrollati direttament jew indirettament mill-persuni jew l-entitajiet msemmijin fl-Artikolu 3 jew li huma fil-pussess ta' entitajiet li huma l-proprjetà ta' jew huma kkontrollati direttament jew indirettament minnhom jew minn kwalunkwe persuna jew entità li taġixxi f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, kif identifikati fl-Anness, għandhom ikunu ffriżati.
2. Fl-ebda każ m'għandhom fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jsiru disponibbli, direttament jew indirettament, lill-persuni jew l-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 jew għall-benefiċċju tagħhom.
3. L-Istati Membri jistgħu jippermettu eżenzjonijiet mill-miżuri msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 fir-rigward ta' fondi, assi finanzjarji oħrajn u riżorsi ekonomiċi li huma:
(a) meħtieġa għal spejjeż bażiċi, inkluż ħlasijiet ta' oġġetti tal-ikel, kiri jew ipoteki, mediċini u trattament mediku, taxxi, premji tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet għal servizzi pubbliċi;
(b) maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' onorarji professjonali raġonevoli u r-rimborż ta' spejjeż assoċjati mal-għoti ta' servizzi legali;
(c) maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' onorarji jew kontijiet għal servizz, skont il-liġi nazzjonali, għal servizzi ta' rutina fiż-żamma jew il-manteniment ta' fondi ffriżati, jew assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra;
(d) meħtieġa għal spejjeż straordinarji, wara notifika mill-Istat Membru konċernat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u approvazzjoni minn dan tal-aħħar;
(e) is-suġġett ta' rahan jew sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali, f’liema każ il-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħrajn jistgħu jintużaw biex jissodisfaw dak ir-rahan jew dik is-sentenza bil-kondizzjoni li r-rahan jew is-sentenza kienu ddaħħlu qabel l-inklużjoni mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-persuna jew l-entità kkonċernata, u mhix għall-benefiċċju ta' persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 3, wara notifika mill-Istat Membru konċernat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.
4. L-eżenzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 3(a), (b) u (c) jistgħu jsiru wara notifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet mill-Istati Membru konċernat tal-intenzjoni tiegħu li jawtorizza, fejn ikun adatt, l-aċċess għal tali fondi, assi finanzjarji oħrajn u riżorsi ekonomiċi, u fin-nuqqas ta' deċiżjoni negattiva mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fi żmien erbat ijiem tax-xogħol minn tali notifika.
5. Il-paragrafu 2 m’għandux japplika għaż-żieda ma' kontijiet iffriżati ta’:
(a) imgħax jew introjti oħrajn fuq dawk il-kontijiet; jew
(b) ħlasijiet dovuti taħt kuntratti, ftehim jew obbligi li ġew konklużi jew seħħew qabel id-data meta dawk il-kontijiet saru soġġetti għal miżuri restrittivi,
bil-kondizzjoni li kull tali imgħax, qligħ u ħlasijiet oħrajn ikomplu jkunu soġġetti għall-paragrafu 1.
Artikolu 6
Il-Kunsill għandu jemenda l-lista li tinsab fl-Anness abbażi tad-determinazzjonijiet li jsiru mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.
Artikolu 7
1. Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jelenkaw persuna jew entità, il-Kunsill għandu jinkludi dik il-persuna jew entità fl-Anness. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna jew l-entità kkonċernata, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, sabiex b'hekk tali persuna jew entità tingħata l-opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.
2. Fejn jintbagħtu osservazzjonijiet jew tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jerġa’ jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew l-entità kkonċernata kif meħtieġ.
Artikolu 8
1. L-Anness għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni u l-entitajiet elenkati kif ipprovduti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet.
2. L-Anness għandu jinkludi wkoll, fejn disponibbli, informazzjoni pprovduta mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet li tkun meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati. Fir-rigward ta' persuni, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet inklużi l-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. L-Anness għandu jinkludi wkoll id-data tal-inklużjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.
Artikolu 9
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta, emendata jew mħassra kif ikun adatt, kif iddeterminat mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.
Artikolu 10
Il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK hija b’dan imħassra.
Artikolu 11
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
ANNESS
a) Lista ta’ persuni msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5
|
Isem |
Psewdonimu |
Data tat-twelid/post tat-twelid |
Informazzjoni identifikattiva |
Raġunijiet |
Data tal-inklużjoni |
|
Frank Kakolele BWAMBALE |
Frank Kakorere Frank Kakorere Bwambale |
Kongoliż Ġeneral tal-FARDC, mingħajr kariga minn Ġunju 2011. Telaq mis-CNDP f’Jannar 2008. Minn Ġunju 2011, residenti f’Kinshasa. Sa mill-2010, Kakolele kien involut f'attivitajiet apparentement f'isem il-Programme de Stabilisation et Reconstruction des Zones Sortant des Conflits Armés (STAREC) tal-gvern tar-RDK, inkluż il-parteċipazzjoni f'missjoni tal-STAREC f'Goma u f'Beni f'Marzu 2011. |
Qabel kien mexxej tal-RCD-ML, eżerċita influwenza fuq linji politiċi u kellu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-RCD-ML, wieħed mill-gruppi armati u milizzja msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), kien responsabbli għat-traffikar ta' armi, fi ksur tal-embargo fuq l-armi. |
1.11.2005 |
|
|
Gaston IYAMUREMYE |
Rumuli Byiringiro Victor Rumuli Victor Rumuri Michel Byiringiro |
1948 Distrett ta' Musanze (Provinċja tat-Tramuntana), ir-Rwanda Ruhengeri, ir-Rwanda |
Rwandi President tal-FDLR u t-tieni Viċi President tal-FDLR-FOCA Minn Ġunju 2011, ibbażat f'Kalonge, il-Provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu. Brigadier Ġenerali |
Skont bosta sorsi, inkluż il-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU RDK, Gaston Iyamuremye huwa t-tieni viċi president tal-FDLR u huwa kkunsidrat bħala membru ewlieni tat-tmexxija militari u politika tal-FDLR. Gaston Iyamuremye mexxa wkoll l-uffiċċju ta' Ignace Murwanashyaka (President tal-FDLR) f'Kibua, RDK sa Diċembru 2009. |
1.12.2010 |
|
Jérôme KAKWAVU BUKANDE |
Jérôme Kakwavu Kmandant Jérôme |
Goma |
Kongoliż Mogħti l-grad ta’ Ġeneral fl-FARDC f’Diċembru 2004. Minn Ġunju 2011, miżmum fil-Ħabs ta' Makala f'Kinshasa. Fil-25 ta' Marzu 2011, il-Qorti Militari Għolja f'Kinshasa fetħet proċess kontra Kakwavu għal delitti tal-gwerra. |
Qabel kien il-President tal-UCD/FAPC. Il-kontroll tal-FAPC fuq il-postijiet illegali fuq il-fruntera bejn l-Uganda u r-RDK - rotta ta' tranisitu ewlenija għaċ-ċirkolazzjoni tal-armi. Kellu influwenza fuq linji ta' politika u l-kmand u l-kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FAPC, li kienu involuti fit-traffikar tal-armi u, konsegwentement, fi ksur tal-embargo fuq l-armi. Mogħti l-grad ta’ Ġeneral fl-FARDC f’Diċembru 2004. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal f'Ituri fl-2002. Wieħed minn ħames uffiċjali anzjani tal-FARDC li ġew akkużati b'delitti serji li kienu jinvolvu l-vjolenza sesswali u li l-każijiet tagħhom kienu tressqu għall-attenzjoni tal-Gvern mill-Kunsill tas-Sigurtà waqt iż-żjara tiegħu fl-2009. |
1.11.2005 |
|
Germain KATANGA |
Kongoliż Maħtur Ġeneral fl-FARDC f’Diċembru 2004. Konsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fit-18 ta’ Ottubru 2007. Il-proċess tiegħu beda f'Novembru 2009. |
Kap tal-FRPI. Involut fi trasferimenti ta’ armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal f'Ituri mill-2002 sal-2003. |
1.11.2005 |
||
|
Thomas LUBANGA |
Ituri |
Kongoliż Arrestat f’Kinshasa f’Marzu 2005 minħabba involviment tal-UPC/L fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Trasferit għall-QKI mill-awtoritajiet Kongoliżi fis-17 ta’ Marzu 2006. Il-proċess tiegħu beda f'Jannar 2009 u mistenni jintemm fl-2011. |
President tal-UPC/L, wieħed mill-gruppi armati u milizzja msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), involut fit-traffikar ta' armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal f'Ituri mill-2002 sal-2003. |
1.11.2005 |
|
|
Khawa Panga MANDRO |
Kawa Panga Kawa Panga Mandro Kawa Mandro Yves Andoul Karim Mandro Panga Kahwa Yves Khawa Panga Mandro “Chief Kahwa” “Kawa” |
20 ta' Awwissu 1973, Bunia |
Kongoliż Miżmum il-ħabs f'Bunia f'April 2005 għas-sabotaġġ tal-proċess ta' paċi ta' Ituri. Arrestat mill-awtoritajiet Kongoliżi f’Ottubru 2005, meħlus mill-Qorti tal-Appell f’Kisangani, sussegwentement trasferit għall-awtoritajiet ġudizzjarji f’Kinshasa fuq akkużi ġodda ta’ delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra, qtil, attakki aggravati u swat. Minn Ġunju 2011, miżmum fil-Ħabs Ċentrali ta' Makala f'Kinshasa. |
Ex President tal-PUSIC, wieħed mill-gruppi armati u milizzja msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), involut fi traffikar ta' armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Fil-ħabs f’Bunja mill-04/05 minħabba s-sabotaġġ tal-proċess ta’ paċi ta’ Ituri. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal mill-2001 sal-2002. |
1.11.2005 |
|
Callixte MBARUSHIMANA |
24 ta' Lulju 1963, Provinċja tat-Tramuntana ta' Ndusu/Ruhen, ir-Rwanda |
Rwandi Arrestat f'Pariġi fit-3 ta' Ottubru 2010 taħt mandat tal-QKI għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR f'Kivus fl-2009 u ttrasferit fl-Aja fil-25 ta' Jannar 2011. |
Segretarju Eżekuttiv tal-FDLR u Viċi President tal-kmand militari għoli tal-FDLR sal-arrest tiegħu. Mexxej Politiku/Militari ta’ grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li jimpedixxu d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta’ kombattenti, skont ir-Riż. 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. |
3.3.2009 |
|
|
Iruta Douglas MPAMO |
Mpano Douglas Iruta Mpamo |
28 ta' Diċembru 1965, Bashali, Masisi 29 ta' Diċembru 1965, Goma, RDK (qabel iż-Żaire) Uvira |
Kongoliż Minn Ġunju 2011, residenti f’Gisenyi, ir-Rwanda. Mhix magħrufa l-okkupazzjoni minn mindu iġġarrfu żewġ ajruplani tal-Great Lakes Business Company (GLBC). |
Sid/Maniġer tal-Compagnie Aérienne des Grands Lacs u tal-Great Lakes Business Company, li l-inġenji tal-ajru tagħhom intużaw biex jipprovdu għajnuna lill-gruppi armati u l-milizzja msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003). Responsabbli wkoll għall-ħabi ta’ informazzjoni taħt forma oħra dwar titjiriet u merkanziji apparentament sabiex jippermetti l-ksur tal-embargo fuq l-armi. |
1.11.2005 |
|
Sylvestre MUDACUMURA |
Magħruf bħala: “Radja” “Mupenzi Bernard” “General Major Mupenzi” “General Mudacumura” |
Rwandi Kmandant militari tal-FDLR-FOCA, kif ukoll l-ewwel Viċi President politiku u kap tal-Kmand Għoli tal-FOCA, b'hekk ġew ikkombinati l-funzjonijiet ta' kmand militari u politiku ġenerali minn mindu ġew arrestati l-kapijiet tal-FDLR fl-Ewropa. Minn Ġunju 2011, ibbażat fil-foresta Kikoma, ħdejn Bogoyi, Walikale, it-Tramuntana ta' Kivu. |
Kmandant tal-FDLR, jeżerċeta influwenza fuq il-linji ta' politika, u għandu l-kmand u l-kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FDLR, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzja msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), involut fit-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Mudacumura (jew membri tal-persunal) kien f'komunikazzjoni telefonika mal-mexxej tal-FDLR Murwanashyaka l-Ġermanja, ukoll fiż-żmien tal-Massakru ta' Busurungi f'Mejju 2009, u mal-kmandant militari l-Maġġur Guillaume waqt l-operazzjonijiet Umoja Wetu u Kimia II fl-2009. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għal 27 każ ta' reklutaġġ u użu tat-tfal minn truppi taħt il-kmand tiegħu fit-Tramuntana ta' Kivu mill-2002 sal-2007. |
1.11.2005 |
|
|
Leodomir MUGARAGU |
Manzi Leon Leo Manzi |
1954 1953 Kigali, ir-Rwanda Rushashi (Provinċja tat-Tramuntana), ir-Rwanda |
Rwandi Kap tal-Persunal tal-FDLR-FOCA, inkarigat mill-amministrazzjoni. Minn Ġunju 2011, ibbażat fil-kwartieri ġenerali tal-FDLR fil-foresta Kikoma, Bogoyi, Walikale, it-Tramuntana ta' Kivu. |
Skont rappurtar minn sorsi miftuħa u rappurtar uffiċjali, Leodomir Mugaragu huwa l-Kap tal-Persunal tal-Forces Combattantes Abucunguzi/Forza Kombattenti għal-Liberazzjoni tar-Rwanda (FOCA), il-fergħa armata tal-FDLR. Skont rappurtar uffiċjali Mugaragu jagħmel pjanijiet f'livell għoli għall-operazzjonijiet militari tal-FDLR fil-Lvant tar-RDK. |
1.12.2010 |
|
Leopold MUJYAMBERE |
Musenyeri Achille Frere Petrus Ibrahim |
17 ta' Marzu 1962, Kigali, ir-Rwanda Est.1966 |
Rwandi Minn Ġunju 2011, Kmandant tas-settur operattiv tan-Nofsinhar ta' Kivu, issa msejjaħ “Amazon” tal-FDLRFOCA. Ibbażat f'Nyakaleke (ix-Xlokk ta' Mwenga, in-Nofsinhar ta' Kivu). |
Kmandant tat-Tieni Diviżjoni tal-FOCA / il-Brigati ta’ Riżerva (fergħa armata tal-FDLR). Mexxej militari ta’ grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta’ kumbattenti, bi ksur tar-Riż. 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta’ Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet RDK tal-KSNU, imniżżla fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta’ Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu qabel ġew maħtufin u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007, l-FDLR-FOCA, li qabel kienet tirrekluta subien lejn nofs jew fl-aħħar tal-adoloxxenza, qed tirrekluta bil-forza żgħażagħ mill-età ta’ 10 snin. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorti, u tfal akbar fl-età jiġu skjerati bħala suldati fuq il-front, bi ksur tar-Riż. 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill tas-Sigurtà. |
3.3.2009 |
|
Dr. Ignace MURWANASHYAKA |
Ignace |
14 ta' Mejju 1963, Butera (Rwanda) Ngoma, Butare (Rwanda) |
Rwandi Arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta' Novembru 2009. Sostitwit minn Gaston Iamuremye, magħruf bħala “Rumuli”, bħala President tal-FDLR-FOCA. Il-proċess ta' Murwanashyaka għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR fir-RDK fl-2008 u l-2009 beda fl-4 ta' Mejju 2011 f'qorti Ġermaniża. |
President tal-FDLR, u kmandant suprem tal-forzi armati tal-FDLR, jeżerċita influwenza fuq il-linji ta' politika, u għandu l-kmand u l-kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FDLR, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzja msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), involut fit-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. F'komunikazzjoni telefonika mal-kmandanti militari tal-FDLR fuq il-post (inkluż matul il-massakru f'Busurungi f'Mejju 2009); ta ordinijiet militari lill-kmandanti għoljin; involut fil-koordinazzjoni tat-trasferiment ta' armi u munizzjon lill-unitajiet tal-FDLR u t-twassil ta' struzzjonijiet speċifiċi għall-użu; amministra somom kbar ta' flus li rrużultaw mill-bejgħ illeċitu ta' riżorsi naturali f'żoni taħt il-kontroll tal-FDLR (pġ.24-25, 83) Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kellu responsabbiltà ta' kmand bħala l-President u l-kmandant militari tal-FDLR għar-reklutaġġ u l-użu ta' tfal mill-FDLR fil-Kongo tal-Lvant. |
1.11.2005 |
|
Straton MUSONI |
IO Musoni |
6 ta' April 1961 (possibbilment l-4 ta' Ġunju 1961) Mugambazi, Kigali, ir-Rwanda |
Rwandi Il-proċess ta' Musoni għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR fir-RDK fl-2008 u l-2009 beda fl-4 ta' Mejju 2011 f'qorti Ġermaniża. Sostitwit minn Sylvestre Mudacumura bħala l-ewwel Viċi President tal-FDLR. |
Permezz tat-tmexxija tiegħu tal-FDLR, grupp armat barrani li jopera fir-RDK, Musoni qiegħed jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja jew is-sistemazzjoni mill-ġdid ta’ kombattenti li jagħmlu parti minn dawk il-gruppi, bi ksur tar-Riż. 1649 (2005). |
29.3.2007 |
|
Jules MUTEBUTSI |
Jules Mutebusi Jules Mutebuzi Colonel Mutebutsi |
1964, Minembwe in-Nofsinhar ta' Kivu |
Kongoliż Kien Viċi Kmandant Reġjonali Militari tal-10 Reġjun Militari f'April 2004, ġie mkeċċi minħabba nuqqas ta' dixxiplina. F'Diċembru 2007, ġie arrestat mill-awtoritajiet tar-Rwanda meta pprova jaqsam il-fruntiera lejn ir-RDK. Minn dak iż-żmien qed jgħix f'semilibertà f'Kigali (mhux awtorizzat jitlaq il-pajjiż). |
Ngħaqad ma’ elementi oħra rinnegati ta’ dak li qabel kien l-RCDG biex jieħdu l-belt ta’ Bukavu bil-forza f’Mejju 2004. Implikat fir-riċeviment ta' armi barra l-istrutturi tal-FARDC u l-proviżjon ta' fornimenti lil gruppi armati u l-milizzja msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), bi ksur tal-embargo fuq l-armi. |
1.11.2005 |
|
Mathieu, Chui NGUDJOLO |
Cui Ngudjolo |
Arrestat minn MONUC f’Bunia f’Ottubru 2003. Konsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fis-7 ta’ Frar 2008. |
Kap tal-Persunal tal-FNI u qabel kien Kap tal-Persunal tal-FRPI, eżerċita influwenza fuq linji ta' politika u kellu l-kmand u l-kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FRPI, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzja msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), responsabbli għat-traffikar ta' armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu ta' tfal taħt il-ħmistax-il sena f'Ituri fl-2006. |
1.11.2005 |
|
|
Floribert Ngabu NJABU |
Floribert Njabu Floribert Ndjabu Floribert Ngabu Ndjabu |
Taħt arrest domiċiljari f’Kinshasa minn Marzu 2005 minħabba involviment tal-FNI f’abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem. Trasferit fl-Aja fis-27 ta' Marzu 2011 biex jixhed fil-proċessi tal-QKI ta' Germain Katanga u Mathieu Ngudjolo. |
President tal-FNI, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzja msemmija fil-paragrafu 20 tar- Riż. 1493 (2003), involut fit-traffikar ta' armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. |
1.11.2005 |
|
|
Laurent NKUNDA |
Nkunda Mihigo Laurent Laurent Nkunda Bwatare Laurent Nkundabatware Laurent Nkunda Mahoro Batware Laurent Nkunda Batware “Chairman” “General Nkunda” “Papa Six” |
6 ta' Frar 1967 Tramuntana ta' Kivu/Rutshuru 2 ta' Frar 1967 |
Kongoliż Kien il-Ġeneral tal-RCD-G. Fundatur, National Congress for the People’s Defense, 2006; Uffiċjal Anzjan, Rally for Congolese Democracy-Goma (RCD-G), 1998 - 2006; Uffiċjal Rwandan Patriotic Front (RPF), 1992-1998. Laurent Nkunda ġie arrestat mill-awtoritajiet rwandi fir-Rwanda f'Jannar 2009 u ssostitwixxa bħala kmandant tas-CNDP. Minn dak iż-żmien, huwa qiegħed taħt arrest domiċiljari f'Kigali, Rwanda. It-talba tal-gvern tar-RDK biex Nkunda jiġi estradizt għad-delitti li wettaq fir-RDK tal-Lvant, ġiet irrifjutata mir-Rwanda. Fl-2010, l-appell ta' Nkunda għal detenzjoni illegali ġie rifjutat mill-qorti tar-Rwanda f'Gisenyi, li ddeċidiet li l-kwisjoni għandha tiġi eżaminata minn qorti militari. L-avukati ta' Nkunda bdew proċedura mal-Qorti Militari tar-Rwanda. Għad għandu xi influwenza fuq ċerti elementi tas-CNDP. |
Kien il-Ġeneral tal-RCD-G. Ngħaqad ma’ elementi oħra rinnegati ta’ dak li qabel kien l-RCD-G biex jieħdu l-belt ta’ Bukavu bil-forza f’Mejju 2004. Irċieva armi barra l-FARDC bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għal 264 każ ta' reklutaġġ u użu tat-tfal minn truppi taħt il-kmand tiegħu fit-Tramuntana ta' Kivu mill-2002 sal-2009. |
1.11.2005 |
|
Felicien NSANZUBUKI-RE |
Fred Irakeza |
1967 Murama, Kinyinya, Rubungo, Kigali, ir-Rwanda |
Rwandi Kap tal-ewwel battaljun tal-FDLR-FOCA, ibbażat fiż-żona Uvira-Sange tan-Nofsinhar ta' Kivu. Membru tal-FDLR mill-inqas mill-1994 u jopera fil-Lvant tar-RDK minn Ottubru 1998. Minn Ġunju 2011, ibbażat f'Magunda, it-territorju ta' Mwenga, in-Nofsinhar ta' Kivu. |
Felicien Nsanzubukire ssorvelja u kkoordina t-traffikar ta' munizzjon u armi bejn mill-inqas Novembru 2008 u April 2009 mir-Repubblika Unita tat-Tanzanija, permezz tal-Lag Tanganyika, lejn unitajiet tal-FDLR ibbażati fiż-żoni Uvira u Fizi tan-Nofsinhar ta' Kivu. |
1.12.2010 |
|
Pacifique NTAWUNGUKA |
Colonel Omega Nzeri Israel Pacifique Ntawungula |
1 ta' Jannar 1964, Gaseke, Provinċja ta’ Gisenyi, ir-Rwanda Est.1964 |
Rwandi Kmandant, is-Settur Opeattiv tat-Tramuntana ta' Kivu “SONOKI” tal-FDLR-FOCA. Minn Ġunju 2011, ibbażat f'Matembe, it-Tramuntana ta' Kivu Irċieva taħriġ militari fl-Eġittu |
Kmandant tal-Ewwel Diviżjoni tal-FOCA (fergħa armata tal-FDLR). Mexxej militari ta’ grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta’ kumbattenti, bi ksur tar-Riż. 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta’ Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet RDK tal-KSNU, imniżżla fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta’ Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu qabel ġew maħtufin u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007, l-FDLR-FOCA, li qabel kienet tirrekluta subien lejn nofs jew fl-aħħar tal-adoloxxenza, qed tirrekluta bil-forza żgħażagħ mill-età ta’ 10 snin. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorti, u tfal akbar fl-età jiġu skjerati bħala suldati fuq il-front, bi ksur tar-Riż. 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill tas-Sigurtà. |
3.3.2009 |
|
James NYAKUNI |
Ugandaniż |
Sħab fil-kummerċ ma' Jerome Kakwavu, b’mod partikolari f’kuntrabandu fil-fruntiera bejn ir-RDK u l-Uganda, inkluż kuntrabandu suspettat ta’ armi u materjal militari fi trakkijiet li ma jiġux iċċekkjati. Ksur tal-embargo fuq l-armi u forniment ta' għajnuna lill-gruppi armati u l-milizzja msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), inkluż appoġġ finanzjarju li jippermettilhom li joperaw b'mod militari. |
1.11.2005 |
||
|
Stanislas NZEYIMANA |
Deogratias Bigaruka Izabayo Bigaruka Bigurura Izabayo Deo Jules Mateso Mlamba |
1 ta' Jannar 1966, Mugusa (Butare), ir-Rwanda Est.1967 Alt. 28 ta' Awwissu 1966 |
Rwandi Viċi kmandant tal-FDLR-FOCA. Minn Ġunju 2011, ibbażat f'Mukoberwa, it-Tramuntana ta' Kivu. |
Deputat Kmandant tal-FOCA (fergħa armata tal-FDLR). Mexxej militari ta’ grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta’ kumbattenti, bi ksur tar-Riż. 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta’ Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet RDK tal-KSNU, imniżżla fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta’ Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu qabel ġew maħtufin u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007, l-FDLR-FOCA, li qabel kienet tirrekluta subien lejn nofs jew fl-aħħar tal-adoloxxenza, qed tirrekluta bil-forza żgħażagħ mill-età ta’ 10 snin. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorti, u tfal akbar fl-età jiġu skjerati bħala suldati fuq il-front, bi ksur tar-Riż. 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill tas-Sigurtà. |
3.3.2009 |
|
Dieudonné OZIA MAZIO |
Ozia Mazio “Omari” “Mr Omari” |
6 ta' Ġunju 1949, Ariwara |
Kongoliż Waqt li kien president tal-Fédération des entreprises congolaises (FEC) fit-territorju ta' Aru, huwa mifhum li Dieudonné Ozia Mazio miet f'Ariwara fit-23 ta' Settembru 2008 |
Skemi finanzjarji ma' Kmandant Jerome u l-FAPC u traffikar fil-fruntiera bejn ir-RDK u l-Uganda, li ppermetta li provvisti u flus kontanti isiru disponibbli għall-Kmandant Jerome u t-truppi tiegħu. Ksur tal-embargo fuq l-armi, inkluż il-forniment ta' għajnuna lill-gruppi armati u l-milizzja msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003). |
1.11.2005 |
|
Bosco TAGANDA |
Bosco Ntaganda Bosco Ntagenda General Taganda “Lydia” meta kien jagħmel parti minn APR. “Terminator” Call sign “Tango Romeo” or “Tango” “Major” |
1973-74 Bigogwe, ir-Rwanda |
Kongoliż Imwieled fir-Rwanda, meta kien għadu tifel huwa mar joqgħod f'Nyamitaba, fit-territorju ta' Masisi, it-Tramuntana ta' Kivu. Minn Ġunju 2011, huwa jgħix f'Goma u huwa s-sid ta' azjendi agrikoli kbar fiż-żona ta' Ngungu, fit-territorju ta' Masisi, it-Tramuntana ta' Kivu. Ġie maħtur Brigadier Ġenerali tal-FARDC permezz ta' Digriet Presidenzjali fil-11 ta' Diċembru 2004, wara l-ftehimiet ta' paċi ta' Ituri. Kien Kap tal-Persunal tas-CNDP u sar il-kmandant militari tas-CNDP minn mindu ġie arrestat Laurent Nkunda f'Jannar 2009. Minn Jannar 2009, Viċi Kmandant de facto tal-operazzjonijiet konsekuttivi kontra l-FDLR “Umoja Wetu”, “Kimia II”, u “Amani Leo” fit-Tramuntana u n-Nofsinhar ta' Kivu. |
Kmandant militari tal-UPC/L, li jeżerċita influwenza fuq linji ta' politika u jżomm il-kmand u l-kontroll fuq l-attivitajiet tal-UPC/L, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzja msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), involut fit-traffikar ta' armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Huwa ġie maħtur Ġeneral fil-FARDC f’Diċembru 2004 imma rrifjuta li jaċċetta l-promozzjoni, u għalhekk baqa’ barra l-FARDC. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal f'Ituri fl-2002 u l-2003, u kellu responsabbiltà diretta u/jew ta' kmand f'155 każ ta' reklutaġġ u użu tat-tfal fit-Tramuntana ta' Kivu mill-2002 sal-2009. Bħala Kap tal-Persunal tas-CNDP, kellu responsabbiltà diretta u ta' kmand għall-massakru f'Kiwanja (Novembru 2008) |
1.11.2005 |
|
Innocent ZIMURINDA |
1 ta’ Settembru, 1972 1975 Ngungu, Territorju ta' Masisi, Provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu, ir-RDK |
Kongoliż. Kurunell fl-FARDC. Ġie integrat fl-FARDC fl-2009 bħala Logutenent Kurunell, kmandant tal-brigata Kimia II Ops tal-FARDC, ibbażata fiż-żona ta' Ngungu. F'Lulju 2009, Zimurinda ġie promoss għal Kurunell u sar kmandant tas-Settur tal-FARDC f'Ngungu u sussegwentement f'Kitchanga fl-operazzjonijiet FARDC Kimia II u Amani Leo. Waqt li Zimurinda ma deherx fl-ordinanza presidenzjali tar-RDK fil-31 ta' Diċembru 2010 fejn inħatru uffiċjali għolja tal-FARDC, Zimurinda de facto żamm il-pożizzjoni ta' kmand tiegħu tat-22 settur tal-FARDC f'Kitchanga u jżomm il-kariga u jilbes l-uniformi li ħarġet ġdida tal-FARDC. Huwa jibqa' lejali għal Bosco Ntaganda. F'Diċembru 2010, attivitajiet ta' reklutaġġ li twettqu minn elementi taħt il-kmand ta' Zimurinda ġew iddenunzjati f'rapporti ta' sorsi miftuħa. |
Skont bosta sorsi, il-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda, fil-kapaċità tiegħu bħala wieħed mill-kmandanti tal-231 Brigata tal-FARDC, ta ordnijiet li rriżultaw fil-massakru ta' aktar minn 100 refuġjat Rwandi, il-biċċa l-kbira nisa u tfal, waqt operazzjoni militari fiż-żona ta' Shalio f'April 2009. Il-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU RDK irrapporta li xhieda kienu raw b'għajnejhom stess lil-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda jirrifjuta li jeħles lil tlitt itfal mill-kmand tiegħu f'Kahlehe, fid-29 ta' Awwissu 2009. Skont bosta sorsi, qabel l-integrazzjoni tas-CNDP fil-FARDC, il-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda, f'Novembru 2008 pparteċipa f'operazzjoni tas-CNDP li rriżultat fil-massakru ta' 89 pajżan, inklużi nisa u tfal, fir-reġjun ta' Kiwanja. F'Marzu 2010, 51 grupp għad-drittijiet tal-bniedem li kienu qed jaħdmu fil-Lvant tar-RDK allegaw li Zimurinda kien responsabbli għal bosta abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem li kienu jinvolvu l-qtil ta' numru kbir ta' pajżana, inklużi nisa u tfal, bejn Frar 2007 u Awwissu 2007. Fl-istess ilment, il-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda ġie akkużat li kien responsabbli għall-istupru ta' għadd kbir ta' nisa u bniet. Skont dikjarazzjoni tal-21 ta' Mejju, 2010, mir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali għat-Tfal u l-Konflitt Armat, Innocent Zimurinda kien involut fl-eżekuzzjoni arbitrarja ta' suldati tfal, inkluż matul l-operazzjoni Kimia II. Skont l-istess dikjarazzjoni, huwa ċaħad l-aċċess lill-Missjoni tan-NU fir-RDK (MONUC) biex jiċċekkjaw it-truppi għal minorenni. Skont il-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU RDK, il-Logutenent Kurunell Zimurinda għandu responsabbiltà diretta u ta' kmand għar-reklutaġġ ta' tfal u għaż-żamma ta' tfal fi truppi taħt il-kmand tiegħu. |
1.12.2010 |
b) Lista ta’ entitajiet imsemmija fl-Artikoli 3, 4, u 5
|
Isem |
Psewdonimu |
Indirizz |
Informazzjoni identifikattiva |
Raġunijiet |
Data tal-inklużjoni |
|
BUTEMBO AIRLINES (BAL) |
Butembo, ir-RDK |
Kumpannija tal-ajru privata, topera minn Butembo. Minn Diċembru 2008, il-BAL ma għadx għandha liċenzja biex topera inġenji tal-ajru fir-RDK. |
Kisoni Kambale (miet fil-5 ta’ Lulju 2007 u sussegwentement tneħħa mil-lista fl-24 ta’ April 2008) uża l-kumpannija tal-ajru tiegħu biex jittrasporta deheb tal-FNI, razzjonijiet u armi bejn Mongwalu u Butembo. Dan jikkostitwixxi “l-għoti ta' għajnuna” lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). |
29.3.2007 |
|
|
CONGOMET TRADING HOUSE |
Butembo, it-Tramuntana ta' Kivu |
M'għadhiex teżisti bħala kumpannija tan-negozju tad-deheb f'Butembo, it-Tramuntana ta' Kivu. |
Congomet Trading House (li preċedentement kienet imniżżla fil-lista bħala Congocom) kienet proprjetà ta’ Kisoni Kambale (li miet fil-5 ta’ Lulju 2007 u sussegwentement tneħħa mil-lista fl-24 ta’ April 2008). Kambale kiseb kważi l-produzzjoni kollha tad-deheb fid-distrett ta’ Mongbwalu, li huwa kkontrollat mill-FNI. L-FNI kiseb dħul sostanzjali mit-taxxi imposti fuq din il-produzzjoni. Dan jikkostitwixxi “l-għoti ta' għajnuna” lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). |
29.3.2007 |
|
|
COMPAGNIE AERIENNE DES GRANDS LACS (CAGL) GREAT LAKES BUSINESS COMPANY (GLBC) |
CAGL Avenue Président Mobutu Goma, RDK (CAGL għandha wkoll uffiċċju f'Gisenyi, ir-Rwanda) GLBC, PO Box 315, Goma, RDK (GLBC għandha wkoll uffiċċju f'Gisenyi, ir-Rwanda) |
Minn Diċembru 2008, GLBC ma kienx baqagħlha inġenji tal-ajru operattivi, għalkemm diversi inġenji tal-ajru komplew itiru fl-2008 minkejja sanzjonijiet tan-NU. |
CAGL u GLBC huma kumpanniji li huma l-proprjetà ta’ Douglas MPAMO, individwu li huwa diġà soġġett għal sanzjonijiet skont ir-Riż. 1596 (2005). CAGL u GLBC intużaw għat-trasport ta’ armi u munizzjon bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). |
29.3.2007 |
|
|
MACHANGA LTD |
Kampala, Uganda |
Esportazzjoni tad-deheb (Diretturi: Is-Sur Rajendra Kumar Vaya u s-Sur Hirendra M. Vaya). Fl-2010, l-assi li jappartjenu għal Machanga, miżmuma fil-kont tal-Emirates Gold, ġew iffriżati mill-Bank of Nova Soctia Mocatta (UK). Il-proprjetarju preċedenti ta' Machanga, Rajendra Kumar, u ħuh Vipul Kumar, baqgħu involuti fix-xiri ta' deheb mir-RDK tal-Lvant. |
MACHANGA xtrat id-deheb permezz ta’ relazzjoni kummerċjali regolari ma’ kummerċjanti fir-RDK li kienu konnessi mill-qrib mal-milizzja. Dan jikkostitwixxi “l-għoti ta' għajnuna” lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). |
29.3.2007 |
|
|
TOUS POUR LA PAIX ET LE DEVELOPPMENT (KOLLHA GĦALL-PAĊI U L-IŻVILUPP) (NGO) |
TPD |
Goma, it-Tramuntana ta' Kivu |
Goma, b'kumitati provinċjali fin-Nofsinhar ta' Kivu, f'Kasai Oċċidentali, Kasai Orjentali u Maniema. Uffiċjalment ġew sospiżi l-attivitajiet kollha mill-2008. Fil-prattika, minn Ġunju 2011 l-uffiċċji ta' TPD huma miftuħa u involuti f'każijiet relatati mar-ritorni ta' persuni spostati f'pajjiżhom (IDP), inizjattivi ta' rikonċiljazzjoni tal-komunità, soluzzjonijiet ta' konflitti dwar l-artijiet, eċċ. Il-President tat-TPD huwa Eugene Serufuli u l-Viċi President hija Saverina Karomba. Membri importanti jinkludu d-deputati provinċjali tat-Tramuntana ta' Kivu Robert Seninga u Bertin Kirivita. |
Implikata fil-ksur tal-embargo fuq l-armi, billi pprovdiet għajnuna lill-RCD-G, b’mod partikolari billi forniet trakkijiet għat-trasport tal-armi u t-truppi, kif ukoll billi ttrasportat armi għad-distribuzzjoni lil partijiet mill-popolazzjoni f’Masisi u Rutshuru, it-Tramuntana ta' Kivu, fil-bidu tal-2005 |
1.11.2005 |
|
UGANDA COMMERCIAL IMPEX (UCI) LTD |
Kajoka Street Kisemente Kampala, UgandaTel.: +256 41 533 578/9; Indirizz alternattiv: PO Box 22709 Kampala, Uganda |
Kumpannija tal-esportazzjoni tad-deheb f’Kampala. (Is-Sur J.V. LODHIA – magħruf bħala “Chuni”- u ibnu s-Sur Kunal LODHIA kienu diretturi). F'Jannar 2011, l-awtoritajiet tal-Uganda nnotifikaw lill-Kumitat li wara eżenzjoni fuq il-holdings finanzjarji tagħha, l-Emirates Gold ħallset lura d-dejn tal-UCI lil Crane Bank f'Kampala, li wassal biex il-kontijiet tagħha ingħalqu. Il-proprjetarju preċedenti ta' UCI, J.V. Lodhia u ibnu Kumal Lodhia, baqgħu involuti fix-xiri ta' deheb mir-RDK tal-Lvant. |
UCI xtrat id-deheb permezz ta’ relazzjoni kummerċjali regolari ma’ kummerċjanti fir-RDK li kienu konnessi mill-qrib mal-milizzja. Dan jikkostitwixxi “l-għoti ta' għajnuna” lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). |
29.3.2007 |
( 1 ) ĠU L 127, 15.5.2008, p. 84.
( 2 ) ĠU L 152, 15.6.2005, p. 1.
( 3 ) ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1.
( 4 ) ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99.