2010D0656 — MT — 22.04.2015 — 016.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/656/PESK

tad-29 ta’ Ottubru 2010

li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire

(ĠU L 285, 30.10.2010, p.28)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/801/PESK tat-22 ta’ Diċembru 2010

  L 341

45

23.12.2010

 M2

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/17/PESK tal-11 ta’ Jannar 2011

  L 11

31

15.1.2011

►M3

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/18/PESK tal-14 ta’ Jannar 2011

  L 11

36

15.1.2011

►M4

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/71/PESK tal-31 ta’ Jannar 2011

  L 28

60

2.2.2011

►M5

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/221/PESK tas-6 ta’ April 2011

  L 93

20

7.4.2011

 M6

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/230/PESK tat-8 ta’ April 2011

  L 97

46

12.4.2011

 M7

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/261/PESK tad-29 ta' April 2011

  L 111

17

30.4.2011

 M8

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/376/PESK tas-27 ta’ Ġunju 2011

  L 168

11

28.6.2011

 M9

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/412/PESK tat-12 ta’ Lulju 2011

  L 183

27

13.7.2011

 M10

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/627/PESK tat-22 ta’ Settembru 2011

  L 247

15

24.9.2011

 M11

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2012/74/PESK tal-10 ta’ Frar 2012

  L 38

43

11.2.2012

►M12

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2012/144/PESK tat-8 ta’ Marzu 2012

  L 71

50

9.3.2012

 M13

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/371/PESK tal-10 ta' Lulju 2012

  L 179

21

11.7.2012

►M14

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/271/PESK tat-12 ta' Mejju 2014

  L 138

108

13.5.2014

►M15

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/460/PESK tal-14 ta' Lulju 2014

  L 207

17

15.7.2014

 M16

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/118 tas-26 ta' Jannar 2015

  L 20

87

27.1.2015

►M17

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/202 tad-9 ta' Frar 2015

  L 33

37

10.2.2015

►M18

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/621 tal-20 ta' April 2015

  L 102

63

21.4.2015




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/656/PESK

tad-29 ta’ Ottubru 2010

li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire



IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-13 ta’ Diċembru 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Kosta tal-Avorju ( 1 ) sabiex jiġu implimentati l-miżuri imposti kontra l-Côte d’Ivoire bir-Riżoluzzjoni 1572(2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (minn hawn ‘il quddiem “UNSCR”).

(2)

Fit-23 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2006/30/PESK ( 2 ) li ġġedded il-miżuri restrittivi imposti kontra l-Kosta tal-Ivorju bil-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK għal perijodu ulterjuri ta’ tnax-il xahar, u li tissupplimentahom bil-miżuri restrittivi imposti bil-punt 6 tal-UNSCR 1643(2005).

(3)

Wara t-tiġdid tal-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire bil-UNSCR 1842 (2008), fit-18 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/873/PESK ( 3 ) li ġġedded ulterjorment il-miżuri restrittivi imposti kontra l-Côte d’Ivoire, b’effett mill-1 ta’ Novembru 2008.

(4)

Fil-15 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta l-UNSCR 1946 (2010) li ġeddet il-miżuri imposti kontra l-Côte d’Ivoire bil-UNSCR 1572(2004) u l-punt 6 tal-UNSCR 1643 (2005) sat-30 ta’ April 2011 u li emendat il-miżuri restrittivi fuq l-armi.

(5)

Il-miżuri restrittivi imposti kontra l-Côte d’Ivoire għandhom għalhekk jiġġeddu. Minbarra l-eżenzjonijiet għall-embargo fuq l-armi previsti fil-UNSCR 1946 (2010), hu adatt li jiġu emendati l-miżuri restrittivi sabiex jiġi eżent tagħmir ieħor inkluż awtonomament mill-Unjoni.

(6)

Il-miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Unjoni huma mniżżla fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 174/2005 tal-31 ta’ Jannar 2005 li jimponi restrizzjonijiet dwar il-forniment ta’ assistenza relatata ma’ attivitajiet militari lill-Côte d’Ivoire ( 4 ), ir-Regolament (KE) Nru 560/2005 tat-12 ta’ April 2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju ( 5 ) u r-Regolament (KE) Nru 2368/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 li jimplimenta l-iskema ta’ ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta’ djamanti mhux maħduma ( 6 ),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI,



▼M15

Artikolu 1

Il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' armi u materjal letali relatat, kif ukoll tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna, lill-Côte d'Ivoire miċ-ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru tal-bandiera tal-Istati Membri għandhom ikunu ipprojbiti, irrispettivament minn jekk tali armi, materjal relatat u tagħmir joriġinawx fit-territorji tal-Istati Membri jew le.

▼M17

Artikolu 1a

L-Artikolu 1 m'għandux japplika għall-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' ċertu tagħmir li jista' jintuża għar-ripressjoni interna fejn it-tagħmir jintuża għall-użu ċivili biss fi proġetti ta' tħaffir ta' minjieri jew ta' infrastruttura, soġġett għall-awtorizzazzjoni skont il-każ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li qed jesporta.

▼M15

Artikolu 2

1.  L-Artikolu 1 ma għandux japplika għal:

(a) provvisti intenzjonati unikament għas-sostenn tal-Operazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Côte d'Ivoire (UNOCI) u l-forzi Franċiżi li jsostnuhom jew għall-użu minnhom, u provvisti li jgħaddu mill-Côte d'Ivoire intenzjonati għas-sostenn tal-operazzjonijiet għaż-żamma tal-paċi tan-Nazzjonijiet Uniti, jew għall-użu minnhom;

(b) dan li ġej, kif notifikat bil-quddiem lill-Kumitat stabbilit bil-paragrafu 14 tal-UNSCR 1572 (2004) ( il-“Kumitat tas-Sanzjonijiet”):

(i) provvisti esportati temporanjament lejn il-Côte d'Ivoire lill-forzi ta' Stat li jkun qed jieħu azzjoni, f'konformità mad-dritt internazzjonali, unikament u direttament biex jiffaċilita l-evakwazzjoni taċ-ċittadini tiegħu u ta' dawk li lejhom għandu responsabbiltà konsulari fil-Côte d'Ivoire;

(ii) provvisti ta' armi u materjal letali relatat mal-forzi tas-sigurtà Ivorjani, intenzjonati unikament għas-sostenn tal-proċess Ivorjan ta' riforma tas-settur tas-sigurtà jew għall-użu f'tali proċess, bl-eċċezzjoni ta' dawk l-armi u materjal letali relatat kif stabbilit fl-Anness III għal din id-Deċiżjoni, li għandhom jiġu approvati minn qabel mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet;

(c) provvisti ta' tagħmir mhux letali li jista' jintuża għar-repressjoni interna u li huwa intiż unikament biex il-forzi ta' sigurtà Ivorjani jkunu jistgħu jużaw biss forza adatta u proporzjonata fiż-żamma tal-ordni pubbliku;

(d) provvisti ta' tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna lill-forzi ta' sigurtà Ivorjani, intenzjonat unikament għas-sostenn ta', jew l-użu fil-proċess Ivorjan ta' riforma tas-settur tas-sigurtà.

2.  Ir-responsabbiltà primarja għal notifika jew talbiet għall-approvazzjoni lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, qabel il-kunsinna ta' kwalunkwe provvista ta' armi u materjal letali relatat lill-forzi tas-sigurtà Ivorjani kif imsemmi fil-punt (b)(ii) tal-paragrafu 1, hija tal-Gvern tal-Côte d'Ivoire. Fl- alternattiva, Stat Membru li jipprovdi assistenza jista' jagħmel din in-notifika jew talba għal approvazzjoni wara li jkun informa lill-Gvern tal-Côte d'Ivoire bl-intenzjoni tiegħu li jagħmel dan.

▼M15 —————

▼M1

Artikolu 4

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-prevenzjoni tad-dħul jew it-transitu fit-territorji tagħhom:

(a) tal-persuni msemmija fl-Anness I, maħtura mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet li jikkostitwixxu theddida għall-proċess ta’ paċi u ta’ rikonċiljazzjoni nazzjonali fil-Côte d’Ivoire, b’mod partikolari dawk li jostakolaw l-applikazzjoni tal-Ftehimiet Linas-Marcoussis u Accra III, ta’ kull persuna oħra li hija rikonoxxuta bħala responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire abbażi tal-informazzjoni rilevanti, ta’ kwalunkwe persuna oħra li pubblikament tinċita l-mibegħda u l-vjolenza, kif ukoll ta' kwalunkwe persuna oħra li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina li qed tikser il-miżuri stabbiliti mill-paragrafu 7 tar-Riżoluzzjoni 1572 (2004) tal-KSNU.

(b) tal-persuni msemmija fl-Anness II, li mhumiex inklużi fil-lista li tinsab fl-Anness I u li jostakolaw il-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni nazzjonali u b'mod partikolari dawk li jheddu l-eżitu adatt tal-proċess elettorali.

2.  Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 m'għandhomx jobbligaw Stat Membru li jirrifjuta d-dħul taċ-ċittadini tiegħu stess fit-territorju tiegħu.

3.  Il-paragrafu 1(a) m'għandux japplika jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina:

a) li vjaġġ ikun ġustifikat għal raġunijiet umanitarji urġenti, inklużi l-obbligi reliġjużi;

b) li eżenzjoni tippromwovi t-twettiq tal-objettivi tar-Riżoluzzjonijiet tal-KSNU, jiġifieri l-paċi u r-rikonċiljazzjoni nazzjonali fil-Côte d’Ivoire u l-istabbiltà fir-reġjun.

4.  Il-paragrafu 1 għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru ikun marbut b'obbligu ta' dritt internazzjonali, jiġifieri:

(i) bħala pajjiż li jospita organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

(ii) bħala pajjiż li jospita konferenza internazzjonali mlaqqa' min-Nazzjonijiet Uniti, jew li ssir taħt l-awspiċi tagħhom;

(iii) skont ftehim multilaterali li jagħti privileġġi u immunitajiet;

(iv) skont it-Trattat ta’ Konċiljazzjoni (il-Patt tal-Lateran) konkluż fl-1929 bejn is-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

5.  Il-paragrafu 4 għandu jitqies bħala applikabbli anki f’każijiet fejn Stat Membru huwa pajjiż li jospita l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

6.  Il-Kunsill għandu jkun debitament infurmat bil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafu 4 jew 5.

7.  L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjoni mill-miżuri stabbiliti fil-paragrafu 1(b) meta ċ-ċaqliq ta' persuna jkun ġustifikat għal raġunijiet umanitarji urġenti, jew meta l-persuna tiċċaqlaq biex tattendi laqgħat intergovernattivi, inklużi laqgħat organizzati mill-Unjoni Ewropea, jew laqgħat ospitati minn Stat Membru li jkollu l-presidenza tal-OSKE f'dak iż-żmien, meta jsir djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-Istat tad-Dritt fil-Côte d'Ivoire.

8.  Stat Membru li jixtieq jagħti eżenzjonijiet skont il-paragrafu 7 għandu jinnotifika lill-Kunsill b'dan bil-miktub. L-eżenzjoni titqies bħala mogħtija bil-kondizzjoni li Membru wieħed jew aktar tal-Kunsill ma jopponix bil-miktub fil-jumejn ta' xogħol wara li tiġi rċevuta n-notifika inkwistjoni. Jekk Membru tal-Kunsill wieħed jew aktar jopponi, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.

9.  Meta, skont il-paragrafi 4, 5 u 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul jew it-transitu fit-territorju tiegħu tal-persuni elenkati fl-Anness I jew II, din l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-objettiv li għalih tingħata u għall-persuni li tikkonċerna.

▼M3

Artikolu 5

1.  Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li huma l-proprjetà ta’ jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, minn:

(a) persuni msemmija fl-Anness I innominati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u msemmija fl-Artikolu 4(1)(a), jew li huma miżmuma minn entitajiet li huma fil-pussess ta’ jew ikkontrollati direttament jew indirettament minnhom jew minn kwalunkwe persuna li qiegħda taġixxi f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, kif identifikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet;

(b) persuni jew entitajiet imsemmija fl-Anness II, li mhumiex inklużi fil-lista li tinsab fl-Anness I u li jostakolaw il-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni nazzjonali, u b'mod partikolari dawk li jheddu l-eżitu adatt tal-proċess elettorali, jew li huma miżmuma minn entitajiet li huma fil-pussess ta’ jew ikkontrollati direttament jew indirettament minnhom jew minn kwalunkwe persuna li qiegħda taġixxi f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom,

għandhom jiġu ffriżati.

2.  L-ebda fond, ass finanzjarju jew riżors ekonomiku ma għandu jsir disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għall-benefiċċju tal-persuni jew l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1.

3.  L-Isati Membri jistgħu jippermettu eżenzjonijiet mill-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 fir-rigward ta' fondi u riżorsi ekonomiċi li huma:

(a) meħtieġa għal spejjeż bażiċi, inklużi ħlasijiet għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, poloz ta’ assigurazzjoni, u ħlasijiet għall-użu ta’ servizzi pubbliċi;

(b) maħsubin esklussivament għall-ħlas ta’ drittijiet professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta’ spejjeż li huma assoċjati mal-provvista ta’ servizzi legali;

(c) maħsubin esklużivament għall-ħlas ta’ onorarji jew kontijiet għal servizz, skont il-liġijiet nazzjonali, għal servizzi ta’ rutina fiż-żamma jew il-manteniment ta’ fondi ffriżati, jew riżorsi ekonomiċi;

(d) meħtieġa għal spejjeż straordinajri;

(e) is-soġġett ta’ sentenza jew garanzija ġuridika, amministrattiva jew arbitrali, li f’tali każ il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jistgħu jintużaw biex jissodisfaw dik il-garanzija jew sentenza sakemm il-garanzija jew is-sentenza kienet iskritta qabel ma l-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew il-Kunsill indika lill-persuna jew l-entità kkonċernata, u mhijiex għall-benefiċċju ta’ persuna jew entità msemmija f’dan l-Artikolu.

Fir-rigward ta' persuni u entitajiet elenkati fl-Anness I:

 l-eżenzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il- paragrafu jistgħu isiru mill-Istat Membru kkonċernat wara notifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-intenzjoni tiegħu li jawtorizza, fejn adatt u fin-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fi żmien jumejn ta’ ħidma minn tali notifika, aċċess għal tali fondi u riżorsi ekonomiċi.

 l-eżenzjoni msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu tista' ssir mill-Istat Membru kkonċernat wara notifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u approvazzjoni minn dan tal-aħħar;

 l-eżenzjoni msemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu tista' ssir mill-Istat Membru kkonċernat wara notifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet;

▼M5

3a.  Rigward il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness II, l-Istati Membri jistgħu jippermettu eżenzjonijiet mill-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għal fondi u riżorsi ekonomiċi li huma meħtieġa għal skopijiet umanitarji wara notifika bil-quddiem lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

3b.  Il-paragrafu 1(b) ma għandux jimpedixxi lil persuna jew entità indikata milli twettaq ħlas dovut taħt kuntratt magħmul qabel l-elenkar ta’ tali persuna jew entità, bil-kondizzjoni li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li l-ħlas ma jasalx, direttament jew indirettament, għand persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1(b).

▼M3

4.  Il-paragrafu 2 m’għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta’:

(a) imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b) ħlasijiet dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li kienu konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri restrittivi skont il-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK jew din id-Deċiżjoni,

dment li tali imgħax, qligħ u ħlasijiet oħra jkomplu jkunu soġġetti għall-paragrafu 1.

▼M5

Artikolu 5a

Għandu jkun ipprojbit:

(a) ix-xiri, senserija jew assistenza fil-ħruġ ta’ bonds jew titoli ta’ sigurtà maħruġa jew iggarantiti wara s-6 ta’ April 2011 mill-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent GBAGBO, kif ukoll minn persuni jew entitajiet li jaġixxu f’ismu jew taħt l-awtorità tiegħu, jew minn entitajiet li huma l-proprjetà tiegħu jew ikkontrollati minnu. Bħala eċċezzjoni, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu awtorizzati jixtru dawk il-bonds jew titoli ta’ sigurtà ta’ valur korrispondenti għal bonds u titoli ta’ sigurtà diġà fil-pussess tagħhom u li waslu biex jimmaturaw;

(b) l-għoti ta’ self, fi kwalunkwe forma, lill-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent GBAGBO, kif ukoll lil persuni jew entitajiet li jaġixxu f’ismu jew taħt l-awtorità tiegħu, jew lil entitajiet li huma l-proprjetà tiegħu jew ikkontrollati minnu.

Ix-xiri, senserija u assistenza fil-ħruġ ta’ bonds u titoli ta’ sigurtà u l-għoti ta’ self imsemmija fil-punti (a) u (b) ma għandhom jagħtu lok għal ebda responsabbiltà ta’ kwalunkwe tip min-naħa ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi kkonċernati jekk ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni valida biex jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom jiksru dawn il-projbizzjonijiet.

▼M1

Artikolu 6

1.  Il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-lista mniżżla fl-Anness I u jemendaha f'konformità mad-deċiżjonijiet meħudin mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

2.  Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jistabbilixxi l-lista li tidher fl-Anness II u jemendaha.

Artikolu 7

1.  Meta l-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jaħtar persuna jew entità, il-Kunsill għandu jinkludi din il-persuna jew entità fil-lista mniżżla fl-Anness I.

▼M4

2.  Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna jew entità għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) u l-Artikolu 5(1)(b), għandu jemenda l-Anness II kif meħtieġ.

▼M1

3.  Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu lill-persuna jew l-entità kkonċernata, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar tagħha fil-lista, direttament, jekk l-indirizz tagħha huwa magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta’ notifika, li tipprovdilha l-possibbiltà li tippreżenta kummenti.

4.  Jekk jiġu fformulati kummenti jew jekk jiġu ppreżentati elementi ġodda ta' prova sostanzjali, il-Kunsill għandu jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew l-entità kif meħtieġ.

Artikolu 8

1.  L-Annessi I u II għandhom jindikaw ir-raġunijiet għall-elenkar fil-lista tal-persuni u l-entitajiet, li huma pprovduti mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fir-rigward tal-Anness I.

2.  L-Annessi I u II għandu jkun fihom ukoll, jekk tkun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-persuni jew tal-entitajiet ikkonċernati li hija pprovduta mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fir-rigward tal-Anness I. Fir-rigward tal-persuni, din l-informazzjoni tista’ tinkludi l-isem u l-kunjom, inklużi l-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, in-numru tal-passaport u dak tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, il-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, din l-informazzjoni tista' tinkludi l-isem, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-indirizz professjonali. L-Anness I għandu jsemmi wkoll id-data tal-ħatra mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

▼B

Artikolu 9

Il-Pożizzjonijiet Komuni 2004/852/PESK u 2006/30/PESK huma b’dan imħassrin.

▼M5

Artikolu 9a

Biex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-miżuri mniżżlin f’din id-Deċiżjoni, l-Unjoni għandha tħeġġeġ lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk li jinsabu f’din id-Deċiżjoni.

▼M3

Artikolu 10

1.  Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

2.  Għandha tiġi riveduta, emendata jew imħassra, kif ikun xieraq, f’konformità mad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

3.  Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) u 5(1)(b) għandhom jiġu riveduti f'intervalli regolari u mill-inqas kull 12-il xahar. Huma m'għandhomx jibqgħu japplikaw fir-rigward tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jekk il-Kunsill jistabbilixxi, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 6(2) li l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tagħhom m'għadhomx jiġu sodisfatti.

▼M5

4.  Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 5(2), safejn jikkonċernaw il-portijiet elenkati fl-Anness II, għandhom jiġu riveduti mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju 2011.

▼M18




ANNESS I

Lista tal-persuni msemmija fl-Artikolu 4(1)(a) u l-Artikolu 5(1)(a)

1.   Isem: CHARLES BLÉ GOUDÉ

Titlu: m/d, Kariga: m/d, DTT: 1.1.1972, PTT: (a) Guibéroua, Gagnoa, Kosta tal-Avorju, (b) Niagbrahio/Guiberoua, Kosta tal-Avorju, (c), Guiberoua, Kosta tal-Avorju, Psewdonimu affidabbli: (a) Génie de kpo, (b) Gbapé Zadi, Psewdonimu inqas affidabbli: Général Nazzjonalità: Avorjan, Nru tal-passaport: (a) 04LE66241, maħruġ fl-10.11.2005, maħruġ fil-Kosta tal-Avorju, (Data ta' skadenza: 9.11.2008), (b) AE/088 DH 12, maħruġ fl-20.12.2002, maħruġ fil-Kosta tal-Avorju, (Data ta' skadenza: 11.12.2005), (c) 98LC39292, maħruġ fil-Kosta tal-Avorju, (Data ta' skadenza: 23.11.2003), Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: m/d, Indirizz: (a) Yopougon Selmer, Bloc P 170, Abidjan, Kosta tal-Avorju, (b) c/o Hotel Ivoire, Abidjan, Kosta tal-Avorju, (c) Cocody (suburb), Abidjan, Kosta tal-Avorju (Indirizz iddikjarat fuq id-dokument tal-ivvjaġġar nru C2310421 maħruġ fl-Iżvizzera fil-15.11.2005 u validu sal-31.12.2005), Inkluż fil-lista fi: 7.2.2006.

Tagħrif ieħor:

Is-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Mexxej tal-COJEP (“Żgħażagħ Patrijotti”), dikjarazzjonijiet pubbliċi ripetuti li jippromwovu l-vjolenza kontra l-installazzjonjiet u l-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, u kontra persuni barranin; tmexxija f'atti ta' vjolenza mill-milizzji fit-toroq, inkluż swat, stupri u qtil extraġudizzjarju u l-parteċipazzjoni fihom; intimidazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Grupp ta' Ħidma Internazzjonali (IWG — International Working Group), l-oppożizzjoni politika u l-istampa indipendenti; sabotaġġ tal-istazzjonijiet tar-radju internazzjonali; ostakolar tal-azzjoni tal-IWG, l-Operazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosta tal-Avorju, (UNOCI), il-Forzi Franċiżi u għall-proċess ta' paċi kif definit bir-Riżoluzzjoni 1643 (2005).

3.   Isem: EUGÈNE N'GORAN KOUADIO DJUÉ

Titlu: m/d, Kariga: m/d, DTT: (a) 1.1.1966, (b) 20.12.1969, PTT: Kosta tal-Avorju, Psewdonimu affidabbli: m/d, Psewdonimu inqas affidabbli: m/d, Nazzjonalità: Avorjan, Nru tal-Passaport: 04 LE 017521, maħruġ fl-10.2.2005 (Data ta' skadenza: 10.2.2008), Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: m/d, Indirizz: m/d, Inkluż fil-lista fi: 7.2.2006.

Tagħrif ieħor:

Is-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Mexxej tal-Union des Patriotes pour la Libération Totale de la Kosta tal-Avorju (UPLTCI). Dikjarazzjonijiet pubbliċi ripetuti li jippromwovu l-vjolenza kontra l-installazzjonjiet u l-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, u kontra persuni barranin; tmexxija f'atti ta' vjolenza mill-milizzji fit-toroq, inkluż swat, stupri u qtil extraġudizzjarju u parteċipazzjoni fihom; ostakolar tal-azzjoni tal-IWG, l-UNOCI, il-Forzi Franċiżi u għall-proċess ta' paċi kif definit bir-Riżoluzzjoni 1643 (2005).

4.   Isem: MARTIN KOUAKOU FOFIÉ

Titlu: m/d, Kariga: m/d, DTT: 1.1.1968, PTT: BOHI, Kosta tal-Avorju, Psewdonimu affidabbli: m/d, Psewdonimu inqas affidabbli: m/d, Nazzjonalità: Avorjan, Nru tal-Passaport: m/d, Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: (a) 2096927, maħruġ fis-17.3.2005, maħruġ f'Burkina Faso, (b) CNB N.076, maħruġ fis-17.2.2003, maħruġ f'Burkina Faso (Ċertifikat ta' Nazzjonalità ta' Burkina Faso), (c) 970860100249, maħruġ fil-5.8.1997, maħruġ fil-Kosta tal-Avorju, (Data ta' skadenza: 5.8.2007), Indirizz: Inkluż fil-lista fi: 7.2.2006.

Tagħrif ieħor:

Isem il-missier: Yao Koffi FOFIE. Isem l-omm: Ama Krouama KOSSONOU.

Is-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Kap Kapural, Kmandant tal-Forza l-Ġdida, Settur ta' Korhogo. Il-forzi taħt il-kmand tiegħu huma impenjati fir-reklutaġġ ta' suldati tfal, ħtif ta' persuni, imponiment ta' xogħol furzat, abbuż sesswali tan-nisa, arresti arbitrarji u qtil extraġudizzjarju, li jmorru kontra l-konvenzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali; ostakolar tal-azzjoni tal-IWG, l-UNOCI, il-Forzi Franċiżi u għall-proċess ta' paċi kif definit bir-Riżoluzzjoni 1643 (2005).

5.   Isem: LAURENT GBAGBO

Titlu: m/d, Kariga: m/d, DTT: 31.5.1945, PTT: Gagnoa, Kosta tal-Avorju, Psewdonimu affidabbli: m/d, Psewdonimu inqas affidabbli: m/d, Nazzjonalità: Avorjan, Nru tal-Passaport: m/d, Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: m/d, Indirizz: m/d, Inkluż fil-lista fi: 30.3.2011.

Tagħrif ieħor:

Is-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Ex-President tal-Kosta tal-Avorju: ostakolar tal-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni, ċaħda tar-riżultati tal-elezzjoni presidenzjali.

6.   Isem: SIMONE GBAGBO

Titlu: m/d, Kariga: m/d, DTT: 20.6.1949, PTT: Moossou, Grand-Bassam, Kosta tal-Avorju, Psewdonimu affidabbli: m/d, Psewdonimu inqas affidabbli: m/d, Nazzjonalità: Avorjan, Nru tal-Passaport: m/d, Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: m/d, Indirizz: m/d, Inkluża fil-lista fi: 30.3.2011.

Tagħrif ieħor:

Is-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: President tal-Grupp Parlamentari tal-Front Popolari Avorjan (FPA): ostakolar tal-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni, inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza.

8.   Isem: DÉSIRÉ TAGRO

Titlu: m/d, Kariga: m/d, DTT: 27.1.1959, PTT: Issia, Kosta tal-Avorju, Psewdonimu affidabbli: m/d, Psewdonimu inqas affidabbli: m/d, Nazzjonalità: Avorjan, Nru tal-Passaport: AE 065FH08 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: m/d, Indirizz: m/d, Inkluż fil-lista fi: 30.3.2011.

Tagħrif ieħor:

Miet fit-12.4.2011 f'Abidjan.

Is-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Segretarju Ġenerali tal-hekk imsejħa “presidenza” tas-Sur Gbagbo: parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Gbagbo, ostakolar tal-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni, ċaħda tar-riżultati tal-elezzjoni presidenzjali, parteċipazzjoni f'ripressjonijiet vjolenti ta' movimenti popolari.

▼M12




ANNESS II



Lista tal-persuni msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) u l-Artikolu 5(1)(b)

 

Isem (u psewdonomi)

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet għall-indikazzjoni

1.

Kadet Bertin

Mwieled fl-1957 f’Mama

Konsulent Speċjali dwar is-sigurtà, id-difiża u t-tagħmir militari ta’ Laurent Gbagbo, ex Ministru tad-Difiża ta’ Laurent Gbagbo.

Neputi ta’ Laurent Gbagbo.

Eżiljat fil-Gana. Soġġett għal mandat ta’ arrest internazzjonali.

Involut attivament f’inċidenti ta’ abbuż u ta’ għejbien forzat, u fil-finanzjament u l-armament tal-milizzji u tal-“Patrijotti Żgħażagħ” (COJEP).

Involut fil-finanzjament u t-traffikar ta’ armi u fl-evitar tal-embargo.

Kellu rapporti mill-qrib mal-milizzji tal-punent u kien il-punt ta’ kuntatt f’isem Gbagbo ma’ dawn il-gruppi. Involut fil-ħolqien tal-iskwadri tal-mewt imsejħin “Forza Lima”.

Matul l-eżilju tiegħu fil-Gana baqa’ jagħmel pjanijiet għall-kisba mill-ġdid tal-poter bil-forza. Qed isejjaħ ukoll għall-ħelsien immedjat ta’ Gbagbo.

Minħabba r-riżorsi finanzjarji tiegħu, il-familjarità tiegħu mat-traffikanti illegali tal-armi u l-kuntatti kontinwi tiegħu mal-gruppi tal-milizzji li għadhom attivi partikolarment fil-Liberja, Kadet Bertin għadu ta’ theddida reali ferm għas-sigurtà u l-istabbiltà tal-Côte d’Ivoire.

▼M14 —————

▼M12

3.

Pasteur Gammi

 

Kap tal-milizzja “Moviment Ivorjan għal-Liberazzjoni tal-Punent” (MILOCI), stabbilita fl-2004. Bħala kap tal-MILOCI, milizzja favur Gbagbo, huwa kien involut f’ħafna massakri u atti ta’ brutalità.

Ħarab lejn il-Gana (probabbilment qiegħed Takoradi). Taħt mandat ta’ arrest internazzjonali.

Mill-eżilju tiegħu ’l hawn, huwa ngħaqad mal-Koalizzjoni Internazzjonali għal-Liberazzjoni tal-Côte d’Ivoire (CILCI) li tħeġġeġ l-użu tar-reżistenza armata biex Gbagbo jerġa’ jkun fil-poter.

▼M18 —————

▼M12

5.

►M14  Justin Koné Katinan ◄

 

Maħrub fil-Gana. Taħt mandat ta’ arrest internazzjonali.

Involut fis-serqa armata tal-Bank Ċentrali tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (BCEAO).

Mill-post ta’ eżilju tiegħu, għadu jqis lilu nnifsu bħala l-kelliem ta’ Gbagbo. Fi stqarrija għall-istampa tat-12 ta’ Diċembru 2011, huwa saħaq li Ouattara qatt ma rebaħ l-elezzjonijiet u jqis ir-reġim ġdid bħala illeġittimu. Jappella għar-reżistenza, filwaqt li jqis li Gbagbo ser jieħu lura l-poter.

6.

Ahoua Don Mello

Mwieled fit-23 ta’ Ġunju 1958 f’Bongouanou

Numru tal-passaport: PD-AE/044GN02 (li jiskadi fit-23 ta’ Frar 2013)

Kelliem ta’ Laurent Gbagbo. Ex Ministru tal-Infrastruttura u Sanità fil-gvern illeġittimu.

Eżiljat fil-Gana. Taħt mandat ta’ arrest internazzjonali.

Mill-post ta’ eżilju tiegħu, huwa baqa’ jiddikjara li l-elezzjoni tal-President Ouattara hija frawdolenti u ma jirrikonoxxix l-awtorità tiegħu. Huwa rrifjuta li jwieġeb għall-appell tal-Gvern Ivorjan għar-rikonċiljazzjoni u jappella regolarment għall-insurrezzjoni fl-istampa, idur il-kampjijiet tar-refuġjati fil-Gana biex iħeġġeġ il-“mobilizzazzjoni”.

F’Diċembru 2011, huwa ddikjara li l-Côte d’Ivoire huwa “stat tribali taħt assedju” u li “r-reġim ta’ Ouattara” ser “jintemm”.

7.

Moussa Touré Zéguen

Mwieled fid-9 ta’ Settembru 1944

Passaport qadim: AE/46CR05

Kap tar-Raggruppament tal-Patrijotti għall-Paċi (GPP)

Fundatur tal-Koalizzjoni Internazzjonali għal-Liberazzjoni tal- Côte d’Ivoire (CILCI)

Sar kap ta’ milizzja fl-2002 u ilu jmexxi l-GPP mill-2003. Taħt it-tmexxija tiegħu, il-GPP sar l-id armata ta’ Gbagbo f’Abidjan u fin-nofsinhar tal-pajjiż.

Mal-GPP huwa sar responsabbli ta’ bosta atti ta’ vjolenza, immirati prinċipalment lejn il-popli oriġinarji mit-tramuntana u dawk li jopponu r-reġim.

Involut personalment fi vjolenza postelettorali (partikolarment fil-kwartieri ta’ Abobo u Adjamé).

Waqt li kien eżiljat f’Accra, Touré Zéguen ħoloq il-“Koalizzjoni Internazzjonali għal-Liberazzjoni tal-Côte d’Ivoire”, bil-għan li Gbagbo jerġa’ jikseb il-poter.

Mill-post ta’ eżilju tiegħu, huwa għamel bosta dikjarazzjonijiet provokatorji (pereżempju, il-konferenza stampa tad-9 ta’ Diċembru 2011), filwaqt li baqa’ jżomm pożizzjoni ta’ kunflitt u ta’ vendetta bl-armi. Huwa jqis li l-Côte d’Ivoire taħt Ouattara hija illeġittima u li ġiet “ikkolonizzata mill-ġdid” u għamel sejħa li “tistieden lill-Ivorjani biex ikeċċu lill-imposturi” (Jeune Afrique, Lulju 2011).

Iżomm blogg li jsejjaħ għall-insurrezzjoni vjolenti tal-poplu Ivorjan kontra Ouattara.

▼M15




ANNESS III

Lista ta' armi u materjal letali relatat msemmija fl-Artikolu 2(1)(b)(ii):

1. Armi, armi tan-nar ta' artillerija diretti u indiretti, u armi b'kalibru akbar minn 12,7 mm, il-munizzjoni u l-komponenti tagħhom.

2. Granati mmexxija b'rokit, rokits, armi ħfief anti-tank, granati sparati bl-azzarini u tagħmir li jwaddab il-granati.

3. Missili mill-art għall-ajru, inklużi sistemi ta' difiża tal-ajru portabbli mill-bniedem (Manpads); missili mil-art għall-art; u missili mill-ajru għall-art.

4. Bwies b'kalibru akbar minn 82 mm.

5. Armi anti-tank iggwidati, speċjalment missili ggwidati anti-tank, il-munizzjoni u l-komponenti tagħhom.

6. Inġenji tal-ajru armati, inklużi bi ġwienaħ rotanti jew bi ġwienaħ fissi.

7. Vetturi armati militari jew vetturi militari mgħammra b'muntaturi tal-armi.

8. Kariki splussivi, u apparat li fih materjali splussivi, imfassla għal skop militari, mini u materjal relatat.

9. Apparat ta' osservazzjoni ta' billejl u li jispara billejl.



( 1 ) ĠU L 368, 15.12.2004, p. 50.

( 2 ) ĠU L 19, 24.1.2006, p. 36.

( 3 ) ĠU L 308, 19.11.2008, p. 52.

( 4 ) ĠU L 29, 2.2.2005, p. 5.

( 5 ) ĠU L 95, 14.4.2005, p. 1.

( 6 ) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 28.