2010D0565 — MT — 01.07.2015 — 005.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/565/PESK TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Settembru 2010

dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)

(ĠU L 248 22.9.2010, p. 59)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/538/PESK tat-12 ta’ Settembru 2011

  L 236

10

13.9.2011

►M2

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/515/PESK tal-24 ta’ Settembru 2012

  L 257

18

25.9.2012

►M3

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/468/PESK tat-23 ta’ Settembru 2013

  L 252

29

24.9.2013

►M4

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/674/PESK tal-25 ta' Settembru 2014

  L 282

24

26.9.2014

►M5

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/883 tat-8 ta' Ġunju 2015

  L 143

14

9.6.2015




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/565/PESK TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Settembru 2010

dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)



IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari l-Artikoli 28 u 43 tiegħu,

Billi:

(1)

Fuq bażi tal-Azzjoni Konġunta 2005/355/PESK ( 1 ), sa mit-2 ta' Mejju 2005, l-Unjoni Ewropea (UE) qed twettaq missjoni ta' konsulenza u assistenza għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) (EUSEC RD Congo). Il-mandat attwali tal-missjoni huwa stabbilit fl-Azzjoni Konġunta 2009/709/PESK ( 2 ) u jiskadi fit-30 ta’ Settembru 2010.

(2)

Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni bagħat ittra lill-President tar-RDK bid-data tas-27 ta' Lulju 2009 fejn stqarr l-impenn imġedded tal-UE. B'segwitu għal din l-ittra, il-mandat tal-missjoni ġie adattat b'effett mill-1 ta' Ottubru 2009. Din l-ittra ġiet tradotta mill-awtoritajiet Kongoliżi fi Programm ta' Azzjoni li ġie ffirmat fil-21 ta' Jannar 2010 mill-Ministru tad-Difiża u l-Veterani tal-Gwerra u l-Kap tal-Missjoni EUSEC RD Congo.

(3)

Wara r-ratifika fl-2005 tal-Kostituzzjoni tat-tielet Repubblika Kongoliża, iż-żamma tal-elezzjonijiet fir-RDK fl-2006 mmarkat it-tmiem tal-proċess ta' transizzjoni u ppermettiet fl-2007 il-formazzjoni ta' gvern billi ġie adottat programm, li b'mod partikolari jipprevedi riforma globali tas-settur tas-sigurtà, l-elaborazzjoni ta' kunċett nazzjonali kif ukoll ta' azzjonijiet prijoritarji ta' riforma fl-oqsma tal-pulizija, tal-forzi armati u tal-ġustizzja. L-iżvilupp ta' Pjan ta' Riforma tal-Forzi Armati tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (FARDC) fi tliet fażijiet mill-2009 sal-2025, approvat mill-President tar-Repubblika fl-aħħar ta' Mejju 2009 u ppreżentat lill-rappreżentanti tal-Komunità internazzjonali fis-26 ta' Jannar 2010 kif ukoll l-appartenenza tar-rwol ta' koordinazzjoni tal-azzjonijiet ta' atturi differenti b'appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS), juru l-interess tal-awtoritajiet Kongoliżi għall-implimentazzjoni fil-livell operattiv tal-proċess tar-RSS fir-RDK.

(4)

In-Nazzjonijiet Uniti tennew l-appoġġ tagħhom għall-proċess ta' transizzjoni u għall-RSS permezz ta' diversi riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà u qed imexxu, fir-RDK, il-missjoni tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabilizzazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUSCO) li tiffoka fuq iż-żamma tal-paċi fil-Lvant tal-pajjiż u fuq il-konsolidazzjoni tal-paċi fil-pajjiż kollu. Fit-28 Mejju 2010, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-riżoluzzjoni 1925 (2010) li estendiet il-mandat tal-MONUC sat-30 ta' Ġunju 2010, biex issir Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni fir-RDK (MONUSCO) mill-1 ta' Lulju 2010 u tippermetti l-appoġġ tiegħu, b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-imsieħba internazzjonali l-oħra, għall-azzjoni li twassal lill-awtoritajiet Kongoliżi biex isaħħu u jirriformaw l-istituzzjonijiet ta' sigurtà.

(5)

L-UE tat appoġġ kontinwu għar-RSS fir-RDK, wieħed mill-elementi ta' impenn l-aktar ġenerali tal-UE bl-għan li jiġu appoġġati l-iżvilupp u d-demokrazija fir-reġjun tar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar Afrikani, filwaqt li tiġi żgurata l-promozzjoni tal-linji politiċi kompatibbli mad-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja internazzjonali, l-istandards demokratiċi u l-prinċipji tal-affarijiet pubbliċi, ta' trasparenza u ta' rispett għall-Istat tad-dritt.

(6)

Fl-14 ta' Ġunju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/329/PESK li temenda u testendi l-azzjoni konġunta 2007/405/PESK dwar il-missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea mwettqa fil-qafas tar-RSS u r-relazzjoni tagħha mas-sistema tal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo) ( 3 ) għal perijodu addizzjonali ta' 3 xhur.

(7)

Sabiex jissaħħu l-koordinazzjoni, il-koerenza u l-komplementarjetà tal-attivitajiet tal-UE fir-RDK waqt li jittieħed vantaġġ sħiħ tal-isfond istituzzjonali Ewropew ġdid, għandha tissaħħaħ il-koordinazzjoni tal-impenn tal-UE bejn iż-żewġ missjonijiet, bejn l-atturi Ewropej fir-RDK, u bejn Brussell u Kinshasa.

(8)

Fil-11 ta’ Awwissu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/440/PESK ( 4 ), li testendi l-mandat tas-Sur Roeland VAN DE GEER bħala Rappreżentant Speċjali tal-UE (RSUE) għar-reġjun tal-Lagi l-Kbar Afrikani.

(9)

Fid-29 ta' Lulju 2010, il-Kunsill approva kunċett ta' maniġġar ta' kriżijiet relatat mal-impenn tal-missjonijiet tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni b'appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-RDK.

(10)

Jaqbel li fil-proġett jipparteċipaw Stati terzi, b'mod konformi mal-linji gwida ġenerali definiti mill-Kunsill Ewropew.

(11)

Is-sitwazzjoni attwali ta’ sigurtà fil-RDK tista’ tiħżien, b’riperkussjonijiet potenzjalment serji fuq il-proċess ta’ tisħiħ tad-demokrazija, tal-Istat tad-dritt u tas-sigurtà internazzjonali u reġjonali. Impenn kontinwu tal-UE f’dak li hu sforz politiku u riżorsi jgħin sabiex tiġi msaħħa l-istabbiltà fir-reġjun,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

Missjoni

1.  L-Unjoni Ewropea (UE) qed tmexxi missjoni ta' konsulenza u assistenza dwar ir-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), minn issa msejjħa l-“EUSEC RD Congo” jew “il-Missjoni”, bl-għan li tassisti lill-awtoritajiet Kongoliżi fl-istabbiliment ta' struttura ta' difiża li tista' tiggarantixxi s-sigurtà tal-Kongoliżi filwaqt li tirrispetta l-istandards demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-Istat tad-dritt, il-prinċipji ta' governanza tajba tal-affarijiet pubbliċi u t-trasparenza.

2.  Il-missjoni għandha timxi konformement mal-mandat stabbilit fl-Artikolu 2.

▼M5

Artikolu 2

Mandat tal-Missjoni

Sabiex jiġu kkonsolidati l-kisbiet tal-EUSEC RD Congo u titħejja t-transizzjoni għall-FARDC hekk kif jintemm l-impenn taħt il-politika ta' sigurtà u difiża komuni, l-EUSEC RD Congo sejra:

 tkompli bl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tar-riforma tal-FARDC permezz billi tibqa' tagħti parir strateġiku, anke fl-Ispettorat Ġenerali, b'kunsiderazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, filwaqt li tiżgura koordinazzjoni mill-qrib mal-atturi rilevanti għall-proċess ta' transizzjoni u t-trasferiment tal-kompiti;

 taħdem mal-awtoritajiet militari għas-sostenibbiltà tas-sistema edukattiva militari, billi tiffoka fuq l-iskejjel għall-uffiċjali u l-uffiċjali mhux ikkummissjonati, filwaqt li tħejji għall-proċess ta' transizzjoni u t-trasferiment tal-kompiti.

Biex tikseb l-objettivi tagħha, l-EUSEC RD Congo għandha topera f'konformità mal-parametri stabbiliti fil-Kunċett ta' Maniġġar ta' Kriżi u fil-pjan tal-missjoni.

▼B

Artikolu 3

Struttura tal-missjoni u żona ta' skjerament

▼M4

1.  EUSEC RD Congo għandha tkun strutturata f'konformità mad-dokumenti ta' ppjanar tagħha.

▼B

2.  Iż-żona ta' skjerament prinċipali għandha tkun Kinshasa. Kunsilliera ssekondati jistgħu jkunu skjerati wkoll fir-reġjuni militari tal-Lvant tar-RDK. Is-sekondar ta' esperti u l-preżenza temporanja tagħhom fir-reġjuni militari jistgħu jkunu meħtieġa, fuq istruzzjonijiet tal-Kap tal-Missjoni.

Artikolu 4

Ippjanar

Il-Kap tal-Missjoni għandu jħejji pjan ta' implimentazzjoni tal-missjoni (OPLAN), u jippreżentah għall-approvazzjoni tal-Kunsill. Huwa għandu jkun mgħejjun f'dan il-kompitu mis-servizzi taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ).

Artikolu 5

Kap tal-Missjoni

1.  Il-Kap tal-Missjoni għandu jieħu f'idejh il-ġestjoni ta’ kuljum tal-missjoni u għandu jkun responsabbli għall-persunal u għall-kwistjonijiet dixxiplinari.

▼M3

1a.  Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun ir-rappreżentant tal-Missjoni. Il-Kap tal-Missjoni jista’ jiddelega kompiti ta’ ġestjoni fi kwistjonijiet ta’ persunal u dawk finanzjarji lil membri tal-persunal tal-Missjoni, taħt ir-responsabbiltà ġenerali tiegħu/tagħha.

▼B

2.  Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa' taħt il-kmand sħiħ tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat ta' oriġini jew tal-istituzzjoni tal-UE kkonċernata. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-kontroll operattiv (OPCON) tal-persunal tagħhom lill-Kap tal-Missjoni.

3.  Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-kwistjonijiet dixxiplinarji li jirrigwardaw lill-persunal. Għall-persunal issekondat, l-azzjoni dixxiplinarja għandha tiġi eżerċitata mill-awtoritajiet nazzjonali konċernati jew mill-istituzzjoni konċernata tal-UE.

▼M4 —————

▼M3 —————

▼M1

6.  Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkollabora mill-viċin, fil-qasam tal-kompetenza tiegħu, mal-Kap tad-Delegazzjoni tal-UE u l-Kapijiet tal-Missjoni tal-Istati Membri preżenti f'Kinshasa.

▼B

Artikolu 6

Persunal

1.  L-esperti tal-missjoni għandhom jiġu ssekondati mill-Istati Membri jew mill-istituzzjonijiet tal-UE. Ħlief għall-Kap tal-Missjoni, kull Stat Membru jew istituzzjoni għandhom iħallsu l-ispejjeż relatati mal-esperti ssekondati, inklużi l-ispejjeż għall-ivvjaġġar lejn u mir-RDK, is-salarji u l-kopertura medika, u l-benefiċċji minbarra l-benefiċċji ta' kuljum.

2.  Il-persunal ċivili internazzjonali u dak lokali għandu jiġi rreklutat fuq bażi kuntrattwali mill-missjoni kif meħtieġ.

3.  L-esperti tal-missjoni għandhom jibqgħu taħt l-awtorità tal-Istat Membru kompetenti jew l-istituzzjoni tal-UE kompetenti, u għandhom jaqdu dmirijiethom u jaġixxu fl-interess tal-missjoni. Kemm waqt, kif ukoll wara l-missjoni, l-esperti tal-missjoni għandhom jeżerċitaw l-akbar diskrezzjoni fir-rigward tal-fatti u l-informazzjoni kollha relatati mal-missjoni.

Artikolu 7

Linja ta' kmand

1.  Il-missjoni għandu jkollha linja ta’ kmand unifikata.

2.  Il-Kap tal-Missjoni għandu jmexxi l-missjoni u jiżgura l-amministrazzjoni ta’ kuljum tagħha.

3.  Il-Kap tal-Missjoni għandu jirrapporta lir-RGħ.

Artikolu 8

Kontroll politiku u direzzjoni strateġika

1.  Taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-RGħ, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (il-KPS) għandu jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-missjoni. Il-Kunsill qiegħed permezz ta' din l-Azzjoni Konġunta jawtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà sabiex jieħu d-deċiżjonijiet f'konformità mal-Artikolu 38, paragrafu 3, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Din l-awtorizzazzjoni tinkludi s-setgħa għall-modifika tal-pjan ta’ implimentazzjoni. Għandha tinkludi wkoll il-kompetenzi meħtieġa sabiex jittieħdu deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni. Is-setgħa ta’ deċiżjoni fir-rigward tal-objettivi u t-tmiem tal-missjoni għandha tibqa’ mal-Kunsill, megħjun mir-RGħ.

2.  Il-KPS għandu jirrapporta lill-Kunsill f’intervalli regolari.

3.  Il-KPS għandu jirċievi, permezz tar-RGħ, rapporti mill-Kap tal-Missjoni f’intervalli regolari. Il-KPS jista’ jistieden lill-Kap tal-Missjoni għal-laqgħat tiegħu, skont il-ħtieġa.

▼M3

Artikolu 8a

Arranġamenti legali

L-EUSEC RD Congo għandu jkollha l-kapaċità li takkwista servizzi u provvisti, li tidħol f’kuntratti u arranġamenti amministrattivi, li timpjega persunal, li jkollha kontijiet bankarji, li takkwista u tiddisponi minn assi u tillikwida l-obbligi tagħha, u li tkun parti fi proċeduri legali, kif meħtieġ sabiex timplimenta din id-Deċiżjoni.

▼M4

Artikolu 9

Arranġamenti finanzjarji

▼M5

1.  L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2010 sat-30 ta' Settembru 2011 għandu jkun ta' EUR 12 600 000 .

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2011 sat-30 ta' Settembru 2012 għandu jkun ta' EUR 13 600 000 .

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2012 sat-30 ta' Settembru 2013 għandu jkun ta' EUR 11 000 000 .

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2013 sat-30 ta' Settembru 2014 għandu jkun ta' EUR 8 455 000 .

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2014 sat-30 ta' Ġunju 2015 għandu jkun ta' EUR 4 600 000 .

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2015 sat-30 ta' Ġunju 2016 għandu jkun ta' EUR 2 700 000 .

▼M4

2.  In-nefqa kollha għandha tiġi amministrata f'konformità mar-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-parteċipazzjoni ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi fl-għoti ta' kuntratti ta' akkwist pubbliku mill-EUSEC RD Congo għandha tkun miftuħa mingħajr limitazzjonijiet. Barra minn hekk, m'għandha tapplika l-ebda regola ta' oriġini għall-prodotti mixtrija mill-EUSEC RD Congo. Soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, il-missjoni tista' tikkonkludi arranġamenti tekniċi ma' Stati Membri, il-pajjiż ospitanti, Stati terzi parteċipanti u atturi internazzjonali oħra fir-rigward tal-provvista ta' tagħmir, servizzi u siti lill-EUSEC RD Congo.

3.  L-EUSEC RD Congo għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-missjoni. Għal dan il-għan, EUSEC RD Congo għandha tiffirma ftehim mal-Kummissjoni.

4.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar l-istatus tal-EUSEC RD Congo u l-persunal tagħha, l-EUSEC RD Congo għandha tkun responsabbli għal kwalunkwe pretensjoni u obbligu li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-mandat li jibda mill-1 ta' Ottubru 2013, bl-eċċezzjoni ta' kwalunkwe pretensjoni relatata ma' kondotta ħażina serja mill-Kap tal-Missjoni, li għalihom il-Kap tal-Missjoni għandu jġorr ir-responsabbiltà.

5.  L-implimentazzjoni tal-arranġamenti finanzjarji għandha tkun mingħajr preġudizzju għal-linja ta' kmand kif previst fl-Artikoli 5 u 7 u r-rekwiżiti operazzjonali tal-EUSEC RD Congo, inkluż il-kompatibbiltà tat-tagħmir u l-interoperabbiltà tat-timijiet tagħha.

6.  In-nefqa għandha tkun eliġibbli mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

▼M5 —————

▼B

Artikolu 10

Parteċipazzjoni ta' Stati Terzi

1.  Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE u tal-qafas istituzzjonali uniku, il-Kunsill għandu jawtorizza lill-KPS jistieden lil xi Stati terzi biex jipproponu kontribuzzjoni għall-missjoni, bil-ftehim li dawn tal-aħħar iħallsu l-ispejjeż tal-persunal issekondat minnhom, inklużi l-pagi, l-assikurazzjoni tar-“riskji kollha”, il-benefiċċji ta' kuljum u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn u mir-RDK, u li huma jikkontribwixxu kif xieraq għall-ispejjeż tal-funzjonament tal-missjoni.

2.  L-Istati terzi li jagħtu kontribuzzjonijiet lill-missjoni għandhom l-istess drittijiet u obbligi fil-ġestjoni ta' kuljum tal-missjoni daqs l-Istati Membri.

3.  Il-Kunsill jawtorizza lill-KPS biex jieħu d-deċiżjonijiet pertinenti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribuzzjonijiet proposti u biex joħloq Kumitat tal-Kontributuri.

4.  L-arranġamenti dettaljati dwar il-parteċipazzjoni ta' Stati terzi għandhom ikunu koperti minn ftehim konkluż skont l-Artikolu 37 tat-TUE u konformement mal-proċedura prevista fl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u arranġamenti tekniċi addizzjonali jekk meħtieġ. Jekk l-UE u Stat terz ikunu ikkonkludew ftehim li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta' dan l-Istat terz f'xi operazzjonijiet tal-UE ta' ġestjoni ta' kriżijiet, id-dispożizzjonijiet ta' dak il-ftehim għandhom japplikaw fil-qafas tal-missjoni.

Artikolu 11

Implimentazzjoni u koerenza tar-rispons tal-UE

1.  Ir-RGħ għandu jiżgura l-implimentazzjoni ta' din id-deċiżjoni u jiżgura wkoll il-koerenza mal-azzjoni esterna tal-UE kollha kemm hi, inkluż mal-programmi ta' żvilupp tal-UE.

2.  Il-Kap tal-Missjoni għandu jassisti lir-RGħ fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.  Għandhom ikunu stabbiliti mekkaniżmi ta' koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-UE fir-RDK kemm f'Kinshasa, kif ukoll fi Brussell.

2.  Mingħajr preġudizzju għal-linja ta' kmand, il-Kap tal-Missjoni EUSEC RD Congo u l-Kap tal-Missjoni EUPOL RD Congo għandhom jikkoordinaw mill-qrib l-azzjonijiet tagħhom u jfittxu s-sinerġiji bejn iż-żewġ missjonijiet, b'mod partikolari f'dak li jikkonċerna l-aspetti orizzontali tar-RSS fir-RDK, kif ukoll fil-qafas tal-bidla tal-funzjonijiet bejn iż-żewġ missjonijiet b'mod partikolari fl-oqsma tal-attivitajiet trasversali.

3.  Il-Kap tal-Missjoni għandu jiggarantixxi li l-EUSEC RD Congo tikkoordina mill-qrib l-azzjoni tagħha b'appoġġ għar-riforma tal-FARDC mal-gvern tar-RDK, man-Nazzjonijiet Uniti permezz tal-missjoni MONUSCO, u mal-Istati terzi impenjati fil-qasam tad-difiża tal-proċess tar-RSS fir-RDK.

▼M1

4.  Il-Kap tad-delegazzjoni tal-UE f'Kinshasa għandu jipprovdi, fil-qafas ġenerali stabbilit bid-dokumenti ta' ppjanar, linji gwida politiċi lokali għall-missjoni EUSEC RD Congo.

▼B

5.  Il-Kap tad-delegazzjoni tal-UE u l-Kap tal-Missjoni EUSEC RD CONGO għandhomjistabbilixxu mekkaniżmi adatti ta’ informazzjoni jew ta’ konsultazzjoni, partikolarment fir-rigward tal-aspetti politiċi li jistgħu jħallu impatt fuq it-twettiq tal-missjoni. Fl-istess spirtu, il-Kap tal-Missjoni EUSEC RD CONGO għandu jinforma lill-Kap tad-delegazzjoni tal-UE dwar kull kuntatt fil-livell tiegħu li jista' jkollu impatt ta' natura politika.

6.  Il-Kap tal-Missjoni EUSEC RD Congo (jew ir-rappreżentant tiegħu) għandu jaġixxi wkoll bħala kunsillier dwar id-difiża għall-Kap tad-delegazzjoni, mingħajr preġudizzju għal-linji eżistenti ta' kmand eżistenti ta' kull attur. F'dan il-kuntest, ser tiġi żgurata rabta permanenti bejn il-missjoni u d-delegazzjoni tal-UE.

▼M1 —————

▼M2

Artikolu 13

Rilaxx ta' informazzjoni klassifikata

▼M4

1.  Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma' din id-Deċi'joni, kif xieraq u skont il-ħtiġijiet tal-missjoni, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL” iġġenerati għall-finijiet tal-missjoni, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE ( 5 ).

▼M2

2.  Ir-RGħ huwa b'dan awtorizzat ukoll jirrilaxxa lin-NU, f'konformità mal-ħtiġijiet operattivi tal-Missjoni, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “RESTREINT UE / UE RESTRICTED” iġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni 2011/292/UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti għal dan il-għan bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tan-NU.

3.  Fil-każ ta' ħtieġa operattiva speċifika u immedjata, ir-RGħ huwa b'dan awtorizzat ukoll jirrilaxxa lill-Istat ospitanti kwalunkwe informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “RESTREINT UE / EU RESTRICTED” iġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni 2011/292/UE. L-arranġamenti bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ospitanti għandhom jitfasslu għal dan il-għan.

4.  Ir-RGħ huwa b'dan awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma' din id-Deċiżjoni kwalunkwe dokument mhux klassifikat tal-UE marbut mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-Missjoni u li jkun kopert mill-obbligu ta' segretezza professjonali f'konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill ( 6 ).

▼M4

5.  Ir-RGħ jista' jiddelega s-setgħat imsemmijin fil-paragrafi 1 sa 4, kif ukoll l-abbiltà li jikkonkludi arranġamenti msemmijin fil-paragrafi 2 u 3 għal persuni mpoġġijin taħt l-awtorità tiegħu/tagħha u/jew il-Kap tal-Missjoni.

▼B

Artikolu 14

Status tal-missjoni u tal-persunal tagħha

1.  L-istatus tal-persunal tal-missjoni, inkluż, jekk ikun il-każ, il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħrajn meħtieġa għall-implimentazzjoni u għat-twettiq tajjeb tal-missjoni, għandu jiġi stabbilit b'applikazzjoni tal-Artikolu 37 tat-TUE u b'mod konformi mal-proċedura prevista fl-Artikolu 218(3) tat-TFUE.

2.  L-Istat jew l-istituzzjoni tal-UE li ssekondaw membru tal-persunal għandhom ikunu responsabbli biex iwieġbu għal kwalunkwe pretensjoni marbuta mas-sekondament, minn jew dwar il-membru tal-persunal. L-Istat jew l-istituzzjoni tal-UE inkwistjoni għandu/ha i/tkun responsabbli biex tinbeda kwalunkwe azzjoni kontra l-persuna ssekondata.

▼M3

3.  Il-kundizzjonijiet tal-impjieg u d-drittijiet u l-obbligi tal-persunal internazzjonali u lokali għandhom jiġu stabbiliti fil-kuntratti li għandhom jiġu konklużi bejn l-EUSEC RD Congo u l-membru tal-persunal ikkonċernat.

▼B

Artikolu 15

Sigurtà

1.  Il-Kap tal-Missjoni hu responsabbli mis-sigurtà tal-missjoni EUSEC RD Congo.

2.  Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita din ir-responsabbiltà f’konformità mad-direttivi tal-UE dwar is-sigurtà tal-persunal tal-UE li jintbagħat barra mit-territorju tal-UE fil-qafas ta' missjoni operattiva deċiża skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu V, Kapitolu 2, tat-TUE u d-dokumenti relatati.

▼M2

3.  Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun assistit minn Uffiċjal tas-Sigurtà tal-Missjoni (MSO) li għandu jirrapporta lilu u li għandu jżomm ukoll relazzjoni funzjonali mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE).

▼B

4.  Ser jingħata taħriġ adegwat għall-miżuri ta' sigurtà lill-membri kollha tal-persunal, f'konformità mal-OPLAN. L-MSO ser ifakkar regolarment l-istruzzjonijiet relatati mas-sigurtà.

Artikolu 16

Reviżjoni tal-missjoni

Il-KPS għandu jindirizza abbażi ta' rapport ta' evalwazzjoni ppreparat f'nofs it-terminu mis-servizzi taħt l-awtorità tar-RGħ, u ppreżentat sa mhux aktar tard minn Ġunju 2011, rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill bil-għan li tiġi vvalutata l-evoluzzjoni tar-riforma tal-FARDC u li jiġu evalwati l-effetti tal-missjoni fuq l-implimentazzjoni ta' miżuri konkreti b'appoġġ għall-pjan tar-riforma tal-FARDC. Din l-evalwazzjoni ser tkun ibbażata fost oħrajn fuq indikaturi ta' progress kif ukoll fuq indikaturi operattivi speċifiċi żviluppati fl-OPLAN.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ u tul ta' żmien

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2010.

▼M5

Hija għandha tapplika sat-30 ta' Ġunju 2016.



( 1 ) Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/355/PESK tat-2 ta’ Mejju 2005 dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU L 112, 3.5.2005, p. 20).

( 2 ) ĠU L 246, 18.9.2009, p. 33.

( 3 ) ĠU L 149, 15.6.2010, p. 11.

( 4 ) ĠU L 211, 12.8.2010, p. 20.

( 5 ) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).

( 6 ) Id-Deċizjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).