02010D0390 — MT — 01.08.2011 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI Nru 1/2010 TAL-KUNSILL TA’ STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI UE-MONTENEGRO tal-14 ta’ Ġunju 2010 li tadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu (ĠU L 179 14.7.2010, p. 11) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 158 |
21 |
19.6.2012 |
||
DEĊIŻJONI Nru 1/2010 TAL-KUNSILL TA’ STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI UE-MONTENEGRO
tal-14 ta’ Ġunju 2010
li tadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu
(2010/390/UE)
IL-KUNSILL TA’ STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ bħala l-“Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikoli 119 u 120 tiegħu,
Billi l-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2010,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Presidenza
Il-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jkun ippresedut b’mod li jalterna għal perijodi ta’ 12-il xahar mill-President tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u minn rappreżentant tal-Gvern tal-Montenegro. L-ewwel perijodu għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2010.
Artikolu 2
Laqgħat
Il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jiltaqa’ darba fis-sena fuq livell ministerjali. Sessjonijiet speċjali tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jistgħu jsiru bit-talba ta’ wieħed mill-Partijiet, jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk. Sakemm ma jintlaħaqx ftehim mod ieħor mill-Partijiet, kull sessjoni tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandha ssir fil-post fejn is-soltu jsiru laqgħat tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fid-data li jaqblu dwarha ż-żewġ Partijiet. Il-laqgħat tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandhom jissejħu b’mod konġunt mis-Segretarji tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bi qbil mal-President.
Artikolu 3
Rappreżentanza
Il-membri tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jistgħu jiġu rrappreżentati f’każ li ma jkunux jistgħu jattendu. Jekk membru jixtieq li jiġi rrappreżentat b’dan il-mod, hu jrid jinnotifika lill-President rigward l-isem tar-rappreżentant tiegħu qabel il-laqgħa li fiha se jiġi rrapreżentat b’dan il-mod. Ir-rappreżentant ta’ membru tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jeżerċita d-drittijiet kollha ta’ dak il-membru.
Artikolu 4
Delegazzjonijiet
Il-membri tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jistgħu jattendu fil-kumpanija ta’ uffiċjali. Qabel kull laqgħa, il-President għandu jkun informat bil-kompożizzjoni intiża tad-delegazzjoni ta’ kull Parti. Rappreżentant tal-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jattendi l-laqgħat tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, bħala osservatur, meta fuq l-aġenda jidhru ħwejjeġ li jirrigwardaw lill-Bank. Il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista’ jistieden persuni li mhumiex membri sabiex jattendu l-laqgħat tiegħu sabiex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti partikolari.
Artikolu 5
Segretarjat
Uffiċjal tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u uffiċjal tal-Missjoni tal-Montenegro għall-Unjoni Ewropea għandhom flimkien iservu bħala Segretarji tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.
Artikolu 6
Korrispondenza
Il-korrispondenza indirizzata lill-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandha tintbagħat lill-President tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fl-indirizz tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Iż-żewġ Segretarji għandhom jiżguraw li l-korrispondenza tingħadda lill-President tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u, fejn xieraq, tkun imqassma lil membri oħra tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Korrispondenza li titqassam għandha tintbagħat lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni, ir-Rappreżentanti Permanenti tal-Istati Membri u l-Missjoni tal-Montenegro għall-Unjoni Ewropea.
Il-komunikazzjonijiet mill-President tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandhom jintbagħtu miż-żewġ Segretarji lid-destinatarji u jitqassmu, fejn xieraq, lill-membri l-oħra tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fl-indirizzi indikati fit-tieni paragrafu.
Artikolu 7
Pubbliċità
Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor, il-laqgħat tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni m’għandhomx ikunu pubbliċi.
Artikolu 8
Aġendi għal-laqgħat
1. Il-President għandu jfassal l-aġenda provviżorja għal kull laqgħa. Din għandha tingħadda mis-Segretarji tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni lid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 6 mhux aktar tard minn ħmistax-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. L-aġenda provviżorja għandha tinkludi l-punti li fuqhom il-President ikun irċieva talba sabiex jiżdiedu fl-aġenda mhux aktar tard minn 21 jum qabel il-bidu tal-laqgħa, għalkemm l-ebda punti m’għandhom jitniżżlu fl-aġenda provviżorja sakemm ma tkunx intbagħtet id-dokumentazzjoni ta’ sostenn lis-Segretarji mhux aktar tard mid-data li fiha tintbagħat l-aġenda. L-aġenda għandha tiġi adottata mill-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-bidu ta’ kull laqgħa. Punt ieħor barra minn dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jista’ biss ikun inkluż fl-aġenda jekk iż-żewġ Partijiet hekk jiftiehmu.
2. Il-President jista’, bi qbil maż-żewġ Partijiet, iqassar l-iskadenzi speċifikati fil-paragrafu 1 sabiex iqis il-ħtiġijiet ta’ każ partikolari.
Artikolu 9
Minuti
Għandu jitħejja miż-żewġ Segretarji abbozz tal-minuti ta’ kull laqgħa. Il-minuti għandhom, bħala regola ġenerali, jindikaw fir-rigward ta’ kull punt fl-aġenda:
— id-dokumentazzjoni ppreżentata lill-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni,
— dikjarazzjonijiet li membru tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni talab li jiddaħħlu,
— id-deċiżjonijiet meħuda u r-rakkomandazzjonijiet magħmula, id-dikjarazzjonijiet li kien hemm qbil dwarhom u l-konklużjonijiet adottati.
L-abbozz tal-minuti għandu jkun ippreżentat għall-approvazzjoni lill-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Meta approvati, il-minuti għandhom jiġu ffirmati mill-President u ż-żewġ Segretarji. Il-minuti għandhom jiġu ffajljati fl-arkivji tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li għandu jservi ta’ depożitarju tad-dokumenti tal-Assoċjazzjoni. Kopja ċċertifikata għandha tingħadda lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 6.
Artikolu 10
Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1. Il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu u jagħmel rakkomandazzjonijiet bi ftehim komuni tal-Partijiet. Il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista’ jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir hekk.
2. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, fi ħdan is-sens tal-Artikolu 121 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, għandhom ikunu intitolati rispettivament “Deċiżjoni” u “Rakkomandazzjoni” segwiti b’numru ta’ serje, bid-data ta’ meta ġew adottati u b’deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandhom jiġu ffirmati mill-President u awtentikati miż-żewġ Segretarji. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom jingħaddu lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 6 hawn fuq. Kull Parti tista’ tiddeċiedi fuq il-pubblikazzjoni ta’ deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.
Artikolu 11
Lingwi
Il-lingwi uffiċjali tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandhom ikunu l-lingwi uffiċjali taż-żewġ Partijiet. Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni se jsejjes id-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mfassla f’dawn il-lingwi.
Artikolu 12
Spejjeż
Kemm l-Unjoni Ewropea kif ukoll il-Montenegro għandhom rispettivament iħallsu l-ispejjeż li jġarrbu għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, kemm fir-rigward ta’ spejjeż ta’ persunal, vjaġġi u għajxien ta’ kuljum kif ukoll ta’ spejjeż ta’ posta u telekomunikazzjoni. L-ispejjeż relatati ma’ servizzi ta’ interpretazzjoni fil-laqgħat, traduzzjoni u riproduzzjoni tad-dokumenti għandhom jitħallsu mill-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni tal-ispiża relatata mas-servizzi ta’ interpretazzjoni jew traduzzjoni għal jew mill-lingwa tal-Montenegro, li għandhom jitħallsu mill-Montenegro. Infiq ieħor relatat mal-organizzazzjoni tal-laqgħat għandu jitħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħat.
Artikolu 13
Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni
1. B’dan huwa stabbilit Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni sabiex jgħin lill-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-qadi ta’ dmirijietu. Għandu jkun iffurmat minn rappreżentanti tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea, min-naħa, u rappreżentanti tal-Gvern tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, normalment fil-livell ta’ impjegati taċ-ċivil f’kariga għolja.
2. Il-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jħejji l-laqgħat u d-deliberazzjonijiet tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, iwettaq id-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fejn xieraq u, in ġenerali, jiżgura l-kontinwità tar-relazzjoni ta’ assoċjazzjoni u t-tħaddim xieraq tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Għandu jqis kwalunkwe kwistjoni li tiġi referuta lilu mill-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni kif ukoll kwalunkwe kwistjoni li tista’ tinqala’ fl-andament tat-twettiq ta’ kuljum tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Għandu jippreżenta proposti jew kwalunkwe abbozz ta’ deċiżjonijiet/rakkomandazzjonijiet għall-adozzjoni lill-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.
3. F’każijiet fejn il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jirriferi għal obbligu li jikkonsulta jew il-possibilità ta’ konsultazzjoni, din it-tip ta’ konsultazzjoni tista’ sseħħ fi ħdan il-Kumitat ta’ Stabbilizzazjoni u Assoċjazzjoni. Il-konsultazzjoni tista’ tissokta fil-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir hekk.
4. Ir-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni huma annessi ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 14
Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħra fis-soċjetà ċivili tal-Montenegro
(1) B’dan huwa stabbilit Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħra fis-soċjetà ċivili tal-Montenegro sabiex jgħin lill-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni sabiex jippromwovi d-djalogu u l-kooperazzjoni bejn is-sħab soċjali u organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili, fl-Unjoni Ewropea u fil-Montenegro. Dawn id-djalogu u l-kooperazzjoni għandhom jinkludu l-aspetti relevanti kollha tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro, hekk kif dawn jitfaċċaw fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Ftehim. Dawn id-djalogu u l-kooperazzjoni għandhom ikollhom l-għan partikolari li:
(a) Iħejju lill-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem tal-Montenegro, lill-impjegati u lill-organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili fil-Montenegro għal attività fil-qafas tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea li ser isseħħ fil-ġejjieni;
(b) Iħejju lill-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem tal-Montenegro, lill-impjegati u lill-organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili fil-Montenegro għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħidma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew wara l-adeżjoni tal-Montenegro;
(c) Isir skambju ta’ informazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ interess reċiproku, partikolarment dwar il-qagħda attwali tal-proċess ta’ adeżjoni u kif ukoll it-tħejjija ta’ min iħaddem, tal-impjegati u ta’ organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili fil-Montenegro għal dan il-proċess;
(d) Jinkoraġġixxu skambji ta’ esperjenza u djalogu strutturat bejn (a) l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem tal-Montenegro, impjegati u organizzazzjonjiet oħrajn tas-soċjetà ċivili fil-Montenegro u (b) organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, impjegati u organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili mill-Istati Membri, fosthom permezz ta’ networking f’oqsma speċifiċi fejn il-kuntatti diretti u l-kooperazzjoni jistgħu jkunu l-aktar mezz effettiv biex tinstab soluzzjoni għal problemi partikolari;
(e) Jiddiskutu kull kwistjoni relevanti oħra proposta minn kwalunkwe naħa, hekk kif jitfaċċaw fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Ftehim u fil-qafas tal-istrateġija ta’ Qabel l-Adeżjoni.
(2) Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħra fis-soċjetà ċivili tal-Montenegro għandu jikkonsisti minn sitt rappreżentanti mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u sitt rappreżentanti mis-sħab soċjali u minn organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili fil-Montenegro. Jistgħu jiġu mistiedna osservaturi sabiex jipparteċipaw.
(3) Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħra fis-soċjetà ċivili tal-Montenegro għandu jwettaq dmirijietu abbażi ta’ konsultazzjoni mal-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jew, b’rabta mal-promozzjoni tad-djalogu bejn ċrieki ekonomiċi u soċjali, fuq inizjattiva tiegħu stess.
(4) Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħra fis-soċjetà ċivili tal-Montenegro jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.
(5) Il-membri għandhom jintgħażlu b’mod li jiżgura li l-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħra fis-soċjetà ċivili tal-Montenegro jkun xbieha kemm jista’ jkun eżatta tad-diversi sħab soċjali u organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili, kemm fl-Unjoni Ewropea u kif ukoll fil-Montenegro. Il-ħatriet uffiċjali tal-membri Montenegrini għandhom isiru mill-gvern tal-Montenegro abbażi ta’ proposti mis-sħab soċjali u minn organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili. Dawn il-proposti għandhom jissejsu fuq proċeduri ta’ għażla inklużivi u trasparenti fost is-sħab soċjali u organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili.
(6) Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħra fis-soċjetà ċivili tal-Montenegro għandu jkun kopresedut minn membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u rappreżentant minn fost is-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili fil-Montenegro.
(7) Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħra fis-soċjetà ċivili tal-Montenegro għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.
(8) Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, minn naħa waħda, u l-Gvern Montenegrin, min-naħa l-oħra, għandhom iħallsu l-ispejjeż li jintefqu b’rabta mal-parteċipazzjoni tad-delegati tagħhom fil-laqgħat tal-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħra fis-soċjetà ċivili tal-Montenegro u tal-gruppi ta’ ħidma tiegħu fir-rigward tal-persunal, u tal-ispejjeż ta’ vjaġġar u ta’ sussistenza.
(9) Għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti dettaljati dwar spejjeż ta’ interpretazzjoni u traduzzjoni fir-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħra fis-soċjetà ċivili tal-Montenegro. Spejjeż oħrajn relatati mal-organizzazzjoni materjali tal-laqgħat għandhom jitħallsu mill-Parti li tospita l-laqgħat.
Artikolu 15
Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat tar-Reġjuni u l-awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini
(1) B’dan huwa stabbilit Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat tar-Reġjuni u l-awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini sabiex jgħin lill-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bil-għan li jkun hemm promozzjoni tad-djalogu u tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea u fil-Montenegro. Dawn id-djalogu u l-kooperazzjoni għandhom ikollhom l-għan partikolari li:
(a) Iħejju lill-awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini għal attività fil-qafas ta’ ħidma tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea li ser isseħħ fil-ġejjieni;
(b) Iħejju lill-awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini għall-parteċipazzjoni fil-ħidma tal-Kumitat tar-Reġjuni wara l-adeżjoni tal-Montenegro;
(c) Isir skambju ta’ informazzjoni dwar kwistjonijiet attwali ta’ interess reċiproku, b’mod partikolari dwar il-qagħda attwali b’rabta mal-politika reġjonali Ewropea u l-proċess ta’ adeżjoni u kif ukoll it-tħejjija tal-awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini għal dawn il-linji politiċi;
(d) Jinkoraġġixxu djalogu multilaterali strutturat bejn (a) l-awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini u (b) l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Istati Membri, fosthom permezz ta’ networking f’oqsma speċifiċi fejn il-kuntatti diretti u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini u l-awtoritajiet lokali u reġjonali mill-Istati Membri jistgħu jkunu l-aktar mod effettiv għall-indirizzar ta’ suġġetti speċifiċi ta’ interess reċiproku;
(e) Jipprovdu skambju ta’ informazzjoni regolari dwar il-kooperazzjoni interreġjonali bejn awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini u awtoritajiet lokali u reġjonali mill-Istati Membri;
(f) Jinkoraġġixxu skambju ta’ esperjenzi u konoxxenza fil-qasam tal-politika reġjonali u interventi strutturali, bejn (a) l-awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini u (b) awtoritajiet lokali u reġjonali mill-Istati Membri, b’mod partikolari għarfien u teknika li jikkonċernaw it-tħejjija ta’ pjanijiet jew strateġiji ta’ żvilupp lokali u reġjonali u l-aktar użu effiċjenti tal-Fondi ta’ qabel l-adeżjoni u tal-Fondi Strutturali;
(g) Jgħinu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini permezz ta’ skambju ta’ informazzjoni dwar l-implimentazzjoni prattika tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà fl-aspetti kollha tal-ħajja fuq livell lokali u reġjonali;
(h) Jiddiskutu kwalunkwe kwistjoni relevanti oħra proposta minn kwalunkwe naħa, hekk kif jistgħu jitfaċċaw fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Ftehim u fil-qafas tal-istrateġija ta’ Qabel l-Adeżjoni.
(2) Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat tar-Reġjuni u l-awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini għandu jikkonsisti minn tmien rappreżentanti tal-Kumitat tar-Reġjuni, minn naħa waħda, u tmien rappreżentanti eletti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Montenegro, min-naħa l-oħra. Għandhom jinħatru l-istess għadd ta’ membri sostituti.
(3) Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat tar-Reġjuni u l-awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini għandu jwettaq l-attivitajiet tiegħu abbażi ta’ konsultazzjoni mal-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jew, b’rabta mal-promozzjoni tad-djalogu bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali, fuq inizjattiva tiegħu stess.
(4) Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat tar-Reġjuni u l-awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.
(5) Il-membri għandhom jintgħażlu b’mod li jiżgura li l-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat tar-Reġjuni u l-awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini jkun xbieha kemm jista’ jkun eżatta tad-diversi livelli ta’ awtoritajiet lokali u reġjonali kemm fl-Unjoni Ewropea u kif ukoll fil-Montenegro. Il-ħatriet uffiċjali tal-membri Montenegrini għandhom isiru mill-gvern tal-Montenegro abbażi ta’ proposti minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-Montenegro. Dawn il-proposti għandhom jissejsu fuq proċeduri ta’ għażla inklużivi u trasparenti fost ir-rappreżentanti b’mandati elettorali fuq livell lokali jew reġjonali.
(6) Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat tar-Reġjuni u l-awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.
(7) Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat tar-Reġjuni u l-awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini għandu jkun kopresedut minn membru tal-Kumitat tar-Reġjuni u minn rappreżentant tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Montenegro.
(8) Il-Kumitat tar-Reġjuni, minn naħa waħda, u l-Gvern tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, għandhom rispettivament iħallsu l-ispejjeż li jintefqu b’rabta mal-parteċipazzjoni tad-delegati u ta’ persunal ta’ appoġġ tagħhom fil-laqgħat tal-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat tar-Reġjuni u l-awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini, partikolarment fir-rigward tal-ispejjeż ta’ vjaġġar u ta’ sussistenza.
(9) Għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti dettaljati dwar spejjeż ta’ interpretazzjoni u traduzzjoni fir-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat tar-Reġjuni u l-awtoritajiet lokali u reġjonali Montenegrini. Spejjeż oħrajn relatati mal-organizzazzjoni materjali tal-laqgħat għandhom jitħallsu mill-Parti li tospita l-laqgħat.
ANNESS
Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni
Artikolu I
Presidenza
Il-Kumitat ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jkun ippresedut b’mod li jalterna għal perijodi ta’ 12-il xahar minn rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u minn rappreżentant tal-Gvern tal-Montenegro. L-ewwel perijodu għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2010.
Artikolu 2
Laqgħat
Il-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jiltaqa’ meta hekk jitolbu ċ-ċirkostanzi, bil-ftehim taż-żewġ Partijiet. Kull laqgħa tal-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandha ssir fi żmien u f’post miftiehma miż-żewġ Partijiet. Il-laqgħat tal-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandhom jissejħu mill-President.
Artikolu 3
Delegazzjonijiet
Qabel kull laqgħa, il-President għandu jkun informat kif kull Parti tkun beħsiebha tifforma d-delegazzjoni tagħha.
Artikolu 4
Segretarjat
Uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea flimkien ma’ uffiċjal tal-Gvern tal-Montenegro għandhom flimkien iservu bħala Segretarji tal-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Il-komunikazzjonijiet kollha lil, u mingħand, il-President tal-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, previsti f’din id-Deċiżjoni għandhom jingħaddu lis-Segretarji tal-Kumitat ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjażżjoni, kif ukoll lis-Segretarji u l-President tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazjoni u Assoċjazzjoni.
Artikolu 5
Pubbliċità
Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor, il-laqgħat tal-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni m’għandhomx ikunu pubbliċi.
Artikolu 6
Aġendi għal-laqgħat
1. Il-President għandu jfassal aġenda provviżorja għal kull laqgħa. Din għandha tingħadda mis-Segretarji tal-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni lid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 4 mhux aktar tard minn ħmistax-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. L-aġenda provviżorja għandha tinkludi l-punti li fuqhom il-President ikun irċieva talba sabiex jiżdiedu fuq l-aġenda mhux aktar tard minn 21 jum qabel il-bidu tal-laqgħa, għalkemm l-ebda punti m’għandhom jitniżżlu fl-aġenda proviżorja sakemm ma tkun intbagħtet id-dokumentazzjoni ta’ sostenn lis-Segretarji mhux aktar tard mid-data li fiha tintbagħat l-aġenda. Il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista’ jistieden esperti li mhumiex membri sabiex jattendu l-laqgħat tiegħu sabiex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti partikolari. L-aġenda għandha tiġi adottata mill-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-bidu ta’ kull laqgħa. Punt ieħor barra minn dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jista’ biss ikun inkluż fl-aġenda jekk iż-żewġ Partijiet hekk jiftiehmu.
2. Il-President jista’, bi ftehim maż-żewġ Partijiet, iqassar l-iskadenzi stipulati fil-paragrafu 1 sabiex jitqiesu l-ħtiġiet ta’ każ partikolari.
Artikolu 7
Minuti
Għandhom jittieħdu minuti għal kull laqgħa li għandhom ikunu msejsa fuq sinteżi mill-President tal-konklużjonijiet li jkun wasal għalihom il-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Meta jiġu approvati mill-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, il-minuti għandhom jiġu ffirmati mill-President u s-Segretarji u jiġu ffajljati miż-żewġ Partijiet. Għandha tintbagħat kopja tal-minuti lil kull destinatarju msemmi fl-Artikolu 4.
Artikolu 8
Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet
Fil-każijiet speċifiċi fejn il-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jingħata s-setgħa mill-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni taħt l-Artikolu 122 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni sabiex jieħu deċiżjonijiet/jagħmel rakkomandazzjonijiet, dawn l-atti għandhom ikunu intitolati rispettivament “Deċiżjoni” u “Rakkomandazzjoni”, segwiti b’numru ta’ serje, bid-data tal-adozzjoni tagħhom u b’deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom. Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet għandhom isiru bi qbil komuni bejn il-Partijiet. Il-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista’ jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir hekk. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandhom jiġu ffirmati mill-President u awtentikati miż-żewġ Segretarji u għandhom jingħaddu lid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 4 ta’ dawn ir-regoli ta’ proċedura. Kull Parti tista’ tiddeċiedi fuq il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ta’ dan il-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.
Artikolu 9
Spejjeż
Kemm l-Unjoni Ewropea kif ukoll il-Montenegro għandhom rispettivament iħallsu l-ispejjeż li jġarrbu għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, kemm fir-rigward ta’ spejjeż ta’ persunal, vjaġġi u għajxien ta’ kuljum kif ukoll ta’ spejjeż ta’ posta u telekomunikazzjoni. L-ispejjeż relatati ma’ servizzi ta’ interpretazzjoni fil-laqgħat, traduzzjoni u riproduzzjoni tad-dokumenti għandhom jitħallsu mill-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni tal-ispiża relatata mas-servizzi ta’ interpretazzjoni jew traduzzjoni għal jew mill-lingwa tal-Montenegro, li għandhom jitħallsu mill-Montenegro. Infiq ieħor relatat mal-organizzazzjoni tal-laqgħat għandu jitħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħat.
Artikolu 10
Sub-kumitati u gruppi speċjali
Il-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista’ jistabbilixxi sub-kumitati jew gruppi speċjali sabiex jaħdmu taħt l-awtorità tal-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u li għandhom jagħmlulu rapport wara kull laqgħa li jagħmlu. Il-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista’ jiddeċiedi li jtemm kwalukwe sub-kumitatjew grupp eżistenti, jistipula jew ibiddel it-termini ta’ referenza tagħhom jew jistabbilixxi sub-kumitati jew gruppi oħra sabiex jgħinuh fil-qadi ta’ dmirijietu. Dawn is-sub-kumitati u gruppi ma għandhom ikollhom ebda setgħa deċiżjonali.