02010D0029(01) — MT — 01.02.2020 — 005.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-13 ta' Diċembru 2010

dwar il-ħruġ tal-karti tal-flus euro

(tfassil mill-ġdid)

(BĊE/2010/29)

(2011/67/UE)

(ĠU L 035 9.2.2011, p. 26)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW 2013/358/UE tal-21 ta’ Ġunju 2013

  L 187

13

6.7.2013

 M2

DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW 2014/29/UE tad-29 ta’ Awwissu 2013

  L 16

51

21.1.2014

 M3

DEĊIŻJONI (UE) 2015/286 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tas-27 ta' Novembru 2014

  L 50

42

21.2.2015

 M4

DEĊIŻJONI (UE) 2019/47 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tad-29 ta' Novembru 2018

  L 9

194

11.1.2019

►M5

DEĊIŻJONI (UE) 2020/141 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-22 ta’ Jannar 2020

  L 27I

21

1.2.2020




▼B

DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-13 ta' Diċembru 2010

dwar il-ħruġ tal-karti tal-flus euro

(tfassil mill-ġdid)

(BĊE/2010/29)

(2011/67/UE)



Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni:

(a) 

“BĊN” tfisser il-bank ċentrali nazzjonali ta' Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro,

(b) 

“karti tal-flus tal-euro” tfisser dawk il-karti tal-flus li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' Deċiżjoni BĊE/2003/4 u bl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti mill-Kunsill Governattiv;

(c) 

“skema tal-kapital sottoskritt” tfisser l-ishma tal-BĊNi (espressi bħala persentaġġi) fil-kapital sottoskritt tal-BĊE li jirriżulta mill-applikazzjoni lill-BCNi tal-ippeżar fl-iskema msemmija fl-Artikolu 29.1 tal-Istatut tas-SEBĊ u kif applikabbli għas-sena finanzjarja relevanti;

(d) 

“skema ta” distribuzzjoni ta' karti tal-flus tfisser il-persentaġġi li jirriżultaw meta wieħed jieħu kont tas-sehem tal-BĊE fil-ħruġ totali ta' karti tal-flus tal-euro u japplika l-iskema ta' kapital sottoskritt (sal-eqreb multiplu ta' 0,0005 ta' punt perċentwali) lis-sehem tal-BĊNi f’dak it-total. Fejn it-total tal-persentaġġi li jirriżultaw ma jilħaqx il-100 %, id-differenza għandha tiġi kkumpensata billi: (i) jekk it-total huwa ta' anqas minn 100 %, jiżdied 0.0005 ta' punt perċentwali mal-iżgħar ishma f’ordni axxendenti sakemm jintlaħqu l-100 % ezatti, jew (ii) jekk it-total huwa ta' iżjed minn 100 %, billi jitnaqqas 0.0005 ta' punt perċentwali f’ordni dixxendenti mill-akbar ishma sakemm jintlaħqu l-100 % ezatti. ►M5  L-Anness I għal din id-Deċiżjoni jispeċifika l-iskema għad-distribuzzjoni tal-karti tal-flus li għandha tapplika mill-1 ta’ Frar 2020. ◄

Artikolu 2

Ħruġ ta' karti tal-flus tal-euro

Il-BĊE u l-BĊNi għandhom joħorġu l-karti tal-flus tal-euro.

Artikolu 3

Obbligazzjonijiet tal-emittenti

1.  Il-BĊNi għandhom ipoġġu u jirtiraw miċ-ċirkolazzjoni karti tal-flus tal-euro, u jagħmlu kull trattament fiżiku b’rabta mal-karti tal-flus tal-euro kollha, inklużi dawn maħruġin mill-BĊE.

2.  Il-BĊNi għandhom jaċċettaw il-karti tal-flus tal-euro kollha fuq talba tad-detentur għall-iskambju ma' karti tal-flus tal-euro tal-istess valur jew, f’każ ta' detenturi ta' kont, biex jiġu kkreditati lil kontijiet miżmumin fil-BĊN li qed jirċevihom.

3.  Il-BĊNi għandhom jittrattaw il-karti tal-flus kollha tal-euro aċċettati minnhom bħala passiv u għandhom jipproċessawhom b’mod identiku.

4.  Il-BĊNi m’għandhomx jittrasferixxu karti tal-flus tal-euro aċċettati minnhom lil BĊNi oħrajn u għandhom iżommu dawn il-karti tal-flus tal-euro disponibbli għall-ħruġ mill-ġdid. Bħala eċċezzjoni, u skont ir-regoli stabbiliti mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE:

(a) 

karti tal-flus tal-euro mqattgħin, iddanneġġati, mherrija jew irtirati jistgħu jinqerdu mill-BĊN reċipjent; u

(b) 

karti tal-flus tal-euro miżmumin minn BĊNi jistgħu, għal raġunijiet ta' loġistika, jiġu mqassmin mill-ġdid fi kwantitajiet kbar fi ħdan l-Eurosistema.

Artikolu 4

Distribuzzjoni ta' karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema

1.  Il-valur totali ta' karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni għandu jkun allokat lill-membri tal-Eurosistema bl-applikazzjoni tal-iskema għall-allokazzjoni tal-karti tal-flus.

2.  Id-differenza bejn il-valur ta' karti tal-flus tal-euro allokati lil kull BĊN skont l-iskema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus u l-valur tal-karti tal-flus tal-euro li kull BĊN ipoġġi fiċ-ċirkolazzjoni għandha twassal għal bilanċi intra-Eurosistema. Il-BĊE għandu jżomm klejms intra-Eurosistema fuq BĊNi b’mod proporzjonat mal-ishma tagħhom fl-iskema tal-kapital sottoskritt, għal valur ekwivalenti għall-valur tal-karti tal-flus tal-euro li joħroġ.

Artikolu 5

Revoka

Id-Deċiżjoni BĊE/2001/15 hija revokata. Referenzi għad-Deċiżjoni revokata għandhom jinftehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2011.

▼M5




ANNESS I

SKEMA TA’ DISTRIBUZZJONI TAL-KARTI TAL-FLUS MILL-1 TA’ FRAR 2020



%

Il-Bank Ċentrali Ewropew

8,0000

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

3,3520

Deutsche Bundesbank

24,2525

Eesti Pank

0,2590

Central Bank of Ireland

1,5580

Bank of Greece

2,2755

Banco de España

10,9705

Banque de France

18,7905

Banca d’Italia

15,6295

Central Bank of Cyprus

0,1980

Latvijas Banka

0,3585

Lietuvos bankas

0,5325

Banque centrale du Lussemburgu

0,3030

Bank Ċentrali ta’ Malta

0,0965

De Nederlandsche Bank

5,3915

Oesterreichische Nationalbank

2,6925

Banco de Portugal

2,1535

Banka Slovenije

0,4430

Národná banka Slovenska

1,0535

Suomen Pankki

1,6900

TOTAL

100,0000

▼B




ANNESS II



DEĊIŻJONI REVOKATA U EMENDI SUĊĊESSIVI

Deċiżjoni BĊE/2001/15

ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 10, Vol. p. 54 – 56.

Deċiżjoni BĊE/2003/23

ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 10 Vol. 3 p. 339 – 340.

Deċiżjoni BĊE/2004/9

ĠU L 205, 9.6.2004, p. 17.

Deċiżjoni BĊE/2006/25

ĠU L 24, 31.1.2007, p. 13.

Deċiżjoni BĊE/2007/19

ĠU L 1, 4.1.2008, p. 7.

Deċiżjoni BĊE/2008/26

ĠU L 21, 24.1.2009, p. 75.