2009R1222 — MT — 30.05.2012 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT (KE) Nru 1222/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Novembru 2009

dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 342, 22.12.2009, p.46)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 228/2011 tas-7 ta’ Marzu 2011

  L 62

1

9.3.2011

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1235/2011 tad-29 ta’ Novembru 2011

  L 317

17

30.11.2011




▼B

REGOLAMENT (KE) Nru 1222/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Novembru 2009

dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 1 ),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita bl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 2 ),

Billi:

(1)

Il-mobbiltà sostenibbli hija sfida prinċipali li qed tħabbat wiċċha magħha l-Komunità fid-dawl tat-tibdil fil-klima u l-ħtieġa ta’ appoġġ għall-kompetittività Ewropea kif enfasizzat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Lulju 2008 intitolata “Trasport aktar Ekoloġiku”.

(2)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ottubru 2006 intitolata “Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Effiċjenza Enerġetika – Inwettqu l-potenzjal” enfasizzat il-potenzjal għal tnaqqis tal-konsum totali tal-enerġija b’20 % sal-2020 permezz ta’ lista ta’ azzjonijiet immirati inkluż it-tikkettar tat-tajers.

(3)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Frar 2007 intitolata “Ir-riżultati tar-reviżjoni tal-Istrateġija Komunitarja sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief” enfasizzat il-potenzjal għal tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 permezz ta’ miżuri komplementari għall-komponenti tal-karozzi bl-ogħla impatt fuq il-konsum tal-fjuwil, bħat-tajers.

(4)

It-tajers, l-aktar minħabba r-reżistenza tagħhom għat-tidwir, jgħoddu għal 20 % sa 30 % tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi. Għalhekk, it-tnaqqis tar-reżistenza għat-tidwir tat-tajers jista’ jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-effiċjenza enerġetika tat-trasport bit-triq u b’hekk għat-tnaqqis tal-emissjonijiet.

(5)

It-tajers huma karatterizzati minn għadd ta’ parametri marbutin ma’ xulxin. It-titjib ta’ parametru wieħed bħar-reżistenza għat-tidwir jista’ jkollu impatt avvers fuq parametri oħra, bħall-qabda fuq l-imxarrab. Bil-maqlub, it-titjib tal-qabda fuq l-imxarrab jista’ jkollu effett avvers fuq l-istorbju estern tat-tidwir. Il-manifatturi tat-tajers għandhom jiġu mħeġġa jtejbu l-parametri kollha lil hemm mill-istandards diġà miksuba.

(6)

It-tajers li huma effiċjenti fl-użu tal-fjuwil jagħtu prestazzjoni b’anqas spiża għaliex l-iffrankar fuq il-fjuwil imur lil hinn mis-sempliċi kumpens għaż-żieda fil-prezz tax-xiri tat-tajers li jkun ġej minn spejjeż tal-produzzjoni ogħla.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom ( 3 ), għalhekk jistipula r-rekwiżiti minimi għar-reżistenza għat-tidwir tat-tajers. L-iżviluppi teknoloġiċi jagħmluha possibbli li t-telf tal-enerġija jitnaqqas b’mod sinifikanti permezz ta’ reżistenza għat-tidwir tat-tajers li tkun lil hinn mir-rekwiżiti minimi. Sabiex jitnaqqas l-impatt ambjentali tat-trasport bit-triq, huwa għalhekk adatt li jiġu stipulati dispożizzjonijiet li jħeġġu lill-utenti finali jixtru aktar tajers li jwasslu għal aktar użu effiċjenti tal-fjuwil billi jipprovdu informazzjoni armonizzata dwar dak il-parametru.

(8)

L-istorbju tat-traffiku huwa ta’ fastidju sinifikanti u għandu effett ta’ ħsara għas-saħħa. Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-istorbju tat-tidwir estern tat-tajers. L-iżviluppi teknoloġiċi jagħmluha possibbli li l-istorbju estern tat-tidwir tat-tajers jitnaqqas b’mod sinifikanti lil hinn mir-rekwiżiti minimi. Sabiex jitnaqqas l-istorbju tat-traffiku, huwa għalhekk adatt li jiġu stipulati dispożizzjonijiet li jħeġġu lill-utenti finali jixtru tajers bi storbju estern tat-tidwir baxx billi jipprovdu informazzjoni armonizzata dwar dak il-parametru.

(9)

L-għoti ta’ informazzjoni armonizzata għall-istorbju estern tat-tidwir tat-tajers jista’ wkoll jiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ miżuri kontra l-istorbju tat-traffiku u jikkontribwixxi għal kuxjenza akbar dwar l-effett tat-tajers fuq l-istorbju tat-traffiku fil-qafas tad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwarda l-valutazzjoni u l-ġestjoni tal-ħsejjes ambjentali ( 4 ).

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-prestazzjoni tat-tajers fir-rigward tal-qabda tagħhom fuq l-imxarrab. L-iżviluppi teknoloġiċi jagħmluha possibbli li l-qabda fuq l-imxarrab tittejjeb lil hinn mir-rekwiżiti minimi, u għalhekk jitnaqqsu d-distanzi tal-ibbrejkjar fuq l-imxarrab. Sabiex titjieb is-sikurezza tat-toroq, huwa għalhekk adatt li jiġu stipulati dispożizzjonijiet li jħeġġu lill-utenti finali jixtru tajers bi prestazzjoni għolja fir-rigward tal-qabda tagħhom fuq l-imxarrab billi jipprovdu informazzjoni armonizzata dwar dak il-parametru.

(11)

Id-dispożizzjoni għal informazzjoni dwar il-qabda fuq l-imxarrab għandha tista’ ma tindikax il-prestazzjoni primarja ta’ tajers iddisinjati speċifikament għal kondizzjonijiet ta’ borra u ta’ silġ. B’kont meħud tal-fatt li għad ma hemmx metodi ta’ ttestjar armonizzati disponibbli fir-rigward ta’ tali tajers, huwa adatt li tiġi prevista l-possibbiltà tal-adattazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-qabda tagħhom fi stadju aktar tard.

(12)

Il-provvediment ta’ informazzjoni dwar il-parametri tat-tajers fil-forma ta’ tikketta standard x’aktarx li jinfluwenza d-deċiżjonijiet tax-xiri tal-utenti finali favur tajers aktar sikuri, inqas storbjużi u li jwasslu għal użu aktar effiċjenti tal-fjuwil. Dan imbagħad aktarx iħeġġeġ lill-manifatturi tat-tajers itejbu kemm jistgħu dawk il-parametri tat-tajers, li jwittu t-triq għal konsum u produzzjoni aktar sostenibbli.

(13)

Multipliċità ta’ regoli dwar it-tikkettar tat-tajers fl-Istati Membri toħloq ostakoli għall-kummerċ intra-Komunitarju u tkabbar il-piż amministrattiv u l-ispejjeż tal-ittestjar għall-manifatturi tat-tajers.

(14)

It-tajers ta’ sostituzzjoni jgħoddu għal 78 % tas-suq tat-tajers. Għalhekk, huwa xieraq li l-utent finali jiġi infurmat dwar il-parametri tat-tajers ta’ sostituzzjoni kif ukoll tat-tajers armati fuq vetturi ġodda.

(15)

Il-ħtieġa ta’ aktar informazzjoni dwar l-effiċjenza tat-tajers fl-użu tal-fjuwil u parametri oħra hija rilevanti għall-konsumaturi, kif ukoll għall-maniġers tal-flotot u l-impriżi tat-trasport, li ma jistgħux faċilment iqabblu l-marki differenti tat-tajers fin-nuqqas ta’ skema armonizzata ta’ ttestjar u tikkettar. Għalhekk, huwa adatt li jiġu inklużi it-tajers tal-klassijiet C1, C2 u C3 fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(16)

It-tikketta dwar l-enerġija li tikklassifika l-prodotti fuq skala minn “A” sa “G”, kif applikata għall-apparat tad-dar skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KE tat-22 ta’ Settembru 1992 dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ittikkettjar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra skont l-apparat tad-dar ( 5 ), hija magħrufa sew mill-konsumaturi u rnexxiet fil-promozzjoni ta’ apparat aktar effiċjenti. L-istess disinn għandu jintuża għat-tikkettar tal-effiċjenza tat-tajers fl-użu tal-fjuwil.

(17)

Dak li jkun hemm muri fuq it-tikketta ta’ fuq it-tajers fil-ħanut, kif ukoll fil-materjal promozzjonali tekniku, għandu jiżgura li sew id-distributuri kif ukoll l-utenti finali potenzjali jirċievu informazzjoni armonizzata dwar l-effiċjenza tat-tajers fl-użu tal-fjuwil, il-prestazzjoni fir-rigward tal-qabda tagħhom fuq l-imxarrab u l-istorbju estern tat-tidwir fil-waqt u l-post tad-deċiżjoni dwar ix-xiri.

(18)

Xi utenti finali jagħżlu t-tajers qabel ma jaslu fil-punt tal-bejgħ jew jixtru t-tajers billi jordnawhom bil-posta. Sabiex jiġi żgurat li dawn l-utenti finali wkoll ikunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata abbażi tal-informazzjoni armonizzata dwar l-effiċjenza tat-tajers fl-użu tal-fjuwil, il-prestazzjoni fir-rigward tal-qabda tagħhom fuq l-imxarrab u l-istorbju estern tat-tidwir, it-tikketti għandhom jintwerew fil-materjal promozzjonali tekniku kollu, inkluż fejn tali materjal ikun disponibbli fuq l-Internet. Il-materjal promozzjonali tekniku ma jinkludix reklami fuq billboards, gazzetti, magazins, xandir bir-radju, televixin u formati onlajn oħrajn.

(19)

L-utenti finali potenzjali għandhom jingħataw informazzjoni li tispjega kull komponent tat-tikketta u r-rilevanza tiegħu. Din l-informazzjoni għandha tingħata f’materjal promozzjonali tekniku, bħas-sit elettroniku tal-fornituri.

(20)

L-informazzjoni għandha tingħata skont metodi armonizzati ta’ ttestjar li għandhom ikun affidabbli, preċiżi u riproduċibbli sabiex l-utenti finali jkunu jistgħu jqabblu tajers differenti u sabiex jillimitaw l-ispejjeż tal-ittestjar għall-manifatturi.

(21)

Sabiex inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra u jżidu s-sikurezza tat-trasport bit-triq, l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw inċentivi favur tajers effiċjenti fl-użu tal-fjuwil, tajers aktar sikuri u b’emissjonijiet ta’ storbju baxxi. Huwa adatt li jiġu determinati hawn taħt il-klassijiet minimi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u tal-qabda fuq l-imxarrab li f’livelli inqas minnhom ma jingħatawx inċentivi sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern. Dawn l-inċentivi għandhom mnejn jikkostitwixxu għanjuna mill-Istat. Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-riżultat ta’ kwalunkwe proċedura futura għall-għajnuna mill-Istat li tista’ tittieħed skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat fir-rigward ta’ inċentivi bħal dawn u m’għandux ikopri t-tassazzjoni u materji fiskali.

(22)

Il-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar mill-fornituri u d-distributuri hija essenzjali għall-ksib tal-għanijiet ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u biex jiġi żgurat ambjent ekwu fil-Komunità. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jimmonitoraw tali konformità permezz tas-sorveljanza tas-suq u kontrolli ex-post regolari skont, b’mod partikolari, ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti ( 6 ).

(23)

Meta jimplimentaw id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom iżommu milli jimplimentaw miżuri li jimponu obbligi mhux ġustifikati, burokratiċi u mhux maniġibbli fuq l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

(24)

Il-fornituri u d-distributuri tat-tajers għandhom jiġu mħeġġa jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament qabel is-sena 2012 biex iħaffu r-rikonoxximent tat-tikketta u t-tgawdija tal-benefiċċji tagħha.

(25)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni ( 7 ).

(26)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tintroduċi rekwiżiti fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab għat-tajers C2 u C3 biex tiġi adattata l-klassifikazzjoni tal-qabda tat-tajers iddisinjati speċifikament għall-kondizzjonijiet ta’ borra u ta’ silġ u tadatta l-Annessi, inklużi l-metodi tal-ittestjar u l-konċessjonijiet relatati, għall-progress tekniku. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh b’elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju previst fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(27)

Għandha titwettaq reviżjoni ta’ dan ir-Regolament sabiex jiġi ddeterminat kemm it-tikketta qiegħda tinftiehem mill-utent finali u kemm dan ir-Regolament għandu l-ħila li jikseb it-trasformazzjoni tas-suq,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Għan u suġġett

1.  L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jiżdiedu s-sikurezza, u l-effiċjenza ekonomika u ambjentali tat-trasport bit-triq permezz tal-promozzjoni ta’ tajers effiċjenti fl-użu tal-fjuwil, u tajers sikuri u b’emissjonijiet ta’ storbju baxxi.

2.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas għall-għoti ta’ informazzjoni armonizzata dwar il-parametri tat-tajers permezz tat-tikkettar, biex l-utenti finali jkunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata meta jixtru t-tajers.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għat-tajers C1, C2, u C3.

2.  Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal:

(a) tajers ittredjati mill-ġdid;

(b) tajers off-road professjonali;

(c) tajers iddisinjati biss biex jiġu armati fuq vetturi reġistrati għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Ottubru 1990;

(d) spare tyres tat-tip T għal użu temporarju;

(e) tajers li l-kategorija tal-veloċità tagħhom hija ta’ anqas minn 80 km fis-siegħa;

(f) tajers li d-dijametru nominali tar-rimm tagħhom ma jkunx aktar minn 254 mm jew ikun 635 mm jew aktar;

(g) tajers mgħammra b’mezzi addizzjonali sabiex itejbu l-proprjetajiet tal-ġbid, bħal tajers bl-iskontri;

(h) tajers iddisinjati biss biex jiġu armati fuq vetturi intenzjonati esklużivament għat-tlielaq.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-għan ta’ dan ir-Regolament:

1. “tajers C1, C2 u C3” tfisser klassijiet ta’ tajers iddefiniti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009;

2. “spare tyre tip T għal użu temporarju” jfisser spare tyre għal użu temporarju ddisinjat għall-użu bi pressjoni tal-infiħ ogħla minn dik stabbilta għal tajers standard u rinforzati;

3. “punt tal-bejgħ” tfisser post fejn it-tajers huma murija jew maħżuna u offruti għall-bejgħ lil utenti finali, inkluż showrooms tal-karozzi fir-rigward ta’ tajers li mhumiex armati fuq il-vetturi u li huma offruti għall-bejgħ lil utenti finali;

4. “materjal promozzjonali tekniku” tfisser manwali tekniċi, brochures, fuljetti u katalgi (sew jekk stampati jew f’forma elettronika jew onlajn), kif ukoll siti elettroniċi, li għandhom l-għan li jinnegozjaw il-bejgħ tat-tajers ma’ utenti finali jew distributuri, u li jiddeskrivu l-parametri tekniċi speċifiċi ta’ tajer.

5. “dokumentazzjoni teknika” tfisser informazzjoni dwar it-tajers, inkluż il-manifattur u l-marka tat-tajer; deskrizzjoni tat-tip tat-tajer jew il-grupp tat-tajers iddeterminat għad-dikjarazzjoni tal-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab u l-valur imkejjel u l-klassi tal-istorbju estern tat-tidwir; rapport tat-testijiet u preċiżjoni tat-testijiet.

6. “manifattur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott, jew li għandha prodott iddisinjat jew immanifatturat u li tikkumerċjalizza dak il-prodott taħt isimha jew it-trejdmark tagħha;

7. “importatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità li tagħmel prodott minn pajjiż terz disponibbli fis-suq Komunitarju;

8. “rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand manifattur sabiex taġixxi f’ismu b’relazzjoni għal kompiti speċifiċi fir-rigward tal-obbligi ta’ dan tal-aħħar skont dan ir-Regolament.

9. “fornitur” tfisser il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fil-Komunità jew l-importatur;

10. “distributur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-forniment, barra mill-manifattur jew l-importatur, li tagħmel tajer disponibbli fis-suq;

11. “disponibbiltà fis-suq” tfisser kwalunkwe forniment ta’ prodott għad-distribuzzjoni jew l-użu fis-suq Komunitarju waqt attività kummerċjali, sew jekk bi ħlas sew mingħajr ħlas;

12. “utent finali” tfisser konsumatur, kif ukoll maniġer ta’ flotta jew impriża tat-trasport bit-triq, li jixtri jew li huwa mistenni li jixtri tajer;

13. “parametru essenzjali” tfisser parametru ta’ tajer bħar-reżistenza għat-tidwir, il-qabda fuq l-imxarrab jew l-istorbju estern tat-tidwir li jkollu impatt sinifikanti fuq l-ambjent, is-sikurezza fit-triq jew is-saħħa waqt l-użu.

Artikolu 4

Responsabbiltajiet tal-fornituri tat-tajers

1.  Il-fornituri għandhom jiżguraw li tajers C1 u C2, li jkunu fornuti lid-distributuri jew utenti finali, ikunu

(a) mgħammra bi stiker fuq it-tajer li turi tikketta li tindika l-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil kif stipulat fl-Anness I, Parti A, il-klassi u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir u kif stipulat fl-Anness I, Parti C, u fejn applikabbli, il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab kif stipulat fl-Anness I, Parti B.

jew

(b) għal kull lott ta’ tajer identiku wieħed jew aktar fornuti, mgħammra b’ tikketta f’format stampat li tindika l-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil kif stipulat fl-Anness I, Parti A, il-klassi u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir kif stipulat fl-Anness I, Parti C, u fejn applikabbli, il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab kif stipulat fl-Anness I, Parti B.

2.  Il-format tal-istiker u t-tikketta msemmijin fil-paragrafu 1 għandu jkun kif preskritt fl-Anness II.

3.  Il-fornituri għandhom jiddikjaraw il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, il-klassi u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir u, fejn applikabbli, il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab għat-tajers C1, C2 u C3 fuq il-materjal promozzjonali tekniku, kif stipulat fl-Anness I fl-ordni speċifikat fl-Anness III.

4.  Il-fornituri għandhom jagħmlu disponibbli dokumentazzjoni teknika għall-awtoritajiet tal-Istati Membri meta dawn jitolbuha, għal perijodu li jintemm ħames snin wara li l-aħħar tajer ta’ tip ta’ tajer partikolari tpoġġa disponibbli fis-suq. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tkun dettaljata biżżejjed sabiex tippermetti lill-awtoritajiet jivverifikaw il-preċiżjoni tal-informazzjoni pprovduta fuq it-tikketta fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, il-qabda fuq l-imxarrab u l-istorbju estern tat-tidwir.

Artikolu 5

Responsabbiltajiet tad-distributuri tat-tajers

1.  Id-distributuri għandhom jiżguraw li

(a) fil-punt tal-bejgħ it-tajers ikollhom l-istiker ipprovdut mill-fornituri skont l-Artikolu 4(1)(a) f’pożizzjoni ċarament viżibbli

jew

(b) qabel il-bejgħ tat-tajer, it-tikketta msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) hija murija lill-utent finali u li tkun tidher b’mod ċar fil-prossimità immedjata tat-tajer fil-punt tal-bejgħ.

2.  Meta t-tajers offruti għall-bejgħ ma jkunux viżibbli għall-utent finali, id-distributuri għandhom jipprovdu lill-utent finali b’informazzjoni dwar il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab u l-klassi u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir ta’ dawk it-tajers.

3.  Għat-tajers C1, C2 u C3, id-distributuri għandhom jiddikjaraw, il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, il-valur imkejjel tal-istorbju estern u fejn applikabbli, il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab, kif stipulat fl-Anness I fuq jew mal-kont mogħti lill-utent finali meta jixtri t-tajers.

Artikolu 6

Responsabbiltajiet tal-fornituri tal-vetturi u d-distributuri tal-vetturi

Meta l-utenti finali jkunu offruti għażla fil-punt tal-bejgħ bejn tajers differenti biex jiġu armati fuq vettura ġdida li jkollhom l-intenzjoni li jixtru, il-fornituri u d-distributuri tal-vetturi għandhom, qabel il-bejgħ, jipprovdulhom informazzjoni, għal kull tajer offrut fl-għażla, dwar il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, il-klassi u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir, u, fejn applikabbli, il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab fil-każ tat-tajers C1, C2 u C3, kif stipulat fl-Anness I fl-ordni speċifikat fl-Anness III. Dik l-informazzjoni għandha tiġi inkluża tal-anqas fil-materjal promozzjonali tekniku.

Artikolu 7

Metodi armonizzati ta’ ttestjar

L-informazzjoni pprovduta fl-Artikoli 4, 5, u 6 dwar il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, il-klassi u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir, il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajers għandha tinkiseb billi jiġu applikati l-metodi armonizzati ta’ ttestjar imsemmija fl-Anness I.

Artikolu 8

Proċedura ta’ verifika

L-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-konformità tal-klassijiet iddikjarati tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u l-klassijiet tal-qabda fuq l-imxarrab fit-tifsira tal-Anness I, il-Partijiet A u B, u l-klassi u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir kif iddikjarat fit-tifsira tal-Anness I, Parti C, f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Anness IV.

Artikolu 9

Suq intern

1.  Fejn ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jiġu osservati, l-Istati Membri la għandhom jipprojbixxu u lanqas jirrestrinġu t-tqegħid fis-suq tat-tajers imsemmija fl-Artikolu 2 fuq il-bażi ta’ informazzjoni dwar il-prodott.

2.  Dment li ma jkollhomx evidenza li turi kontra, l-Istati Membri għandhom iqisu t-tikketti u l-infromazzjoni dwar il-prodott bħala konformi ma’ dan ir-Regolament. Jistgħu jeħtieġu li l-fornituri jipprovdu dokumentazzjoni teknika, f’konformità mal-Artikolu 4(4), sabiex tiġi vvalutata l-preċiżjoni tal-valuri u l-klassijiet iddikjarati.

Artikolu 10

Inċentivi

L-Istati Membri m’għandhomx jagħtu inċentivi fir-rigward tat-tajers ta’ taħt il-livell ta’ klassi C la fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u lanqas tal-qabda fuq l-imxarrab fit-tifsira tal-Anness I, Partijiet A u B rispettivament. It-tassazzjoni u l-miżuri fiskali ma jikkostitwixxux inċentivi għall-għan ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 11

Emendi u adattamenti għall-progress tekniku

Il-miżuri li ġejjin imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2):

(a) l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti ta’ informazzjoni fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajers C2 u C3, dment li jkunu disponibbli metodi ta’ ttestjar armonizzati adatti;

(b) l-adattament, fejn rilevanti, tal-klassifikazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ tajers iddisinjati primarjament biex f’kundizzjonijiet ta’ silġ u/jew ta’ borra, jagħtu prestazzjoni aqwa minn dik ta’ tajer normali fir-rigward tal-abbiltà tagħhom li jibdew, imantnu, jew iwaqqfu l-moviment tal-vettura;

(c) l-addattament tal-Annessi I sa IV għall-progress tekniku.

Artikolu 12

Infurzar

F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tas-suq jivverifikaw il-konformità mal-Artikoli 4, 5 u 6 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 13

Proċedura ta’ kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 14

Reviżjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa li tirrevedi dan ir-Regolament, billi tqis, fost l- oħrajn:

(a) l-effettività tat-tikketta f’termini ta’ sensibilizzazzjoni mill-utent finali, b’mod partikolari jekk id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(1)(b) kinux effettivi daqs dawk tal-Artikolu 4(1)(a) fil-kontribut għall-objettivi ta’ dan ir-Regolament;

(b) jekk l-iskema tat-tikkettar għandhiex tiġi estiża biex tinkludi t-tajers ittredjati mill-ġdid;

(c) jekk għandhomx jiġu introdotti parametri ġodda għat-tajers, bħall-għadd tal-kilometri;

(d) l-informazzjoni dwar il-parametri tat-tajers ipprovduta mill-fornituri u d-distributuri tal-vetturi lill-utenti finali.

2.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-riżultat ta’ din il-valutazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu 2016, u, jekk ikun il-każ, tippreżenta proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 15

Dispożizzjoni transizzjonali

L-Artikoli 4 u 5 ma għandhomx japplikaw għal tajers prodotti qabel l-1 ta’ Lulju 2012.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

KLASSIFIKAR TAL-PARAMETRI TAT-TAJERS

Parti A: Klassijiet ta’ effiċjenza fl-użu tal-fjuwil

▼M2

Il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-koefiċċjent tar-reżistenza għad-dawrien (RRC) skont l-iskala A sa G speċifikata aktar ‘l isfel u mkejla skont l-Anness 6 għar-Regolament Nru 117 tal-UNECE u l-emendi sussegwenti tiegħu, u tiġi allinjata skont il-proċedura stipulata fl-Anness IVa.

▼B

Jekk tip ta’ tajer jiġi approvat għal aktar minn klassi ta’ tajer waħda (pereżempju C1 u C2), l-iskala tal-klassifika użata biex tiġi ddeterminata l-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil ta’ dan it-tip ta’ tajer għandha tkun applikabbli għall-ogħla klassi ta’ tajer (pereżempju C2, mhux C1).



Tajers C1

Tajers C2

Tajers C3

RRC f’kg/t

Il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

RRC f’kg/t

Il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

RRC f’kg/t

Il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

RRC ≤ 6,5

A

RRC ≤ 5,5

A

RRC ≤ 4,0

A

6.6 ≤ RRC ≤ 7,7

B

5,6 ≤ RRC ≤ 6,7

B

4,1 ≤ RRC ≤ 5,0

B

7.8 ≤ RRC ≤ 9,0

C

6,8 ≤ RRC ≤ 8,0

C

5,1 ≤ RRC ≤ 6,0

C

Vojt

D

Vojt

D

6,1 ≤ RRC ≤ 7,0

D

9,1 ≤ RRC ≤ 10,5

E

8,1 ≤ RRC ≤ 9,2

E

7,1 ≤ RRC ≤ 8,0

E

10,6 ≤ RRC ≤ 12,0

F

9,3 ≤ RRC ≤ 10,5

F

RRC ≥ 8,1

F

RRC ≥ 12,1

G

RRC ≥ 10,6

G

Vojt

G

Parti B: Klassijiet tal-Qabda fuq l-Imxarrab

▼M2

1. Il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajers C1 għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G) skont l-iskala A sa G speċifikata fit-tabella aktar ‘l isfel, ikkalkulata skont il-punt 3 u mkejla skont l-Anness V.

2. Il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajers C2 u C3 għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G) skont l-iskala A sa G speċifikata fit-tabella aktar ’l isfel, ikkalkulata skont il-punt 3 u mkejla skont l-ISO 15222:2011, fejn għandhom jintużaw dawn it-Tajers għat-Test ta’ Referenza Standard (SRTT):

(i) għal tajers C2, l-SRTT 225/75 R 16 C, ASTM F 2872-11;

(ii) għal tajers C3 b’Wisa’ Nominali tas-Sezzjoni idjaq minn 285 mm, l-SRTT 245/70R19.5, ASTM F 2871-11;

(iii) għal tajers C3 b’Wisa’ Nominali tas-Sezzjoni usa’ minn 285 mm, l-SRTT 315/70R22.5, ASTM F 2870-11.

3. Il-kalkolu tal-qabda fuq l-imxarrab (G)

G = G(T) – 0,03

fejn: G(T) = l-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat kif imkejjel f’ċiklu ta’ prova wieħed.



Tajers C1

Tajers C2

Tajers C3

G

Klassi tal-Qabda fuq l-Imxarrab

G

Klassi tal-Qabda fuq l-Imxarrab

G

Klassi tal-Qabda fuq l-Imxarrab

1,55 ≤ G

A

1,40 ≤ G

A

1,25 ≤ G

A

1,40 ≤ G ≤ 1,54

B

1,25 ≤ G ≤ 1,39

B

1,10 ≤ G ≤ 1,24

B

1,25 ≤ G ≤ 1,39

C

1,10 ≤ G ≤ 1,24

C

0,95 ≤ G ≤ 1,09

C

Vojt

D

Vojt

D

0,80 ≤ G ≤ 0,94

D

1,10 ≤ G ≤ 1,24

E

0,95 ≤ G ≤ 1,09

E

0,65 ≤ G ≤ 0,79

E

G ≤ 1,09

F

G ≤ 0,94

F

G ≤ 0,64

F

Vojt

G

Vojt

G

Vojt

G

▼B

Parti C: Il-klassijiet u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir.

Il-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir (N) għandu jiġi ddikjarat f’decibels u mkejjel skont ir-Regolament Nru 117 tal-UNECE u l-emendi sussegwenti tiegħu.

Il-klassi tal-istorbju estern tat-tidwir għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-valuri tal-limitu (LV) stipulati fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 kif ġej.



N f’dB

Storbju estern tat-tidwir

NLV – 3

image

LV-3 < NLV

image

N > LV

image




ANNESS II

IL-FORMAT TAT-TIKKETTA

1.   Disinn tat-tikketta

1.1.

It-tikketta msemmija fl-Artikoli 4(1) u 5(1), trid tkun skont l-illustrazzjoni hawn taħt:

image

1.2.

Dan li ġej jiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet għat-tikketta:

image

1.3.

It-tikketta trid tkun mill-inqas 75 mm wiesgħa u 110 mm twila. Meta t-tikketta tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat mal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija hawn fuq.

1.4.

It-tikketta għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) Il-kuluri huma CMYK - cyan, maġenta, isfar u iswed – u jingħataw skont dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed;

(b) In-numri mniżżla isfel jirreferu għall-ispjegi indikati fil-punt 1.2:

image   Effiċjenza tal-użu tal-fjuwil

Pittogramma kif fornuta: wisa’: 19.5 mm, għoli: 18.5 mm – Kwadru għall-pittogramm; linja: 3.5 pt, wisa’: 26 mm, għoli: 23 mm – Kwadru għall-klassifikazzjoni: linja: 1 pt – Tmiem il-kwadru: linja: 3.5 pt, wisa’: 36 mm – Kulur: X-10-00-05;

image   Qabda fuq l-Imxarrab

Pittogramma kif fornuta: wisa’: 19 mm, għoli: 19 mm – Kwadru għall-pittogramma: linja: 3.5 pt, wisa’: 26 mm, għoli: 23 mm – Kwadru għall-klassifikazzjoni: linja: 1 pt – Tmiem il-kwadru: linja: 3.5 pt, wisa’: 26 mm – Kulur: X-10-00-05;

image   Storbju estern tat-tidwir

Pittogramma kif fornuta: wisa’: 14 mm, għoli: 15 mm – Kwadru għall-pittogramma: linja: 3.5 pt, wisa’: 26 mm, għoli: 24 mm – Kwadru għall-valur: linja: 1 pt – Tmiem il-kwadru: linja: 3.5 pt, għoli: 24 mm – Kulur: X-10-00-05;

image   Il-linja tal-bordura tat-tikketta: linja: 1.5 pt – Kulur: X-10-00-05;

image   Skala A-G

Vleġeġ: għoli: 4.75 mm, spazju bejn vleġġa u oħra: 0.75 mm, linja sewda: 0.5 pt – kuluri:

 A: X-00-X-00;

 B: 70-00-X-00;

 C: 30-00-X-00;

 D: 00-00-X-00;

 E: 00-30-X-00;

 F: 00-70-X-00;

 G: 00-X-X-00.

Kitba: Helvetica Bold 12 pt, 100 % abjad, bordura sewda: 0.5 pt;

image   Gradazzjoni

Vleġġa: wisa’: 16 mm, għoli: 10 mm, 100 % iswed;

Kitba: Helvetica Bold 27pt, 100 % abjad;

image   Linji fil-klassifikazzjoni: linja: 0.5 pt, interval bis-snug: 5.5 mm, 100 % iswed;

image   Kitba tal-klassifikazzjoni: Helvetica Bold 11 pt, 100 % iswed;

image   Il-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir

Vleġġa: wisa’: 25.25 mm, għoli: 10 mm, 100 % iswed;

Kitba: Helvetica Bold 20 pt, 100 % abjad;

Kitba tal-unità: Helvetica Bold pt, 100 % abjad;

image   Logo tal-UE: wisa’: 9 mm, għoli: 6 mm;

image   Referenza tar-Regolament: Helvetica Regular 7.5 pt, 100 % iswed;

Referenza tal-klassi tat-tajer: Helvetica Bold 7.5 pt, 100 % iswed;

image   Klassi tal-istorbju estern tat-tidwir fornut fil-Parti C tal-Anness I: wisa’: 8,25 mm, għoli: 15,5 mm, -100 % iswed;

(c) L-isfond irid ikun abjad.

1.5.

Il-klassi tat-tajer (C1 jew C2) għandha tiġi indikata fuq it-tikketta fil-formatt preskritt fl-illustrazzjoni li tidher fil-punt 1.2.

2.   Stiker

2.1.

L-istiker imsemmija fl-Artikoli 4(1) u 5(1) tikkonsisti minn żewġ partijiet: (i) tikketta stampata fil-format deskritt fil-punt 1 ta’ dan l-Anness u (ii) l-ispazju tal-marka stampat f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet deskritti fil-punt 2(2) ta’ dan l-Anness.

2.2.

Post għall-marka: Il-fornituri għandhom iżidu isimhom jew it-trade mark tagħhom, il-linja tat-tajer, il-qies tat-tajer, l-indiċi tat-tagħbija, il-klassifikazzjoni tal-veloċità u speċifikazzjonijiet tekniċi fuq l-istiker ma’ tul it-tikketta fi kwalunkwe kulur, format u disinn, dment li dan ma jfixkilx jew iħawwad il-messaġġ fuq it-tikketta definit fil-punt 1 ta’ dan l-Anness. Il-wiċċ totali tal-istiker m’għandux jaqbeż l-250 cm2 u d-daqs totali tal-istiker m’għandux jaqbeż il-220 mm.




ANNESS III

L-informazzjoni pprovduta fil-materjal promozzjonali tekniku

1.

L-informazzjoni dwar it-tajers għandha tiġi pprovduta fl-ordni speċifikat kif ġej:

(i) il-klassi tal-effiċjenza tal-uzu tal-fjuwil (ittra A sa G);

(ii) il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab (ittra A sa G);

(iii) il-valur imkejjel u l-klassi tal-istorbju estern tat-tidwir (dB).

2.

L-informazzjoni pprovduta fil-punt 1 għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i) tinqara faċilment;

(ii) tinftiehem faċilment;

(iii) jekk ikun disponibbli klassifikar differenti għal tajer partikolari u skont il-qisien jew parametri oħra, għandha tġi ddikjarata l-medda bejn it-tajer bl-agħar prestazzjoni u t-tajer bl-aħjar prestazzjoni.

3.

Il-fornituri għandhom ukoll ipoġġu disponibbli fuq is-siti elettroniċi tagħhom dan li ġej:

(i) link għall-paġna web rilevanti tal-Kummissjoni ddedikata għal dan ir-Regolament;

(i) spjegazzjoni tal-pittogrammi stampati fuq it-tikketta;

(ii) stqarrija li tenfasizza l-fatt li l-iffrankar attwali tal-fjuwil u s-sikurezza fit-toroq jiddependu bil-kbir mill-imġiba tas-sewwieqa, partikolarment dan li ġej:

 l-ekosewqan jista’ jnaqqas il-konsum tal-fjuwil b’mod sinifikanti;

 il-pressjoni tat-tajers trid tiġi ċċekkjata regolarment għall-aħjar qabda fuq l-imxarrab u għall-aħjar effiċjenza tal-uzu tal-fjuwil;

 id-distanzi tal-waqfien għandhom jiġu osservati b’mod strett.

▼M2




ANNESS IV

Proċedura ta’ verifika

Il-konformità tal-klassijiet iddikjarati tal-effiċjenza tal-uzu tal-fjuwil u tal-qabda fuq l-imxarrab, kif ukoll il-valur iddikjarat u l-klassi tal-istorbju estern tat-tidwir għandha tiġi vvalutata għal kull tip ta’ tajer jew għal kull grupp ta’ tajers kif iddeterminat mill-fornitur, skont waħda mill-proċeduri li ġejjin:

(a) 

(i) l-ewwel, jiġi ttestjat tajer wieħed jew set ta’ tajers wieħed. Jekk il-valuri mkejla jissodisfaw il-klassijiet iddikjarati jew il-valur iddikjarat tal-istorbju tad-dawrien, fil-limiti ta’ tolleranza ddefiniti fit-Tabella 1, it-tajer jista’ jitqies li jkun għadda mit-test; u

(ii) jekk il-valuri mkejla ma jissodisfawx il-klassijiet iddikjarati jew il-valur iddikjarat tal-istorbju tad-dawrien, fil-firxa tal-valuri definita fit-Tabella 1, għandhom jiġu ttestjati tliet tajers oħra jew tliet settijiet ta’ tajers. Il-valur medju tal-kejl tat-tliet tajers jew settijiet ta’ tajers għandu jintuża sabiex tiġi vvalutata l-konformità mal-informazzjoni ddikjarata fil-firxa ta’ valuri ddefinita fit-Tabella 1; jew

(b) meta l-klassijiet jew il-valuri tat-tikketti jkunu ġejjin mir-riżultati tat-testijiet tal-approvazzjonijiet tat-tipi f’konformità mad-Direttiva 2001/43/KE, ir-Regolament (KE) Nru 661/2009, jew ir-Regolament Nru 117 tal-UNECE u l-emendi sussegwenti tiegħu, l-Istati Membri jistgħu jużaw dejta tal-kejl li tkun ġejja minn testijiet għall-konformità tal-produzzjoni tat-tajers.

Il-valutazzjoni tad-dejta tal-kejl li tkun ġejja mit-testijiet għall-konformità tal-produzzjoni tat-tajers għandha tqis it-tolleranzi ddefiniti fit-Tabella 1.



Tabella 1

Parametru mkejjel

Tolleranzi tal-verifika

Koefiċċjent tar-reżistenza għad-dawrien (effiċjenza fl-użu tal-fjuwil)

Il-valur medju allinjat ma għandux ikun ogħla mil-limitu ta’ fuq (l-ogħla RRC) tal-klassi ddikjarata b’aktar minn 0,3 kg/1 000 kg.

Storbju estern tad-dawrien

Il-valur imkejjel ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat ta’ N b’aktar minn 1 dB(A).

Qabda fuq l-Imxarrab

Il-valur imkejjel ma għandux ikun taħt il-limitu minimu (l-iżgħar valur ta’ G) tal-klassi ddikjarata.

▼M2




ANNESS IVa

Proċedura ta’ allinjament f’laboratorji għall-kejl tar-reżistenza għad-dawrien

1.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-fini tal-proċedura ta’ allinjament f’laboratorji, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

(1) “Laboratorju ta’ Referenza” tfisser laboratorju li jagħmel parti min-netwerk ta’ laboratorji msemmija għall-fini tal-proċedura ta’ allinjament f’pubblikazzjoni ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u li kapaċi jikseb ir-riżultati tat-testijiet bil-preċiżjoni indikata fit-taqsima 3;

(2) “Laboratorju kandidat” tfisser laboratorju li jipparteċipa fil-proċedura ta’ allinjament u li ma jkunx laboratorju ta’ referenza;

(3) “Tajer tal-allinjament” tfisser tajer li jiġi ttestjat biex issir il-proċedura ta’ allinjament;

(4) “Sett ta’ tajers tal-allinjament” tfisser sett ta’ ħames tajers tal-allinjament jew aktar.

(5) “Valur assenjat” tfisser valur teoretiku ta’ tajer tal-allinjament wieħed kif imkejjel minn laboratorju teoretiku li jirrappreżenta n-netwerk ta’ laboratorji ta’ referenza li jintuża għall-proċedura ta’ allinjament.

2.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

2.1.    Il-prinċipju

Il-Koefiċċjent tar-Reżistenza għad-Dawrien imkejjel (RRCm ) f’laboratorju ta’ referenza (l) għandu jiġi allinjat mal-valuri assenjati tan-netwerk ta’ laboratorji ta’ referenza.

L-RRCm f’laboratorju kandidat (c) għandu jiġi allinjat minn laboratorju ta’ referenza tan-netwerk magħżul mil-laboratorju kandidat.

2.2.    Rekwiżiti għall-għażla tat-tajers

Għall-proċedura ta’ allinjament skont il-kriterji indikati hawn taħt, għandu jintgħażel sett ta’ ħames tajers tal-allinjament jew aktar. Għandu jintgħażel sett wieħed għal tajers C1 u C2 flimkien, u sett wieħed għal tajers C3.

(a) Is-sett ta’ tajers tal-allinjament għandu jintgħażel b’mod li jkopri l-firxa ta’ RRCs differenti tat-tajers C1 u C2 flimkien, jew tat-tajers C3. Fi kwalunkwe każ, id-differenza bejn l-ogħla RRCm tas-sett ta’ tajers, u l-aktar valur baxx ta’ RRCm tas-sett ta’ tajers għandha tkun mill-inqas

(i) 3 kg/t għal tajers C1 u C2, u

(ii) 2 kg/t għal tajers C3

(b) L-RRCm fil-laboratorji kandidati jew ta’ referenza (c jew l) abbażi tal-valuri ta’ RRC iddikjarati ta’ kull tajer tal-allinjament tas-sett għandha tkun mifruxa kif ġej u mqassma b’mod uniformi:

(i) 1,0 +/– 0,5 kg/t għal tajers C1 u C2, u

(ii) 1,0 +/– 0,5 kg/t għal tajers C3.

(ċ) Il-wisa’ tas-sezzjoni tat-tajer magħżul għal kull tajer tal-allinjament għandha tkun:

(i) ≤ 245 mm għall-magni li jkejlu tajers C1 u C2, u

(ii) ≤ 385 mm għall-magni li jkejlu tajers C3.

(d) Id-dijametru ta’ barra tat-tajer magħżul għal kull tajer tal-allinjament għandu jkun:

(i) bejn 510 u 800 mm għall-magni li jkejlu tajers C1 u C2, u

(ii) bejn 771 u 1 143 mm għall-magni li jkejlu tajers C3.

(e) Il-valuri tal-indiċi tat-tagħbija għandhom ikopru b’mod adegwat il-firxa għat-tajers li għandhom jiġu ttestjati, biex ikun żgurat li l-valuri tal-Forza tar-Reżistenza għad-Dawrien (RRF) ikopru wkoll il-firxa għat-tajers li għandhom jiġu ttestjati.

Kull tajer ta’ allinjament għandu jkun ikkontrollat qabel ma jintuża u għandu jiġi sostitwit meta:

(a) juri kundizzjoni li tagħmlu mhux adattat għal aktar testijiet, u/jew

(b) ikun hemm devjazzjonijiet fl-RRCm ta’ aktar minn 1,5 % meta mqabbel ma’ kejl preċedenti wara l-korrezzjoni għal kwalunkwe drift tal-magna.

2.3.    Metodu tal-kejl

Il-laboratorju ta’ referenza għandu jkejjel kull tajer tal-allinjament erba’ darbiet u jżomm l-aħħar tliet riżultati għal aktar analiżi, skont il-paragrafu 4 tal-Anness 6 għar-Regolament Nru 117 tal-UNECE u l-emendi sussegwenti tiegħu u japplika l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3 tal-Anness 6 għar-Regolament Nru 117 tal-UNECE u l-emendi sussegwenti tiegħu.

Il-laboratorju kandidat għandu jkejjel kull tajer tal-allinjament (n + 1) darbiet, fejn il-valur ta’ n jiġi speċifikat fit-taqsima 5 u jżomm l-aħħar n riżultati għal aktar analiżi, skont il-paragrafu 4 tal-Anness 6 għar-Regolament Nru 117 tal-UNECE u l-emendi sussegwenti tiegħu u japplika l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3 tal-Anness 6 għar-Regolament Nru 117 tal-UNECE u l-emendi sussegwenti tiegħu.

Kull darba li jitkejjel tajer tal-allinjament, l-assemblaġġ tat-tajer/tar-rota għandu jitneħħa mill-magna u l-proċedura kollha tat-test, speċifikata fil-paragrafu 4 tal-Anness 6 għar-Regolament Nru 117 tal-UNECE u l-emendi sussegwenti tiegħu, għandha terġa’ tiġi segwita mill-bidu.

Il-laboratorju kandidat jew ta’ referenza għandu jikkalkula:

(a) il-valur imkejjel ta’ kull tajer tal-allinjament kif speċifikat fil-paragrafi 6.2 u 6.3 tal-Anness 6 għar-Regolament Nru 117 tal-UNECE u l-emendi sussegwenti tiegħu (jiġifieri, jiġi kkoreġut għal temperatura ta’ 25 °C u dijametru tad-drum ta’ 2 m),

(b) il-valur medju tal-aħħar tliet valuri (fil-każ tal-laboratorji ta’ referenza) jew tal-aħħar n valuri (fil-każ tal-laboratorji kandidati) mkejla għal kull tajer tal-allinjament, u

(c) id-devjazzjoni standard (σm), kif ġej:

image

image

fejn:

i

hija l-kuntatur minn 1 sa p għan-numru ta’ tajers tal-allinjament

j

hija l-kuntatur minn 2 sa n għan-numru ta’ ripetizzjonijiet ta’ kull kejl għal tajer tal-allinjament partikolari

n

hija n-numru ta’ ripetizzjonijiet ta’ kejl ta’ tajers (n ≥ 4)

p

hija n-numru ta’ tajers tal-allinjament (p ≥ 5)

2.4.    Formati tad-dejta li għandhom jintużaw għall-kalkoli u r-riżultati

 Il-valuri ta’ RRC imkejla kkoreġuti għad-dijametru tad-drum u t-temperatura għandhom jiġu aġġustati sa 2 ċifri wara l-punt deċimali.

 Wara, il-kalkoli kollha għandhom isiru biċ-ċifri sħaħ: ma jsirux aktar aġġustamenti għajr fl-ekwazzjonijiet finali tal-allinjament.

 Il-valuri kollha tad-devjazzjoni standard għandhom jiġu indikati sa 3 ċifri wara l-punt deċimali.

 Il-valuri kollha ta’ RRC għandhom jiġu indikati sa 2 ċifri wara l-punt deċimali.

 Il-koeffiċjenti kollha tal-allinjament (A1 l, B1 l, A2c u B2c) għandhom jiġu aġġustati u indikati sa 4 ċifri wara l-punt deċimali.

3.   REKWIŻITI APPLIKABBLI GĦAL-LABORATORJI TA’ REFERENZA U BIEX IKUNU DDETERMINATI L-VALURI ASSENJATI

Il-valuri assenjati għal kull tajer tal-allinjament għandhom jiġu ddeterminati minn netwerk ta’ laboratorji ta’ referenza. Wara sentejn, in-netwerk għandu jivvaluta l-istabbiltà u validità tal-valuri assenjati.

Kull laboratorju ta’ referenza li jipparteċipa fin-netwerk għandu jżomm il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness 6 għar-Regolament Nru 117 tal-UNECE u l-emendi sussegwenti tiegħu, b’devjazzjoni standard (σm) kif ġej:

(i) mhux akbar minn 0,05 kg/t għat-tajers tal-klassijiet C1 u C2, u

(ii) mhux akbar minn 0,05 kg/t għat-tajers tal-klassi C3.

Is-settijiet ta’ tajers tal-allinjament, b’konformità mal-ispeċifikazzjoni tat-taqsima 2.2, għandhom jiġu mkejla skont it-taqsima 2.3 minn kull laboratorju ta’ referenza tan-netwerk.

Il-valur assenjat ta’ kull tajer tal-allinjament huwa l-medja tal-valuri mkejla u mogħtija mil-laboratorji ta’ referenza tan-netwerk għal dak it-tajer ta’ allinjament.

4.   PROĊEDURA GĦALL-ALLINJAMENT TA’ LABORATORJU TA’ REFERENZA GĦALL-VALURI ASSENJATI

Kull laboratorju ta’ referenza (l) għandu jallinja ruħu mal-valuri assenjati għas-sett ta’ tajers tal-allinjament billi juża teknika ta’ rigressjoni lineari, A1 l u B1 l, ikkalkulati kif ġej:

RRC = A1 l * RRC m,l + B1 l

fejn:

RRC

hija l-valur assenjat tal-koeffiċjent tar-reżistenza għad-dawrien;

RRCm

hija l-valur imkejjel tal-koeffiċjent tar-reżistenza għad-dawrien mil-laboratorju ta’ referenza “l” (inklużi l-korrezzjonijiet għat-temperatura u għad-dijametru tad-drum).

5.   REKWIŻITI APPLIKABBLI GĦAL-LABORATORJI KANDIDATI

Il-laboratorji kandidati għandhom jirrepetu l-proċedura ta’ allinjament mill-inqas darba kull sentejn u dejjem wara kwalunkwe bidla sinifikanti fil-magna jew kwalunkwe drift fid-dejta tal-monitoraġġ tat-tajer ta’ kontroll tal-magna.

Sett komuni ta’ ħames tajers differenti, b’konformità mal-ispeċifikazzjoni tat-taqsima 2.2, għandu jiġi mkejjel skont it-taqsima 2.3 mil-laboratorju kandidat u minn laboratorju ta’ referenza wieħed. Fuq talba tal-laboratorju kandidat, jistgħu jiġu ttestjati aktar minn ħames tajers tal-allinjament.

Il-laboratorju ta’ referenza għandu jirċievi s-sett ta’ tajers tal-allinjament mingħand il-laboratorju kandidat.

Il-laboratorju kandidat (c) għandu jżomm il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness 6 għar-Regolament Nru 117 tal-UNECE u l-emendi sussegwenti tiegħu, u preferibbilment, b’devjazzjonijiet standard (σm ) kif ġej:

(i) mhux akbar minn 0,075 kg/t għat-tajers C1 u C2, u

(ii) mhux akbar minn 0,06 kg/t għat-tajers C3.

F’każ li d-devjazzjonijiet standard (σm) tal-laboratorju kandidat ikunu akbar mill-valuri li jidhru hawn fuq bi tliet kejlijiet, in-numru ta’ ripetizzjonijiet tal-kejl għandhom jiżdiedu kif ġej:

n = (σm)2, aġġustat għall-eqreb u l-ogħla numru sħiħ

fejn:

γ

=

0,043 kg/t għat-tajers tal-Klassijiet C1 u C2

γ

=

0,035 kg/t għat-tajers tal-Klassi C3

6.   PROĊEDURA TA’ ALLINJAMENT TA’ LABORATORJU KANDIDAT

Laboratorju ta’ referenza (l) tan-netwerk għandu jikkalkula l-funzjoni ta’ rigressjoni lineari tal-laboratorju kandidat (c), A2c u B2c, kif ġej:

RRC m,l = A2c × RRCm,c + B2c

fejn:

RRCm,l

hija l-valur imkejjel tal-koeffiċjent tar-reżistenza għad-dawrien mil-laboratorju ta’ referenza (l) (inklużi l-korrezzjonijiet għat-temperatura u għad-dijametru tad-drum)

RRCm,c

hija l-valur imkejjel tal-koeffiċjent tar-reżistenza għad-dawrien mil-laboratorju kandidat (c) (inklużi l-korrezzjonijiet għat-temperatura u għad-dijametru tad-drum)

L-RRC allinjat tat-tajers ittestjati mil-laboratorju kandidat jiġi kkalkulat kif ġej:

RRC = (A1 l × A2c) × RRCm,c + (A1 l × B2c + B1 l )

▼M1




ANNESS V

Metodu tal-ittestjar għall-kejl tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G) tat-tajers C1

1.   STANDARDS OBBLIGATORJI

Japplikaw id-dokumenti elenkati li ġejjin.

(1) ASTM E 303-93 (Approvat mill-ġdid 2008), Metodu Standard tat-Test għal Kejl tal-Proprjetajiet Frizzjonali tas-Superfiċi bl-Użu tat-Tester tal-Pendlu Brittanniku (British Pendulum Tester);

(2) ASTM E 501-08, Speċifikazzjoni Standard għal Tajer Standard bir-Raded għal Testijiet tar-Reżistenza għaż-Żliq fuq Ċangar tat-Triq;

(3) ASTM E 965-96 (Approvat mill-ġdid 2006), Metodu Standard tat-Test għall-Kejl tal-Fond tal-Makrotessut taċ-Ċangar bl-Użu ta’ Teknika Volumetrika;

(4) ASTM E 1136-93 (Approvata mill-ġdid 2003), Speċifikazzjoni Standard għal Tajer Radjali Standard ta’ Referenza għat-Test (SRTT14″);

(5) ASTM E 2493-08, Speċifikazzjoni Standard għal Tajer Radjali Standard ta’ Referenza għat-Test (SRTT16″).

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet tal-ittestjar tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajers C1, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) “ġirja ta” prova’ tfisser li tajer mgħobbi jgħaddi darba fuq korsa partikolari għal-ittestjar;

(2) “tajer(s) tal-prova” tfisser tajer kandidat, tajer ta’ referenza jew tajer ta’ kontroll jew sett ta’ tajers użat f’ġirja ta’ prova;

(3) “tajer(s) kandidat(i) (T)” tfisser tajer jew sett ta’ tajers li huwa ttestjat sabiex jiġi kkalkulat l-indiċi tagħhom tal-qabda fuq l-imxarrab;

(4) “tajer(s) ta’ referenza (R)” tfisser tajer jew sett ta’ tajers li għandhom il-karatteristiċi indikati fl-ASTM F 2493-08 u msejjaħ Tajer Standard ta’ Referenza għat-Test 16-il pulzier (SRTT16″);

(5) “tajer(s) ta’ kontroll (C)” tfisser tajer intermedju jew sett ta’ tajers intermedji li jintużaw meta t-tajer kandidat u t-tajer ta’ referenza ma jistgħux jitqabblu direttament fuq l-istess vettura;

(6) “il-forza tal-ibbrejkjar ta” tajer’ tfisser il-forza lonġitudinali, espressa fi newton, li tkun ġejja mill-applikazzjoni tat-torque tal-ibbrejkjar tal-applikazzjoni;

(7) “il-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar ta’ tajer (BFC)” tfisser il-proporzjon tal-forza tal-ibbrejkjar għat-tagħbija vertikali;

(8) “koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar massima ta” tajer’ tfisser il-valur massimu tal-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar ta’ tajer li jseħħ qabel ma tissakkar ir-rota hekk kif jiżdied progressivament it-torque tal-ibbrejkjar;

(9) “sokor tar-rota” tfisser il-kundizzjoni ta’ rota li fiha l-veloċità tat-tidwir fuq l-assi tagħha huwa żero u tinżamm milli ddur fil-preżenza ta’ torque applikat tar-rota;

(10) “tagħbija vertikali” tfisser it-tagħbija espressa f’newtons imposta fuq it-tajer perpendikolarment għal wiċċ it-triq;

(11) “vettura għat-testijiet tat-tajers” tfisser vettura apposta għal għanijiet speċjali li jkollha strumenti għall-kejl tal-forzi vertikali u lonġitudinali fuq tajer wieħed tat-test waqt l-ibbrejkjar.

3.   KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI TAT-TEST

3.1    Karatteristiċi tal-korsa

Il-korsa għat-test għandu jkollha l-karatteristiċi li ġejjin:

(1) Il-wiċċ għandu jkollu ċangar dens tal-asfalt b’pendil ta’ mhux aktar minn 2 % u m’għandux jiddevja aktar minn 6 mm meta ttestjat b’xifer dritt ta’ 3 m.

(2) Il-wiċċ għandu jkollu ċangar ta’ età, għamla, u therrir uniformi. Il-wiċċ tat-test għandu jkun ħieles minn materjal li jinqala’ u depożiti ta’ materjal barrani.

(3) Id-daqs massimu taż-żrar għall kisi għandu jkun ta’ 10mm (tolleranzi permess bejn 8 mm u 13 mm).

(4) Il-profondità tat-tessut kif mkejla bil-metodu tal-fond tar-ramel għandu jkun ta’ 0,7 ± 0,3 mm. Għandu jitkejjel skont l-ASTM E 965-96 (approvat mill-ġdid fl-2006)

(5) Il-proprjetajiet frizzjonali mxarrba tal-wiċċ għandhom jitkejlu bil-metodu (a) jew (b) fit-taqsima 3.2.

3.2    Metodi għall-kejl tal-proprjetajiet frizzjonali mxarrba tal-wiċċ

(a)    Metodu tan-Numru tal-Pendlu Brittanniku British Pendulum Number (BPN)

Il-metodu tan-Numru tal-Pendlu Brittanniku għandu jkun kif definit fl-ASTM E 303-93 (Approvat mill-ġdid fl-2008)

Il-formulazzjoni u l-proprjetajiet fiżiċi tal-komponent tal-gomma tal-kuxxinett għandhom ikunu kif speċifikati fl-ASTM E 501-08.

Il-valur medju tan-Numru tal-Pendlu Brittanniku (BPN) għandu jkun bejn 42 u 60 BPN wara l-korrezzjoni tat-temperatura kif ġej.

Il-BPN għandu jiġi kkoreġġut mit-temperatura tal-wiċċ imxarrab tat-triq. Sakemm ma jkunx hemm rakkomandazzjonijiet dwar il-korrezzjoni tat-temperatura indikati mill-produttur tal-pendlu Brittanniku, tintuża l-formula li ġejja:

BPN = BPN (valur imkejjel) + korrezzjoni tat-temperatura

korrezzjoni tat-temperatura = – 0,0018 t 2 + 0,34 t – 6,1

fejn t hija t-temperatura ta’ wiċċ it-triq imxarrab tat-triq fi gradi Celsius.

Effetti tat-therrir tal-kuxxinett tal-islajder: Il-kuxxinett għandu jitneħħa minħabba t-therrir massimu meta t-therrir fuq il-parti li tagħmel kuntatt jilħaq 3.2 mm fuq il-pjan tal-islajder jew 1.6 mm vertikali għalih skont it-taqsima 5.2.2 u l-Grafika 3 tal-ASTM E 303-93 (Approvat mill-ġdid 2008).

Sabiex tiġi ċċekkjata l-konsistenza BPN tal-wiċċ tal-korsa għall-kejl tal-qabda fuq l-imxarrab ta’ karozza strumentata tal-passiġġieri: il-valuri BPN tal-korsa tal-ittestjar m’għandhomx ivarjaw tul id-distanza kollha tal-waqfien sabiex titnaqqas id-dispersjoni tar-riżultati tat-test. Il-proprjetajiet frizzjonali mxarrba tal-wiċċ għandhom jitkejlu ħames darbiet ma’ kull punt tal-kejl BPN kull 10 metri u l-koeffiċjent tal-varjazzjoni tal-BPN medju m’għandux jaqbeż l-10%.

(b)    Metodu ASTM E 1136 Tajer Standard ta’ Referenza għat-Test (SRTT14″)

B’deroga mill-punt (4) tat-taqsima 2, dan il-metodu juża t-tajer ta’ referenza li għandu l-karatteristiċi indikati fl- ASTM E 1136-93 (Approvat mill-ġdid 2003) u msemmi SRTT14″ ( 8 ).

Il-valur medju tal-koeffiċjent massimu tal-forza tal-ibbrejkjar (μpeak,ave ) tal-SRTT14″ għandu jkun ta’ 0,7 ± 0,1 b’65 km/h.

Il-valur medju tal-koeffiċjent massimu tal-forza tal-ibbrejkjar (μpeak,ave ) tal-SRTT14″ għandu jiġi kkoreġġut mit-temperatura tal-wiċċ imxarrab tat-triq kif ġej:

koeffiċjent massimu tal-forza tal-ibbrejkjar (μpeak,ave ) = koeffiċjent massimu tal-forza tal-ibbrejkjar (imkejjel) + korrezzjoni tat-temperatura

korrezzjoni tat-temperatura = 0,0035 × (t – 20)

fejn t hija t-temperatura tal-wiċċ imxarrab tat-triq fi gradi Celsius.

3.3    Kundizzjonijiet atmosferiċi

Il-kundizzjonijiet tar-riħ m’għandhomx jaffettwaw it-tixrib tal-wiċċ (huwa permess ilqugħ għar-riħ).

Sew it-temperatura tal-wiċċ imxarrba u t-temperatura ambjentali għandhom ikunu bejn 2°C u 20°C għat-tajers tal-borra u 5°C and 35°C għat-tajers normali.

It-temperatura tal-wiċċ imxarrab m’għandhiex tvarja waqt it-test b’iktar minn 10°C.

It-temperatura ambjentali trid tibqa’ qrib it-temperatura tal-wiċċ imxarrab; id-differenza bejn it-temperaturi ambjentali u tal-wiċċ imxarrab m’għandhiex tkun inqas minn 10°C.

4.   METODI TAL-ITTESTJAR TAL-QABDA FUQ L-IMXARRAB

Għall-kalkolu tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G) ta’ tajer kandidat, il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar bil-qabda fuq l-imxarrab ta’ tajer kandidat jitqabbel mal-prestazzjoni tal-ibbrejkjar bil-qabda fuq l-imxarrab ta’ tajer ta’ referenza għaddej dritt fuq wiċċ ippavimentat imxarrab. Jitkejjel b’wieħed minn dawn il-metodi:

 metodu tal-vettura li jikkonsisti minn sett ta’ tajers armati fuq karozza tal-passiġġieri strumentata

 metodu tal-ittestjar b’karru rmunkat minn vettura jew vettura għat-testijiet tat-tajers, mgħammra bit-tajer(s) tat-test.

4.1    Metodu tal-ittestjar b’karozza tal-passiġġieri strumentata

4.1.1    Il-prinċipju

Il-metodu tal-ittestjar ikopri proċedura għall-kejl tal-prestazzjoni tad-deċelerazzjoni ta’ tajers C1 waqt l-ibbrejkjar, bl-użu ta’ karozza tal-passiġġieri strumentata mgħammra b’Antilock Braking System (ABS), fejn “karozza tal-passiġġieri strumentata” tfisser karozza tal-passiġġieri armata bit-tagħmir tal-kejl imniżżel fit-taqsima 4.1.2.2 għall-għanijiet ta’ dan il-metodu ta’ ttestjar. Minn veloċità inizjali definita, il-brejkijiet jingħafsu biżżejjed fuq erba’ roti fl-istess ħin biex jiġi attivat l-ABS. Id-deċelerazzjoni medja tiġi kkalkulata bejn żewġ veloċitajiet predefiniti.

4.1.2    Tagħmir

4.1.2.1    Vettura

Modifiki permessi fuq il-karozza tal-passiġġieri huma kif ġej:

 dawk li jippermettu li jiżdied l-għadd ta’ daqsijiet tat-tajers li jistgħu jiġu armati;

 dawk li jippermettu l-attivazzjoni awtomatika tal-mezz tal-apparat tal-ibbrejkjar li għandu jiġi installat.

Mhi permessa l-ebda modifika oħra tas-sistema tal-ibbrejkjar.

4.1.2.2    It-tagħmir għall-kejl

Il-vettura għandha tiġi armata b’sensur xieraq għall-kejl tal-veloċità fuq wiċċ imxarrab u distanza koperta bejn żewġ veloċitajiet.

Sabiex titkejjel il-veloċità tal-vettura, għandha tintuża l-ħames rota jew sistema mingħajr kuntatt għal-kejl tal-veloċità.

4.1.3    L-ikkundizzjonar tal-korsa tal-prova u l-kundizzjoni tat-tixrib

Il-wiċċ tal-korsa tal-prova jrid jixxarrab mill-inqas nofs siegħa qabel l-ittestjar sabiex jiġu ekwalizzati t-temperatura tal-wiċċ u t-temperatura tal-ilma. It-tixrib estern għandu jiġi pprovdut kontinwament waqt l-ittestjar. Għaż-żona kollha tal-ittestjar, il-fond tal-ilma għandu jkun ta’ 1.0 ± 0.5 mm, imkejjel mix-xifer ta’ fuq tal-bankina.

Il-korsa tal-prova għandha mbagħad tiġi kkundizzjonata billi jsiru mill-inqas għaxar ġirjiet ta’ prova b’tajers mhux involuti fil-programm tat-testijiet b’90km/h.

4.1.4    Tajers u rimmijiet

4.1.4.1    Tħejjija u running-in tat-tajer

It-tajers tat-test għandhom jiġu ttrimmjati biex jitneħħa l-imbuzzar kollu fuq wiċċ it-tajer li jkun ikkawżat minn arja maqbuda waqt il-pressa tal-forma jew kumenti mal-ġonġituri tal-forma.

It-tajers tat-test għandhom jiġu mmuntati fuq ir-rimm tat-test iddikjarat mill-manifattur tat-tajer.

Permezz ta’ lubrikant xieraq, tinkiseb pożizzjoni kif suppost fejn ix-xifer ta’ ġewwa tat-tajer jaqbad max-xifer tar-rota. Għandu jiġi evitat l-użu eċċessiv tal-lubrikant sabiex it-tajer ma jkunx jista’ jiżloq minn fuq ir-rimm tar-rota.

It-tajers tat-test u r-rimmijiet immuntati flimkien għandhom jinħażnu f’post għal mill-inqas sagħtejn f’tali mod li kull wieħed minnhom ikollu l-istess temperatura ambjentali qabel l-ittestjar. Għandhom ikollhom ilqugħ mix-xemx sabiex jiġi evitat tisħin żejjed mir-radjazzjoni solari.

Għar-running-in tat-tajer, isiru żewġ ġirjiet bl-ibbrejkjar.

4.1.4.2    It-tagħbija tat-tajers

It-tagħbija statika fuq kull tajer tal-fus trid tkun ta’ bejn 60 % u 90 % tal-kapaċità tat-tagħbija tat-tajers ittestjata. It-tagħbijiet tat-tajers fuq l-istess fus m’għandhomx ivarjaw b’aktar minn 10 %.

4.1.4.3    Il-pressjoni tal-infiħ tat-tajers

Fuq il-fusien ta’ wara u ta’ quddiem, il-pressjonijiet tal-infiħ għandhom ikunu ta’ 220 kPa (għal tajers b’piż standard u extra). Il-pressjoni tat-tajer trid tiġi ċċekkjata eżatt qabel l-ittestjar f’temperatura ambjentali u tiġi mmodiifkata jekk meħtieġ.

4.1.5    Il-proċedura

4.1.5.1    Ġirja ta’ prova

Il-proċedura tat-test li ġejja tapplika għal kull ġirja ta’ prova:

(1) Il-karozza tal-passiġġier tinsaq f’linja dritta sa 85 ± 2 km/h.

(2) Ġaladarba l-karozza tal-passiġġieri tkun laħqet 85 ± 2 km/h, il-brejkijiet jiġu dejjem attivati fl-istess post fuq il-korsa tat-test, imsemmi “l-punt tal-bidu tal-ibbrejkjar”, b’tolleranza lonġitudinali ta’ 5 m u tolleranza trasversali ta’ 0,5 m.

(3) Il-brejks jiġu attivati awtomatikament jew inkella manwalment.

(i) L-attivazzjoni awtomatika tal-brejkijiet issir permezz ta’ sistema ta’ rilevament magħmula minn żewġ partijiet, waħda indiċjata mal-korsa tat-test u l-oħra fuq il-karozza tal-passiġġieri.

(ii) L-attivazzjoni manwali tal-brejkijiet tiddependi mit-tip ta’ trażmissjoni kif ġej. Fiż-żewġ każi, huma meħtieġ sforzi minimi fuq il-pedala ta’ 600 N.

Għat-trażmissjoni manwali, is-sewwieq għandu jħalli l-klaċċ u jagħfas il-brejk bil-qawwa, u jżommu magħfus kemm ikun hemm bżonn sabiex jittieħed il-kejl.

Għat-trażmissjoni manwali, is-sewwieq għandu jħalli l-klaċċ u jagħfas il-brejk bil-qawwa, u jżommu magħfus kemm ikun hemm bżonn sabiex jittieħed il-kejl.

(4) Id-deċelerazzjoni medja tiġi kkalkulata bejn 80 km/h u 20 km/h.

Jekk xi waħda mill-ispeċifikazzjonijiet elenkati fuq (inklużi t-tollerenza tal-veloċità, it-tolleranza lonġitudinali u trasversali għall-punt tal-bidu tal-ibbrejkjar, u l-ħin li jieħu l-ibbrejkjar) ma tintlaħaqx meta ssir ġirja ta’ prova, il-kejl jiġi injorat u ssir ġirja ta’ prova ġdida.

4.1.5.2    Ċiklu ta’ prova

Isir għadd ta’ ġirjiet ta’ prova sabiex jitkejjel l-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab ta’ sett ta’ tajers kandidati (T) skont il-proċedura li ġejja, fejn kull ġirja ta’ prova għandha ssir fl-istess direzzjoni u sa tliet settijiet differenti ta’ tajers kandidati jistgħu jitkejlu fi ħdan l-istess ċiklu ta’prova:

(1) L-ewwel, jiġi mmuntat is-sett ta’ tajers ta’ referenza fuq il-karozza strumentata tal-passiġġieri.

(2) Wara li jkunu saru mill-inqas tliet tikjiliet validi skont it-taqsima 4.1.5.1, is-sett ta’ tajers ta’ referenza jiġi ssostitwit minn sett ta’ tajers kandidati.

(3) Wara li jsiru sitt tikjiliet validi tat-tajers kandidati, jistgħu jitkejlu żewġ settijiet oħra ta’ tajers kandidati.

(4) I-ċiklu tal-prova jingħalaq bi tliet tikjiliet validi oħra tal-istess sett ta’ tajers ta’ referenza bħal fil-bidu taċ-ċiklu tal-prova.

 L-ordni tal-ġiri għal ċiklu ta’ prova ta’ tliet settijiet ta’ tajers kandidati (T1 sa T3) u sett ta’ tajers ta’ referenza (R) ikun dan li ġej:

 R-T1-T2-T3-R

 L-ordni tal-ġiri għal ċiklu ta’ prova ta’ ħames settijiet ta’ tajers kandidati (T1 sa T5) u sett ta’ tajers ta’ referenza (R) ikun dan li ġej:

 R-T1-T2-T3-R-T4-T5-R

4.1.6    Ħarsa ġenerali tar-riżultati tal-kejl

4.1.6.1    Kalkolu tad-deċelerazzjoni medja (AD)

Id-deċelerazzjoni medja (AD) hija kkalkulata għal ġirja ta’ prova valida f’m.s– 2 kif ġej:

image

fejn:

Sf hija l-veloċità finali f’ m·s-1; Sf = 20 km/h = 5,556 m.s– 1

Sf hija l-veloċità inizjali f’ m·s-1; Sf = 80 km/h = 22,222 m.s– 1

d hija d-distanza koperta f’m bejn Si u Sf .

4.1.6.2    Validazzjoni tar-riżultati

Il-koeffiċjent tal-varjazzjoni AD jiġi kkalkulat kif ġej:

(Devjazzjoni Standard / Medja) x 100

Għat-tajers ta’ referenza (R) : Jekk il-koeffiċjent tal-varjazzjoni AD ta’ kwalunkwe żewġ gruppi konsekuttivi ta’ tliet ġirjiet ta’ prova tas-sett tat-tajer tar-referenza jkun ogħla minn 3 %, id-dejta kollha trid tiġi eliminata u t-test mtenni għat-tajers tat-test kollha (it-tajers kandidati u t-tajers ta’ referenza).

Għat-tajers kandidati (T) : Il-koeffiċjenti tal-varjazzjoni AD jiġu kkalkulati għal kull sett ta’ tajers kandidati. Jekk il-koeffiċjent tal-varjazzjoni jkun ogħla minn 3 %, id-dejta trid tiġi eliminata u t-test mtenni għal dak is-sett ta’ tajers kandidati.

4.1.6.3    Kalkolu tad-deċelerazzjoni medja aġġustata (Ra)

Id-deċelerazzjoni medja (AD) tas-sett ta’ tajers ta’ referenza użat għall-kalkolu tal-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar huwa aġġustat skont l-ippożizzjonar ta’ kull sett ta’ tajers kandidati f’ċiklu ta’ prova partikolari.

Dan l-AD aġġustat tat-tajer ta’ referenza (Ra) jiġi kkalkulat f’m.s–2 skont it-tabella 1 fejn R1 huwa l-medja tal-valuri AD fl-ewwel test tas-sett ta’ tajers ta’ referenza (R) u R2 huwa l-medja tal-valuri AD values fit-tieni test tal-istess sett ta’ tajers ta’ referenza (R).



Tabella 1

Numru ta’ settijiet ta’ tajers kandidati ta’ referenza fi ħdan ċiklu wieħed

Sett ta’ tajers kandidati

Ra

1

(R 1 -T1-R 2 )

T1

Ra = 1/2 (R 1 + R 2 )

2

(R 1 -T1-T2-R 2 )

T1

Ra = 2/3 R 1 + 1/3 R 2

T2

Ra = 1/3 R 1 + 2/3 R 2

3

(R 1 -T1-T2-T3-R 2 )

T1

Ra = 3/4 R 1 + 1/4 R 2

T2

Ra = 1/2 (R 1 + R2 )

T3

Ra = 1/4 R1 + 3/4 R2

4.1.6.4    Kalkolu tal-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar (BFC)

Il-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar (BFC) jiġi kkalkulat għall-ibbrejkjar fuq iż-żewġ fusien skont it-Tabella 2 fejn Ta (a = 1, 2 jew 3) hija l-medja tal-valuri AD għal kull sett ta’ tajers kandidati (T) li huma parti minn ċiklu ta’ prova.



Tabella 2

Tajer ta’ Prova

Koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar

Tajer ta’ referenza

BFC(R) = |Ra/g|

Tajer kandidat

BFC(T) = |Ta/g|

g huwa l-aċċelerazzjoni dovuta għall-gravità, g= 9,81 m·s–2

4.1.6.5    Il-kalkolu tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat

L-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat (G(T)) jiġi kkalkulatkif ġej:

image

fejn:

  t hija t-temperatura tal-wiċċ imxarrab mkejla fi gradi Celsius meta t-tajer kandidat (T) jiġi ttestjat

  t0 hija l-kundizzjoni tat-temperatura ta’ referenza tal-wiċċ imxarrab, t0 = 20°C għal tajers normali u t0 = 10 °C għal tajers tal-borra

  BFC(R0) huwa l-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar għat-tajer ta’ referenza fil-kundizzjonijiet ta’ referenza, BFC(R0) = 0,68

  a = – 0,4232 u b = – 8,297 għal tajers normali, a = 0,7721 u b = 31,18 għal tajers tal-borra

4.1.7    Tqabbil tal-prestazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab bejn tajer kandidat u tajer ta’ referenza bl-użu ta’ tajer ta’ kontroll

4.1.7.1    Ġenerali

Meta d-daqs ta’ tajer kandidat huwa apprezzabbilment differenti minn dak ta’ tajer ta’ referenza, tqabbil dirett fuq l-istess karozza strumentata tal-passiġġieri jista’ ma jkunx possibbli. Il-metodu tal-ittestjar juża tajer intermedju, minn hawn “il quddiem imsejjaħ it-tajer ta” kontroll kif iddefinit fil-punt 5 tas-sezzjoni 2.

4.1.7.2    Il-prinċipju tal-metodu

Il-prinċipju huwa l-użu ta’ sett ta’ tajers ta’ kontroll u żewġ karozzi strumentati differenti tal-passiġġieri għaċ-ċiklu tat-test ta’ sett ta’ tajers kandidati bi tqabbil ma’ sett ta’ tajers ta’ referenza.

Karozza strumenta tal-passiġġieri waħda tiġi mmuntata bis-sett ta’ tajers ta’ referenza segwit mis-sett ta’ tajers ta’ kontroll, l-oħra bis-sett ta’ tajers ta’ kontroll segwit mis-sett ta’ tajers kandidati.

L-ispeċifikazzjonijiet elenkati fit-taqsimiet 4.1.2 sa 4.1.4 japplikaw.

L-ewwel ċiklu ta’ prova huwa tqabbil bejn is-sett ta’ tajers ta’ kontroll u s-sett ta’ tajers ta’ referenza.

It-tieni ċiklu ta’ prova huwa tqabbil bejn is-sett ta’ tajers kandidati u s-sett ta’ tajers ta’ kontroll. Isiru fuq l-istess korsa ta’ prova u waqt l-istess jum bħal tal-ewwel ċiklu ta’ prova. It-temperatura tal-wiċċ imxarrab għandha tkun fi ħdan medda ta’ ± 5 °C tat-temperatura tal-ewwel ċiklu. L-istess sett ta’ tajers ta’ kontroll għandu jintuża għall-ewwel u t-tieni ċikli ta’ prova.

L-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat (G(T)) jiġi kkalkulat kif ġej:

G(T) = G 1 × G 2

fejn:

  G1 huwa l-indiċi relattiv tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer ta’ kontroll (C) imqabbel mat-tajer ta’ referenza (R) ikkalkulat kif ġej:

 

image

  G2 huwa l-indiċi relattiv tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat (T) imqabbel mat-tajer ta’ kontroll (C) ikkalkulat kif ġej:

 

image

4.1.7.3    Ħżin u preservazzjoni

Huwa neċessarju li t-tajers kollha ta’ sett ta’ tajers ta’ kontroll ikunu nħażnu fl-istess kundizzjonijiet. Malli s-sett ta’ tajers ta’ kontroll ikun ġie ttestjat bi tqabbil mat-tajer ta’ referenza, għandhom jiġu applikati l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-ħżin definiti f’ASTM E 1136-93 (Approvat mill-ġdid 2003)

4.1.7.4    Sostituzzjoni ta’ tajers ta’ referenza u tajers ta’ kontroll

Meta therrir jew ħsara irregolari jirriżultaw mit-testijiet, jew meta t-therrir jinfluwenza r-riżultati tat-test, l-użu tat-tajer għandu jitwaqqaf.

4.2    Metodu tal-ittestjar bl-użu ta’ karru rmunkat minn vettura jew vettura għat-testijiet tat-tajers

4.2.1    Prinċipju

Il-kejl isir fuq tajers tat-test armati fuq karru rmunkat minn vettura (minn hawn ’il quddiem vettura tal-irmonk) jew fuq vettura għat-testijiet tat-tajers. Il-brejk fil-pożizzjoni tat-test jiġi applikat bis-sod sakemm jiġi ġġenerat biżżejjed torque tal-ibbrejkjar sabiex tiġi prodotta l-forza massima tal-ibbrejkjar li tkun se sseħħ qabel is-sokor tar-rota b’veloċità ta’ prova ta’ 65 km/h.

4.2.2    Tagħmir

4.2.2.1    Vettura tal-irmonk u karru jew vettura għat-testijiet tat-tajers

 Il-vettura tal-irmonk jew il-vettura għat-testijiet tat-tajers għandha jkollha l-kapaċità li żżomm il-veloċità speċifikata tat-test ta’ 65 ± 2 km/h anki taħt il-forzi massimi tal-ibbrejkjar.

 Il-karru jew il-vettura għat-testijiet tat-tajers għandha tkun mgħammra b’post wieħed fejn it-tajer ikun jista’ jitwaħħal għall-għanijiet tal-kejl, minn issa ’l quddiem “il-pożizzjoni tat-test” u l-aċċessorji li ġejjin:

 

(i) tagħmir biex jattiva l-brejkijiet fil-pożizzjoni tat-test;

(ii) tank tal-ilma li jaħżen biżżejjed ilma sabiex tiġi fornuta s-sistema tat-tixrib tal-wiċċ tat-triq, sakemm ma jintużax tixrib estern;

(iii) tagħmir tar-reġistrazzjoni biex jiġu rreġistrati sinjali minn trasdutturi installati fil-pożizzjoni tat-test u sabiex tiġi mmonitorjata r-rata tal-applikazzjoni tal-ilma jekk tintuża l-alternattiva tat-tixrib awtonomu.

 Il-varjazzjoni massima tal-issettjar tat-toe u l-angolu tal-camber għall-pożizzjoni tat-test għandha tkun sa ± 0,5° mat-tagħbija vertikali massima. Is-suspenxin u l-boxxliet tal-buttun tar-rota għandhom ikollhom biżżejjed riġidità sabiex jilgħabu mill-inqas u jiżguraw il-konformità mal-applikazzjoni tal-forzi massimi tal-ibbrejkjar. Is-sistema tas-suspenxin għandha tipprovdi kapaċità xierqa għall-irfigħ tat-tagħbija u tkun iddisinjata b’tali mod li tiżola r-riżonanza tas-suspenxin.

 Il-pożizzjoni tat-test għandha tkun mgħammra b’sistema tal-brejkijiet tipika jew waħda speċjali awtomotiva li tista’ tapplika biżżejed torque tal-ibbrejkjar sabiex tipproduċi l-valur massimu tal-forza loġitudinali tal-ibbrejkjar fuq ir-rota tal-prova fil-kundizzjonijiet speċifikati.

 Is-sistema tal-applikazzjoni tal-brejkijiet għandha tkun kapaċi tikkontrolla l-intervall tal-ħin bejn l-applikazzjoni inizjali tal-brejk u l-forza lonġitudinali massima kif speċifika fit-taqsima 4.2.7.1.

 Il-karru jew il-vettura tat-tajers għat-test għandhom ikunu ddisinjati biex jakkomodaw il-varjetà ta’ daqsijiet ta’ tajers kandidati li għandhom jiġu ttestjati.

 Il-karru jew il-vettura għat-testijiet tat-tajers għandu jkollha mezzi għall-aġġustament tat-tagħbija vertikali kif speċifikat fit-taqsima 4.2.5.2.

4.2.2.2    It-tagħmir għall-kejl

 Il-pożizzjoni tar-rota tal-prova fuq il-karru jew il-vettura għat-testijiet tat-tajers għandha tkun mgħammra b’sistema tal-kejl tal-veloċità rotazzjonali tar-rota u bi trasdutturi li jkejlu l-forza tal-ibbrejkjar u t-tagħbija vertikali mar-rota tat-test.

 Rekwiżiti ġenerali għal sistema ta’ kejl: Is-sistema tal-istrumentazzjoni għandha tkun konformi mar-rekwiżiti kumplessivi li ġejjin f’temperaturi ambjentali bejn 0 °C and 45 °C:

 

(i) preċiżjoni ġenerali tas-sistema, forza: ± 1,5 % tal-iskala sħiħa tat-tagħbija vertikali jew tal-forza tal-ibbrejkjar;

(ii) preċiżjoni ġenerali tas-sistema, forza: ± 1,5 % tal-veloċità jew ± 1,0 km/h, liema tkun l-ikbar.

 Il-veloċità tal-vettura Sabiex titkejjel il-veloċità tal-vettura, għandha tintuża l-ħames rota jew sistema tal-kejl tal-veloċità mingħajr kuntatt.

 Forzi tal-ibbrejkjar: It-trasdutturi li jkejlu l-forza tal-ibbrejkjar għandhom ikejlu l-forza lonġitudinali ġġenerata mill-interfaċċa tajer-triq bħala riżultat tal-applikazzjoni ta’ brejk fuq medda bejn 0 % sa mill-inqas 125 % tat-tagħbija vertikali applikata. Id-disinn u l-lokazzjoni tat-trasduttur għandhom jimminimizzaw l-effetti tal-inerzja u riżonanza mekkanika indotta mill-vibrazzjonijiet.

 It-tagħbija vertikali It-trasduttur li jkejjel it-tagħbija vertikali għandu jkejjel it-tagħbija vertikali mal-pożizzjoni tat-test waqt l-applikazzjoni tal-brejk. It-trasduttur għandu jkollu l-istess speċifikazzjonijiet kif deskritt qabel.

 L-ikkundizzjonar tas-sinjal u s-sistema ta’ reġistrazzjoni: Kull tagħmir tal-ikkundizzjonar tas-sinjal u tar-reġistrazzjoni għandu jipprovdi riżultat lineari bil-gwadanni (gain) u r-riżoluzzjoni tal-qari tad-dejta neċessarji biex jintlaħqu r-rekwiżiti speċifikati qabel. B’mod partikolari, ir-rekwiżiti li ġejjin japplikaw:

 

(i) Ir-rispons minimu tal-frekwenza għandu jkun ċatt minn 0 Hz sa 50 Hz (100 Hz) fi ħdan skala ta’ ± 1 %.

(ii) Il-proporzjon sinjal-storbju għandu jkun ta’ mill-inqas 20/1.

(iii) Il-gwadann għandu jkun biżżejjed biex jippermetti wiri fuq skala sħiħa għal-livell tas-sinjal tad-dħul fuq skala sħiħa.

(iv) L-impedenza tad-dħul għandha tkun mill-inqas għaxar darbiet akbar mill-impedenza tal-ħruġ tas-sors tas-sinjal.

(v) It-tagħmir m’għandux ikun sensittiv għall-vibrazzjonijiet, l-aċċelerazzjoni, u l-bidliet fit-temperatura ambjnetali.

4.2.3    L-ikkundizzjonar tal-korsa tal-prova

Il-korsa tal-prova għandha tiġi kkundizzjonata billi jsiru mill-inqas għaxar ġirjiet ta’ prova b’tajers mhux involuti fil-programm tat-testijiet b’65 ± 2 km/h.

4.2.4    Kundizzjonijiet tat-tixrib

Il-pożizzjoni tar-rota tal-prova fuq il-karru jew il-vettura għat-testijiet tat-tajers għandha tkun mgħammra b’sistema tal-kejl tal-veloċità rotazzjonali tar-rota u bi trasdutturi li jkejlu l-forza tal-ibbrejkjar u t-tagħbija vertikali mar-rota tat-test. L-ilma applikat liċ-ċanġar qabel it-testijiet tat-tajers għandu jiġi minn żennuna ddisinjata b’mod xieraq biex tiżgura li s-saff tal-ilma li jiltaqa’ miegħu t-tajer tal-prova ikollu sezzjoni trasversali uniformi mal-veloċità tal-prova sabiex ikun hemm minimu ta’ raxx u titjir.

Il-konfigurazzjoni u l-pożizzjoni taż-żennuna għandhom jiżguraw li l-ġettijiet tal-ilma jiġi diretti lejn it-tajer tal-prova u ppuntati lejn iċ-ċangar b’angolu ta’ 20° sa 30°.

L-ilma għandu jolqot iċ-ċanara 0.25m sa 0.45 m lil hinn miċ-ċentru tal-kuntatt tat-tajer. Iż-żennuna trid tkun qiegħda 25 mm miċ-ċangar jew l-għoli minimu meħtieġa biex tevita l-ostakli li t-tester għandu mnejn jiltaqa’ magħhom, iżda fl-ebda każ aktar minn 100 mm minn fuq iċ-ċanġar.

Is-saff tal-ilma għandu jkunu mill-inqas 25 mm usa’ mit-tiflil ta’ wiċċ it-tajer tal-prova u applikat sabiex it-tajer jinsab fiċ-ċentru bejn ix-xfar. Ir-rata tal-ħruġ tal-ilma għandha tiżgura fond tal-ilma ta’ 1.0 ± 0.5 mm u għandu jkun konsistenti tul it-test kollu fi ħdan medda ta’ ± 10 fil-mija. Il-volum tal-ilma għal kull unità ta’ wisa’ mxarrba jrid ikun direttament proporzjonali għall-veloċità tat-test. Il-kwantità tal-ilma applikata b’65 km/h għandha tkun ta’ 18 l·s–1 għal kull metru ta’ wisa’ ta’ wiċċ imxarrab f’każ ta’ fond tal-ilma ta’ 1.0 mm.

4.2.5    Tajers u rimmijiet

4.2.5.1    Tħejjija u running-in tat-tajer

It-tajers tat-test għandhom jiġu ttrimmjati biex jitneħħa l-imbuzzar kollu fuq wiċċ it-tajer li jkun ikkawżat minn arja maqbuda waqt il-pressa tal-forma jew kumenti mal-ġonġituri tal-forma.

It-tajer tal-prova għandu jiġi mmuntat fuq ir-rimm tat-test iddikjarat mill-manifattur tat-tajer.

Permezz ta’ lubrikant xieraq, tinkiseb pożizzjoni kif suppost fejn ix-xifer ta’ ġewwa tat-tajer jaqbad max-xifer tar-rota. Għandu jiġi evitat użu eċċessiv ta’ lubrikant sabiex it-tajer ma jiżloqx minn fuq ir-rimm tar-rota.

It-tajers tat-test u r-rimmijiet immuntati flimkien għandhom jinħażnu f’post għal mill-inqas sagħtejn f’tali mod li kull wieħed minnhom ikollu l-istess temperatura ambjentali qabel l-ittestjar. Għandhom ikollhom ilqugħ mix-xemx sabiex jiġi evitat tisħin żejjed mir-radjazzjoni solari.

Għar-running-in tat-tajer, għandhom isiru żewġ ġirjiet bl-ibbrejkjar bit-tagħbija, il-pressjoni u l-veloċità speċifikati f’ 4.2.5.2, 4.2.5.3 u 4.2.7.1 rispettivament.

4.2.5.2    It-tagħbija tat-tajer

It-tagħbija tat-test fuq it-tajer tal-prova hija 75 ± 5 % tal-kapaċità tat-tagħbija tat-tajer tal-prova.

4.2.5.3    Il-pressjoni tat-tajers

Il-pressjoni tal-infiħ kiesaħ tat-tajers tat-test għandha tkun 180 kPa għal tajers b’tagħbija standard. Għal tajers b’tagħbija żejda, il-pressjoni tal-infiħ kiesaħ għandha tkun ta’ 220 k Pa.

Il-pressjoni tat-tajers għandha tiġi ċċekkjata eżatt qabel l-ittestjar f’temperatura ambjentali u tiġi aġġustata jekk meħtieġ.

4.2.6    Tħejjija tal-vettura tal-irmonk u karru jew vettura għat-testijiet tat-tajers

4.2.6.1    Il-karru

Għal karrijiet b’fus wieħed, l-għoli tal-ġanċ tal-irmonk u l-pożizzjoni trasversali għandhom jiġu aġġustati darba li r-rota tal-prova tkun tgħabbiet bit-tagħbija speċifika tal-prova sabiex jiġi evitat kull tfixkil għar-riżultati tal-kejl. Id-distanza lonġitudinali mil-linja taċ-ċentru tal-punt tal-artikolazzjoni ta’ ras l-aġġanċ sal-linja taċ-ċentru trasversa tal-karru għandha tkun mill-inqas għaxar darbiet l-għoli tal-ġanc jew l-għoli ta’ ras l-aġġanċ.

4.2.6.2    Strumentazzjoni u tagħmir

Il-ħames rota, meta użata, għandha tiġi installata skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur u titqiegħed kemm jista’ jkun qrib il-pożizzjoni f’nofs il-korsa tal-karru tal-irmonk jew tal-vettura għat-testijiet tat-tajers.

4.2.7    Il-proċedura

4.2.7.1    Il-ġirja ta’ prova

Il-proċedura li ġejja tapplika għal kull ġirja ta’ prova:

(1) Il-vettura tal-irmonk jew il-vettura tat-tajer tal-prova tinsaq fuq il-korsa tal-prova f’linja dritta bil-veloċità speċifikata tat-test ta’ 65 ± 2 km/h.

(2) Tinbeda s-sistema ta’ reġistrazzjoni.

(3) Jingħata l-ilma liċ-ċangar qabel it-test tat-tajer bejn wieħed u ieħor 0.5s qabel l-applikazzjoni tal-brejk (għas-sistema tat-tixrib intern).

(4) Il-brejkijiet tal-karru jiġu attivati ma’ 2 metri minn punt ta’ kejl tal-proprjetajiet frizzjonali mxarrba tal-wiċċ u l-fond tar-ramel skont il-punti 4 u 5 tat-taqsima 3.1. Ir-rata tal-applikazzjoni tal-ibbrejkjar għandha tkun tali li l-intervall tal-ħin bejn l-applikazzjoni inzjali tal-forza u l-forza lonġitudinali massima jkunu fil-medda bejn 0.2 sa 0.5 s.

(5) Titwaqqaf s-sistema ta’ reġistrazzjoni.

4.2.7.2    Ċiklu tat-test

Isir għadd ta’ ġirjiet ta’ prova sabiex jitkejjel l-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat (T) skont il-proċedura li ġejja, fejn kull ġirja ta’ prova għandha ssir fuq l-istess punt fuq il-kors tal-prova u fl-istess direzzjoni. Jistgħu jitkejlu sa tliet tajers kandidati fi ħdan l-istess ċiklu tat-test, dejjem sakemm it-testijiet jitlestew fi żmien ġurnata.

(1) L-ewwel, jiġi ttestjat it-tajer ta’ referenza.

(2) Wara mill-inqas sitt tikjiliet validi mwettqa skont it-taqsima 4.2.7.1, it-tajer ta’ referenza jiġi ssostitwit mit-tajer kandidat.

(3) Wara li jsiru sitt tikjiliet validi tat-tajers kandidati, jistgħu jitkejlu żewġ settijiet oħra ta’ tajers kandidati.

(4) Iċ-ċiklu tal-prova jingħalaq bi tliet tikjiliet validi oħra tal-istess sett ta’ tajers ta’ referenza bħal fil-bidu taċ-ċiklu tal-prova.

 L-ordni tal-ġiri għal ċiklu ta’ prova ta’ tliet tajers kandidati (T1 sa T3) flimkien mat-tajer ta’ referenza (R) ikun dan li ġej:

 R-T1-T2-T3-R

 L-ordni tal-ġiri għal ċiklu ta’ prova ta’ ħames tajers kandidati (T1 sa T5) flimkien mat-tajer ta’ referenza (R) ikun dan li ġej:

 R-T1-T2-T3-R-T4-T5-R

4.2.8    L-ipproċessar tar-riżultati tal-kejl

4.2.8.1    Kalkolu tal-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar massima

Il-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar massima (μpeak) tat-tajer huwa l-ogħla valur ta’ μ(t) qabel ma jseħħ is-sokor, ikkalkulat kif ġej għal kull ġirja ta’ prova. Is-sinjali analogi għandhom jiġi ffiltrati sabiex jitneħħa l-istorbju. Sinjali rreġistrati diġitalment iridu jiġi ffiltrati bl-użu ta’ teknika tal-medja mobbli.

image

fejn:

μ(t) huwa l-koeffiċjent tal-forza dinamika tal-ibbrejkjar tat-tajer f’ħin reali;

fh(t) huwa l-koeffiċjent tal-forza dinamika tal-ibbrejkjar f’ħin reali, f’N;

fv(t) huwa t-tagħbija vertikali dinamika f’ħin reali, f’N;

4.2.8.2    Validazzjoni tar-riżultati

Il-koeffiċjent tal-varjazzjoni μpeak jiġi kkalkulat kif ġej:

(Devjazzjoni Standard / Medja) x 100

Għat-tajer ta’ referenza (R) : Jekk il-koeffiċjent tal-varjazzjoni tal-forza massima tal-ibbrejkjar (μpeak) tat-tajer ta’ referenza jkun ogħla minn 5 %, id-dejta kollha trid tiġi eliminata u t-test imtenni għat-tajers tat-test kollha (it-tajer(s) kandidat(i) u t-tajer ta’ referenza).

Għat-tajer(s) kandidati(i) (T) : Il-koeffiċjent tal-varjazzjoni tal-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar massima (μpeak) jiġi kkalkulat għal kull tajer kandidat Jekk koeffiċjent ta’ varjazzjoni wieħed ikun ogħla minn 5 %, id-dejta trid tiġi eliminata u t-test imtenni għal dan it-tajer kandidat.

4.2.8.3    Kalkolu tal-koeffiċjent medju aġġustat tal-forza tal-ibbrejkjar massima

Il-koeffiċjent medju aġġustat tal-forza tal-ibbrejkjar massima użat għall-kalkolu tal-koefiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar tiegħu jiġi aġġustat skont l-ippożizzjonar ta’ kull tajer kandidat f’ċiklu ta’ prova partikolari.

Dan il-koeffiċjent medju aġġustat tal-forza tal-ibbrejkjar massima (Ra) jiġi kkalkulat skont it-tabella 3 fejn R1 huwa l-koeffiċjent medju aġġustat tal-forza tal-ibbrejkjar massima fl-ewwel test tat-tajer ta’ referenza (R) u R2 huwa il-koeffiċjent medju aġġustat tal-forza tal-ibbrejkjar massima fit-tieni test tal-istess tajer ta’ referenza (R).



Tabella 3

Numru ta’ tajers kandidati fi ħdan ċiklu ta’ prova wieħed

Tajer kandidat

Ra

1

(R 1 -T1-R 2 )

T1

Ra = 1/2 (R 1 + R 2 )

2

(R 1 -T1-T2-R 2 )

T1

Ra = 2/3 R 1 + 1/3 R 2

T2

Ra = 1/3 R 1 + 2/3 R 2

3

(R 1 -T1-T2-T3-R 2 )

T1

Ra = 3/4 R 1 + 1/4 R 2

T2

Ra = 1/2 (R 1 +R 2 )

T3

Ra = 1/4 R 1 + 3/4 R 2

4.2.8.4    Kalkolu tal-koeffiċjent medju aġġustat tal-forza tal-ibbrejkjar massima (μpeak,ave )

Il-valur medju tal-koeffiċjenti tal-forza tal-ibbrejkjar massima tat-tajer (μpeak,ave ) jiġi kkalkulat skont it-Tabella 4 fejn Ta (a = 1, 2 jew 3) hija l-medja tal-koeffiċjenti massimi tal-forza tal-ibbrejkjar imkejla għal tajer kandidat wieħed f’ ċiklu ta’ prova wieħed.



Tabella 4

Tajer ta’ prova

μpeak,ave

Tajer ta’ referenza

μpeak,ave(R)=Ra skont it-Tabella 3

Tajer kandidat

μpeak,ave (T) = Ta

4.2.8.5    Il-kalkolu tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat

L-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat (G(T)) jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

  t hija t-temperatura mkejla tal-wiċċ imxarrab fi gradi Celsius meta t-tajer kandidat (T) jiġi ttestjat

  t0 hija l-kundizzjoni tat-temperatura ta’ referenza tal-wiċċ imxarrab.

  t0 = 20°C għat-tajers normali t0 = 10°C għat-tajers tal-borra

  μpeak,ave(R0) = 0,85 hija l-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar massima għat-tajer ta’ referenza fil-kundizzjonijiet ta’ referenza.

  a = –0,4232 u b = –8,297 għat-tajers normali, a = 0,7721 u b = 31,18 għat-tajers tal-borra.




Appendiċi A

Eżempji ta’ rapporti tat-testijiet tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab

EŻEMPJU 1   Rapport tat-test tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab bl-użu tal-metodu tal-karru



Numru tar-rapport tat-test:

 

Data tat-test:

Tip ta’ wiċċ tat-triq:

 

Fond tat-tessut (mm):

μ peak (SRTT14″ E 1136):

 

BPN:

Veloċità (km/h):

 

Fond tal-ilma (mm):



Nru.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

Daqs

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Deskrizzjoni tas-servizz

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Identifikazzjoni tat-tajer

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Rimm

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Pattern

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Tagħbija (N)

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Pressjoni (kPa)

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

μ peak)

1

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

2

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

3

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

4

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

5

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

6

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

7

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

8

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Medja

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Devjazzjoni standard σ

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

(σ/medja) ≤ 5 %

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Ra, Aġġustat

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Temperatura tal-wiċċ (°C)

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Temperatura ambjentali (°C)

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Kummenti

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

EŻEMPJU 2   Rapport tat-test tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab bl-użu tal-metodu tal-karozza tal-passiġġier



Sewwieq:

 

Data tat-test:

 
 
 
 
 
 
 

Korsa:

 

Karozza tal-Passiġġier:

 

Veloċità inizjali (km/h):

 

Fond tat-tessut (mm):

 

Ditta:

 

Veloċità finali (km/h):

BPN:

 

Mudell:

 
 

Fond tal-ilma (mm):

 

Tip

 
 



Nru.

1

2

3

4

5

Ditta

Uniroyal

TAJER B

TAJER C

TAJER D

Uniroyal

Pattern

ASTM F 2493 SRTT16″

PATTERN B

PATTERN C

PATTERN D

ASTM F 2493 SRTT16″

Daqs

P225/60R16

SIZE B

SIZE C

SIZE D

P225/60R16

Deskrizzjoni tas-servizz

97S

LI/SS

LI/SS

LI/SS

97S

Identifikazzjoni tat-tajer

XXXXXXXXX

YYYYYYYYY

ZZZZZZZZZ

NNNNNNNNN

XXXXXXXXX

Rimm

 
 
 
 
 

Pressjoni fuq il-fus ta’ quddiem (kPa)

 
 
 
 
 

Pressjoni fuq il-fus ta’ wara (kPa)

 
 
 
 
 

Tagħbija fuq il-fus ta’ quddiem (N)

 
 
 
 
 

Temperatura tal-wiċċ (°C)

 
 
 
 
 

Temp. ambjentali (°C)

 
 
 
 
 
 

Ibbrejkjar distance

(m)

Deċelerazzjoni medja

(m/s2)

Distanza tal-ibbrejkjar

(m)

Deċelerazzjoni medja

(m/s2)

Distanza tal-ibbrejkjar

(m)

Deċelerazzjoni medja

(m/s2)

Distanza tal-ibbrejkjar distance

(m)

Deċelerazzjoni medja

(m/s2)

Distanza tal-ibbrejkjar

(m)

Deċelerazzjoni medja

(m/s2)

Kejl

1

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

2

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

3

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

4

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

5

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

6

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

7

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

8

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

9

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

10

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Medja AD (m/s2)

 
 
 
 
 

Devjazzjoni standard (m/s2)

 
 
 
 
 

Validazzjoni tar-riżultati

Koeff. Tal-varjazzjoni (%) < 3 %

 
 
 
 
 

Medja aġġustata AD tat-tajer ta’ ref.:

(m/s2)

 
 
 
 
 

BFC(R) tajer ta’ referenza (SRTT16″)

 
 
 
 
 

BFC(T) tajer kandidat

 
 
 
 
 

Indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G)

 
 
 
 
 



( 1 ) ĠU C 228, 22.9.2009, p. 81.

( 2 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ April 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Novembru 2009.

( 3 ) ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.

( 4 ) ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12.

( 5 ) ĠU L 297, 13.10.1992, p. 16. (Ħarġa Speċjali bil-Malti, Kap 13, Vol II, p. 216).

( 6 ) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

( 7 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

( 8 ) Id-daqs tal-ASTM E 1136 SRTT huwa P195/75R14.