02009R1217 — MT — 01.01.2023 — 005.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
►M3
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea ◄ (ĠU L 328 15.12.2009, p. 27) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 737/2011 tas-26 ta’ Lulju 2011 |
L 195 |
42 |
27.7.2011 |
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 |
L 158 |
1 |
10.6.2013 |
|
REGOLAMENT (UE) Nru 1318/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta’ Ottubru 2013 |
L 340 |
1 |
17.12.2013 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2278 tal-4 ta' Settembru 2017 |
L 328 |
1 |
12.12.2017 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2497 tat-12 ta’ Ottubru 2022 |
L 325 |
13 |
20.12.2022 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1217/2009
tat-30 ta’ Novembru 2009
li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea
◄
(verżjoni kodifikata)
KAPITOLU I
ĦOLQIEN TA’ NETWERK KOMUNITARJU TA’ INFORMAZZJONI TAL-KONTABILITÀ AGRIKOLA
Artikolu 1
L-iskop tan-netwerk ta’ informazzjoni għandu jkun li tinġabar l-informazzjoni tal-kontabilità meħtieġa, b’mod partikolari:
kalkolu annwali tad-dħul ta’ l-azjendi agrikoli li jaqaw fil-qasam ta’ l-istħarriġ kif imfisser fl-Artikolu 5; u
analiżi kummerċjali ta’ l-azjendi agrikoli.
Artikolu 2
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
►M3 “bidwi” ◄ operatur tfisser il-persuna fiżika responsabbli għat-tmexxija ta’ kuljum ta’ azjenda agrikola;
“azjenda” tfisser negozju agrikolu, skont l-użu ġenerali fil-kuntest ta’ stħarriġiet u ċensimenti agrikoli tal-Unjoni;
“kategorija tal-azjenda agrikola” tfisser grupp ta’ azjendi agrikoli li jappartjenu għall-istess kategoriji f’dak li għandu x’jaqsam mat-tip ta’ biedja u d-daqs ekonomiku kif imfissra fit-tipoloġija tal-Unjoni għall-azjendi agrikoli;
“azjenda li tibgħat prospett” tfisser kwalunkwe azjenda agrikola li tagħmel prospett għall-għanijiet tan-netwerk ta’ informazzjoni;
“taqsima tan-Netwerk ta’ Informazzjoni tal-Kontabilità Agrikola” jew “taqsima FADN” tfisser it-territorju ta’ Stat Membru, jew kwalunkwe parti minnu, delimitat bil-ħsieb tal-għażla ta’ azjendi li jippreżentaw il-kontijiet, (lista’ ta’ dawn it-taqsimiet hija mniżżla fl-Anness I);
“informazzjoni tal-kontabilità” tfisser kwalunkwe informazzjoni ta’ natura teknika, finanzjarja jew ekonomika dwar azjenda agrikola miksuba minn kontijiet li jikkonsistu f’entrati li jsiru regolarment u sistematikament matul is-sena tal-kontabilità;
“produzzjoni standard” tfisser il-valur standard ta’ produzzjoni grossa.
Artikolu 3
Sabiex jiġi żgurat li l-lista ta’ taqsimiet FADN tista’ tiġi aġġornata fuq talba minn Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 19a li jemenda l-Anness I fir-rigward tal-lista ta’ taqsimiet FADN għal kull Stat Membru.
KAPITOLU II
INFORMAZZJONI GĦAD-DETERMINAZZJONI TAD-DĦUL U L-ANALIŻI KUMMERĊJALI TA’ AZJENDI AGRIKOLI
Artikolu 4
Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità bl-għan li jsir kalkolu annwali tad-dħul minn azjendi agrikoli u analiżi kummerċjali tagħhom.
Dik l-informazzjoni għandha tinġabar permezz ta’ stħarriġiet regolari u speċjali.
Artikolu 5
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 19a, li jistabbilixxu r-regoli għall-istabbiliment tal-livell limitu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
Il-Kummissjoni għandha tadotta, abbażi tal-informazzjoni li tirċievi mill-Istati Membri, atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-livell limitu msemmi fl-ewwel subparagrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19b(2).
Biex tikkwalifika bħala azjenda li tibgħat prospett, azjenda agrikola għandha:
jkollha daqs ekonomiku ugwali għal, jew akbar minn, limitu li jrid jiġi stabbilit skond il-paragrafu 1;
tinħadem minn bidwi li jżomm il-kontijiet jew li jkun dispost u kapaċi jżomm il-kontijiet agrikoli u li jkun dispost li jippermetti li l-informazzjoni dwar il-kontabilità mil-ażjenda tiegħu tkun disponibbli għall-Kummissjoni;
tkun rappreżentattiva, flimkien mal-azjendi l-oħra u fil-livell ta’ kull taqsima FADN, tal-qasam tal-istħarriġ.
▼M3 —————
Artikolu 5a
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 19a, li jistabbilixxu r-regoli li skonthom l-Istati Membri għandhom ifasslu dawn il-pjanijiet. Tali regoli għandhom jiżguraw li l-pjanijiet għall-għażla ta’ azjendi li jippreżentaw il-kontijiet:
Artikolu 5b
It-tipoloġija għandha tintuża b’mod partikolari għall-preżentazzjoni, skont it-tip ta’ biedja u l-klassi tad-daqs ekonomiku, tal-informazzjoni miġbura permezz tal-istħarriġiet tal-Unjoni dwar l-istruttura tal-azjendi agrikoli u l-FADN.
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 19a, li jistabbilixxu l-perijodu ta’ referenza għall-produzzjoni standard.
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 19a rigward id-determinazzjoni tat-tipi ġenerali u prinċipali ta’ biedja.
Il-korrispondenza bejn it-tipi ġenerali u prinċipali ta’ biedja u t-tipi partikolari ta’ speċjalizzazzjonijiet fil-biedja li jikkorrispondu għal tipi prinċipali ta’ biedja għandhom jiġu speċifikati.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu:
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19b(2).
Artikolu 6
Il-Kumitat Nazzjonali għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’mod unanimu. Fil-każ li ma tinkisibx l-unanimità, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu minn awtorità maħtura mill-Istat Membru.
Il-Kumitat Reġjonali għandu, b’mod partikolari, ikollu d-dmir li jikkoopera ma’ l-aġenzija ta’ kollegament msemmija fl-Artikolu 7 fl-għazla ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett.
Artikolu 7
Kull Stat Membru għandu jaħtar aġenzija ta’ kollegament li l-kompiti tagħha għandhom ikunu:
li tinforma lill-Kumitat Nazzjonali, lill-Kumitati Reġjonali u lill-uffiċċji ta’ kontabilità dwar il-qafas regolatorju applikabbli u biex jiżguraw l-implimentazzjoni xierqa tagħhom;
li tfassal il-pjan għall-għażla tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet u mbagħad tippreżentah lill-Kumitat Nazzjonali għall-approvazzjoni tiegħu, u wara tgħaddih lill-Kummissjoni;
li tikkompila:
il-lista tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet;
fejn applikabbli, il-lista tal-uffiċċji tal-kontabilità li jkunu disposti u kapaċi li jimlew id-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet tal-azjendi agrikoli;
tgħaqqad flimkien id-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet tal-azjendi agrikoli mibgħuta mill-uffiċċji tal-kontabilità;
li tivverifika li d-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet tal-azjendi agrikoli ġew kkompletati debitament;
li tressaq id-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet tal-azjenda agrikola kkompletati debitament lill-Kummissjoni fil-format mitlub u fil-limitu ta’ żmien stabbilit;
li tittrasmetti t-talbiet għat-tagħrif previst fl-Artikolu 17 lill-Kumitat Nazzjonali, lill-Kumitati Reġjonali u lill-uffiċċji tal-kontabilità u twassal it-tweġibiet rilevanti lill-Kummissjoni.
Artikolu 8
L-informazzjoni tal-kontabbiltà pprovduta permezz ta’ kull dikjarazzjoni tal-kontijiet ta’ azjenda agrikola kkompletata debitament, għandha tkun tali li jkun possibbli:
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 19a, rigward id-determinazzjoni tal-gruppi ewlenin ta’ informazzjoni tal-kontabilità li għandha tinġabar u r-regoli ġenerali għall-ġbir tal-informazzjoni.
Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni tal-kontabilità miġbura permezz tad-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet ta’ azjenda agrikola hija komparabbli, irrispettivament mill-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet mistħarrġa, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-forma u t-tqassim tal-kontijiet tal-azjenda agrikola u l-metodi u l-iskadenzi għat-trasmissjoni tal-informazzjoni lill-Kummissjoni.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19b(2).
▼M3 —————
KAPITOLU IV
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 16
Artikolu 17
Dawn it-talbiet għal informazzjoni li jsiru lill-Kumitat Nazzjonali, lill-Kumitat Reġjonali jew lill-uffiċċji tal-kontabilità u t-tweġibiet relevanti għandhom jitwasslu bil-kitba permezz ta’ l-aġenzija ta’ kollegament.
▼M3 —————
Artikolu 19
Approprjazzjonijiet li għandhom ikunu inklużi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, fit-taqsima tal-Kummissjoni, għandhom ikopru:
tariffa standard pagabbli lill-Istati Membri għall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet tal-kontijiet ta’ azjenda agrikola kkompletati debitament sad-data tal-iskadenza stipulata san-numru massimu ta’ azjendi li jippreżentaw il-kontijiet kif stipulat skont l-Artikolu 5a(2). Fejn in-numru totali ta’ dikjarazzjonijiet tal-kontijiet ta’ azjenda agrikola kkompletati debitament u ppreżentati fir-rigward ta’ taqsima FADN jew Stat Membru jkun inqas minn 80 % tan-numru ta’ azjendi li jippreżentaw il-kontijiet stabbilit għal dik it-taqsima FADN jew għal dak l-Istat Membru kkonċernat, għandha tiġi applikata tariffa daqs 80 % tat-tariffa standard għal kull dikjarazzjoni tal-kontijiet ta’ azjenda agrikola minn dik it-taqsima FADN jew mill-Istat Membru;
l-ispejjeż kollha tas-sistemi kompjuterizzati operati mill-Kummissjoni għar-riċeviment, il-verifika, l-ipproċessar u l-analiżi ta’ informazzjoni tal-kontabilità fornita mill-Istati Membri.
L-ispejjeż imsemmija fil-punt (b) jinkludu, fejn xieraq, l-ispejjeż għat-tixrid tar-riżultati ta’ dawk l-operazzjonijiet u l-ispejjeż ta’ studji fi, u żviluppi ta’, aspetti oħra tan-netwerk ta’ informazzjoni.
Artikolu 19a
Artikolu 19b
Artikolu 20
Ir-Regolament (KEE) Nru 79/65/KEE huwa mħassar.
Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 21
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Lista tat-taqsimiet FADN imsemmija fl-Artikolu 2(d)
ll-Belġju
1. Vlaanderen
2. Bruxelles-Brussel
3. Wallonie
Il-Bulgarija
1. Северозападен (Severozapaden)
2. Северен централен (Severen tsentralen)
3. Североизточен (Severoiztochen)
4. Югозападен (Yugozapaden)
5. Южен централен (Yuzhen tsentralen)
6. Югоизточен (Yugoiztochen)
Madankollu, il-Bulgarija tista' tikkostitwixxi taqsima waħda sal-31 Diċembru 2009
Ir-Repubblika Ċeka
Tikkostitwixxi taqsima waħda
Id-Danimarka
Tikkostitwixxi taqsima waħda
Il-Ġermanja
Schleswig-Holstein/Hamburg
Is-Sassonja t'Isfel
Bremen
Nordrhein-Westfalen
Hessen
Rheinland-Pfalz
Baden-Württemberg
Il-Bavarja
Saarland
Berlin
Brandenburg
Mecklenburg-Vorpommern
Is-Sassonja
Is-Sassonja Anhalt:
Thüringen
L-Estonja
Tikkostitwixxi taqsima waħda
L-Irlanda
Tikkostitwixxi taqsima waħda
Il-Greċja
1. Μακεδονία–Θράκη
2. Ήπειρος–Πελοπόννησος–Νήσοι Ιονίου
3. Θεσσαλία
4. Στερεά Ελλάς–Νήσοι Αιγαίου–Κρήτη
Spanja
1. Galicia
2. Asturias
3. Cantabria
4. País Vasco
5. Navarra
6. La Rioja
7. Aragón
8. Cataluña
9. Baleares
10. Castilla-León
11. Madrid
12. Castilla-La Mancha
13. Comunidad Valenciana
14. Murcia
15. Extremadura
16. Andalucía
17. Canarias
Franza
Île de France
Champagne-Ardenne
Picardie
Haute-Normandie
Centre
Basse-Normandie
Bourgogne
Nord-Pas de Calais
Lorraine
Alsace
Franche-Comté
Pays de la Loire
Bretagne
Poitou-Charentes
Aquitaine
Midi-Pyrénées
Limousin
Rhône-Alpes
Auvergne
Languedoc-Roussillon
Provence-Alpes-Côte d’Azur
Corse
Antilles françaises
La Réunion
Il-Kroazja
Kontinentalna Hrvatska
Jadranska Hrvatska
Madankollu, il-Kroazja tista’ tikkostitwixxi taqsima waħda għat-tliet snin wara l-adeżjoni.
L-Italja
1. Piemonte
2. Valle d'Aosta
3. Lombardia
4. Alto Adige
5. Trentino
6. Veneto
7. Friuli — Venezia Giulia
8. Liguria
9. Emilia — Romagna
10. Toscana
11. Umbria
12. Marche
13. Lazio
14. Abruzzi
15. Molise
16. Campania
17. Puglia
18. Basilicata
19. Calabria
20. Sicilia
21. Sardegna
Ċipru
Jikkostitwixxi taqsima waħda
Il-Latvja
Tikkostitwixxi taqsima waħda
Il-Litwanja
Tikkostitwixxi taqsima waħda
Il-Lussemburgu
Jikkostitwixxi taqsima waħda
L-Ungerija
1. Észak-Magyarország
2. Dunántúl
3. Alföld
Malta
Tikkostitwixxi taqsima waħda
Il-Pajjiżi l-Baxxi
Tikkostitwixxi taqsima waħda
L-Awstrija
Tikkostitwixxi taqsima waħda
Il-Polonja
1. Pomorze et Mazury
2. Wielkopolska et Śląsk
3. Mazowsze et Podlasie
4. Małopolska et Pogórze
Il-Portugall
1. Norte e Centro
2. Ribatejo-Oeste
3. Alentejo e Algarve
4. Açores e Madeira
Ir-Rumanija
1. Nord-Est
2. Sud-Est
3. Sud-Muntenia
4. Sud-Vest-Oltenia
5. Vest
6. Nord-Vest
7. Centru
8. București-Ilfov
Is-Slovenja
Tikkostitwixxi taqsima waħda
Is-Slovakkja
Tikkostitwixxi taqsima waħda
Il-Finlandja
1. Etelä-Suomi
2. Sisä-Suomi
3. Pohjanmaa
4. Pohjois-Suomi
L-Isvezja
1. Il-Pjanuri ta' l-Isvezja tan-Nofs in-Nhar u dik Ċentrali
2. Iż-żoni afforestati u ż-żoni mħallta agrikoli u bil-foresti ta' l-Isvezja tan-Nofs in-Nhar u dik Ċentrali
3. Iż-żona ta' l-Isvezja tat-Tramuntana
▼M5 —————
ANNESS II
Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu
Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE (ĠU 109, 23.6.1965, p. 1859) |
|
Att ta' Adeżjoni tal-1972, Anness I, Punt II.A.4 u l-Anness II, Punt II.D.1 (ĠU L 73, 27.3.1972, p. 59 u p. 125) |
|
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2835/72 (ĠU L 298, 31.12.1972, p. 47) |
|
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2910/73 (ĠU L 299, 27.10.1973, p. 1) |
|
Att ta' Adeżjoni tal-1979, Anness I, Punti II.A u II.G. (ĠU L 291, 19.11.1979, p. 64 u p. 87) |
|
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2143/81 (ĠU L 210, 30.7.1981, p. 1) |
|
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3644/85 (ĠU L 348, 24.12.1985, p. 4) |
|
Att ta' Adeżjoni tal-1985, Anness I, Punt XIV.(i) ĠU L 302, 15.11.1985, p. 235) |
|
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3768/85 (ĠU L 362, 31.12.1985, p. 8) |
punt (2) biss ta’ l-Anness |
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/90 (ĠU L 353, 17.12.1990, p. 23) |
Anness XVI biss |
Att ta' Adeżjoni tal-1994, Punt V.A.I (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 117) |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2801/95 (ĠU L 291, 6.12.1995, p. 3) |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1256/97 (ĠU L 174, 2.7.1997, p. 7) |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1) |
punt (1) biss ta’ l-Anness II |
Att ta' Adeżjoni tal-2003, Anness I, Punt 6.A.1 (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 346) |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2059/2003 (ĠU L 308, 25.11.2003, p. 1) |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 660/2004 (ĠU L 104, 8.4.2004, p. 97) |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1) |
Il-punt 1 biss tat-Taqsima A tal-Kapitolu 5 tal-Anness |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1469/2007 (ĠU L 329, 14.12.2007, p. 5) |
|
ANNESS III
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Regolament Nru 79/65/EEC |
Dan ir-Regolament |
Artikoli 1 u 2 |
Artikoli 1 u 2 |
Artikolu 2a |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
Artikolu 6 |
Artikolu 6(1)(a) |
Artikolu 7(1)(a) |
Artikolu 6(1)(b), l-ewwel inċiż |
Artikolu 7(1)(b)(i) |
Artikolu 6(1)(b), it-tieni inċiż |
Artikolu 7(1)(b)(ii) |
Artikolu 6(1)(c), l-ewwel inċiż |
Artikolu 7(1)(c)(i) |
Artikolu 6(1)(c), it-tieni inċiż |
Artikolu 7(1)(c)(ii) |
Artikolu 6(1)(e),(f), u (g) |
Artikolu 7(1)(e), (f) u (g) |
Artikolu 6(2) |
Artikolu 7(2) |
Artikolu 7 |
Artikolu 8 |
Artikolu 8 |
Artikolu 9 |
Artikolu 9 |
Artikolu 10 |
Artikolu 10 |
Artikolu 11 |
Artikolu 11 |
Artikolu 12 |
Artikolu 12 |
Artikolu 13 |
Artikolu 13 |
Artikolu 14 |
Artikolu 14 |
Artikolu 15 |
Artikolu 15 |
Artikolu 16 |
Artikolu 16 |
Artikolu 17 |
Artikolu 17 |
— |
Artikolu 18 |
— |
Artikolu 19 |
Artikolu 18(1), (2) u (3) |
Artikolu 20(1) u (2) |
Artikolu 18(4) u (5) |
Artikolu 21, l-ewwel u t-tieni paragrafi |
Artikolu 18(6) |
Artikolu 21, it-tielet paragrafu |
— |
Artikolu 22 |
Artikolu 19 |
Artikolu 23 |
— |
— |
Artikolu 20 |
— |
Artikolu 21 |
Anness |
Anness I |
— |
Anness II |
— |
Anness III |
( 1 ) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.