02009R0767 — MT — 01.01.2018 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT (KE) Nru 767/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (ĠU L 229 1.9.2009, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 568/2010 tad-29 ta’ Ġunju 2010 |
L 163 |
30 |
30.6.2010 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 939/2010 tal-20 ta’ Ottubru 2010 |
L 277 |
4 |
21.10.2010 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2279 tal-11 ta' Diċembru 2017 |
L 328 |
3 |
12.12.2017 |
|
REGOLAMENT (KE) Nru 767/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Lulju 2009
dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU 1
DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI
Artikolu 1
Għan
L-għan ta’ dan ir-Regolament, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002, huwa li jarmonizza l-kondizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ sikurezza tal-għalf u għaldaqstant livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa pubblika, kif ukoll biex tiġi pprovduta informazzjoni adegwata lill-utenti u l-konsumaturi u biex jissaħħaħ il-funzjonament effikaċi tas-suq intern.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-għalf fil-Komunità kemm għall-annimali li jipproduċu l-ikel kif ukoll dawk li ma jipproduċux l-ikel, inklużi r-rekwiżiti għat-tikkettar, l-imballaġġ u l-preżentazzjoni.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Komunità applikabbli fil-qasam tan-nutrizzjoni tal-annimali, b’mod partikolari:
(a) id-Direttiva 90/167/KEE;
(b) id-Direttiva 2002/32/KE;
(c) ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu ( 1 );
(d) ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman ( 2 );
(e) ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament ( 3 );
(f) ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċabiltà u t-tikkettar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament ( 4 );
(g) ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003; u
(h) ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi ( 5 ).
3. Dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-ilma, kemm jekk jingħata direttament lill-annimali u kemm jekk jiddaħħal intenzjonalment fl-għalf. Għandu madankollu, japplika għall-għalf maħsub biex jingħata lill-annimali fl-ilma.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) id-definizzjonijiet ta’ “għalf”, “negozju tal-għalf”, u “tqegħid fis-suq” kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 178/2002;
(b) id-definizzjonijiet ta’ “addittiv tal-għalf”, “taħlitiet imħejjija minn qabel”, “għajnuniet ta’ pproċessar” u “razzjon ta’ kuljum” kif stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1831/2003; u
(c) id-definizzjonijiet ta’ “stabbiliment” u “awtorità kompetenti” kif stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 183/2005.
2. Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:
(a) “operatur fin-negozju tal-għalf” tfisser persuna fiżika jew ġurdika responsabbli biex tiżgura li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jintlaħqu fin-negozju tal-għalf taħt il-kontroll tagħhom;
(b) “alimentazzjoni tal-annimali mill-ħalq” tfisser l-introduzzjoni ta’ għalf fil-passaġġ gastrointestinali tal-annimal mill-ħalq bil-għan li jintlaħqu l-ħtiġijiet nutrizzjonali tal-annimal u/jew tinżamm il-produttività ta’ annimali normalment b’saħħithom;
(c) “annimal li jipproduċi l-ikel” tfisser kull annimal mitmugħ, imrobbi jew li jinżamm għall-produzzjoni tal-ikel għall-konsum mill-bniedem inklużi annimali li mhumiex użati għall-konsum mill-bniedem, iżda li huma ta’ speċi li normalment tintuża għall-konsum mill-bniedem fil-Komunità;
(d) “annimali li ma jipproduċux l-ikel” tfisser kwalunkwe annimal mitmugħ, imrobbi jew li jinżamm iżda li mhumiex użat għall-konsum mill-bniedem, bħal annimali tal-pil, annimali domestiċi u annimali miżmuma fil-laboratorji, zoos u ċirkli;
(e) “annimali tal-pil” tfisser kwalunkwe annimal li ma jipproduċix l-ikel mitmugħ, imrobbi jew miżmum għall-produzzjoni tal-pil, u mhux użat għall-konsum mill-bniedem;
(f) “annimal domestiku” tfisser kwalunkwe annimal li ma jipproduċix l-ikel li huwa ta’ speċi mitmugħa, imrobbija jew miżmuma, iżda li normalment mhuwiex użat għall-konsum mill-bniedem fil-Komunità;
(g) “materjali tal-għalf” tfisser prodotti li joriġinaw mill-ħxejjex jew l-annimali, li l-għan prinċipali tagħhom huwa li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ nutrizzjoni tal-annimali, fl-istat naturali tagħhom, friski jew ippriżervati, u prodotti li ġejjin mill-ipproċessar industrijali tiegħu, u sustanzi organiċi u inorganiċi, kemm jekk fihom addittivi tal-għalf u kemm jekk le, li huma maħsuba għall-użu bħala għalf mitmugħ lill-annimali mill-ħalq jew direttament bħala tali jew wara l-ipproċessar, jew fil-preparazzjoni tal-għalf kompost, jew bħala ġarriera ta’ taħlitiet imħejjija minn qabel;
(h) “għalf kompost” tfisser taħlita ta’ mill-anqas żewġ materjali tal-għalf, kemm jekk fih addittivi tal-għalf u kemm jekk le, għat-tmigħ f’forma ta’ għalf komplet jew komplementari;
(i) “għalf komplet” tfisser għalf kompost li, permezz tal-kompożizzjoni tiegħu, huwa biżżejjed bħala razzjoni ta’ kuljum;
(j) “għalf komplementari” tfisser għalf kompost li għandu kontenut għoli ta’ ċerti sustanzi izda li, minħabba l-kompożizzjoni tiegħu, huwa suffiċjenti bħala razzjon ta’ kuljum biss jekk jintuża flimkien ma’ għalf ieħor;
(k) “għalf minerali” tfisser għalf komplementari li fih tal-inqas 40 % rmied mhux raffinat;
(l) “sostitut tal-ħalib” tfisser għalf kompost amministrat f’forma niexfa jew wara li jinħall fi kwantità partikolari ta’ likwidu għat-tmigħ ta’ annimali żgħar bħala żieda, jew sostitut għall-ħalib post-kolostrali jew għat-tmigħ ta’ annimali żgħar bħal għoġiela, ħrief jew gidien maħsuba għall-qatla;
(m) “ġarrier” tfisser sustanza użata biex tħoll, tnaqqas il-konċentrazzjoni jew xort’oħra timmodifika fiżikament addittiv tal-għalf sabiex tiffaċilita l-immanniġġar, l-applikazzjoni jew l-użu tiegħu mingħajr ma tibdel il-funzjoni teknoloġika tiegħu u mingħajr ma toħloq l-ebda effett teknoloġiku hija nfisha;
(n) “skop ta’ nutrizzjoni partikolari” tfisser l-għan li jkunu sodisfatti l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ nutrizzjoni tal-annimali li l-proċess ta’ assimilazzjoni, assorbiment jew metaboliżmu tagħhom ikun, jew jista’ jiġi, temporanjament jew b’mod irriversibbli danneġġjat u li għalhekk jistgħu jibbenefikaw mit-teħid ta’ għalf xieraq għall-kondizzjoni tagħhom;
(o) “għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari” tfisser għalf li jista’ jissodisfa skop ta’ nutrizzjoni partikolari permezz tal-kompożizzjoni partikolari jew il-metodu ta’ manifattura tiegħu, li jiddistingwih b’mod ċar mill-għalf ordinarju. L-għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari ma jinkludix materjali tal-għalf medikati fit-tifsira tad-Direttiva 90/167/KEE;
(p) “materjali kkontaminati” tfisser għalf li fih livell ta’ sustanzi mhux mixtieqa aktar għoli minn dak tollerat taħt id-Direttiva 2002/32/KE;
(q) “skadenza minima ta’ ħażna” tfisser iż-żmien li waqtu, taħt kondizzjonijiet ta’ ħażna xierqa, il-persuna responsabbli għat-tikkettar tiggarantixxi li l-għalf iżomm il-karatteristiċi ddikjarati tiegħu; skadenza minima ta’ ħażna waħda biss tista’ tkun indikata fir-rigward tal-għalf fl-intier tiegħu, u hija ddeterminata fuq il-bażi tal-iskadenza minima ta’ ħażna ta’ kull wieħed mill-komponenti tiegħu;
(r) “kunsinna” jew “lott” tfisser kwantità identifikabbli ta’ għalf li ġiet iddikjarata li għandha karatteristiċi komuni, bħal ma huma l-oriġini, il-varjetà, it-tip ta’ mballaġġ, minn ippakkjaha, il-konsenjatur jew it-tikkettar, u fil-każ ta’ proċess tal-produzzjoni, unità ta’ produzzjoni minn impjant wieħed bl-użu ta’ parametri tal-produzzjoni uniformi jew numru ta’ tali unitajiet, meta jkunu prodotti f’ordni kontinwu u maħżuna flimkien;
(s) “tikkettar” tfisser attribuzzjoni ta’ kwalunkwe kliem, dettalji, marki tal-kummerċ, isem tal-marka, materjal jew simbolu grafiku għall-għalf billi tali informazzjoni titqiegħed fuq kwalunkwe mezz b’referenza għal dan l-għalf jew bħala akkumpanjament għalih bħal imballaġġ, kontenitur, avviż, tikketta, dokument, ċurkett, kullar jew fuq l-Internet, inkluż għal finijiet ta’ reklamar;
(t) “tikketta” tfisser kull tabella, marka, materjal grafiku jew materjal deskrittiv ieħor, miktub, stampat, stensiljat, immarkat, imbuzzat, imprimat fuq, jew mehmuż mal-imballaġġ jew mal-kontenitur tal-għalf; u
(u) “preżentazzjoni” tfisser l-għamla, l-apparenza jew l-imballaġġ u l-materjali tal-imballaġġ użati għall-għalf, apparti mill-mod li bih ikun irranġat u muri.
KAPITOLU 2
REKWIŻITI ĠENERALI
Artikolu 4
Rekwiżiti ta’ sikurezza u ta’ kummerċjalizzazzjoni
1. L-għalf jista’ jitqiegħed fis-suq u użat biss jekk:
(a) ikun sikur; u
(b) ma jkollux effett dirett negattiv fuq l-ambjent jew it-trattament xieraq tal-annimali.
Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-għalf tal-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
2. Barra mir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-operaturi fin-negozju tal-għalf li jqiegħdu l-għalf fis-suq għandhom jiżguraw li l-għalf:
(a) ikun tajjeb, ġenwin, mhux imħallat, tajjeb għall-iskop maħsub u ta’ kwalità tajba għall-bejgħ; u
(b) ikun ittikkettat, imballat u ppreżentat skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u f’leġiżlazzjoni oħra Komunitarja applikabbli.
Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-għalf ta’ annimali li ma jipproduċux l-ikel.
3. L-għalf għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tekniċi dwar l-impuritajiet u determinanti kimiċi oħra stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Responsabiltajiet u obbligi tan-negozji tal-għalf
1. L-operaturi fin-negozju tal-għalf għandhom jikkonformaw, mutatis mutandis, mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 18 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 fir-rigward tal-għalf għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
2. Il-persuna responsabbli mit-tikkettar tal-għalf għandha tagħmel disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti kwalunkwe informazzjoni dwar il-kompożizzjoni jew il-karatteristiċi ddikjarati tal-għalf li din il-persuna tqiegħed fis-suq, li tippermetti li tiġi vverifikata l-informazzjoni mogħtija fit-tikketta, inklużi l-persentaġġi eżatti bil-piż tal-materjali tal-għalf użati fl-għalf kompost.
3. Fil-każ ta’ kwalunkwe urġenza relatata mas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali jew mal-ambjent u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/48/KE, l-awtorità kompetenti tista’ tagħti lix-xerrej l-informazzjoni li tkun disponibbli għaliha taħt il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, bil-kondizzjoni li, wara li jiġu bbilanċjati l-interessi leġittimi rispettivi tal-manifatturi u tax-xerrejja, hija tikkonkludi li l-għoti ta’ din l-informazzjoni jkun iġġustifikat. Jekk ikun il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tagħti din l-informazzjoni bil-kondizzjoni li x-xerrej jiffirma klawsola ta’ kunfidenzjalità.
Artikolu 6
Restrizzjoni u projbizzjoni
1. L-għalf m’għandux ikun fih jew ikun jikkonsisti minn materjali li t-tqegħid fis-suq jew l-użu tagħhom għal skopijiet ta’ nutrizzjoni tal-annimali ikun ristrett jew ipprojbit. Il-lista ta’ dawn il-materjali hija stabbilita fl-Anness III.
2. Il-Kummissjoni għandha temenda l-lista ta’ materjali li t-tqegħid fis-suq jew l-użu tagħhom għal finijiet ta’ nutrizzjoni tal-annimali jkun ristrett jew ipprojbit b’kont meħud b’mod partikolari tal-evidenza xjentifika, il-progress teknoloġiku, in-notifiki skont is-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF) jew ir-riżultati ta’ kontrolli uffiċjali skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004.
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(4).
Minħabba raġunijiet ta’ urġenza imminenti, il-Kummissjoni tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 28(5) bil-ħsieb li jiġu adottati dawk il-miżuri.
KAPITOLU 3
TQEGĦID FIS-SUQ TA’ TIPI SPEĊIFIĊI TA’ GĦALF
Artikolu 7
Karatteristiċi ta’ tipi ta’ għalf
1. Skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 28(3), il-Kummissjoni tista’ tadotta linji gwida li jiċċaraw id-distinzjoni bejn materjali tal-għalf, addittivi tal-għalf u prodotti oħrajn bħall-mediċini veterinarji.
2. Il-Kummissjoni tista’, fejn ikun meħtieġ, tadotta miżuri sabiex tiċċara jekk prodott partikolari jikkostitwixxix għalf għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(4).
Artikolu 8
Kontenut ta’ addittivi tal-għalf
1. Bla ħsara għall-kondizzjonijiet tal-użu previsti fl-att legali rilevanti li jawtorizza l-addittiv tal-għalf rispettiv, il-materjali tal-għalf u l-għalf komplementari m’għandux ikun fihom addittivi tal-għalf inkorporati f’livelli li jisbqu 100 darba l-kontenut massimu ffissat rilevanti fl-għalf komplet jew ħames darbiet f’każ ta’ koċċidjostati u ħistomonostati.
2. Il-livell ta’ 100 darba l-kontenut massimu ffissat rilevanti fl-għalf komplet imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jinqabeż biss jekk il-kompożizzjoni tal-prodotti kkonċernati tissodisfa l-iskop ta’ nutrizzjoni partikolari fir-rigward tal-użu rilevanti maħsub skont l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament. Il-kondizzjonijiet għall-użu ta’ dan l-għalf jistgħu jiġu speċifikati aktar fil-lista tal-użijiet maħsuba. L-istabbiliment taħt il-kontroll ta’ produttur ta’ dan l-għalf li juża l-addittivi ta’ għalf imsemmija fil-Kapitolu 2 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 183/2005 irid jiġi approvat skont il-punt 1(b) tal-Artikolu 10(b) ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 9
Kummerċjalizzazzjoni ta’ għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari
L-għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari jista’ jiġi kkummerċjalizzat biss bħala tali jekk l-użu maħsub tiegħu huwa inkluż fil-lista ta’ użi maħsuba stabbilita f’konformità mal-Artikolu 10 u jekk jissodisfa l-karatteristiċi nutrizzjonali essenzjali għall-iskop nutrizzjonali partikolari rispettiv stabbilit f’dik il-lista.
Artikolu 10
Lista ta’ użijiet maħsuba ta’ għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari
1. Il-Kummissjoni tista’ taġġorna l-lista ta’ użijiet maħsuba, kif stabbilit fid-Direttiva 2008/38/KE billi żżid użu maħsub, tirtira użu intiż jew billi żżid, tneħħi jew tbiddel il-kondizzjonijiet assoċjati ma’ użu maħsub partikolari.
2. Il-proċedura għall-aġġornar tal-lista ta’ użi maħsuba tista’ tinbeda bil-preżentazzjoni lill-Kummissjoni ta’ applikazzjoni minn persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità jew minn Stat Membru. Applikazzjoni valida għandha tinkludi dossier li juri li l-kompożizzjoni speċifika tal-għalf tilħaq l-iskop nutrizzjonali partikolari maħsub u li ma jkollu l-ebda effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, saħħet il-bniedem, l-ambjent u t-trattament xieraq tal-annimali.
3. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli l-applikazzjoni inkluż id-dossier lill-Istati Membri mingħajr dewmien.
4. Jekk, fuq il-bażi tal-informazzjoni xjentifika u teknika disponibbli, il-Kummissjoni jkollha raġunijiet biex temmen li l-użu tal-għalf speċifiku jista’ ma jilħaqx l-iskop nutrizzjonali partikolari maħsub jew jista’ jkollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali, saħħet il-bniedem, l-ambjent jew it-trattament xieraq tal-annimali, il-Kummissjoni għandha, fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi applikazzjoni valida, titlob opinjoni mill-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza tal-Ikel (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Awtorità”). L-Awtorità għandha tagħti opinjoni fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi t-talba. Dan il-limitu ta’ żmien għandu jiġi estiż kull meta l-Awtorità titlob informazzjoni supplementari mill-applikant.
5. Fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi applikazzjoni valida jew, fejn ikun il-każ, wara li tirċievi l-opinjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tadotta Regolament li jaġġorna l-lista ta’ użijiet maħsuba jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 jiġu sodisfatti.
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(6).
6. B’deroga mill-paragrafu 5, fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi applikazzjoni valida jew, fejn xieraq, wara li tkun irċeviet l-opinjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni għandha ttemm il-proċedura u tiddeċiedi li ma tipproċedix bl-aġġornament, fi kwalunkwe stadju tal-proċedura, jekk tikkunsidra li tali aġġornament ma jkunx ġustifikat. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dan skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 28(3).
F’każijiet bħal dawn, fejn applikabbli, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-applikant u lill-Istati Membri direttament, billi tindika fl-ittra tagħha r-raġunijiet għaliex hija ma tikkunsidrax l-aġġornament ġustifikat.
7. Il-Kummissjoni tista’, skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(3), tadotta miżuri implimentattivi li jikkonċernaw it-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-applikazzjoni.
KAPITOLU 4
TIKKETTAR, PREŻENTAZZJONI U MBALLAĠĠ
Artikolu 11
Prinċipji għat-tikkettar u l-preżentazzjoni
1. It-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-għalf m’għandhomx jiżgwidaw lill-utent, b’mod partikolari:
(a) fir-rigward tal-użijiet maħsuba u l-karatteristiċi tal-għalf, b’mod partikolari, in-natura, il-metodu tal-manifattura jew produzzjoni, il-karatteristiċi, il-kompożizzjoni, il-kwantità, id-durabilità, l-ispeċi jew il-kategoriji tal-annimali li għalihom huwa maħsub,
(b) billi jattribwixxi effetti jew karatteristiċi li l-għalf m’għandux jew billi jissuġġerixxi li għandu karatteristiċi speċjali meta fil-fatt kull għalf simili jkollu tali karatteristiċi, jew
(c) fir-rigward tal-konformità tat-tikkettar mal-Katalogu tal-Komunità u l-Kodiċijiet tal-Komunità msemmija fl-Artikoli 24 u 25.
2. Il-materjali tal-għalf kompost u l-għalf kompost ikkummerċjalizzat bil-kwalntità jew f’pakketti jew kontenituri mhux issiġillati skont l-Artikolu 23(2) għandhom ikunu akkumpanjati minn dokument li fih id-dettalji tat-tikkettar obbligatorju kollha meħtieġa taħt dan ir-Regolament.
3. Fejn l-għalf jiġi offrut għall-bejgħ permezz ta’ komunikazzjoni distanti kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod ( 6 ), id-dettalji tat-tikkettar obbligatorji meħtieġa minn dan ir-Regolament, ħlief għad-dettalji previsti fl-Artikoli 15 (b), (d), (e), u 16 (2) (c) jew 17(1)(d), għandhom jidhru fuq il-materjal li jappoġġa l-bejgħ mill-bogħod jew jingħataw permezz ta’ mezzi oħra xierqa qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt mill-bogħod. Id-dettalji msemmija fl-Artikoli 15(b), (d), (e), u 16(2)(c) jew 17(1)(d) għandhom jingħataw mhux aktar tard mill-mument tal-kunsinna tal-għalf.
4. Dispożizzjonijiet ta’ tikkettar minbarra dawk stabbiliti f’dan il-Kapitolu huma stabbiliti fl-Anness II.
5. It-tolleranzi permessi għad-diskrepanzi bejn il-valuri kompożizzjonali ta’ materjal tal-għalf jew l-għalf kompost murija fit-tikketta u l-valuri analizzati fil-kontrolli uffiċjali f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 882/2004 huma elenkati fl-Anness IV għal dan ir-Regolament.
Artikolu 12
Responsabbiltà
1. Il-persuna responsabbli għat-tikkettar għandha tiżgura l-preżenza u l-eżattezza sostantiva tad-dettalji tat-tikketta.
2. Il-persuna responsabbli għat-tikkettar għandha tkun l-operatur tan-negozju tal-għalf li l-ewwel ma jqiegħed fis-suq l-għalf, jew fejn ikun il-każ, l-operatur tan-negozju tal-għalf li f’ismu jew f’isem in-negozju tiegħu l-għalf huwa kkummerċjalizzat.
3. Safejn l-attivitajiet tagħhom jaffettwaw it-tikkettar fiin-negozju taħt il-kontroll tagħhom, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jiżguraw li l-informazzjoni provduta bi kwalunkwe mezz tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
4. L-operaturi tan-negozju tal-għalf responsabbli għall-attivitajiet ta’ bejgħ bl-imnut jew ta’ distribuzzjoni li ma jaffetwawx it-tikkettar għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti tat-tikkettar, b’mod partikolari billi ma jipprovdux għalf li jafu jew setgħu jobsru, fuq il-bażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħhom u bħala professjonisti, li ma jikkonformax ma’ dawk ir-rekwiżiti.
5. Fin-negozji taħt il-kontroll tagħhom l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jiżguraw li d-dettalji obbligatorji tat-tikkettar jiġu trażmessi tul il-katina tal-ikel kollha sabiex jippermettu l-għoti tal-informazzjoni lill-utent aħħari tal-għalf skont dan ir-Regolament.
Artikolu 13
Affermazzjonijiet
1. It-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ materjali tal-għalf u għalf kompost jistgħu jiġbdu l-attenzjoni partikolari għall-preżenza jew in-nuqqas ta’ sustanza fl-għalf, għal xi karatteristika jew proċess ta’ nutrizzjoni speċifiku jew għal xi funzjoni speċifika relatata ma’ kwalunkwe minn dawn, bil-kondizzjoni li l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfatti:
(a) l-affermazzjoni tkun oġġettiva, verifikabbli mill-awtoritajiet kompetenti u mifhuma mill-utent tal-għalf; u
(b) il-persuna responsabbli għat-tikkettar tipprovdi, fuq it-talba tal-awtorità kompetenti, prova xjentifika tal-affermazzjoni, jew b’referenza għal evidenza xjentifika disponibbli pubblikament jew permezz ta’ riċerka dokumentata mill-kumpanija. Il-prova xjentifika għandha tkun disponsibbli fil-mument meta l-għalf jitqiegħed fis-suq. Ix-xerrejja għandu jkollhom id-dritt li jiġbdu l-attenzjoni tal-awtorità kompetenti dwar id-dubji tagħhom fir-rigward tal-verità tal-affermazzjoni. Jekk jiġi konkluż li ma tistax tingħata prova biżżejjed tal-affermazzjoni, it-tikketta dwar din l-affermazzjoni titqies bħala waħda li tiżgwida għall-finijiet tal-Artikolu 11. Fil-każ fejn l-awtorità kompetenti jkollha dubji fir-rigward tal-prova xjentifika tal-affermazzjoni kkonċernata, hija tista’ tressaq il-kwistjoni quddiem il-Kummissjoni. Jekk ikun il-każ u wara li tirċievi opinjoni mingħand l-Awtorità, il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni skont il-proċedura konsultattiva stabbilita fl-Artikolu 28(2).
2. Bla ħsara għall-paragrafu 1, affermazzjonijiet li jikkonċernaw l-ottimizzazzjoni tan-nutrizzjoni u s-sostenn jew il-protezzjoni tal-kondizzjonijiet fiżjoloġiċi huma permessi, sakemm ma jkunx fihom dikjarazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3.
3. It-tikkettar jew il-preżentazzjoni ta’ materjali tal-għalf u għalf kompost m’għandhomx jaffermaw li
(a) l-għalf ser jipprevjeni, jikkura jew ifejjaq xi marda, ħlief għall-koċċidjostati u ħistomonostati kif awtorizzat taħt ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003; madankollu, dan il-punt m’għandux japplika għal affermazzjonijiet li jikkonċernaw żbilanċi ta’ nutrizzjoni sakemm ma jkunx hemm sintomu patoloġiku assoċjat;
(b) l-għalf għandu skop ta’ nutrizzjoni partikolari, kif previst fil-lista ta’ użijiet maħsuba msemmija fl-Artikolu 9, sakemm ma jissodisfax r-rekwiżiti stabbiliti fih.
4. L-ispeċifikazzjonijiet relatati mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu inklużi fil-Kodiċijiet tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 25.
Artikolu 14
Preżentazzjoni tad-dettalji fit-tikketti
1. Id-dettalji obbligatorji fit-tikketti għandhom jingħataw fl-intier tagħhom f’post prominenti fuq l-imballaġġ, il-kontenitur, fuq tikketta mwaħħla miegħu jew fuq id-dokument li jakkumpanjah previst fl-Artikolu 11(2), b’mod li jidher sew, jinqara faċilment u ma jitħassarx, fil-lingwa uffiċjali jew minn tal-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru jew tar-reġjun li fih jitqiegħed fis-suq.
2. Id-dettalji obbligatorji fit-tikketti għandhom ikunu faċilment identifikabbli u m’għandhomx jiġu mgħottija minn xi informazzjoni oħra. Huma għandhom jintwerew f’kulur, tipa u daqs li ma jgħattix jew jenfasizza xi parti tal-informazzjoni, sakemm tali varjazzjoni ma ssirx biex tinġibed l-attenzjoni għal xi dikjarazzjonijiet ta’ prekawzjoni.
3. L-ispeċifikazzjonijiet relatati mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 u għall-preżentazzjoni tat-tikkettar volontarju msemmi fl-Artikolu 22 jistgħu jiġu inklużi fil-Kodiċijiet tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 25.
Artikolu 15
Rekwiżiti ġenerali obligatorji dwar it-tikkettar
Materjal tal-għalf jew għalf kompost m’għandux jitqiegħed fis-suq sakemm id-dettalji li ġejjin ma jintwerewx fit-tikketti:
(a) it-tip ta’ għalf: “materjal tal-għalf”, “għalf komplet jew 2għalf komplementari”, kif ikun xieraq;
— għall-“għalf komplet” id-deżinjazzjoni “għalf sostitut tal-ħalib komplet” jista’ jintuża, jekk ikun il-każ;
— għall-“għalf komplementari” id-deżinjazzjonijiet li ġejjin jistgħu jintużaw fejn ikun xieraq: “għalf minerali”, jew “għalf sostitut komplementari tal-ħalib”;
— għall-annimali domestiċi ħlief għall-qtates u l-klieb “għalf komplet” jew “għalf komplementari” jista’ jiġi sostitwit bi “għalf kompost”;
(b) l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-operatur tan-negozju tal-għalf responsabbli għat-tikkettar;
(c) jekk ikun disponibbli, in-numru ta’ approvazzjoni tal-istabbiliment tal-persuna responsabbli għat-tikkettar mogħti skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għal stabbilimenti awtorizzati skont l-Artikolu 23(2)(a), (b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jew l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jew skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005. Jekk persuna responsabbli mit-tikkettar ikollha diversi numri ta’ approvazzjoni hija għandha tuża dak mogħti skont ir-Regolament (KE) Nru 183/2005;
(d) in-numru ta’ referenza tal-kunsinna jew tal-lott;
(e) il-kwantità netta espressa f’unitajiet ta’ massa fil-każ ta’ prodotti solidi, u f’unitajiet ta’ massa jew volum fil-każ ta’ prodotti likwidi;
(f) il-lista ta’ addittivi tal-għalf preċeduta mit-titolu “addittivi” skont il-Kapitolu I tal-Anness VI jew VII, kif applikabbli, u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tat-tikkettar stabbiliti fl-att legali li jawtorizza l-addittiv tal-għalf rispettiv; u
(g) il-kontenut ta’ umdità skont il-punt 6 tal-Anness I.
Artikolu 16
Rekwiżiti speċifiċi obbligatorji dwar it-tikkettar għall-materjali tal-għalf
1. Minbarra r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 15, it-tikkettar ta’ materjali tal-għalf għandu jinkludi wkoll:
(a) l-isem tal-materjal tal-għalf; l-isem għandu jintuża f’konformità mal-Artikolu 24(5); u
(b) id-dikjarazzjoni obbligatorja li tikkorrispondi għall-kategorija rispettiva kif stabbilita fil-lista fl-Anness IV; id-dikjarazzjoni obligatorja tista’ tiġi ssostitwita bid-dettalji definiti fil-Katalogu tal-Komunità msemmi fl-Artikolu 24 għal kull materjal tal-għalf tal-kategorija rispettiva.
2. Minbarra r-rekwiżiti previsti fil-paragrafu 1, it-tikkettar tal-materjali tal-għalf għandu jinkludi dan li ġej meta jiġu inkorporati addittivi:
(a) l-ispeċijiet jew kategoriji tal-annimali li għalihom huwa intenzjonat il-materjal tal-għalf meta l-addittivi in kwistjoni ma jkunux awtorizzati għall-ispeċijiet kollha tal-annimali jew għal xi speċijiet ikunu awtorizzati biss sa ċerti limiti massimi;
(b) istruzzjonijiet għall-użu tajjeb skont il-punt 4 tal-Anness II, fejn jiġi stabbilit kontenut massimu tal-addittivi in kwistjoni; u
(c) l-iskadenza minima ta’ ħażna għall-addittivi apparti dawk teknoloġiċi.
Artikolu 17
Rekwiżiti speċifiċi obbligatorji dwar it-tikkettar għall-għalf kompost
1. Barra r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 15, it-tikkettar tal-għalf kompost għandu jinkludi wkoll dan li ġej:
(a) l-ispeċijiet jew il-kategoriji ta’ annimali li għalihom hu maħsub l-għalf kompost;
(b) l-istruzzjonijiet għall-użu tajjeb li jindikaw l-iskop li għalih l-għalf huwa maħsub; fejn applikabbli, dawn l-istruzzjonijiet għandhom ikunu konformi mal-punt 4 tal-Anness II;
(c) fil-każijiet meta l-produttur ma jkunx il-persuna responsabbli għat-tikkettar, għandhom jiġu provduti dawn li ġejjin:
— l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-produttur, jew
— in-numru tal-approvazzjoni tal-produttur kif imsemmi fl-Artikolu 15(c) jew numru ta’ identifikazzjoni skont l-Artikoli 9, 23 jew 24 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005; jekk tali numru ma jkunx disponibbli, numru ta’ identifikazzjoni allokat fuq it-talba tal-produttur jew tal-operaturi tan-negozju tal-importazzjoni tal-għalf li għandu jkun skont il-format stabbilit fil-Kapitolu II tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 183/2005;
(d) l-indikazzjoni tal-iskadenza minima tal-ħażna f’konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:
— “ikkonsma qabel…” segwit mid-data li tindika ġurnata partikolari fil-każ ta’ għalf li jeħżien malajr minħabba l-proċessi ta’ degradazzjoni;
— “ikkonsma preferibbilment qabel…” segwit mid-data li tindika xahar partikolari fil-każ ta’ għalf ieħor.
Jekk id-data tal-manifattura tkun indikata fit-tikketta, id-data li tindika l-iskadenza minima tal-ħażna tista’ tingħata wkoll bħala “… (perijodu ta’ żmien fi ġranet jew xhur) wara d-data tal-manifattura”;
(e) lista tal-materjali tal-għalf li minnhom huwa kompost l-għalf, li ġġib l-intestatura “kompożizzjoni” u tindika l-isem ta’ kull materjal tal-għalf skont l-Artikolu 16(1)(a), u telenka dawk il-materjali tal-għalf f’ordni mill-itqal għall-eħfef, ikkalkolata fuq il-kontenut tal-umdità fl-għalf kompost; dik il-lista tista’ tinkludi l-persentaġġ bil-piż; u
(f) id-dikjarazzjonijiet obbligatorji previsti fil-Kapitolu II tal-Anness VI jew VII, kif applikabbli.
2. Fir-rigward tal-lista prevista fil-paragrafu 1(e), ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw:
(a) l-isem u l-persentaġġ bil-piż ta’ materjal tal-għalf għandu jiġi indikat jekk il-preżenza tiegħu hija enfassizzata fuq it-tikketta fi kliem, stampi jew grafika;
(b) jekk il-persentaġġi bil-piż tal-materjali tal-għalf inkorporati f’għalf kompost għall-annimali li jipproduċu l-ikel ma jkunux murija fuq it-tikketta, il-persuna responsabbli għat-tikketta għandha, bla ħsara għad-Direttiva 2004/48/KE, tagħmel disponibbli lix-xerrej fuq talba, l-informazzjoni dwar id-data tal-kompożizzjoni kwantitattiva f’medda ta’ +/- 15 % tal-valur skont il-formulazzjoni tal-għalf; u
(c) fil-każ ta’ għalf kompost maħsub għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel ħlief għall-annimali tal-pil, l-indikazzjoni tal-isem speċifiku tal-materjal tal-għalf jista’ jiġi sostitwit bl-isem tal-kategorija li fiha jappartjeni l-materjal tal-għalf.
3. F’każ ta’ urġenza relatata mas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew mal-ambjent, u bla ħsara għad-Direttiva 2004/48/KE, l-awtorità kompetenti tista’ tagħti lix-xerrej l-informazzjoni li tkun disponibbli għaliha taħt l-Artikolu 5(2), bil-kondizzjoni li, wara li jiġu bbilanċjati l-interessi leġittimi rispettivi tal-manifatturi u tax-xerrejja, hija tikkonkludi li l-għoti ta’ din l-informazzjoni jkun iġġustifikat. Jekk ikun il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi din l-informazzjoni bil-kondizzjoni li x-xerrej jiffirma klawsola ta’ kunfidenzjalità.
4. Għall-finijiet tal-paragrafu 2(c), il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ kategoriji ta’ materjali tal-għalf li jistgħu jiġu indikati minflok il-materjali tal-għalf individwali fit-tikketta tal-għalf għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel ħlief għall-annimali tal-pil.
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(4).
Artikolu 18
Rekwiżiti addizzjonali obbligatorji tat-tikkettar għall-għalf maħsub għal skopijiet partikolari ta’ nutrizzjoni
Minbarra r-rekwiżiti ġenerali obbligatorji stabbiliti fl-Artikoli 15, 16 u 17, skont kif japplika, it-tikkettar tal-għalf maħsub għal skopijiet partikolari ta’ nutrizzjoni għandu jinkludi wkoll:
(a) l-espressjoni kwalifikattiva “djetetiku”, li hu riżervat esklussivament għall-għalf maħsub għal skopijiet partikolari ta’ nutrizzjoni, maġenb id-deżinjazzjoni tal-għalf kif stabbilita fl-Artikolu 15(a);
(b) id-dettalji preskritti għall-użu maħsub rispettiv fil-kolonni 1 sa 6 tal-lista ta’ użi maħsuba msemmija fl-Artikolu 9; u
(c) indikazzjoni li għandha tintalab l-opinjoni ta’ espert nutrizzjonali jew veterinarju qabel l-użu tal-għalf jew qabel l-estensjoni tal-perijodu tal-użu tiegħu.
Artikolu 19
Rekwiżiti obligatorji addizzjonali dwar it-tikkettar għall-ikel tal-annimali domestiċi
Fuq it-tikketta tal-ikel tal-annimali domestiċi għandu jintwera numru tat-telefon bla ħlas jew għandhom jiġu indikati mezzi oħra ta’ komunikazzjoni sabiex jippermettu li x-xerrej jikseb informazzjoni minbarra d-dettalji obbligatorji dwar:
(a) l-addittivi tal-għalf inkorporati fl-ikel tal-annimali domestiċi, u
(b) il-materjali tal-għalf inkorporati li huma deżinjati bil-kategorija kif imsemmi fl-Artikolu 17(2)(c).
Artikolu 20
Rekwiżiti obbligatorji addizzjonali tat-tikkettar għall-għalf li ma jikkonformax
1. Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 15, 16, 17 u 18, l-għalf li ma jikkonformax mar-rekwiżiti taħt il-liġi Komunitarja stabbiliti fl-Anness VIII, bħall-materjali kkontaminati, għandhom juru d-dettalji tat-tikkettar stabbiliti f’dak l-Anness.
2. Il-Kummissjoni tista’ temenda l-Anness VIII sabiex iġġibu f’konformità mal-progress leġiżlattiv lejn l-iżvilupp tal-istandards.
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(4).
Artikolu 21
Derogi
1. Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 15(c), (d), (e), u (g) u l-Artikolu 16(1) (b) m’għandhomx ikunu meħtieġa fejn, qabel kull tranżazzjoni, ix-xerrej ikun iddikjara bil-miktub li m’għandux bżonn din l-informazzjoni. Tranżazzjoni tista’ tikkonsisti f’diversi kunsinni.
2. Għall-għalf ippakkjat id-dettalji msemmija fl-Artikolu 15(c), (d) u (e) u l-Artikolu 16(2)(c) jew l-Artikolu 17(1)(c), (d) u (e) jistgħu jingħataw fuq l-imballaġġ barra mill-post tat-tikketta kif imsemmi fl-Artikolu 14(1). F’każijiet bħal dawn għandu jiġi indikat il-post fejn jidhru dawn id-dettalji.
3. Bla ħsara għall-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 183/2005, id-dettalji msemmija fl-Artikolu 15(c), (d), (e), u (g) u l-Artikolu 16(1)(b) ta’ dan ir-Regolament m’għandhomx ikunu obbligatorji għal materjali tal-għalf li ma fihomx addittivi tal-għalf, bl-eċċezzjoni għal priżervattivi jew addittivi tal-ħżin f’sajlo, u li huma prodotti u mwassla minn operatur tan-negozju tal-għalf skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 lil utent tal-għalf involut fil-produzzjoni primarja għall-użu fl-istabbiliment tiegħu.
4. Id-dikjarazzjonijiet obbligatorji msemmija fl-Artikolu 17(1)(f) m’għandhomx ikunu meħtieġa għal taħlitiet ta’ qmuħ minn pjanti sħaħ, żrieragħ u frott.
5. Fil-każ tal-għalf kompost magħmul minn mhux iktar minn tliet materjali tal-għalf id-dettalji msemmija fl-Artikolu 17(1)(a) u (b) m’għandhomx ikunu meħtieġa fejn il-materjali tal-għalf użati huma indikati b’mod ċar fid-deskrizzjoni.
6. Għall-kwantitajiet li ma jisbqux l-20 kg ta’ materjali tal-għalf jew għalf kompost maħsuba għall-utent aħħari u mibjugħa fi kwantità, id-dettalji msemmija fl-Artikoli 15, 16 u 17 jistgħu jinġiebu għall-attenzjoni tax-xerrej permezz ta’ avviż xieraq fil-punt tal-bejgħ. F’dawn il-każijiet, id-dettalji msemmija fl-Artikolu 15(a) u l-Artikolu 16(1) jew l-Artikolu 17(1)(a) u (b), kif xieraq, għandhom jiġu pprovduti lix-xerrej l-aktar tard fuq l-irċevuta jew magħha.
7. Għall-kwantitajiet ta’ ikel tal-annimali domestiċi mibjugħa f’pakketti b’diversi kontenituri, id-dettalji msemmija fl-Artikolu 15(b), (c), (f) u (g) u l-Artikolu 17(1)(b), (c), (e) u (f) jistgħu jingħataw biss fuq in-naħa ta’ barra tal-imballaġġ minflok fuq kull kontenitur, bil-kondizzjoni li l-piż kkombinat totali tal-pakkett ma jaqbiżx l-10 kg.
8. B’deroga mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu japplikaw dispożizzjonijiet nazzjonali għall-għalf maħsub għall-annimali miżmuma għal skopijiet xjentifiċi jew sperimentali bil-kondizzjoni li t-tikketta tiegħu turi b’mod ċar dan l-iskop. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.
Artikolu 22
Tikkettar volontarju
1. Minbarra r-rekwiżiti obligatorji tat-tikkettar, it-tikkettar tal-materjali għall-għalf u tal-għalf kompost jista’ jinkludi wkoll dettalji ta’ tikkettar volontarju, sakemm il-prinċipji ġenerali stabbiliti f’dan ir-Regolament ikunu rrispettati.
2. Kondizzjonijiet oħra għat-tikkettar volontarju jistgħu jingħataw fil-Kodiċijiet Komunitarji msemmija fl-Artikolu 25.
Artikolu 23
Mballaġġ
1. Il-materjali għall-għalf u l-għalf kompost jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss f’pakketti jew kontenituri ssiġillati. Il-pakketti jew il-kontenituri għandhom ikunu ssiġillati b’tali mod li, meta l-pakkett jew il-kontenitur jinfetaħ, is-siġill jinkiser u ma jkunx jista’ jerġa’ jintuża.
2. B’deroga għall-paragrafu 1, l-għalf li ġej jista’ jitqiegħed fis-suq fi kwantità jew f’pakketti jew kontenituri mhux issiġillati:
(a) materjali tal-għalf;
(b) għalf kompost miksub esklussivament b’taħlit ta’ qmuħ jew frott sħiħ;
(c) kunsinni bejn il-produtturi tal-għalf kompost;
(d) kunsinni ta’ għalf kompost direttament mill-produttur għal għand l-utent tal-għalf;
(e) kunsinni minn produtturi tal-għalf kompost lid-ditti tal-imballaġġ;
(f) kwantitajiet ta’ għalf kompost li ma jisbqux il-50 kilogramma fil-piż u li huma maħsuba għall-utent aħħari u meħuda direttament minn pakkett jew kontenitur issiġillat; u
(g) blokki jew ġebliet għal-lgħiq.
KAPITOLU 5
KATALOGU TAL-KOMUNITÀ DWAR MATERJALI TAL-GĦALF U KODIĊIJIET TAL-KOMUNITÀ TA’ PRASSI TAJBA TA’ TIKKETTAR
Artikolu 24
Katalogu tal-Komunità tal-materjali tal-għalf
1. Il-Katalogu tal-Komunità tal-materjali tal-għalf (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Katalogu”) għandu jiġi maħluq bħala għodda biex ittejjeb it-tikkettar tal-materjali tal-għalf u l-għalf kompost. Il-Katalogu għandu jiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-prodotti u jkun fih lista mhux eżawrjenti tal-materjali għall-għalf. Hu għandu talanqas jinkludi d-dettalji li ġejjin għal kull materjal tal-għalf elenkat:
(a) l-isem;
(b) in-numru tal-identifikazzjoni;
(c) deskrizzjoni tal-materjal tal-għalf inkluża l-informazzjoni dwar il-proċess tal- manifattura, jekk ikun xieraq;
(d) dettalji li jissostitwixxu d-dikjarazzjoni obligatorja għall-finijiet tal-Artikolu 16(1)(b); u
(e) glossarju bid-definizzjoni tal-proċessi u l-espressjonijiet tekniċi differenti msemmija.
2. L-ewwel verżjoni tal-Katalogu tal-Komunità għandha tiġi adottata skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 28(2) sa mhux iktar tard mill-21 ta’ Marzu 2010 u l-elementi mdaħħla fih għandom jikkonsistu f’dawk elenkati fil-Parti B tal-Anness għad-Direttiva 96/25/KE u l-kolonni 2 sa 4 tal-Anness għad-Direttiva 82/471/KEE. Il-punt IV tal-Parti A tal-Anness tad-Direttiva 96/25/KE għandu jikkostitwixxi l-glossarju.
3. Il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26 għandha tapplika għall-emendi fil-Katalogu.
4. L-Artikolu japplika mingħajr ħsara għar-rekwiżiti ta’ sikurezza stabbiliti fl-Artikolu 4.
5. L-użu tal-Katalogu mill-operaturi tan-negozju tal-għalf għandu jkun volontarju. Madankollu, l-isem ta’ materjal tal-għalf imniżżel fil-Katalogu jista’ jintuża biss jekk id-dispożizzjonijiet rilevanti kollha tal-Katalogu jiġu rrispettati.
6. Il-persuna li, għall-ewwel darba, tqiegħed fis-suq materjal tal-għalf li ma jkunx imniżżel fil-lista tal-Katalogu għandha minnufih tgħarraf bl-użu tagħha lir-rappreżentanti tal-oqsma tan-negozju tal-għalf Ewropej imsemmija fl-Artikolu 26(1). Ir-rappreżentanti tal-oqsma tan-negozju tal-għalf Ewropej għandhom jippubblikaw reġistru ta’ dawn in-notifiki fuq l-Internet u jaġġornaw ir-reġistru fuq bażi regolari.
Artikolu 25
Kodiċi tal-Komunità dwar prattiki tajba ta’ tikkettar
1. Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ l-iżvilupp ta’ żewġ Kodiċijiet tal-Komunità ta’ prattika tajba ta’ tikkettar (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Kodiċijiet”), wieħed għall-ikel tal-annimali domestiċi u wieħed għall-għalf kompost għall-annimali li jipproduċu l-ikel, li jistgħu jinkludu taqsima li tikkonċerna għalf kompost għal annimali tal-pil.
2. Il-Kodiċijiet għandu jkollhom l-għan li jtejbu l-adegwatezza tat-tikkettar. Huma għandhom, b’mod partikolari, jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-preżentazzjoni ta’ dettalji tat-tikkettar previsti fl-Artikolu 14, dwar it-tikkettar volontarju previst fl-Artikolu 22 u dwar l-użu tad-dikjarazzjonijiet previsti fl-Artikolu 13.
3. Il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26 għandha tapplika għall-istabbiliment tal-Kodiċijiet u għal kull emenda li ssirilhom.
4. L-użu tal-Kodiċijiet mill-operaturi tan-negozju tal-għalf għandu jkun volontarju. Madankollu, l-użu ta’ kwalunkwe Kodiċijiet jista’ jiġi indikat fuq it-tikketta bil-kondizzjoni li d-dispożizzjonijiet rilevanti kollha ta’ dan il-Kodiċi jkunu rrispettati.
Artikolu 26
Stabbiliment tal-Kodiċijiet u emendi għall-Katalogu tal-Komunità u l-Kodiċijiet tal-Komunità
1. L-abbozz ta’ emendi għall-Katalogu tal-Komunità u l-abbozzi tal-Kodiċijiet kif ukoll kwalunkwe abbozz ta’ emendi għalihom għandhom jiġu żviluppati u emendati mir-rappreżentanti kollha xierqa tas-setturi Ewropej tan-negozju tal-għalf:
(a) b’konsultazzjoni mal-partijiet l-oħra kkonċernati, bħalma huma l-utenti tal-għalf;
(b) f’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u, fejn ikun xieraq, mal-Awtorità;
(c) b’konsiderazzjoni tal-esperjenzi rilevanti mill-opinjonijiet mogħtija mill-Awtorità u l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi.
2. Bla ħsara għall-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tapprova l-miżuri għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 28(2).
3. Għandhom jiġu adottati emendi għall-Katalogu tal-Komunità li jiffissaw il-kontenut massimu ta’ impuritajiet kimiċi kif imsemmi fil-punt 1 tal-Anness I jew il-livelli ta’ purità botanika msemmija fil-punt 2 tal-Anness I jew jew il-livelli ta’ kontenut ta’ umdità msemmija fil-punt 6 tal-Anness I jew id-dettalji li jissostitwixxu d-dikjarazzjoni obligatorja msemmija fl-Artikolu 16(1)(b). Dawn il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(4).
4. Il-miżuri taħt dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bil-kondizzjoni biss li jiġu rrispettati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) dawn ikunu ġew żviluppati skont il-paragrafu 1;
(b) il-kontenut tagħhom jista’ jiġi applikat fil-Komunità kollha għas-setturi li għalihom jirreferu; u
(c) ikunu adegwati sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament.
5. Il-Katalogu għandu jiġi ppubblikat fis-Serje L ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. It-titolu u r-referenzi tal-Kodiċijiet għandhom ikunu ppubblikati fis-Serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
KAPITOLU 6
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 27
Miżuri implimentattivi
1. Il-Kummissjoni tista’ temenda l-Annessi sabiex taddattahom fid-dawl tal-iżviluppi xjentifiċi u teknnoloġiċi.
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(4).
2. Miżuri implimentattivi oħra meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 28(3), sakemm ma jkunx previst speċifikament mod ieħor.
Artikolu 28
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali mwaqqaf permezz tal-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”).
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.
4. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a (1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/K, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
5. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a (1), (2), (4) u (6) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
6. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u (5)(b), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Il-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 5a(3)(c), (4)(b) u (4(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu ta’ xahrejn, xahar u xahrejn, rispettivament.
Artikolu 29
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1831/2003
L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
(a) Il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(d) fejn ikun xieraq, in-numru tal-approvazzjoni tal-istabbiliment li jimmanifattura jew iqiegħed fis-suq l-addittivi tal-għalf jew tat-taħlita mħejjija minn qabel skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf ( *1 ) jew, jekk ikun il-każ, skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 95/69/KE;
(b) Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied fl-aħħar tal-paragrafu 1:
“Fil-każ ta’ taħlitiet imħejjija minn qabel, il-punti (b), (d), (e) u (g) m’għandhomx japplikaw għall-additivi tal-għalf inkorporati.”;
(2) Il-Paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3. Minbarra l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1, l-imballaġġ jew il-kontenitur tal-addittivi tal-għalf li jappartjenu għal grupp funzjonali speċifikat fl-Anness III jew ta’ taħlita mħejjija minn qabel li fiha addittiv li jappartjeni għal grupp funzjonali speċifikat fl-Anness III għandu jkollu l-informazzjoni, ippreżentata f’mod li jidher sew, jinqara faċilment u li ma jitħassarx, indikata f’dak l-Anness.”;
(3) Il-Paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“4. Fil-każ ta’ taħlitiet imħejjija minn qabel, il-kelma ‘taħlita mħejjija minn qabel’ għandha tidher fuq it-tikketta. Il-ġarriera għandhom jiġu ddikjarati, fil-każ ta’ materjali tal-għalf, f’konformità mal-Artikolu 17(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-għalf ( *2 ), u, meta l-ilma jintuża bħala ġarrier, għandu jiġi ddikjarat il-kontenut ta’ umdità tat-taħlita mħejjija minn qabel. Skadenza minima ta’ ħażna waħda biss tista’ tiġi indikata fir-rigward ta’ kull taħlita mħejjija minn qabel fl-intier tagħha; din l-iskadenza minima ta’ ħażna għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-iskadenza minima ta’ ħażna ta’ kull wieħed mill-komponenti tagħha.
Artikolu 30
Tħassir
L-Artikolu 16 tad-Direttiva 70/524/KEE u d-Direttivi 79/373/KEE, 80/511/KEE, 82/471/KEE, 83/228/KE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni 2004/217/KE huma mħassra b’effett mill-1 ta’ Settembru 2010.
Referenzi għad-Direttivi mħassra u għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IX.
Artikolu 31
Penalijiet
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-penalijiet applikabbli għall-ksur tad- disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu kull miżura meħtieġa biex jiżguraw l-implimentazzjoni tagħhom. Il-penalijiet previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru 2010 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti li taffetwahom.
Artikolu 32
Miżuri tranżitorji
1. B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33, l-għalf li jitqiegħed fis-suq jew li jingħata tikketta skont id-Direttivi 79/373/KEE, 82/471/KEE, 93/74/KEE u 96/25/KE qabel l-1 ta’ Settembru 2010 jista’ jitqiegħed jew jibqa’ fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet.
2. B’deroga mill-Artikolu 8(2), tipi ta’ għalf imsemmija f’dak l-Artikolu li diġà tqiegħdu fis-suq legalment qabel l-1 ta’ Settembru 2010 jistgħu jitqiegħdu jew jibqgħu fis-suq sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-aġġornar tal-lista tal-użijiet maħsuba msemmija fl-Artikolu 10, bil-kondizzjoni li din l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata qabel l-1 ta’ Settembru 2010.
3. B’deroga mil-punt 1 tal-Anness I għal dan ir-Regolament, il-materjali tal-għalf jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jiġu użati sakemm jiġi ffissat il-kontenut speċifiku massimu tal-impuritajiet kimiċi li jirriżultaw mill-proċess tal-manifattura u mill-għajnuniet għall-ipproċessar, bil-kondizzjoni li dawn ikunu talanqas konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1 tal-Parti A, Titolu II tal-Anness għad-Direttiva 96/25/KE. Madankollu, din id-deroga m’għandhiex tibqa’ tapplika fl-1 ta’ Settembru 2012.
4. Jistgħu jiġu addottati miżuri sabiex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni lejn l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, jistgħu jiġu speċifikati kondizzjonijiet li fihom għalf jista’ jingħata tikketta b’konformità ma’ dan ir-Regolament qabel id-data tal-applikazzjoni tiegħu. Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(4).
Artikolu 33
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2010.
Madankollu, l-Artikoli 31 u 32 għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Dispożizzjonijiet tekniċi dwar impuritajiet, sostitut tal-ħalib, materjali tal-għalf għat-tgħaqqid jew denaturizazzjoni, il-livell tal-irmied u l- kontenut tal-umdità kif msemmija fl-Artikolu 4
1. B’konformità mal-prattika tajba kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005, il-materjali tal-għalf għandhom ikunu ħielsa minn impuritajiet kimiċi li jirriżultaw mill-proċess tal-manifattura tagħhom u mill-għajnuniet tal-iproċċessar, sakemm ma jkunx ġie ffissat kontenut massimu speċifiku fil-Katalogu msemmi fl-Artikolu 24.
2. Il-purità botanika tal-materjal tal-għalf m’għandhiex tkun inqas minn 95 %, sakemm ma jkunx ġie stabbilit livell differenti fil-Katalogu kif imsemmi fl-Artikolu 24. L-impuritajiet botaniċi jinkludu l-impuritajiet ta’ materjali ta’ pjanti li m’għandhomx effett ħażin fuq l-annimali bħal pereżempju tiben u żrieragħ u speċi oħrajn ta’ ħaxix selvaġġ ikkoltivat. Fir-rigward tal-impuritajiet botaniċi bħal ma huma r-residwi ta’ żrieragħ taż-żejt oħra jew frott taż-żejt ieħor miksuba minn proċess preċedenti ta’ manifattura, m’għandux jisboq iż-0,5 % għal kull tip ta’ żerriegħa taż-żejt jew frott.
3. Il-livell tal-ħadid fl-għalf sostitut tal-ħalib għall-għoġiela ta’ piż ħaj inqas minn jew daqs 70 kilogramma għandu jkun minn tal-inqas 30 milligramm kull kilogramm tal-għalf komplet b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %.
4. Fejn il-materjal tal-għalf jintuża biex jiddenatura jew jgħaqqad materjali tal-għalf oħra, il-prodott jista’ xorta waħda jiġi kkunsidrat bħala materjal tal-għalf. L-isem, in-natura u l-kwantità tal-materjal tal-għalf użat biex jgħaqqad jew jiddenatura għandu jkun ittikkettat. Jekk materjal tal-għalf ikun mgħaqqad b’materjal tal-għalf ieħor il-persentaġġ ta’ dan tal-aħħar m’għandux jisboq it-3 % tal-piż totali.
5. Il-livell ta’ rmied li ma jinħallx fl-aċidu idrokloriku m’għandux jisboq it-2,2 % tal-materjal niexef. Il-livell ta’ 2,2 % jista’ jinqabeż, għal:
— materjali tal-għalf,
— għalf kompost li fih aġenti minerali li jgħaqqdu awtorizzati,
— għalf minerali,
— għalf kompost li fih iżjed minn 50 % ross jew pitravi taz-zokkor jew prodotti li ġejjin minnhom,
— għalf kompost maħsub għall-ħut tal-farm li fih kontenut ta’ dħin tal-ħut ta’ iżjed minn 15 %,
bil-kondizzjoni li l-livell ikun iddikjarat fuq it-tikketta.
6. Bil-kondizzjoni li l-ebda livell ieħor ma jiġi stabbilit fl-Anness V jew il-Katalogu msemmi fl-Artikolu 24 il-kontenut tal-umdità tal-għalf għandu jiġi ddikjarat jekk jisboq:
— il-5 % fil-każ ta’ għalf minerali li ma fihx sustanzi organiċi,
— is-7 % fil-każ ta’ għalf sostitut tal-ħalib u għalf kompost ieħor li fih kontenut ta’ prodott tal-ħalib li jisboq 40 %,
— l-10 % fil-każ ta’ għalf minerali li fih sustanzi organiċi,
— l-14 % fil-każ ta’ għalf ieħor.
ANNESS II
Dispożizzjonijiet ġenerali dwar it-tikkettar kif imsemmija fl-Artikolu 11(4)
1. Il-kontenut u l-livelli indikati jew li għandhom jiġu dikjarati jirrelataw għall-piż tal-għalf, għajr fejn ikun speċifikat mod ieħor.
2. L-indikazzjoni numerika tad-dati għandha ssegwi l-ordni ta’ jum, xahar u sena u l-format għandu jiġi indikat fuq it-tikketta permezz tat-taqsiriet li ġejjin: “JJ/XX/SS”.
3. Espressjonijiet sinonimi f’ċerti lingwi:
(a) Biċ-Ċek id-deżinjazzjoni “krmiva” tista’ tiġi sostitwita bi “produkty ke krmení” kif ikun applikabbli; il-Ġermaniż id-deżinjazzjoni “Einzelfuttermittel” tista’ tiġi sostitwita bi “Futtermittel-Ausgangserzeugnis”; bil-Grieġ “πρώτη ύλη ζωοτροφών” tista’ tiġi sostitwita bi “απλή ζωοτροφή”; bit-Taljan “materia prima per mangimi” tista’ tiġi sostitwita bi “mangime semplice”;
(b) fid-deżinjazzjoni tal-għalf għall-annimali domestiċi għandhom jitħallew jintużaw l-espressjonijiet li ġejjin: bil-Bulgaru “храна”; bl-Ispanjol “alimento”; biċ-Ċek id-deżinjazzjoni “kompletní krmná směs” tista' tinbidel bid-deżinjazzjoni “kompletní krmivo” u d-deżinjazzjoni “doplňková krmná směs” tista' tinbidel bid-deżinjazzjoni “doplňkové krmivo”; bl-Ingliż “pet food”; bit-Taljan “alimento”; bl-Ungeriż “állateledel”; bl-Olandiż “samengesteld voeder”; bil-Pollakk “karma”; bis-Sloven “hrana za hišne živali”; bil-Finlandiż “lemmikkieläinten ruoka”; bl-Estonjan “lemmikloomatoit”; u bil-Kroat “hrana za kućne ljubimce”.
4. L-istruzzjonijiet għall-użu adatt tal-għalf komplementari u materjali tal-għalf li fihom addittivi li jisbqu l-livelli massimi ffissati għall-għalf komplet għandhom jiddikjaraw il-kwantità massima
— fi grammi jew kilogrammi jew unitajiet ta’ massa ta’ għalf komplementari u materjali tal-għalf kull annimal kull jum, jew
— persentaġġ tar-razzjon ta’ kuljum, jew
— għal kull kilo ta’ għalf komplet jew persentaġġ ta’ għalf komplet,
sabiex ikun żgurat li l-kontenuti massimi rispettivi tal-addittivi tal-ikel fir-razzjon ta’ kuljum ikunu rispettati.
5. Mingħajr ma jiġu affettwati l-metodi analitiċi, għall-ikel tal-annimali domestiċi l-espressjoni “proteini mhux raffinati” tista’ tiġi sostitwita bi “proteini”, “żjut jew xaħmijiet mhux raffinati” tista’ tiġi sostitwita bi “kontenut ta’ xaħam” u “irmied mhux raffinat” tista’ tiġi sostitwita bi “residwu tal-inċinerazzjoni” jew “materjal inorganiku”.
ANNESS III
Lista tal-materjali li t-tqegħid fis-suq tagħhom jew l-użu tagħhom għal skopijiet ta’ nutrizzjoni tal-annimali huwa ristrett jew ipprojbit kif imsemmi fl-Artikolu 6
Kapitolu 1: Materjali pprojbiti
(1) Ħmieġ tal-imsaren, urina u kontenut separat tal-parti diġestiva bħala riżultat tat-tneħħija jew l-iżvujtjar tal-parti diġestiva, irrispettivament jekk ikunx għadda minn xi forma ta’ trattament jew taħlita.
(2) Ġild tal-annimali trattat b’sustanzi tal-kunzatura, inkluż l-iskart tiegħu.
(3) Żerrieġħa u materjal ieħor imnissel mill-pjanti li, wara l-ħsad, ġew mogħtija trattament speċifiku bi prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti għall-użu (tixrid) intenzjonat tagħhom u kull prodott miksub indirettament.
(4) Injam, inklużi serratura u materjali oħra miksubin mill-injam, li ġew trattati bi preservanti tal-injam kif definit fl-Anness V tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali ( 7 ).
(5) Kull skart miksub mid-diversi fażijiet tat-trattament tal-ilma mormi urban, domestiku u industrijali, kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi ( 8 ) irrispettivament minn jekk ikunx hemm ipproċessar ulterjuri ta’ dak l-iskart u irrispettivament mill-oriġini tal-ilma mormi ( 9 ).
(6) Skart solidu urban ( 10 ), bħall-iskart tad-djar.
(7) L-imballaġġ mill-użu ta’ prodotti mill-industrija tal-ikel agrikolu, u partijiet minnu.
(8) Il-prodotti tal-proteini miksuba minn ħmira tal-varjetà Candida kkultivata fuq n-alkani.
Kapitolu 2: Materjali ristretti
ANNESS IV
Tolleranzi permessi għat-tikkettjar tal-kompożizzjoni ta’ oġġetti tal-għalf jew għalf kompost stipulati fl-Artikolu 11(5)
Parti A: Tolleranzi għall-kostitwenti analitiċi stabbiliti fl-Annessi I, V, VI u VII
(1) It-tolleranzi stabbiliti f'din il-Parti jinkludu devjazzjonijiet tekniċi u analitiċi. Ladarba t-tolleranzi analitiċi li jkopru l-inċertezzi fil-kejl u l-varjazzjonijiet proċedurali jiġu ffissati fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li l-valuri stabbiliti fil-punt 2 jiġu adattati kif meħtieġ sabiex ikopru biss it-tolleranzi tekniċi.
(2) Meta jinstab li materjal tal-għalf jew għalf kompost ikollu kompożizzjoni li tkun tvarja mill-valur mogħti fuq it-tikketta tal-kostitwenti analitiċi stabbiliti fl-Annessi I, V, VI u VII, għandhom japplikaw it-tolleranzi li ġejjin:
|
Kostitwent |
Kontenut iddikjarat tal-kostitwent |
Tolleranza (1) |
|
|
|
[f'perċentwal] |
Inqas mill-valur mogħti fuq it-tikketta |
Iktar mill-valur mogħti fuq it-tikketta |
|
Ix-xaħam mhux raffinat |
Inqas minn 8 |
1 |
2 |
|
Minn 8 sa 24 |
12,5 % |
25 % |
|
|
Iktar minn 24 |
3 |
6 |
|
|
Ix-xaħam mhux raffinat għall-għalf għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel |
Inqas minn 16 |
2 |
4 |
|
Minn 16 sa 24 |
12,5 % |
25 % |
|
|
Iktar minn 24 |
3 |
6 |
|
|
Il-proteini mhux raffinati |
Inqas minn 8 |
1 |
1 |
|
Minn 8 sa 24 |
12,5 % |
12,5 % |
|
|
Iktar minn 24 |
3 |
3 |
|
|
Il-proteini mhux raffinati għall-għalf għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel |
Inqas minn 16 |
2 |
2 |
|
Minn 16 sa 24 |
12,5 % |
12,5 % |
|
|
Iktar minn 24 |
3 |
3 |
|
|
L-irmied mhux raffinat |
Inqas minn 8 |
2 |
1 |
|
Minn 8 sa 32 |
25 % |
12,5 % |
|
|
Iktar minn 32 |
8 |
4 |
|
|
Il-fibri mhux maħdumin |
Inqas minn 10 |
1,75 |
1,75 |
|
Minn 10 sa 20 |
17,5 % |
17,5 % |
|
|
Iktar minn 20 |
3.5 |
3.5 |
|
|
Iz-zokkor |
Inqas minn 10 |
1,75 |
3,5 |
|
Minn 10 sa 20 |
17,5 % |
35 % |
|
|
Iktar minn 20 |
3,5 |
7 |
|
|
Il-lamtu |
Inqas minn 10 |
3,5 |
3,5 |
|
Minn 10 sa 20 |
35 % |
35 % |
|
|
Iktar minn 20 |
7 |
7 |
|
|
Il-kalċju |
Inqas minn 1 |
0,3 |
0,6 |
|
Minn 1 sa 5 |
30 % |
60 % |
|
|
Iktar minn 5 |
1,5 |
3 |
|
|
Il-manjeżju |
Inqas minn 1 |
0,3 |
0,6 |
|
Minn 1 sa 5 |
30 % |
60 % |
|
|
Iktar minn 5 |
1,5 |
3 |
|
|
Is-sodju |
Inqas minn 1 |
0,3 |
0,6 |
|
Minn 1 sa 5 |
30 % |
60 % |
|
|
Iktar minn 5 |
1,5 |
3 |
|
|
Il-fosfru totali |
Inqas minn 1 |
0,3 |
0,3 |
|
Minn 1 sa 5 |
30 % |
30 % |
|
|
Iktar minn 5 |
1,5 |
1,5 |
|
|
L-irmied li ma jinħallx fl-aċidu idrokloriku |
Inqas minn 1 |
Ma huwa stabbilit l-ebda limitu |
0,3 |
|
Minn 1 sa inqas minn 5 |
30 % |
||
|
Iktar minn 5 |
1,5 |
||
|
Il-potassju |
Inqas minn 1 |
0,2 |
0,4 |
|
Minn 1 sa 5 |
20 % |
40 % |
|
|
Iktar minn 5 |
1 |
2 |
|
|
L-umdità |
Inqas minn 2 |
Ma huwa stabbilit l-ebda limitu |
0,4 |
|
Minn 2 sa inqas minn 5 |
20 % |
||
|
Minn 5 sa 12.5 |
1 |
||
|
Iktar minn 12.5 |
8 % |
||
|
Il-valur tal-enerġija (2) |
|
5 % |
10 % |
|
Il-valur tal-proteini (2) |
|
10 % |
20 % |
|
(1) It-tolleranzi qed jingħataw jew bħala valur perċentwali assolut (li jrid jitnaqqas mill-kontenut iddikjarat jew jiżdied miegħu) jew bħala valur relattiv immarkat bis-sinjal “%” wara l-valur (li għandu jiġi applikat għall-kontenut iddikjarat biex tiġi kkalkulata d-devjazzjoni aċċettabbli). (2) It-tolleranzi japplikaw meta ma tkun ġiet stabbilita l-ebda tolleranza skont metodu tal-UE jew skont metodu nazzjonali uffiċjali fl-Istat Membru li fih l-għalf jitqiegħed fis-suq jew skont metodu li jkun adotta l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (https://standards.cen.eu/dyn/www/f?p=204:32:0::::FSP_ORG_ID,FSP_LANG_ID:6308,25&cs=1C252307F473504B6354F4EE56B99E235). |
|||
Parti B: Tolleranzi għall-addittivi tal-għalf tikkettjati skont l-Annessi I, V, VI u VII
(1) It-tolleranzi stabbiliti f’din il-Parti jinkludu devjazzjonijiet tekniċi biss. Huma għandhom japplikaw għal addittivi tal-għalf fil-lista tal-addittivi tal-għalf u fil-lista tal-kostitwenti analitiċi.
Fir-rigward tal-addittivi tal-għalf elenkati bħala kostitwenti analitiċi, it-tolleranzi għandhom japplikaw għall-ammont totali ttikkettjat bħala l-kwantità garantita fl-aħħar tal-iskadenza minima ta’ ħażna tal-għalf.
Meta l-kontenut ta’ addittiv tal-għalf f’oġġetti tal-għalf jew għalf kompost ikun inqas mill-kontenut dikjarat, għandhom japplikaw it-tolleranzi li ġejjin ( 11 ):
(a) 10 % tal-kontenut dikjarat jekk il-kontenut dikjarat hu 1 000 unità jew aktar;
(b) 100 unità jekk il-kontenut dikjarat huwa ta’ inqas minn 1 000 unità iżda mhux inqas minn 500 unità;
(c) 20 % tal-kontenut dikjarat jekk il-kontenut dikjarat huwa ta’ inqas minn 500 unità iżda mhux inqas minn unità 1;
(d) 0,2 unità jekk il-kontenut dikjarat huwa ta’ inqas minn 1 unità iżda mhux inqas minn 0,5 ta’ unità;
(e) 40 % tal-kontenut dikjarat jekk il-kontenut dikjarat huwa ta’ inqas minn 0,5 ta’ unità.
(2) Fejn kontenut minimu u/jew massimu ta’ addittiv f’għalf huwa stipulat fl-att ta’ awtorizzazzjoni rispettiv għal dak l-addittiv tal-għalf, it-tolleranzi tekniċi stipulati fil-punt 1 għandhom japplikaw biss meta jinqabeż kontenut minimu jew meta ma jintlaħaqx kontenut massimu, fejn ikun xieraq.
(3) Sakemm il-kontenut massimu ffissat ta’ addittiv, kif inhu msemmi fil-punt 2 ma jinqabiżx, id-devjazzjoni ’l fuq mill-kontenut dikjarat tista’ tiżdied sa tliet darbiet it-tolleranza stipulata fil-punt 1. Madankollu, jekk għal addittivi tal-għalf li jappartienu lill-grupp ta’ mikroorganiżmi, kontenut massimu huwa stipulat fl-att ta’ awtorizzazzjoni rispettiv għal dak l-addittiv tal-għalf, il-kontenut massimu għandu jikkostitwixxi il-valur massimu permess.
ANNESS V
Dikjarazzjoni obbligatorja għall-materjali tal-għalf kif imsemmija fl-Artikolu 16(1)(b)
|
|
Materjal tal-għalf li jikkonsisti fi |
Dikjarazzjoni obbligatorja ta’ |
|
1. |
Għalf għal bhejjem u għalf oħxon |
Proteina mhux raffinata, jekk > 10 % Fibra mhux raffinata |
|
2. |
Qamħ taċ-ċereali |
|
|
3. |
Il-prodotti ta’ u l-prodotti sekondarji mill-qamħ taċ-ċereali |
Lamtu, jekk > 20 % Proteina mhux raffinata, jekk > 10 % Żejt u xaħmijiet mhux raffinati, jekk > 5 % Fibra mhux raffinata |
|
4. |
Żerriegħa taż-żejt, frott taż-żejt |
|
|
5. |
Il-prodotti ta’ u l-prodotti li ġejjin miż-żerriegħa taż-żejt, mil-frott taż-żejt |
Proteina mhux raffinata, jekk > 10 % Żejt u xaħmijiet mhux raffinati, jekk > 5 % Fibra mhux raffinata |
|
6. |
Żerriegħa tal-legumi |
|
|
7. |
Il-prodotti ta’ u l-prodotti sekondarji miż-żerriegħa tal-legumi |
Proteina mhux raffinata, jekk > 10 % Fibra mhux raffinata |
|
8. |
Tuberi, għeruq |
|
|
9. |
Il-prodotti ta’ u l-prodotti sekondarji mit-tuberi u mill-għeruq |
Lamtu Fibra mhux raffinata Irmied ma jinħallx fl-HCI, jekk > 3,5 % ta’ materja niexfa |
|
10. |
Il-prodotti ta’ u l-prodotti sekondarji mill-industrija tal-ipproċessar tal-pitrava taz-zokkor |
Fibra mhux raffinata, jekk > 15 % Zokkor totali, ikkalkulat bħala zokkor tal-kannamieli Irmied ma jinħallx fl-HCI, jekk > 3,5 % ta’ materja niexfa |
|
11. |
Il-prodotti ta’ u l-prodotti sekondarji mill-industrija tal-ipproċessar taz-zokkor tal-kannamieli |
Fibra mhux raffinata, jekk > 15 % Zokkor totali ikkalkulat bħala zokkor tal-kannamieli |
|
12. |
Żerriegħa u frott ieħor, il-prodotti tagħhom u l-prodotti sekondarji minnhom, ħlief dawk imsemmija fil-punti 2-7 |
Proteina mhux raffinata Fibra mhux raffinata Żejt u xaħmijiet mhux raffinati, jekk > 10 % |
|
13. |
Pjanti oħra, il-prodotti tagħhom u l-prodotti sekondarji minnhom, ħlief dawk imsemmija fil-punti 8-11 |
Proteina mhux raffinata, jekk > 10 % Fibra mhux raffinata |
|
14. |
Prodotti tal-ħalib u l-prodotti sekondarji minnhom |
Proteina mhux raffinata Umdità, jekk > 5 % Lattosju, jekk > 10 % |
|
15. |
Prodotti tal-annimali tal-art u l-prodotti sekondarji minnhom |
Proteina mhux raffinata, jekk > 10 % Żejt u xaħmijiet mhux raffinati, jekk > 5 % Umdità, jekk > 8 % |
|
16. |
Ħut, annimali marini oħra, il-prodotti tagħhom u l-prodotti sekondarji minnhom |
Proteina mhux raffinata, jekk > 10 % Żejt u xaħmijiet mhux raffinati, jekk > 5 % Umdità, jekk > 8 % |
|
17. |
Minerali |
Kalċju Sodju Fosfru Minerali relevanti oħra |
|
18. |
Mixxellanji |
Proteina mhux raffinata, jekk > 10 % Fibra mhux raffinata Żejt u xaħmijiet mhux raffinati, jekk > 10 % Lamtu, jekk > 30 % Zokkor totali, bħala zokkor tal-kannamieli, jekk > 10 % Irmied ma jinħallx fl-HCI, jekk > 3,5 % ta’ materja niexfa |
ANNESS VI
Dettalji tat-tikkettar għall-materjali tal-għalf u għall-għalf kompost għall-annimali li jipproduċu l-ikel
Kapitolu I: It-tikkettar obbligatorju u dak volontarju tal-addittivi tal-għalf kif imsemmi fl-Artikolu 15(f) u fl-Artikolu 22(1)
1. L-addittivi li ġejjin għandhom jitniżżlu flimkien mal-ismijiet speċifiċi tagħhom, man-numri tal-identifikazzjoni tagħhom, mal-ammont mizjud u ma' isem il-grupp funzjonali kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jew mal-kategorija msemmija fl-Artikolu 6(1) ta' dak ir-Regolament:
(a) l-addittivi li għalihom ikun ġie stabbilit il-kontenut massimu tal-inqas għal annimal wieħed li jipproduċi l-ikel;
(b) l-addittivi li jidħlu fil-kategoriji tal-“addittivi żootekniċi” u tal-“koċċidjostati u istomonostati”;
(c) l-addittivi li l-kontenut massimu tagħhom jaqbeż dak irrakkomandat fl-att legali li jawtorizza l-addittiv tal-għalf.
Id-dettalji tat-tikkettar għandhom jingħataw skont l-att legali li jawtorizza l-addittiv tal-għalf ikkonċernat.
L-ammont miżjud imsemmi fl-ewwel paragrafu għandu jingħata bħala l-ammont tal-addittiv tal-għalf ħlief meta l-att legali li jawtorizza l-addittiv tal-għalf rispettiv ikun jindika sustanza partikulari fil-kolonna tal-“kontenut minimu jew massimu”. F'dan il-każ, l-ammont miżjud għandu jingħata bħala l-ammont ta' dik is-sustanza.
2. Għall-addittivi tal-għalf tal-grupp funzjonali tal-vitamini, il-provitamini u s-sustanzi ddefiniti sew kimikament li jkollhom effett simili li jridu jitniżżlu skont il-punt 1, fuq it-tikketta jista' jingħata l-ammont totali garantit tul il-ħajja kollha tal-prodott fuq l-ixkaffa fit-taqsima msejħa “Kostitwenti analitiċi” minflok ma jingħata l-ammont miżjud fit-taqsima msejħa “Addittivi”.
3. Flok isem il-grupp funzjonali kif imsemmi fil-punti 1, 4 u 6 jistgħu jintużaw it-taqsiriet li ġejjin jekk it-tali taqsiriet ma jkunux ġew stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003:
|
Grupp funzjonali |
Isem u deskrizzjoni |
Taqsira tal-isem |
|
1h |
Sustanzi għall-kontroll tal-kontaminazzjoni bir-radjonuklidi: sustanzi li jrażżnu l-assorbiment tar-radjonuklidi jew li jippromwovu l-eskrezzjoni tagħhom |
Kontrolluri tar-radjonuklidi |
|
1 m |
Sustanzi għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni tal-għalf bil-mikotossini: sustanzi li jistgħu jrażżnu jew inaqqsu l-assorbiment tal-mikotossini, jippromwovu l-eskrezzjoni tagħhom jew jibdlu l-mod ta' kif dawn jaġixxu; |
Aġenti riduċenti tal-mikotossini |
|
1n |
Sustanzi li jtejbu l-kundizzjoni iġjenika: sustanzi jew, meta jkun japplika, mikroorganiżmi li jaffettwaw tajjeb lill-karatteristiċi iġjeniċi tal-għalf billi jnaqqsu kontaminazzjoni mikrobijoloġika speċifika |
Sustanzi li jtejbu l-iġjene |
|
2b |
Komposti tat-togħma: sustanzi li meta jiddaħħlu fl-għalf iżidulu t-togħma jew jagħmluh ifuħ iktar |
Aromatizzanti |
|
3a |
Vitamini, provitamini u sustanzi ddefiniti sew kimikament li jkollhom effett simili |
Vitamini |
|
3b |
Komposti ta' oligoelementi |
Oligoelementi |
|
3c |
Amminoaċidi, imlieħ u analogi tagħhom |
Amminoaċidi |
|
3d |
Urea u d-derivattivi tagħha |
Urea |
|
4c |
Sustanzi li jaffettwaw tajjeb lill-ambjent |
Sustanzi li jtejbu l-ambjent |
4. L-addittivi tal-għalf imsemmijin bil-kliem, bl-istampi jew b'xi grafika fuq it-tikketta għandhom jingħataw skont il-punt 1 jew 2, skont dak li jkun japplika.
5. Min ikun responsabbli għat-tikkettar għandu jagħti lix-xerrej l-ismijiet, in-numri tal-identifikazzjoni u l-grupp funzjonali tal-addittivi tal-għalf mhux imsemmijin fil-punti 1, 2 u 4 jekk dan jitolbu din l-informazzjoni. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għall-komposti tat-togħma.
6. L-addittivi tal-għalf mhux imsemmijin fil-punti 1, 2 u 4 jistgħu jiġu indikati b'mod volontarju tal-inqas b'isimhom jew, fil-każ tal-komposti tat-togħma, tal-inqas billi jingħata l-grupp funzjonali tagħhom.
7. Mingħajr preġudizzju għall-punt 6, meta fuq it-tikketta jiġi indikat b'mod volontarju addittiv tal-għalf sensorjali jew nutrizzjonali, l-ammont miżjud tiegħu għandu jiġi indikat skont il-punt 1 jew 2, skont dak li jkun japplika.
8. Jekk addittiv ikun jidħol f'iktar minn grupp funzjonali wieħed, għandu jiġi indikat il-grupp funzjonali jew il-kategorija tiegħu li jkun jikkorrispondi għall-funzjoni prinċipali tiegħu fil-każ tal-għalf ikkonċernat.
9. Fuq it-tikketta għandhom jingħataw id-dettalji dwar l-użu t-tajjeb tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost li jkunu stabbiliti fl-att legali li jawtorizza l-addittiv tal-għalf ikonċernat.
Kapitolu II: It-tikkettar tal-kostitwenti analitiċi kif imsemmi fl-Artikolu 17(1)(f) u fl-Artikolu 22(1)
1. Il-kostitwenti analitiċi tal-għalf kompost għall-annimali li jipproduċu l-ikel għandhom jitniżżlu fuq it-tikketta kif ġej, u qabilhom għandu jitniżżel it-titlu “Kostitwenti analitiċi” ( 12 ):
|
Għalf kompost |
Speċijiet fil-mira |
Kostitwenti analitiċi u l-livelli tagħhom |
|
L-għalf komplet |
L-ispeċijiet kollha L-ispeċijiet kollha L-ispeċijiet kollha L-ispeċijiet kollha L-ispeċijiet kollha L-ispeċijiet kollha L-ispeċijiet kollha Il-ħnieżer u t-tjur Il-ħnieżer u t-tjur |
— Il-proteini mhux raffinati — Il-fibri mhux maħdumin — Ix-xaħam mhux raffinat — L-irmied mhux raffinat — Il-kalċju — Is-sodju — Il-fosfru — Il-liżina — Il-metijonina |
|
L-għalf komplementari - minerali |
L-ispeċijiet kollha L-ispeċijiet kollha L-ispeċijiet kollha Il-ħnieżer u t-tjur Il-ħnieżer u t-tjur Ir-ruminanti |
— Il-kalċju — Is-sodju — Il-fosfru — Il-liżina — Il-metijonina — Il-manjeżju |
|
L-għalf komplementari - ta' tip ieħor |
L-ispeċijiet kollha L-ispeċijiet kollha L-ispeċijiet kollha L-ispeċijiet kollha L-ispeċijiet kollha L-ispeċijiet kollha L-ispeċijiet kollha Il-ħnieżer u t-tjur Il-ħnieżer u t-tjur Ir-ruminanti |
— Il-proteini mhux raffinati — Il-fibri mhux maħdumin — Ix-xaħam mhux raffinat — L-irmied mhux raffinat — Il-kalċju f'livell ta' 5 % jew iktar — Is-sodju — Il-fosfru f'livell ta' 2 % jew iktar — Il-liżina — Il-metijonina — Il-manjeżju f'livell ta' 0,5 % jew iktar |
2. Is-sustanzi indikati f'din it-taqsima li huma addittivi sensorjali jew nutrizzjonali wkoll għandhom jiġu ddikjarati flimkien mal-ammont totali tagħhom.
3. Jekk jingħata l-valur tal-enerġija u/jew il-valur tal-proteini, dan għandu jsir skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.
ANNESS VII
Dettalji tat-tikkettar għall-materjali tal-għalf u għall-għalf kompost għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel
Kapitolu I: It-tikkettar obbligatorju u dak volontarju tal-addittivi tal-għalf kif imsemmi fl-Artikolu 15(f) u fl-Artikolu 22(1)
1. L-addittivi li ġejjin għandhom jitniżżlu flimkien mal-ismijiet speċifiċi tagħhom u/jew man-numri tal-identifikazzjoni tagħhom, mal-ammont mizjud u ma' isem il-grupp funzjonali kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jew mal-kategorija msemmija fl-Artikolu 6(1) ta' dak ir-Regolament:
(a) l-addittivi li għalihom ikun ġie stabbilit il-kontenut massimu tal-inqas għal annimal wieħed li ma jipproduċix l-ikel;
(b) l-addittivi li jidħlu fil-kategoriji tal-“addittivi żootekniċi” u tal-“koċċidjostati u istomonostati”;
(c) l-addittivi li l-kontenut massimu tagħhom jaqbeż dak irrakkomandat fl-att legali li jawtorizza l-addittiv tal-għalf.
Id-dettalji tat-tikkettar għandhom jingħataw skont l-att legali li jawtorizza l-addittiv tal-għalf ikkonċernat.
L-ammont miżjud imsemmi fl-ewwel paragrafu għandu jingħata bħala l-ammont tal-addittiv tal-għalf ħlief meta l-att legali li jawtorizza l-addittiv tal-għalf rispettiv ikun jindika sustanza partikulari fil-kolonna tal-“kontenut minimu jew massimu”. F'dan il-każ, l-ammont miżjud għandu jingħata bħala l-ammont ta' dik is-sustanza.
2. Għall-addittivi tal-għalf tal-grupp funzjonali tal-vitamini, il-provitamini u s-sustanzi ddefiniti sew kimikament li jkollhom effett simili li jridu jitniżżlu skont il-punt 1, fuq it-tikketta jista' jingħata l-ammont totali garantit tul il-ħajja kollha tal-prodott fuq l-ixkaffa fit-taqsima msejħa “Kostitwenti analitiċi” minflok ma jingħata l-ammont miżjud fit-taqsima msejħa “Addittivi”.
3. Flok isem il-grupp funzjonali kif imsemmi fil-punti 1, 5 u 7 jistgħu jintużaw it-taqsiriet mogħtija fit-tabella fil-punt 3 tal-Anness VI jekk it-tali taqsiriet ma jkunux ġew stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
4. L-addittivi tal-għalf imsemmijin bil-kliem, bl-istampi jew b'xi grafika fuq it-tikketta għandhom jingħataw skont il-punt 1 jew 2, skont dak li jkun japplika.
5. B'deroga mill-punt 1, fil-każ tal-addittivi tal-gruppi funzjonali tal-“preżervattivi”, tal-“antiossidanti”, tal-“koloranti” u tal-“komposti tat-togħma”, irid jiġi indikat biss il-grupp funzjonali kkonċernat. F'dan il-każ, min ikun responsabbli għat-tikkettar għandu jagħti lix-xerrej l-informazzjoni msemmija fil-punti 1 u 2 jekk dan jitlobhielu.
6. Min ikun responsabbli għat-tikkettar għandu jagħti lix-xerrej l-ismijiet, in-numri tal-identifikazzjoni u l-grupp funzjonali tal-addittivi tal-għalf mhux imsemmijin fil-punti 1, 2 u 4 jekk dan jitolbu din l-informazzjoni. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għall-komposti tat-togħma.
7. L-addittivi tal-għalf mhux imsemmijin fil-punti 1, 2 u 4 jistgħu jiġu indikati b'mod volontarju tal-inqas b'isimhom jew, fil-każ tal-komposti tat-togħma, tal-inqas billi jingħata l-grupp funzjonali tagħhom.
8. L-ammont miżjud tal-addittivi tal-għalf sensorjali jew nutrizzjonali għandu jiġi indikat skont il-punt 1 jew 2, skont dak li jkun japplika, jekk dawn ikunu ġew indikati b'mod volontarju fuq it-tikketta.
9. Jekk addittiv ikun jidħol f'iktar minn grupp funzjonali wieħed, għandu jiġi indikat il-grupp funzjonali jew il-kategorija tiegħu li jkun jikkorrispondi għall-funzjoni prinċipali tiegħu fil-każ tal-għalf ikkonċernat.
10. Fuq it-tikketta għandhom jingħataw id-dettalji dwar l-użu t-tajjeb tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost li jkunu stabbiliti fl-att legali li jawtorizza l-addittiv tal-għalf ikonċernat.
Kapitolu II: It-tikkettar tal-kostitwenti analitiċi kif imsemmi fl-Artikolu 17(1)(f) u fl-Artikolu 22(1)
1. Il-kostitwenti analitiċi tal-għalf kompost għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel għandhom jitniżżlu fuq it-tikketta kif ġej, fit-taqsima msejħa “Kostitwenti analitiċi” ( 13 ):
|
Għalf kompost |
Speċijiet fil-mira |
Kostitwenti analitiċi |
|
L-għalf komplet |
Il-qtates, il-klieb u l-annimali tal-pil Il-qtates, il-klieb u l-annimali tal-pil Il-qtates, il-klieb u l-annimali tal-pil Il-qtates, il-klieb u l-annimali tal-pil |
— Il-proteini mhux raffinati — Il-fibri mhux maħdumin — Ix-xaħam mhux raffinat — L-irmied mhux raffinat |
|
L-għalf komplementari - minerali |
L-ispeċijiet kollha L-ispeċijiet kollha L-ispeċijiet kollha |
— Il-kalċju — Is-sodju — Il-fosfru |
|
L-għalf komplementari - ta' tip ieħor |
Il-qtates, il-klieb u l-annimali tal-pil Il-qtates, il-klieb u l-annimali tal-pil Il-qtates, il-klieb u l-annimali tal-pil Il-qtates, il-klieb u l-annimali tal-pil |
— Il-proteini mhux raffinati — Il-fibri mhux maħdumin — Ix-xaħam mhux raffinat — L-irmied mhux raffinat |
2. Is-sustanzi indikati f'din it-taqsima li huma addittivi sensorjali jew nutrizzjonali wkoll għandhom jiġu ddikjarati flimkien mal-ammont totali tagħhom.
3. Jekk jingħata l-valur tal-enerġija u/jew il-valur tal-proteini, dan għandu jsir skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.
ANNESS VIII
Dispożizzjonijiet speċifiċi għat-tikkettar tal-għalf li ma jikkonformax mar-rekwiżiti tas-sikurezza u l-kummerċjalizzazzjoni taħt il-liġi komunitarja kif imsemmi fl-Artikolu 20(1)
1. Il-materjali kkontaminati għandhom jitniżżlu fuq it-tikketta bħala “għalf b'livell(i) għoli/għoljin wisq ta' … (id-deżinjazzjoni tas-sustanza/i mhux mixtieqa skont l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE), li għandu jintuża bħala għalf biss wara li ssirlu diżintossikazzjoni fi stabbilimenti approvati”. It-tali stabbilimenti għandhom jiġu approvati skont l-Artikolu 10(2) jew (3) tar-Regolament (KE) Nru 183/2005.
2. Fil-każ li jkun hemm l-intenzjoni li l-kontaminazzjoni titnaqqas jew tiġi eliminata bit-tindif, it-tikkettar ta’ materjali kontaminati għandu jkun fih il-kliem addizzjonali li ġej “għalf b’livell(i) eċċessiv(i) ta’ … (deżinjazzjoni tas-sustanza(i) mhux mixtieqa skont l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE), li għandha tintuża biss bħala għalf wara tindif adegwat”.
3. Mingħajr preġudizzju għall-punti 1 u 2, l-oġġetti li qabel kienu oġġetti tal-ikel li jridu jiġu pproċessati qabel ma jkunu jistgħu jintużaw bħala għalf, għandhom jitniżżlu fuq it-tikketta bħala “oġġetti li qabel kienu oġġetti tal-ikel li għandhom jintużaw bħala għalf biss wara li jgħaddu minn proċess ta' … (id-deżinjazzjoni tal-proċess ix-xieraq skont il-Parti B tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013)”.
ANNESS IX
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
|
Direttiva 79/373/KEE |
Direttiva 96/25/KE |
Atti oħra: Direttivi 80/511/KEE (1), 82/471/KEE (2), 93/74/KEE (3), 93/113 KE (4) jew Deċiżjoni 2004/217/KE (5) |
Dan ir-Regolament |
|
— |
— |
— |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
(2), (4): Article 1 (3): Artikolu 4 |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
(2), (3): Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
|
— |
— |
— |
Artikolu 4(1) |
|
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
(3): Artikolu 1(2) |
Artikolu 4(2) |
|
|
Artikolu 4 |
|
Artikolu 4(3) |
|
— |
— |
— |
Artikolu 5(1) |
|
Artikolu 12 |
|
(3): Artikolu 10(2) |
Artikolu 5(2) |
|
Artikolu 10a(3) |
Artikolu 11(b) |
(2): Artikolu 8 |
Artikolu 6 |
|
— |
— |
— |
Artikolu 7 |
|
— |
— |
— |
Artikolu 8 |
|
|
|
(3): Artikolu 3 |
Artikolu 9 |
|
|
|
(3): Artikolu 6 |
Artikolu 10 |
|
Artikolu 5e |
|
|
Artikolu 11(1) |
|
Artikolu 5(2) |
Artikolu 5(1) |
(2): Artikolu 5(2) |
Artikolu 11(2) |
|
— |
— |
— |
Artikolu 11(3) |
|
Artikolu 5(6) |
Artikolu 4 u 6(4) |
|
Artikolu 11(4) |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 11(5) |
|
Artikolu 5(1) |
Artikolu 5(1) |
|
Artikolu 12 |
|
Artikolu 5e |
Artikolu 5(2) |
(3): Artikolu 5(6) |
Artikolu 13 |
|
Artikolu 5(1), Artikolu 11 |
Artikolu 5(1), Artikolu 9 |
|
Artikolu 14 |
|
Artikolu 5(1) u 5(5)(c) |
Artikolu 5(1) |
(4): Artikolu 7(1)E u Direttiva 70/524/KEE: Artikolu 16 |
Artikolu 15 |
|
|
Artikolu 5(1)(c), (d) u 7 |
|
Artikolu 16 |
|
Artikolu 5(1), 5c u 5d |
|
|
Artikolu 17(1) |
|
— |
— |
— |
Artikolu 17(2) |
|
Artikolu 5c(3) |
|
|
Artikolu 17(3) |
|
|
|
(3): Artikolu 5(1), (4), (7) u 6(a) |
Artikolu 18 |
|
— |
— |
— |
Artikolu 19 |
|
|
Artikolu 8 |
|
Artikolu 20 |
|
|
Artikolu 6(1)(a) |
|
Artikolu 21(1) |
|
Artikolu 5(5)(d) |
|
|
Artikolu 21(2) |
|
|
Artikolu 6(3)(a) |
|
Artikolu 21(3) |
|
Artikolu 5(5)(b) |
|
|
Artikolu 21(4) |
|
Artikolu 5(5)(a) |
|
|
Artikolu 21(5) |
|
Artikolu 5(2) |
Artikolu 5(3), 6(1)(b) |
|
Artikolu 21(6) |
|
— |
— |
— |
Artikolu 21(7) |
|
Artikolu 14(c) |
|
|
Artikolu 21(8) |
|
Artikolu 5(3), 5c(4) u 5e |
Artikolu 5(2) |
|
Artikolu 22 |
|
Artikolu 4(1) |
|
(1): Artikolu 1 |
Artikolu 23 |
|
— |
— |
— |
Artikolu 24 |
|
— |
— |
— |
Artikolu 25 |
|
— |
— |
— |
Artikolu 26 |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 27 |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 13 |
(2): Artikolu 13 u 14 (3): Artikolu 9 |
Artikolu 28 |
|
— |
— |
— |
Artikolu 29 |
|
— |
— |
— |
Artikolu 30 |
|
— |
— |
— |
Artikolu 31 |
|
— |
— |
— |
Artikolu 32 |
|
— |
— |
— |
Artikolu 33 |
|
Anness Parti A(2), (3), (4) |
Anness Parti A(II), (VI), |
|
Anness I |
|
Annex Part A(1) and Artikolu 5(6) |
Artikolu 6(4) |
|
Anness II |
|
|
|
(5): Anness |
Anness III |
|
Anness Parti A(5), (6) |
Anness Parti A(VII) |
|
Anness IV |
|
|
Anness Parti C |
|
Anness V |
|
Anness Parti B |
|
|
Anness VI |
|
Anness Parti B |
|
|
Anness VII |
( 1 ) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.
( 2 ) ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.
( 3 ) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
( 4 ) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24.
( 5 ) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.
( 6 ) ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19.
( *1 ) ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1.”;
( *2 ) ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1.”.
( 7 ) ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.
( 8 ) ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40.
( 9 ) Il-frażi “ilma mormi” ma tirreferix għal “ilma għall-ipproċessar”, jiġifieri ilma minn kanen indipendenti integrat fl-ikel jew fl-industriji tal-għalf; fejn dawn il-kanen ikunu fornuti bl-ilma, ma jistax jintuża ilma għall-għalf tal-annimali ħlief jekk dan ikun tajjeb għas-saħħa u nadif kif speċifikat fl-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32). Fil-każ tal-industriji tal-ħut, il-kanen ikkonċernati jistgħu jiġu fornuti wkoll b’ilma baħar nadif kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1). L-ilma għall-ipproċessar ma jistax jintuża għan-nutrizzjoni tal-annimali ħlief jekk dan ikun fih għalf u materjal tal-ikel u jkun teknikament ħieles minn aġenti tat-tindif, diżinfettanti u sustanzi oħra mhux awtorizzati mil-leġiżlazzjoni dwar in-nutrizzjoni tal-annimali.
( 10 ) Il-frażi “skart solidu urban” ma tirreferix għal skart mill-ikel kif definit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.
( 11 ) Unità 1 f’dan il-punt tfisser 1 mg, 1 000 IU, 1 × 109 CFU jew 100 unità ta’ attività enżimatika tal-addittiv tal-għalf rispettiv għal kull kg ta’ għalf kif xieraq.
( 12 ) Bil-Ġermaniż tista' tintuża l-kelma “Inhaltsstoffe” minflok il-frażi “analytische Bestandteile”. Bl-Iżvediż tista' tintuża l-frażi “Analyserat innehåll” minflok il-frażi “Analytiska beståndsdelar”.
( 13 ) Bil-Ġermaniż tista' tintuża l-kelma “Inhaltsstoffe” minflok il-frażi “analytische Bestandteile”. Bl-Iżvediż tista' tintuża l-frażi “Analyserat innehåll” minflok il-frażi “Analytiska beståndsdelar”.