2009R0244 — MT — 27.02.2016 — 002.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 244/2009 tat-18 ta' Marzu 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodiżinn għal bozoz tad-dar li ma jitfgħux id-dawl f’direzzjoni waħda (ĠU L 076 24.3.2009, p. 3) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 859/2009 tat-18 ta’ Settembru 2009 |
L 247 |
3 |
19.9.2009 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1428 tal-25 ta' Awwissu 2015 |
L 224 |
1 |
27.8.2015 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 244/2009
tat-18 ta' Marzu 2009
li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodiżinn għal bozoz tad-dar li ma jitfgħux id-dawl f’direzzjoni waħda
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2005 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-ekodiżinn ta' prodotti li jużaw l-enerġija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u d-Direttivi 96/57/KE u 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,
Wara li kkonsultat il-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodiżinn,
Billi:|
(1) |
Skont id-Direttiva 2005/32/KE, ir-rekwiżiti tal-ekodiżinn għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni għal prodotti li jużaw l-enerġija li jirrappreżentaw volumi sinifikanti ta’ bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti u li jippreżentaw potenzjal sinifikanti għal titjib f’termini tal-impatt ambjentali tagħhom mingħajr ma jinvolvu spejjeż eċċessivi. |
|
(2) |
L-Artikolu 16(2), l-ewwel inċiż tad-Direttiva 2005/32/KE jipprovdi li skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15(2), u wara konsultazzjoni mal-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodiżinn, il-Kummissjoni għandha, kif xieraq, tintroduċi miżura implimentattiva dwar prodotti domestiċi tad-dawl. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni wettqet studju ta’ tħejjija li analizza l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi ta’ prodotti tad-dawl li tipikament jintużaw fid-djar. L-istudju ġie żviluppat flimkien ma' partijiet konċernati u interessati mill-Komunità u minn pajjiżi terzi, u r-riżultati ġew ippubblikati fuq is-sit tal-internet EUROPA tal-Kummissjoni. |
|
(4) |
Ir-rekwiżiti obbligatorji tal-ekodiżinn japplikaw għal prodotti mqiegħda fis-suq Komunitarju kull fejn ikunu installati jew użati, għalhekk ir-rekwiżiti ta' dan it-tip ma jistgħux jiddependu fuq l-applikazzjoni li għaliha jintuża l-prodott (bħal għal dawl domestiku). |
|
(5) |
Prodotti li huma suġġetti għal dan ir-Regolament huma mfasslin essenzjalment għall-illuminazzjoni sħiħa jew parzjali ta’ kamra ta' dar, billi jissostitwixxu jew jikkumplimentaw dawl naturali bid-dawl artifiċjali, sabiex itejbu l-viżibbiltà f’dak l-ispazju. Bozoz b’użu speċjali mfasslin essenzjalment għal tipi oħrajn ta’ applikazzjonijiet (bħal sinjali tat-traffiku, tagħmir għall-ismurija, jew apparat tad-dar) u indikati b’mod ċar bħala tali mat-tagħrif dwar il-prodott, ma għandhomx ikunu suġġetti għar-rekwiżiti tal-ekodiżinn stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Teknoloġiji ġodda li qed ifiġġu fis-suq, bħal-LEDs, għandhom ikunu suġġetti għal dan ir-Regolament. |
|
(7) |
L-aspetti ambjentali tal-prodotti koperti li huma identifikati bħala sinifikanti għall-finijiet ta' dan ir-Regolament huma l-enerġija fil-fażi tal-użu kif ukoll il-kontenut u l-emissjonijiet tal-merkurju. |
|
(8) |
Il-konsum annwali tal-elettriku relatat ma' prodotti suġġetti għal dan ir-Regolament fil-Komunità ġie stmat li fl-2007 kien ta’ 112 TWh, ekwivalenti għal 45 Mt ta' emissjonijiet tas-CO2. Jekk ma tittieħed ebda miżura speċifika, huwa previst li fl-2020 il-konsum se jiżdied għal 135 TWh. L-istudji ta' tħejjija wrew li l-konsum tal-elettriku ta' prodotti suġġetti għal dan ir-Regolament jistgħu jitnaqqsu b'mod sinifikanti. |
|
(9) |
Ġie stmat li fl-2007 il-merkurju li joħroġ fil-fażijiet differenti taċ-ċiklu tal-perjodu ta’ utilità tal-bozoz, inkluż mill-ġenerazzjoni tal-elettriku fil-fażi tal-użu u mit-80 % ta’ bozoz florexxenti kumpatti li fihom il-merkurju u li huma mistennija li ma jiġux riċiklati fi tmiem il-perjodu ta’ utilità, huwa ta’ 2,9 tunnellati mill-ħażna installata tal-bozoz. Jekk ma jittieħdu l-ebda miżuri speċifiċi, l-emissjonijiet tal-merkurju tal-ħażna installata tal-bozoz huwa previst li se jiżdiedu għal 3,1 tunnellata fl-2020, filwaqt li ntwera li dawn jistgħu jitnaqqsu b'mod sinifikanti. Għalkemm il-kontenut tal-merkurju ta’ bozoz florexxenti kumpatti huwa kkunsidrat bħala aspett ambjentali sinifikanti, huwa xieraq li jiġi rregolat skont id-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku ( 2 ). Id-definizzjoni ta' rekwiżiti għall-effiċjenza enerġetika għal bozoz suġġetti għal dan ir-Regolament se twassal għal tnaqqis fl-emissjonijiet totali tal-merkurju. |
|
(10) |
L-Artikolu 10 paragrafu 1 punt (d) tad-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar l-Iskart ta' Tagħmir Elettriku u Elettroniku ( 3 ) għandu jiġi implimentat kompletament biex jiżgura li jitnaqqsu r-riskji potenzjali għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem f’każ li l-bozoz florexxenti kumpatti jinkisru b'mod aċċidentali jew fi tmiem il-perjodu ta’ utilità tagħhom. |
|
(11) |
It-titjib fil-konsum tal-elettriku ta' prodotti suġġetti għal dan ir-Regolament għandu jintlaħaq bl-applikazzjoni ta' teknoloġiji eżistenti mhux brevettatti u li huma effettivi f'sens ta' nfiq, li jwasslu għal tnaqqis tal-ispejjeż ikkombinati għax-xiri u għat-tħaddim tat-tagħmir. |
|
(12) |
Ir-rekwiżiti tal-ekodiżinn għal prodotti suġġetti għal dan ir-Regolament għandhom jiġu definiti bl-għan li jtejbu r-rendiment ambjentali tal-prodotti affettwati, biex b'hekk jikkontribwixxu għat-tħaddim tas-suq intern u għall-objettiv Komunitarju li l-konsum tal-enerġija jitnaqqas b'20 % fl-2020 imqabbel mal-konsum tal-enerġija meqjus f’dik is-sena jekk l-ebda miżuri ma jiġu implimentati. |
|
(13) |
Dan ir-Regolament għandu jżid il-penetrazzjoni tas-suq ta’ prodotti effiċjenti fl-enerġija suġġetti għal dan ir-Regolament, li jwasslu għall-iffrankar stmat tal-enerġija ta’ 39 TWh fl-2020, imqabbel mal-konsum tal-enerġija meqjus f’dik is-sena jekk l-ebda miżura tal-Ekodiżinn ma tiġi implimentata. |
|
(14) |
Ir-rekwiżiti tal-ekodiżinn ma għandhomx jaffettwaw il-funzjonalità mill-perspettiva tal-utent u ma għandhomx jaffettwaw b’mod negattiv is-saħħa, is-sikurezza jew l-ambjent. B'mod partikolari, il-benefiċċji tat-tnaqqis fil-konsum tal-elettriku waqt il-fażi tal-użu għandha, jekk ikun hemm, tikkumpensa sew impatti ambjentali addizzjonali potenzjali waqt il-fażi tal-produzzjoni ta' prodotti suġġetti għal dan ir-Regolament. |
|
(15) |
Id-dħul fis-seħħ gradwali tar-rekwiżiti tal-ekodiżinn għandu jipprovdi qafas ta' żmien suffiċjenti biex il-manifatturi jerġgħu jfasslu l-prodotti suġġetti għal dan ir-Regolament kif xieraq. It-tqassim tal-fażijiet f’termini ta’ żmien għandu jkun b’tali mod li l-impatti negattivi relatati mal-funzjonalità tat-tagħmir fis-suq jiġu evitati, u l-impatti tal-ispejjeż għall-utenti aħħarija u l-manifatturi, partikolarment l-impriżi żgħar u ta' daqs medju jiġu meqjusa, filwaqt li tiġi żgurata l-kisba f'waqtha tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. |
|
(16) |
Il-kejl tal-parametri rilevanti tal-prodotti għandu jitwettaq billi jitqiesu l-metodi l-iktar riċenti ta' kejl rikonoxxuti b'mod ġenerali; il-manifatturi jistgħu japplikaw standards armonizzati stabbiliti skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2005/32/KE hekk kif ikunu disponibbli u ppubblikati għal dik il-fini f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(17) |
Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2005/32/KE, dan ir-Regolament għandu jispeċifika l-proċeduri applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità. |
|
(18) |
Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli tal-konformità, il-manifatturi għandhom jipprovdu tagħrif fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Annessi V u VI tad-Direttiva 2005/32/KE sa fejn dan it-tagħrif ikun relatat mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament. |
|
(19) |
Minbarra r-rekwiżiti li jorbtu legalment, l-identifikazzjoni ta' punti ta' referenza indikattivi għall-aqwa teknoloġiji disponibbli għal prodotti suġġetti għal dan ir-Regolament għandha tikkontribwixxi biex tiżgura disponibbiltà wiesgħa u tiffaċilita l-aċċess għat-tagħrif. Dan jista’ jkompli jiffaċilita l-integrazzjoni ta’ teknoloġiji bl-aqwa diżinn li jtejbu r-rendiment ambjentali taċ-ċiklu tal-perjodu ta’ utilità tal-prodotti suġġetti għal dan ir-Regolament. |
|
(20) |
Reviżjoni ta' din il-miżura għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-evoluzzjoni tal-bejgħ ta’ tipi ta’ bozoz għal użu speċjali sabiex tivverifika li mhumiex użati għal użi ta' illuminazzjoni ġenerali, lill-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda bħal-LEDs u lill-probabbiltà li tistabbilixxi rekwiżiti għall-effiċjenza tal-enerġija fuq il-livell tal-klassi “A” kif definit fid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/11/KE ( 4 ). |
|
(21) |
Ir-rekwiżiti li jinsabu f’din il-miżura jħallu lill-bozoz aloġeni bis-sokit G9 u R7 jibqgħu fis-suq għal perjodu limitat ta’ żmien, jirrikonoxxu l-ħtieġa li jieħdu ħsieb il-ħażna eżistenti tal-bozoz, sabiex jimpedixxu spejjeż mhux meħtieġa fuq il-konsumaturi u jagħtu żmien lill-manifatturi biex jiżviluppaw bozoz ddedikati għal teknoloġiji aktar effiċjenti ta’ dawl. |
|
(22) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2005/32/KE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-suġġett u l-ambitu
Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodiżinn għat-tqegħid fis-suq ta’ bozoz tad-dar li ma jitfgħux id-dawl f’direzzjoni waħda, inkluż meta jkunu kkumerċalizzati għall-użu mhux tad-dar jew meta jkunu integrati fi prodotti oħrajn. Ir-Regolament jistabbilixxi wkoll rekwiżiti ta’ tagħrif dwar il-prodott għal bozoz b’użu speċjali.
Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal bozoz tad-dar u għal bozoz b’użu speċjali li ġejjin:
(a) bozoz li għandhom il-koordinati ta' kromatiċità x u y li ġejjin:
— x < 0,200 jew x > 0,600
— y < – 2,3172 x2 + 2,3653 x – 0,2800 jew
— y > – 2,3172 x2 + 2,3653 x – 0,1000;
(b) bozoz li jitfgħu d-dawl f’direzzjoni waħda;
(ċ) bozoz li għandhom fluss tal-luminożità inqas minn 60 lumens jew ogħla minn 12 000 lumens;
(d) bozoz li għandhom:
— 6 % jew iktar tar-radjazzjoni totali tal-firxa ta' 250-780 nm fil-firxa ta' 250-400 nm,
— il-punt massimu tar-radjazzjoni bejn 315 - 400 nm (UVA) jew 280 - 315 nm (UVB),
(e) bozoz florexxenti mingħajr saborra (ballast) integrata;
(f) bozoz b’ċarġ elettriku ta’ intensità għolja;
(g) bozoz inkandexxenti bil-kapep E14/E27/B22/B15, b’vultaġġ daqs jew inqas minn 60 volt u mingħajr transformer integrat fil-Fażijiet 1-5 skont l-Artikolu 3.
Artikolu 2
Tifsiriet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2005/32/KE għandhom japplikaw. It-tifsiriet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:
(1) “illuminazzjoni ta’ kamra ta’ dar” tfisser l-illuminazzjoni sħiħa jew parzjali ta’ kamra ta’ dar, billi tissostitwixxi jew tikkumplimenta dawl naturali b’ dawl artifiċjali, sabiex ittejjeb il-viżibbiltà f’dak l-ispazju;
(2) “bozza (lampa)” tfisser sors magħmul sabiex jipproduċi radjazzjoni ottika, normalment viżibbli, inkluż kwalunkwe komponenti addizzjonali meħtieġa biex tixgħel, provvista tal-enerġija jew operat stabbli ta’ bozza jew għad-distribuzzjoni, il-filtrazzjoni jew it-trasformazzjoni tar-radjazzjoni ottika, f'każ li dawk il-komponenti ma jistgħux jitneħħew mingħajr ma jagħmlu ħsara permanenti lill-unit;
(3) “bozza tad-dar” tfisser bozza maħsuba għall-illuminazzjoni ta’ kamra ta’ dar; ma tinkludix bozoz b’użu speċjali;
(4) “bozza b'użu speċjali” tfisser bozza li tuża t-teknoloġiji koperti minn dan ir-Regolament iżda mhix maħsuba għall-użu fl-applikazzjonijiet speċjali minħabba l-parametri tekniċi tagħha kif deskritti fid-dokumentazzjoni teknika. Applikazzjonijiet speċjali huma dawk li jesiġu parametri tekniċi mhux meħtieġa għall-finijiet ta' tidwil ta' xeni jew oġġetti komuni f'ċirkostanzi normali. Dawn l-applikazzjonijet huma tat-tipi li ġejjin:
(a) applikazzjonijiet fejn l-użu ewlieni tad-dawl mhuwiex it-tidwil, bħal
(i) l-emissjoni ta' dawl bħala aġent fi proċess kimiku jew bijoloġiku (bħall-polimerizzazzjoni, id-dawl ultravjola użat għal fejqan/tnixxif/twebbis, it-terapija fotodinamika, l-ortikultura, il-kura tal-annimali domestiċi, il-prodotti kontra l-insetti);
(ii) il-qbid tal-immaġni u l-projezzjoni ta' immaġini (bħal torċijiet, magni ta' fotokopjar, retroprojetturi);
(iii) it-tisħin (bozoz infraħomor);
(iv) is-sinjalar (bħall-kontroll tat-traffiku jew bozoz tal-mitjar);
(b) applikazzjoni tat-tidwil fejn
(i) id-distribuzzjoni spettrali tad-dawl hija maħsuba biex tbiddel id-dehra tax-xena mdawla jew l-oġġett imdawwal, kif ukoll biex tagħmilhom viżibbli (bħal tidwil ta' wiri tal-ikel jew bozoz ikkuluriti kif iddefiniti fil-punt 1 tal-Anness I), bl-eċċezzjoni tal-varjazzjonijiet fit-temperatura tal-kulur ikkorrelatata; jew
(ii) id-distribuzzjoni spettrali tad-dawl hija aġġustata għall-ħtiġijiet speċifiċi ta' tagħmir tekniku partikolari, kif ukoll biex tagħmel ix-xena jew l-oġġett viżibbli għall-bnedmin (bħat-tidwil ta' studjo, tidwil ta' effett ta' spettaklu, tiwdil tat-teatri); jew
(iii) ix-xena mdawla jew l-oġġett imdawwal jesiġu protezzjoni speċjali mill-effetti negattivi tas-sors tad-dawl (bħat-tidwil b'filtri attaposta għal pazjenti fotosensittivi jew eżibizzjonijiet fotosensittivi fil-mużewijiet); jew
(iv) it-tidwil huwa meħtieġ biss għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza (bħal luminarji ta' tidwil ta' emerġenza jew tagħmir ta' kontroll għal tidwil ta' emerġenza); jew
(v) il-prodotti ta' tidwil iridu jirreżistu l-kundizzjonijiet fiżiċi estremi (bħal vibrazzjonijiet jew temperaturi taħt – 20 °C jew ogħla minn 50 °C);
Bozoz inkandexxenti itwal minn 60 mm mhumiex bozoz b'użu speċjali, jekk ikunu reżistenti biss għal ċaqliq vjolenti jew vibrazzjonijiet mekkaniċi u ma jkunux bozoz inkandexxenti tas-sinjalar tat-traffiku; jew li għandhom potenza nominali ogħla minn 25 W u jiddikjaraw li għandhom karatteristiċi speċifiċi li huma wkoll preżenti f'bozoz ta' klassijiet ta' effiċjenza enerġetika ogħla skont ir-Regolament (UE) Nru 874/2012 (bħal emissjonijiet żero EMC, valur CRI ogħla jew ugwali għal 95, u emissjonijiet tal-UV anqas minn jew daqs 2 mW kull 1 000 lm);
(5) “bozza li titfa’d-dawl f’direzzjoni waħda” tfisser bozza li għall-inqas għandha output ta' dawl ta' 80 % fi ħdan angolu solidu ta' π sr (li jikkorrispondi għal kon b'angolu ta' 120°);
(6) “bozza li ma titfax id-dawl f’direzzjoni waħda” tfisser bozza li mhijiex bozza li titfa’ d-dawl f’direzzjoni waħda;
(7) “bozza bil-filament” tfisser bozza li fiha d-dawl jiġi prodott permezz ta’ konduttur li qisu ħajta li jiġi msaħħan biex jitfa’ d-dawl ħdejn il-passaġġ ta’ kurrent elettriku. Il-bozza jista’ jkollha jew ma jkollhiex gassijiet li jinfluwenzaw il-proċess tal-inkandexxenza;
(8) “bozza inkandexxenti” tfisser bozza bil-filament li fiha l-filament jaħdem f’bozza evakwata jew ikun imdawwar b’gass inerti;
(9) “bozza aloġena tat-tungstenu” tfisser bozza bil-filament li fiha l-filament huwa magħmul mit-tungstenu u huwa mdawwar b'gass li fih l-aloġeni jew komposti tal-aloġeni f'bozza mmanifatturata mill-kwarz jew mill-ħġieġ iebes, li tista tiġi mmuntata f'envelopp sekondarju. Il-provvista tal-elettriku tagħhom tista' tkun ġejja minn provvista integrata;
(10) “bozza bi skarikubi skariku elettriku” tfisser bozza li fiha d-dawl jiġi prodott, b'mod dirett jew indirett, permezz ta' skariku elettriku minn ġo gass, fwar ta' metall jew taħlita ta' diversi gassijiet u fwar;
(11) “bozza florexxenti” tfisser bozza bi skarikubi skariku elettriku tat-tip bil-merkurju ta’ pressjoni baxxa li l-parti l-kbira tad-dawl toħroġ minn saff wieħed jew iktar ta' fosfri mqanqla mir-radjazzjoni ultravjola li tkun ġejja miċ-ċarġ tal-elettriku. Il-bozoz florexxenti huma pprovduti jew b’saborri integrati jew mingħajrhom;
(12) “saborra” tfisser apparat li jservi biex jillimita l-kurrent tal-bozza/bozoz għall-valur meħtieġ f'każ li tkun/jkunu kkonnettjata/i bejn il-provvista tal-elettriku u bozza ta’ ċarġ elettriku waħda jew iktar. Is-saborra tista' tinkludi wkoll mezz li jittrasforma l-vultaġġ tal-provvista tal-elettriku, ibaxxi d-dawl tal-bozza, jirranġa l-fattur tal-enerġija u, waħedha jew ikkombinata ma' apparat li jixgħel, tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa biex tixgħel il-bozza/bozoz. Hija tista’ tkun integrata mal-bozza jew barra minnha;
(13) “provvista tal-enerġija” tfisser apparat li huwa mfassal biex ibiddel l-input ta’ enerġija elettrika b’kurrent li jalterna (AC) mis-sors ta’ elettriku tal-mains għal output b’kurrent dirett (DC) jew AC ieħor.
(14) “bozza (lampa) florexxenti kumpatta” tfisser unità li ma tistax tiżżarma mingħajr ma ssirilha ħsara permanenti, ipprovduta b'kappa tal-bozza u tinkorpora bozza florexxenti u kwalunkwe komponenti oħrajn meħtieġa biex tixgħel il-bozza u taħdem b’mod stabbli;
(15) “bozza florexxenti mingħajr saborra integrata” tfisser bozza florexxenti b’kappa waħda u b’kappa doppja mingħajr saborra integrata;
(16) “bozza bi skarikubi skariku elettriku ta’ intensità għolja” tfisser bozza bi skarikubi skariku elettriku li fiha l-arka li tipproduċi d-dawl tiġi stabbilizzata bit-temperatura tas-superfiċje u l-arka jkollha l-karga tas-superfiċje tal-bozza ogħla minn 3 watts għal kull ċentimetru kwadru;
(17) “LED” tfisser apparat fi stat solidu li jinkorpora punt p-n, joħroġ radjazzjoni ottika meta mqanqal minn kurrent elettriku;
(18) “Bozza LED” tfisser bozza li tinkorpora LED waħda jew diversi LEDs;
(19) “bozza għas-sinjalar tat-traffiku inkandexxenti” tfisser bozza inkandexxenti b'vultaġġ nominali ogħla minn 60 V, u rata ta' falliment ta' inqas minn 2 % matul l-ewwel 1 000 siegħa ta' tħaddim.
Għall-finijiet tal-Annessi II sa IV, it-tifsiriet stabbiliti fl-Anness I għandhom japplikaw ukoll.
Artikolu 3
Rekwiżiti tal-ekodisinn
1. Bozoz tad-dar nondirezzjonali għandhom jilħqu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II.
Kull rekwiżit tal-ekodisinn għandu japplika skont l-istadji li ġejjin:
Stadju 1: 1 ta' Settembru 2009,
Stadju 2: 1 ta' Settembru 2010,
Stadju 3: Il-Ħamis, 1 ta' Settembru 2011,
Stadju 4: Is-Sibt, 1 ta' Settembru 2012,
Stadju 5: 1 ta' Settembru 2013,
Stadju 6: 1 ta' Settembru 2018.
Sakemm rekwiżit ma jinbidilx b'rekwiżit ieħor jew dan jiġi speċifikat b'xi mod ieħor, għandu jkompli japplika flimkien mar-rekwiżiti l-oħrajn li jiġu introdotti fi stadji iktar ′il quddiem.
2. Il-bozoz b'għan speċjali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) Jekk il-koordinati tal-kromatiċità ta' bozza jaqgħu dejjem fil-medda li ġejja:
x < 0,270 or x > 0,530
y < – 2,3172 x2 + 2,3653 x – 0,2199 or y > – 2,3172 x2 + 2,3653 x – 0,1595;
il-koordinati tal-kromatiċità għandhom jiġu ddikjarati fil-fajl ta' dokumentazzjoni teknika mħejji għall-finijiet ta' valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, li għandu jindika li, minħabba dawn il-koordinati, il-bozoz jitqiesu bħala bozza b'użu speċjali
(b) Għall-bozoz kollha b'użu speċjali, l-użu maħsub għandu jitniżżel f'kull għamla ta' informazzjoni dwar il-prodott, flimkien ma' twissija li mhumiex maħsuba għall-użu f'applikazzjonijiet oħra.
Il-fajl tad-dokumentazzjoni teknika mħejji għall-finijiet ta' valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandu jelenka l-parametri tekniċi li, permezz tagħhom, id-disinn tal-bozza jkun speċifiku għall-użu maħsub iddikjarat.
Jekk meħtieġ, il-parametri jistgħu jiġu elenkati b'tali mod li jevita l-iżvelar ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva marbuta mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-manifattur.
Jekk il-bozza tintwera b'mod viżibbli lill-utenti aħħarin qabel tinxtara, l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi indikata wkoll b'mod ċar u prominenti fuq l-imballaġġ:
(i) l-użu maħsub;
(ii) li mhix adattata għall-illuminazzjoni ta' kamra ta' dar; kif ukoll
(iii) il-parametri tekniċi li jagħmlu d-disinn tal-bozza speċifiku għall-għan maħsub iddikjarat;
Alternattivament, l-informazzjoni msemmija fil-punt (iii) tista' tiġi pprovduta ġewwa l-imballaġġ.
Artikolu 4
Valutazzjoni tal-konformità
1. Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2005/32/KE għandha tkun is-sistema tal-kontroll intern tad-diżinn stabbilita fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva jew is-sistema tal-ġestjoni stabbilita fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.
2. Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2005/32/KE, il-fajl ta' dokumentazzjoni teknika għandu jinkludi kopja tat-tagħrif dwar il-prodott provdut skont l-Anness II parti 3 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
Fit-twettiq tal-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2005/32/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika deskritta fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Punti ta' referenza indikattivi
Il-punti ta' referenza indikattivi għall-prodotti u teknoloġiji bl-aqwa rendiment, li jkunu disponibbli fis-suq fiż-żmien li jiġi adottat dan ir-Regolament huma identifikati fl-Anness IV.
Artikolu 7
Reviżjoni
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku mhux iktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ u tippreżenta r-riżultat ta’ din ir-reviżjoni lill-Forum tal-Konsultazzjoni.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Il-parametri tekniċi koperti u t-tifsiriet għall-finijiet tal-Annessi II sa IV
1. IL-PARAMETRI TEKNIĊI GĦAR-REKWIŻITI TAL-EKODIŻINN
Għall-finijiet tal-konformità u l-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, il-parametri ta' hawn taħt għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' proċeduri ta' kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta' kejl l-iktar reċenti rikonoxxuti b'mod ġenerali.
(a) “L-effikaċja tal-bozza” (ηlamp), li hija l-ammont ta’ fluss ta’ luminożità li joħroġ (Ф) mill-enerġija kkonsmata mill-bozza (Plamp): ηlamp = Ф / Plamp(unità ta’ kejl: lm/W). L-enerġija li tinħela minn tagħmir awżiljarju mhux integrat, bħal saborri, transformers jew provvisti tal-enerġija, mhijiex inkluża fl-enerġija li tikkonsma l-bozza;
(b) “Il-Fattur tal-Manutenzjoni tal-Lumen tal-Bozza” (LLMF), li huwa l-proporzjon tal-fluss tal-luminożità li joħroġ mill-bozza f'ħin partikolari fil-perjodu ta’ utilità tagħha mal-fluss inizjali tal-luminożità (100 siegħa);
(c) “Il-Fattur ta' Sopravivenza tal-Bozza” (LSF), li huwa l-porzjon tal-għadd totali ta' bozoz li jkomplu jaħdmu fi żmien stipulat taħt kundizzjonijiet u frekwenza tal-iswiċċjar definiti;
(d) “Il-perjodu ta’ utilità tal-bozza”, li huwa l-perjodu tal-ħin ta’ tħaddim wara li l-porzjon tal-għadd totali ta' bozoz li jkomplu jaħdmu jikkorispondi mal-fattur ta' sopravivenza tal-bozza, taħt kundizzjonijiet u frekwenza tal-iswiċċjar definiti;
(e) “Il-kromatiċità”, li hija l-proprjetà ta' stimolu ta' kulur definit mill-koordinati tal-kromatiċità tiegħu, jew mill-wavelength dominanti jew komplementari tiegħu u l-purità meħuda flimkien;
(f) “Il-fluss tal-luminożità” (Φ), li huwa kwantità derivata mill-fluss radjanti (enerġija radjanti) bl-evalwazzjoni tar-radjazzjoni skont is-sensittività spettrali tal-għajn umana; imkejjel wara 100 siegħa ta’ tħaddim tal-bozza;
(g) “Temperatura tal-Kulur Korrelata” (Tc [K]), li hija t-temperatura ta' radjatur Plankjan (korp iswed) li l-kulur ipperċepit tiegħu jixbaħ l-iktar lil dak ta' stimolu partikolari bl-istess dija u taħt kundizzjonijiet speċifiċi ta' osservazzjoni;
(h) “L-apparenza tal-kulur” (Ra), li hija l-effett ta' mezz ta' illuminazzjoni fuq id-dehra tal-kulur ta' oġġetti b'paragun konxju jew subkonxju mad-dehra tal-kulur tagħhom taħt mezz ta' illuminazzjoni ta' referenza;
(i) “Enerġija ultravjola radjanti effettiva speċifika”, li hija l-enerġija effettiva tar-radjazzjoni ultravjola ta' bozza mwieżna skont il-fatturi spettrali ta' korrezzjoni u relatata mal-fluss tal-luminożità tagħha (unità ta’ kejl: mW/klm);
(j) “Il-ħin li tibda tixgħel il-bozza”, il-ħin meħtieġ, wara li jinxtegħel il-vultaġġ tal-provvista, biex il-bozza tinxtegħel kompletament u tibqa’ mixgħula;
(k) “Il-ħin biex tisħon il-bozza”, li huwa l-ħin meħtieġ għall-bozza wara li tinxtegħel biex joħroġ minnha proporzjon definit ta’ fluss ta’ luminożità stabbilizzat tagħha;
(l) “Il-fattur tal-enerġija”, li huwa l-proporzjon tal-valur assolut tal-enerġija attiva għall-enerġija apparenti taħt kundizzjonijiet perjodiċi,
(m) “Il-luminanza”, li hija l-ammont ta’ dawl, għal kull unità ta’ kejl li tidher fil-wiċċ, li tinħareġ jew tiġi riflessa permezz ta’ żona partikolari fi ħdan angolu solidu (unità ta’ kejl: cd/m2);
(n) “Il-kontenut ta' merkurju tal-bozza”, li huwa l-ammont ta' merkurju li jinsab fil-bozza u li huwa mkejjel skont l-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/747/KE ( 5 ).
2. TIFSIRIET
(a) “valur speċifikat” huwa l-valur ta' kwantità użata għall-finijiet tal-ispeċifikazzjoni, stabbiliti għal sett speċifikat ta’ kundizzjonijiet ta’ tħaddim ta’ prodott. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, ir-rekwiżiti kollha huma stabbiliti f'valuri speċifikati;
(b) “valur nominali” huwa l-valur ta' kwantità użata biex jindika u jidentifika prodott;
(c) “It-tieni envelop tal-bozza” huwa t-tieni envelop tal-bozza estern li mhux meħtieġ għall-produzzjoni tad-dawl, bħal tubu estern li jipprevjeni r-rilaxx tal-merkurju u l-ħġieġ fl-ambjent f'każ li titkisser il-bozza, għall-protezzjoni mir-radjazzjoni ultravjola jew li jservi bħala mezz li jifrex id-dawl;
(d) “Bozza trasparenti” hija bozza (minbarra bozoz fluworexxenti kumpatti) b’luminanza ogħla minn 25 000 cd/m2 għal bozoz li għandhom fluss ta’ luminożità inqas minn 2 000 lm u ogħla minn 100 000 cd/m2 għal bozoz li għandhom iktar fluss ta’ luminożità, mgħammra b’enveloppi trasparenti biss li fihom il-filament li jipproduċi d-dawl, l-LED u t-tubu b’ċarġ elettriku jkunu jidhru b’mod ċar;
(e) “Bozza mhux trasparenti” hija bozza li mhijiex konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tal-punt (d), inkluż bozoz fluworexxenti kumpatti;
(f) “Iċ-ċiklu tat-teptip tad-dawl” huwa s-sekwenza li fiha l-bozza tinxtegħel u tintefa b’intervalli definiti;
(g) “Ħsara qabel iż-żmien” hija meta l-bozza tasal fi tmiem il-perjodu ta’ utilità tagħha wara perjodu ta’ tħaddim li huwa inqas mit-tul speċifikat tal-perjodu ta’ utilità mniżżel fid-dokumentazzjoni teknika;
(h) “Kappa tal-bozza” tfisser dik il-parti tal-bozza li tipprovdi l-konnessjoni għall-provvista tal-elettriku permezz ta’ sokit jew konnettur tal-bozza u, fil-maġġoranza tal-każi, isservi wkoll biex iżżomm il-bozza fis-sokit;
(i) “Ħowlder tal-bozza” jew “sokit” ifissru apparat li jżomm il-bozza f’postha, ħafna drabi billi jkollu l-kappa mdaħħla fiha, f’liema każ jipprovdi wkoll il-mezz biex iqabbad il-bozza mal-provvista tal-elettriku.
ANNESS II
Ir-rekwiżiti tal-ekodiżinn għal bozoz tad-dar li ma jitfgħux id-dawl f’direzzjoni waħda
1. IR-REKWIŻITI TAL-EFFIĊJENZA TAL-BOZOZ
Il-bozoz inkandexxenti bil-kapep S14, S15 jew S19 għandhom jiġu eżentati mir-rekwiżiti tal-effiċjenza tal-Fażijiet 1 sa 4 kif definit fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, imma mhux mill-Fażijiet 5 u 6.
L-enerġija massima speċifikata (Pmax) għal fluss ta’ luminożità speċifikat partikolari (Φ) hija pprovduta fit-Tabella 1.
L-eċċezzjonijiet għal dawn ir-rekwiżiti huma mniżżlin fit-Tabella 2 u l-fatturi tal-korrezzjoni applikabbli għall-enerġija massima speċifikata jinsabu fit-Tabella 3.
It-tabella 1
|
Id-data tal-applikazzjoni |
L-enerġija massima speċifikata (Pmax) (W) |
|
|
Bozoz trasparenti |
Bozoz mhux trasparenti |
|
|
Il-fażijiet 1 sa 5 |
0,8 * (0,88√Ф+0,049Ф) |
0,24√Ф+0,0103Ф |
|
Il-fażi 6 |
0,6 * (0,88√Ф+0,049Ф) |
0,24√Ф+0,0103Ф |
It-tabella 2
L-eċċezzjonijiet:
|
L-iskop tal-eċċezzjoni |
L-enerġija massima speċifikata (W) |
|
Bozoz trasparenti 60 lm ≤ Φ ≤ 950 lm fil-Fażi 1 |
Pmax = 1,1 * (0,88√Ф+0,049Ф) |
|
Bozoz trasparenti 60 lm ≤ Φ ≤ 725 lm fil-Fażi 2 |
Pmax = 1,1 * (0,88√Ф+0,049Ф) |
|
Bozoz trasparenti 60 lm ≤ Φ ≤ 450 lm fil-Fażi 3 |
Pmax = 1,1 * (0,88√Ф+0,049Ф) |
|
Bozoz trasparenti bil-kappa G9 jew R7 fil-Fażi 6 |
Pmax = 0,8 * (0,88√Ф+0,049Ф) |
Il-fatturi tal-korrezzjoni fit-Tabella 3 huma kumulattivi u fejn huwa xieraq applikabbli wkoll għall-prodotti koperti bl-eċċezzjonijiet tat-Tabella 2.
It-tabella 3
Il-fatturi tal-korrezzjoni
|
L-iskop tal-korrezzjoni |
L-enerġija massima speċifikata (W) |
|
bozza bil-filament li teħtieġ provvista tal-enerġija esterna |
Pmax/1,06 |
|
bozza bi skariku elettriku bil-kappa GX53 |
Pmax/0,75 |
|
bozza mhux trasparenti bl-indiċi tal-apparenza tal-kulur ≥ 90 u b’P ≤ 0,5 * (0,88√Ф+0,049Ф) |
Pmax/0,85 |
|
bozza bi skariku elettriku bl-indiċi tal-apparenza tal-kulur ≥ 90 u b’Tc ≥ 5 000 K |
Pmax/0,76 |
|
bozza mhux trasparenti bit-tieni invilopp u b’P ≤ 0,5 * (0,88√Ф+0,049Ф) |
Pmax/0,95 |
|
bozza LED li teħtieġ provvista tal-enerġija esterna |
Pmax/1,1 |
2. IR-REKWIŻITI TAL-FUNZJONALITÀ TAL-BOZOZ
Ir-rekwiżiti tal-funzjonalità tal-bozoz huma stabbiliti fit-Tabella 4 għal bozoz florexxenti kumpatti u fit-Tabella 5 għal bozoz minbarra bozoz florexxenti kumpatti u bozoz LED.
Fejn il-perjodu speċifikat ta’ utilità tal-bozza huwa ogħla minn 2 000 siegħa, ir-rekwiżiti tal-Fażi 1 għall-parametri “Il-perjodu ta’ utilità speċifikat tal-bozza”, “Il-Fattur ta' Sopravivenza tal-Bozza” u “Il-manutenzjoni tal-lumen” fit-Tabelli 4 u 5 huma applikabbli biss mill-Fażi 2.
Għall-finijiet tal-ittestjar tal-għadd ta’ drabi li l-bozza tista’ tinxtegħel u tintefa qabel ma tinħaraq, iċ-ċiklu tat-teptip tad-dawl għandu jikkonsisti minn perjodi li jinkludu li l-bozza tkun minuta mixgħula u tliet minuti mitfija, filwaqt li l-kundizzjonijiet l-oħrajn tat-test huma definiti skont l-Anness III. Għall-finijiet tal-ittestjar tal-perjodu ta’ utilità tal-bozza, il-fattur ta' sopravivenza tal-bozza, il-manutenzjoni tal-lumen u l-ħsara qabel iż-żmien, għandu jintuża ċ-ċiklu standard tat-teptip tad-dawl skont l-Anness III.
It-tabella 4
Ir-rekwiżiti tal-funzjonalità għal bozoz florexxenti kumpatti
|
Il-parametri tal-funzjonalità |
Il-fażi 1 |
Il-fażi 5 |
|
Il-Fattur ta' Sopravivenza tal-Bozza fis-6 000 siegħa |
≥ 0,50 |
≥ 0,70 |
|
Il-manutenzjoni tal-lumen |
Fl-2 000 siegħa: ≥ 85 % (≥ 80 % għal bozoz bit-tieni invilopp tal-bozza) |
Fl-2 000 siegħa: ≥ 88 % (≥ 83 % għal bozoz bit-tieni invilopp tal-bozza) Fis-6 000 siegħa: ≥ 70 % |
|
L-għadd ta’ ċikli tat-teptip tad-dawl qabel issir il-ħsara |
≥ nofs il-perjodu ta’ utilità tal-bozza mfisser f’siegħat ≥ 10 000 jekk il-ħin li tibda tixgħel il-bozza > 0,3 sekondi |
≥ il-perjodu ta’ utilità tal-bozza mfisser f’siegħat ≥ 30 000 jekk il-ħin li tibda tixgħel il-bozza > 0,3 sekondi |
|
Il-ħin li tibda tixgħel |
< 2,0 sekondi |
< 1,5 sekondi jekk il-P < 10 W < 1,0 sekonda jekk il-P ≥ 10 W |
|
Il-ħin biex tisħon il-bozza sa 60 % Φ |
< 60 sekonda jew < 120 sekonda għal bozoz li fihom il-merkurju fil-forma ta’ amalgama |
< 40 sekonda jew < 120 sekonda għal bozoz li fihom il-merkurju fil-forma ta’ amalgama |
|
Ir-rata ta’ ħsara qabel iż-żmien |
≤ 2,0 % fil-200 siegħa |
≤ 2,0 % fl-400 siegħa |
|
Ir-radjazzjoni UVA + UVB |
≤ 2,0 mW/klm |
≤ 2,0 mW/klm |
|
Ir-radjazzjoni UVC |
≤ 0,01 mW/klm |
≤ 0,01 mW/klm |
|
Il-fattur tal-enerġija tal-bozza |
≥ 0,50 jekk P < 25 W ≥ 0,90 jekk P ≥ 25 W |
≥ 0,55 jekk P < 25 W ≥ 0,90 jekk P ≥ 25 W |
|
L-apparenza tal-kulur (Ra) |
≥ 80 |
≥ 80 |
It-tabella 5
Ir-rekwiżiti tal-funzjonalità għall-bozoz għajr għal bozoz florexxenti kumpatti u bozoz LED
|
Il-parametri tal-funzjonalità |
Il-Pass Nru 1 |
Il-Pass Nru 5 |
|
Il-perjodu speċifikat ta’ utilità tal-bozza |
≥ 1 000 h |
≥ 2 000 h |
|
Il-manutenzjoni tal-lumen |
≥ 85 % f’75 % tal-perjodu ta’ utilità medju speċifikat |
≥ 85 % f’75 % tal-perjodu ta’ utilità medju speċifikat |
|
L-għadd ta’ ċikli tat-teptip tad-dawl |
erba’ darbiet il-perjodu nominali ta’ utilità nominali indikat f’sigħat |
erba’ darbiet il-perjodu nominali ta’ utilità nominali indikat f’sigħat |
|
Il-ħin li ddum biex tixgħel |
< 0,2 sekondi |
< 0,2 sekondi |
|
Il-ħin biex tisħon il-bozza sa 60 % Φ |
≤ 1,0 sekonda |
≤ 1,0 sekonda |
|
Ir-rata ta’ ħsara qabel iż-żmien |
≤ 5,0 % f’100 siegħa |
≤ 5,0 % f’200 siegħa |
|
Il-fattur tal-qawwa tal-bozza |
≥ 0,95 |
≥ 0,95 |
3. IR-REKWIŻITI TAT-TAGĦRIF DWAR IL-PRODOTT FUQ IL-BOZOZ
Għal bozoz tad-dar li ma jitfgħux id-dawl f’direzzjoni waħda, it-tagħrif li ġej għandu jkun pprovdut sa mill-Fażi 2, apparti fejn ikun stipulat xi mod ieħor.
3.1. It-tagħrif għandu jkun muri sew fuq l-ippakkjar u fuq siti tal-internet b’aċċess mingħajr ħlas qabel ma l-prodott jinxtara mill-utenti aħħarija.
Mhuwiex meħtieġ li t-tagħrif ikun speċifikat bl-użu eżatt tal-kliem tal-lista ta’ hawn taħt. Jista’ jkun muri bl-użu ta’ grafika, figuri jew simboli, iktar milli kliem.
Dawn ir-rekwiżiti tat-tagħrif ma japplikawx għal bozoz bil-filament li ma jilħaqx ir-rekwiżiti tal-effiċjenza tal-Fażi 4.
(a) Meta l-enerġija nominali tal-bozza tkun murija barra mit-tabella tal-enerġija skont id-Direttiva 98/11/KE, il-fluss nominali ta’ luminożità tal-bozza wkoll għandu jkun muri separatament f’font li jkun mill-inqas darbtejn ikbar minn kif murija l-enerġija nominali tal-bozza barra mit-tabella;
(b) It-tul nominali tal-perjodu ta’ utilità tal-bozza f’siegħat (mhux ogħla mill-perjodu speċifikat ta’ utilità);
(ċ) Għadd ta’ ċikli ta’ teptip tad-dawl qabel ma jkun hemm ħsara qabel iż-żmien;
(d) It-temperatura tal-kulur (imfissra wkoll bħala valur f’Kelvins);
(e) Il-ħin tat-tisħin sa 60 % tal-output ta’dawl sħiħ (jista’ jkun indikat bħala “dawl sħiħ immedjat” jekk ikun inqas minn sekonda);
(f) Ikun hemm twissija jekk id-dawl tal-bozza ma jkunx jista’ jitbaxxa jew ikun jista' jitbaxxa biss fuq dimmers speċifiċi;
(g) Jekk imfasslin għall-aħjar użu f’kundizzjonijiet mhux standard (bħat-temperatura ambjentali Ta ≠ 25 °C), tagħrif dwar dawn il-kundizzjonijiet;
(h) Id-dimensjonijiet tal-bozza f’millimetri (it-tul u d-dijametru);
(i) Jekk fuq l-ippakkjar tkun iddikjarata ekwivalenza ma’ bozza inkandexxenti, l-enerġija tal-bozza inkandexxenti ddikkjarata ekwivalenti (mqarrba għal 1W) għandha tkun dik li fit-Tabella 6 tikkorrispondi mal-fluss ta’ luminożità tal-bozza li tinsab fl-ippakkjar.
Il-valuri intermedji kemm tal-fluss ta’ luminożità kif ukoll tal-enerġija tal-bozza inkandexxenti ddikkjarata (mqarrba għal 1W) għandhom jiġu kkalkulati b'interpolazzjoni lineari bejn iż-żewġ valuri li huma qrib xulxin.
It-tabella 6
|
Fluss speċifikat ta’ luminożità tal-bozza Φ [lm] |
L-enerġija tal-bozza inkandexxenti ddikkjarata ekwivalenti |
||
|
CFL |
Aloġenu |
LED u bozoz oħrajn |
[W] |
|
125 |
119 |
136 |
15 |
|
229 |
217 |
249 |
25 |
|
432 |
410 |
470 |
40 |
|
741 |
702 |
806 |
60 |
|
970 |
920 |
1 055 |
75 |
|
1 398 |
1 326 |
1 521 |
100 |
|
2 253 |
2 137 |
2 452 |
150 |
|
3 172 |
3 009 |
3 452 |
200 |
(j) It-terminu “bozza li tiffranka l-enerġija” jew kwalunkwe prodott simili relatat ma’ dikjarazzjoni promozzjonali dwar l-effiċjenza ta’ bozza, jista’ jintuża biss jekk il-bozza tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ effiċjenza applikabbli għal bozoz mhux trasparenti fil-Fażi 1 skont it-Tabelli 1, 2 u 3.
Jekk il-bozza jkun fiha l-merkurju:
(k) Il-kontenut ta' merkurju tal-bozza bħala X.X mg;
(l) Għandu jkun inidkat ma’ liema sit tal-internet wieħed għandu jikkonsulta f’każ li bozza titkisser b'mod aċċidentali biex isib istruzzjonijiet dwar kif għandu jnaddaf il-fdalijiet tal-bozza.
3.2. It-tagħrif għandu jkun disponibbli għall-pubbliku fuq siti tal-internet b’aċċess mingħajr ħlas
Bħala minimu, it-tagħrif li ġej għandu jkun muri għall-inqas b’valuri.
(a) It-tagħrif speċifikat f’punt 3.1;
(b) Wattage speċifikat (preċiżjoni ta’ 0,1 W);
(ċ) Il-fluss speċifikat tal-luminożità;
(d) Il-perjodu speċifikat ta’ utilità tal-bozza;
(e) Il-fattur tal-enerġija tal-bozza;
(f) Il-fattur tal-manutenzjoni tal-lumen fi tmiem il-perjodu ta’ utilità nominali;
(g) Il-ħin li tibda tixgħel (bħala X.X sekondi);
(h) L-apparenza tal-kulur
Jekk il-bozza jkun fiha l-merkurju:
(i) Struzzjonijiet dwar kif wieħed għandu jnaddaf il-fdalijiet tal-bozza f’każ li titkisser b'mod aċċidentali;
(j) Rakkommandazzjonijiet dwar kif għandha tintrema l-bozza fi tmiem il-perjodu ta’ utilità tagħha.
ANNESS III
Il-proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw kampjun ta' għadd ta' minimu ta' għoxrin bozza tal-istess mudell mill-istess manifattur, magħżulin għall-għarrieda.
L-għadd għandu, kif applikabbli, jitqies konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament jekk il-medja tar-riżultati tal-għadd ma tvarjax mill-valuri tal-limitu jew dawk dikjarati b'iktar minn 10 %.
Inkella, il-mudell għandu jitqies li ma jikkonformax.
Għall-finijiet ta’ verifika tal-konformità mar-rekwiżiti, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw metodi ta' kejl preċiżi u affidabbli li jġibu riżultati riproduċibbli, inkluż:
— fejn disponibbli, standards armonizzati tan-numri ta’ referenza li ġew ippubblikati għal dik il-fini f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2005/32/KE,
— inkella, il-metodi stabbiliti fid-dokumenti li ġejjin:
—
|
Il-parametri mkejla |
L-organizzazzjoni (1) |
Ir-referenza |
It-titlu |
|
Kontenut ta' merkurju tal-bozza |
Il-Kummissjoni Ewropea |
Id-Deċiżjoni 2002/747/KE (Anness) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/747/KE tad-9 ta' Settembru 2002 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi reveduti għall-premjazzjoni ta' ekotikketta Komunitarja għall-bozoz tal-elettriku u temenda d-Deċiżjoni 1999/568/KE |
|
L-effiċjenza tal-luminożità |
Cenelec |
EN 50285:1999 |
L-effiċjenza enerġetika ta’ bozoz elettriċi għall-użu tad-dar – Il-metodi ta’ kejl |
|
Kapep tal-bozoz |
Cenelec |
EN 60061:1993 L-emendi kollha sa A40:2008 |
Kapep tal-bozoz u ħowlders flimkien ma’ gejġis għall-kontroll tal-iskambju fl-użu u s-sikurezza - Parti 1 Kapep tal-bozoz |
|
Il-perjodu ta’ utilità tal-bozoz |
Cenelec |
EN 60064:1995 L-emendi A2:2003 A3:2006 A4:2007 A11:2007 |
Bozoz bil-filament tat-tungstenu għall-użu domestiku u użi ġenerali ta' illuminazzjoni simili - Rekwiżiti tar-rendiment |
|
Cenelec |
EN 60357:2003 L-emenda A1:2008 A1:2008 |
Bozoz aloġeni tat-tungstenu (mhux tal-vetturi) – L-ispeċifikazzjonijiet tar-rendiment |
|
|
Cenelec |
EN 60969:1993 L-emendi A1:1993 A2:2000 |
Bozoz li jżommu waħedhom għal servizzi ġenerali ta' dawl – Ir-rekwiżiti tar-rendiment |
|
|
Il-ħin li tibda tixgħel il-bozza / il-ħin biex tisħon |
Cenelec |
EN 60969:1993 L-emendi A1:1993 A2:2000 |
Bozoz li jżommu waħedhom għal servizzi ġenerali ta' dawl – Ir-rekwiżiti tar-rendiment |
|
Il-fattur tal-enerġija |
Cenelec |
EN 61000-3-2:2006 |
Il-kompatibbiltà elettromanjetika (EMC) – Parti 3-2: Il-limiti – Il-limiti għall-emissjonijiet armoniċi tal-kurrent (il-kurrent tal-input tat-tagħmir <= 16 A għal kull fażi) |
|
Enerġija UV radjanti effettiva speċifika |
Cenelec |
EN 62471:2008 |
Is-sikurezza fotobijoloġika tal-bozoz u tas-sistemi tal-bozoz |
|
L-apparenza tal-kulur |
Il-Kummissjoni Internazzjonali dwar l-Illuminazzjoni |
CIE 13.3:1995 |
Metodu ta’ Kejl u Speċifikazzjoni tal-Karatteristiċi tal-Apparenza tal-Kulur ta’ Sorsi ta’ Dawl |
|
Il-kromatiċità Temperatura tal-Kulur ta' Korrelazzjoni (Tc [K]) |
Il-Kummissjoni Internazzjonali dwar l-Illuminazzjoni |
CIE 15:2004 |
Kolorimetrija |
|
Il-luminanza |
Il-Kummissjoni Internazzjonali dwar l-Illuminazzjoni |
CIE 18.2:1983 |
Il-Bażi tal-Fotometrija Fiżika |
|
Qawwa luminuża |
Il-Kummissjoni Internazzjonali dwar l-Illuminazzjoni |
CIE 84:1989 |
Il-Kejl tal-Qawwa Luminuża |
|
Il-Fattur tal-Manutenzjoni tal-Lumen tal-Bozza (LLMF) |
Il-Kummissjoni Internazzjonali dwar l-Illuminazzjoni |
CIE 97:2005 |
Il-Manutenzjoni ta’ sistemi elettriċi ta’ dawl ta’ ġewwa |
|
Fattur ta' Sopravivenza tal-Bozza (LSF) |
|||
|
(1) Cenelec rue de Stassart/De Stassartstraat 35, B-1050 Brussels, tel. (32-2) 519 68 71, fax (32-2) 519 69 19 (http://www.cenelec.org). |
|||
ANNESS IV
Il-punti ta' referenza indikattivi għal bozoz tad-dar li ma jitfgħux id-dawl f’direzzjoni waħda
(bħala tagħrif)
Fiż-żmien tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, l-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq għall-prodotti kkonċernati ġiet identifikata kif ġej:
1. L-EFFIĊJENZA TAL-BOZOZ
L-ogħla effiċjenza identifikata kienet 69 lm/W.
2. IL-FUNZJONALITÀ TAL-BOZOZ
It-tabella 7
|
Il-parametri tal-funzjonalità |
Bozoz fluworexxenti kompatti |
|
Il-perjodu speċifikat ta’ utilità tal-bozza |
20 000 siegħa |
|
Il-manutenzjoni tal-lumen |
90 % fil-perjodu speċifikat ta’ utilità |
|
L-għadd ta’ ċikli tat-teptip tad-dawl |
1 000 000 |
|
Il-ħin li tibda tixgħel |
< 0,1 sekonda |
|
Il-ħin biex tisħon il-bozza sa 80% Φ |
15-il sekonda, jew 4 sekondi għal taħlita speċjali ta’ bozoz CFL / aloġeni |
|
Il-fattur tal-enerġija tal-bozza |
0,95 |
3. KONTENUT TA' MERKURJU TAL-BOZZA
Il-bozoz fluworexxenti kumpatti effiċjenti fl-enerġija bl-iktar kontenut baxx ta' merkurju fihom mhux iktar minn 1,23 mg ta' merkurju.
( 1 ) ĠU L 191, 22.7.2005, p. 29.
( 2 ) ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19.
( 3 ) ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24
( 4 ) ĠU L 71, 10.3.1998, p. 1.
( 5 ) ĠU L 242, 10.9.2002, P. 44.