02009L0132 — MT — 01.07.2021 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2009/132/KE

tad-19 ta’ Ottubru 2009

li tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 143(b) u (c) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta’ ċerti oġġetti

(verżjoni kodifikata)

(ĠU L 292 10.11.2009, p. 5)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DIRETTIVA TAL-KUNSILL (UE) 2017/2455 tal-5 ta' Diċembru 2017

  L 348

7

29.12.2017

 M2

Emendata bi: DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1109 tal-20 ta’ Lulju 2020

  L 244

3

29.7.2020




▼B

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2009/132/KE

tad-19 ta’ Ottubru 2009

li tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 143(b) u (c) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta’ ċerti oġġetti

(verżjoni kodifikata)



TITOLU I

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjonijiet mit-taxxa fuq il-valur miżjud (“il-VAT”) imsemmija fl-Artikolu 143(b) u (c) tad-Direttiva 2006/112/KE u r-regoli għall-implimentazzjoni tagħhom imsemmija fl-Artikolu 145 ta’ din id-Direttiva huma definiti permezz tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

Skond l-Artikolu 131 u l-Artikolu 143(b) u (c) tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-eżenzjonijet li jinsabu f’din id-Direttiva skont il-kondizzjonijiet stabbiliti minnhom sabiex jassiguraw li dawk l-eżenzjonijiet ikunu applikati b’mod korrett u sempliċi biex jiġu evitati kull frodi, evażjoni jew abbuż.

Artikolu 2

1.  

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:

(a) 

“importazzjonijiet” tfisser l-importazzjonijiet kif imfissra fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2006/112/KE u d-dħul għall-użu domestiku wara li jkunu suġġetti għal xi sistema msemmija fl-Artikolu 157(1)(a) ta’ din id-Direttiva jew għal sistema ta’ dħul temporanju jew ta’ transitu;

(b) 

“oġġetti personali” tfisser kull oġġett maħsub għall-użu personali tal-persuni interessati jew għall-ħtiġijiet domestiċi tagħhom, b’mod partikolari, oġġetti tad-dar, roti u muturi, vetturi privati u l-karrijiet tagħhom, karavans għall-ikkampjar, dgħajjes għad-divertiment u ajruplani turistiċi, kif ukoll oġġetti tad-dar meħtieġa fi ħdan familja normali, u annimali tad-dar u annimali bis-sarġ;.

(c) 

“oġġetti tad-dar” tfisser oġġetti personali, bjankerija tad-dar u għamara u oġġetti ta’ tagħmir maħsuba għall-użu personali tal-persuni interessati jew biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom domestiċi;

(d) 

“prodotti alkoliċi” tfisser prodotti (birra, inbid, aperitivi b’bażi ta’ inbid jew alkoħol, brandies, likwori u xorb ta’ spirtu, eċċ.) li jinsabu fl-intestaturi CN 2203 sa 2208 ;

(e) 

“Komunità” tfisser it-territorju tal-Istati Membri fejn tapplika d-Direttiva 2006/112/KE.

2.  
L-oġġetti personali ma għandhomx ikollhom, kwalunkwe effett kummerċjali minħabba n-natura jew il-kwantita’ tagħhom, u lanqas m’għandhom ikunu maħsuba għal skopijiet ekonomiċi skont it-tifsira fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/112/KE. Madankollu, l-istrumenti li jinġarru li jintużaw fl-arti applikata jew liberali meħtieġa għall-eżerċizzju tal-professjoni tal-persuna interessata jitqiesu bħala oġġetti personali.



TITOLU II

IMPORTAZZJONIJIET TA’ OĠĠETTI PERSONALI LI JAPPARTJENU LIL INDIVIDWI LI ĠEJJIN MINN PAJJIŻI JEW TERRITORJI TERZI



KAPITOLU 1

Oġġetti personali ta’ persuni fiżiċi li jittrasferixxu l-post tar-residenza normali tagħhom lejn il-Komunità

Artikolu 3

Soġġett għall-Artikoli 4 sa 11, l-eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjoni għandha tingħata fuq oġġetti personali importati minn persuni fiżiċi li jittrasferixxu l-post ta’ residenza normali tagħhom minn barra l-Komunità għal xi Stat Membru.

Artikolu 4

L-eżenzjoni għandha tkun limitata għall-oġġetti personali li:

(a) 

minbarra fil-każijiet speċjali li huma ġġustifikati permezz taċ-ċirkostanzi, jkunu fil-pussess tal-persuna interessata u, fil-każ ta’ oġġetti li ma jittiklux, użati minn din il-persuna fil-post normali tar-residenza tagħha ta’ qabel għal mill-inqas sitt xhur qabel id-data li fiha ma tibqax ikollha l-post normali ta’ residenza barra l-Komunità;

(b) 

tkun maħsuba li tintuża għall-istess għan fil-post il-ġdid tar-residenza tagħha.

L-Istati Membri jistgħu b’żieda ma’ dan jagħtu eżenzjoni fuq l-oġġetti personali bil-kondizzjoni li tkun ħallset, jew fil-pajjiż jew territorju ta’ oriġini jew fil-pajjiż jew territorju tat-tluq, id-dwana jew l-obbligi fiskali li normalment ikunu dovuti.

Artikolu 5

L-eżenzjoni tista’ tingħata biss lill-persuni li l-post normali ta’ residenza tagħhom ikun barra mill-Komunità għall-perjodu kontinwu ta’ mill-inqas 12-il xahar.

Iżda, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħmlu eċċezzjonijiet għal din ir-regola sakemm l-intenzjoni tal-persuna interessata kienet b’mod ċar dik li tgħix barra mill-Komunità għal perjodu kontinwu ta’ mill-inqas 12-il xahar.

Artikolu 6

L-eżenzjoni m’għandhiex tingħata dwar:

(a) 

prodotti alkoliċi;

(b) 

tabakk jew prodotti tat-tabakk;

(c) 

mezzi kummerċjali tat-trasport;

(d) 

oġġetti li jintużaw fl-eżerċizzju ta’ xi kummerċ jew professjoni, minbarra strumenti li jinġarru li jintużaw fl-arti applikata jew liberali.

Vetturi maħsuba għall-użu mħallat ta’ għanijiet kummerċjali jew professjonali jistgħu wkoll ikunu esklużi mill-eżenzjoni.

Artikolu 7

1.  
Minbarra f’każijiet speċjali, l-eżenzjoni għandha tingħata biss rigward oġġetti personali ddikkjarati għall-importazzjoni permanenti fi żmien 12-il xahar mid-data li fiha l-persuna interessata tistabbilixxi ruħha fil-post normali tar-residenza fil-Komunità.
2.  
L-importazzjoni ta’ oġġetti personali tista’ ssir f’diversi kunsinni separati fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 8

1.  
Sakemm jgħaddu 12-il xahar mid-data tad-dikjarazzjoni għall-importazzjoni finali tagħhom, l-oġġetti personali li jkunu ġew importati m’għandhomx jiġu mislufa, mogħtija bħala garanzija, mikrija jew trasferiti, kemm bi ħlas jew mingħajr ħlas, mingħajr notifika bil-quddiem lill-awtoritajiet kompetenti.
2.  
Kull self, għoti bħala garanzija, kiri jew trasferiment qabel it-tmiem tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-pagament tal-VAT rilevanti fuq l-oġġett in kwistjoni, bir-rata applikabbli fid-data ta’ dak is-self, għoti bħala garanzija, kiri jew trasferiment, abbażi tat-tip tal-oġġett u l-valur ta’ dwana aċċertat jew aċċettat f’dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 9

1.  
B’deroga mill-Artikolu 7(1), l-eżenzjoni tista’ tingħata rigward l-oġġetti personali importata b’mod permanenti qabel ma l-persuna interessata tistabbilixxi l-post normali tar-residenza tagħha fil-Komunità, sakemm dik il-persuna tobbliga ruħha li tistabbilixxi ruħha f’dan il-post fi żmien sitt xhur. Dik l-obbligazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn garanzija, li l-forma u l-ammont tagħha jkunu stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti.
2.  
Meta jsir użu mill-paragrafu 1, il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4, l-ewwel paragrafu, punt (a) għandu jibda jgħodd mid-data tal-importazzjoni fil-Komunità.

Artikolu 10

1.  
Meta, minħabba rbit ta’ xogħol, il-persuna interessata tħalli l-pajjiż jew it-terrotorju terz fejn din kellha l-post normali tar-residenza mingħajr ma fl-istess ħin tistabbilixxi l-post normali tar-residenza tagħha fit-territorju ta’ Stat Membru, minkejja li jkollha l-intenzjoni li fl-aħħarnett tagħmel hekk, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw l-eżenzjoni għar-rigward tal-oġġetti personali li din titrasferixxi fl-imsemmi territorju għal dan il-għan.
2.  

L-eżenzjoni rigward oġġetti personali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 8, bil-ħsieb li:

(a) 

il-perjodi stabbiliti fl-Artikolu 3, l-ewwel paragrafu, punt (a) u l-Artikolu 7 (1) għandhom ikunu kkalkulati mid-data tal-importazzjoni;

(b) 

il-perjodu msemmi fl-Artikolu 8(1) għandu jkun ikkalkulat mid-data meta l-persuna interessata attwalment tistabbilixxi l-post normali tar-residenza tagħha fit-territorju tal-Komunità.

3.  
L-eżenzjoni għandha tkun soġġetta wkoll għall-obbligazzjoni mill-persuna interessata li hi sejra attwalment tistabbilixxi l-post normali tar-residenza tagħha fit-territorju tal-Komunità f’perjodu stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti skont iċ-ċirkustanzi. Dawn tal-aħħar jistgħu jeħtieġu li din l-obbligazzjoni tkun akkumpanjata b’garanzija, li l-forma u l-ammont tagħha jkunu stabbiliti minnhom.

Artikolu 11

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jidderogaw mill-Artikolu 4, l-ewwel paragrafu, punti (a) u (b), l-Artikolu 6, l-ewwel paragrafu, punti (c) u (d) u l-Artikolu 8 meta xi persuna jkollha titrasferixxi l-post normali tar-residenza tagħha lejn it-territorju ta’ xi Stat Membru bħala riżultat ta’ ċirkustanzi politiċi eċċezzjonali.



KAPITOLU 2

Oġġetti importati fl-okkażjoni ta’ żwieġ

Artikolu 12

1.  
Soġġett għall-Artikoli 13 sa 16, l-eżenzjoni għandha tingħata għar-rigward ta’ trousseaux u oġġetti tad-dar, kemm jekk ġodda jew le, li jkunu jappartjenu għal xi persuna li titrasferixxi l-post normali tar-residenza lejn it-territorju tal-Komunità fl-okkażjoni taż-żwieġ tagħha.

Għandha wkoll tingħata eżenzjoni rigward ir-rigali li hija d-drawwa li jingħataw fl-okkażjoni taż-żwieġ minn persuni li għandhom il-post tar-residenza normali lil hinn mill-Komunità u li jiġu riċevuti minn persuna li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-ewwel paragrafu.Tali eżenzjoni għandha tapplika għal rigali b’ valur ta’ mhux iktar minn 200 EUR. L-Istati Membri jistgħu, madankollu, jagħtu eżenzjoni għal iktar minn 200 EUR sakemm il-valur ta’ kull rigal eżentat ma jaqbiżx l-1 000 EUR.

2.  
L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjoni fuq l-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel paragrafu, bil-kondizzjoni li dawn ikunu ġew suġġetti, jew fil-pajjiż jew territorju tal-oriġini tagħhom jew fil-pajjiż jew territorju tat-tluq tagħhom, id-dwana jew drittijiet fiskali li jkunu normalment dovuti.

Artikolu 13

L-eżenzjoni tista’ tingħata biss lill-persuni:

(a) 

li l-post normali tar-residenza tagħhom kien barra mill-Komunità għall-perjodu kontinwu ta’ mill-inqas 12-il xahar;

(b) 

li jipproduċu xiehda taż-żwieġ tagħhom.

Iżda, derogi mir-regola fl-ewwel paragrafu, punt (a), jistgħu jingħataw sakemm l-intenzjoni tal-persuna interessata kienet b’mod ċar li tgħix barra mill-Komunità għall-perjodu ta’ mill-inqas 12-il xahar.

Artikolu 14

M’għandha tingħata l-ebda eżenzjoni għall-prodotti alkoliċi, tabakk jew prodotti tat-tabakk.

Artikolu 15

1.  

Minbarra f’ċirkustanzi eċċezzjonali, eżenzjoni għandha tingħata biss rigward oġġetti li jkunu importati b’mod permanenti:

(a) 

mhux qabel xahrejn qabel id-data stabbilita għaż-żwieġ; u

(b) 

mhux aktar tard minn erba’ xhur wara d-data taż-żwieġ.

Fil-każ imsemmi fil-punt (a), l-eżenzjoni tista’ tingħata suġġetta għall-għoti ta’ garanzija xierqa, li l-forma u l-ammont tagħha għandhom ikunu stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti.

2.  
L-importazzjoni ta’ oġġetti li jibbenefikaw minn eżenzjoni jistgħu jsir f’diversi kunsinni separati fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 16

1.  
Sakemm jgħaddu 12-il xahar mid-data tad-dikjarazzjoni għall-importazzjoni finali tagħhom, l-oġġetti personali ma jistgħux ikunu mislufa, mogħtija bħala garanzija, mikrija jew trasferiti, kemm jekk bi ħlas jew mingħajr ħlas, mingħajr notifika bil-quddiem lill-awtoritajiet kompetenti.
2.  
Kull self, għoti bħala garanzija, kiri jew trasferiment qabel it-tmiem tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi l-pagament tal-VAT rilevanti dwar l-oġġetti in kwistjoni, bir-rata applikabbli fid-data ta’ dak is-self, għoti ta’ garanzija, kiri jew trasferiment, abbażi tat-tip tal-oġġetti u l-valur aċċertat jew aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti f’dik id-data.



KAPITOLU 3

Oġġetti personali akkwistata permezz ta’ wirt

Artikolu 17

Soġġett għall-Artikoli 18, 19 u 20, l-eżenzjoni għandha tingħata oġġetti personali akkwistata permezz ta’ wirt legali jew b’testament minn xi persuna fiżika li jkollha l-post normali tar-residenza tagħha fil-Komunità.

Artikolu 18

L-eżenzjoni m’għandhiex tingħata dwar:

(a) 

il-prodotti alkoliċi;

(b) 

it-tabakk jew prodotti tat-tabakk;

(c) 

il-mezzi kummerċjali tat-trasport;

(d) 

l-oġġetti li jintużaw fl-eżerċizzju ta’ xi sengħa jew professjoni, minbarra strumenti li jinġarru tal-arti applikata jew liberali, li kienu meħtieġa għall-eżerċizzju tas-sengħa jew professjoni tal-mejjet;

(e) 

il-ħażniet ta’ materjali mhux maħduma u maħduma jew prodotti nofshom lesti;

(f) 

l-annimali ħajjin u ħażniet ta’ prodotti agrikoli li jeċċedu l-kwantitajiet xierqa għall-ħtiġijiet normali ta’ familji.

Artikolu 19

1.  
L-eżenzjoni għandha tingħata biss rigward oġġetti personali importata b’mod permanenti mhux aktar tard minn sentejn mid-data li fiha l-persuna tieħu pussess tal-oġġetti (l-aħħar arranġament tal-wirt).

Iżda, dan il-perjodu jista’ jiġi estiż mill-awtoritajiet kompetenti għal raġunijiet speċjali.

2.  
L-oġġetti jistgħu jiġu importati f’diversi kunsinni separati fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 20

L-Artikoli 17, 18 u 19 għandhom jgħoddu mutatis mutandis għall-oġġetti personali akkwistati b’wirt b’testament minn persuni ġuridiċi li jwettqu attivita’ mhux b’għanijiet ta’ qligħ li jkunu stabbiliti fit-territorju tal-Komunità.



TITOLU III

L-IMPORTAZZJONI TA’ TROUSSEAUX, TA’ ĦWEJJEĠ TAL-ISKOLA U TA’ OĠĠETTI SKOLASTIĊI OĦRA

Artikolu 21

1.  
L-eżenzjoni għandha tingħata rigward ħwejjeġ, materjal skolastiku u oġġetti tad-dar li jirrappreżentaw il-fornituri normali għal kamra ta’ student u li jappartjenu għal studenti li jiġu joqgħodu fil-Komunità għall-għanijiet ta’ studju u maħsuba għall-użu personali tagħhom matul il-perjodu tal-istudji tagħhom.
2.  

Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu:

(a) 

“student”, tfisser kull persuna rreġistrata fi stabbiliment edukattiv sabiex tattendi b’mod full-time il-korsijiet offruti hemmhekk;

(b) 

“ħwejjeġ”, tfisser ħwejjeġ ta’ taħt u bjankerija kif ukoll ilbies, kemm jekk ġodda jew le;

(c) 

“materjal skolastiku”, tfisser l-oġġetti u strumenti (inklużi calculators u typewriters) normalment użati minn studenti għall-għanijiet tal-istudji tagħhom.

Artikolu 22

L-eżenzjoni għandha tingħata mill-inqas darba kull sena skolastika.

▼M1 —————

▼B



TITOLU V

OĠĠETTI KAPITALI U APPARAT IEĦOR IMPORTAT MAT-TRASFERIMENT TAL-ATTIVITAJIET

Artikolu 25

1.  
Mingħajr preġudizzju għall-miżuri fis-seħħ fl-Istat Membru rigward politika industrijali u kummerċjali, u soġġett għall-Artikoli 26 sa 29, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-eżenzjoni, għall-importazzjonijiet ta’ oġġetti kapitali u apparat ieħor li jappartjenu għall-impriżi li definittivament jtemmu l-attività tagħhom fil-pajjiż terz jew fit-territorju terz ta’ provenjenza sabiex iwettqu attività simili fil-Komunità u li jkunu taw avviż bil-quddiem lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bidu ta’ dik l-attività skont l-Artikolu 213(1) tad-Direttiva 2006/112/KE.

Fejn l-impriża trasferita tkun impriża agrarja, il-bhejjem ħajjin tagħha għandhom ikunu wkoll eżentati.

2.  

Għall-għanijiet tal-paragrafu 1:

(a) 

“attività” tfisser attività ekonomika kif imsemmija fl-Artikolu 9(1), l-ewwel paragrafu, tad-Direttiva 2006/112/KE;

(b) 

“impriża” tfisser unita’ ekonomika indipendenti ta’ produzzjoni jew ta’ servizzi.

Artikolu 26

1.  

L-eżenzjoni għandha tkun limitata għall-oġġetti kapitali u l-apparat li:

(a) 

minbarra fil-każijiet speċjali ġġustifikati biċ-ċirkostanzi, ikunu attwalment ġew użati fl-impriża għal minimu ta’ 12-il xahar qabel id-data li fiha l-impriża waqfet topera fil-pajjiż jew territorju terz tat-tluq;

(b) 

ikunu maħsuba li jintużaw għall-istess għanijiet wara t-trasferiment;

(c) 

ikunu ser jiġu wżati għall-għanijiet ta’ xi attività mhux eżentata skont l-Artikoli 132, 133 u 135 u 136 tad-Direttiva 2006/112/KE;

(d) 

ikunu jixirqu lin-natura u d-daqs tal-impriża in kwistjoni.

2.  
Sakemm jidħlu fis-seħħ ir-regoli komuni msemmija fl-Artikolu 176, l-ewwel paragrafu, tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-eżenzjoni, kollha kemm huma jew parzjalment, l-oġġetti kapitali li jkunu għamlu użu mill-Artikolu 176, it-tieni paragrafu ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 27

L-ebda eżenzjoni m’għandha tingħata lill-impriżi stabbiliti barra mill-Komunità u li t-trasferiment tagħhom fit-territorju tal-Komunità jkun b’konsegwenza jew għall-għan li jiġu magħquda ma’ xi impriża stabbilita fil-Komunità, li jiġu assorbiti minn tali impriża mingħajr ma tiġi kkreata attività ġdida.

Artikolu 28

L-ebda eżenzjoni m’għandha tingħata għal:

(a) 

mezzi tat-trasport li ma jkunux tan-natura ta’ strumenti ta’ produzzjoni jew ta’ servizzi;

(b) 

ħażniet ta’ kull xorta maħsuba għall-konsum tal-bniedem jew bħala għalf għall-annimali;

(c) 

karburanti u ħażniet ta’ materjali mhux maħduma jew prodotti maħduma jew nofshom maħduma;

(d) 

annimali ħajjin fil-pussess tan-negozjanti.

Artikolu 29

Minbarra f’każijiet speċjali ġġustifikati permezz taċ-ċirkostanzi, l-eżenzjoni għandha tingħata biss dwar l-oġġetti kapitali u apparat ieħor importati qabel it-tmiem ta’ xi perjodu ta’ 12-il xahar mid-data li fiha l-impriża waqqfet l-attivitajiet tagħha fil-pajjiż terz jew fit-territorju terz ta’ provenjenza.



TITOLU VI

IMPORTAZZJONIJIET TA’ ĊERTI PRODOTTI AGRIKOLI JEW TA’ PRODOTTI MAĦSUBA GĦALL-UŻU AGRIKOLU



KAPITOLU 1

Prodotti miksuba minn bdiewa tal-Komunità fuq proprjetajiet li jinsabu f’pajjiż jew territorju terz

Artikolu 30

1.  
Soġġetti għall-Artikoli 31 u 32, prodotti agrikoli, tat-trobbija tal-bhejjem, żamma tan-naħal, ortikulturali u tal-afforestjar minn proprjetajiet li jinsabu f’xi pajjiż jew territorju terz li jmiss mat-territorju tal-Komunità li huma sfruttati minn operaturi agrikoli li jkollhom l-impriża prinċipali tagħhom fil-Komunità u li jmiss mal-pajjiż jew territorju in kwistjoni għandhom ikunu eżentati.

Żwiemel tar-razza, li ma jkollhomx aktar minn sitt xhur u mwielda f’pajjiż jew territorju terz minn xi annimal kopert fil-Komunità u mbagħad esportat temporanjament biex iwelled, għandhom ikunu eżentati.

2.  
Sabiex ikunu eliġibbli għall-eżenżjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel paragrafu, il-prodotti ta’ trobbija tal-bhejjem iridu jinkisbu minn annimali mkabbra, akkwistati jew importati skont l-arranġamenti tat-taxxa ġenerali applikabbli fl-Istat Membru tal-importazzjoni.

Artikolu 31

L-eżenzjoni għandha tkun limitata għall-prodotti li ma jkunux ġew soġġetti għal xi trattament minbarra dak li normalment isir wara l-ħsad jew tkabbir tagħhom jew il-produzzjoni.

Artikolu 32

L-eżenzjoni għandha tingħata biss rigward prodotti importati mill-produttur agrikolu jew f’ismhu.

Artikolu 33

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu għandu japplika mutatis mutandis għall-prodotti tas-sajd jew attivitajiet ta’ trobbija tal-ħut magħmula fil-lagi jew kanali li jinsabu mal-konfini tat-territorju tal-Komunità minn sajjieda li joqgħodu fil-Komunità u għall-prodotti tal-attivitajiet marbuta mal-kaċċa magħmula f’dawk il-lagi jew kanali minn kaċċaturi li joqgħodu fil-Komunità.



KAPITOLU 2

Żrieragħ, fertilizzanti u prodotti li jintużaw fit-trattament tal-ħamrija u uċuħ

Artikolu 34

Suġġetti għall-Artikolu 35, żrieragħ, fertilizzanti u prodotti li jintużaw fit-trattament tal-ħamrija u l-uċuħ, maħsuba biex jintużaw fuq proprjetà li tinsab fil-Komunità, li tmiss ma’ xi pajjiż jew territorju terz u sfruttat minn produtturi agrikoli li jkollhom l-impriża prinċipali tagħhom fl-imsemmi pajjiż jew territorju li jmiss mat-territorju tal-Komunità għandhom ikunu eżentati mad-dħul.

Artikolu 35

1.  
L-eżenzjoni għandha tkun limitata għall-kwantitajiet ta’ żrieragħ jew prodotti oħra meħtieġa bil-għan li tkun imħaddma l-proprjetà.

Din għandha tingħata biss għal żrieragħ, fertilizzanti jew prodotti oħra introdotti direttament ġewwa l-Komunità mill-produttur agrikolu jew f’ismhu.

2.  
L-Istati Membri jistgħu jagħtu l-eżenzjoni bil-kondizzjoni li jingħata trattament reċiproku.



TITOLU VII

L-IMPORTAZZJONI JIETTA’ SUSTANZI TERAPEWTIĊI, MEDIĊINI, ANNIMALI TAL-LABORATORJU U SUSTANZI BIJOLOĠIĊI JEW KIMIĊI



KAPITOLU 1

Annimali tal-laboratorju u sustanzi bijoloġiċi jew kimiċi maħsuba għal riċerka

Artikolu 36

1.  

Dawn li ġejjin għandhom ikunu eżentati:

(a) 

annimali preparati b’mod speċjali u mibgħuta mingħajr ħlas għall-użu fil-laboratorju;

(b) 

sustanzi bijoloġiċi jew kimiċi importati fil-limiti tal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 60 tar-Regolament (KEE) Nru 918/83 tal-Kunsill tat-28 ta’ Marzu 1983 dwar l-istabbiliment ta’ reġim komunitarju dwar l-eżenzjonijiet doganali ( 1 ).

2.  

L-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun limitata għall-annimali u sustanzi bijoloġiċi jew kimiċi li jkunu maħsuba għal:

(a) 

jew stabbilimenti pubbliċi li joperaw prinċipalment fl-edukazzjoni jew ir-riċerka xjentifika, inklużi dawk id-dipartimenti tal-istabbilimenti pubbliċi li joperaw prinċipalment fl-edukazzjoni jew ir-riċerka xjentifika;

(b) 

jew stabbilimenti privati li prinċipalment joperaw prinċipalment fl-edukazzjoni jew ir-riċerka xjentifika u jkunu awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sabiex jirċievu dawk l-oġġetti eżentati mit-taxxa.



KAPITOLU 2

Sustanzi terapewtiċi ta’ oriġini umana u gruppi tad-demm u tissue-typing reagents

Artikolu 37

1.  

Mingħajr preġudizzju għall-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 143(a) tad-Direttiva 2006/112/KE u soġġetti għall-Artikolu 38 ta’ din id-Direttiva ⌫, dawn li ġejjin għandhom ikunu eżentati:

(a) 

sustanzi terapewtiċi ta’ oriġini umana;

(b) 

reaġenti li juru l-grupp tad-demm;

(c) 

tissue-typing reagents.

2.  

Għall-għanijiet tal-paragrafu 1:

(a) 

“sustanzi terapewtiċi ta’ oriġini umana” tfisser demm uman u d-derivattivi tiegħu (demm uman sħiħ, plażma umana mnixxfa, albumina umana u soluzzjonijiet fissi ta’ proteina tal-plażma umana, immunoglobulin umana u fibrinogen umana);

(b) 

“reaġenti li juru l-grupp tad-demm” tfisser ir-reaġenti kollha, kemm ta’ oriġini umana, tal-annimali, tal-pjanti jew ta’ oriġini ieħor użati biex ikun magħruf il-grupp tad-demm u l-inkompatibbilitajiet tad-demm;

(c) 

tissue-typing reagents” tfisser ir-reaġenti kollha kemm jekk ta’ oriġini umana, tal-annimali, tal-pjanti jew ta’ oriġini ieħor użati biex ikunu magħrufa t-tipi tat-tessuti umani.

Artikolu 38

L-eżenzjoni għandha tkun limitata għall-prodotti li:

(a) 

ikunu maħsuba għall-istituzzjonijiet jew laboratorji approvati mill-awtoritajiet kompetenti, biex jintużaw esklussivament għall-għanijiet mediċi jew xjentifiċi, iżda mhux kummerċjali;

(b) 

ikunu akkumpanjati b’ċertifikat ta’ konformità maħruġ minn korp li jkun debitament awtorizzat fil-pajjiż jew territorju tat-tluq;

(c) 

ikunu f’kontenituri li jkollhom tikketta speċjali li tidentifikahom.

Artikolu 39

L-eżenzjoni għandha tinkludi pakkeġġjar speċjali li jkun meħtieġ għat-trasport ta’ sustanzi terapewtiċi ta’ oriġini umana jew reaġenti tal-grupp tad-demm jew tissue-typing u kull solvent u aċċessorji meħtieġa għall-użu tagħhom li jistgħu jkunu inklużi fil-kunsinni.



KAPITOLU 3

Sustanzi ta’ riferenza għall-kontroll tal-kwalità ta’ prodotti mediċi

Artikolu 40

Il-kunsinni li jkun fihom kampjuni ta’ sustanzi ta’ riferenza approvati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa għall-kontrolli tal-kwalità tal-materjali użati fil-fabbrikazzjoni ta’ prodotti mediċinali u li jkunu indirizzati lil persuni awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sabiex jirċievu dawn il-kunsinni, għandhom ikunu eżenti mad-dħul fil-pajjiż.



KAPITOLU 4

Prodotti farmaċewtiċi użati f’attivitajiet sportivi internazzjonali

Artikolu 41

Prodotti farmaċewtiċi għall-użu mediku uman jew veterinarju minn persuni jew annimali li jipparteċipaw f’attivitajiet sportivi internazzjonali għandhom, fil-limiti meħtieġa biex ikunu sodisfatti r-rekwiżiti matul il-perjodu li fih ikun fil-Komunità jkunu eżentati mad-dħul.



TITOLU VIII

OĠĠETTI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-KARITÀ JEW FILANTROPIĊI



KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 42

L-Istati Membri jistgħu jimponu limitu fuq il-kwantità jew il-valur tal-oġġetti li jibbenefikaw minn eżenżjoni skont il-Kapitoli 2, 3 u 4, sabiex jirrimedjaw kull abbuż u biex jiġġieldu kontra t-tgħawwiġ prinċipali tal-kompetizzjoni.



KAPITOLU 2

Oġġetti importati għall-għanijiet ġenerali

Artikolu 43

1.  

Bla ħsara għall-Artikoli 44, 45 u 46, dawn li ġejjin għandhom ikunu eżentati:

(a) 

ħtiġijiet bażiċi miksuba mingħajr ħlas u importati minn organizzazzjonijiet tal-Istat jew organizzazzjonijet tal-karità jew filantropiċi oħrajn approvati mill-awtoritajiet kompetenti għal distribuzzjoni mingħajr ħlas lil persuni fil-bżonn;

(b) 

oġġetti ta’ kull deskrizzjoni mibgħuta mingħajr ħlas, minn persuna jew organizzazzjoni li tinsab lil hinn mill-Komunità, u mingħajr intenzjoni kummerċjali min-naħa ta’ dak li jibgħat, lill-organizzazzjonijiet tal-Istat jew organizzazzjonijiet tal-karità jew filantropiċi approvati mill-awtoritajiet kompetenti, sabiex jintużaw għal attivitajiet biex jinġabru l-fondi f’attivitajiet okkażjonali tal-karità għall-benefiċċju ta’ persuni fil-bżonn;

(c) 

apparat u materjal tal-uffiċċju mibgħuta mingħajr ħlas, minn xi persuna jew organizzazzjoni li tinsab lil hinn mill-Komunità, u mingħajr ebda intenzjoni kummerċjali min-naħa ta’ dak li jibgħat, lill-organizzazzjonijiet tal-karità jew filantropiċi approvati mill-awtoritajiet kompetenti biex jintużaw biss għall-għanijiet biex ikunu milqugħa l-ħtiġijiet tagħhom jew biex jilħqu l-għanijet dikjarati tagħhom tal-karità jew filantropiċi.

2.  
Għall-għanijiet tal-paragrafu 1(a) “ħtiġijiet bażiċi” tfisser dawk l-oġġetti meħtieġa biex jilħqu l-ħtiġijiet immedjati tal-bniedem, eż. l-ikel, il-mediċini, l-ilbies u l-ħwejjeġ tas-sodda.

Artikolu 44

L-eżenzjoni m’għandhiex tingħata għar-rigward ta’:

(a) 

prodotti alkoliċi;

(b) 

tabakk jew prodotti tat-tabakk;

(c) 

kafe u te;

(d) 

vetturi bil-mutur minbarra ambulanzi.

Artikolu 45

L-eżenzjoni għandha tingħata biss lill-organizzazzjonijiet li l-proċeduri tal-kontijiet tagħhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw l-operazzjonijiet tagħhom u li joffru l-garanziji kollha meħtieġa.

Artikolu 46

1.  
L-oġġetti msemmija fl-Artikolu 43 ma jistgħux jitpoġġew għal self, kiri jew trasferiment, kemm jekk bi ħlas jew mingħajr ħlas, mill-organizzazzjoni intitolata għall-eżenzjoni għall-għanijiet minbarra dawk stabbiliti fil-paragrafu 1, punt (a) u (b) ta’ dan l-Artikolu, kemm-il darba l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux informati b’dan bil-quddiem.
2.  
Kemm-il darba jiġu mislufa, mikrija jew trasferiti lil xi organizzazzjoni intitolata li tibbenefika minn eżenzjoni skont l-Artikoli 43 u 45, l-eżenzjoni tkompli tingħata sakemm din tal-aħħar tuża l-oġġetti in kwistjoni għall-għanijiet li jagħtu d-dritt għal dik l-eżenzjoni.

Fil-każijiet l-oħra, is-self, kiri jew trasferiment għandhom ikunu soġġetti għall-pagament minn qabel tal-VAT bir-rata applikabbli fid-data tas-self, kiri jew trasferiment, abbażi tat-tip tal-oġġetti u apparat u tal-valur aċċertat jew aċċettat f’dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 47

1.  
L-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 43 li ma jibqgħux jaderixxu mal-kondizzjonijet li jintitolawhom għall-eżenzjoni, jew li jkunu qed jipproponu li jużaw l-oġġetti u l-apparat eżentati għall-għanijiet minbarra dawk li hemm ippprovdut għalihom f’dak l-Artikolu, għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti.
2.  
L-oġġetti li jibqgħu fil-pussess tal-organizzazzjonjiet li ma jibqgħux jaderixxu mal-kondizzjonijiet li jagħtu l-eliġibilità għall-eżenzjoni għandhom ikunu soġġetti għall-VAT rilevanti għall-importazzjoni bir-rata applikabbli fid-data li fiha dawk il-kondizzjonijiet ma jibqgħux ikunu mwettqa, abbażi tat-tip tal-oġġetti u l-apparat u l-valur kif aċċertat jew aċċettat f’dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.
3.  
Oġġetti użati mill-organizzazzjoni li tibbenefika mill-eżenzjoni għall-għanijiet minbarra dawk kif ipprovdut fl-Artikolu 43 għandhom ikunu soġġetti għall-VAT rilevanti għall-importazzjoni bir-rata applikabbli fid-data li fiha dawn jintużaw għal użu ieħor abbażi tat-tip tal-oġġetti u apparat u l-valur kif aċċertat f’dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.



KAPITOLU 3

Oġġetti importati għall-benefiċċju ta’ persuni b’diżabilità

Artikolu 48

1.  

Oġġetti mfassla b’mod partikolari għall-edukazzjoni, impjieg jew avvanz soċjali tal-għomja jew persuni oħrajn b’diżabilità fiżika jew mentali għandhom ikunu eżentati meta dawn l-oġġetti:

(a) 

jkunu importati minn istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet li prinċipalment jaħdmu fl-edukazzjoni ta’ jew fil-provvista ta’ assistenza lil persuni b’diżabilità u jkunu awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jirċievu dawk l-oġġetti eżentati mit-taxxa; u

(b) 

dawn ikunu mogħtija lil dawk l-istituzzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet mingħajr ħlas u mingħajr intenzjoni kummerċjali min-naħa tad-donatur.

2.  
L-eżenzjoni għandha tgħodd għal spare parts speċifiċi, komponenti jew aċċessorji speċifiċi li jadattaw għall-oġġetti in kwistjoni u għall-għodda li għandhom jintużaw għall-manutenzjoni, kontroll, kalibrazzjoni jew it-tiswija tal-imsemmija oġġetti, sakemm dawk l-ispare parts, komponenti, aċċessorji jew għodda jkunu importati fl-istess ħin tal-imsemmija oġġetti jew, jekk importati sussegwentement, li dawn ikunu jistgħu jiġu identifikati bħala li jkunu maħsuba għall-oġġetti li qabel kienu eżentati jew li jistgħu jkunu eliġibbli li jkunu hekk eżentati fl-istess ħin meta dak id-dħul ikun mitlub għall-ispare parts, komponenti jew aċċessorji speċifiċi u l-għodda in kwistjoni.
3.  
L-oġġetti eżentati ma jistgħux ikunu użati għall-għanijiet minbarra l-edukazzjoni, l-impjieg jew l-avvanzament soċjali ta’ persuni għomja jew persuni b’diżabilità oħra.

Artikolu 49

1.  
L-oġġetti eżentati jistgħu jiġu mislufa, mikrija jew trasferiti kemm bi ħlas jew mingħajr ħlas, mill-istituzzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet benefiċjarji, mingħajr intenzjoni ta’ qligħ lill-persuni msemmija fl-Artikolu 48 li magħhom għandhom x’jaqsmu, mingħajr il-ħlas tal-VAT fuq l-importazzjoni.
2.  
L-ebda self, kiri jew trasferiment ma jistgħu jkunu magħmula taħt il-kondizzjonijiet minbarra dawk ipprovduti fil-paragrafu 1 sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux l-ewwel ġew infurmati.

Kemm-il darba oġġett ikun misluf, mikri jew trasferit lil xi istituzzjoni jew organizzazzjoni li tkun intitolata li tibbenefika minn din l-eżenzjoni, l-eżenzjoni tkompli tingħata, sakemm din tal-aħħar tuża l-oġġett għall-għanijiet li jagħtu d-dritt għal dik l-eżenzjoni.

Fil-każijiet l-oħra, self, kiri jew trasferiment għandu jkun soġġett għall-pagament bil-quddiem tal-VAT, bir-rata applikabbli fid-data tas-self, kiri jew trasferiment, abbażi tat-tip tal-oġġetti u l-valur aċċertat jew aċċettat f’dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 50

1.  
L-istituzzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 48 li ma jibqgħux jaderixxu mal-kondizzjonijiet li jintitolawhom għall-eżenzjoni, jew li qed jipproponu li jużaw l-oġġetti eżentati għal finijiet minbarra dawk ipprovduti b’dak l-Artikolu għandhom jinfurmaw b’dan lill-awtoritajiet kompetenti.
2.  
L-oġġetti li jibqgħu fil-pussess tal-istituzzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet li ma jibqgħux jaderixxu mal-kondizzjonijiet li jintitolawhom għall-eżenzjoni għandhom ikunu soġġetti għall-VAT fuq l-importazzjoni bir-rata applikabbli fid-data li fiha dawk il-kondizzjonijiet ma jibqgħux ikunu aderiti, abbażi tat-tip tal-oġġetti u l-valur aċċertat jew aċċettat f’dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.
3.  
L-oġġetti użati mill-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni li tibbenefika mill-eżenzjoni għal għanijiet minbarra dawk ipprovduti fl-Artikolu 48 għandhom ikunu soġġetti għall-VAT fuq l-importazzjoni bir-rata applikabbli fid-data li fiha dawn jintużaw mod ieħor abbażi tat-tip tal-oġġetti u l-valur aċċertat jew aċċettat f’dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.



KAPITOLU 4

L-oġġetti importatati għall-benefiċċju ta’ vittmi ta’ diżastri

Artikolu 51

Soġġetti għall-Artikoli 52 sa 57, l-oġġetti importati minn organizzazzjonijiet tal-Istat jew minn organizzazzjonijiet oħra tal-karità jew filantropiċi approvati mill-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu eżenatai meta dawn ikunu maħsuba:

(a) 

għad-distribuzzjoni mingħajr ħlas lil vittmi ta’ diżastri li jaffettwaw it-territorju ta’ xi Stat Membru jew aktar; jew

(b) 

li jkunu disponibbli mingħajr ħlas għall-vittmi ta’ dawk id-diżastri, filwaqt li jibqgħu il-proprjetà tal-organizzazzjonijiet in kwistjoni.

L-oġġetti importati minn aġenziji li jipprovdu għajnuna kontra d-diżastri sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet tagħhom matul il-perjodu tal-intervent tagħhom għandhom jibbenefikaw ukoll mill-eżenzjoni taħt l-istess kondizzjonijiet.

Artikolu 52

L-ebda eżenzjoni m’għandha tingħata għal materjali u apparat maħsuba biex jerġgħu jinbnew mill-ġdid żoni tad-diżastru.

Artikolu 53

L-għoti tal-eżenzjoni għandhu jkun soġġett għal deċiżjoni mill-Kummissjoni, li taġixxi fuq talba tal-Istat Membru jew Stati Membri kkonċernati skont proċedura ta’ emerġenza li tinkludi l-konsultazzjoni tal-Istati Membri l-oħra. Din id-deċiżjoni għandha, meta jkun meħtieġ, tistabbilixxi l-iskop u l-kondizzjonijiet tal-eżenzjoni.

Sakemm ikun hemm notifika tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, l-Istati Membri milquta minn xi diżastru jistgħu jawtorizzaw is-sospensjoni tal-VAT li tkun dovuta fuq l-oġġetti importati għall-għanijiet deskritti fl-Artikolu 51, soġġetti għall-obbligazzjoni mill-organizzazzjoni li timporta li tħallas dik it-taxxa jekk l-eżenzjoni ma tingħatax.

Artikolu 54

L-eżenzjoni għandha tingħata biss lill-organizzazzjonijiet li l-proċeduri ta’ kontijiet tagħhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw l-operazzjonijiet tagħhom u li joffru l-garanziji kollha meqjusa meħtieġa.

Artikolu 55

1.  
L-oġġetti msemmija fl-Artikolu 51, l-ewwel paragrafu, ma jistgħux jiġu mislufa, mikrija jew trasferiti, kemm bi ħlas jew le, taħt kondizzjonijiet oħra barra dawk stabbiliti f’dak l-Artikolu mingħajr ma l-awtoritajiet kompetenti jiġu infurmati bil quddiem.
2.  
Kemm-il darba jiġu mislufa, mikrija jew trasferiti lil xi organizzazzjoni li tkun intitolata li tibbenefika mill-eżenzjoni bis-saħħa tal-Artikolu 51, l-eżenzjoni għandha tibqa’ tingħata, sakemm din tal-aħħar tuża l-oġġetti in kwistjoni għall-għanijiet li jagħtu d-dritt għal dik l-eżenzjoni.

Fil-każijiet l-oħra, self, kiri jew trasferiment għandu jkun soġġett għall-pagament bil-quddiem tal-VAT, bir-rata applikabbli fid-data tas-self, kiri jew trasferiment, abbażi tat-tip tal-oġġetti u l-valur aċċertat jew aċċettat f’dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 56

1.  
L-oġġetti msemmija fl-Artikolu 51, l-ewwel paragrafu, punt (b), wara li dawn ma jibqgħux ikunu wżati minn vittmi tad-diżastru, ma jistgħux jiġu mislufa, mikrija jew trasferiti, kemm jekk bi ħlas jew mingħajr ħlas, kemm-il darba l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux avżati bil-quddiem.
2.  
Kemm-il darba l-oġġetti jiġu mislufa, mikrija jew trasferiti lil xi organizzazzjoni li tkun intitolata li tibbenefika minn eżenzjoni skont l-Artikolu 51 jew, lil xi organizzazzjoni intitolata li tibbenefika minn eżenzjoni skont l-Artikolu 43 (1)(a), l-eżenzjoni għandha tkompli tingħata, sakemm dawk l-organizzazzjonijiet jużawhom għall-għanijiet li jagħtu d-dritt għal dik l-eżenzjoni.

F’każijiet l-oħra, self, kiri jew trasferiment għandu jkun soġġett għall-pagament bil-quddiem tal-VAT, bir-rata applikabbli fid-data tas-self, kiri jew trasferiment, abbażi tat-tip tal-oġġetti u l-valur aċċertat jew aċċettat f’dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 57

1.  
L-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 51 li ma jibqgħux jaderixxu mal-kondizzjonijiet li jintitolawhom għall-eżenzjoni, jew li jkunu qed jipproponu li jużaw l-oġġetti eżentati mad-dħul għall-għanijiet minbarra dawk li hemm ipprovduti għalihom f’dak l-Artikolu għandhom jinfurmaw ukoll b’dan lill-awtoritajiet kompetenti.
2.  
Fil-każ tal-oġġetti li jibqgħu fil-pussess ta’ organizzazzjonijiet li ma jibqgħux jaderixxu mal-kondizzjonijiet li jintitolawhom għall-eżenzjoni, meta dawn jiġu trasferiti lil xi organizzazzjoni li tkun intitolata li tibbenefika minn eżenzjoni bis-saħħa ta’ dan il-Kapitolu jew, lil xi organizzazzjoni intitolata li tibbenefika minn eżenzjoni skont l-Artikolu 43, l-eżenzjoni għandha tkompli tingħata, sakemm l-organizzazzjoni tuża l-oġġetti in kwistjoni għall-għanijiet li jagħtu d-dritt għal dawk l-eżenzjonijiet. Fil-każijiet l-oħra, l-oġġetti għandom ikunu soġġetti għall-VAT fuq l-importazzjoni bir-rata applikabbli fid-data li fiha dawk il-kondizzjonijiet ma jibqgħux ikunu aderiti, abbażi tat-tip tal-oġġetti u l-valur aċċertat jew aċċettat f’dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.
3.  
L-oġġetti użati mill-organizzazzjoni li tibbenefika mill-eżenzjoni għall-għanijiet minbarra dawk ipprovduti f’dan il-Kapitolu jkunu soġġetti għall-VAT fuq l-importazzjoni bir-rata applikabbli fid-data li fiha dawn jintużaw għal użu ieħor, abbażi tat-tip tal-oġġetti u l-valur aċċertat jew aċċettat f’dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.



TITOLU IX

L-IMPORTAZZJONIJIET FIL-KUNTEST TA’ ĊERTI ASPETTI TA’ RELAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI



KAPITOLU 1

Dekorazzjonijiet jew rikonoxximenti onorarji

Artikolu 58

Mal-wiri ta’ xhieda sodisfaċenti lill-awtoritajiet kompetenti mill-persuni interessati, u sakemm l-operazzjonijiet involuti m’huma bl-ebda mod ta’ karattru kummerċjali, l-eżenzjoni għandha tingħata għar-rigward ta’:

(a) 

dekorazzjonijiet mogħtija mill-gvern ta’ xi pajjiż terz lill-persuni li l-post normali tar-residenza tagħhom hu fil-Komunità;

(b) 

tazzi, medalji u oġġetti simili ta’ natura essenzalment simbolika li, wara li jkunu ngħataw f’xi pajjiż jew territorju terz lil persuni li għandhom il-post normali tar-residenza tagħhom fil-Komunità bħala rikonoxximent tal-attivitajiet tagħhom fl-oqsma bħall-arti, ix-xjenzi, l-isport, is-servizz pubbliku jew b’rikonoxximent tal-mertu tagħhom f’xi attività partikolari, huma importati minn dawn il-persuni stess;

(c) 

tazzi, medalji u oġġetti simili ta’ natura essenzalment simbolika li jingħataw mingħajr ħlas minn awtoritajiet jew persuni stabbiliti f’xi pajjiż jew territorju terz, sabiex ikunu ppreżentati fit-territorju tal-Komunità għall-istess għanijiet bħal dawk imsemmija f’ punt (b);

(d) 

premijiet, trofej u tifkiriet ta’ natura simbolika u ta’ valur limitat maħsuba sabiex jitqassmu bla ħlas lil persuni normalment residenti f’pajjiż jew territorju terz, f’konferenzi kummerċjali jew okkażjonijiet internazzjonali simili, li n-natura tagħhom, il-valur ta’ kull unità tagħhom jew karatteristiċi oħra, ma jridux ikunu tali li jistgħu jindikaw illi huma maħsuba għal għanijiet kummerċjali.



KAPITOLU 2

Rigali li tirċievi fil-kuntest ta’ relazzjonijiet internazzjonali

Artikolu 59

Mingħajr preġudizzju, meta jkun rilevanti, għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-moviment internazzjonali ta’ vjaġġaturi, u soġġetti għall-Artikoli 60 u 61, l-eżenzjoni għandha tingħata għar-rigward tal-oġġetti:

(a) 

importati minn persuni li għamlu xi żjara uffiċjali f’xi pajjiż jew territorju terz u li rċevew dawk l-oġġetti f’dik l-okkażjoni bħala rigali mill-awtoritajiet ospitanti;

(b) 

importati minn persuni li jiġu biex jagħmlu żjara uffiċjali fil-Komunità u li beħsiebhom joffruhom f’dik l-okkażjoni bħala rigali lill-awtoritajiet ospitanti;

(c) 

mibgħuta bħala rigali, b’turija ta’ ħbiberija jew rieda tajba, minn xi awtorita’ uffiċjali, komunita’ pubblika jew grupp li jwettaq xi attività fl-interess pubbliku li jkun stabbilit f’xi pajjiż jew territorju terz, lil xi awtorita’ uffiċjali, komunita’ pubblika jew grupp li jwettaq xi attività fl-interess pubbliku li se ssir fl-Istat Membru tal-importazzjoni u approvat mill-awtorità kompetenti biex jirċievi dawk l-oġġetti eżentati mit-taxxa.

Artikolu 60

M’għandha tingħata l-ebda eżenzjoni għall-prodotti alkoliċi, tabakk jew prodotti tat-tabakk.

Artikolu 61

L-eżenzjoni għandha tingħata biss:

(a) 

meta l-oġġetti maħsuba bħala rigali jkunu offruti fuq bażi okkażjonali;

(b) 

meta dawn ma jirrapreżentawx, min-natura, valur jew kwantità tagħhom, l-ebda interess kummerċjali; u

(c) 

jekk dawn ma jkunux użati għal għanijiet kummerċjali.



KAPITOLU 3

Oġġetti li se jintużaw minn rejiet jew kapijiet ta’ Stat

Artikolu 62

1.  

L-eżenzjoni mit-taxxa, fil-limitazzjonijiet u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti, għandha tingħata għar-rigward ta’:

(a) 

rigali lil renjanti u kapijiet ta’ Stat;

(b) 

l-oġġetti li għandhom jintużaw jew ikkunsmati minn renjanti u kapijiet ta’ Stat ta’ pajjiż terz, jew minn persuni li uffiċjalment jirrappreżentawhom, matul il-mawra uffiċjali tagħhom fil-Komunità.

2.  
L-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1, punt (b) tista’ madankollu, tkun soġġetta, mill-Istat Membru tal-importazzjoni, għal trattament reċiproku.
3.  
L-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 hija wkoll applikabbli għall-persuni li jgawdu minn prerogattivi fuq livell internazzjonali bħal dawk li għandhom ir-renjanti jew kapijiet ta’ Stat.



TITOLU X

IMPORTAZZJONIJIET TA’ OĠĠETTI GĦALL-PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ



KAPITOLU 1

Kampjuni ta’ valur negliġibbli

Artikolu 63

1.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 67(1)(a), kampjuni ta’ merkanzija li jkollhom valur negliġibbli u li jistgħu jintużaw biss biex jintalbu ordnijiet għal merkanzija tat-tip li jirrapreżentaw għandhom ikunu eżentati.
2.  
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu li ċerti oġġetti, biex jikkwalifikaw għall-eżenzjoni, isiru permanentement mhux tajbin għall-użu billi jitqattgħu, jittaqbu, jew jiġu mmarkati b’mod ċar u li ma jitħassarx, jew permezz ta’ xi proċess ieħor, sakemm dik l-operazzjoni ma tħassarx il-karattru tagħhom bħala kampjuni.
3.  
Għall-għanijiet tal-paragrafu 1, “kampjuni ta’ merkanzija” tfisser kull oġġett li jirrapreżenta xi tip ta’ merkanzija li l-mod jew preżentazzjoni u l-kwantità tiegħu, għall-merkanzija tal-istess tip jew kwalità, ma jippermettux l-użu tiegħu minbarra dak biex jittieħdu ordnijiet.



KAPITOLU 2

Materjal stampat u materjal ta’ promozzjoni

Artikolu 64

Bla ħsara għall-Artikolu 65, materjal stampat ta’ pubbliċità bħalma huma katalgi, listi ta’ prezzijiet, direzzjonijiet dwar l-użu jew avviżi kummerċjali għandhom ikunu eżentati jekk ikollhom x’jaqsmu ma’:

(a) 

merkanzija għall-bejgħ jew għall-kiri minn persuna stabbilita lil hinn mill-Komunità; jew

(b) 

l-għoti ta’ servizzi ta’ trasport, assigurazzjoni kummerċjali jew servizzi bankarji offruti minn persuna stabbilita lil hinn mill-Komunità.

Artikolu 65

1.  

L-eżenzjoni għandha tkun limitata għal avviżi pubbliċitarji stampati li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-materjal stampat irid juri biċ-ċar l-isem tal-impriża li tipproduċi, tbiegħ jew tikri l-merkanzija, jew li toffri s-servizzi li għalihom tirreferi;

(b) 

kull kunsinna jrid ikun fiha mhux iktar minn dokument wieħed jew kopja waħda ta’ kull dokument jekk tkun magħmula minn numru ta’ dokumenti;

(c) 

il-materjal stampat ma jridx ikun is-suġġett ta’ kunsinni magħmula fi gruppi mill-istess kunsinnatarju għal għand l-istess riċevitur.

2.  
Bħala deroga mill-paragrafu 1(b), il-kunsinni li jkollhom eżempji differenti tal-istess dokument jistgħu jgawdu mill-eżenzjoni jekk il-piż gross totali tagħhom ma humiex ta’ aktar minn kilogramm.

Artikolu 66

L-oġġetti għall-għanijiet ta’ promozzjoni, li ma jkollhom l-ebda valur kummerċjali intrinsiku, mibgħuta mingħajr ħlas mill-fornituri lill-klijenti tagħhom li, barra l-funzjoni tagħhom ta’ promozzjoni, mhumiex tajbin li jintużaw għandhom ikunu eżentati.



KAPITOLU 3

Oġġetti wżati jew ikkunsmati f’fiera kummerċjali jew attività simili

Artikolu 67

1.  

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 68, 69, 70 u 71, dawn li ġejjin għandhom ikunu eżentati:

(a) 

kampjuni rappreżentattivi żgħar tal-merkanzija maħsuba għal xi fiera kummerċjali jew attività simili;

(b) 

oġġetti importati biss sabiex ikunu murija jew sabiex juru magni u apparat li jkunu għall-wiri f’xi fiera kummerċjali jew attività simili;

(c) 

diversi materjali ta’ valur żgħir, bħal żebgħa, verniċ u wallpaper, li jintużaw fil-bini, muntaġġ u dekorazzjoni ta’ stands temporanji f’xi fiera kummerċjali jew attività simili, li jitkissru malli jintużaw;

(d) 

materjal stampat, katalgi, prospetti, listi tal-prezzijieti, posters għall-promozzjoni, kalendarji, kemm jekk bl-istampi jew le, ritratti mhux fil-gwarniċ u oġġetti oħra mogħtija mingħajr ħlas sabiex ikunu promossi l-oġġetti murija f’xi fiera kummerċjali jew attività simili.

2.  

Għall-għanijiet tal-paragrafu 1, “fiera kummerċjali jew attività simili” tfisser:

(a) 

esibizzjonijiet, fieri, wirjiet u attivitajiet simili konnessi mal-kummerċ, l-industrija, l-agrikultura jew ix-xogħol tal-idejn;

(b) 

wirjiet u attivitajiet imtella’ primarjament għal raġunijiet ta’ karità;

(c) 

wirjiet u attivitajiet imtella’ primarjament għal raġunijiet xjentifiċi, tekniċi, tax-xogħol tal-idejn, artistiċi, edukattivi jew kulturali jew għal raġunijiet sportivi, għal raġunijiet reliġjużi jew għal raġunijiet ta’ kult, attività trejd unjonistika jew ta’ turiżmu, jew bħala għajnuna għall-ftehim bejn il-popli;

(d) 

laqgħat ta’ rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet jew ragruppamenti internazzjonali;

(e) 

ċerimonji u attivitajiet uffiċjali jew kommemorattivi.

Madankollu, m’humiex inklużi f’din it-tifsira il- wirjiet imtella’ għal raġunijiet privati fi ħwienet jew postijiet kummerċjali, bil-ħsieb tal-bejgħ ta’ merkanzija.

Artikolu 68

L-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 67(1)(a) għandha tkun limitata għall-kampjuni li:

(a) 

ikunu importati mingħajr ħlas bħala tali jew ikunu miksuba fil-wirja minn merkanzija importata bl-ingross;

(b) 

ikunu esklussivament distribwiti mingħajr ħlas lill-pubbliku fil-wirja għall-użu jew konsum mill-persuni li lilhom ikunu ġew offruti;

(c) 

ikunu identifikabbli bħala kampjuni tal-promozzjoni ta’ valur unitarju baxx;

(d) 

ma jistax isir bejgħ tagħhom faċilment, meta jkun xieraq, ikunu ppakkjati b’tali mod li l-kwantità tal-merkanzija in kwistjoni tkun aktar baxxa mill-inqas kwantità tal-istess merkanzija attwalment mibjugħ fis-suq;

(e) 

fil-każ ta’ prodotti tal-ikel u xorb mhux ippakkjati kif imsemmi f’ punt (d), ikunu kkunsmati fuq il-post tal-wirja;

(f) 

fil-valur u l-kwantità totali tagħhom, ikunu xierqa għan-natura tal-wirja, in-numru ta’ viżitaturi u l-kobor tal-parteċipazzjoni tal-esibituri.

Artikolu 69

L-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 67(1)(b) għandha tkun limitata għall-merkanzija:

(a) 

li hija ikkunsmata jew meqruda fil-wirja; u

(b) 

li hija xierqa, fil-valur u l-kwantità totali tagħha, għan-natura tal-wirja, in-numru ta’ viżitaturi u l-importanza tal-parteċipazzjoni tal-esibituri.

Artikolu 70

L-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 67(1)(d) għandha tkun limitata għall-materjal stampat u għall-oġġetti għall-finijiet ta’ promozzjoni li:

(a) 

ikunu esklussivament maħsuba biex ikunu distribwiti mingħajr ħlas lill-pubbliku fil-post fejn issir il-wirja;

(b) 

fil-valur u l-kwantità totali tagħhom, ikunu xierqa għan-natura tal-wirja, in-numru ta’ viżitaturi u l-importanza tal-parteċipazzjoni tal-esibituri.

Artikolu 71

L-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 67(1)(a) u (b) m’għandhiex tingħata għal:

(a) 

prodotti alkoliċi;

(b) 

tabakk jew prodotti tat-tabakk;

(c) 

karburanti, kemm solidi, likwidi jew gassużi.



TITOLU XI

OĠĠETTI IMPORTATI GĦALL-FINIJIET TA’ EŻAMIJIET, ANALIŻI JEW TESTIJIET

Artikolu 72

Soġġeti għall-Artikoli 73 sa 78, l-oġġetti maħsuba sabiex issirilhom eżamijiet, analiżi jew testijiet biex ikunu magħrufa l-kompożizzjoni, il-kwalità jew karatteristiċi tekniċi oħra tagħhom għall-finijiet ta’ informazzjoni jew riċerka industrijali jew kummerċjali għandhom ikunu eżentati.

Artikolu 73

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 76, l-eżenzjoni għandha tingħata biss bil-kondizzjoni li l-oġġetti li ser ikunu eżaminati, analizzati jew ittestjati jkunu wżati kompletament jew distrutti fil-kors tal-eżami, tal-analiżi jew tat-test.

Artikolu 74

M’għandha tingħata l-ebda eżenzjoni għar-rigward tal-oġġetti wżati fl-eżami, fl-analiżi jew fit-testijiet li minnhom infushom jikkostitwixxu operazzjonijiet ta’ promozzjoni kummerċjali.

Artikolu 75

L-eżenzjoni għandha tingħata biss rigward kwantitajiet tal-oġġeti li huma meħtieġa strettament għall-għan li għalihom ikunu importati. Dawn il-kwantitajiet għandhom f’kull każ ikunu sabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti, li jikkunsidraw l-imsemmi għan.

Artikolu 76

1.  

L-eżenzjoni msemmija għandha tkopri l-oġġetti li mhumiex użati jew distrutti kompletament matul l-eżami, l-analiżi jew it-testijiet, sakemm il-prodotti li jifdal ikunu, bi ftehim ma’ u taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti:

(a) 

kompletament distrutti jew miġjuba kummerċjalment mingħajr valur mat-tlestija tal-eżami, l-analiżi jew it-test;

(b) 

ċeduta lill-Istat mingħajr ma tikkawżalu xi spiża, fejn dan ikun possibbli taħt il-liġi nazzjonali; jew

(c) 

f’ċirkostanzi tassew iġġustifikati, esportati lil hinn mill-Komunità.

2.  
Għall-għanijiet tal-paragrafu 1, “prodotti li jifdal” tfisser prodotti li jirriżultaw mill-eżamijiet, mill-analiżi jew mit-testijiet tal-merkanzija mhux attwalment użati.

Artikolu 77

Minbarra meta l-Artikolu 76 (1) ikun applikat, il-prodotti li jifdal fl-aħħar tal-eżamijiet, l-analiżi jew it-testijiet imsemmija fl-Artikolu 72 għandhom ikunu soġġetti għall-VAT fuq l-importazzjoni rilevanti, bir-rata applikabbli fid-data tat-tlestija tal-eżamijiet, l-analiżi jew it-testijiet, abbażi tat-tip tal-oġġetti u l-valur aċċertat jew aċċettat f’dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

Iżda, il-parti interessata tista’, bil-ftehim u taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti, tibdel il-prodotti li jifdal fi skart jew biċċiet. F’dan il-każ, it-taxxi fuq l-importazzjoni għandhom ikunu dawk applikabbli għal dak l-iskart jew biċċiet fil-ħin tal-bidla.

Artikolu 78

Il-perjodu li fih l-eżamijiet, l-analiżi jew it-testijiet għandhom isiru u l-formalitajiet amministrattivi għandhom ikunu lesti sabiex ikun assigurat li l-użu tal-merkanzija għall-finijiet maħsuba għandu jkun stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti.



TITOLU XII

IMPORTAZZJONIJIET MIXXELLANJI



KAPITOLU 1

Kunsinni mibgħuta lill-organizzazzjonijiet kompetenti sabiex jipproteġu d-drittijiet tal-awtur jew proprjeta’ industrijali jew kummerċjali

Artikolu 79

Marki tal-kumpanniji, mudelli jew disinni u d-dokumenti relattivi, kif ukoll l-applikazzjonijiet għal patenti għal invenzjoni jew simili, li għandhom ikunu ppreżentati lill-organizzazzjonijiet kompetenti sabiex jittrattaw mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur jew il-protezzjoni ta’ proprjeta’ industrijali jew kummerċjali għandhom ikunu eżentati.



KAPITOLU 2

Letteratura ta’ informazzjoni turistika

Artikolu 80

Dawn li ġejjin għandhom ikunu eżentati:

(a) 

dokumentazzjoni (fuljetti, brochures, kotba, magazins, kotba ta’ gwida, posters, kemm jekk fil-gwarniċ jew le, ritratti mhux fil-gwarniċ u ritratti fotografiċi mkabbra, mapep, kemm jekk illustrati jew le, trasparenzi li jintużaw fuq it-twieqi, u kalendarji illustrati) maħsuba biex ikunu ddistribwiti mingħajr ħlas u li l-għan prinċipali tagħhom hu li jinkoraġġixxi lill-pubbliku biex iżur pajjiżi barranin, b’mod partikolari sabiex jattendi laqgħat kulturali, turistiċi, sportivi, reliġjużi jew laqgħat jew attivitajiet tal-kummerċ jew tal-professjoni, sakemm dik il-letteratura ma jkollhiex aktar minn 25 % tal-promozzjoni kummerċjali privata u li n-natura ġenerali tal-għanijiet promozzjonali jkunu evidenti;

(b) 

listi ta’ lukandi barranin u kotba tas-sena pubblikati minn aġenziji turistiċi uffiċjali, jew taħt l-awspiċi tagħhom, u orarji għal servizzi barranin ta’ trasport, sakemm dik il-letteratura tkun maħsuba għad-distribuzzjoni mingħajr ħlas u jkollha mhux aktar minn 25 % tal-promozzjoni kummerċjali privata;

(c) 

materjal ta’ riferenza fornit lil rappreżentanti akkreditati jew korrispondenti maħtura minn organizzazzjonijiet uffiċjali nazzjonali tat-turismu u mhux maħsub għal distribuzzjoni, jiġifieri Kotba tas-sena, listi ta’ membri, tan-numri tat-telefon jew telex, listi tal-lukandi, katalgi tal-fieri, kampjuni ta’ oġġetti maħduma bl-idejn ta’ valur negliġibbli, u letteratura fuq mużewijiet, universitajiet, spas jew stabbilimenti simili oħra.



KAPITOLU 3

Dokumenti u oġġetti oħrajn

Artikolu 81

1.  

Dawn li ġejjin għandhom ikunu eżentati:

(a) 

dokumenti mibgħuta mingħajr ħlas lis-servizzi pubbliċi tal-Istati Membri;

(b) 

pubblikazzjonijiet ta’ gvernijiet barranin u pubblikazzjonijiet ta’ entitajiet internazzjonali uffiċjali maħsuba għal distribuzzjoni mingħajr ħlas;

(c) 

karti tal-vot għall-elezzjonijiet organizzati minn entitajiet stabbiliti lil hinn mill-Komunità;

(d) 

oġġetti li għandhom jingħataw b’xiehda jew għal għanijiet simili lill-qrati jew aġenziji uffiċjali oħra tal-Istati Membri;

(e) 

kampjuni ta’ firem u ċirkulari stampati li jirreferu għall-firem mibgħuta bħala parti minn skambji tas-soltu ta’ informazzjoni bejn is-servizzi pubbliċi jew stabbilimenti bankarji;

(f) 

materjal uffiċjali stampat mibgħut lill-banek ċentrali tal-Istati Membri;

(g) 

rapporti, dikjarazzjonijiet, noti ta’ informazzjoni, prospetti, formoli tal-applikazzjoni u dokumenti oħra magħmula minn kumpanniji li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fil-Komunità u mibgħuta lid-detenturi jew lil dawk li jissottoskrivu is-sigurtajiet maħruġa minn dawk il-kumpanniji;

(h) 

medja reġistrata (punched cards, sound recordings, mikrofilms eċċ.) użati għat-trasmissjoni ta’ informazzjoni mibgħuta mingħajr ħlas lill-indirizzat, safejn l-eżenzjoni ma tagħtix lok għal abbużi jew għal tagħwiġ qawwi tal-kompetizzjoni;

(i) 

reġistri, arkivji, formoli stampati u dokumenti oħra li jintużaw fil-laqgħat, konferenzi jew kungressi internazzjonali, u rapporti dwar dawk il-laqgħat;

(j) 

pjanti, disinni tekniċi, disinni traċċjati, deskrizzjonijiet u dokumenti simili oħra importati bil-għan li jkunu miksuba jew onorati ordnijiet lil hinn mill-Komunità jew biex ikun hemm parteċipazzjoni f’xi kompetizzjoni li ssir fil-Komunità;

(k) 

dokumenti li jintużaw fl-eżamijiet organizzati fil-Komunità minn istituzzjonijiet stabbiliti lil hinn mill-Komunità;

(l) 

formoli stampati li jintużaw bħala dokumenti uffiċjali fil-moviment internazzjonali ta’ vetturi jew merkanzija, fil-qafas tal-konvenzjonijiet internazzjonali;

(m) 

formoli stampati, tikketti, biljetti għat-trasport u dokumenti simili mibgħuta minn impriżi tat-trasport jew minn impriżi tal-industrija tal-lukandi li jinsabu lil hinn mill-Komunità lil aġenziji tal-ivvjaġġar stabbiliti fil-Komunità;

(n) 

formoli stampati u biljetti għat-trasport, fatturi tat-tagħbija, biljetti tar-rotta u dokumenti oħrajn kummerċjali jew tal-uffiċju li ġew użati;

(o) 

formoli uffiċjali stampati minn awtoritajiet nazzjonali jew internazzjonali, u oġġetti stampati li jikkonformaw mal-istandards internazzjonali mibgħuta għal distribuzzjoni minn assoċjazzjonijiet stabbiliti lil hinn mill-Komunità lil assoċjazzjonijiet korrispondenti li jinsabu fil-Komunità;

(p) 

ritratti, slides u sterotype mats għal ritratti, kemm jekk bil-kitba jew le, mibgħuta lill-aġenziji tal-istampa jew lil edituri ta’ gazzetti jew rivisti;

(q) 

oġġetti mniżżla fl-Anness I li huma pprodotti min-Nazzjonijiet Uniti jew xi waħda mill-aġenziji speċjalizzati tagħha, ikun xi jkun l-użu li għalih ikunu maħsuba;

(r) 

oġġetti tal-kollezzjonisti u xogħlijiet tal-arti ta’ karattru edukattiv, xjentifiku jew kulturali li mhumiex maħsuba għall-bejgħ u li huma importati minn mużewijiet, galleriji u istituzzjonijiet oħra approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-għan ta’ dħul mingħajr il-ħlas ta’ dazju fuq dawn l-oġġetti;

(s) 

l-importazzjonijiet ta’ pubblikazzjonijiet uffiċjali maħruġa bl-awtorità tal-pajjiż jew territorju tal-esportazzjoni, ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, ta’ awtoritajiet reġjonali jew lokali u ta’ organi stabbiliti permezz tal-liġi pubblika fil-pajjiż jew territorju tal-esportazzjoni, u materjal stampat imqassam fl-okkażjoni tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew jew fl-okkażjoni tal-elezzjonijiet nazzjonali fil-pajjiż li fih joriġina l-materjal stampat, minn organizzazzjonijiet politiċi barranija magħrufa uffiċjalment bħala tali fl-Istati Membri, safejn u sakemm dawn il-pubblikazzjonijiet u materjal stampat kienu suġġetti għat-taxxa fil-pajjiż jew territorju tal-esportazzjoni u ma bbenifikawx mir-remissjoni tat-taxxa fuq l-esportazzjoni.

2.  
L-eżenzjoni li tinsab fil-paragrafu 1, punt (r), tingħata biss jekk l-oġġetti jiġu importati mingħajr ħlas jew jekk ikunu importati bi ħlas imma mhux minn bejjiegħ li jħallas il-VAT.



KAPITOLU 4

Materjali anċillari għall-ħażna u l-protezzjoni tal-merkanzija matul it-trasport tagħhom

Artikolu 82

Id-diversi materjali bħal ħbula, tiben, drapp, karta u kartun, injam u plastik li jintużaw għall-ħażna u l-protezzjoni — inkluża l-protezzjoni tas-sħana — tal-merkanzija matul it-trasport tagħhom lejn it-territorju tal-Komunità, għandhom ikunu eżenati, sakemm:

(a) 

dawn ma jkunux normalment jistgħu jerġgħu jintużaw; u

(b) 

il-ħsieb li jkun sar għalihom jifforma parti mill-ammont taxxabbli fuq l-importazzjoni kif imfisser fil-Kapitolu 4 tat-Titolu VII tad-Direttiva 2006/112/KE.



KAPITOLU 5

Żibel, għalf u oġġetti tal-ikel għall-annimali matul it-trasport tagħhom

Artikolu 83

Żibel, għalf u oġġetti tal-ikel ta’ kull deskrizzjoni mpoġġija abbord il-mezzi tat-trasport użati biex iġorru l-annimali lejn it-territorju tal-Komunità għall-għan ta’ distribuzzjoni lill-istess annimali matul il-vjaġġ għandhom ikunu eżentati.



KAPITOLU 6

Karburanti u lubrikanti preżenti f’vetturi bil-mutur tal-art u f’kontenituri speċjali

Artikolu 84

1.  

Bla ħsara għall-Artikoli 85, 86 u 87, dawn li ġejjin għandhom ikunu eżentati:

(a) 

il-karburant li jkun fit-tankijiet standard ta’:

(i) 

vetturi bil-mutur privati jew kummerċjali u ta’ muturi;

(ii) 

kontenituri speċjali;

(b) 

il-karburant f’tankijiet li jistgħu jinġarru minn post għall-ieħor u li jkunu f’vetturi bil-mutur privati u fuq mutur, sa mhux aktar minn 10 litri għal kull vettura u dan mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar iż-żamma u l-ġarr tal-karburant.

2.  

Għall-għanijiet tal-paragrafu 1:

(a) 

“vettura bil-mutur kummerċjali” tfisser kull vettura tat-triq li taħdem b’mutur (inklużi t-trekters bil-karrijiet tagħhom jew mingħajrhom) li, skont it-tip ta’ għamla u skont it-tagħmir, hija disinjata għal u kapaċi iġġorr, kemm jekk bil-ħlas u kemm jekk le, iktar minn disa’ persuni inkluż is-sewwieq jew merkanzija, u kull vettura bil-mutur tat-triq li tintuża għal għan speċjali u mhux għal trasport bħala tali;

(b) 

“vettura bil-mutur privata” tfisser kull vettura bil-mutur li mhix koperta bid-definizzjoni mogħtija f’punt (a);

(c) 

“tankijiet standard” tfisser:

(i) 

it-tankijiet li jkunu mwaħħlin b’mod permanenti mill-manifattur fuq il-vetturi bil-mutur kollha tal-istess tip bħall-vettura kkonċernati u li permezz tat-twaħħil permanenti tagħhom il-karburant jintuża direttament, kemm għall-propulsjoni u kemm, fejn japplika, għall-ħidma, matul it-trasport, tas-sistemi ta’ tkessiħ u ta’ sistemi oħra;

(ii) 

it-tankijiet imwaħħla permanentement mill-manifattur fuq il-kontenituri kollha tal-istess tip bħall-kontenitur ikkonċernat u li permezz tat-twaħħil permanenti tagħhom il-karburant jintuża direttament għall-ħidma, matul it-trasport, tas-sistemi ta’ tkessiħ u ta’ sistemi oħra li bihom ikunu mgħammra l-kontenituri speċjali;

(d) 

“kontenitur speċjali” jfisser kull kontenitur mgħammar b’apparat speċjali ddisinjat għal sistemi ta’ tkessiħ, sistemi ta’ ossiġenizzazzjoni, sistemi ta’ iżolazzjoni termika, jew sistemi oħra.

Minbarra t-tankijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu, punt (c)(i), it-tankijiet bil-gass imwaħħla ma’ vetturi bil-mutur li jgħin sabiex il-gass jintuża b’mod dirett bħala karburant kif ukoll tankijiet imwaħħla ma’ sistemi barranija li bihom jistgħu jkunu mgħammra l-vetturi, jistgħu jitqiesu bħala tankijiet standard.

Artikolu 85

L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-applikazzjoni tal-eżenzjoni ta’ karburanti li jinsabu fit-tankijiet tal-karburaturi standard ta’ vetturi tal-mutur kummerċjali 1 u kontenituri speċjali:

(a) 

meta l-vettura tkun toriġina minn pajjiż terz jew minn territorju terz, sa 200 litru għal kull vettura u għal kull vjaġġ;

(b) 

għal 200 litru għal kull kontenitur speċjali u għal kull vjaġġ.

Artikolu 86

L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ammont ta’ karburant eżentat fil-każ ta’:

(a) 

vetturi bil-mutur kummerċjali mqabbda biex jaħdmu fit-trasport internazzjonali illi ġejjin minn stati jew territorji terzi għaż-żona tal-fruntiera tagħhom, sa profondità massima ta’ 25 kilometri b’linja dritta, billi dan it-trasport jikkonsisti minn vjaġġi magħmula minn persuni li joqogħdu f’dik iż-żona;

(b) 

vetturi privati bil-mutur li jappartjenu lil persuni li joqogħdu fiż-żona tal-fruntiera, għal fond massimu ta’ 15 km b’linja dritta, viċin ma’ pajjiż jew territorju terz.

Artikolu 87

1.  
L-eżenzjoni fuq karburanti ma tistax tintuża f’vettura minbarra dik li fiha jkun ġie importat l-anqas ikun imneħħi minn dik il-vettura, l-anqas ikun maħżun, minbarra meta jkunu meħtieġa t-tiswijiet lil dik il-vettura, jew trasferiti bi ħlas jew mingħajr ħlas mill-persuna li tkun ingħatatilha l-eżenzjoni.
2.  
Non-konformità mal-paragrafu 1 għandu jagħti lok għall-applikazzjoni tal-VAT fuq l-importazzjoni tal-prodotti in kwistjoni bir-rata li tkun fis-seħħ fid-data ta’ dik in-non konformità, abbażi tat-tip tal-oġġetti u l-valur aċċertat jew aċċettat f’dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 88

L-eżenzjoni msemmija għandha tapplika wkoll għal-lubrikanti li jinġarru f’vetturi bil-mutur u meħtieġa għall-operat normali tagħhom matul it-trasport in kwistjoni.



KAPITOLU 7

Oġġetti għall-kostruzzjoni, manutenzjoni jew tiżjin ta’ monumenti, jew ċimiterji għal vittmi tal-gwerra

Artikolu 89

L-eżenzjoni mit-taxxa għandha tingħata rigward l-oġġetti importati minn organizzazzjonijiet awtorizzati għal dak il-għan mill-awtoritajiet kompetenti, għall-użu fil-kostruzzjoni, żamma fi stat tajjeb jew tiżjin ta’ ċimiterji, oqbra, u monumenti lil vittmi tal-gwerra ta’ xi pajjiż terz li jkunu midfuna fil-Komunità.



KAPITOLU 8

Twiebet, urni tal-funeral u oġġetti ornamentali tal-funeral

Artikolu 90

Dawn li ġejjin għandhom ikunu eżentati:

(a) 

twiebet li jkun fihom kadaveri u urni li jkollhom l-irmied ta’ persuni mejta, kif ukoll il-fjuri, kuruni u oġġetti ornamentali oħra li normalment jakkumpanjawhom;

(b) 

fjuri, kuruni u oġġetti ornamentali oħra miġjuba minn persuni li joqogħdu lil hinn mill-Komunità, li jattendu funeral jew imorru jiddekoraw oqbra fit-territorju tal-Komunità sakemm dawn l-importazzjonijiet ma jirriflettux, kemm minn natura tagħhom jew mill-kwantità tagħhom, xi intenzjoni kummerċjali.



TITOLU XIII

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 91

Meta din id-Direttiva tipprovdi li l-għoti ta’ xi eżenzjoni għandu jkun suġġett għat-twettiq ta’ ċerti kondizzjonijiet, il-persuna interessata għandha, għas-sodisfazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, tagħti prova li dawn il-kondizzjonijiet ġew imwettqa.

Artikolu 92

1.  
Il-valur tal-iskambju tal-euro fil-munita nazzjonali li għandu jkun ikkkunsidrat għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandu jkun stabbilit darba fis-sena. Ir-rati li għandhom ikunu applikati għandhom ikunu dawk applikabbli fl-ewwel jum tax-xogħol f’Ottubru u għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara.
2.  
L-Istati Membri jistgħu jdawru l-ammonti fil-munita nazzjonali billi jikkonvertu l-ammonti f’euro.
3.  
L-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw l-ammonti tal-eżenzjonijiet fis-seħħ fil-ħin tal-aġġustament annwali kif ipprovdut fil-paragrafu 1, jekk il-konverżjoni tal-ammonti tal-eżenzjonijiet espressi f’ euro twassal, qabel ma jsir numru tond kif ipprovdut fil-paragrafu 2, għal alterazzjoni ta’ inqas minn 5 % fl-eżenzjoni espressa fil-munita nazzjonali 1 jew għal tnaqqis f’din l-eżenzjoni.

Artikolu 93

Din id-Direttiva m’għandhiex timpedixxi lill-Istati Membri milli jkomplu jagħtu:

(a) 

il-privileġġi u l-immunitajiet mogħtija minnhom taħt ftehim ta’ koperazzjoni kulturali, xjentifiku jew tekniku magħmul bejn Stati Membri u pajjiżi terzi;

(b) 

l-eżenzjonijiet speċifiċi ġġustifikati min-natura tat-traffiku tal-fruntiera li huma mogħtija minnhom taħt ftehim tal-fruntiera magħmula bejn Stati Membri u pajjiżi terzi;

(c) 

l-eżenzjonijiet fil-kuntest tal-ftehim konklużi a bażi ta’ reċiproċità ma’ pajjizi terzi li huma partijiet tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali ffirmata f’Chicago fis-7 ta’ Diċembru 1944 bil-għan li jiġu implimentati l-Prattiċi Rakkommandati 4.42 u 4.44 fl-Anness 9 ta’ din il-Konvenzjoni.

Artikolu 94

Sakemm ikunu mwaqqfa l-eżenzjonijiet tal-Komunità dwar l-importazzjoni, l-Istati Membri jistgħu iżommu l-eżenzjonijiet mogħtija lil:

(a) 

baħrin tal-merkanzija navali;

(b) 

ħaddiema li jirritornaw lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom wara li jkunu residenti għal mill-inqas sitt xhur lil hinn mill-Komunità minħabba x-xogħol tagħhom.

Artikolu 95

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-miżuri li dawn jadottaw biex idaħħlu fis-seħħ din id-Direttiva, fejn jindikaw, meta jkun il-każ, dawk il-miżuri li huma jadottaw b’sempliċi riferenza għal dispożizzjonijiet identiċi mar-Regolament (KEE) Nru 918/83.

Artikolu 96

Id-Direttiva 83/181/KEE, kif emendata mill-atti mniżżla fl-Anness II, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness II, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 97

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 98

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I



MATERJALI VIŻWALI U AWDJO TA’ NATURA EDUKATTIVA, XJENTIFIKA JEW KULTURALI

Kodiċi tan-NC

Deskrizzjoni tal-merkanzija

3704 00

Folji fotografiċi, films, karti, kartun u tessuti, kollha tal-fotografija, esposti iżda mhux żviluppati:

ex 3704 00 10

– Folji fotografiċi u films:

— Pellikoli ċinematografiċi, pożittivi, ta’ natura edukattiva, xjentifika jew kulturali

ex  37 05

Folji fotografiċi u films, esposti u żviluppati, għajr pellikoli ċinematografiċi:

— ta’ natura edukattiva, xjentifika jew kulturali

3706

Pellikoli ċinematografiċi, esposti u żviluppati, kemm jekk ikun fiha ħoss jew li tikkonsisti f’ħoss biss:

3706 10

– b’wisa’ ta’ 35 mm jew iktar:

– – oħrajn:

ex 3706 10 99

– – – pożittivi oħra:

— Irkiekel tal-pellikola bl-aħbarijiet (bil-ħoss jew mingħajru) bi ġrajjiet ta’ aħbarijiet kurrenti li jkunu ta’ valur fiż-żmien li jkunu importati, u li jkunu importati f’mhux aktar minn żewġ kopji bil-għan li jsiru kopji tagħhom

— Materjal ta’ arkivju fuq film (kemm jekk bil-ħoss u kemm jekk le) maħsub biex jintuża b’konnessjoni ma’ films fuq l-irkiekel tal-pellikola tal-aħbarijiet

— Films ta’ rikreazzjoni, xierqa, b’mod partikolari, għat-tfal u persuni ta’ età żgħira

— Films oħra ta’ natura edukattiva, xjentifika jew kulturali

3706 90

– oħrajn:

– – oħrajn:

– – – pożittivi oħra:

ex 3706 90 51

—  Irkiekel tal-pellikola bl-aħbarijiet (bil-ħoss jew mingħajru) bi ġrajjiet ta’ aħbarijiet kurrenti li jkunu ta’ valur fiż-żmien li jkunu importati, u li jkunu importati f’mhux aktar minn żewġ kopji bil-għan li jsiru kopji tagħhom

ex 3706 90 91

—  Materjal ta’ arkivju fuq film (kemm jekk bil-ħoss u kemm jekk le) maħsub biex jintuża b’konnessjoni ma’ films fuq l-irkiekel tal-pellikola tal-aħbarijiet

ex 3706 90 99

— Films ta’ rikreazzjoni, xierqa, b’mod partikolari, għat-tfal u persuni ta’ età żgħira

— Films oħra ta’ natura edukattiva, xjentifika jew kulturali

4911

Materjal ieħor stampat, inklużi stampi u ritratti:

– oħrajn:

4911 99

– – oħrajn:

ex 4911 99 00

– – – oħrajn:

— Microcards jew mezzi oħra użati għaż-żamma tal-informazzjoni meħtieġa f’servizzi ta’ informazzjoni jew ta’ dokumentazzjoni kompjuterizzati ta’ natura edukattiva, xjentifika jew kulturali

— Ċarts li jitwaħħlu mal-ħajt u li huma maħsuba biss għad-dimostrazzjonijiet u għall-edukazzjoni

ex  85 23

Diski, tejps u mezzi oħra li jintużaw għar-reġistrazzjoni tal-ħoss u fenomeni simili inklużi l-matriċi u l-oriġinali li jsiru l-kopji minnha użati fil-produzzjoni ta’ diski, imma jeskludu prodotti msemmija fil-Kapitolu 37:

— ta’ natura edukattiva, xjentifika jew kulturali

ex 9023 00

Strumenti, apparat u mudelli ddisinjati bil-ħsieb li jintużaw bħala dimostrazzjoni (per eżempju, fl-edukazzjoni jew f’wirjiet), u li ma jkunux tajbin għal użi oħra:

— Disinji, mudelli u ċarts li jitwaħħlu mal-ħajt ta’ natura edukattiva, xjentifika jew kulturali, iddisinjati sabiex jintużaw biss f’wirjiet u għat-tgħallim

— Mudelli sperimentali fuq skala sħiħa jew replika jew mudelli viżwali ta’ kunċetti astratti bħal ma huma strutturi molekulari jew formoli matematiċi

Varji

Ologrammi għall-proġettazzjoni bil-lejżer

Logħob multi-medjarju

Materjali dwar istruzzjonijiet programmati, inklużi materjali fil-għamla ta’ kit bil-materjali stampati li jikkorrespondu magħhom




ANNESS II

PARTI A



Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 96)

Direttiva tal-Kunsill 83/181/KEE

(ĠU L 105, 23.4.1983, p. 38)

 

Direttiva tal-Kunsill 85/346/KEE

(ĠU L 183, 16.7.1985, p. 21)

 

Direttiva tal-Kunsill 88/331/KEE

(ĠU L 151, 17.6.1988, p. 79)

 

Direttiva tal-Kummissjoni 89/219/KEE

(ĠU L 92, 5.4.1989, p. 13)

 

Direttiva tal-Kunsill 91/680/KEE

(ĠU L 376, 31.12.1991, p. 1)

L-Artikolu 2(1), l-ewwel inċiż biss

L-Att tal-Adeżjoni tal-1994, Anness I, punt XIII.B.4

(ĠU C 241, 29.8.1994, p. 276)

 

PARTI B



Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 96)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

83/181/KEE

fit-30 ta’ Ġunju 1984

85/346/KEE

fl-1 ta’ Ottubru 1985

88/331/KEE

fl-1 ta’ Jannar 1989

89/219/KEE

fl-1 ta’ Lulju 1989

91/680/KEE

fil-31 ta’ Diċembru 1992




ANNESS III



TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 83/181/KEE

Din id-Direttiva

L-ewwel titolu

Artikolu 1(1)

Artikolu 1, l-ewwel u t-tieni paragrafi

Artikolu 1(2), sentenza tal-bidu

Artikolu 2(1), sentenza tal-bidu

Artikolu 1(2)(a)

Artikolu 2(1)(a)

Artikolu 1(2)(b), l-ewwel paragrafu

Artikolu 2(1)(b)

Artikolu 1(2)(b), it-tieni paragrafu, l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 2(1)(b)

Artikolu 1(2)(b), it-tielet paragrafu

Artikolu 2(1)(b)

Artikolu 1(2)(b), ir-raba’ paragrafu

Artikolu 2(2)

Artikolu 1(2)(c), (d) u (e)

Artikolu 2(1)(c), (d) u (e)

L-ewwel Titolu

Titolu II

L-ewwel Kapitolu

Kapitolu 1

Artikolus 2 sa 5

Artikolu 3 sa 6

Artikolu 6, l-ewwel u t-tieni paragrafu

Artikolu 7(1) u (2)

Artikoli 7 sa 10

Artikoli 8 sa 11

Kapitolu II

Kapitolu 2

Artikolu 11(1) u (2)

Artikolu 12(1), l-ewwel u t-tieni paragrafu

Artikolu 11(3)

Artikolu 12(2)

Artikolu 12, sentenza tal-bidu

Artikolu 13, l-ewwel paragrafu, sentenza tal-bidu

Artikolu 12 (a), l-ewwel sentenza

Artikolu 13, l-ewwel paragrafu, punt (a)

Artikolu 12 (a), it-tieni sentenza

Artikolu 13, it-tieni paragrafu

Artikolu 12 (b)

Artikolu 13, l-ewwel paragrafu, punt (b)

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 14(1), sentenza tal-bidu

Artikolu 15(1), l-ewwel paragrafu, sentenza tal-bidu

Artikolu 14(1), l-ewwel inċiż, l-ewwel sentenza

Artikolu 15(1), l-ewwel paragrafu, punt (a)

Artikolu 14(1), l-ewwel inċiż, it-tieni sentenza

Artikolu 15(1), it-tieni paragrafu

Artikolu 14(1), it-tieni inċiż

Artikolu 15(1), l-ewwel paragrafu, punt (b)

Artikolu 14(2)

Artikolu 15(2)

Artikolus 15

Artikolu 16

Kapitolu III

Kapitolu 3

Artikolu 16 sa 19

Artikolu 17 sa 20

Titolu II

Titolu III

Artikolu 20 u 21

Artikolu 21 u 22

Titolu III

Titolu IV

Artikolu 22 u 23

Artikolu 23 u 24

Titolu IV

Titolu V

Artikolu 24(1)

Artikolu 25(1)

Artikolu 24(2), sentenza tal-bidu

Artikolu 25(2), sentenza tal-bidu

Artikolu 24(2), l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 25(2)(a) u (b)

Artikolu 25(1), it-tieni inċiż

Artikolu 26(1)

Artikolu 25(2)

Artikolu 25(3)

Artikolu 26(2)

Artikoli 26, 27 u 28

Artikolu 27, 28 u 29

Titolu V

Titolu VI

L-ewwel Kapitolu

Kapitolu 1

Artikolu 29(1)

Artikolu 30(1), l-ewwel paragrafu

Artikolu 29(2)

Artikolu 30(2)

Artikolu 29(3)

Artikolu 30(1), it-tieni paragrafu

Artikol 1 30, 31 u 32

Artikoli 31, 32 u 33

Kapitolu II

Kapitolu 2

Artikolu 33

Artikolu 34

Artikolu 34(1) u (2)

Artikolu 35(1), l-ewwel u t-tieni paragrafu

Artikolu 34(3)

Artikolu 35(2)

Titolu VI

Titolu VII

L-ewwel Kapitolu

Kapitolu 1

Artikolu 35(1), sentenza tal-bidu

Artikolu 36(1), sentenza tal-bidu

Artikolu 35(1)(a)

Artikolu 36(1)(a)

Artikolu 35(1)(b), sentenza tal-bidu

Artikolu 36(1)(b)

Artikolu 35(1)(b), l-ewwel inċiż

Artikolu 35(1)(b), it-tieni inċiż

Artikolu 36(1)(b)

Artikolu 35(2), sentenza tal-bidu

Artikolu 36(2), sentenza tal-bidu

Artikolu 35(2), l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 36(2)(a) u (b)

Kapitolu II

Kapitolu 2

Artikolu 36(1)

Artikolu 37(1)

Artikolu 36(2), sentenza tal-bidu

Artikolu 37(2), sentenza tal-bidu

Artikolu 36(2), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż

Artikolu 37(2)(a), (b) u (c)

Artikolu 37 u 38

Artikolu 38 u 39

Kapitolu IIa

Kapitolu 3

Artikolu 38a

Artikolu 40

Kapitolu III

Kapitolu 4

Artikolu 39

Artikolu 41

Titolu VII

Titolu VIII

Kapitolu 1

Artikolu 40

Artikolu 42

L-ewwel Kapitolu

Kapitolu 2

Artikoli 41 sa 45

Artikolu 43 sa 47

Kapitolu II

Kapitolu 3

Artikoli 46, 47 u 48

Artikolu 48, 49 u 50

Kapitolu III

Kapitolu 4

Artikolu 49(1) u (2)

Artikolu 51, l-ewwel u t-tieni paragrafu

Artikolu 50 sa 55

Artikolu 52 sa 57

Titolu VIII

Titolu IX

L-ewwel Kapitolu

Kapitolu 1

Artikolu 56

Artikolu 58

Kapitolu II

Kapitolu 2

Artikoli 57 u 58

Artikolu 59 u 60

Artikolu 59, sentenza tal-bidu

Artikolu 61, sentenza tal-bidu

Artikolu 59, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż

Artikolu 61(a), (b) u (c)

Kapitolu III

Kapitolu 3

Artikolu 60, l-ewwel paragrafu, sentenza tal-bidu

Artikolu 62(1), sentenza tal-bidu

Artikolu 60, l-ewwel paragrafu, punt (a)

Artikolu 62(1)(a)

Artikolu 60, l-ewwel paragrafu, punt (b), l-ewwel sentenza

Artikolu 62(1)(b)

Artikolu 60, l-ewwel sentenza, punt (b), it-tieni sentenza

Artikolu 62(2)

Artikolu 60, it-tieni paragrafu

Artikolu 62(3)

Titolu IX

Titolu X

L-ewwel Kapitolu

Kapitolu 1

Artikolu 61

Artikolu 63

Kapitolu II

Kapitolu 2

Artikolu 62, sentenza tal-bidu

Artikolu 64, sentenza tal-bidu

Artikolu 62(a)

Artikolu 64(a)

Artikolu 62(b)

Artikolu 62(c)

Artikolu 64(b)

Artikolu 63, l-ewwel paragrafu, sentenza tal-bidu

Artikolu 65(1), sentenza tal-bidu

Artikolu 63, l-ewwel paragrafu, punt (a)

Artikolu 65(1)(a)

Artikolu 63, l-ewwel paragrafu, punt (b), l-ewwel sentenza

Artikolu 65(1)(b)

Artikolu 63, l-ewwel paragrafu, punt (b), it-tieni sentenza

Artikolu 65(2)

Artikolu 63, l-ewwel paragrafu, punt (c)

Artikolu 65(1)(c)

Artikolu 63, it-tieni paragrafu

Artikolu 64

Artikolu 66

Kapitolu III

Kapitolu 3

Artikolu 65(1)

Artikolu 67(1)

Artikolu 65(2), sentenza tal-bidu

Artikolu 67(2), l-ewwel paragrafu, sentenza tal-bidu

Artikolu 65(2), punti (a) sa (e)

Artikolu 67(2), l-ewwel paragrafu, punti (a) sa (e)

Artikolu 65(2), l-aħħar sentenza

Artikolu 67(2), it-tieni paragrafu

Artikolu 66 sa 69

Artikolu 68 sa 71

Titolu x

Titolu XI

Artikolu 70 sa 73

Artikolu 72 sa 75

Artikolu 74(1), sentenza tal-bidu

Artikolu 76(1), sentenza tal-bidu

Artikolu 74(1), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż

Artikolu 76(1)(a), (b) u (c)

Artikolu 74(2)

Artikolu 76(2)

Artikolu 75 u 76

Artikolu 77 u 78

Titolu XI

Titolu XII

L-ewwel Kapitolu

Kapitolu 1

Artikolu 77

Artikolu 79

Kapitolu II

Kapitolu 2

Artikolu 78

Artikolu 80

Kapitolu III

Kapitolu 3

Artikolu 79(a) sa (q)

Artikolu 81(1)(a) sa (q)

Artikolu 79(r), l-ewwel sentenza

Artikolu 81(1)(r)

Artikolu 79(r), it-tieni sentenza

Artikolu 81(2)

Artikolu 79(s)

Artikolu 81(1)(s)

Kapitolu IV

Kapitolu 4

Artikolu 80

Artikolu 82

Kapitolu V

Kapitolu 5

Artikolu 81

Artikolu 83

Kapitolu VI

Kapitolu 6

Artikolu 82(1), sentenza tal-bidu

Artikolu 84(1), sentenza tal-bidu

Artikolu 82(1)(a), l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 84(1)(a)(i) u (a)(ii)

Artikolu 82(1)(b)

Artikolu 84(1)(b)

Artikolu 82(2), sentenza tal-bidu

Artikolu 84(2), l-ewwel paragrafu, sentenza tal-bidu

Artikolu 82(2)(a), l-ewwel paragrafu, l-ewwel u t-tieni inċiż u t-tieni paragrafu

Artikolu 84(2), l-ewwel paragrafu, punt (a)

Artikolu 82(2)(b)

Artikolu 84(2), l-ewwel paragrafu, punt (b)

Artikolu 82(2)(c), sentenza tal-bidu

Artikolu 84(2), l-ewwel paragrafu, punt (c), sentenza tal-bidu

Artikolu 82(2)(c), l-ewwel inċiż, l-ewwel paragrafu

Artikolu 84(2), l-ewwel paragrafu, punt (c)(i)

Artikolu 82(2)(c), l-ewwel inċiż, it-tieni paragrafu

Artikolu 84(2), it-tieni paragrafu

Artikolu 82(2)(c), it-tieni inċiż

Artikolu 84(2), l-ewwel paragrafu, punt (c)(ii)

Artikolu 82(2)(d)

Artikolu 84(2), l-ewwel paragrafu, punt (d)

Artikolu 83, l-ewwel paragrafu, sentenza tal-bidu

Artikolu 85, sentenza tal-bidu

Artikolu 83(a)

Artikolu 85(a)

Artikolu 83(b)

Artikolu 83(c)

Artikolu 85(b)

Artikolu 83, it-tieni paragrafu

Artikolu 84

Artikolu 86

Artikolu 85, l-ewwel u t-tieni paragrafu

Artikolu 86(1) u (2)

Artikolu 86

Artikolu 88

Kapitolu VII

Kapitolu 7

Artikolu 87

Artikolu 89

Kapitolu VIII

Kapitolu 8

Artikolu 88

Artikolu 90

Titolu XII

Titolu XIII

Artikoli 89, 90 u 91

Artikolu 91, 92 u 93

Artikolu 92

Artikolu 94

Artikolu 93(1)

Artikolu 93(2)

Artikolu 95

Artikolu 96

Artikolu 97

Artikolu 94

Artikolu 98

Anness

Anness I

Anness II

Anness III



( 1 ) ĠU L 105, 23.4.1983, p. 1.