02009L0109 — MT — 20.07.2017 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DIRETTIVA 2009/109/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Settembru 2009

li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE, 78/855/KEE u 82/891/KEE, u d-Direttiva 2005/56/KE fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ rappurtar u dokumentazzjoni fil-każ tal-għaqda u d-diviżjoni ta’ kumpaniji

(ĠU L 259 2.10.2009, p. 14)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DIRETTIVA 2011/35/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-5 ta’ April 2011

  L 110

1

29.4.2011

►M2

DIRETTIVA 2012/30/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-25 ta' Ottubru 2012

  L 315

74

14.11.2012

►M3

DIRETTIVA (UE) 2017/1132 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-14 ta' Ġunju 2017

  L 169

46

30.6.2017




▼B

DIRETTIVA 2009/109/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Settembru 2009

li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE, 78/855/KEE u 82/891/KEE, u d-Direttiva 2005/56/KE fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ rappurtar u dokumentazzjoni fil-każ tal-għaqda u d-diviżjoni ta’ kumpaniji



▼M2 —————

▼M1 —————

▼M3 —————

▼B

Artikolu 5

Reviżjoni

Ħames snin wara d-data stabbilita fl-Artikolu 6(1), il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-funzjonament ta’ dawk id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 77/91/KEE, 78/855/KEE, 82/891/KEE u 2005/56/KE li huma emendati jew miżjuda b’din id-Direttiva, u b’mod partikolari l-effetti tagħhom fuq it-tnaqqis ta’ piżijiet amministrattivi fuq kumpaniji, fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tagħhom, u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat jekk ikun meħtieġ minn proposti għal aktar emendi ta’ dawk id-direttivi.

Artikolu 6

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sat-30 ta’ Ġunju 2011. Huma għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni, bit-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.