2009L0043 — MT — 14.12.2010 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
DIRETTIVA 2009/43/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità (ĠU L 146, 10.6.2009, p.1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/80/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-22 ta’ Novembru 2010 |
L 308 |
11 |
24.11.2010 |
DIRETTIVA 2009/43/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-6 ta’ Mejju 2009
dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 1 ),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 2 ),
Billi:
(1) |
It-Trattat jipprevedi għall-istabbiliment ta’ suq intern, inkluż l-abolizzjoni, bejn l-Istati Membri, tal-ostakli għall-moviment ħieles ta’ oġġetti u servizzi, u l-istabbiliment ta’ sistema li tiżgura li ma jkunx hemm distorzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq komuni. |
(2) |
Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxu s-suq intern japplikaw għall-oġġetti u s-servizzi kollha provduti bi ħlas inkluż prodotti relatati mad-difiża, imma ma jxekklux lill-Istati Membri li taħt ċerti kundizzjonijiet jieħdu miżuri oħra f’każijiet individwali fejn jikkunsidraw li huma meħtieġa li jħarsu l-interessi essenzjali tas-sigurtà tagħhom. |
(3) |
Il-liġijiet, regolamenti u miżuri amministrattivi fl-Istati Membri rigward it-trasferiment ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità fihom ċerti disparitajiet, li jistgħu jimpedixxu l-moviment ta’ tali prodotti relatati mad-difiża u jistgħu jikkawżaw distorzjoni fil-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern, u b’hekk ixekklu l-innovazzjoni, il-koperazzjoni industrijali u l-kompetittività tal-industrija tad-difiża fl-Unjoni Ewropea. |
(4) |
L-għanijiet segwiti b’mod ġenerali bil-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri jinkludu l-preservazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà permezz ta’ sistemi ta’ kontroll strett u r-restrizzjoni tal-esportazzjoni u l-proliferazzjoni tal-prodotti relatati mad-difiża lil pajjiżi terzi kif ukoll lil Stati Membri oħra. |
(5) |
Tali restrizzjonijiet simili fuq il-moviment ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità ma jistgħux jiġu mneħħija b’mod ġenerali permezz tal-applikazzjoni diretta tal-prinċipji tal-moviment ħieles tal-oġġetti u s-servizzi previsti fit-Trattat minħabba li dawk ir-restrizzjonijiet jistgħu jkunu ġustifikati fuq bażi ta’ każ b’każ skont l-Artikoli 30 jew 296 tat-Trattat, li jibqgħu applikabbli mill-Istati Membri, kemm-il darba l-kundizzjonijiet tagħhom jiġu ssodisfatti. |
(6) |
Il-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri għalhekk għandhom bżonn jiġu armonizzati b’tali mod li jissimplifikaw it-trasferiment intrakomunitarju ta’ prodotti relatati mad-difiża sabiex jiġi żgurat il-funzjonament korrett tas-suq intern. Din id-Direttiva titratta regoli u proċeduri f’dak biss li għandu x’jaqsam ma’ prodotti relatati mad-difiża, u konsegwentement ma taffettwax l-linji politiċi tal-Istati Membri dwar it-trasferiment ta’ prodotti relatati mad-difiża. |
(7) |
L-armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti rilevanti tal-Istati Membri ma għandhiex tkun ta’ preġudizzju għall-obbligi u l-impenji internazzjonali tal-Istati Membri, u lanqas għad-diskrezzjoni tagħhom rigward il-linja politika dwar l-esportazzjoni ta’ prodotti relatati mad-difiża. |
(8) |
L-Istati Membri għandhom jibqgħu intitolati li jmexxu ‘il quddiem u jiżviluppaw ulterjorment koperazzjoni intergovernattiva, filwaqt li jaderixxu mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. |
(9) |
Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal prodotti relatati mad-difiża li jgħaddu biss mit-territorju tal-Komunità, jiġifieri dawk li ma ngħatawx trattament jew użu approvat mid-dwana għajr għall-proċedura ta’ tranżitu estern jew li jkunu biss imqiegħda f’żona libera jew maħżen ħieles u fejn ma għandu jinżamm l-ebda rekord approvat ta’ stokk. |
(10) |
Din id-Direttiva għandha tkopri l-prodotti kollha relatati mad-difiża li jikkorrispondu ma’ dawk elenkati fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea ( 3 ) inklużi l-komponenti u t-teknoloġiji tagħhom. |
(11) |
Din id-Direttiva m’għandhiex tkun ta’ ħsara għall-implimentazzjoni tal-Azzjoni Konġunta 97/817/PESK ( 4 ) tat-28 ta’ Novembru 1997 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu J.3 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea fuq mini kontra l-persunal1, lanqas m’għandha tkun ta’ ħsara għar-ratifika u l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-Konvenzjoni dwar il-Munizzjon Cluster, iffirmata f’Oslo fit-3 ta’ Diċembru 2008. |
(12) |
L-għanijiet tal-preservazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà segwiti ġeneralment mil-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri li jillimitaw it-trasferiment ta’ prodotti relatati mad-difiża, jeħtieġu li t-trasferiment ta’ dawk il-prodotti fil-Komunità jibqa’ soġġett għall-awtorizzazzjoni mill-Istati Membri tal-oriġini u l-garanziji fl-Istati Membri li jirċevuhom. |
(13) |
Fid-dawl tas-salvagwardji provduti f’din id-direttiva għall-protezzjoni ta’ dawk l-għanijiet l-Istati Membri ma jkollhomx bżonn aktar jintroduċu jew iżommu restrizzjonijiet oħra għall-kisba ta’ dawk l-għanijiet, suġġetti għall-Artikoli 30 u 296 tat-Trattat. |
(14) |
Din id-direttiva ma għandhiex tkun ta’ preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet neċessarji għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew sigurta’ pubblika. Fid-dawl tan-natura u l-karatteristiċi tal-prodotti relatati mad-difiża, raġunijiet ta’ ordni pubbliku bħas-sikurezza tat-trasport, is-sikurezza tal-ħżin, ir-riskju ta’ devjazzjoni u l-prevenzjoni tal-kriminalità huma partikolarment relevanti għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva. |
(15) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1991 dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi ( 5 ), b’mod partikolari l-formalitajiet għall-moviment tal-armi fil-Komunità. Din id-Direttiva hi wkoll bla ħsara għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq u s-superviżjoni ta’ splussivi għall-użu ċivili ( 6 ), b’mod partikulari d-dispożizzjonijiet dwar it-trasferiment ta’ munizzjon. |
(16) |
Kull trasferiment ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel permezz ta’ liċenzji ta’ trasferiment globali jew individwali mogħtija jew ippubblikati mill-Istat Membru li mit-territorju tiegħu, il-fornitur ikun jixtieq jittrasferixxi prodotti relatati mad-difiża. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeżentaw it-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża mill-obbligu ta’ awtorizzazzjoni minn qabel f’każijiet speċifiċi elenkati f’din id-Direttiva. |
(17) |
L-Istati Membri għandhom ikunu ħielsa biex jiċħdu jew jagħtu awtorizzazzjoni minn qabel. Skont il-prinċipji li jikkostitwixxu s-suq intern, tali awtorizzazzjoni għandha tkun valida fil-Komunità kollha u m’għandha tkun meħtieġa ebda awtorizzazzjoni oħra għat-tranżitu minn Stati Membri oħra jew għad-dħul fit-territorju ta’ Stati Membri oħra. |
(18) |
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw t-tip xieraq ta’ liċenzja għall-prodotti relatati mad-difiża jew kategorija ta’ prodotti relatati mad-difiża għal kull tip ta’ trasferiment, u liema termini u kundizzjonijiet jeħtieġ jiġu mehmuża ma’ kull waħda mil-liċenzji tat-trasferiment, b’kont meħud tas-sensittività tat-trasferiment. |
(19) |
Rigward il-komponenti, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jimponu limitazzjonijiet tal-esportazzjoni kemm jista’ jkun billi jaċċettaw dikjarazzjonijiet tal-użu mir-riċevituri li jieħdu kont tal-grad ta’ integrazzjoni ta’ komponenti bħal dawn fil-prodotti tar-riċevituri nfushom. |
(20) |
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw ir-riċevituri tal-liċenzji tat-trasferiment b’mod mhux diskriminatorju ħlief jekk ikun meħtieġ għall-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tagħhom. |
(21) |
Sabiex jiġi faċilitat it-trasferiment tal-prodotti relatati mad-difiża, għandhom jiġu ppubblikati mill-Istati Membri liċenzji ġenerali li jipprovdu awtorizzazzjoni għal trasferiment ta’ prodotti relatati mad-difiża lil kull impriża li tissodisfa t-termini u l-kundizzjonijiet definiti f’kull liċenzja ġenerali. |
(22) |
Għandha tiġi ppubblikata liċenzja ġenerali ta’ trasferiment għal trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża lill-forzi armati sabiex tiżdied sew is-sigurtà ta’ provvista għall-Istati Membri kollha li jagħżlu li jiksbu tali prodotti fil-Komunità. |
(23) |
Għandha tiġi ppubblikata liċenzja ġenerali ta’ trasferiment għal trasferimenti ta’ komponenti għal impriżi tad-difiża Ewropej ċertifikati sabiex titħeġġeġ il-koperazzjoni bejn, u l-integrazzjoni ta’, dawk l-impriżi, b’mod partikolari bl-iffaċilitar tal-ottimizzazzjoni tal-katini ta’ provvista u l-ekonomiji tal-iskala. |
(24) |
L-Istati Membri li qed jipparteċipaw fi programm ta’ koperazzjoni intergovernattiva jistgħu jippubblikaw liċenzja ġenerali għal trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża lil riċevituri fi Stati Membri oħra li qed jipparteċipaw għall-eżekuzzjoni ta’ dak il-programm ta’ koperazzjoni. Dan itejjeb il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fi programmi ta’ koperazzjoni intergovernattiva minn impriżi stabbiliti fi Stati Membri li qed jipparteċipaw. |
(25) |
L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jippubblikaw aktar liċenzji ġenerali ta’ trasferiment sabiex ikopru każijiet fejn ir-riskji għall-preservazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà huma baxxi ħafna fid-dawl tan-natura tal-prodotti u r-riċevituri. |
(26) |
F’każijiet fejn il-liċenzji ġenerali ta’ trasferiment ma jistgħux jiġu pubblikati, l-Istati Membri għandhom, meta mitluba, jagħtu liċenzji globali ta’ trasferiment lil impriżi individwali, ħlief f’każijiet stabbiliti f’din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jagħtu liċenzji globali ta’ trasferiment li jiġġeddu. |
(27) |
L-impriżi għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-użu tal-liċenzji ġenerali ta’ trasferiment fid-dawl tal-preservazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà u sabiex jippermettu rappurtar trasparenti ta’ trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fid-dawl tal-kontroll demokratiku. |
(28) |
Il-grad ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri fid-determinazzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet ta’ liċenzji ta’ trasferiment ġenerali, globali u individwali għandu jkun flessibbli biżżejjed biex jippermetti koperazzzjoni kontinwa taħt il-qafas internazzjonali eżistenti dwar il-kontroll tal-esportazzjoni. Minħabba li d-deċiżjoni li tingħata jew tiġi miċħuda esportazzjoni hija u għandha tibqa’ għad-diskrezzjoni ta’ kull Stat Membru, tali koperazzjoni għandha tiġi minn koordinazzjoni voluntarja tal-linji politiċi dwar l-esportazzjoni. |
(29) |
Sabiex jikkumpensaw għas-sostituzzjoni progressiva ta’ kontroll individwali ex-ante bil-kontroll ġenerali ex-post, fl-Istat Membru tal-oriġini tal-prodotti relatati mad-difiża, il-kundizzjonijiet għal fiduċja reċiproka għandhom jinħolqu fl-inklużjoni ta’ garanziji li jiżguraw li l-prodotti relatati mad-difiża ma jiġux esportati bi ksur tal-limitazzjonijiet ta’ esportazzjoni lil pajjiżi terzi. Dan il-prinċipju għandu jiġi osservat ukoll f’każijiet fejn il-prodotti relatati mad-difiża jiġu trasferiti għal bosta drabi fost l-Istati Membri qabel ma jiġu esportati lejn pajjiż terz. |
(30) |
L-Istati Membri jikkooperaw fil-qafas tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari ( 7 ), permezz tal-applikazzjoni tal-kriterji komuni kif ukoll notifika ta’ rifjut u mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni fid-dawl ta’ żieda fil-konverġenza fl-applikazzjoni tal-linji politiċi tal-esportazzjoni tagħhom ta’ prodotti relatati mad-difiża lil pajjiżi terzi. Din id-Direttiva m’għandhiex timpedixxi lill-Istati Membri milli jiddeterminaw it-termini u l-kundizzjonijiet tal-liċenzji ta’ trasferiment ta’ prodotti relatati mad-difiża, inklużi limitazzjonijiet possibbli fuq l-esportazzjoni, b’mod partikolari fejn dan ikun meħtieġ għall-iskopijiet ta’ koperazzjoni fil-qafas ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni. |
(31) |
Il-fornituri għandhom jinfurmaw lir-riċevituri b’kull limitazzjoni marbuta mal-liċenzji ta’ trasferiment sabiex jippermettu li tinbena fiduċja reċiproka fl-abbiltà tar-riċevituri li jirrispettaw limitazzjonijiet bħal dawn wara t-trasferiment, b’mod partikolari fil-każ ta’ talba għal esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. |
(32) |
Għandu jitħalla f’idejn l-impriżi biex jiddeċiedu jekk il-benefiċċji li ġejjin mill-possibbiltà li jirċievu prodotti relatati mad-difiża taħt liċenzja ġenerali tat-trasferiment jiġġustifikawx it-talba għal ċertifikazzjoni. Trasferimenti fi ħdan grupp ta’ impriżi għandhom jibbenefikaw minn liċenzja ġenerali ta’ trasferiment f’każijiet fejn il-membri tal-grupp huma ċertifikati fl-Istati Membri rispettivi fejn huma stabbiliti. |
(33) |
Il-kriterji komuni għaċ-ċertifikazzjoni huma meħtieġa sabiex jippermettu li tinbena fiduċja reċiproka, b’mod partikolari fl-abbiltà tar-riċevituri li jirrispettaw il-limitazzjonijiet ta’ esportazzjoni ta’ prodotti relatati mad-difiża li jaslu taħt liċenzja ta’ trasferiment minn Stat Membru ieħor. |
(34) |
Sabiex tiġi faċilitata l-fiduċja reċiproka, ir-riċevituri tal-prodotti relatati mad-difiża trasferiti għandhom iżommu lura milli jesportaw dawk il-prodotti fejn il-liċenzji ta’ trasferiment ikun fihom limitazzjonijiet tal-esportazzjoni. |
(35) |
L-impriżi għandhom jiddikjaraw lill-awtoritajiet kompetenti, fil-ħin tat-talba ta’ liċenzja ta’ esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, jekk ikunux osservaw kull limitazzjoni tal-esportazzjoni mehmuża mat-trasferiment ta’ prodotti relatati mad-difiża mill-Istat Membru li ħareġ dik il-liċenzja ta’ trasferiment. F’dan il-kuntest, tajjeb li wieħed jiftakar li l-mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni bejn l-Istati Membri, kif previst fil-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK, huwa ta’ relevanza partikolari. |
(36) |
L-impriżi għandhom ifornu evidenza tal-liċenzji ta’ esportazzjoni fil-fruntiera esterna komuni tal-Komunità lill-awtorità doganali kompetenti fil-mument ta’ esportazzjoni lil pajjiż terz ta’ prodott relatat mad-difiża taħt liċenzja ta’ trasferiment. |
(37) |
Il-lista ta’ prodotti relatati mad-difiża stabbilita fl-Anness għandha tiġi aġġornata f’konformità stretta mal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea. |
(38) |
Huwa meħtieġ biex tinbena fiduċja reċiproka u fiduċja progressiva li l-Istati Membri jiddeterminaw miżuri effettivi, inklużi penali, li jiżguraw b’mod suffiċjenti l-infurzar tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva u b’mod partikolari dawk li jipprevedu biex l-impriżi jirrispettaw il-kriterji komuni għaċ-ċertifikazzjoni u l-limitazzjonijiet għal użu ulterjuri ta’ prodotti relatati mad-difiża wara trasferiment. |
(39) |
F’każijiet fejn Stat Membru tal-oriġini ikollu dubju raġjonevoli jekk riċevitur ta’ ċertifikazzjoni huwiex ser jirrispetta kull kundizzjoni mehmuża mal-liċenzja ta’ trasferiment ġenerali jew jekk Stat Membru li jagħti l-liċenzja jikkunsidra li l-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika jew l-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu ikunu jistgħu jiġu effettwati, dan għandu mhux biss jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, imma jkun kapaċi wkoll jissospendi proviżorjament l-effetti ta’ kwalunkwe liċenzja ta’ trasferiment fir-rigward ta’ dak ir-riċevitur, wara li jkun qies ir-responsabbiltà għall-preservazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà. |
(40) |
Biex titħeġġeġ fiduċja reċiproka, l-applikazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi adottati biex tiġi żgurata konformità ma’ din id-direttiva għandhom jiġu diferiti. Dan jippermetti, qabel l-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, li jiġi evalwat il-progress magħmul fuq il-bażi ta’ rapport preparat mill-Kummissjoni li huwa bbażat fuq l-informazzjoni ppreżentata mill-Istati Membri fuq il-miżuri meħuda. |
(41) |
Il-Kummissjoni għandha tippubblika regolarment rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva li jista’ jkun akkumpanjat minn proposti leġiżlattivi, fejn xieraq. |
(42) |
Din id-Direttiva ma taffettwax l-eżistenza jew it-twettiq ta’ unjonijiet reġjonali bejn il-Belġju u l-Lussemburgu, jew bejn il-Belġju, il-Lussemburgu u l-Olanda kif previst fl-Artikolu 306 tat-Trattat. |
(43) |
Billi l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri is-simplifikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri applikabbli għat-trasferiment intrakomunitarju ta’ prodotti relatati mad-difiża sabiex jiġi żgurat l-funzjonament korrett tas-suq intern, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri fid-dawl tad-diverġenza tal-proċeduri preżenti ta’ liċenzjar u n-natura transkonfinali tat-trasferimenti u jistgħu għalhekk jinkisbu aħjar fuq livell ta’ Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dan l-għan. |
(44) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-direttiva għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni ( 8 ). |
(45) |
B’mod partikolari l-Kummissjoni għandha tingħata setgħa temenda l-Anness. Minħabba li dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(46) |
Skond il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet ( 9 ), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess, li sa fejn ikun possibbli, juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u li jirrenduhom pubbliċi, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
SUĠĠETT, AMBITU U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
1. L-għan ta’ din id-Direttiva hu li tissimplifika r-regoli u l-proċeduri applikabbli għat-trasferiment intra-Komunitarju ta’ prodotti relatati mad-difiża sabiex tiżgura l-iffunzjonament korrett tas-suq intern.
2. Din id-Direttiva ma taffettwax id-diskrezzjoni tal-Istati Membri dwar il-linja politika tal-esportazzjoni ta’ prodotti relatati mad-difiża.
3. L-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva hija suġġetta għall-Artikoli 30 u 296 tat-Trattat.
4. Din id-Direttiva m’għandhiex teffettwa l-possibilità tal-Istati Membri li jsegwu jew jiżviluppaw ulterjorment koperazzjoni intergovernattiva, filwaqt li jaderixxu mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
Din id-Direttiva tapplika għall-prodotti relatati mad-difiża kif stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) “prodott relatat mad-difiża” tfisser kull prodott elenkat fl-Anness;
(2) “trasferiment” tfisser kull trażmissjoni jew moviment ta’ prodott relatat mad-difiża mingħand fornitur lil riċevitur fi Stat Membru ieħor;
(3) “fornitur” tfisser persuna ġuridika jew naturali stabbilita fil-Komunità li hija legalment responsabbli għat-trasferiment;
(4) “riċevitur” tfisser persuna ġuridika jew naturali stabbilita fil-Komunità li hija legalment responsabbli għar-riċeviment tat-trasferiment;
(5) “liċenzja tat-trasferiment” tfisser awtorizzazzjoni minn awtorità nazzjonali ta’ Stat Membru għall-fornituri ta’ prodotti relatati mad-difiża lil riċevitur fi Stat Membru ieħor;
(6) “liċenzja tal-esportazzjoni” tfisser awtorizzazzjoni biex prodotti relatati mad-difiża jiġu fornuti lil persuna ġuridika jew fiżika f’pajjiż terz.
(7) “mogħdija minn” tfisser it-trasport ta’ prodotti relatati mad-difiża minn Stat Membru wieħed jew aktar, apparti l-Istat Membru minn fejn jintbagħtu u l-Istat Membru li jirċievi.
KAPITOLU II
LIĊENZJI TA’ TRASFERIMENT
Artikolu 4
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. It-trasferiment ta’ prodotti relatati mad-difiża bejn l-Istati Membri għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel. Ebda awtorizzazzjoni oħra minn Stati Membri oħra ma għandha tkun meħtieġa għall-mogħdija mill-Istati Membri jew għad-dħul fit-territorju tal-Istat Membru fejn jinsab ir-riċevitur tal-prodotti relatati mad-difiża mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet neċessarji għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika jew ta’ ordni pubbliku, bħal, fost l-oħrajn, is-sigurtà tat-trasport.
2. Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw it-trasferiment ta’ prodotti relatati mad-difiża mill-obbligu ta’ awtorizzazzjoni minn qabel stabbilit fl-ewwel paragrafu meta:
(a) il-fornitur jew ir-riċevitur ikun korp governattiv jew parti mill-forzi armati;
(b) il-fornimenti isiru mill-UE, in-NATO, l-IAEA jew organizzazzjonijiet intergovernattivi oħra għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom;
(ċ) it-trasferiment ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni ta’ programm ta’ armamenti koperattiv bejn l-Istati Membri;
(d) it-trasferiment ikun marbut ma’ għajnuna umanitarja f’każ ta’ diżastru jew huwa donazzjoni f’każ ta’ emerġenza; jew
(e) it-trasferiment ikun meħtieġ għal jew wara t-tiswija, manutenzjoni, wiri jew demonstrazzjoni.
3. Fuq talba minn Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista’ temenda l-paragrafu 2 biex tinkludi każijiet meta:
(a) it-trasferiment isir taħt kundizzjonijiet li ma jaffettwawx l-ordni pubbliku jew is-sigurtà pubblika;
(b) l-obbligu ta’ awtorizzazzjoni minn qabel ikun sar inkompatibbli mal-impenji internazzjonali tal-Istati Membri sussegwenti għall-adozzjoni ta’ din id-direttiva, jew
(ċ) ikun meħtieġ għall-koperazzjoni intergovernattiva kif imsemmi fl-Artikolu 1(4).
Dawk il-miżuri mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2).
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri li jixtiequ jittrasferixxu prodotti relatati mad-difiża mit-territorju tagħhom ikunu jistgħu jużaw liċenzji ġenerali jew japplikaw għal liċenzji globali jew individwali skont l-Artikoli 5, 6 u 7.
5. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw it-tip ta’ liċenzja għal prodotti relatati mad-difiża jew kategoriji ta’ prodotti relatati mad-difiża konċernati skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu u l-Artikoli 5, 6 u 7.
6. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw it-termini u l-kundizzjonijiet kollha għal liċenzji ta’ trasferiment, inkluż kull limitazzjoni dwar l-esportazzjoni ta’ prodotti relatati mad-difiża lil persuni ġuridiċi jew naturali f’pajjiżi terzi, b’kont meħud, inter alia tar-riskji għall-preservazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà li jinħolqu bit-trasferiment. L-Istati Membri jistgħu, filwaqt li jaderixxu mal-liġi Komunitarja, jagħmlu użu mill-possibbilità li jitolbu assigurazzjonijiet tal-utent aħħari, inklużi ċertifikati tal-utent aħħari.
7. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw it-termini u l-kundizzjonijiet tal-liċenzji ta’ trasferiment għal komponenti fuq il-bażi tal-valutazzjoni tas-sensittività tat-trasferiment skont fost l-oħrajn il-kriterji li ġejjin:
(a) in-natura tal-komponenti f’relazzjoni mal-prodotti li fihom għandhom jiġu inkoporati u f’relazzjoni ma’ kull użu aħħari tal-prodotti li jista’ jagħti lok għal tħassib;
(b) is-sinifikat tal-komponenti f’relazzjoni mal-prodotti li fihom huma inkorporati.
8. Ħlief fejn l-Istati Membri jikkunsidraw li t-trasferiment ta’ komponenti huwa sensittiv, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jimponu limitazzjonijiet fuq l-esportazzjoni għal tali komponenti jekk ir-riċevitur jipprovdi dikjarazzjoni tal-użu li tiddikjara li l-komponenti soġġetti għal dik il-liċenzja ta’ trasferiment huma integrati jew għandhom jiġu integrati fil-prodotti tiegħu u għalhekk fi stadju aktar tard ma jistgħux jiġu trasferiti jew esportati ħlief għall-manutenzjoni jew tiswija.
9. L-Istati Membri jistgħu jirrevokaw, jissospendu jew jillimitaw l-użu ta’ liċenzji ta’ trasferiment li jkunu ħarġu f’kwalunkwe żmien, għal raġunijiet ta’ ħarsien tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tagħhom, jew għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà pubblika jew minħabbba nuqqas ta’ konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet mehmuża mal-liċenzja.
Artikolu 5
Liċenzji ġenerali ta’ trasferiment
1. L-Istati Membri għandhom joħorġu liċenzji ġenerali tat-trasferiment li direttament jawtorizzaw lill-fornituri stabbiliti fit-territorji rispettivi tagħhom li jissodisfaw it-termini u l-kundizzjonijiet mehmuża mal-liċenzja biex jagħmlu trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża li għandhom jiġu speċifikati fil-liċenzja għal kategorija jew kategoriji ta’ riċevituri li jinsabu fi Stat Membru ieħor.
2. Bla ħsara għall-Artikolu 4(2), liċenzji ġenerali ta’ trasferiment għandhom jiġu ppubblikati mill-inqas meta:
(a) ir-riċevitur ikun parti mill-forzi armati ta’ Stat Membru jew awtorità kuntrattwali fil-qasam tad-difiża, li jkun qed jixtri l-prodotti għall-użu esklussiv mill-forzi armati ta’ Stat Membru;
(b) ir-riċevitur ikun impriża ċertifikata skont l-Artikolu 9;
(ċ) it-trasferiment isir għall-iskop ta’ demostrazzjonijiet, evalwazzjonijiet u wirjiet;
(d) it-trasferiment isir għall-iskop ta’ manutenzjoni u tiswija, jekk ir-riċevitur ikun il-fornitur ta’ oriġini ta’ prodotti relatati mad-difiża.
3. L-Istati Membri parteċipanti fi programm ta’ koperazzjoni intergovernattiva bejn dwar l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-użu ta’ prodott relatat mad-difiża wieħed jew aktar jistgħu joħorġu liċenzja ġenerali tat-trasferiment lil Stati Membri oħra li jipparteċipaw f’dak il-programm li huma meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ dak il-programm.
4. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni qabel l-ewwel użu ta’ liċenzja ġenerali tat-trasferiment, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 6
Liċenzji globali ta’ trasferiment
1. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu li jagħtu liċenzji globali ta’ trasferiment lil fornitur individwali, fuq talba tiegħu, li tawtorizza trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża lil riċevitur fi Stat Membru ieħor jew għadd ta’ Stati Membri oħra.
2. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw f’kull liċenzja globali ta’ trasferiment il-prodotti relatati mad-difiża jew kategorija ta’ prodotti koperti bil-liċenzja globali ta’ trasferiment, ir-riċevituri awtorizzati jew kategorija ta’ riċevituri.
Liċenzja globali ta’ trasferiment għandha tingħata għal perjodu ta’ tliet snin, li tista’ tiġġedded mill-Istat Membru.
Artikolu 7
Liċenzji individwali ta’ trasferiment
L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu li jagħtu liċenzji individwali ta’ trasferiment lil fornitur individwali fuq talba tiegħu għal awtorizzazzjoni ta’ trasferiment wieħed ta’ kwantità speċifika ta’ prodotti speċifiċi relatati mad-difiża biex jiġu trażmessi fi vjeġġ wieħed jew iżjed lil riċevitur wieħed, fejn:
(a) it-talba għal liċenzja hija limitata għal trasferiment wieħed;
(b) hija meħtieġa għall-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu, jew għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku;
(ċ) hija meħtieġa għal konformità mal-obbligi u l-impenji internazzjonali tal-Istati Membri; jew
(d) Stat Membru ikollu raġunijiet serji biex jemmen li l-fornitur ma jkunx jista’ jikkonforma mat-termini u l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa biex jingħata liċenzja globali.
KAPITOLU III
INFORMAZZJONI, ĊERTIFIKAZZJONI U ESPORTAZZJONI WARA T-TRASFERIMENT
Artikolu 8
Informazzjoni li għandha tingħata mill-fornituri
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-prodotti relatati mad-difiża jinfurmaw lir-riċevituri bit-termini u l-kundizzjonijiet tal-liċenzja ta’ trasferiment, inklużi l-limitazzjonijiet, relatati mal-użu aħħari jew mal-esportazzjoni tal-prodotti relatati mad-difiża.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri jinfurmaw fi żmien raġjonevoli lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li mit-territorju tiegħu jixtiequ jitrasferixxu prodotti relatati mad-difiża bl-intenzjoni tagħhom li jużaw liċenzja ġenerali ta’ trasferiment għall-ewwel darba. L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw l-informazzjoni addizzjonali li tista’ tkun meħtieġa dwar prodotti relatati mad-difiża trasferiti skont liċenzja ġenerali.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw u jiċċekkjaw b’mod regolari li l-fornituri jżommu records dettaljati u kompluti tat-trasferimenti tagħhom, skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-Istat Membru rispettiv u għandhom jiddeterminaw ir-rekwiżiti ta’ rappurtar mehmuża mal-użu ta’ liċenzja tat-trasferiment ġenerali, globali jew individwali. Tali records għandhom jinkludu dokumenti kummerċjali li jkun fihom l-informazzjoni li ġejja:
(a) id-deskrizzjoni tal-prodott relatat mad-difiża u r-referenza tiegħu taħt l-Anness;
(b) il-kwantità u l-valur tal-prodott relatat mad-difiża;
(ċ) id-dati tat-trasferiment;
(d) l-isem u l-indirizz tal-fornituri u tar-riċevitur;
(e) fejn magħruf, l-użu aħħari u l-persuna li qed tagħmel użu aħħari tal-prodott relatat mad-difiża; u
(f) prova li l-informazzjoni dwar il-limitu ta’ esportazzjoni mehmuż ma’ liċenzja ta’ trasferiment ġiet trażmessa lir-riċevitur ta’ dawn il-prodotti relatati mad-difiża.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri jżommu r-records msemmija fil-paragrafu 3 għal perjodu mill-inqas indaqs għal dak previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali relevanti relatata mar-rekwiżiti taż-żamma ta’ records għal operaturi ekonomiċi fis-seħħ fl-Istat Membru rispettiv, u fi kwalunkwe każ għal mhux inqas minn tliet snin mill-aħħar tas-sena li fiha seħħ it-trasferiment. Meta mitluba dawn għandhom jingħataw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li mit-territorju tiegħu il-fornitur ikun trasferixxa l-prodotti relatati mad-difiża.
Artikolu 9
Ċertifikazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtoritajiet kompetenti biex jagħmlu ċ-ċertifikazzjoni tar-riċevituri stabbiliti fit-territorji rispettivi tagħhom, ta’ prodotti relatati mad-difiża skont liċenzji ppubblikati minn Stati Membri oħra skont l-Artikolu 5(2)(b).
2. Iċ-ċertifikazzjoni għandha tistabbilixxi l-affidabilità tal-impriża li tirċievi, b’mod partikolari rigward l-kapaċità tagħha li tosserva l-limitazzjonijiet tal-esportazzjoni ta’ prodotti relatati mad-difiża li jaslu taħt liċenzja ta’ trasferiment minn Stat Membru ieħor. L-affidabilità għandha tiġi evalwata skont il-kriterji li ġejjin:
(a) esperjenza provata fl-attivitajiet tad-difiża, b’kont meħud partikolarment tal-imġiba tal-impriżi mil-lat ta’ konformità ma’ restrizzjonijiet tal-esportazzjoni, kwalunkwe deċiżjonijiet tal-qorti dwar din il-kwistjoni, kwalunkwe awtorizzazzjoni għall-produzzjoni jew kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti relatati mad-difiża u r-reklutaġġ ta’ persunal maniġerjali bl-esperjenza;
(b) attività industrijali relevanti fil-prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità, b’mod partikolari kapaċità ta’ sistemi/sottosistemi ta’ integrazzjoni;
(ċ) il-ħatra ta’ uffiċjal anzjan bħala uffiċjal dedikat personalment responsabbli għat-trasferimenti u għall-esportazzjonijiet;
(d) impenn bil-miktub mill-impriża iffirmat minn uffiċjal anzjan imsemmi fil-punt (c), li l-impriża se tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tosserva u tinforza l-kundizzjonijiet speċifiċi kollha relatati mal-użu aħħari u esportazzjoni ta’ kull komponent jew prodott speċifiku li tirċievi;
(e) impenn bil-miktub mill-impriża iffirmat minn uffiċjal anzjan imsemmi fil-punt (c), li b’diliġenza xierqa, tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti b’informazzjoni dettaljata bi tweġiba għal talbiet jew mistoqsijiet rigward utenti aħħarija jew użu aħħari tal-prodotti esportati, trasferiti jew li jaslu taħt liċenzja ta’ trasferiment minn Stat Membru ieħor; u
(f) deskrizzjoni, iffirmata wkoll mill-uffiċjal anzjan imsemmi fil-punt c), tal-programm intern tal-konformità, jew is-sistema tal-immaniġġjar tat-trasferiment u tal-esportazzjoni, implimentata mill-impriża. Din id-deskrizzjoni għandha tipprovdi dettalji tar-riżorsi organizzattivi, umani u tekniċi allokati għall-immaniġġjar tat-trasferimenti u l-esportazzjonijiet, il-katina tar-responsabbiltà fl-istruttura tal-impriża, proċeduri interni ta’ verifika, s-sensibilizzazzjoni u t-taħriġ tal-persunal, arranġamenti tas-sigurtà fiżiċi u tekniċi, żamma ta’ records u traċċabbiltà tat-trasferimenti u esportazzjonijiet.
3. Iċ-ċertifikati għandu jkun fihom l-informazzjoni li ġejja:
(a) l-awtorità kompetenti li toħroġ iċ-ċertifikat;
(b) l-isem u l-indirizz tar-riċevitur;
(ċ) dikjarazzjoni tal-konformità tar-riċevitur mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 2; u
(d) id-data tal-ħruġ u l-perjodu tal-validità taċ-ċertifikat.
Il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat imsemmi fil-punt (d) fi kwalunkwe każ ma għandux jeċċedi l-ħames snin.
4. Iċ-ċertifikati jista’ jkun fihom aktar kundizzjonijiet relatati ma’ dan li ġej:
(a) il-provvediment ta’ informazzjoni meħtieġa għall-verifika tal-konformità mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 2;
(b) is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikat.
5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw il-konformità tar-riċevitur mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 mill-inqas darba kull tliet snin, u ma’ kull kundizzjoni mehmuża maċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafu 4.
6. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu kull ċertifikat maħruġ skont din id-Direttiva fi Stat Membru ieħor.
7. Jekk awtorità kompetenti ssib li d-detentur taċ-ċertifikat stabbilit fuq it-territorju tal-Istat Membru rispettiv ma għadux jissodisfa l-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 u l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4, għandha tieħu l-miżuri adatti. Miżuri tali jistgħu jinkludu r-revoka taċ-ċertifikat. L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-deċiżjoni tagħha.
8. L-Istati Membri għandhom jaġġornaw regolarment il-lista ta’ riċevituri ċertifikati u jinfurmaw lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri l-oħra b’dan.
Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku reġistru ċentrali ta’ riċevituri ċertifikati mill-Istati Membri fuq is-sit elettroniku tagħha.
Artikolu 10
Limitazzjonijiet tal-esportazzjoni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riċevituri tal-prodotti relatati mad-difiża, meta japplikaw għal liċenzja ta’ esportazzjoni, jiddikjaraw lill-awtoritajiet kompetenti, f’każijiet fejn prodotti simili jaslu taħt liċenzja ta’ trasferiment minn Stat Membru ieħor ikollhom limitazzjonijiet tal-esportazzjoni mehmuża magħhom, li t-termini ta’ dawk il-limitazzjonijiet ġew rispettati, inkluż, skont kif ikun il-każ, li huma jkunu akkwistaw il-kunsens meħtieġ mill-Istat Membru tal-Oriġini.
KAPITOLU IV
PROĊEDURI DOGANALI U KOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA
Artikolu 11
Proċeduri doganali
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jtemmu l-formalitajiet għall-esportazzjoni ta’ prodotti relatati mad-difiża fl-uffiċċju tad-dwana responsabbli għall-immaniġġjar tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni, l-esportatur għandu jforni prova li kiseb kwalunkwe awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni neċessarja.
2. Bla ħsara għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju ( 10 ), Stat Membru jista’ wkoll, għal perjodu li ma jeċċedix 30 jum tax-xogħol, jissospendi l-proċess ta’ esportazzjoni mit-territorju tiegħu, ta’ prodotti relatati mad-difiża li jaslu minn Stat Membru ieħor taħt liċenzja tat-trasferiment u inkorporati fi prodott relatat mad-difiża ieħor jew, jekk neċessarju, b’xi mezz ieħor jipprevjenihom milli jħallu l-Komunità mit-territorju tiegħu, jekk jikkunsidra li:
(a) l-informazzjoni relevanti ma ġietx ikkunsidrata meta ngħatat il-liċenzja ta’ esportazzjoni; jew
(b) iċ-ċirkustanzi tbiddlu materjalment minn meta ngħatat il-liċenzja ta’ esportazzjoni.
3. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-formalitajiet doganali għall-esportazzjoni ta’ prodotti relatati mad-difiża jistgħu jsiru biss f’ċerti uffiċċji doganali.
4. L-Istati Membri li jagħmlu użu mill-għażla stabbilita fil-paragrafu 3 għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-uffiċċji tad-dwana rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tippubblika din l-informazzjoni fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 12
L-iskambju tal-informazzjoni
B’koperazzjoni mal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex jistabbilixxu koperazzjoni diretta u jiskambjaw l-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tagħhom.
KAPITOLU V
AĠĠORNAR TAL-LISTA TA’ PRODOTTI RELATATI MAD-DIFIŻA
Artikolu 13
L-Adattament tal-Anness
1. Il-Kummissjoni għandha taġġorna l-lista ta’ prodotti relatati mad-difiża stabbilita fl-Anness, biex din tkun tikkorrispondi b’mod strett mal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea.
2. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2).
Artikolu 14
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 15
Miżuri ta’ salvagwardja
1. Jekk Stat Membru li joħroġ il-liċenzji jikkunsidra li hemm riskju serju li riċevitur ċertifikat skont l-Artikolu 9 fi Stat Membru ieħor mhux ser jaderixxi mal-kundizzjoni mehmuża ma’ liċenzja ġenerali tat-trasferiment, jew jekk Stat Membru jqis li l-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika jew l-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu jistgħu jiġu effettwati, għandu jinforma lil dak l-Istat Membru l-ieħor u jitlob verifika tas-sitwazzjoni.
2. Jekk id-dubji msemmija fil-paragrafu 1 ikomplu jippersistu, l-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja jista’ proviżorjament jissospendi l-effett tal-liċenzja ġenerali ta’ trasferiment tiegħu fir-rigward ta’ riċevituri bħal dawn. Għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet għal dik il-miżura ta’ salvagwardja. L-Istat Membru li addotta dik il-miżura jista’ jiddeċiedi li jneħħi l-miżura ta’ salvagwardja jekk jikkunsidra li ma għadhiex ġustifikata.
Artikolu 16
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet addottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, b’mod partikulari fil-każ li tiġi pprovduta informazzjoni falza jew mhux kompluta meħtieġa skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 10 rigward ir-rispett tal-limitazzjonijiet tal-esportazzjoni marbuta ma’ liċenzja tat-trasferiment. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn ir-regoli jiġu implimentati. Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi
Artikolu 17
Reviżjoni u rappurtar
1. Sat-30 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni għandha tirrapporta l-miżuri meħuda mill-Istati Membri bil-ħsieb li tiġi trasposta din id-Direttiva, u b’mod partikolari l-Artikoli 9-12, 15 tagħha.
2. Sat-30 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u tippreżenta rapport dwar dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Hi għandha tevalwa b’mod partikulari jekk ikunux inkisbu, u sa liema punt, l-objettivi ta’ din id-Direttiva rigward, fost l-oħrajn, il-funzjonament tas-suq intern. Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni tal-Artikoli 9 sa 12 u l-Artikolu 15 ta’ din id-Direttiva, u għandha tevalwa l-impatt tagħha fuq l-iżvilupp ta’ suq Ewropew tat-tagħmir tad-difiża u bażi teknoloġika u industrijali tad-difiża Ewropea, b’kont meħud, inter alia, tal-qagħda tal-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju. Jekk ikun meħtieġ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva.
Artikolu 18
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ ġunju 2011, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex tintlaħaq konformità ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri.
Għandhom japplikaw dawk il-miżuri mit-30 ta’ Ġunju 2012.
Meta l-Istati Membri jaddottaw dawk il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif għandha ssir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 19
Id-dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 20
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
LISTA TA' PRODOTTI RELATATI MAD-DIFIŻA
Nota 1: Termini fil-“virgoletti” huma termini definiti. Irreferi għal “Definizzjonijiet tat-Termini” annessi ma' din il-Lista.
Nota 2: F'xi każijiet il-kimiki huma elenkati bl-isem u n-numru CAS. Il-lista tapplika għal kimiki tal-istess formula strutturali (inklużi l-idrati) irrispettivament mill-isem jew min-numru CAS. In-numri CAS huma murija sabiex jassistu fl-identifikazzjoni ta' kimika jew taħlita partikolari, irrispettivament min-nomenklatura. In-numri CAS ma jistgħux jintużaw bħala identifikaturi uniċi minħabba li xi forom tal-kimika elenkata għandhom numri CAS differenti, u taħlitiet li jkollhom kimika elenkata jista' jkollhom ukoll numri CAS differenti.
ML1Armi b'kanna lixxa b'kalibru ta' inqas minn 20 mm, armamenti oħra u armi awtomatiċi b'kalibru ta' 12,7 mm (kalibru 0,50 pulzier) jew inqas u aċċessorji, kif ġej, u komponenti maħsuba apposta għalihom:
a. Rajfils, karabini, rivolvers, pistoli, pistoli li jaħdmu bħal maxin gans u maxin gans;
Nota: ML1.a. ma japplikax għal dan li ġej:
a. Azzarini, rajfils u karabini manifatturati qabel l-1938;
b. Riproduzzjonijiet ta' azzarini, rajfils u karabini li l-oriġinali tagħhom kienu manifatturati qabel l-1890;
c. Rivolvers, pistoli u maxin gans manifatturati qabel l-1890, u r-riproduzzjonijiet tagħhom;
b. Armi b'kanna lixxa, kif ġej:
1. Armi b'kanna lixxa mfassla apposta għall-użu militari;
2. Armi b'kanna lixxa oħrajn kif ġej:
a. Armi tat-tip awtomatiku;
b. Armi tat-tip semi-awtomatiku jew b'azzjoni-pompa;
c. Armi li jużaw munizzjon bla qoxra (caseless ammunition);
d. Silenzjaturi, muntaturi speċjali tal-ixkubetti, klips, weapons sights u suppressuri tal-flaxx għal armamenti speċifikati minn ML1.a., ML1.b. or ML1.c.
Nota 1: ML1 ma japplikax għal armi b'kanna lixxa użati għal finijiet ta' kaċċa jew sports. Dawn l-armi ma jridux ikunu mfassla apposta għall-użu militari jew tat-tip ta' sparar kompletament awtomatiku.
Nota 2: ML1 ma japplikax għal armamenti tan-nar maħsuba apposta għal munizzjon inerti ta' istruzzjoni u li mhumiex kapaċi jisparaw kwalunkwe munizzjon speċifikat minn ML3.
Nota 3: ML1 ma japplikax għal armi li jużaw munizzjon tan-nar fil-qoxra mhux taċ-ċentru u li mhumiex tat-tip ta' sparar kompletament awtomatiku.
Nota 4: ML1.d. ma japplikax għal weapon sights ottiċi mingħajr ipproċessar tal-immaġni elettroniku, b'manjetizzazzjoni ta' 4 darbiet jew inqas, dment li mhumiex maħsuba jew modifikati apposta għall-użu militari.
ML2Armi b'kanna lixxa b'kalibru ta' inqas minn 20 mm jew aktar, armi jew armament oħra b'kalibru akbar minn 12,7 mm(0,50 pulzier), projetturi u aċċessorji, kif ġej, u komponenti maħsuba apposta għalihom:
a. Xkubetti, ħowitzers, kanuni, murtali, armi anti-tank, lanċaturi projettili, teffieħa militari tal-fjamma, rajfils, rajfils mingħajr recoil, armi b'kanna lixxa u apparati għat-tnaqqis tal-vampa għalihom;
Nota 1: ML2.a. jinkludi injetturi, apparati tal-metering, tankijiet tal-ħażna u komponenti oħra maħsuba apposta għall-użu b'ċarġis likwidi tal-imbuttar 'il quddiem għal kwalunkwe mit-tagħmir speċifikat minn ML2.a.
Nota 2: ML2.a. ma japplikax għal armi kif ġej:
1. Azzarini, rajfils u karabini manifatturati qabel l-1938;
2. Riproduzzjonijiet ta' azzarini, rajfils u karabini li l-oriġinali tagħhom kienu manifatturati qabel l-1890.
Nota 3: ML2.a. ma japplikax għal lanċaturi ta' projettili speċjalment mibnija biex jitfgħu projettili marbuta mingħajr karga qawwija jew kollegament ta' komunikazzjoni, fuq distanza ta' inqas minn jew ekwivalenti għal 500 m.
b. Duħħan, gass u projetturi jew ġeneraturi pirotekniċi, imfassla jew immodifikati apposta għall-użu militari;
Nota: ML2.b. ma japplikax għal pistoli tas-sinjal.
c. Weapons sights.
d. Muntaturi mfassla apposta għall-armi speċifikati fi ML2.a
ML3Munizzjon u apparati tal-issettjar tal-fjus, kif ġej, u komponenti maħsuba apposta għalihom:
a. Munizzjon għall-armi speċifikati minn ML1, ML2 jew ML12;
b. Apparati tal-issettjar tal-fjus maħsuba apposta għal munizzjon speċifikati minn ML3.a.
Nota 1: Komponenti maħsuba apposta speċifikati minn ML3 jinkludu:
a. Fabbrikazzjonijiet tal-metall jew tal-plastik bħal inkwini tal-kapsa, cups tal-bullits, links tal-kartriġis, bands li jduru u partijiet tal-metall tal-munizzjoni;
b. Apparati tas-safing u l-armar, fużijiet, sensuri u appart ta' inizjazzjoni;
c. Provvisti tal-enerġija b'output operattiv ta' darba waħda għoli;
d. Każijiet kombustibbli għaċ-ċarġis;
e. Submunizzjonijiet inklużi bomblets, minelets u proġetturi ggwidati terminalment.
Nota 2: ML3.a. ma japplikax għal munizzjon mitnija mingħajr projettur (blankstar) munizzjon inerti ta' istruzzjoni b'pierced powder chamber.
Nota 3: ML3.a ma japplikax għal kartriġis maħsuba apposta għal kwalunkwe wieħed mill-finijiet li ġejjin:
a. Sinjalar;
b. Tbeżżiegħ tal-għasafar; jew
c. Xegħla ta' flares tal-gass f'bjar taż-żejt.
ML4Bombi, torpidows, rokits, missili, apparati u ċarġis splussivi oħra u tagħmir u aċċessorji relatati, kif ġej, u komponenti maħsuba apposta għalihom:
N.B.1: Għal tagħmir ta' gwida u ta' nagivazzjoni, ara ML11.
N.B.2: Għal Sistemi ta' Protezzjoni tal-Missili tal-Ajruplani (AMPS), ara ML4.c.
a. Bombi, torpidows, granati, kanisters tad-duħħan, rokits, mini, missili, ċarġis tal-fond, ċarġis tad-dimolizzjoni, apparati tad-dimolizzjoni, kits tad-dimolizzjoni, apparati “pirotekniċi”, kartriġis u simulaturi (jiġifieri, tagħmir li jimita l-karatteristiċi ta' kwalunkwe wieħed minn dawn l-oġġetti), maħsub apposta għal użu militari;
Nota: ML4.a. jinkludi:
a. Grenadi tad-duħħan, bombi tan-nar, bombi inċendjarji u apparati splussivi;
b. Nozzles tar-rokits tal-missili u nosetips ta' vettura ta' dħul mill-ġdid.
b. Tagħmir li għandu dan kollu li ġej:
1. Imfassla apposta għall-użu militari; u
2. Maħsub apposta għall-ġestjoni, il-kontroll, l-attivazzjoni, il-motorizzazzjoni b'output operattiv ta' darba waħda, it-tnedija, il-pożizzjonament, il-ġbid, id-diżinneskament, l-ingann, l-imblukkar, id-detonazzjoni, it-tfixkil, l-użu jew is-sejbien ta' kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
a. Oġġetti speċifikati minn ML4.a; jew
b. Strumenti Splussivi Improvizzati (IEDs).
Nota 1: ML4.b. jinkludi:
a. Tagħmir ta' likwifikazzjoni tal-gass mobbli li kapaċi jipproduċi 1 000 kg jew aktar ta' gass kull jum f'forma likwida;
b. Kejbil ta' konduzzjoni elettriku li jżomm fil-wiċċ adatt għall-ġbid ta' mini manjetiċi.
Nota 2: ML4.b. ma japplikax għal apparti li jinżammu fl-idejn, illimitati mid-disinn unikament għad-detezzjoni ta' oġġetti tal-metall u li mhumiex kapaċi jiddisingwu bejn mini u oġġetti tal-metall oħrajn.
c. Sistemi ta' Protezzjoni tal-Missili tal-Ajruplani (AMPS).
Nota: ML4.c. ma japplikax għal AMPS li għandhom dan kollu li ġej:
a. Kwalunkwe wieħed mis-sensuri tal-avviż tal-missili:
1. Sensuri passivi li jkollhom bl-ogħla rispons bejn 100-400 nm; jew
2. Sensuri tal-avviż tal-missili Doppler bl-impuls attivi;
b. Sistemi li joħorġu l-kontromiżuri;
c. Flares, li juru kemm firma viżibbli kif ukoll firma infrared, biex jiddisturbaw missili mill-wiċċ għas-sema; u
d. Installat fuq “ajruplan ċivili” u li għandu dan kollu li ġej:
1. L-AMPS huma operabbli biss f'“ajruplan ċivili” speċifiku li fih ikunu installati l-AMPS speċifiċi u li għalih inħareġ kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
a. Ċertifikat tat-Tip ċivili; jew
b. Dokument ekwivalenti rikonoxxut mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO);
2. L-AMPS jużaw protezzjoni biex jipprevjenu aċċess mhux awtorizzat għal “software”; u
3. L-AMPS jinkorporaw mekkaniżmu attiv li jġiegħel lis-sistema ma tiffunzjonax meta hu jitneħħa mill-“ajruplan ċivili” li fih ikun ġie installat.
ML5Il-kontroll tan-nar, u tagħmir ta' allert u avviż relatat, u sistemi relatati, tagħmir ta' ittestjar u allinjament u kontramiżura, kif ġej, maħsub apposta għall-użu militari, u komponenti u aċċessorji maħsuba apposta għalihom:
a. Apparat ta' mira, kompjuters għall-ibbumbardjar, tagħmir ta' puntament u sistemi għall-kontroll tal-armi;
b. Sistemi ta' akkwist, desinjazzjoni, telemetrija, sorveljanza jew insegwiment tal-bersall; tagħmir ta' kxif, ta' fużjoni tad-data, ta' rikonoxximent jew ta' identifikazzjoni; u tagħmir għall-integrazzjoni tas-sensur;
c. Tagħmir ta' kontramiżura għall-oġġetti speċifikati minn ML5.a. jew ML5.b.;
Nota: Għall-għanijiet ta' ML5.c., it-tagħmir ta' kontromiżura jinkludi t-tagħmir għall-iżvelar.
d. Tagħmir ta' test fuq il-post jew ta' allinjament, maħsub apposta għall-oġġetti speċifikati minn ML5.a., ML5.b. jew ML5.c.
ML6Vetturi tal-art u komponenti, kif ġej:
N.B. Għal tagħmir ta' gwida u ta' nagivazzjoni, ara ML11.
a. Vetturi tal-art u l-komponenti tagħhom, imfassla jew modifikati apposta għall-użu militari;
Nota Teknika
Għall-finijiet ta' ML6.a. it-terminu vetturi tal-art jinkludi t-trejlers.
b. Il-vetturi kollha bil-wheel drive li tajbin għal użu off-road li ġew manifatturati jew mgħammra b'materjali sabiex jipprovdu protezzjoni ballistika sal-livell III (NIJ 0108.01, Settembru 1985, jew standard nazzjonali komparabbli) jew aħjar.
N.B. Ara wkoll ML13.a
Nota 1: ML6.a. jinkludi:
a. Tankijiet u vetturi armati militari oħra u vetturi militari mgħammra b'muntaturi għall-armamenti jew it-tagħmir għat-tqegħid ta' mini jew it-tnedija ta' munizzjon speċifikati minn ML4;
b. Vetturi blindati;
c. Vetturi amfibi u vetturi tajbin għal ġo l-ilma;
d. Vetturi tal-irkupru jew vetturi għall-irmunkar jew għat-trasportazzjoni ta' munizzjon jew sistemi ta' armi u tagħmir assoċjat ta' maniġġar tat-tagħbija.
Nota 2: Modifika ta' vettura tal-art għall-użu militari speċifikat minn ML6.a. teħtieġ bidla strutturali, elettrika jew mekkanika li tkun tinvolvi komponent wieħed jew aktar maħsuba apposta għal użu militari. Tali komponenti jinkludu:
a. Koperturi ta' tajers pnewmatiċi ta' għamla mfassla apposta biex ikunu tajbin kontra l-bullits jew biex jimxu meta mniżżla;
b. Protezzjoni blindata ta' partijiet vitali, (pereżempju, it-tankijiet tal-karburant jew il-kabini tal-vetturi);
c. Rinforzi jew muntaturi speċjali għall-armi;
d. Dawl tal-black-out.
Nota 3: ML6 ma jikkontrollax karozzi ċivili, jew trakkijiet imfassla jew modifikati għat-trasportazzjoni ta' flus jew affarijiet prezzjużi, bi protezzjoni blindata jew ballistika.
ML7Aġenti tossiċi kimiċi jew bijoloġiċi, “aġenti ta' kontroll ta' rvellijiet”, materjali radjuattivi, tagħmir, komponenti u materjali relatati, kif ġej:
a. Aġenti bijoloġiċi jew materjali radjuattivi “adattati għall-użu fil-gwerra” sabiex jipproduċu feriti/mewt fi bnedmin jew annimali, jiddegradaw it-tagħmir jew jagħmlu ħsara lill-uċuh tar-raba' jew l-ambjent;
b. Aġenti kimiċi tal-gwerra (CW) inklużi:
1. Aġenti nervini tas-CW:
a. O-Alkil (daqs jew inqas minn C10, inkluż ċikloalkil) alkil (Metil, Etil, n-Propil jew Isopropil) - fosfonofluworidati, bħal:
Sarin (GB):O-Isopropil metilfosfonofluworidat (CAS 107-44-8); u
Soman (GD):O-Pinasolil metilfosfonofloworidat (CAS 96-64-0);
b. O-Alkil (daqs jew inqas minn C10, inkluż ċikloalkil) N,N-dijalkil (Metil, Etil, n-Propil jew Isopropil) fosforamidosanidati bħal:
Tabun (GA):O-Etil N,N-dimetilfosforamidosanidat (CAS 77-81-6);
c. O-Alkil (H jew daqs jew inqas minn C10, inkluż ċikloalkil) S-2-dijalkil (Metil, Etil, n-Propil jew Isopropil)-amminuetil alkil (Metil, Etil, n-Propil or Isopropil) fosfonotiolati u mluħa alkilati u protonati korrispondenti, bħal:
VX: O-Etil S-2-diisopropilamminuetil metil fosfonotiolat (CAS 50782-69-9);
2. Aġenti viżikanti tas-CW:
a. Mustardi tas-sulfat, bħal:
1. 2-Kloroetilklorometilsulfid (CAS 2625-76-5);
2. Bis(2-kloroetil) sulfid (CAS 505-60-2);
3. Bis(2-kloroetiltjo) metan (CAS 63869-13-6);
4. 1,2-bis (2-kloroetiltjo) etan (CAS 3563-36-8);
5. 1,3-bis (2-kloroetiltjo) -n-propan (CAS 63905-10-2);
6. 1,4-bis (2-kloroetiltjo) -n-butan (CAS 142868-93-7);
7. 1,5-bis (2-kloroetiltjo) -n-pentan (CAS 142868-94-8);
8. Bis (2-kloroetiltjometil) eter (CAS 63918-90-1);
9. Bis (2-kloroetiltjoetil) eter (CAS 63918-89-8);
b. Lewisiti, bħal:
1. 2-klorovinildikloroarsin (CAS 541-25-3);
2. Tris (2-klorovinil) arsin (CAS 40334-70-1);
3. Bis (2-klorovinil) kloroarsin (CAS 40334-69-8);
c. Mustardi tas-sulfat, bħal:
1. HN1: bis (2-kloroetil) etilammina (CAS 538-07-8);
2. HN2: bis (2-kloroetil) metilammina (CAS 51-75-2);
3. HN3: tris (2-kloroetil) ammina (CAS 555-77-1);
3. Aġenti inkapaċitanti tas-CW, bħal:
a. 3-Quinuclidinyl benzilat (BZ) (CAS 6581-06-2);
4. Defoljanti tas-CW, bħal:
a. Butil 2-kloro-4-fluworofenoksijaċetat (LNF);
b. 2,4,5-trichlorophenoxyacetic acid (CAS 93-76-5) imħallat ma' 2,4-dichlorophenoxyacetic acid (CAS 94-75-7) (Agent Orange (CAS 39277-47-9));
c. Prekursuri binarji u prekursuri prinċipali tas-CW, kif ġej:
1. Alkil (Difluworidi tal-Fosfonil tal-Metil, Etil, n-Propil jew Isopropil), bħal:
DF: Fosfonildifluworid tal-Metil (CAS 676-99-3);
2. O-Alkil (H jew daqs jew inqas minn C10, inkluż ċikloalkil) O-2-dijalkil (Metil, Etil, n-Propil jew Isopropil) amminuetil alkil (Metil, Etil, n-Propil jew Isopropil) fosfoniti u mlieħ alkilati u protonati korrispondenti, bħal:
QL: O-Etil-2-di-isopropilamminuetil metilfosfonit (CAS 57856-11-8);
3. Klorosarin: O-Isopropil metilfosfonokloridat (CAS 1445-76-7);
4. Klorosoman: O-Pinasolil metilfosfonokloridat (CAS 7040-57-5);
d. “Aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet”, kimiki kostitwenti attivi u taħlitiet tagħhom, inklużi:
1. α-Bromobenzeneaċetonitril, (Bromobenzil cyanide) (CA) (CAS 5798-79-8);
2. [(2-klorofenil) methilin] propanedinitril, (o-Klorobenzilidenemalononitril (CS) (CAS 2698-41-1);
3. 2-Kloro-1-feniletanon, Fenilaċil klorid (ω-kloroaċetofenon) (CN) (CAS 532-27-4);
4. Dibenz-(b,f)-1,4-oxazefin, (CR) (CAS 257-07-8);
5. 10-Kloro-5,10-diħidrofenarsazin, (Fenarsazin klorid), (Adamsit), (DM) (CAS 578-94-9);
6. N-Nonanoilmorfolin, (MPA) (CAS 5299-64-9);
Nota 1: ML7.d ma japplikax għal “aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet” ippakkjati b'mod individwali għal finijiet ta' difiża personali.
Nota 2: ML7.d. ma japplikax għal kimiki kostitwenti attivi, u taħlitiet tagħhom, identifikati u ppakkjati għall-produzzjoni tal-ikel jew finijiet mediċi.
e. Tagħmir maħsub jew modifikat apposta għall-użu militari, maħsub jew modifikat għad-disseminazzjoni ta' kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin, u komponenti maħsuba apposta għalihom:
1. Materjali jew aġenti speċifikati minn ML7.a., ML7.b. jew ML 7d.; jew
2. Aġenti CW magħmula minn prekursuri speċifikati minn ML7.c.
f. Tagħmir protettiv u ta' dekontaminazzjoni, maħsuba jew modifikati apposta għal użu militari, komponenti u taħlitiet ta' kimiki kif ġej:
1. Tagħmir, maħsub jew modifikat għad-difiża kontra materjali speċifikati minn ML7.a., ML7.b. jew ML7.d., u komponenti maħsuba apposta għal dan;
2. Tagħmir, maħsub jew modifikat għad-dekontaminazzjoni ta' oġġetti kkontaminati b'materjali speċifikati minn ML7.a. jew ML7.b. u komponenti maħsuba apposta għal dan;
3. Taħlitiet kimiċi żviluppati jew ifformulati apposta għad-dekontaminazzjoni ta' oġġetti kontaminati minn materjali speċifikati minn ML7.a. jew ML7.b.;
Nota: ML7.f.1. jinkludi:
a. Unitajiet ta' kondizzjonament tal-arja mfassla jew immodifikati għal filtrazzjoni nukleari, bijoloġika jew kimika;
b. Ħwejjeġ protettivi.
N.B. Għal maskli tal-gass ċivili, tagħmir protettiv u ta' dekontaminazzjoni, ara wkoll l-iskrizzjoni 1A004 fuq il-Lista ta' Użu Doppju tal-UE.
g. Tagħmir maħsub jew modifikat apposta għall-użu militari, maħsub jew modifikat għall-kxif jew l-identifikazzjoni ta' materjali speċifikati minn ML7.a., ML7.b. jew ML7.d., u komponenti maħsuba apposta għal dan;
Nota: ML7.g. ma japplikax għal dożimetri personali għall-monitoraġġ ta' radjazzjoni.
N.B . Ara wkoll l-iskrizzjoni 1A004 fuq il-Lista ta' Użu Doppju tal-UE.
h. “Bijopolimers” maħsuba jew ipproċessati apposta għall-kxif jew l-identifikazzjoni ta' aġenti tas-CW speċifikati minn ML7.b., u l-kulturi ta' ċelluli speċifiċi użati biex dawn jiġu prodotti;
i. “Biokatalisti” għad-dekontaminazzjoni jew id-degradazzjoni ta' aġenti tas-CW, u s-sistemi bijoloġiċi tagħhom, kif ġej:
1. “Bijokatalisti” maħsuba apposta għad-dekontaminazzjoni jew id-degradazzjoni ta' aġenti tas-CW speċifikati minn ML7.b. li jirriżultaw mis-selezzjoni laboratorja diretta jew il-manipulazzjoni ġenetika ta' sistemi bijoloġiċi;
2. Sistemi bijoloġiċi kif ġej: “vektors ta' espressjoni”, vajrusis jew kulturi ta' ċelluli li fihom l-informazzjoni ġenetika speċifika għall-produzzjoni ta' “bijokatalisti” speċifikati minn ML7.i.1.;
Nota 1: ML7.b. u ML7.d. ma japplikawx għal dan li ġej:
a. Klorur ċjanoġenu (CAS 506-77-4). Ara 1C450.a.5. fuq il-Lista ta' Użu Doppju tal-UE;
b. Aċidu Idroċijaniku (CAS 74-90-8);
c. Klorin (CAS 7782-50-5);
d. Klorur karbonil(fosġenu) (CAS 75-44-5). Ara 1C450.a.4. fuq il-Lista ta' Użu Doppju tal-UE;
e. Diposġin (triklorometil-kloroformat) (CAS 503-38-8);
f. Ma jintużax mill-2004;
g. Bromur xilil, orto: (CAS 89-92-9), meta: (CAS 620-13-3), para: (CAS 104-81-4);
h. Benżil bromur(CAS 100-39-0);
i. Benżil jodur (CAS 620-05-3);
j. Aċetun bromo (CAS 598-31-2);
k. Bromur ċjanoġenu (CAS 506-68-3);
l. Metiletilketon bromo(CAS 816-40-0);
m. Aċetun kloro (CAS 78-95-5);
n. Jodoaċetat etil (CAS 623-48-3);
o. Aċetun jodo (CAS 3019-04-3);
p. Kloropiċrin (CAS 76-06-2). Ara 1C450.a.7. fuq il-Lista ta' Użu Doppju tal-UE.
Nota 2: Il-kulturi taċ-ċelluli u s-sistemi bijoloġiċi speċifikati minn ML7.h. u ML7.i.2. huma esklussivi u dawn is-sub-punti ma japplikawx għal ċelluli jew sistemi bijoloġiċi għal finijiet ċivili, bħal dawk agrikoli, farmaċewtiċi, mediċinali, veterinarji, ambjentali, ġestjoni tal-iskart, jew fl-industrija tal-ikel.
ML8“Materjali enerġetiċi”, u sustanzi relatati, kif ġej:
N.B.1. Ara wkoll 1C011 fuq il-Lista ta' Użu Doppju tal-UE.
N.B.2. Għal ċarġis u tagħmir, ara ML4 u 1A008 dwar il-Lista ta' Użu Doppju tal-UE.
Noti Tekniċi
1. Għall-finijiet ta' ML8, taħlita tirreferi għal kompożizzjoni ta' żewġ sustanzi jew aktar b'minn tal-inqas sustanza waħda elenkata fis-sub-punti ML8.
2. Kwalunkwe sustanza elenkata fis-subpunti ta' ML8 hija soġġetta għal din il-lista, anki meta użata f'applikazzjoni minbarra dik indikata. (pereżempju, TAGN hija fil-biċċa l-kbira użata bħala splussiv iżda tista' tintuża wkoll bħala karburant jew bħala ossidizzant.)
a. “Splussivi”, kif ġej, u taħlitiet tagħhom:
1. ADNBF (amminudinitrubenżofuroksan jew 7-amminu-4,6-dinitrubenżofurażan-1-ossidu) (CAS 97096-78-1);
2. BNCP (ċis-bis (5-nitrutetrażolatu) tetra ammina-kobalt (III) perklorat) (CAS 117412-28-9);
3. CL-14 (dijamminu dinitrubenżofuroksan jew 5,7-dijamminu-4,6-dinitrubenżofurażan-1-ossidu) (CAS 117907-74-1);
4. CL-20 (HNIW jew Eżanitrueżaażajsowurtżitan) (CAS 135285-90-4); klatrati ta' CL-20 (ara wkoll ML8.g.3. u g.4. għall-“prekursuri” tiegħu);
5. CP (2-(5-ċjanotetrażolatu) penta ammina-kobalt (III) perklorat) (CAS 70247-32-4);
6. DADE (1,1-diamino-2,2-dinitroethylene, FOX7) (CAS 145250-81-3);
7. DATB (dijamminutrinitrubenżin) (CAS 1630-08-6);
8. DDFP (1,4-dinitrudifurażanopiperażin);
9. DDPO (2,6-dijamminu-3,5-dinitrupirażin-1-ossidu, PZO) (CAS 194486-77-6);
10. DIPAM (3,3'-dijamminu-2,2',4,4',6,6'-eżanitrubifenil jew dipikrammida) (CAS 17215-44-0);
11. DNGU (DINGU jew dinitruglikoluril) (CAS 55510-04-8);
12. Furażani, kif ġej:
a. DAAOF (dijamminuażoksifurażan);
b. DAAzF (dijamminuażofurażan) (CAS 78644-90-3);
13. HMX u derivativi (ara wkoll ML8.g.5. għall-“prekursuri” tiegħu), kif ġej:
a. HMX (Ċiklotetrametilintetranitrammina, oktaidru-1,3,5,7-tetranitru-1,3,5,7-tetrazin, 1,3,5,7-tetranitru-1,3,5,7-tetraża-ċiklooktan, oktoġin jew oktoġen) (CAS 2691-41-0);
b. analoġi difluworoamminati ta' HMX;
c. K-55 (2,4,6,8-tetranitru-2,4,6,8-tetraażabiċiklu [3,3,0]-oktanon-3, tetranitrusemiglikuril jew keto-biċikliku HMX) (CAS 130256-72-3);
14. HNAD (eżanitruadamantan) (CAS 143850-71-9);
15. HNS (eżanitrustilbin) (CAS 20062-22-0);
16. Imidażoli kif ġej:
a. BNNII (Oktaidru-2,5-bis(nitruimminu)imidażo [4,5-d]imidażol);
b. DNI (2,4-dinitruimidażol) (CAS 5213-49-0);
c. FDIA (1-fluworo-2,4-dinitruimidażol);
d. NTDNIA (N-(2-nitrutrijażolu)-2,4-dinitruimidażol);
e. PTIA (1-pikril-2,4,5-trinitruimidażol);
17. NTNMH (1-(2-nitrutrijażolu)-2-dinitrumetilin idrażin);
18. NTO (ONTA jew 3-nitru-1,2,4-trijażol-5-wieħed) (CAS 932-64-9);
19. Polinitruikubani b'aktar minn erba' gruppi ta' nitru;
20. PYX (2,6-Bis(pikrilamminu)-3,5-dinitrupiridin) (CAS 38082-89-2);
21. RDX u derivativi, kif ġej:
a. RDX (ċiklotrimetilinetrinitrammina, ċiklonit, T4, eżaidru-1,3,5-trinitru-1,3,5-trijazin, 1,3,5-trinitru-1,3,5-trijaża-ċikloeżasan, eżoġenu or eżoġin) (CAS 121-82-4);
b. Keto-RDX (K-6 jew 2,4,6-trinitru-2,4,6-trijażaċikloeżanon) (CAS 115029-35-1);
22. TAGN (trijamminugwanidinenitrat) (CAS 4000-16-2);
23. TATB (trijamminutrinitrubenżin) (CAS 3058-38-6) (ara wkoll ML8.g.7 għall-“prekursuri” tiegħu);
24. TEDDZ (3,3,7,7-tetrabis(difluworoammina) oktaidru-1,5-dinitru-1,5-dijażoċin);
25. Tetrażoli, kif ġej:
a. NTAT (nitrutrijażol amminutetrażol);
b. NTNT (1-N-(2-nitrutrijażolu)-4-nitrutetrażol);
26. Tetril (trinitrufenilmetilnitrammina) (CAS 479-45-8);
27. TNAD (1,4,5,8-tetranitru-1,4,5,8-tetraażadekalin) (CAS 135877-16-6) (ara wkoll ML8.g.6. għall-“prekursuri” tiegħu);
28. TNAZ (1,3,3-trinitruażetidin) (CAS 97645-24-4) (ara wkoll ML8.g.2. għall-“prekursuri” tiegħu);
29. TNGU (SORGUYL jew tetranitruglikoluril) (CAS 55510-03-7);
30. TNP (1,4,5,8-tetranitru-piridazinu[4,5-d]piridażin) (CAS 229176-04-9);
31. Trijażini, kif ġej:
a. DNAM (2-oxi-4,6-dinitruamminu-s-trijażin) (CAS 19899-80-0);
b. NNHT (2-nitruimminu-5-nitru-eżaidru-1,3,5-trijażin) (CAS 130400-13-4);
32. Trijażoli, kif ġej:
a. 5-ażido-2-nitrutrijażol;
b. ADHTDN (4-amminu-3,5-diħidrażinu-1,2,4-trijażol dinitrammida) (CAS 1614-08-0);
c. ADNT (1-amminu-3,5-dinitru-1,2,4-trijażol);
d. BDNTA ([bis-dinitrutrijażol]ammina);
e. DBT (3,3'-dinitru-5,5-bi-1,2,4-trijażol) (CAS 30003-46-4);
f. DNBT (dinitrubistrijażol) (CAS 70890-46-9);
g. NTDNA (2-nitrutrijażol 5-dinitrammida) (CAS 75393-84-9);
h. NTDNT (1-N-(2-nitrutrijażolu) 3,5-dinitrutrijażol);
i. PDNT (1-pikril-3,5-dinitrutrijażol);
j. TACOT (tetranitrubenżotrijażolobenżotrijażol) (CAS 25243-36-1);
33. Splussivi mhux elenkati x'imkien ieħor f'ML8.a. u li għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:
a. Veloċità ta' detonazzjoni li taqbeż it-8 700 m/s, b'densità massima, jew
b. Pressjoni ta’ detonazzjoni li taqbeż 34 GPa (340 kbar);
34. Splussivi organiċi mhux elenkati x'imkien ieħor f'ML8.a. u li għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:
a. Li jiġġeneraw pressjoni ta' detonazzjoni ta' 25 GPa (250 kbar) jew aktar u
b. Li jibqgħu stabbli f'temperaturi ta' 523K (250 °C) jew ogħla għal perijodi ta' 5 minuti jew itwal;
b. “Teknoloġija”, kif ġej:
1. Kwalunkwe “propellant” solidu tal-Klassi 1.1 tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) b'impuls speċifiku teoretiku (taħt kondizzjonijiet standard) ta' aktar minn 250 sekonda għal kompożizzjonijiet non-metalizzati, jew aktar minn 270 sekonda għal kompożizzjonijiet aluminizzati;
2. Kwalunkwe “propellant” solidu tal-Klassi 1.3 tan-NU b'impuls speċifiku teoretiku (taħt kondizzjonijiet standard) ta' aktar minn 230 sekonda għal kompożizzjonijiet non-aloġenizzati, 250 sekonda għal kompożizzjonijiet non-metalizzati u 266 sekonda għal kompożizzjonijiet metallizati;
3. “Propellanti” b'forza kostanti ta' aktar minn 1 200 kJ/kg;
4. “Propellanti” li kapaċi jżommu rata ta' ħruq lineari bi stat stabbli ta' aktar minn 38 mm/s taħt kondizzjonijiet standard (kif imkejjel fil-forma ta' strand singola inibita) ta' pressjoni ta' 68,9 MPa (68,9 bar) u u 294 K (21 °C);
5. “Propellanti” bbażati fuq Elastomer Modifikat fuq Fużjoni Doppja (EMCDB) b'estensibbiltà bi stress massimu ta' aktar minn 5 % b'233K (–40 °C);
6. Kwalunkwe “propellant” li fih sustanzi speċifikati minn ML8.a.
7. “Propellanti”, mhux speċifikati x'imkien ieħor fil-Lista Militari Komuni tal-UE, imfassla b'mod speċjali għall-użu militari;
c. “Pirotekniċi”, fjuwils u sustanzi relatati, kif ġej, u taħlitiet tagħhom:
1. Fjuwils tal-ajruplani fformulati apposta għal finijiet militari;
2. Alane (idrur tal-aluminju) (CAS 7784-21-6);
3. Karborani; dekaboran (CAS 17702-41-9); pentaborani (CAS 19624-22-7 u 18433-84-6) u derivativi tagħhom;
4. Idrażin u derivativi, kif ġej (ara wkoll ML8.d.8. u d.9. għal derivativi tal-idrażin ossidizzanti):
a. Idrażin (CAS 302-01-2) f'konċentrazzjonijiet ta' 70 % jew aktar;
b. Idrażin monometil (CAS 60-34-4);
c. Idrażin dimetil simmetriku (CAS 540-73-8);
d. Idrażin dimetil mhux simmetriku (CAS 57-14-7);
5. Karburants tal-metall b'forma ta' partiċelli kemm jekk sferiċi, atomizzati, sferojdali, ifflejkjati jew mitħuna, immanifatturati minn materjal li jikkonsisti f'99 % jew aktar minn kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
a. Metalli kif ġej u taħlitiet tagħhom:
1. Berillju (CAS 7440-41-7) f'daqsijiet ta' partiċelli ta' anqas minn 60 μm;
2. Trab tal-ħadid (CAS 7439-89-6) b'daqs ta' partiċelli ta' 3 μm jew anqas prodott bit-tnaqqis ta' ossidu tal-ħadid mal-idroġenu;
b. Taħlitiet li fihom kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
1. Zirkonjum (CAS 7440-67-7), manjesju (CAS 7439-95-4) jew ligi ta' dawn f'daqsijiet ta' partiċelli ta' anqas minn 60 μm; jew
2. Boron (CAS 7440-42-8) jew karbur boron (CAS 12069-32-8) ta' puritΰ ta' 85 % jew ogħla u daqsijiet ta' partiċelli ta' anqas minn 60 μm;
6. Materjali militari, li fihom ħaxxiena għal karburants idrokarbonju fformulati apposta għall-użu f'teffieħa tal-fjamma jew munizzjonijiet inċendjarji, bħal stearates jew palmates tal-metall (per eżempju, oktal (CAS 637-12-7)) u ħaxxiena M1, M2, u M3;
7. Perklorati, klorati u kromati, kkompositati b'metall fi trabb jew komponenti oħra għolja fil-karburant tal-enerġija;
8. Trab tal-aluminju sferiku (CAS 7429-90-5) b'daqs ta' partiċelli ta' 60 μm jew anqas, manifatturat minn materjal b'kontenut ta' aluminju ta' 99 % jew aktar;
9. Subidridu tat-titanju (TiHn) ta' stojkjometrija ekwivalenti għal n = 0,65 għal 1,68.
Nota 1: Karburanti tal-ajruplani speċifikati minn ML8.c.1. huma prodotti mitmuma mhux il-kostitwenti tagħhom.
Nota 2: ML8.x.4.a. ma japplikax għal taħlitiet idrażini fformulati apposta għall-kontroll tal-korrużjoni.
Nota 3: ML8.c.5 japplika għal splussivi u karburanti, kemm jekk il-metalli jew il-ligi huma maqbuda f'kapsula tal-aluminju, tal-manjesju, taż-żirkonju, jew tal-berillju, kif ukoll jekk le.
Nota 4: ML8.c.5.b.2. ma japplikax għal boron u karbur boron magħmul aktar sinjur b'boron-10 (20 % jew aktar ta' kontenut totali ta' boron-10).
d. Ossidizzaturi, kif ġej, u taħlitiet tagħhom:
1. ADN (ammonju dinitrummida jew SR 12) (CAS 140456-78-6);
2. AP (ammonju perklorat) (CAS 7790-98-9);
3. Komposti magħmula minn fluworin u kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
a. Aloġeni oħra;
b. Ossiġnu; jew
c. Nitroġenu;
Nota 1: ML8.d.3 ma japplikax għal klorin trifluworid (CAS 7790-91-2). Ara 1C238 fuq il-Lista ta' Użu Doppju tal-UE.
Nota 2: ML8.d.3 ma japplikax għal nitroġenu trifluworid (CAS 7783-54-2) fl-istat gassuż tiegħu.
4. DNAD (1,3-dinitru-1,3-dijażetidin) (CAS 78246-06-7);
5. HAN (idroksilammonju nitrat) (CAS 13465-08-2);
6. HAP (idroksilammonju perklorat) (CAS 15588-62-2);
7. HNF (idrażinjum nitruformat) (CAS 20773-28-8);
8. Idrażin nitrat (CAS 37836-27-4);
9. Idrażin perklorat (CAS 27978-54-7);
10. Ossidizzaturi likwidi magħmula minn jew li fihom aċidu nitriku fumanti aħmar inibit (IRFNA) (CAS 8007-58-7);
Nota: ML8.d.10 ma japplikax għal aċidu nitriku fumanti mhux inibit.
e. Bajnders, plastikizzaturi, monomers u polimers, kif ġej:
1. AMMO (ażidometilmetiloksetan u l-polimers tiegħu) (CAS 90683-29-7) (ara wkoll ML8.g.1. għall-“prekursuri” tiegħu);
2. BAMO (bisażidometiloksetan u l-polimers tiegħu) (CAS 17607-20-4) (ara wkoll ML8.g.1. għall-“prekursuri” tiegħu);
3. BDNPA (bis (2,2-dinitrupropil)aċetal) (CAS 5108-69-0);
4. BDNPF (bis (2,2-dinitrupropil)formali) (CAS 5917-61-3);
5. BTTN (butanetrjoltrinitrat) (CAS 6659-60-5) (ara wkoll ML8.g.8. għall-“prekursuri” tiegħu);
6. Monomers enerġetiċi, plastikizzaturi jew polimers, ifformultai b'mod speċjali għall-użu militari u li fihom kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
a. Gruppi ta' nitro;
b. Gruppi ta' azido;
c. Gruppi ta' nitrat;
d. Gruppi ta' nitraza; jew
e. Gruppi ta' difluworoamin;
7. FAMAO (3-difluworoamminumetil-3-ażidometil oksetan) u l-polimers tiegħu;
8. FEFO (bis-(2-fluworo-2,2-dinitruetil) formali) (CAS 17003-79-1);
9. FPF-1 (poli-2,2,3,3,4,4-eżafluworopentan-1,5-dijol formali) (CAS 376-90-9);
10. FPF-3 (poli-2,4,4,5,5,6,6-heptafluworu-2-tri-fluworometil-3-oksaeptan-1,7-dijol formali);
11. GAP (gliċidilażid polimer) (CAS 143178-24-9) u d-derivativi tiegħu;
12. HTPB (ħidroksil polibutadjen terminat) b'funzjonalità idroksila daqs jew akbar minn 2,2 u inqas minn jew daqs 2,4, valur idroksil ta' anqas minn 0,77 meq/g, u viskosità fi 30 °C ta' anqas minn 47 poise (CAS 69102-90-5);
13. Alkoħol funzjonalizzat, poly(epikloroidrin) b'piż molekolari ta' anqas minn 10 000, kif ġej;
a. Poli(epikloroidrindjol);
b. Poli(epikloroidrintrijol)
14. NENAs (komposti nitratoetilnitrammina) (CAS 17096-47-8, 85068-73-1, 82486-83-7, 82486-82-6 u 85954-06-9);
15. PGN (poli-GLYN, poligliċidilnitrat jew poli(nitratometil oksiran) (CAS 27814-48-8);
16. Poli-NIMMO (poli nitratometilmetiloksetan) jew poli-NMMO (poli[3-Nitratometil-3-metiloksetan) (CAS 84051-81-0);
17. Polinitruortokarbonati;
18. TVOPA (1,2,3-tris[1,2-bis(difluworoamminu)etoksi] propan jew tris vinoss propanu addott) (CAS 53159-39-0).
f. “Teknoloġija”, kif ġej:
1. Ram saliċilat bażiku (CAS 62320-94-9);
2. BHEGA (bis-(2-idroksijetil) glikolammida) (CAS 17409-41-5);
3. BNO (butadjenenitrileoksajd) (CAS 9003-18-3);
4. Derivativi tal-Ferrosin kif ġej:
a. Butasin (CAS 125856-62-4);
b. Katosin (2,2-bis-etilferrosenil propan) (CAS 37206-42-1);
c. Aċidi ferrosin karboksiliċi;
d. n-butil-ferrosin (CAS 31904-29-7);
e. Derivativi tal-polimer ferrosin addotti oħra;
5. Beta-resorsilat taċ-ċomb (CAS 20936-32-7);
6. Ċitrat taċ-ċomb (CAS 14450-60-3);
7. Ċelati taċ-ċomb-ram ta' beta-risorċilat jew saliċilati (CAS 68411-07-4);
8. Maleat taċ-ċomb (CAS 19136-34-6);
9. Saliċilat taċ-ċomb (CAS 15748-73-9);
10. Stannat taċ-ċomb (CAS 12036-31-6);
11. MAPO (tris-1-(2-metil)ażiridinil fosfin ossidu) (CAS 57-39-6); BOBBA 8 (bis(2-metil ażiridinil) 2-(2-idroksipropanksi) propilamminu fosfin ossidu); u derivativi MAPO oħra;
12. Metil BAPO (bis(2-metil ażiridinil) metilamminu fosfin ossidu) (CAS 85068-72-0);
13. N-metil-p-nitruanilin (CAS 100-15-2);
14. 3-Nitraża-1,5-pentan diisocyanate (CAS 7406-61-9);
15. Aġenti ta' igganċjar organo-metalliċi kif ġej:
a. Neopentil[diallil]oxi, tri[dioctil]fosfat-titanate (CAS 103850-22-2); magħruf ukoll bħala titanju IV, 2,2[bis 2-propenolato-metil, butanolato, tris (dioctil) fosfato] (CAS 110438-25-0); jew LICA 12 (CAS 103850-22-2);
b. Titanju IV, [(2-propenolato-1) metil, n-propanolatometil] butanolato-1, tris[dijoktil] pirofosfat jew KR3538;
c. Titanju IV, [(2-propenolato-1) metil, n-propanolatometil] butanolato-1, tris(dijoktil) fosfat;
16. Poliċijanodifluworoamminuetileneossidu;
17. Ammidi ażirdini polifunzjonali bi strutturi ta' rinforz isoftaliċi, trimesiċi (BITA jew butilin immina trimesammida), isoċjanuriċi jew trimetiladipiċi u sostituzzjonijiet ta' 2-metil jew 2-etil fuq iċ-ċurkett ażiridiniku;
18. Propilenejmin (2-metilażiridin) (CAS 75-55-8);
19. Ossidu tal-ħadid fin ħafna ħafna (Fe2O3) (CAS 1317-60-8) b'żona tal-wiċċ speċifika aktar minn 250 m2/g u daqs medju tal-partikula ta' 3,0 nm jew anqas;
20. TEPAN (tetraetilinpentaamminakrilonitril) (CAS 68412-45-3); poliammini ċianoetilati u l-imlieħ tagħhom;
21. TEPANOL (tetraetilenepentaamminaakrilonitrilegliċidol) (CAS 68412-46-4); poliammini ċianoetilati addotti bi gliċidol u l-imlieħ tagħhom;
22. TPB (trifenil bismut) (CAS 603-33-8).
g. “Prekursuri”, kif ġej:
N.B .F'ML8.g. ir-referenzi huma għal “Materjali Enerġetiċi” speċifikati manifatturati minn dawn is-sustanzi.
1. BCMO (bisklorometiloksetan) (CAS 142173-26-0) (ara wkoll ML8.e.1. u e.2.);
2. Melħ dinitruażetidin-t-butil (CAS 125735-38-8) (ara wkoll ML8.a.28.);
3. HBIW (eżabenżileżaażajsowurtżitan) (CAS 124782-15-6) (ara wkoll ML8.a.4.);
4. TAIW (tetraaċetildibenżileżaażajsowurtżitan) (ara wkoll ML8.a.4.) (CAS 182763-60-6);
5. TAT (1,3,5,7 tetraaċetil-1,3,5,7,-tetraaża ċiklo-oktan) (CAS 41378-98-7) (ara wkoll ML8.a.13.);
6. 1,4,5,8-tetraażadekalin (CAS 5409-42-7) (ara wkoll ML8.a.27.);
7. 1,3,5-triklorobenżin (CAS 108-70-3) (ara wkoll ML8.a.23.);
8. 1,2,4-triħidroksibutan (1,2,4-butanetrijol) (CAS 3068-00-6) (ara wkoll ML8.e.5.).
Nota 5: Ma baqax jintuża wara l-2009
Nota 6: ML8 ma japplikax għal sustanzi li ġejjin dment li mhumiex magħquda jew imħallta mal-“materjal enerġetiku” speċifikat f'ML8.a. jew metalli fi trab f'ML8.c.:
a. Pikrat tal-ammonja (CAS 131-74-8);
b. Trab iswed;
c. Eżanitrudifenilammina (CAS 131-73-7);
d. Difluworoammina (CAS 10405-27-3);
e. Nitrustarċ (CAS9056-38-6);
f. Nitrat tal-potassju (CAS 7757-79-1);
g. Tetranitrunaftalina;
h. Trinitruaniżol;
i. Trinitrunaftalina;
j. Trinitruksilin;
k. N-pirrolidinon; 1-metil-2-pirrolidinon (CAS 872-50-4);
l. Dioktilmaleat (CAS 142-16-5);
m. Etileżilakrilat (CAS 103-11-7);
n. Trijetilaluminju (TEA) (CAS 97-93-8), trimetilaluminju (TMA) (CAS 75-24-1), u alkili tal-metall piroforiċi oħra u arili tal-litju, sodju, manjesju, żink jew boron;
o. Nitruċelluluż (CAS 9004-70-0);
p. Nitrugliċerina (jew gliċeroltrinitrat, trinitrugliċerina) (NG) (CAS 55-63-0);
q. 2,4,6-trinitrutolwin (TNT) (CAS 118-96-7);
r. Etilindijamminadinitrat (EDDN) (CAS 20829-66-7);
s. Pentaeritritoltetranitrat (PETN) (CAS 78-11-5);
t. Ażid taċ-ċomb (CAS 13424-46-9), stifnat taċ-ċomb normali u stifnat taċ-ċomb bażiku (CAS 15245-44-0) u splussivi primarji jew komposizzjonijiet ta' innesk li fihom ażidi jew kumplessi ta' ażid;
u. Trietilinglikoldinitrat (TEGDN) (CAS 111-22-8);
v. 2,4,6-trinitruresorċinol (aċidu stifniku) (CAS 82-71-3);
w. Dietildifenilureja (CAS 85-98-3); dimetildifenilureja (CAS 611-92-7); metiletildifenil urea [Ċentraliti];
x. N,N-difenilureja (difenilurea mhux simettrika) (CAS 603-54-3);
y. Metil-N,N-difenilureja (difenilurea mhux simettrika) (CAS 13114-72-2);
z. Etil-N,N-difenilureja (etil difenilurea mhux simettrika) (CAS 64544-71-4);
aa. 2-Nitrudifenilammina (2-NDPA) (CAS 119-75-5);
bb. 4-Nitrudifenilammina (4-NDPA) (CAS 836-30-6);
cc. 2,2-dinitropropanol (CAS 918-52-5);
dd. Nitrugwanidin (CAS 556-88-7)(ara 1C011.d. fuq il-lista ta' Użu Doppju tal-UE).
ML9Bastimenti tal-gwerra (fil-wiċċ jew ta' taħt l-ilma) tagħmir navali speċjali, aċċessorji, komponenti u bastimenti tal-wiċċ oħra, kif ġej:
N.B. Għal tagħmir ta' gwida u ta' nagivazzjoni, ara ML11.
a. Bastimenti u komponenti, kif ġej:
1. Bastimenti (tal-wiċċ jew ta' taħt l-ilma) maħsuba jew modifikati apposta għal użu militari, irrispettivament mill-istat attwali ta' tiswija jew kondizzjoni ta' ħidma, u kemm jekk fihom sistemi jew armaturi ta' fornitura ta' armi kif ukoll jekk le, u bwieq jew partijiet mill-bwieq għal tali bastimenti, u komponenti maħsuba apposta għalihom għal użu militari;
2. Bastimenti tal-wiċċ, għajr dawk speċifikati f'ML9.a.1., li għandhom kwalunkwe element minn dawn, installati jew integrati fil-bastiment:
a. Armi awtomatiċi b'kalibru ta' 12,7 mm jew aktar speċifikati f'ML1., jew armi speċifikati f'ML2., ML4., ML12. jew ML19., jew b' “muntaturi” jew punti ta' konnessjoni (hard points) għal tali armi;
Nota Teknika
“Muntaturi” tirreferi għal muntaturi tal-armi jew tisħiħ strutturali għall-fini li jiġu installati l-armi.
b. Sistemi għall-kontroll tan-nar speċifikati f'ML5.;
c. Li jkollhom dawn l-elementi kollha li ġejjin:
1. “Protezzjoni Kimika, Bijoloġika, Radjoloġika u Nukleari (CBRN)”; u
2. “Sistema pre-wet jew wash down” maħsuba għal finijiet ta' dekontaminazzjoni; jew
Noti Tekniċi
1. “Portezzjoni CBRN” hija spazju intern imqalfat li fih karatteristiċi bħal pressjoni eċċessiva, iżolament tas-sistemi ta' ventilazzjoni, numru limitat ta' fetħiet għall-ventilazzjoni li jkunu mgħammra b'filtri CBRN u punti ta' aċċess għall-persunal limitati li jkunu mgħammra b'air-locks.
2. “Sistema pre-wet jew wash down” hija sistema li tisprejja l-ilma baħar li tista' xxarrab fl-istess waqt is-superstruttura esterna u l-gverti ta' bastiment.
d. Sistemi attivi ta' kontramiżuri għal armi speċifikati f'ML4.b., ML5.c. jew ML11.a. u li għandhom kwalunkwe element minn dawn li ġejjin:
1. “Protezzjoni CBRN”;
2. Buq u superstruttura maħsuba apposta biex inaqqsu l-kejl tal-wiċċ ekwivalenti bir-radar;
3. Tagħmir għat-tnaqqis tal-marka termali, (pereżempju sistema għat-tkessiħ tal-gassijiet tal-egżost), għajr dak maħsub apposta biex ikabbar l-effiċjenza ġenerali tal-impjant tal-enerġija jew biex jitnaqqas l-impatt ambjentali; jew
4. Sistema ta' degaussing maħsuba biex tnaqqas il-marka manjetika tal-bastiment kollu;
b. Magni u sistemi ta' propulsjoni, kif ġej, maħsuba apposta għall-użu militari, u komponenti u aċċessorji tagħhom maħsuba apposta għall-użu militari:
1. Magni diżil maħsuba apposta għas-sottomarini u li għandhom l-elementi kollha li ġejjin:
a. Output ta' enerġija ta' 1,12 MW (1 500 hp) jew aktar; u
b. Veloċità rotarja ta' 700 rpm jew aktar;
2. Magni jaħdmu bl-elettriku maħsuba apposta għas-sottomarini u li għandhom l-elementi kollha li ġejjin:
a. Output ta' enerġija ta' aktar minn 0,75 MW (1 000 hp);
b. Irriversjar rapidu;
c. Imkessħa bil-likwidu; u
d. Kompletament magħluqa;
3. Magni diżil mhux manjetiċi li għandhom l-elementi kollha li ġejjin:
a. Output ta' enerġija ta' 37,3 MW (50 hp) jew aktar; u
b. Kontenut mhux manjetiku li jaqbeż il-75 % tal-massa totali;
4. Sistemi ta' “Propulsjoni Indipendenti mill-Arja” (AIP) maħsuba apposta għas-sottomarini;
Nota Teknika
“Propulsjoni Indipendenti mill-Arja” (AIP) tippermetti lil sottomarin taħt l-ilma jopera s-sistema ta' propulsjoni tiegħu mingħajr aċċess għal ossiġenu atmosferiku, għal żmien itwal minn dak li kien ikun possibbli mill-batteriji. Għall-finijiet ta' ML9.b.4, AIP ma jinkludix enerġija nukleari.
c. Apparat ta' kxif ta' taħt l-ilma, maħsub apposta għall-użu militari, u l-kontrolli u l-komponenti tiegħu maħsuba apposta għall-użu militari;
d. Xbieki kontra s-sottomarini u xbieki kontra t-torpedos, maħsuba apposta għall-użu militari;
e. Ma ntużax mill-2003;
f. Penetraturi u konnetturi tal-buq, maħsuba apposta għall-użu militari, li jippermettu l-interazzjoni ma' tagħmir estern għal bastiment, u l-komponenti tagħhom maħsuba apposta għall-użu militari;
Nota: ML9.f. jinkludi konnetturi għal bastimenti li huma tat-tip tal-konduttur uniku, ta' diversi kondutturi, koassjali jew waveguide, u penetraturi tal-buq għall-bastimenti, li t-tnejn li huma kapaċi jibqgħu jirreżistu d-dħul tal-ilma minn barra u li jżommu l-karatteristiċi meħtieġa fi profonditajiet marini li jaqbżu l-100 m; u konnetturi tal-fibre-optic u penetraturi ottiċi tal-buq, maħsuba apposta għat-trasmissjoni ta' raġġi “laser”, irrispettivament mill-profondità. ML9.f. ma japplikax għal penetraturi tal-buq control-rod bix-xaft propulsiv u idrodinamiċi.
g. Bearings silenzjużi li għandhom kwalunkwe wieħed mill-komponenti tagħhom li ġejjin, maħsuba apposta għall-użu militari:
1. Sospensjoni bil-gass jew manjetika;
2. Kontrolli tal-marka attiva; jew
3. Kontrolli għas-soppressjoni tal-vibrazzjonijiet.
ML10“Ajruplan”, “vetturi eħfef mill-arja”, vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ, aero-magni u tagħmir għall-“ajruplani”, tagħmir u komponenti relatati, maħsuba jew modifikati apposta għall-użu militari, kif ġej:
N.B. Għal tagħmir ta' gwida u ta' nagivazzjoni, ara ML11.
a. “Ajruplani” tal-ġlied u komponenti mfassla apposta għalihom;
b. “Ajruplani” u “vetturi eħfef mill-arja” oħra, maħsuba jew modifikati apposta għall-użu militari, inklużi r-reconnaissance militari, l-assalt, it-taħriġ militari, it-trasport u t-tfiegħ mill-ajru ta' truppi jew tagħmir militari, appoġġ għal-loġistika, u komponenti maħsuba apposta għalihom;
c. Vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ u tagħmir relatat, imfassla jew immodifikati apposta għall-użu militari, kif ġej, u komponenti mfassla apposta għalihom:
1. Vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ inklużi vetturi tal-ajru ppilotati mill-bogħod (RPVs), vetturi programmabbli awtonomi u “vetturi eħfef mill-arja”;
2. Teffieħa assoċjati u tagħmir għall-appoġġ tal-art;
3. Tagħmir relatat għall-kmand u l-kontroll;
d. Magni-aero mfassla jew immodifikati apposta għall-użu militari, u komponenti mfassla apposta għalihom;
e. Tagħmir tal-ajru, inkluż tagħmir għall-għoti tal-karburant fl-ajru, maħsub apposta għall-użu mal-“ajruplani” speċifikati minn ML10.a. jew ML10.b. jew l-aero-magni speċifikati minn ML10.d., u komponenti maħsuba apposta għalihom;
f. Apparat għall-għoti mill-ġdid tal-karburant bi pressjoni, tagħmir għall-għoti mill-ġdid tal-karburant bi pressjoni, tagħmir maħsub apposta sabiex jiffaċilita operazzjonijiet f'żoni konfinati u tagħmir tal-art, żviluppati apposta għall-“ajruplan” speċifikati minn ML10.a. jew ML10.b., jew għal aero-magni speċifikati minn ML10.d.;
g. Kraxx ħelmits militari u maskli protettivi u komponenti maħsuba apposta għalihom, tagħmir biex tieħu n-nifs taħt pressjoni u lbies bi pressjoni parzjali għall-użu f'“ajruplani”, lbies anit-g, konvertaturi tal-ossiġnu likwidu użat għall-“ajruplani” jew missili, u katapulti u apparati attwati bil-kartriġ għall-ħrib ta' emerġenza ta' persunal mill-“ajruplan”;
h. Paraxutijiet, paragliders u tagħmir relatat, kif ġej, u komponenti mfassla apposta għalihom:
1. Paraxutijiet li mhumiex speċifikati x'imkien ieħor fil-Lista Militari Komuni tal-UE;
2. Paragliders
3. Tagħmir maħsub apposta għal paraxutisti ta' altitudni għolja (pereżempju, ilbies, elmi speċjali, sistemi għat-teħid tan-nifs, tagħmir tan-navigazzjoni);
i. Sistemi ta' pilotaġġ awtomatiku għal tagħbijiet mitfugħa bil-paraxut; tagħmir maħsub jew modifikat apposta għall-użu militari għal qbiż bi ftuħ ikkontrollat fi kwalunkwe għoli, inkluż tagħmir tal-ossiġnu.
Nota 1: ML10.b. ma japplikax għal “ajruplani” jew varjanti ta' dawk “l-ajruplani” maħsuba apposta għall-użu militari u li jkunu dan kollu li ġej:
a. Ma jkunux ikkonfigurati għall-użu militari u mhumiex mgħammra b'tagħmir jew aċċessorji maħsuba jew modifikati apposta għall-użu militari; u
b. Ikunu ċċertifikati għall-użu ċivili mill-awtorità tal-avjazzjoni ċivili fi Stat Membru jew fi Stat Parteċipanti għall-Arranġament ta' Wassenaar.
Nota 2: ML10.d. ma japplikax għal:
a. Aero-magni maħsuba jew modifikati għall-użu militari li ġew iċċertifikati mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili fi Stat Membru jew fi Stat Parteċipanti għall-Arranġament ta' Wassenaar għall-użu f'“ajruplani ċivili”, jew komponenti maħsuba apposta għalihom;
b. Magni reċiprokanti jew komponenti mfassla apposta għalihom, ħlief dawk imfassla apposta għal vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ.
Nota 3: ML10.b. u ML10.d. dwar komponenti maħsuba apposta u tagħmir relatat għal “ajruplani” mhux militari jew aero-magni mmodifikati għall-użu militari japplikaw biss għal dawk il-komponenti militari u għal tagħmir relatat militari meħtieġ għall-immodifikar għal użu militari.
ML11Tagħmir elettroniku mhux speċifikat x'imkien ieħor fuq il-Lista Militari Komuni tal-UE, kif ġej, u komponenti maħsuba apposta għalihom:
a. Tagħmir elettroniku mfassal apposta għall-użu militari;
Nota: ML11.a. jinkludi:
a. Tagħmir ta' kontramiżura elettroniku u tagħmir ta' kontra-kontramiżura elettroniku (jiġifieri, tagħmir maħsub sabiex jintroduċi sinjali estranji jew erronji f'riċevituri tal-komunikazzjoni bir-radar jew bir-radju jew inkella jfixkel ir-riċeviment, l-operat jew l-effettività ta' riċevituri elettroniċi avversarji inkluż it-tagħmir ta' kontramiżura tagħhom), inkluż tagħmir ta' bblukkar jew kontra-ibblukkar;
b. Tubi b'aġilità ta' frekwenza;
c. Sistemi jew tagħmir elettroniċi, iddisinjati għall-issorveljar jew għall-monitoraġġ tal-ispettru elettro-manjetiku għal finijiet ta' tagħrif sigriet militari jew ta' sigurtà jew b'kontra-azzjoni għal tali sorveljanza u monitoraġġ;
d. Tagħmir ta' kontramiżuri ta' taħt l-ilma, inklużi ingannaturi e disturbaturi akustiċi u manjetiċi, maħsuba biex jintroduċu sinjali estranji jew erronji f'riċevituri sonarji;
e. Tagħmir ta' sigurtà għall-ipproċessar tad-data, tagħmir għas-sigurtà tad-data u tagħmir ta' sigurtà għal linji ta' trasmissjoni u ta' senjalazzjoni, bl-użu ta' proċessi ta' ċifraġġ;
f. Tagħmir għall-identifikazzjoni, l-awtentikazzjoni u t-tagħbija ta' ċwievet krittografiċi u tagħmir għall-ġestjoni, il-manifatturazzjoni u d-distribuzzjoni ta' ċwievet krittografiċi;
g. Tagħmir ta' gwida u navigazzjoni;
h. Tagħmir ta' trasmissjoni ta' komunikazzjonijiet bir-radju troposcatter diġitiali;
i. Demodulaturi diġitali maħsuba apposta għal intelligence ta' sinjali;
j. “Sistemi awtomatizzati ta' kmand u kontroll”.
N.B. Għal “software” assoċjat mar-Radju militari Definit permezz ta' “Software” (SDR) ara ML21.
b. Tagħmir għall-ibblukkjar ta' Sistemi Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS).
ML12Sistemi ta’ armi b’enerġija kinetika b’veloċità għolja u tagħmir relatat, kif ġej, u komponenti maħsuba apposta għalihom:
a. Sistemi ta' armi b'enerġija kinetika mfassla apposta għall-qerda jew l-abbort ta' xi bersall;
b. Faċilitajiet ta' ttestjar u evalwazzjoni u mudelli ta' ttestjar maħsuba apposta, inklużi strumentazzjoni u miri dijagnostiċi, għall-ittestjar dinamiku ta' projetturi u sistemi tal-enerġija kinetika.
N.B. Għal sistemi tal-armi li jużaw munizzjon sub-kalibru jew li jagħmlu użu biss minn propulsjoni kimika u munizzjoni għalihom, ara ML1 sa ML4.
Nota 1: ML12 jinkludi li ġej meta mfassla apposta għal sistemi ta' armi b'enerġija kinetika:
a. Sistemi ta' propulsjoni għat-tnedija kapaċi jaċċeleraw masses akbar minn 0,1 g għal veloċitajiet li jaqbżu l-1.6 km/s, f'modi ta' tluq uniċi jew rapidi;
b. Tagħmir ta’ produzzjoni ta’ qawwa immedjata disponibbli, ta’ korazza elettrika, ta’ ħażna ta’ enerġija, ta’ ġestjoni termali, ta’ kundizzjonament, ħażna ta’ enerġija, kommutazzjoni, jew ta’ manipulazzjoni tal-karburant; u interfaces elettriċi bejn il-provvista tal-enerġija, il-kanun u l-funzjonijiet l-oħra ta' kmand elettriku tat-turretta;
c. Sistemi ta' akkwist tal-bersall, ittrekkjar, kontroll tan-nar jew valutazzjoni tad-dannu;
d. Sistemi awtogwidati ta' riċerka, ta' gwida jew ta' propulsjoni devjata (aċċelerazzjoni laterali) għal-projetturi.
Nota 2: ML12 japplika għal sistema ta' armi bl-użu ta' kwalunkwe wieħed mill-metodi li ġejjin ta' propulsjoni:
a. Elettromanjetika;
b. Elettrotermali;
c. Plasma;
d. Gass ħafif; jew
e. Kimika (meta użata flimkien ma' kwalunkwe wieħed minn dawn ta' hawn fuq).
ML13Tagħmir blindat jew protettiv, kostruzzjonijiet u komponenti, kif ġej:
a. Pjanċa blindata, li għandha xi wieħed minn dan li ġej:
1. Manifatturata sabiex tikkonforma ma' standard jew speċifikazzjoni militari; jew
2. Adatta għall-użu militari;
b. Kostruzzjonijiet ta' materjali metalliċi jew non-metalliċi, jew taħlitiet tagħhom, maħsuba apposta biex jipprovdu protezzjoni ballistika għal sistemi militari, u komponenti maħsuba apposta għalihom;
c. Elmi manifatturati skont standards jew speċifikazzjonijiet militari, jew standards nazzjonali komparabbli, u komponenti tagħhom maħsuba apposta, (jiġifieri struttura esterna, inforra u kuxxinett għal konfort);
d. Korazza tal-ġisem u indumenti protettivi, manifatturati f'konformità ma' standards jew speċifikazzjonijiet militari, jew l-ekwivalenti, u komponenti maħsuba apposta għalihom.
Nota 1: ML13.b. jinkludi materjali mfassla apposta sabiex jiffurmaw armatura reattiva għall-isplussivi jew sabiex jiġu mibnija xelters militari.
Nota 2: ML13.c. ma japplikax għal elmi tal-azzar konvenzjonali, la mmodifikati u lanqas maħsuba biex jaċċettaw, u lanqas mgħammra bi kwalunkwe tip ta' apparat aċċessorju.
Nota 3: ML13.c. u d. ma japplikax għal elmi, korazzatura tal-ġisem jew indumenti protettivi meta jkunu qed jakkumpanjaw l-utent tagħhom għall-protezzjoni personali tal-utent stess.
Nota 4: L-uniċi elmi maħsuba apposta għal persunal responsabbli għar-rimi tal-bombi li huma speċifikati mill-ML13. huma dawk maħsuba apposta għall-użu militari.
N.B. 1: Ara wkoll l-iskrizzjoni 1A005 fuq il-Lista ta' Użu Doppju tal-UE.
N.B. 2: Għal “materjali fibrużi jew filamentari” użati fil-manifattura ta' korazza tal-ġisem u elmi, ara l-iskrizzjoni 1C010 fil-Lista ta' Użu Doppju tal-UE
ML14“Tagħmir speċjalizzat għal taħriġ militari”, jew għas-simulazzjoni ta' xenarji militari, simulaturi maħsuba apposta għal taħriġ fl-użu ta' kwalunkwe arma tan-nar jew arma kkontrollata minn ML1 jew ML2, u komponenti u aċċessorji maħsuba apposta għalihom.
Nota Teknika
It-terminu “tagħmir speċjalizzat għat-taħriġ militari” jinkludi tipi militari ta' trejners ta' attakk, ta' trejners ta' titjir operattiv, ta' trejners għall-bersall radar, ta' ġeneraturi ta' bersall radar, ta' apparati ta' taħriġ fl-isparar, ta' trejners għall-gwerra anti-sottomarini, ta' simulaturi tat-titjir (inklużi ċ-ċentrifuġi previsti għall-bniedem, iddestinati għat-taħriġ ta' piloti/astronawti), ta' trejners radar, ta' simulaturi ta' titjir strumentali, ta' simulaturi ta' navigazzjoni, ta' simulaturi ta' tfiegħ ta' missili, ta' tagħmir għall-bersall, ta' “ajruplani” telegwidati, ta' trejners tal-armamenti, ta' trejners għall-gwida ta' “ajruplani” mingħajr pilota, ta' unitajiet ta' taħriġ mobbli u ta' tagħmir tat-taħriġ għal operazzjonijiet militari tal-art..
Nota 1: ML14 jinkludi sistemi ta' ġenerazzjoni tal-immaġni u ta' ambjent interattiv għal simulaturi, meta maħsuba jew modifikati apposta għall-użu militari.
Nota 2: ML14 ma japplikax għal tagħmir maħsub apposta għal taħriġ fl-użu ta' armi tal-kaċċa jew għall-isports.
ML15Tagħmir ta’ immaġni jew kontramiżura, kif ġej, maħsub apposta għall-użu militari, u komponenti u aċċessorji maħsuba apposta għalihom:
a. Rekorders u tagħmir ta' pproċessar tal-immaġni;
b. Kameras, tagħmir fotografiku u tagħmir għall-ipproċessar tal-films;
c. Tagħmir għall-intensifikazzjoni tal-immaġni;
d. Tagħmir għall-viżjoni bl-infra-aħmar jew termali;
e. Tagħmir għall-elaborazzjoni tal-immaġni radar;
f. Tagħmir ta' kontramiżura jew ta' kontra-kontramiżura, għat-tagħmir speċifikat minn ML15.a. sa ML15.e.
Nota: ML15.f. jinkludi tagħmir imfassal sabiex jiddegrada l-operat jew l-effettività tas-sistemi militari ta' viżjoni jew sabiex inaqqas l-effetti ta' tali degradazzjoni.
Nota 1: F’ML15, it-terminu komponenti maħsuba apposta jinkludi dan li ġej meta maħsuba apposta għall-użu militari:
a. Tubi konvertituri tal-immaġni bid-dawl infra-aħmar;
b. Tubi intensifikaturi tal-immaġni (minbarra l-ewwel ġenerazzjoni);
c. Pjanċi mikrokanal;
d. Tubi ta' kamera tat-televixin b'livell baxx ta' dawl;
e. Detector arrays (inklużi sistemi ta' interkonnessjoni elettronika jew read out);
f. Tubi tal-kameras tat-televixin piroelettriċi;
g. Sistemi tat-tkessiħ għal sistemi ta' viżjoni;
h. Xatters imħarrka elettrikament tat-tip fotokromiku jew elektro-ottiku b'veloċità tax-xatter ta' anqas minn 100 μs, ħlief fil-każ ta' xatters li huma parti essenzjali ta' kamera b'veloċità għolja;
i. Invertituri tal-immaġni b'fibra ottika;
j. Fotokatodi b'semikondutturi komposti
Nota 2: ML15 ma japplikax għal “tubi intensifikaturi tal-immaġni tal-ewwel ġenerazzjoni” jew tagħmir maħsub apposta sabiex jinkorpora “tubu intensifikatur tal-immaġni tal-ewwel ġenerazzjoni”.
N.B. Għall-klassifikazzjoni ta' weapon sights li jinkorporaw “tubi intensifikaturi tal-immaġni tal-ewwel ġenerazzjoni” ara ML1., ML2. u ML5.a.
N.B. Ara wkoll 6A002.a.2. u 6A002.b. fuq il-Lista ta' Użu Doppju tal-UE.
ML16Foroġ, forom u prodotti mhux kompluti oħra li l-użu tagħhom fi prodott speċifikat huwa identifikabbli mill-kompożizzjoni tal-materjal, il-ġeometrija jew il-funzjoni, u li huma maħsuba apposta għal kwalunkwe prodott speċifikat minn ML1 sa ML4, ML6, ML9, ML10, ML12 jew ML19.
ML17Tagħmir, materjali u “libreriji” mixxellanji, kif ġej, u komponenti maħsuba apposta għalihom:
a. Awtorespiraturi għall-għadis u apparat għall-għawm ta' taħt l-ilma, kif ġej:
1. Apparat b'ċirkwit magħluq jew nofsu magħluq (b'riġenerazjoni tal-arja) imfassal apposta għall-użu militari (jiġifieri, imfassal apposta sabiex ma jkun manjetiku);
2. Komponenti mfassla apposta għall-użu fil-konverżjoni ta' apparat b'ċirkwit miftuħ għall-użu militari;
3. Artikoli mfassla esklussivament għall-użu militari b'awtorespiraturi għall-għadis u apparat għall-għawm ta' taħt l-ilma;
b. Tagħmir tal-kostruzzjoni mfassal apposta għall-użu militari;
c. Aċċessorji, passati u trattamenti, għas-soppressjoni tal-senjatura, maħsuba apposta għall-użu militari;
d. Tagħmir għall-assistenza teknika fuq il-post imfassal apposta għall-użu f'żona ta' ġlied;
e. “Robots”, kontrulluri tar-“robot” u “effetturi tat-tmiem” (“end-effectors”) tar-“robot”, li jkollhom kwalunkwe waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:
1. Imfassla apposta għall-użu militari;
2. Jinkorporaw mezzi għall-protezzjoni ta' linji idrawliċi kontra panċers ikkawżati minn frammenti ballistiċi (per eżempju, li jinkorporaw linji li awto-siġillanti) u maħsuba sabiex jużaw fluwidi idrawliċi b'punti ta' flaxx ogħla minn 839 K (566 °C); jew
3. Maħsuba jew predisposti apposta biex joperaw f'ambjent sottopost għal impulsi elettromanjetiċi (EMP);
Nota Teknika
Impuls elettromanjetiku ma jirreferix għall-interferenza mhux intenzjonata kkawżata mir-radjazzjoni elettromanjetika minn tagħmir (pereżempju makkinarju, elettrodomestiċi jew tagħmir ta' elettronika) jew minn sajjetti li jinsabu fil-viċinanza.
f. “Libreriji” (databases tekniċi parametriċi) maħsuba apposta għall-użu militari ma' tagħmir speċifikat mil-Lista Militari Komuni tal-UE;
g. Enerġija nukleari li tiġġenera tagħmir jew tagħmir ta' propulsjoni, inklużi “reatturi nukleari”, maħsuba apposta għall-użu militari u komponenti għalihom maħsuba jew “modifikati” apposta għall-użu militari;
h. Tagħmir jew materjal, mogħti passata jew ittrattat għas-soppressjoni tas-senjatura, maħsub apposta għall-użu militari, minbarra dawk speċifikati x'imkien ieħor fil-Lista Militari Komuni tal-UE;
i. Simulaturi mfassla apposta għal “reatturi nukleari” militari;
j. Ħwienet tat-tiswija mobbli maħsuba jew “modifikati” apposta għall-manutenzjoni ta' tagħmir militari;
k. Ġeneraturi ta' fuq il-post maħsuba jew “modifikati” apposta għall-użu militari;
l. Containers maħsuba jew “modifikati” apposta għall-użu militari;
m. Laneċ, minbarra dawk speċifikati x'imkien ieħor fil-Lista Militari Komuni tal-UE, pontijiet u puntuni, maħsuba apposta għall-użu militari;
n. Mudelli ta' ttestjar maħsuba apposta għall-“iżvilupp” ta' oġġetti speċifikati minn ML4, ML6, ML9 jew ML10;
o. Tagħmir ta' protezzjoni mil-laser (per eżempju, protezzjoni tal-għajnejn u protezzjoni sensorjali) maħsub apposta għall-użu militari.
p. “Ċelloli tal-karburant” minbarra dawk speċifikati x'imkien ieħor fil-Lista Militari Komuni tal-UE ddisinjati apposta jew “immodifikati” għall-użu militari.
Noti Tekniċi
1. Għall-fini ta' ML17, it-terminu “librerija” (database teknika parametrika) jfisser kollezzjoni ta' informazzjoni teknika ta' natura militari, li r-referenza għaliha tista' ttejjeb il-prestazzjoni ta' tagħmir jew sistemi militari.
2. Għall-fini ta' ML17, “immodifikat” tfisser kwalunkwe bidla strutturali, elettrika, mekkanika jew ta' tip ieħor li tipprovdi oġġett mhux militari b'kapaċitajiet ekwivalenti għal oġġett li huwa mfassal apposta għall-użu militari.
ML18Tagħmir u komponenti ta' produzzjoni, kif ġej:
a. Tagħmir ta' “produzzjoni” maħsub jew modifikat apposta għall-“produzzjoni” ta' prodotti speċifikati mil-Lista Militari Komuni tal-UE, u komponenti maħsuba apposta għalih;
b. Faċilitajiet ta' ttestjar ambjentali maħsuba apposta jew tagħmir maħsub apposta għalihom, għaċ-ċertifikazzjoni, il-kwalifikazzjoni jew l-ittestjar ta' prodotti speċifikati mil-Lista Militari Komuni tal-UE.
Nota Teknika
Għall-finijiet ta' ML18, it-terminu “produzzjoni” jinkludi tfassil, eżaminazzjoni, manifattura, ittestjar u verifika.
Nota: ML18.a. u ML18.b. jinkludu t-tagħmir li ġej:
a. Nitraturi kontinwi;
b. Apparat jew tagħmir tal-ittestjar ċentrifugali li għandu kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
1. Misjuq b'mutur jew muturi li għandu/hom potenza nominali totali ta' aktar minn 298 kW (400 hp);
2. Kapaċi jġorr payload ta' 113 kg jew aktar; jew
3. Kapaċi jeżerċita aċċelerazzjoni ċentrifugali ta' 8 g jew aktar fuq payload ta' 91 kg jew aktar;
c. Pressaturi għad-deidratazzjoni;
d. Estrużuri tal-viti mfassla jew immodifikati apposta għal ekstrusjoni splussiva militari;
e. Magni li jaqtgħu għad-daqs ta' propellanti estrużi;
f. Sweetie barrels (tumblers) ta' dijametru ta' 1,85 m jew aktar u li għandhom kapaċità tal-prodott 'il fuq minn 227 kg;
g. Miksers kontinwi għal propellanti solidi;
h. Imtieħen idrawliċi għat-tfarrik jew it-tħin tal-ingridjenti ta' splussivi militari;
i. Tagħmir biex jinkisbu kemm l-isferiċità kif ukoll l-uniformità tal-partiċelli tat-trab metalliku elenkat f'ML8.c.8.;
j. Konvertituri tal-kurrent ta' konvezzjoni għall-konverżjoni tal-materjali elenkati f'ML8.c.3.
ML19Sistemi ta’ armi b’enerġija diretta (DEW), tagħmir relatat jew ta' kontromiżura u mudelli ta' ttestjar, kif ġej, u komponenti maħsuba apposta għalihom:
a. Sistemi “laser” maħsuba apposta għall-qerda jew biex jeffettwaw l-missjoni-abort ta' mira;
b. Sistemi b'raġġi tal-partiċelli kapaċi li jeqirdu jew li jeffettwaw l-missjoni-abort ta' mira;
c. Sistemi b'qawwa għolja ta' frekwenza-radju (RF) kapaċi li jeqirdu jew li jeffettwaw l-missjoni-abort ta' mira;
d. Tagħmir maħsub apposta biex isib jew jidentifika lil, jew biex jiddefendi minn, sistemi speċifikati minn ML19.a. sa ML19.c.; e.
e. Mudelli għal test fiżiku għas-sistemi, tagħmir u komponenti speċifikati minn dan ML19.
f. Sistemi ta' mewġa kontinwa jew “laser” ta' pulsazzjonijiet, maħsuba apposta biex jikkawżaw agħma permanenti għal viżjoni mhux megħjuna, jiġifieri lill-għajn mikxufa jew lill-għajn b'tagħmir li jikkoreġi l-viżta.
Nota 1: Sistemi ta' armi b'enerġija diretta speċifikati minn ML19 jinkludu sistemi li l-kapaċità tagħhom hija ġejja mill-applikazzjoni kontrollata ta':
a. “Laser” ta' mewġa kontinwa suffiċjenti jew qawwa ta' pulsazzjonijiet, biex teffetwa distruzzjoni simili għall-mod ta' munizzjon konvenzjonali;
b. Aċċelleraturi ta' partiċelli li jipproġettaw raġġ ta' partiċelli iċċarġjati jew newtrali b'qawwa distruttiva;
c. Trasmettituri ta' raġġ ta' frekwenza radju b'qawwa ta' pulsazzjoni għolja jew qawwa ta' medja għolja li jipproduċu għelieqi suffiċjentament intensili jwaqqfu l-ħidma ta' ċirkwiti elettroniċi f'mira distanti.
Nota 2: ML19 jinkludi li ġej meta mfassal apposta għal sistemi ta' armi b'enerġija diretta:
a. Ġenerazzjoni ta' qawwa primarja, ħażna ta' enerġija, iswiċċjar, kundizzjonar tal-qawwa jew tagħmir għall-maniġġ tal-fjuwil;
b. Akwiżizzjoni tal-mira jew sistemi ta' itrekkjar;
c. Sistemi li jakapċi jeżaminaw ħsara, distruzzjoni jew l-missjoni-abort lill-mira;
d. Tagħmir għal maniġġar tar-raġġi, propogazzjoni jew ippuntar;
e. Tagħmir b'kapaċità ta' tidwir malajr tar-raġġ għal operazzjonijiet b'miri multipli rapidi;
f. Ottiċi adattivi u konjugaturi tal-fażi;
g. Injetturi tal-kurrent għal raggi tal-jioni negattivi tal-idroġenu;
h. Komponenti ta' aċċeleratur ta' “spazju kwalifikat”;
i. Tagħmir biex jillenbuta raġġ negattiv ta' joni;
j. Tagħmir biex jikkontrolla u jdawwar malajr raġġ ta' joni ta' enerġija għolja;
k. Fuljetti ta' “spazju kwalifikat” biex jinnewtralizzaw raġġi ta' isotopi tal-idroġenu negattivi.
ML20Tagħmir krijoġeniku u “superkonduttiv”, kif ġej, u komponenti u aċċessorji maħsuba apposta għalih:
a. Tagħmir imfassal apposta jew konfigurat biex ikun installat f'vettura għal applikazzjonijiet militari fuq l-art, fuq il-baħar, fl-ajru jew fl-ispazju, kapaċi li joperaw waqt li jkunu f'ċaqliq jew li jipproduċu jew iżommu temperaturi taħt il-103 K (–170 °C);
Nota: ML20.a. jinkludi sistemi mobbli li jinkorporaw jew jużaw aċċessorji jew komponenti manifatturati minn materjali konduttivi non-metalliċi jew non-elettriċi, bħal plastiks jew materjali mimlijin bl-eposside.
b. Tagħmir elettriku “superkonduttiv” (makkinarju rotanti u trasformaturi) maħsub apposta jew konfigurat biex ikun installat f'vettura għal applikazzjonijiet militari fuq l-art, fuq il-baħar, fl-ajru jew fl-ispazju, u kapaċi li jopera waqt li jkunu f'ċaqliq.
Nota: ML20.b. ma japplikax għal ġeneraturi omopolari ibridi ta' kurrent dirett li għandhom armaturi tal-metall normali b'lasta waħda li jirrotaw f'għalqa manjetika prodotta b'tidwiriet superkonduttivi, jekk dawk it-tidwiriet huma l-uniċi komponenti superkonduttivi fil-ġeneratur.
ML21“Software”, kif ġej:
a. “Software” iddisinjat apposta jew modifikat għall-“iżvilupp”, “produzzjoni” jew “użu” ta' tagħmir, materjali jew “software”, speċifikati mil-Lista Militari Komuni tal-UE;
b. “Software” speċifiku, minbarra dak speċifikat minn ML21.a., kif ġej:
1. “Software” iddisinjat apposta għal użu militari u maħsub apposta għall-immudellar, l-istimulazzjoni u l-evalwazzjoni tas-sistemi tal-armi militari;
2. “Software” iddisinjat apposta għal użu militari u ddisinjat apposta għall-immudellar jew l-istimulazzjoni tax-xenarji operazzjonali militari;
3. “Software” għad-determinazzjoni tal-effetti ta' armi konvenzjonali, nukleari, kimiċi jew bijoloġiċi.
4. “Software” iddisinjat apposta għall-użu militari u ddisinjat apposta għal Kmand, Komunikazzjonijiet, Kontroll u Intelligence (C3I) jew applikazzjonijiet ta' Kmand, Komunikazzjonijiet, Kontroll, Kompjuter u Intelligence (C4I);
c. “Software”, mhux speċifikat minn ML21.a., jew b., iddisinjat apposta jew modifikat biex jippermetti li tagħmir mhux speċifikat mil-Lista Militari Komuni tal-UE biex jaqdi l-funzjonijiet militari ta' tagħmir speċifikat mil-Lista Militari Komuni tal-UE.
ML22“Teknoloġija” kif ġej:
a. “Teknoloġija” barra minn dik speċifikata f'L22.b., li hija “meħtieġa” għall-“iżvilupp” il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta' oġġetti speċifikati mil-Lista Militari Komuni tal-UE.
b. “Teknoloġija”, kif ġej:
1. “Teknoloġija meħtieġa” għad-disinn ta', l-għaqda ta' komponenti fi, u l-operazzjoni, żamma fl-ordni u tiswija ta' installazzjonijiet ta' produzzjoni kompluti għal oġġetti speċifikati ilitari Komuni tal-Unjoni Ewropea, anke jekk il-komponenti ta' dawn l-installazzjonijiet ta' produzzjoni ma jkunux speċifikati
2. “Teknoloġija meħtieġa” għall-“iżvilupp” u l-“produzzjoni” ta' armamenti żgħar anke jekk użati biex jipproduċu riproduzzjonijiet ta' armamenti żgħar ta' antikità;
3. “Teknoloġija meħtieġa” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta' aġenti tossikoloġiċi, tagħmir jew komponenti relatati speċifikati minn ML7.a. sa ML 7.g.;
4. “Teknoloġija meħtieġa” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta' “bijopolimeri” jew kulturi ta' ċelloli speċifiċi speċifikati minn ML7.h.;
5. “Teknoloġija meħtieġa” esklussivament għall-inkorporazzjoni ta' “bijokatalisti”, speċifikata minn ML7.i.1., f'sustanzi ta' ġarr militari jew materjal militari.
Nota 1: “Teknoloġija meħtieġa” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta' oġġetti speċifikati fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea jibqgħu taħt kontroll anke meta applikabbli għal kwalunkwe oġġett mhux speċifikat.
Nota 2: ML22 ma japplikax għal:
a. “Teknoloġija” li hija l-minimu meħtieġ għall-installazzjoni, operazzjoni, żamma fl-ordni (iċċekkjar) u tiswija ta' dawk l-oġġetti li ma humiex ikkontrollati jew li l-esportazzjoni tagħhom kienet awtorizzata;
b. “Teknoloġija” li hija “fl-isfera pubblika”, “riċerka xjentifika bażika” jew l-informazzjoni minima meħtieġa għal applikazzjonijiet ta' brevett;
c. “Teknoloġija” għal induzzjoni manjetika għal propulsjoni kontinwa ta' tagħmir ta' trasport ċivili.
DEFINIZZJONIJIET TA' TERMINI UŻATI F'DIN IL-LISTA
Dawn li ġejjin huma definizzjonijiet ta' termini użati f'din il-Lista, f'ordni alfabetiku.
Nota 1: Id-definizzjonijiet japplikaw matul il-Lista kollha. Ir-referenzi huma biss konsultattivi u ma għandhom l-ebda effett fuq l-applikazzjoni universali ta' termini definiti matul il-Lista kollha.
Nota 2: Il-kliem u t-termini li jinsabu f'din il-Lista ta' Definizzjonijiet jieħdu biss it-tifsira definita fejn din hija indikata billi jkunu “bejn virgoletti doppji”. Definizzjonijiet ta' termini bejn “virgoletti uniċi” huma mogħtija f'nota Teknika għall-punt rilevanti. F'istanzi oħrajn, il-kliem u t-termini jieħdu t-tifsiriet aċċettati komunement (dizzjunarju).
ML7 “Adattat għal użu fi gwerra”
Kull modifika jew selezzjoni (bħal alterazzjoni fil-purità, ħajja fuq l-ixkaffa, virulenza, karatteristiċi disseminattivi, jew reżistenza għal radjazzjoni UV) disinjati biex iżidu l-effettività fil-produzzjoni ta' bnedmin jew annimali mweġġgħin jew maqtulin, tagħmir degradanti jew li jagħmel ħsara lil għelejjel jew lill-ambjent.
ML8 “Addittivi”
Sustanzi użati f'formulazzjonijiet esplussivi biex itejbu l-proprjetajiet tagħhom.
ML8, ML9 u ML10 “Ajruplani”
Ġewnaħ fiss, ġewnaħ b'ġometrija varjabbli, ġewnaħ rotanti (ħelikopter), rotor li jista' jinklina jew vettura għat-tajran b'ġewnaħ li jista' jinklina.
ML11 “Sistemi Awtomatizzati ta' Kmand u Kontroll”
Sistemi elettroniċi, li permezz tagħhom informazzjoni li hija essenzjali għall-operat effettiv tar-raggruppament, il-formazzjoni maġġuri, il-formazzjoni tattika, l-unità, il-bastiment, is-sotto-unità jew l-armi kkmandati tiddaħħal, tiġi pproċessata jew tiġi trasmessa. Dan jinkiseb permezz tal-użu ta' hardware tal-kompjuter u hardware ieħor iddisinjat biex jappoġġa l-funzjonijiet ta' organizzazzjoni militari ta' kmand u kontroll. Il-funzjonijiet ewlenin ta' sistema awtomatizzata ta' kmand u kontroll huma: il-ġbir awtomatizzat, il-kumulazzjoni, il-ħażna u l-ipproċessar effiċjenti ta' informazzjoni; il-preżentazzjoni tas-sitwazzjoni u ċ-ċirkostanzi li jaffettwaw it-tħejjija u t-twettiq tal-operazzjonijiet ta' ġlied; kalkoli operazzjonali u tattiċi għall-allokazzjoni ta' riżorsi fost ir-raggruppamenti tal-forza jew l-elementi tal-ordni operazzjonali tal-battalja jew l-iskjerament fil-battalja skont il-missjoni jew il-fażi tal-operazzjoni; it-tħejjija ta' data għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni u t-teħid ta' deċiżjonijiet fi kwalunkwe stadju matul l-operazzjoni jew il-battalja; is-simulazzjoni ta' operazzjonijiet permezz tal-kompjuter.
ML22 “Riċerka xjentifika bażika”
Xogħol sperimentali jew teoriku magħmul prinċipalment biex jintlaħaq tagħrif ġdid tal-prinċipji fundamentali ta' fenomeni jew fatti osservabbli, mhux primarjament dirett lejn skop prattiku jew objettiv speċifiku.
ML7, 22 “Bijokatalisti”
Enzimi għal reazzjonijiet kimiċi jew bijokimiċi speċifiċi jew komposti bijoloġiċi oħrajn li jingħaqdu ma' u jaċċelleraw id-degradazzjoni ta' aġenti CW.
Nota Teknika
“Enzimi” tfisser “bijokatalisti” għal reazzjonijiet kimiċi jew bijokimiċi speċifiċi.
ML7, 22 “Bijopolimeri”
Makromolekuli bijoloġiċi kif ġej:
a. Enzimi għal reazzjonijiet kimiċi jew bijokimiċi speċifiċi;
b. Antikorpi, monoklonali, poliklonali jew anti-idjotipiċi;
c. Riċetturi mfasslin apposta jew speċjalment ipproċessati;
Noti Tekniċi
1. “Antikorpi antiidjotipiċi” tfisser antikorpi li jingħaqdu mas-siti ta' għaqda ta' antiġen speċifiku ta' antikorpi oħrajn;
2. “Antikorpi monoklonali” tfisser proteini li jingħaqdu ma' sit antiġeniku wieħed u huma prodotti minn klonu singolu ta' ċelloli;
3. “Antikorpi poliklonali” tfisser taħlita ta' proteini li jingħaqdu ma' sit antiġeniku speċifiku u huma prodotti minn aktar minn klonu wieħed ta' ċelloli;
4. “Riċetturi” tfisser strutturi makromolekulari bijoloġiċi kapaċi li jgħaqqdu l-ligands, u din l-għaqda taffetwa funzjonijiet fiżjoloġiċi.
ML10 “Ajruplani ċivili”
Dawk l-“ajruplani” elenkati skont id-disinjazzjoni f'listi ppubbikati ta' ċertfikazzjoni li turi li huma tajbin għat-titjir mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili biex itiru fuq rotot ċivili kummerċjali interni u esterni jew għal użu leġittimu ċivili, privat jew ta' negozju.
ML21, 22 “Żvilupp”
Huwa relatat tal-istadji kollha qabel il-produzzjoni serjali, bħal: disinn, riċerka dwar disinn, analiżi tad-disinn, kunċetti tad-disinn, l-immontar u l-ittestjar ta' prototipi, skemi ta' produzzjoni ta' piloti, data tad-disinn, il-proċess tat-trasformazzjoni ta' data tad-disinn fi prodott, disinn ta' konfigurazzjoni, disinn ta' integrazzjoni, l-arranġamenti skont pjan.
ML17 “Effetturi-tat-tmiem” (“end-effectors”)
Ħattafa, unitajiet attivi ta' għodda u kull għodda oħra li hija magħquda ma' baseplate fit-tarf ta' driegħ manipulatur “robot”.
Nota Teknika
“Unitajiet attivi ta' għodda” huma apparat biex tkun applikata qawwa motiva, enerġija ta' proċess jew issensjar ta' entità li jsir xogħol fuqha.
ML4, 8 “Materjali enerġetiċi”
Sustanzi jew taħlit li jirreaġixxu kimikament biex joħorġu enerġija rikjesta għall-applikazzjoni intenzjonata tagħhom. “Splussivi”, “pirotekniċi” u “propellanti” huma subklassijiet ta' materjali enerġetiċi.
ML8, 18 “Splussivi”
Sustanzi solidi, likwidi jew bħala gass jew taħlit ta' sustanzi li, fl-applikazzjoni tagħhom primarjament bħala booster jew iċċarġjar ewlieni f'applikazzjoni ta' testata, f'applikazzjoni għat-twaqqigħ jew applikazzjonijiet oħrajn, huma rikjesti li jiddetonaw.
ML7 “Vektors ta' Espressjoni”
Ġarriera (eż. plasmid jew virus) użati biex ikun introdott materjal ġenetiku f'ċelloli li jilqgħu.
ML 17 “Ċellola tal-karburant”
Tagħmir elettrokimiku li jikkonverti l-enerġija kimika direttament f'Elettriku ta' Kurrent Dirett (DC) bil-konsum tal-karburant minn sors estern.
ML13 “Materjali fibrużi jew bil-filamenti”
Jinkludu:
a. Monofilamenti kontinwi;
b. Nisġiet u rovings kontinwi;
c. Tapes, tessuti, tapiti żgħar random u malji tax-xagħar;
d. Fibri mqattgħin, fibri staple u kutri koerenti tal-fibra;
e. Whiskers, jew monokristallini jew polikristallini, ta' kwalunkwe tul;
f. Polpa poliamide aromatika.
ML15 “Tubi intensifikaturi tal-immaġni tal-ewwel ġenerazzjoni”
Tubi ffokati elettrostatikament, li jużaw plates għad-dħul u l-ħruġ tal-fibre optic jew b'wiċċ tal-ħġieġ, fotokatodi multialkalini (S-20 jew S-25), imma mhux amplifikaturi ta' plate mikrokanal.
ML22 “Fl-isfera pubblika”
Din tfisser “teknoloġija” jew “software” li huma disponibbli mingħajr restrizzjonijiet għal aktar disseminazzjoni.
Nota: Restrizzjonijiet tal-copyright ma jneħħux lit-“teknoloġija” jew “software” milli jibqgħu “fl-isfera pubblika”.
ML5, 19 “Lejżer”
Għaqda ta' komponenti li jipproduċu kemm spazjalment u temporanjament dawl koerenti li huwa amplifikat b'emissjoni stimolata ta' radjazzjoni.
ML10 “Veikoli eħfef mill-arja”
Bżieżaq volanti u ajruplani (“airships”) li jiddependu fuq arja sħuna jew gassijiet eħfef-mill-arja bħal elju jew idroġenu biex jitilgħu.
ML17 “Reattur nukleari”
Jinkludi l-oġġetti fi jew imwaħħlin direttament ma' reċipjent reattur, it-tagħmir li jikkontrolla l-livell ta' qawwa fil-qalba, u l-komponenti li normalment fihom jew jiġu f'kuntatt dirett ma' jew jikkontrollaw il-likwidu għat-tkessiħ primarju tal-qalba tar-reattur.
ML8 “Prekursuri”
Kimiċi ta' speċjalità użati fil-manifattura ta' splussivi.
ML21, 22 “Produzzjoni”
Tfisser l-istadji kollha tal-produzzjoni, bħal: l-inġinerija, il-manifattura, l-integrazzjoni, l-immuntar, l-ispezzjoni, l-ittestjar, l-iżgurar tal-kwalità ta' prodott.
ML8 “Propellanti”
Sustanzi jew taħlit li jirreaġixxu kimikament biex jipproduċu volumi kbar ta' gassijiet jaħarqu f'rati kontrollati biex iwettqu xogħol mekkaniku.
ML4, 8 “Pirotekniku(iċi)”
Taħlit ta' karburants solidi jew likwidi u ossidaturi li, meta jitqabbdu, jgħaddu minn reazzjoni enerġetika qawwija b'rata kontrollata intenzjonati biex jipproduċu dewmien speċifiċi fil-ħin, jew kwantitajiet ta' sħana, storbju, duħħan, dawl viżibbli jew radjazzjoni infra-ħamra. Il-piroforiċi huma subklassi tal-pirotekniċi, li ma jinkludux issidanti iżda jaqbdu spontanjament mal-kuntatt mal-arja.
ML22 “Meħtieġ”
Kif applikata għal “teknoloġija”, tirreferi biss għal dak il-porzjon ta' “teknoloġija” li huwa pekuljarment responsabbli biex jilħaq jew jeċċedi l-livelli kontrollati ta' eżekuzzjoni, karatteristiċi jew funzjonijiet. “Teknoloġija”“rikjesta” bħal din tista' tkun kondiviża bejn prodotti differenti.
ML7 “Aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet”
Sustanzi li, taħt il-kondizzjonijiet mistennijin tal-użu għal finijiet ta' kontroll tal-irvellijiet, jipproduċu rapidament fil-bnedmin irritazzjoni tas-sensi jew effetti fiżiċi li jiddiżabilitaw li jitilqu fi żmien qasir wara t-terminazzzjoni tal-espożizzjoni. Il-gassijiet tad-dmugħ huma subsett ta' “aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet”).
ML17 “Robot”
Mekkaniżmu għal manipulazzjoni, li jista' jkun tal-varjetà mogħdija kontinwa (“continuous path”) jew punt-għal-punt, jista' juża sensorijiet, u għandu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:
a. Huwa multifunzjonali;
b. Huwa kapaċi li jippożizzjona jew jorjenta materjal, partijiet, għodod jew tagħmir speċjali permezz ta' movimenti varjabbli fi spazju tridimensjonali;
c. Jinkorpora tliet jew aktar servo-tagħmir b'loop magħluqa jew miftuħa li jistgħu jinkludu muturi stepping; u
d. Għandu “programmabbiltà aċċessibbli għall-utent” permezz tal-metodu għallem/irrepeti jew permezz ta' kompjuter elettroniku li jista' jkun kontrollur tal-loġika programmabbli, jiġifieri mingħajr intervent mekkaniku.
Nota: Id-definizzjoni ta' hawn fuq ma tinkludix it-tagħmir li ġej:
1. Mekkaniżmi ta' manipulazzjoni li huma kontrollabbli biss manwalment/b'teleoperatur;
2. Mekkaniżmi ta' manipulazzjoni ta' sekwenza fissa li huma tagħmir awtomat li jiċċaqlaq, li jopera skont movimenti programmati mekkanikament delimitati. Il-programm huwa limitat mekkanikament b'waqfiet delimitati, bħal pinnijiet jew kammijiet. Is-sekwenza ta' ċaqliq u s-selezzjoni tal-mogħdijiet jew angoli ma humiex varjabbli jew li jistgħu jinbidlu b'mezzi mekkaniċi, elettroniċi jew elettriċi;
3. Mekkaniżmi ta' manipulazzjoni ta' sekwenza varjabbli mekkanikament ikkontrollati li huma tagħmir awtomat li jiċċaqlaq, li joperaw skont movimenti programmati mekkanikament delimitati. Il-programm huwa mekkanikament limitat b'waqfiet fissi, iżda aġġustabbli, bħal pinnijiet jew kammijiet. Is-sekwenza ta' ċaqliq u s-selezzjoni tal-mogħdijiet jew angoli huma varjabbli fi ħdan id-disinn ta' programm delimitat. Il-varjazzjonijiet u l-modifikazzjonijiet tad-disinn tal-programm (eż. bidliet fil-pinnijiet jew bdil ta' kammijiet) f'waħda jew aktar mill-assi taċ-ċaqliq jistgħu jsiru biss permezz ta' operazzjonijiet mekkaniċi;
4. Mekkaniżmi ta' manipulazzjoni ta' sekwenza varjabbli ikkontrollati-non-servo li huma tagħmir awtomat li jiċċaqlaq, li joperaw skont movimenti programmati mekkanikament delimitati. Il-programm huwa varjabbli imma s-sekwenza tipproċedi biss b'sinjal binarju minn tagħmir binarju elettroniku mekkanikament delimitat jew waqfiet aġġustabbli;
5. Krejnijiet stacker definiti bħala sistemi għall-manipulazzjoni tal-koordinati Kartesjani manifatturati bħala parti integrali ta' firxa vertikali ta' tankijiet għall-ħażna u ddisinjati biex jaċċessaw il-kontenuti ta' dawn it-tankijiet għal ħażna jew ġbir.
ML21 “Software”
Kollezzjoni ta' wieħed jew aktar “programmi” jew “mikroprogrammi” delimitati fi kwalunkwe medju tanġibbli ta' espressjoni.
ML19 “Spazju kwalifikat”
Prodotti disinjati, immanifatturati u ttestjati biex jilħqu ħtiġiet elettriċi, mekkaniċi jew ambjentali speċjali għal użu fit-tlugħ u għar-regolamentazzjoni ta' satelliti jew sistemi tat-tajran ta' altitudni għolja li joperaw f'altitudnijiet ta' 100 km jew aktar.
ML18, 20 “Superkonduttiv”
Jirreferi għal materjali (jiġifieri metalli, ligi jew komposti) li jistgħu jitilfu r-reżistenza elettrika kollha (jiġifieri li jistgħu jilħqu konduttività elettrika infinita u jġorru kurrenti elettriċi kbar ħafna mingħajr sħana Joule).
Nota Teknika
L-istat “superkonduttiv” ta' materjal huwa karatterizzat individwalment b'“temperatura kritika”, għalqa manjetika kritika, li hija funzjoni ta' temperatura, u densità ta' kurrent kritika li hija, madankollu, funzjoni kemm ta' għalqa manjetika kif ukoll ta' temperatura.
ML22 “Teknoloġija”
Informazzjoni speċifika meħtieġa għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta' prodott. L-informazzjoni tieħu l-forma ta' data teknika jew assistenza teknika.
Noti Tekniċi
1. “Data teknika” tista' tieħu forom bħal blueprints, pjanijiet, dijagrammi, mudelli, formoli, tabelli, disinni u speċifikazzjonijiet tal-inġinerija, manwali u struzzjonijiet bil-miktub jew irrekordjati fuq midja oħrajn jew tagħmir bħal diska, tejp, u memorji li jinqraw-biss.
2. “Assistenza teknika” tista' tieħu l-forom bħal istruzzjoni, ħiliet, taħriġ, tagħrif tax-xogħol, servizzi ta' konsulenza. “Assistenza teknika” tista' tinvolvi t-ttrasferiment ta' “data teknika”.
ML21, 22 “Użu”
Operazzjoni, installazzjoni (inkluża installazzjoni fuq is-sit), manutenzjoni (iċċekkjar), tiswija, eżami bir-reqqa qabel tiswija u arranġament mill-ġdid.
( 1 ) Opinjoni mogħtija fit-23 ta’ Ottubru 2008 (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
( 2 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2008 (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009.
( 3 ) ĠU L 88, 29.3.2007, p. 58.
( 4 ) ĠU L 338, 9.12.1997, p. 1.
( 5 ) ĠU L 256, 13.9.1991, p. 51.
( 6 ) ĠU L 121, 15.5.1993, p. 20.
( 7 ) ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99.
( 8 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
( 9 ) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
( 10 ) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.