02009L0032 — MT — 16.02.2023 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DIRETTIVA 2009/32/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta’ April 2009 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-solventi tal-estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel (Tfassil mill-ġdid) (ĠU L 141 6.6.2009, p. 3) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/59/UE tas-26 ta' Awwissu 2010 |
L 225 |
10 |
27.8.2010 |
|
|
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1855 tad-19 ta' Ottubru 2016 |
L 284 |
19 |
20.10.2016 |
|
|
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/175 tas-26 ta’ Jannar 2023 |
L 25 |
67 |
27.1.2023 |
|
DIRETTIVA 2009/32/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-23 ta’ April 2009
dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-solventi tal-estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel
(Tfassil mill-ġdid)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għas-solventi tal-estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-addittivi tal-ikel, il-vitamini jew addittivi nutrijenti oħra, għajr jekk dawn l-addittivi tal-ikel, il-vitamini jew l-addittivi nutrijenti huma elenkati fl-Anness I.
Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-użu tal-addittivi tal-ikel, il-vitamini u l-addittivi nutrijenti l-oħra ma jirriżultax sabiex l-oġġetti tal-ikel jkun fihom livelli ta’ residwi tas-solvent tal-estrazzjoni li jkunu ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem.
Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet adottati skond regoli Komunitarji aktar speċifiċi.
Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:
“solvent” ifisser kull sustanza użata sabiex tħoll l-oġġett tal-ikel jew kull komponent tiegħu, inkluż kull kontaminant preżenti ġewwa jew fuq dan l-oġġett tal-ikel;
“solvent tal-estrazzjoni” ifisser solvent li huwa użat skond proċedura tal-estrazzjoni matul il-proċessar tal-materji prima, ta’ oġġetti tal-ikel, jew tal-komponenti jew l-ingredjenti ta’ dawn il-prodotti u li jiġi mneħħi iżda li jista’ jirriżulta fil-preżenza mhux intenzjonata, iżda teknikament inevitabbli, ta’ residwi jew derivati fl-oġġetti tal-ikel jew fl-ingredjent tal-ikel.
Artikolu 2
L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu t-tqegħid fis-suq tal-oġġetti tal-ikel jew tal-ingredjenti tal-ikel għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mas-solventi tal-estrazzjoni użati jew mar-residwi tagħhom jekk dawn jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’din id-Direttiva.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw illi s-sustanzi u l-materjali elenkati bħala solventi tal-estrazzjoni fl-Anness I jikkonformaw mal-kriterji tal-purità ġenerali u speċifiċi li ġejjin:
m’għandux ikun fihom ammont tossikoloġiku perikoluż ta’ xi element jew sustanza;
bla ħsara għal kull eċċezzjoni dderivata mill-kriteriji speċifiċi tal-purità adottati skond il-punt (d) tal-Artikolu 4, m’għandux ikun fihom aktar minn 1 mg/kg ta’ arseniku jew aktar minn 1 mg/kg ta’ ċomb;
għandhom jissodisfaw il-kriterji speċifiċi tal-purità adottati skond il-punt (d) tal-Artikolu 4.
Artikolu 4
Il-Kummissjoni għandha tadotta dawn li ġejjin:
l-emendi meħtieġa għall-Anness I fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku fil-kamp tal-użu ta’ solventi, tal-kondizzjonijiet tal-użu tagħhom u tal-limiti massimi tar-residwu;
il-metodi tal-analiżi meħtieġa sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-kriterji ġenerali u speċifiċi tal-purità previsti fl-Artikolu 3;
il-proċedura għat-teħid tal-kampjuni u l-metodi għall-analiżi kwalitattiva u kwantitattiva tas-solventi tal-estrazzjoni elenkati fl-Anness I u użati fl-oġġetti tal-ikel jew fl-ingredjenti tal-ikel;
jekk meħtieġa, il-kriterji speċifiċi tal-purità tas-solventi tal-estrazzjoni elenkati fl-Anness I, u b’mod partikulari l-limiti massimi permessi ta’ merkurju u ta’ kadmju fis-solventi tal-estrazzjoni.
Il-miżuri msemmija fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi, inter alia, jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 6(2).
Il-miżuri mssemmija fil-punti (a) u (d) tal-ewwel subparagrafu, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi, inter alia, jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6(3).
Fejn meħtieġ, il-miżuri msemmija fil-punti (a) u (d) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatarja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6(4).
Artikolu 5
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottatiskond il-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 6(4) .
Kull Stat Membru li jkun adotta miżuri ta’ salvagwardja jista’ f’dan il-każ iżommhom sakemm l-emendi jidħlu fis-seħħ fit-territorju tiegħu.
Artikolu 6
Il-perijodi previsti fl-Artikolu 5a(3)(c), (4)(b) u (4)(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu stabbiliti għal xahrejn, xahar u xahrejn rispettivament.
Artikolu 7
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw illi s-sustanzi elenkati fl-Anness I u maħsuba għall-użu bħala solventi tal-estrazzjoni fl-oġġetti tal-ikel ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq għajr jekk l-imballaġġ, il-kontenituri jew it-tikketti tagħhom ikun fihom il-partikolaritjiet li ġejjin hekk li jkunu jidhru b’mod faċli, jinqraw b’mod ċar u ma jitħassrux:
l-isem kummerċjali kif indikat fl-Anness I;
indikazzjoni ċara illi l-materjal huwa ta’ kwalità adatta sabiex jintuża’ għall-estrazzjoni tal-ikel jew tal-ingredjenti tal-ikel;
referenza li biha l-lott ikun jista’ jiġi identifikat;
l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-fabbrikant jew tal-ippakkjatur jew tal-bejjiegħ stabbilit fil-Komunità;
l-ammont nett mogħti bħala unitajiet tal-volum;
jekk meħtieġa, il-kondizzjonijiet speċjali tal-ħażna jew il-kondizzjonijiet tal-użu.
Kull Stat Membru għandu, madankollu, jiżgura illi jiġi pprojbit il-bejgħ tas-solventi tal-estrazzjoni fit-territorju tiegħu jekk il-partikolaritajiet li hemm provvediment dwarhom f’dan l-Artikolu ma jidhrux f’lingwa li tinftiehem b’mod faċli mix-xerrejja, għajr jekk ikunu ttieħdu miżuri oħra sabiex jiżguraw illi x-xerrej jiġi mgħarraf. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tipprevjeni milli dawn il-partikolaritajiet jiġu indikati f’lingwi varji.
Artikolu 8
Artikolu 9
Id-Direttiva 88/344/KEE, kif emendata mill-atti mniżżla fl-Anness II, Parti A, hija mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 10
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 11
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
IS-SOLVENTI TAL-ESTRAZZJONI LI JISTGĦU JINTUŻAW MATUL IL-PROĊESSAR TAL-MATERJI PRIMA, TAL-OĠĠETTI TAL-IKEL, TAL-KOMPONENTI TAL-IKEL JEW TAL-INGREDJENTI TAL-IKEL
IL-PARTI I
Is-solventi tal-estrazzjoni li għandhom jintużaw skond il-prattika tajba tal-manifattura għall-użi kollha ( 2 )
L-isem:
IL-PARTI II
Is-solventi tal-estrazzjoni li għalihom il-kondizzjonijiet tal-użu huma speċifikati
|
L-Isem |
Il-Kondizzjonijiet tal-użu (id-deskrizzjoni sommarja tal-estrazzjoni) |
Il-Limiti massimi tar-residwi fl-oġġett tal-ikel estratt jew fl-ingredjent tal-ikel |
|
Il-Hexane (1) |
Il-produzzjoni jew il-frazzjonalizzazzjoni tax-xaħmijiet u ż-żjut u l-produzzjoni tal-butir tal-kawkaw |
1 mg/kg fix-xaħam jew fiż-żejt jew fil-butir tal-kawkaw |
|
It-tħejjija tal-prodotti tal-proteini bix-xaħam imneħħi u ta’ tipi ta’ dqiq bix-xaħam imneħħi |
10 mg/kg fl-ikel li jkun fih il-prodotti tal-proteini bix-xaħam imneħħi u tipi ta’ dqiq bix-xaħam imneħħi |
|
|
30 mg/kg fil-prodotti tas-soy bix-xaħam imneħħi kif mibjugħa lill-aħħar konsumatur |
||
|
It-tħejjija tal-ġermolji taċ-ċereali bix-xaħam imneħħi |
5 mg/kg fil-germolji taċ-ċereali bix-xaħam imneħħi |
|
|
2-metilossolan |
Il-produzzjoni jew il-frazzjonament tax-xaħmijiet u ż-żjut u l-produzzjoni tal-butir tal-kawkaw |
1 mg/kg fix-xaħam jew fiż-żejt jew fil-butir tal-kawkaw |
|
Il-preparazzjoni tal-prodotti tal-proteini bix-xaħam imneħħi u ta’ tipi ta’ dqiq bix-xaħam imneħħi |
10 mg/kg fl-ikel li jkun fih il-prodotti tal-proteini bix-xaħam imneħħi u d-dqiq bix-xaħam imneħħi |
|
|
30 mg/kg fil-prodotti tas-soy bix-xaħam imneħħi kif mibjugħa lill-konsumatur aħħari |
||
|
Il-preparazzjoni tar-raħs taċ-ċereali bix-xaħam imneħħi |
5 mg/kg fir-raħs taċ-ċereali bix-xaħam imneħħi |
|
|
L-Aċetat tal-metil |
It-tneħħija tal-kafeina, jew it-tneħħija tal-irritanti jew l-imrar mill-kafè u t-te |
20 mg/kg fil-kafè jew it-te |
|
Il-produzzjoni taz-zokkor mill-ġulepp magħqud (molasses) |
l mg/kg fiz-zokkor |
|
|
L-etilmetilketone1 (2) |
Il-frazzjonizzazzjoni tax-xaħmijiet u ż-żjut |
5 mg/kg fix-xaħam jew fiż-żejt |
|
It-tneħħija tal-kafeina, jew it-tneħħija tal-irritanti jew l-imrar mill-kafè u t-te |
20 mg/kg fil-kafè jew fit-te |
|
|
Id-diklorometane |
It-tneħħija tal-kafeina, jew it-tneħħija tal-irritanti jew l-imrar mill-kafè u t-te |
2 mg/kg fil-kafè inkaljat u 5 mg/kg fit-te |
|
Methanol |
Għall-użi kollha |
10 mg/kg |
|
Propan-2-ol |
Għall-użi kollha |
10 mg/kg |
|
Metossimetan |
Preparazzjoni ta' prodotti ta' proteini mill-annimali mingħajr xaħam inkluża l-ġelatina (3) |
0,009 mg/kg fil-prodotti ta' proteini mill-annimali mingħajr xaħam inkluża l-ġelatina |
|
Preparazzjoni tal-kollaġini (4) u d-derivattivi tal-kollaġini, ħlief għall-ġelatina. |
3 mg/kg fil-kollaġini u fid-derivattivi tal-kollaġini, ħlief għall-ġelatina |
|
|
(1)
Il-Hexane huwa prodott kummerċjali li essenzjalment fih l-idrokarboni aċikliċi saturati li jkun fihom sitt atomi tal-karbonju u li jiddistilla bejn l-64 °C u s-70 °C. L-użu kkombinat tal-Hexane u tal-Etilmetilketone huwa pprojbit.
(2)
Il-livell tal-n-Hexane f’dan is-solvent m’għandux jaqbeż il-50 mg/kg. L-użu kkombinat ta’ Hexane u Etilmetilketone huwa pprojbit.
►M2
(3)
“Ġelatina” tfisser proteina naturali, solubbli, li tgħaqqad bħal ġell jew li ma tgħaqqadx bħal ġell, miksuba mill-idroliżi parzjali tal-kollaġini magħmul mill-għadam, mill-ġlud u mill-għeruq u t-tendini tal-annimali, skont ir-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.
(4)
“Kollaġini” tfisser il-prodott abbażi ta' proteina li jirriżulta minn għadam, ġlud u tendini tal-annimali mmanifatturati skont ir-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. ◄ |
||
IL-PARTI III
Is-solventi tal-estrazzjoni li għalihom huma speċifikati l-kondizzjonijiet tal-użu
|
L-isem |
Il-limiti massimi tar-residwi fl-oġġetti tal-ikel minħabba l-użu tas-solventi tal-estrazzjoni fil-preparazzjoni tat-taħwir minn materjali naturali tat-taħwir |
|
Id-Diethyl Ether |
2 mg/kg |
|
L-Hexane (1) |
1 mg/kg |
|
2-metilossolan |
1 mg/kg |
|
Iċ-Ċiklohexane |
1 mg/kg |
|
L-Aċetat tal-Metil |
1 mg/kg |
|
Il-Butan-1-ol |
1 mg/kg |
|
Il-Butan-2-ol |
1 mg/kg |
|
L-Etilmetilketone (1) |
1 mg/kg |
|
Id-Diklorometan |
0,02 mg/kg |
|
Il-Propan-1-ol |
1 mg/kg |
|
1,1,1,2-tetrafluoroetane |
0,02 mg/kg |
|
Metanol |
1,5 mg/kg |
|
Propan-2-ol |
1 mg/kg |
|
(1)
L-użu kkombinat ta’ Hexane u Etilmetilketone huwa pprojbit. |
|
PARTI IV
Kriterji speċifiċi għall-purità tas-solventi tal-estrazzjoni elenkati fl-Anness I
|
2-metilossolan |
|
|
Nru CAS |
96-47-9 |
|
Assaġġ |
Kontenut ta’ mhux inqas minn 99,9 % espress fuq bażi xotta |
|
Purità |
|
|
Furan |
Mhux aktar minn 50 mg/kg (espress fuq bażi ta’ piż xott) |
|
2-Metilfuran |
Mhux aktar minn 500 mg/kg (espress fuq bażi ta’ piż xott) |
|
Etanol |
Mhux aktar minn 450 mg/kg (espress fuq bażi ta’ piż xott) |
ANNESS II
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmi fl-Artikolu 9)
|
Direttiva tal-Kunsill 88/344/KEE (ĠU L 157, 24.6.1988, p. 28) |
|
|
Direttiva tal-Kunsill 92/115/KEE (ĠU L 409, 31.12.1992, p. 31) |
|
|
Direttiva 94/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 331, 21.12.1994, p. 10) |
|
|
Direttiva 97/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 331, 3.12.1997, p. 7) |
|
|
Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1) |
Anness III, Punt 9 biss |
PARTI B
Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmi fl-Artikolu 9)
|
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
|
88/344/KEE |
13 ta’ Ġunju 1991 |
|
92/115/KEE |
a. 1 ta’ lulju 1993 |
|
b. 1 ta’ Jannar 1994 (1) |
|
|
94/52/KE |
7 ta’ Diċembru 1995 |
|
97/60/KE |
a. 27 ta’ Ottubru 1998 |
|
b. 27 ta’ April 1999 (2) |
|
|
(1)
Skond l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 92/115/KEE: “L-Istati Membri għandhom jemendaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom hekk li: — jippermettu l-kummerċ fil-prodotti li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ lulju 1993, — jipprojbixxu l-kummerċ fil-prodotti li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva b’effett mill-1 ta’ Jannar 1994.”
(2)
Skond l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 97/60/KE: “L-Istati Membri għandhom jemendaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom sabiex jawtorizzaw il-kummerċ fil-prodotti li: — jikkonformaw mad-Direttiva 88/344/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mis-27 ta’ Ottubru 1998; — jipprojbixxu l-kummerċ fil-prodotti li ma jikkonformawx mad-Direttiva 88/344/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, mis-27 ta’ April 1999. Madankollu, il-prodotti li jkunu tqiegħdu, fis-suq jew ikunu ġew ittikkettjati qabel dik id-data u li ma jikkonformawx mad-Direttiva 88/344/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, jistgħu jiġu mqiegħda fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet.” |
|
ANNESS III
Tabella ta’ korrelazzjoni
|
Direttiva 88/344/KEE |
Din id-Direttiva |
|
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(1) |
|
Artikolu 1(3) |
Artikolu 1(2) |
|
Artikolu 2(1) |
Artikolu 2(1) |
|
Artikolu 2(2) |
Artikolu 2(2) |
|
Artikolu 2(3) |
— |
|
Artikolu 2(4) |
Artikolu 2(3) |
|
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 6(1) |
Artikolu 6(1) |
|
Artikolu 6(2) |
— |
|
Artikolu 6(3) |
— |
|
— |
Artikolu 6(2) |
|
— |
Artikolu 6(3) |
|
— |
Artikolu 6(4) |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 8 |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 9 |
— |
|
— |
Artikolu 9 |
|
— |
Artikolu 10 |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 11 |
|
Anness |
Anness I |
|
— |
Anness II |
|
— |
Anness III |
( 1 ) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.
( 2 ) Solvent tal-estrazzjoni huwa kkunsidrat bħala li jintuża f’ konformità ma’ prattika tajba ta’ fabbrikazzjoni jekk l-użu tiegħu jirriżulta biss fil-preżenza ta’ residwi jew derivativi fi kwantitajiet teknikament inevitabbli li ma jippreżentaw ebda perikolu għas-saħħa umana.
( 3 ) L-użu tal-Aċetone fir-raffinament taż-żejt taż-żebbuġa-pomaċja huwa pprojbit.