2009L0030 — MT — 10.06.2016 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DIRETTIVA 2009/30/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, tad-diżil u taż-żejt tal-gass u li tintroduċi mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-karburant użat mill-bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 93/12/KEE (ĠU L 140 5.6.2009, p. 88) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DIRETTIVA (UE) 2016/802 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL kodifikazzjoni tal-11 ta' Mejju 2016 |
L 132 |
58 |
21.5.2016 |
Ikkoreġut b'
DIRETTIVA 2009/30/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-23 ta’ April 2009
li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, tad-diżil u taż-żejt tal-gass u li tintroduċi mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-karburant użat mill-bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 93/12/KEE
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 98/70/KE
Id-Direttiva 98/70/KE hija b’dan emendata kif ġej:
1. l-Artikolu 1 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
Din id-Direttiva tistabbilixxi, fir-rigward tal-vetturi tat-triq, u makkinarju mobbli li mhux tat-triq (inklużi bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni meta ma jkunux fil-baħar), tratturi tal-biedja u tal-forestrija, u dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni meta ma jkunux fil-baħar:
(a) speċifikazzjonijiet tekniċi minħabba raġunijiet ambjentali u ta' saħħa għal karburanti biex jintużaw għal magni ‘positive ignition’ u magni ‘compression ignition’, waqt li jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti tekniċi ta' dawn il-magni; u
(b) mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja.”;
2. l-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) Fl-ewwel paragrafu:
(i) il-punt 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“3. ‘żjut tal-gass maħsuba biex jintużaw minn makkinarju mobbli li mhux tat-triq (inklużi bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni), tratturi tal-biedja u l-forestrija, u dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni’ tfisser kwalunkwe likwidu li ġej miż-żejt, li jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 2710 19 41 u 2710 19 45 ( 12 ), maħsub għall-użu f’magni ‘compression ignition’ imsemmija fid-Direttivi 94/25/KE ( 13 ), 97/68/KE ( 14 ) u 2000/25/KE) ( 15 );
(ii) il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu:
“5. ‘Stati Membri b’temperaturi baxxi ambjentali fis-sajf’ tfisser id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit;
6. ‘emissjonijiet ta’ gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja’ tfisser l-emissjonijiet netti kollha ta’ CO2, CH4 u N2O li jistgħu jkunu assenjati lill-karburant (inklużi l-komponenti mħallta) jew lill-enerġija fornuta. Dan jinkludi l-istadji kollha rilevanti mill-estrazzjoni sal-kultivazzjoni, inklużi l-bidliet fl-użu tal-art, it-trasport u d-distribuzzjoni, l-ipproċessar u l-kombustjoni, irrispettivament minn fejn iseħħu dawk l-emissjonijiet;
7. ‘emissjonijiet ta’ gass b’effett serra għal kull unità ta’ enerġija’ tfisser il-massa totali ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett serra ekwivalenti għas-CO2, assoċjati mal-karburant jew l-enerġija fornuta, diviż bil-kontenut totali tal-enerġija tal-karburant jew tal-enerġija fornuta (għall-karburant, espress bħala l-valur baxx ta’ tisħin tiegħu);
8. ‘fornituri’ tfisser l-entità responsabbli għall-passaġġ tal-karburant jew tal-enerġija permezz ta’ punt tad-dazju tas-sisa jew, jekk mhi dovuta l-ebda sisa, kwalunkwe entità oħra rilevanti nominata minn Stat Membru;
9. ‘bijokarburanti’ għandha l-istess tifsira bħal fid-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli ( 16 ).
(b) It-tieni paragrafu għandu jitħassar;
3. l-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) Il-paragrafi 2 sa 6 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:
“2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-petrol jista’ jitqiegħed fis-suq ġewwa t-territorju tagħhom biss jekk ikunu mħarsal-ispeċifikazzjonijiet ambjentali stabbiliti fl-Anness I.
Madankollu, rigward ir-reġjuni l-iktar imbiegħda, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjonijiet speċifiċi sabiex idaħħlu l-petrol b’kontenut massimu ta’ kubrit ta’ 10 mg/kg. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-dispożizzjoni għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni kif meħtieġ.
3. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-fornituri jiżguraw it-tqegħid fis-suq ta’ petrol b’kontenut massimu ta’ ossiġnu ta’ 2,7 % u b’kontenut massimu ta’ etanol ta’ 5 % sal-2013 u jistgħu jeħtieġu t-tqegħid fis-suq ta’ petrol bħal dan għal perijodu itwal jekk iqisu li dan ikun meħtieġ. Huma għandhom jiżguraw l-għoti ta’ informazzjoni xierqa lill-konsumaturi dwar il-kontenut ta’ bijokarburant fil-petrol u, b’mod partikolari, dwar l-użu xieraq tat-taħlitiet differenti ta’ petrol.
4. L-Istati Membri b’temperatura ambjentali tas-sajf baxxa jistgħu, soġġett għall-paragrafu 5, jippermettu t-tqegħid fis-suq fil-perjodu tas-sajf ta’ petrol bi pressjoni massima tal-fwar ta’ 70 kPa.
L-Istati Membri fejn id-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu ma tapplikax jistgħu, bla ħsara għall-paragrafu 5, jippermettu t-tqegħid fis-suq matul il-perijodu tas-sajf ta’ petrol li jkun fih l-etanol bi pressjoni massima tal-fwar ta’ 60 kPa kif ukoll ir-rinunzja permessa tal-pressjoni tal-fwar speċifikata fl-Anness III, bil-kondizzjoni li l-etanol użat ikun bijokarburant.
5. Fejn l-Istati Membri jkunu jixtiequ japplikaw xi waħda mid-derogi previsti fil-paragrafu 4, huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u jgħaddu kull informazzjoni rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-pożittività u t-tul ta’ żmien tagħha, filwaqt li tqis:
(a) il-ħtieġa li jiġu evitati problemi soċjo-ekonomiċi li jirriżultaw minn pressjoni tal-fwar ogħla, inklużi l-ħtiġijiet ta’ adattament tekniku limitati fiż-żmien; u
(b) il-konsegwenzi ambjentali jew fuq is-saħħa tal-pressjoni ogħla mill-fwar u, b’mod partikolari, l-impatt fuq il-konformità mal-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-kwalità tal-arja, kemm fl-Istat Membru kkonċernat kif ukoll fi Stati Membri oħra.
Jekk l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni turi li d-deroga ser tirriżulta f’nuqqas ta’ konformità mal-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-kwalità tal-arja jew it-tniġġis tal-arja, inklużi l-valuri ta’ limitu rilevanti u l-limiti massimi tal-emissjonijiet, l-applikazzjoni għandha tiġi miċħuda. Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll il-valuri ta’ mira rilevanti.
Jekk il-Kummissjoni ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni fi żmien sitt xhur minn meta tkun irċeviet l-informazzjoni kollha rilevanti, l-Istat Membru kkonċernat jista’ japplika d-deroga mitluba.
6. Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jippermettu l-kummerċjalizzazzjoni ta’ kwantitajiet żgħar ta’ petrol biċ-ċomb, b’kontenut ta’ ċomb li ma jaqbiżx iż-0,15 g/l sa massimu ta’ 0,03 % mill-bejgħ totali, li jrid jintuża minn vetturi qodma ta’ natura karatteristika u li jrid jitqassam permezz ta’ gruppi ta’ interess speċjali.”;
(b) Il-paragrafu 7 għandu jitħassar;
4. l-Artikolu 4 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 4
Karburant tad-diżil
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-karburant tad-diżil jista’ jitqiegħed fis-suq ġewwa t-territorju tagħhom biss jekk iħares l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.
Minkejja r-rekwiżiti tal-Anness II, l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tqegħid fis-suq ta’ diżil b’kontenut ta’ aċidu grass methyl ester (FAME) ta’ aktar minn 7 %.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tingħata informazzjoni xierqa lill-konsumaturi rigward il-kontenut ta’ bijokarburant tal-karburant tad-diżil, b’mod partikolari l-FAME.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2008, iż-żjut tal-gass maħsuba biex jintużaw minn makkinarju mobbli mhux tat-triq (inklużi bastimenti għall-passaġġi tal-ilma interni), tratturi agrikoli u tal-foresterija u dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni jistgħu jitqiegħdu fis-suq fi ħdan it-territorju tagħhom biss jekk il-kontenut ta’ kubrit ta’ dawk iż-żjut tal-gass ma jaqbiżx l-1 000 mg/kg. Mill-1 ta’ Jannar 2011, il-kontenut massimu permissibbli ta’ kubrit f’dawn iż-żjut tal-gass għandu jkun ta’ 10 mg/kg. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-karburanti likwidi barra minn dawk iż-żjut tal-gass jistgħu jintużaw f’bastimenti għall-passaġġi tal-ilma interni u dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni biss jekk il-kontenut ta’ kubrit f’dawn il-karburanti likwidi ma jaqbiżx il-kontenut massimu permissibbli ta’ dawk iż-żjut tal-gass.
Madankollu, sabiex tiġi akkomodata kontaminazzjoni minuri fil-katina tal-provvista, l-Istati Membri jistgħu, mill-1 ta’ Jannar 2011, jippermettu li żejt tal-gass maħsub biex jintuża minn makkinarju mobbli mhux tat-triq (inklużi l-bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni), tratturi agrikoli u tal-forestrija u minn dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni, ikun fih sa 20 mg/kg ta’ kubrit fil-punt tal-aħħar distribuzzjoni għall-utenti finali. L-Istati Membri jistgħu jippermettu wkoll it-tqegħid fis-suq sal-31 ta’ Diċembru 2011 ta’ żejt tal-gass li jkun fih sa 1000 mg/kg ta’ kubrit għal vetturi ferrovjarji u tratturi agrikoli u tal-forestrija, bil-kondizzjoni li jkunu jistgħu jiżguraw li t-tħaddim xieraq tas-sistemi ta’ kontroll tal-emissjonijiet ma jiġix kompromess.
3. Rigward ir-reġjuni l-iktar imbiegħda, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjonijiet speċifiċi sabiex idaħħlu l-karburant tad-diżil u ż-żejt tal-gass b’kontenut massimu ta’ kubrit ta’ 10 mg/kg. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-dispożizzjoni għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwarha.
4. Għall-Istati Membri b’kondizzjonijiet xitwin ħorox, il-punt massimu tad-distillazzjoni ta’ 65 % f’temperatura ta’ 250 °C għall-karburanti tad-diżil u ż-żejt tal-gass jista’ jiġi mibdul b’punt massimu ta’ distillazzjoni ta’ 10 % (vol/vol) f’temperatura ta’ 180 °C.”;
5. għandhu jiddaħħal l-Artikolu 7a li ġej:
“Artikolu 7a
Tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gass b’effett serra
1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw il-fornitur jew il-fornituri responsabbli għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tal-gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja għal kull unità ta’ enerġija mill-karburant u l-enerġija fornuta. Fil-każ tal-fornituri tal-elettriku għall-użu f’vetturi tat-toroq, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-fornituri jkunu jistgħu jagħżlu li jsiru kontributuri għall-obbligu ta’ tnaqqis stabbilit fil-paragrafu 2 jekk ikunu jistgħu juru li jistgħu jkejlu u jimmonitorjaw b’mod adegwat l-elettriku fornut għall-użu f’dawk il-vetturi.
B’effett mill-1 ta’ Jannar 2011, il-fornituri għandhom jirrapportaw kull sena, lill-awtorità nnominata mill-Istat Membru, dwar l-intensità tal-gass b’effett serra tal-karburant u l-enerġija pprovduta f’kull Stat Membru billi jagħtu, bħala minimu, l-informazzjoni li ġejja:
(a) il-volum totali ta’ kull tip ta’ karburant jew enerġija fornuta, filwaqt li jindikaw minn fejn inxtraw u l-oriġini tagħhom; u
(b) l-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja għal kull unità ta’ enerġija.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rapporti jkunu soġġetti għal verifika.
Il-Kummissjoni għandha, fejn ikun il-każ, tistabbilixxi linji gwida għall-implimentazzjoni ta’ dan il-paragrafu.
2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu l-fornituri biex bl-aktar mod gradwali possibbli jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gass b’effett serra tul iċ-ċiklu ta’ ħajja għal kull unità ta’ enerġija mill-karburant u mill-enerġija fornuti sa massimu ta’ 10 % sal-31 ta’ Diċembru 2020, meta mqabbel mal-istandard tal-linja bażi tal-karburant imsemmi fil-paragrafu 5(b). Dan it-tnaqqis għandu jikkonsisti fi:
(a) 6 % sal-31 ta’ Diċembru 2020. L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-fornituri, għal dan it-tnaqqis, biex jikkonformaw mal-miri intermedji li ġejjin: 2 % sal-31 ta’ Diċembru 2014 u 4 % sal-31 ta’ Diċembru 2017;
(b) mira addizzjonali indikattiva ta’ 2 % sal-31 ta’ Diċembru 2020, soġġetti għall-Artikolu 9(1)(h), li għandha tintlaħaq permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin, jew it-tnejn li huma:
(i) il-forniment ta’ enerġija għat-trasport fornuta għall-użu fi kwalunkwe tip ta’ vettura tat-triq, makkinarju mobbli mhux tat-triq (inklużi bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni), tratturi tal-biedja jew tal-forestrija jew dgħajjes li jintuaw għar-rikreazzjoni;
(ii) l-użu ta’ kwalunkwe teknoloġija (fosthom il-qbid tal-karbonju u l-ħażna) li tkun kapaċi li tnaqqas l-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja għal kull unità ta’ enerġija mill-karburant jew l-enerġija fornuti;
(c) mira addizzjonali indikattiva ta’ 2 % sal-31 ta’ Diċembru 2020, soġġetta għall-Artikolu 9(1)(i), li għandha tintlaħaq permezz tal-użu ta’ krediti mixtrija permezz tal-Mekkaniżmu għall-Iżvilupp Nadif tal-Protokoll ta’ Kjoto, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwwa l-Komunità ( 17 ), għal tnaqqis fis-settur tal-provvista tal-karburanti.
3. L-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja mill-karburanti għandhom jiġu kkalkulati skont l-Artikolu 7d. L-emissjonijiet tal-gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja minn karburanti u enerġiji oħra għandhom ikunu kkalkulati bl-użu ta’ metodoloġija stabbilita f’konformità mal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li grupp ta’ fornituri jistgħu jagħżlu li jissodisfaw l-obbligi tat-tnaqqis skont il-paragrafu 2 flimkien. F’dan il-każ għandhom jitqiesu bħala fornitur wieħed għall-finijiet tal-paragrafu 2.
5. Miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(4). Dawn il-miżuri jinkludu, b’mod partikulari:
(a) il-metodoloġija għall-kalkolu tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja mill-karburanti minbarra bijokarburanti u mill-enerġija;
(b) il-metodoloġija li tispeċifika, qabel l-1 ta’ Jannar 2011, l-istandard tal-linja ta’ bażi għall-karburanti dwar l-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja għal kull unità ta’ enerġija tal-karburanti fossili fl-2010 għall-finijiet tal-paragrafu 2;
(c) kwalunkwe regola meħtieġa biex tagħti effett lill-paragrafu 4;
(d) il-metodoloġija biex jiġi kkalkulat il-kontribut tal-vetturi tat-triq tal-elettriku, li għandhom ikunu kompatibbli mal-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2009/28/KE.
6. Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli 7b, 7c, 7d u 7e li ġejjin:
“Artikolu 7b
Kriterji ta’ sostenibbiltà għall-bijokarburanti
1. Irrispettivament minn jekk il-materja prima kenitx ikkultivata ġewwa jew barra t-territorji tal-Komunità, l-enerġija mill-bijokarburanti għandha tiġi kkunsidrata għall-finijiet tal-Artikolu 7a biss jekk tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu.
Madankollu l-bijokarburanti prodotti mill-iskart u r-residwi, minbarra r-residwi li ġejjin mill-agrikoltura, l-akwakultura, is-sajd u l-foresterija, iridu jissodisfaw biss il-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbilit fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu sabiex jitqiesu għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 7a.
2. L-iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett serra mill-użu ta’ bijokarburanti kkunsidrat għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun ta’ mill-anqas 35 %.
B’effett mill-1 ta’ Jannar 2017, l-iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra li jirriżulta mill-użu ta’ bijokarburanti meqjus għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun ta’ mill-anqas 50 %. Mill-1 ta’ Jannar 2018 dak l-iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett serra għandu jkun ta’ mill-anqas 60 % għall-bijokarburanti u l-bijolikwidi prodotti f’impjanti li jkunu bdew il-produzzjoni fl-1 ta’ Jannar 2017 jew wara.
L-iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett serra li jirriżulta mill-użu ta’ bijokarburanti għandu jkun ikkalkulat skont l-Artikolu 7d(1).
Fil-każ ta’ bijokarburanti prodotti minn impjanti li kienu operattivi fit-23 ta’ Jannar 2008, l-ewwel subparagrafu għandu japplika mill-1 ta’ April 2013.
3. Il-bijokarburanti kkunsidrati għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn art b’valur għoli ta’ bijodiversità, jiġifieri art li kellha wieħed mill-istati li ġejjin fi jew wara Jannar 2008, kemm jekk l-art għad għandha dan l-istatus u kemm jekk le:
(a) foresta primarja u art oħra bis-siġar, jiġifieri foresta u art oħra bis-siġar ta’ speċi nattivi, fejn m’hemmx indikazzjoni ċarament viżibbli ta’ attività tal-bniedem u l-proċessi ekoloġiċi mhumiex disturbati b’mod sinifikanti;
(b) żoni indikati:
(i) mil-liġi jew mill-awtorità kompetenti rilevanti għal għanijiet ta’ ħarsien tan-natura; jew
(ii) għall-protezzjoni ta’ ekosistemi jew ta’ speċi rari, mhedda jew fil-periklu li jinqerdu li huma rikonoxxuti minn strumenti ta’ ftehim internazzjonali jew inklużi f’listi mfassla minn organizzazzjonijiet intergovernattivi jew l-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura, soġġett għar-rikonoxximent tagħhom skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7c(4);
sakemm ma tkunx ipprovduta evidenza li l-produzzjoni ta’ dik il-materja prima ma interferietx ma’ dawk il-finijiet ta’ ħarsien tan-natura;
(c) art bil-ħaxix b’bijodiversità għolja li hija:
(i) naturali, jiġifieri art bil-ħaxix li ser tibqa’ art bil-ħaxix fin-nuqqas ta’ intervent tal-bniedem u li żżomm il-kompożizzjoni tal-ispeċi naturali u l-karatteristiċi u l-proċessi ekoloġiċi; jew
(ii) mhux naturali, jiġifieri art bil-ħaxix li mingħajr l-intervent tal-bniedem ma tibqax art bil-ħaxix u li hija rikka fl-ispeċijiet u mhijiex degradata, sakemm ma tiġix ipprovduta evidenza li l-ħsad tal-materja prima tkun meħtieġa biex jinżamm l-istatus ta’ art bil-ħaxix.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji u l-firxiet ġeografiċi biex tiddetermina liema art bil-ħaxix għandha tkun koperta mill-punt (c) tal-ewwel subparagrafu. Din il-miżura mfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi tissupplimentaha għandha tkun adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(4).
4. Il-bijokarburanti kkundistrati għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn art b’ħażna għolja ta’ karbonju, jiġifieri art li kellha waħda mill-istati li ġejjin f’Jannar 2008 u li m’għadx għandha dak l-istatus:
(a) artijiet mistagħdra, jiġifieri art li hija miksija bi jew saturata bl-ilma permanentement jew għal parti sinifikanti tas-sena;
(b) żoni kontinwament ifforestati, jiġifieri art fuq firxa ikbar minn ettaru b’siġar ogħla minn ħames metri u b’kopertura ta’ aktar minn 30 %, jew siġar li jistgħu jilħqu dawn il-limiti in situ;
(c) art fuq firxa ikbar minn ettaru b’siġar ogħla minn ħames metri u b’kopertura ta’ bejn 10 % u 30 %, jew siġar li jistgħu jilħqu dawn il-limiti in situ, sakemm ma tkunx ipprovduta evidenza li l-ħażna ta’ karbonju taż-żona qabel u wara l-konverżjoni hija tali li, meta tiġi applikata l-metodoloġija stabbilita fil-Parti C tal-Anness IV, il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jkunu ssodisfatti.
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu m’għandhomx japplikaw jekk fiż-żmien meta nkisbet il-materja prima, l-art kellha l-istess status li kellha f’Jannar 2008.
5. Il-bijokarburanti kkundistrati għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn art li kienet art tal-peat f’Jannar 2008, sakemm ma tkunx ipprovduta evidenza li l-kultivazzjoni u l-ħsad ta’ dik il-materja prima ma tinvolvix dranaġġ ta’ ħamrija li qabel ma jkunx sarilha dranaġġ.
6. Materja prima agrikola kkultivata fil-Komunità u użata għall-produzzjoni ta’ bijokarburanti kkunsidrati għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 7a għandhom jinkisbu skont ir-rekwiżiti u l-istandards taħt id-dispożizzjonijiet imsemmija taħt l-intestatura ‘Ambjent’ fil-Parti A u fil-punt 9 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa ( 18 ) u skont ir-rekwiżiti minimi għal kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba definita skont l-Artikolu 6(1) ta’ dak ir-Regolament.
7. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sentejn lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fir-rigward kemm tal-pajjiżi terzi u kemm tal-Istati Membri li huma sors sinifikanti ta’ bijokarburanti jew ta’ materja prima għall-bijokarburanti kkunsmati fil-Komunità, dwar miżuri nazzjonali meħuda b’rispett għall-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fil-paragrafi 2 u 5 u għall-ħarsien tal-ħamrija, l-ilma u l-arja. L-ewwel rapport għandu jiġi ppreżentat fl-2012.
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sentejn lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-impatt fuq is-sostenibbiltà soċjali fil-Komunità u fil-pajjiżi terzi taż-żieda tad-domanda għall-bijokarburanti, dwar l-impatt tal-politika tal-Komunità dwar il-bijokarburanti fuq id-disponibbiltà tal-oġġetti tal-ikel bi prezzijiet li jintlaħqu minn kulħadd, b’mod partikolari għall-persuni li jgħixu f’pajjiżi li qed jiżviluppaw, u dwar kwistjonijiet ġenerali oħrajn marbutin mal-iżvilupp. Ir-rapporti għandhom jittrattaw ir-rispett tad-drittijiet tal-użu tal-art. Huma għandhom jiddikjaraw, kemm għall-pajjiżi terzi kif ukoll għall-Istati Membri li huma sors importanti ta’ materja prima għall-bijokarburanti kkunsmati fil-Komunità, jekk il-pajjiż ikunx irratifika u implimenta kull waħda mill-Konvenzjonijiet li ġejjin tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol:
— il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat jew Obbligatorju (Nru 29);
— il-Konvenzjoni dwar il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni (Nru 87);
— il-Konvenzjoni dwar l-Applikazzjoni tal-Prinċipji tad-Dritt ta’ Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv (Nru 98);
— il-Konvenzjoni dwar ir-Remunerazzjoni Indaqs għall-Ħaddiema Rġiel u Nisa għal Xogħol ta’ Valur Indaqs (Nru 100);
— il-Konvenzjoni dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat (Nru 105);
— il-Konvenzjoni dwar id-Diskriminazzjoni fir-Rigward tal-Impjieg u l-Professjoni (Nru 111);
— il-Konvenzjoni dwar l-Età Minima għad-Dħul fl-Impjieg (Nru 138);
— il-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni u l-Azzjoni Immedjata għall-Eliminazzjoni tal-Agħar Forom ta’ Xogħol tat-Tfal (Nru 182).
Dawk ir-rapporti għandhom jiddikjaraw, kemm għall-pajjiżi terzi kif ukoll għall-Istati Membri li huma sors importanti ta’ materja prima għall-bijokarburant ikkunsmat fil-Komunità, jekk il-pajjiż ikunx irratifika u implimenta:
— il-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-bijosigurtà;
— il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fi Speċi ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu.
L-ewwel rapport għandu jitressaq fl-2012. Il-Kummissjoni għandha tipproponi, jekk ikun il-każ, azzjoni korrettiva, b’mod partikolari jekk ikun hemm evidenza li l-produzzjoni tal-bijokarburanti għandha impatt sinifikanti fuq il-prezzijiet tal-ikel.
8. Għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri m’għandhomx jirrifjutaw li jikkunsidraw, għal raġunijiet oħra ta’ sostenibbiltà, bijokarburanti miksuba skont dan l-Artikolu.
Artikolu 7c
Verifika tal-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà għall-bijokarburanti
1. Fejn bijokarburanti għandhom jiġu kkunsidrati għall-finijiet tal-Artikolu 7a, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-operaturi ekonomiċi juru li l-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 7b(2) sa (5) ġew sodisfatti. Għal dak il-għan huma għandhom jeħtieġu li l-operaturi ekonomiċi jużaw sistema ta’ bilanċ tal-massa li:
(a) tippermetti li kunsinni ta’ materja prima jew bijokarburant b’karatteristiċi ta’ sostenibbiltà differenti jiġu mħallta;
(b) teħtieġ li informazzjoni dwar il-karatteristiċi tas-sostenibbiltà u d-daqsijiet tal-kunsinni msemmija fil-punt (a) tibqa’ assenjata lit-taħlita; u
(c) tipprovdi li s-somma tal-kunsinni kollha meħuda mit-taħlita tiġi deskritta bħala li għandha l-istess karatteristiċi ta’ sostenibbiltà, fl-istess kwantitajiet, bħas-somma tal-kunsinni kollha miżjuda mat-taħlita.
2. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-2010 u fl-2012 dwar it-tħaddim tal-metodu ta’ verifika tal-bilanċ tal-massa deskritt fil-paragrafu 1 u dwar il-potenzjal li jkunu permessi metodi oħra ta’ verifika fir-rigward ta’ xi tip jew it-tipi kollha ta’ materja prima jew bijokarburanti. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis dawk il-metodi ta’ verifika li fihom l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà m’hemmx għalfejn jibqgħu fiżikament assenjati għal konsenji jew taħlitiet partikolari. Il-valutazzjoni għandha tqis il-ħtieġa li jinżammu l-integrità u l-effikaċja tas-sistema ta’ verifika filwaqt li tiġt evitata l-impożizzjoni ta’ piż mhux raġjonevoli fuq l-industrija. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-użu ta’ metodi oħra ta’ verifika.
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi jippreżentaw informazzjoni affidabbli u li jpoġġu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, fuq talba, id-data li ntużat biex titħejja l-informazzjoni. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-operaturi ekonomiċi jagħmlu arranġament għal standard adegwat ta’ verifika indipendenti tal-informazzjoni ppreżentata, u li jipprovdu evidenza li dan sar. L-awditjar għandu jivverifika li s-sistemi użati mill-operaturi ekonomiċi huma preċiżi, affidabbli u mħarsa kontra l-frodi. Dan għandu jevalwa l-frekwenza u l-metodoloġija ta’ teħid tal-kampjuni u l-affidabilità tad-data.
L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi b’mod partikolari informazzjoni dwar il-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 7b(2) sa (5), informazzjoni xierqa u rilevanti dwar il-miżuri meħuda għall-protezzjoni tal-ħamrija, tal-ilma u tal-arja, ir-ristawr tal-art degradata, l-evitar ta’ konsum eċċessiv ta’ ilma f’zoni fejn l-ilma ikun skars kif ukoll informazzjoni xierqa u rilevanti dwar il-miżuri meħuda biex jitqiesu l-kwistjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7b(7).
Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(3), tistabbilixxi l-lista tal-informazzjoni xierqa u rilevanti msemmija fl-ewwel żewġ subparagrafi.. Hija għandha tiżgura, b’mod partikolari, li l-għoti ta’ dik l-informazzjoni ma jkunx ta’ piż amministrattiv eċċessiv għall-operaturi b’mod ġenerali jew fuq il-bdiewa sidien ta’ farms żgħar, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-kooperattivi b’mod partikolari.
L-obbligi stabbiliti f’dan il-paragrafu għandhom japplikaw kemm jekk il-bijokarburanti jkunu prodotti fil-Komunità jew ikunu importati.
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, f’forma aggregata, l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik l-informazzjoni fuq il-pjattaforma ta’ trasparenza msemmija fl-Artikolu 24 tad-Direttiva 2009/28/KE f’forma mqassra u żżomm il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva.
4. Il-Komunità għandha tħabrek biex tikkonkludi strumenti ta’ ftehim bilaterali jew multilaterali ma’ pajjiżi terzi li fihom dispożizzjonijiet dwar kriterji ta’ sostenibbiltà li jikkorrispondu ma’ dawk ta’ din id-Direttiva. Fejn il-Komunità tkun ikkonkludiet strumenti ta’ ftehim li fihom dispożizzjonijiet li jkopru l-kwsitjonijiet koperti mill-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 7b(2) sa (5), il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li dawk l-istrumenti ta’ ftehim juru li l-bijokarburanti prodotti minn materja prima kkultivata f’dawk il-pajjiżi jikkonformaw mal-kriterji ta’ sostenibbiltà inkwistjoni. Meta dawk l-istrumenti ta’ ftehim jiġu konklużi, għandha tingħata konsiderazzjoni debita tal-miżuri meħuda favur il-konservazzjoni taz-zoni li jipprovdu, f’sitwazzjonijiet kritiċi, servizzi bażiċi ta’ ekosistemi (bħall-protezzjoni tal-medded ta’ art fl-għoli b’nixxiegħat fuq ġenb iferrgħu fi xmara u l-kontroll tal-erożjoni), għall-protezzjomi ħamrija, l-ilma u l-arja, għall-bidliet indiretti fl-użu tal-art, għar-restawr tal-art degradata, għall-evitar ta’ konsum eċċessiv ta’ ilma f’zoni fejn l-ilma ikun skars u għall-kwistjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7b(7).
Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li skemi nazzjonali jew internazzjonali volontarji li jistabbilixxu standards għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-bijomassa jkollhom data preċiża għall-finijiet tal-Artikolu 7b(2) jew juru li l-kunsinni ta’ bijokarburant jikkonformaw mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 7b(3) sa (5). Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li dawk l-iskemi jkun fihom informazzjoni preċiża għall-finijiet ta’ informazzjoni dwar il-miżuri meħuda favur il-konservazzjoni taz-zoni li jipprovdu, f’sitwazzjonijiet kritiċi, servizzi bażiċi ta’ ekosistemi (bħall-protezzjoni tal-medded ta’ art fl-għoli b’nixxiegħat fuq ġenb iferrgħu fi xmara u l-kontroll tal-erożjoni), għall-protezzjoni tal-ħamrija, tal-ilma u tal-arja, ir-ristawr tal-art degradata u dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7b(7). Il-Kummissjoni tista’ wkoll tirrikonoxxi żoni għall-protezzjoni tan-natura jew għall-protezzjoni ta’ ekosistemi jew ta’ speċijiet rari, mhedda jew fil-periklu li jinqerdu rikonoxxuti bi strumenti ta’ ftehim internazzjonali jew inklużi fil-listi mfassla minn organizzazzjonijiet intergovernattivi jew l-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura għall-finijiet tal-Artikolu 7b(3)(b)(ii).
Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi liema skemi nazzjonali jew internazzjonali volontarji li jkejlu l-iffrankar ta’ gass b’effett serra jkollhom data preċiża għall-finijiet tal-Artikolu 7b(2).
Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li art, li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ programm nazzjonali jew reġjonali mmirat li jtejjeb art li ddeterjorat b’mod gravi jew li sofriet kontaminazzjoni qawwija tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punt 9 tal-Parti C tal-Anness IV.
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet skont il-paragrafu 4 biss jekk il-ftehim jew l-iskema kkonċernati jissodisfaw standards adegwati ta’ affidabbiltà, trasparenza u verifika indipendenti. Fil-każ ta’ skemi li jkejlu l-iffrankar ta’ gass b’effett serra, dawn l-iskemi għandhom jikkonformaw ukoll mar-rekwiżiti metodoloġiċi fl-Anness IV. Listi ta’ żoni b’valur għoli ta’ bijodiversità kif imsemmija fl-Artikolu 7b(3)(b)(ii) għandhom jissodisfaw standards adegwati ta’ oġġettività u koerenza ma’ standards rikonoxxuti internazzjonalment u jipprevedu għal proċeduri adegwati ta’ appell.
6. Id-deċiżjonijiet taħt il-paragrafu 4 għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(3). Dawn id-deċiżjonijiet għandhom ikunu validi għal perijodu ta’ mhux aktar minn ħames snin.
7. Meta operatur ekonomiku jipprovdi prova jew dejta miksuba skont ftehim jew skema li kienet is-suġġett ta’ deċiżjoni taħt il-paragrafu 4, sal-punt kopert minn dik id-deċiżjoni, Stat Membru m’għandux jeħtieġ li l-fornitur jipprovdi evidenza ulterjuri ta’ konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 7b(2) sa (5), u lanqas informazzjoni dwar il-miżuri msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
8. Fuq it-talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjoni tal-Artikolu 7b fir-rigward ta’ sors ta’ bijokarburant u, fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi talba u skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(3), tiddeċiedi jekk l-Istat Membru kkonċernat jistax jikkunsidra bijokarburant magħmul minn dak is-sors għall-finijiet tal-Artikolu 7a.
9. Sal-31 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar:
(a) l-effettività tas-sistema attwali għall-għoti ta’ informazzjoni dwar kriterji ta’ sostenibbiltà; u
(b) jekk ikunx fattibbli u opportun li jiddaħħlu rekwiżiti mandatorji dwar il-protezzjoni tal-arja, tal-ħamrija jew tal-ilma, fid-dawl tal-aktar evidenza xjentifika reċenti u l-obbligi internazzjonali tal-Komunità.
Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun meħtieġ, tipproponi azzjoni korrettiva.
Article 7d
Kalkolu tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja mill-bijokarburanti
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 7a u l-Artikolu 7b(2), l-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja minn bijokarburanti għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:
(a) fejn valur awtomatiku għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra għall-mogħdija ta’ produzzjoni tal-bijokarburant hija stabbilita fil-Parti A jew B tal-Anness IV u fejn il-valur el għal dawk il-bijokarburanti kkalkulat skont il-punt 7 tal-Parti C tal-Anness IV huwa ugwali għal żero jew anqas, billi jintuża dak il-valur awtomatiku;
(b) bl-użu ta’ valur attwali kkalkulat skont il-metodoloġija stabbilita fil-Parti C tal-Anness IV; jew
(c) billi jintuża valur ikkalkulat bħala s-somma tal-fatturi tal-formola msemmija fil-punt 1 tal-Parti C tal-Anness IV, fejn il-valuri awtomatiċi diżaggregati fil-Parti D jew E tal-Anness IV jistgħu jintużaw għal xi fatturi, u valuri reali, ikkalkulati skont il-metodoloġija stabbilita fil-Parti C tal-Anness IV, għall-fatturi l-oħra kollha.
2. Sal-31 ta’ Marzu 2010, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport li jinkludi lista ta’ dawk iż-żoni fit-territorju tagħhom ikklassifikati bħala livell 2 fin-nomenklatura tal-unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) jew bħala livell NUTS aktar diżaggregat skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) ( 19 ) fejn l-emissjonijiet tipiċi ta’ gassijiet b’effett serra mill-kultivazzjoni ta’ materja prima agrikola jistgħu jkunu mistennija li jkunu inqas jew ugwali għall-emissjonijiet irrappurtati taħt l-intestatura “Valuri awtomatiċi diżaggregati għall-kultivazzjoni” fil-Parti D tal-Anness VII ta’ din id-Direttiva, akkumpanjat b’deskrizzjoni tal-metodu u d-data użata għall-istabbiliment ta’ dik il-lista. Dak il-metodu għandu jikkunsidra l-karatteristiċi tal-ħamrija, il-klima u l-produzzjoni mistennija ta’ materja prima.
3. Il-valuri awtomatiċi fil-Part A tal-Anness IV, u l-valuri awtomatiċi diżaggregati għall-kultivazzjoni fil-Parti D tal-Anness IV, jistgħu jintużaw biss meta l-materja prima tagħhom tkun:
(a) ikkultivata barra milll-Komunità;
(b) ikkultivata fil-Komunità f’żoni inklużi fil-listi msemmija fil-paragrafu 2; jew
(c) skart jew residwi oħra minbarra residwi tal-agrikoltura, tal-akwakoltura u tas-sajd.
Għall-bijokarburanti li ma jaqgħux taħt il-punti (a), (b) jew (c), għandhom jintużaw il-valuri reali għall-kultivazzjoni.
4. Sal-31 ta’ Marzu 2010, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-fattibbiltà li jitfasslu listi ta’ żoni f’pajjiżi terzi fejn l-emissjonijiet tipiċi ta’ gass b’effett serra mill-kultivazzjoni ta’ materja prima agrikola jistgħu jkunu mistennija li jkunu inqas jew ugwali għall-emissjonijiet irrappurtati taħt l-intestatura “kultivazzjoni” fil-Parti D tal-Anness IV, akkumpanjat jekk jista’ jkun b’tali listi u b’deskrizzjoni tal-metodu u d-data użati għall-istabbiliment ta’ dawk il-listi. Ir-rapport għandu, jekk meħtieġ, ikun akkumpanjat minn proposti rilevanti.
5. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta sal-31 ta’ Diċembru 2012, u kull sentejn wara dan, dwar il-valuri tipiċi u awtomatiċi stmati fil-Partijiet B u E tal-Anness IV, b’attenzjoni partikolari għall-emissjonijiet mit-trasport u l-ipproċessar u tista’, fejn meħtieġ, tiddeċiedi li l-valuri jiġu kkoreġuti. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(4).
6. Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2010, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jevalwa l-impatt tal-bdil indirett fl-użu tal-art fuq l-emissjoni ta’ gass b’effett serra u li jindirizza modi kif jitnaqqas dak l-impatt. Ir-rapport għandu, fejn xieraq, ikun akkumpanjat bi proposta li tkun ibbażata fuq l-aqwa evidenza xjentifika disponibbli, u li tinkludi metodoloġija konkreta għall-emissjonijiet mill-ħażna tal-karbonju kkawzati minn bidliet indiretti fl-użu tal-art, li tiżgura konformità ma’ din id-Direttiva, b’mod partikulari l-Artikolu 7b(2).
Din il-proposta għandha tinkludi s-salvagwardji meħtieġa biex tipprovdi ċ-ċertezza għall-investiment li jkun sar qabel ma tiġi applikata dik il-metodoloġija. Fir-rigward tal-impjanti li jkunu pproduċew il-bijokarburanti qabel it-tmiem tal-2013, l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu m’għandhomx, sal-31 ta’ Diċembru 2017, iwasslu għall-produzzjoni tal-bijokarburanti minn dawk l-impjanti li jitqiesu bħala mhux konformi mar-rekwiżiti ta’ sostenibbiltà ta’ din id-Direttiva jekk ikunu diġà għamlu dan, sakemm dawk il-bijokarburanti ma jiksbux iffrankar ta’ gass b’effett serra ta’ mill-inqas 45 %. Dan għandu japplika għall-kapaċitajiet tal-impjanti tal-bijokarburanti sa tmiem l-2012.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jagħmlu sforz biex, sal-31 ta’ Diċembru 2012, jiddeċiedu dwar kwalunkwe proposta bħal din li tkun ippreżentata mill-Kummissjoni.
7. L-Anness IV jista’ jkun adattat għall-progress tekniku u xjentifiku, inkluż biż-żieda ta’ valuri għal iżjed linji ta’ produzzjoni tal-bijokarburanti għall-istess materja prima jew għal oħrajn u bil-modifikazzjoni tal-metodoloġija stabbilita fil-Parti C. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia billi jissuplimentawha, għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmi fl-Artikolu 11(4).
Dwar il-valuri awtomatiċi u l-metodoloġija stabbilita fl-Anness IV, għandha tingħata konsiderazzjoni partikolari lil:
— il-mod kif jiġu ttrattati l-iskart u r-residwi;
— il-mod kif jiġu ttrattati l-prodotti sekondarji;
— il-mod kif tiġi ttrattata l-koġenerazzjoni; u
— l-istatus mogħti lir-residwi tal-uċuħ agrikoli bħala prodotti sekondarji.
Il-valuri awtomatiċi għall-iskart veġetali jew il-bijodiżil miż-żejt tal-annimali għandhom jiġu riveduti malajr kemm jista’ jkun.
Kull adattament ta’ jew żieda fil-lista ta’ valuri awtomatiċi fl-Anness IV għandhom jikkonformaw ma dak li ġej:
(a) fejn il-kontribut ta’ fattur għall-emissjonijiet globali huwa żgħir, jew fejn hemm varjazzjoni limitata, jew fejn l-ispiża jew id-diffikultà li jiġu stabbiliti valuri attwali huma għoljin, il-valuri awtomatiċi għandhom ikunu tipiċi ta’ proċessi ta’ produzzjoni normali;
(b) fil-każijiet l-oħra kollha l-valuri awtomatiċi għandhom ikunu konservattivi meta mqabbla mal-proċessi ta’ produzzjoni normali.
8. Għandhom jiġu stabbiliti definizzjonijiet dettaljati, inkluż l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa għall-kategoriji stabbiliti fil-punt 9 tal-Parti C tal-Anness IV. Dawn il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(4).
Artikolu 7e
Miżuri ta’ implimentazzjoni u rapporti dwar is-sostenibbiltà tal-bijokarburanti
1. Il-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7b(3), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7c(3), l-Artikolu 7c(6), l-Artikolu 7c(8), l-Artikolu 7d(5), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7d(7) u l-Artikolu 7d(8) ta’ għandhom jikkunsidraw bis-sħiħil-finnijiet tad-Direttiva 2009/28/KE.
2. Ir-rapporti mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jirreferu għall-Artikolu 7b(7), l-Artikolu 7c(2), l-Artikolu 7c(9), l-Artikolu 7d(4) u (5) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7d(6), kif ukoll ir-rapporti u l-informazzjoni ppreżentata skont l-ewwel u l-ħames subparagrafi tal-Artikolu 7c(3) u l-Artikolu 7d(2), għandhom jitħejjew u jiġu trasmessi għall-finijiet kemm tad-Direttiva 2009/28/KE u ta’ din id-Direttiva.
7. fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“1. L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikoli 3 u 4, rigward il-karburanti tal-petrol u tad-diżil, fuq il-bażi tal-metodi analitiċi msemmija fl-istandards Ewropej EN 228:2004 u EN 590:2004 rispettivament.”;
8. għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
“Artikolu 8a
Additivi metalliċi
1. Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tar-riskji għas-saħħa u għall-ambjent mill-użu ta’ additivi metalliċi fil-karburanti u għandha, għal dan l-għan, tiżviluppa metodoloġija għall-ittestjar. Hija għandha tirrapporta il-konklużjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2012.
2. Sakemm tiġi żviluppata l-metodoloġija tal-ittestjar imsemmija fil-paragrafu 1, il-preżenza tal-additiv metalliku methylcyclopentadienyl manganese tricarbonyl (MMT) fil-karburant għandha tkun limitata għal 6 mg ta’ manjeżju kull litru mill-1 ta’ Jannar 2011. Il-limitu għandu jkun ta’ 2 mg ta’ manjeżju kull litru mill-1 ta’ Jannar 2014.
3. Il-limitu tal-kontenut ta’ MMT fil-karburanti speċifikati fil-paragarafu 2 għandu jiġi rivedut fuq il-bażi tar-riżultati tal-evalwazzjoni li tkun saret bil-metodoloġija tal-ittestjar imsemmija fil-paragrafu 1. Dan jista’ jitnaqqas għal żero jekk dan ikun ġustifikat mill-evalwazzjoni tar-riskju. Dan ma jistax jiżdied sakemm ma jkunx ġustifikat mill-evalwazzjoni tar-riskju. Din il-miżura, imfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(4).
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tikketta rigward il-kontenut tal-additiv metalliku fil-karburanti tkun esposta kull fejn xi karburant b’additivi metalliċi jkun disponibbli għall-konsumaturi.
5. It-tikketta għandu jkollha l-kliem li ġej: ‘Fih additivi metalliċi’.
6. It-tikketta għandha titwaħħal fuq il-post fejn ikun hemm it-tagħrif li jindika t-tip ta’ karburant, f’pożizzjoni viżibbli b’mod ċar. It-tikketta għandha tkun ta’ daqs u ta’ font li tkun ċarament viżibbli u li tkun tista’ tinqara tajjeb.”;
9. l-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 9
Rappurtaġġ
1. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport sal-31 ta’ Diċembru 2012, u kull tliet snin wara dan, lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill akkumpanjat, fejn ikun xieraq, minn proposta għal emendi għal din id-Direttiva. Dak ir-rapport għandu b’mod partikolari jqis dan li ġej:
(a) l-użu u l-evoluzzjoni tat-teknoloġija awtomotiva u, b’mod partikulari, il-probabilità li jiżdied il-kontenut ta’ bijokarburant massimu permess tal-petrol u d-diżil u l-ħtieġa li d-data msemmija fl-Artikolu 3(3) tiġi riveduta;
(b) il-politika Komunitarji dwar l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi tat-trasport bit-triq;
(c) il-possibbiltà tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-Anness II, u b’mod partikolari, il-valur ta’ limitu għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi, għall-makkinarju mobbli mhux tat-triq (inklużi bastimenti għall-passaġġi tal-ilma interni), tratturi agrikoli u tal-forestrija u dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni;
(d) iż-żieda fl-użu ta’ deterġenti fil-karburanti;
(e) l-użu ta’ additivi metalliċi barra mill-MMT fil-karburanti;
(f) il-volum totali ta’ komponenti użat fil-petrol u d-diżil wara li titqies il-leġislazzjoni ambjentali Komunitarja, inklużi l-objettivi tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għall-azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika dwar l-ilma ( 20 ) u d-direttivi sekondarji tagħha;
(g) il-konsegwenzi tal-mira għat-tnaqqis tal-gass b’effett serra stabbilita fl-Artikolu 7a(2) għall-iskema tal-iskambju tal-emissjonijiet;
(h) il-ħtieġa potenzjali għal aġġustamenti għall-Artikoli 2(6), 2(7) u 7a(2)(b) sabiex jiġu evalwati l-kontributi possibbli biex tintlaħaq il-mira għat-tnaqqis tal-gass b’effett serra sa 10 % sal-2020. Dawn il-konsiderazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq il-potenzjal tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja mill-karburanti u l-enerġija fil-Komunità, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari kwalunkwe żvilupp fit-teknoloġiji tal-qbid tal-karbonju u tal-ħżin li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u fil-vetturi elettriċi tat-triq, u l-effikaċja fin-nefqa tal-mezzi biex jonqsu dawk l-emissjonijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 7a(2)(b);
(i) il-possibbiltà li jiġu introdotti miżuri addizzjonali għall-fornituri biex jitnaqqsu bi 2 % l-emissjonijiet tal-gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja għal kull unità ta’ enerġija, meta mqabbla mal-istandard tal-linja ta’ bażi għall-karburanti msemmi fl-Artikolu 7a(5)(b), permezz tal-użu ta’ krediti mixtrija bil-Mekkaniżmu għall-Iżvilupp Nadif tal-Protokoll ta’ Kjoto bil-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2003/87/KE, sabiex jiġu evalwati aktar kontributi possibbli biex tintlaħaq il-mira għal tnaqqis tal-gass b’effett serra sa 10 % sal-2020, kif imsemmi fl-Artikolu 7a(2)(c) ta’ din id-Direttiva;
(j) analiżi aġġornata tal-ispiża u l-impatt ta’ tnaqqis fil-pressjoni massima mill-fwar permessa għall-petrol għal perijodu tas-sajf ta’ anqas minn 60kPa.
2. Sa mhux aktar tard mill-2014, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kisba tal-mira tal-emissjonijiet tal-gass b’effett serra għall-2020 imsemmija fl-Artikolu 7a, filwaqt li titqies il-ħtieġa għal konsistenza bejn din il-mira u l-mira msemmija fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2009/28/KE rigward il-proporzjon ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport, fid-dawl tar-rapporti msemmija fl-Artikoli 23(8) u 23(9) ta’ dik id-Direttiva.
Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun il-każ, takkumpanja r-rapport tagħha bi proposta għall-modifika tal-mira.
10. fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“1. Jekk l-addattament tal-metodi analitiċi permessi msemmija fl-Anness I jew II tal-progress tekniku huwa meħtieġ, jistgħu jkunu adottati emendi mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(4). L-Anness III jista’ jiġi adattat ukoll għall-progress tekniku u xjentifiku. Din il-miżura, li mfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(4).”;
11. l-Artikolu 11 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 11
Proċedura ta’ Kumitat
1. Barra mill-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għall-Kwalità tal-Karburanti.
2. Għall-kwistjonijiet marbuta mas-sostenibbiltà tal-bijokarburanti skont l-Artikolu 7(b), (c) u (d), il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għas-Sostenibbiltà tal-Bijokarburanti u Bijolikwidi msemmija fl-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2009/28/KE.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
4. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5(a)(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”;
12. l-Artikolu 14 għandu jitħassar;
13. l-Annessi I, II, III u IV għandhom jiġu sostitwiti bit-test li jidher fl-Anness għal din id-Direttiva.
▼M1 —————
Artikolu 3
Tħassir
Id-Direttiva 93/12/KEE għandha titħassar.
Artikolu 4
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010.
Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu il-metodi dwar kif għandha ssir din ir-riferenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
“ANNESS 1
SPEĊIFIKAZZJONIJIET AMBJENTALI GĦALL-KARBURANTI TAS-SUQ LI GĦANDHOM JINTUŻAW GĦAL VETTURI MGĦAMMRA B’MAGNI POSITIVE-IGNITION
Tip: Petrol
Parametru (1) |
Unità |
Limiti (2) |
|
Minimu |
Massimu |
||
Numru ottan tar-riċerka |
|
95 (3) |
— |
Numru ottan tal-mutur |
|
85 |
— |
Pressjoni tal-fwar, perjodu sajfi (4) |
kPa |
— |
60,0 (5) |
Distillazzjoni: |
|
|
|
— perċentwal evaporat f’100 °C |
% v/v |
46,0 |
— |
— perċentwal evaporat f’150 °C |
% v/v |
75,0 |
— |
Analiżi tal-idrokarburi: |
|
|
|
— olefini |
% v/v |
— |
18,0 |
— aromatiċi |
% v/v |
— |
35,0 |
— benżin |
% v/v |
— |
1,0 |
Kontenut ta’ ossiġnu |
% m/m |
|
3,7 |
Ossiġenati |
|
|
|
— Metanol |
% v/v |
|
3,0 |
— Etanol (jistgħu jkunu meħtieġa aġenti stabilizzanti) |
% v/v |
|
10,0 |
— Alkoħol isopropil |
% v/v |
— |
12,0 |
— Alkoħol tertbutil |
% v/v |
— |
15,0 |
— Alkoħol isobutil |
% v/v |
— |
15,0 |
— Eteri li jkun fihom ħames atomi jew iktar tal-karbonju għal kull molekula |
% v/v |
— |
22,0 |
— Ossiġenati oħra (6) |
% v/v |
— |
15,0 |
Kontenut tal-kubrit |
mg/kg |
— |
10,0 |
Kontenut ta’ ċomb |
g/l |
— |
0,005 |
(1) Il-metodi tal-ittestjar għandhom ikunu dawk speċifikati f’EN 228:2004. L-Istati Membri jistgħu jadottaw il-metodu analitiku speċifikat b’sostituzzjoni għall-istandard EN 228:2004 jekk ikun jista’ jintwera li jipprovdi għall-inqas l-istess eżattezza u għall-inqas l-istess livell ta’ preċiżjoni bħall-metodu analitiku li jkun qed jissostitwixxi. (2) Il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjoni huma ‘valuri reali’. Fl-istabbiliment tal-valuri tal-limiti tagħhom, it-termini ta’ EN ISO 4259:2006 ‘Prodotti taż-żejt — Determinazzjoni u applikazzjoni ta’ data ta’ preċiżjoni fir-rigward ta’ metodi tal-ittestjar’ ġew applikati u fl-iffissar ta’ valur minimu, tqieset differenza minima ta’ 2R ‘il fuq miż-żero (R = riproduċibilità). Ir-riżultati ta’ kejl individwali għandhom ikunu interpretati fuq il-bażi tal-kriterji deskritti f’EN ISO 4259:2006. (3) L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jkompju jippermettu t-tqegħid fis-suq ta’ grad regolari ta’ petrol bla ċomb b’numru ottan minimu tal-mutur (MON) ta’ 81 u numru ottan minimu tar-riċerka (RON) ta’ 91. (4) Il-perijodu tas-sajf għandu jibda mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju u m’għandux jintemm qabel it-30 ta’ Settembru. Għall-Istati Membri b’temperaturi amjentali tas-sajf baxxi, il-perijodu tas-sajf għandu jibda mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju u ma jispiċċax qabel il-31 ta’ Awwissu. (5) Fil-każ ta’ Stati Membri b’temperaturi sajfin tal-ambjent baxxi u li għalihom hemm deroga fis-seħħ skont l-Artikolu 3(4) u (5), il-pressjoni tal-fwar massima għandha tkun ta’ 70kPa. Fil-każ ta’ Stati Membri li għalihom hemm deroga fis-seħħ skont l-Artikolu 3(4) u (5) għall-petrol li fih l-etanol, il-pressjoni massima tal-fwar għandha tkun 60 kPa flimkien mar-rinunzja permessa tal-pressjoni tal-fwar speċifikata fl-Anness III. (6) Mono-alkoħols u eteri oħra b’punt finali ta’ togħlija li ma jkunx ogħla minn dak iddikjarat f’EN 228:2004. |
ANNESS II
SPEĊIFIKAZZJONIJIET AMBJENTALI GĦALL-KARBURANTI TAS-SUQ LI GĦANDHOM JINTUŻAW GĦAL VETTURI MGĦAMMRA B’MAGNI COMPRESSION IGNITION
Tip: Diżil
Parametru (1) |
Unità |
Limiti (2) |
|
Minimu |
Massimu |
||
Numru cetane |
|
51,0 |
— |
Densità fi 15 °C |
Kg/m (3) |
— |
845,0 |
Distillazzjoni: |
|
|
|
— 95 % v/v rkuprat fi: |
°C |
— |
360,0 |
Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi |
% m/m |
— |
8,0 |
Kontenut tal-kubrit |
mg/kg |
— |
10,0 |
Kontenut ta’ FAME — EN 14078 |
% v/v |
— |
7,0 (3) |
(1) Il-metodi tal-ittestjar għandhom ikunu dawk speċifikati f’EN 590:2004. L-Istati Membri jistgħu jadottaw il-metodu analitiku speċifikat minflok l-istandard EN 590:2004 jekk ikun jista’ jintwera li jipprovdi għall-inqas l-istess eżattezza u għall-inqas l-istess livell ta’ preċiżjoni bħall-metodu analitiku li jkun qed jissostitwixxi. (2) Il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjoni huma ‘valuri reali’. Fl-istabbiliment tal-valuri tal-limiti tagħhom, it-termini ta’ EN ISO 4259:2006 ‘Prodotti taż-żejt — determinazzjoni u applikazzjoni ta’ data ta’ preċiżjoni fir-rigward ta’ metodi tal-ittestjar’ ġew applikati u fl-iffissar ta’ valur minimu, tqieset differenza minima ta’ 2R ‘il fuq miż-żero (R = riproduċibilità). Ir-riżultati ta’ kejl individwali għandhom ikunu interpretati fuq il-bażi tal-kriterji deskritti f’EN ISO 4259:2006. (3) FAME għandu jikkonforma ma’ EN 14214. |
ANNESS III
RINUNZJA TAL-PRESSJONI TAL-FWAR PERMESSA GĦALL-PETROL LI FIH IL-BIJOETANOL
Kontenut ta’ bjioetanol (%v/v) |
Rinunzja ta’ pressjoni tal-fwar permessa (kPa) |
0 |
0 |
1 |
3,65 |
2 |
5,95 |
3 |
7,20 |
4 |
7,80 |
5 |
8,0 |
6 |
8,0 |
7 |
7,94 |
8 |
7,88 |
9 |
7,82 |
10 |
7,76 |
Ir-rinunzja tal-pressjoni tal-fwar permessa għall-kontenut intermedju ta’ bijoetanol bejn il-valuri elenkati għandha tkun iddeterminata b’estrapolazzjoni f’linja dritta bejn il-kontenut tal-bijoetanol immedjatament fuq u dak immedjatament taħt il-valur intermedju.
ANNESS IV
REGOLI GĦALL-KALKOLU TAL-EMISSJONIJIET TA’ GASS B’EFFETT SERRA FIĊ-ĊIKLU TAL-ĦAJJA MILL-BIJOKARBURANTI
A. Valuri tipiċi u valuri awtomatiċi għall-bijokarburanti jekk prodotti mingħajr emissjonijiet netti ta’ karbonju minn bidliet fl-użu tal-art
Mogħdija ta’ produzzjoni tal-bijokarburant |
Iffrankar tipiku fl-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra |
Iffrankar awtomatiku fl-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra |
etanol tal-pitrava taz-zokkor |
61 % |
52 % |
etanol tal-qamħ (karburant tal-proċess mhux speċifikat) |
32 % |
16 % |
etanol tal-qamħ (linjite bħala karburant tal-proċess fl-impjant CHP) |
32 % |
16 % |
etanol tal-qamħ (gass naturali bħala karburant tal-proċess f’bojler konvenzjonali) |
45 % |
34 % |
etanol tal-qamħ (gass naturali bħala karburant tal-proċess f’impjant CHP) |
53 % |
47 % |
etanol tal-qamħ (tiben bħala karburant tal-proċess f’impjant CHP) |
69 % |
69 % |
etanol tal-qamħirrum (maize), prodott fil-Komunità, (gass naturali bħala karburant tal-proċess f’impjant CHP) |
56 % |
49 % |
etanol tal-kannamieli |
71 % |
71 % |
il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ ethyl-tertio-butyl-ether (ETBE) |
Ugwali għal dik tal-linja użata għall-produzzjoni tal-etanol |
|
il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ tertiary-amyl-ethyl-ether (TAEE) |
Ugwali għal dik tal-linja użata għall-produzzjoni tal-etanol |
|
bijodiżil taż-żerriegħa tal-kolza |
45 % |
38 % |
bijodiżil tal-ġirasol |
58 % |
51 % |
bijodiżil tas-soybean |
40 % |
31 % |
bijodiżil taż-żejt tal-palm (proċess mhux speċifikat) |
36 % |
19 % |
bijodiżil taż-żejt tal-palm (proċess bil-qbid tal-metan fil-mitħna taż-żejt) |
62 % |
56 % |
bijodiżil mill-iskart taż-żejt veġetali jew tal-annimali (1) |
88 % |
83 % |
żejt veġetali idrotrattat miż-żerriegħa tal-kolza |
51 % |
47 % |
żejt veġetali idrotrattat mill-ġirasol |
65 % |
62 % |
żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm (proċess mhux speċifikat) |
40 % |
26 % |
żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm (proċess bil-qbid tal-metan fil-mitħna taż-żejt) |
68 % |
65 % |
żejt veġetali pur miż-żerriegħa tal-kolza |
58 % |
57 % |
bijogass mill-iskart orġaniku muniċipali bħala gass naturali kkompressat |
80 % |
73 % |
bijogass minn demel niedi bħala gass naturali kkompressat |
84 % |
81 % |
bijogass minn demel niexef bħala gass naturali kkompressat |
86 % |
82 % |
(1) Ma jinkludix żejt mill-annimali magħmul minn prodotti sekondarji tal-annimali kklassifikat bħala materjal ta’ kategorija 3 skont ir-Regolament (KE) 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (2). (2) ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. |
B. Valuri stmati tipiċi u awtomatiċi għall-bijokarburanti futuri li f’Jannar 2008 ma kinux fis-suq jew li kienu fis-suq biss fi kwantitajiet negliġibbli, jekk prodotti bla ebda emissjoni netta ta’ karbonju minn bidliet fl-użu tal-art
Mogħdija tal-produzzjoni tal-bijokarburanti |
Iffrankar tipiku fl-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra |
Iffrankar awtomatiku fl-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra |
etanol tat-tiben tal-qamħ |
87 % |
85 % |
etanol mill-iskart tal-injam |
80 % |
74 % |
etanol mill-injam ikkultivat |
76 % |
70 % |
diżil Fischer-Tropsch mill-iskart tal-injam |
95 % |
95 % |
diżil Fischer-Tropsch mill-injam ikkultivat |
93 % |
93 % |
skart tal-injam dimethylether (DME) |
95 % |
95 % |
injam ikkultivat DME |
92 % |
92 % |
metanol mill-iskart tal-injam |
94 % |
94 % |
metanol mill-injam ikkultivat |
91 % |
91 % |
il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ ethyl-tertio-butyl-ether (MTBE) |
Ugwali għal dak tal-linja ta’ produzzjoni tal-metanol |
C. Metodoloġija
1. |
L-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra mill-produzzjoni u mill-użu tal-bijokarburanti għandhom ikunu kkalkulati bħala: E = eec + el + ep + etd + eu – esca – eccs – eccr – eee fejn
L-emissjonijiet mill-manifattura ta’ makkinarju u tagħmir m’għandhomx ikunu kkunsidrati. |
2. |
L-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra mill-karburanti, E, għandhom ikunu espressi f’termini ta’ grammi ta’ CO2 ekwivalenti għal kull MJ ta’ karburant, gCO2eq/MJ. |
3. |
B’deroga mill-punt 2, il-valuri kkalkulati f’termini ta’ gCO2eq/MJ jistgħu jiġu aġġustati biex ikunu kkunsidrati differenzi bejn il-karburanti f’xogħol siewi mwettaq, espressi f’termini ta’ km/MJ. Dawn l-aġġustamenti għandhom isiru biss fejn tkun provduta evidenza tad-differenzi f’xogħol siewi mwettaq. |
4. |
L-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra minn bijokarburanti għandu jkun ikkalkulat bħala: IFFRANKAR = (EF – EB)/EF fejn
|
5. |
Il-gassijiet b’effett serra kkunsidrati għall-finijiet tal-punt 1 għandhom ikunu CO2, N2O u CH4. Għall-fini tal-kalkolu tal-ekwivalenza ta’ CO2, dawk il-gassijiet għandhom jingħataw valur kif ġej:
|
6. |
L-emissjonijiet mill-estrazzjoni u l-kultivazzjoni ta’ materja prima, eec, għandhom jinkludu l-emissjonijiet mill-proċess tal-estrazzjoni jew tal-kultivazzjoni nnifsu; mill-ġbir ta’ materja prima; mill-iskart u n-nixxijiet; u mill-produzzjoni ta’ kimiki jew prodotti użati fl-estrazzjoni jew fil-kultivazzjoni. Il-qbid ta’ CO2 fil-kultivazzjoni ta’ materja prima għandu jiġi eskluż. Tnaqqis ċertifikat ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett serra mill-fjamma f’siti ta’ produzzjoni taż-żejt fi kwalunkwe parti tad-dinja għandu jitnaqqas. Stimi ta’ emissjonijiet mill-kultivazzjoni jistgħu jinħadmu fuq l-użu tal-medji kkalkulati għal żoni ġeografiċi iżgħar minn dawk użati fil-kalkolu tal-valuri awtomatiċi, bħala alternattiva għall-użu tal-valuri attwali. |
7. |
L-emissjonijiet annwalizzati mill-bidliet fil-ħażniet tal-karbonju kkawżati minn tibdil fl-użu tal-art, el, għandhom ikunu kkalkulati bid-diviżjoni ndaqs tal-emissjonijiet totali fuq 20 sena. Għall-kalkolu ta’ dawn l-emissjonijiet, ir-regola li ġejja għandha tkun applikata: el = (CSR – CSA ) × 3,664 × 1/20 × 1/P – eB ( 21 ) fejn
|
8. |
Il-bonus ta’ 29 gCO2eq/MJ għandu jiġi attribwit jekk tingħata evidenza li l-art: (a) ma kinitx qed tintuża għal attività agrikola jew kull attività oħra f’Jannar 2008; u (b) tidħol f’waħda mill-kategoriji li ġejjin: (i) art li ddeterjorat b’mod gravi, inkluża tali art li qabel kellha użu agrikolu; (ii) art b’kontaminazzjoni qawwija. Il-bonus ta’ 29 gCO2eq/MJ għandu japplika għal perijodu sa 10 snin mid-data ta’ konverżjoni tal-art għal użu agrikolu, bil-kondizzjoni li jkunu żgurati żieda kontinwa fil-ħażniet tal-karbonju, kif ukoll tnaqqis sostanzjali fil-fenomeni tal-erożjoni għall-art li taqa’ taħt (i) u li titnaqqas il-kontaminazzjoni tal-ħamrija għall-art li taqa’ taħt (ii). |
9. |
Il-kategoriji msemmija fil-punt 8(b) huma definiti kif ġej: (a) ‘art li ddeterjorat b’mod gravi’ tfisser art li għal perijodu sostanzjali ta’ żmien kienet immellħa b’mod sostanzjali jew kellha kontenut sostanzjalment baxx ta’ materjal organiku u tkun sfat mgħawra b’mod gravi; (b) ‘art b’kontaminazzjoni qawwija’ tfisser art li mhix adatta għall-kultivazzjoni ta’ ikel u għalf minħabba kontaminazzjoni tal-ħamrija. Din l-art għandha tinkludi art li kienet is-suġġett ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni f’konformità mar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 7c(3). |
10. |
Il-gwida adottata skont il-punt 10 tal-Parti C tal-Anness V għad-Direttiva 2009/28/KE għandha sservi bħala bażi għall-kalkolu tal-ħażniet tal-karbonju tal-art għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. |
11. |
L-emissjonijiet mill-ipproċessar, ep , għandhom jinkludu emissjonijiet mill-ipproċessar innifsu; mill-iskart u n-ntnixxijiet; u mill-produzzjoni ta’ kimiċi jew prodotti użati fl-ipproċessar. Fil-kalkolu tal-konsum ta’ elettriku mhux prodott fl-impjant ta’ produzzjoni tal-karburant, l-intensità tal-emissjoni tal-gassi b’effett serra tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ dak l-elettriku għandha tkun meqjusa li hija ugwali għall-intensità medja tal-emissjonijiet tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku f’reġjun definit. F’eċċezzjoni għal din ir-regola, il-produtturi jistgħu jagħżlu valur medju għal impjant individwali għall-produzzjoni tal-elettriku, għal elettriku prodott minn dak l-impjant, jekk dak l-impjant ma jkunx ikkollegat mall-grilja tal-elettriku. |
12. |
L-emissjonijiet mit-trasport u d-distribuzzjoni, etd , għandhom jinkludu emissjonijiet mit-trasport u l-ħażna ta’ materja prima u materjali semi-maħduma u mill-ħażna u d-distribuzzjoni ta’ materjali maħduma. L-emissjonijiet mit-trasport u d-distribuzzjoni li għandhom jitqiesu taħt il-punt 6 m’għandhomx jiġu koperti minn dan il-punt. |
13. |
L-emissjonijiet mill-karburant użat, eu , għandhom jitqiesu li jkunu żero għall-bijokarburanti. |
14. |
L-iffrankar tal-emissjonijiet mill-qbid u l-ħżin ġeoloġiku tal-karbonju eccs , li jkun għadu ma ġiex meqjus f’ep , għandu jkun limitat għall-emissjonijiet evitati permezz tal-akkwiżizzjoni u l-iżolament tas-CO2 emess direttament relatat mal-estrazzjoni, it-trasport, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-karburant. |
15. |
L-iffrankar tal-emissjonijiet mill-qbid u s-sostituzzjoni tal-karbonju, eccr , għandu jkun limitat għall-emissjonijiet evitati permezz tal-qbid ta’ CO2 li fihom il-karbonju joriġina minn bijomassa u li hija użata biex tissostitwixxi CO2 derivat mill-fossili użat fi prodotti u servizzi kummerċjali. |
16. |
L-iffrankar ta’ emissjonijiet li jirriżulta minn elettriku żejjed prodott bil-koġenerazzjoni, eee , għandu jkun ikkunsidrat b’rabta mal-elettriku żejjed prodott b’sistemi ta’ produzzjoni tal-karburant li jużaw il-koġenerazzjoni, b’eċċezzjoni fejn il-karburant użat għall-koġenerazzjoni jkun prodott sekondarju mnibarra r-residwu ta’ uċuħ tar-raba’. Fl-ikkalkular ta’ dak l-elettriku żejjed, id-daqs tal-unità ta’ koġenerazzjoni għandu jkun meqjus li huwa l-minimu meħtieġ għall-unità ta’ koġenerazzjoni biex tforni s-sħana meħtieġa għall-produzzjoni tal-karburant. L-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra assoċjat ma’ dak l-elettriku żejjed għandu jitqies li huwa ugwali għall-ammont ta’ gass b’effett serra li jkun emess meta ammont ugwali ta’ elettriku kien ġġenerat f’impjant tal-enerġija li juża l-istess karburant bħall-unità ta’ koġenerazzjoni. |
17. |
Fejn proċess ta’ produzzjoni tal-bijokarburanti jipproduċi, f’taħlita, il-karburant li għalih l-emissjonijiet huma kkalkulati u prodott jew aktar prodotti oħra (‘prodotti sekondarji’), l-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra għandhom ikunu diviżi bejn il-karburant jew il-prodott intermedju tiegħu u l-prodotti sekondarji proporzjonalment għall-kontenut enerġetiku tagħhom (determinat b’valur ta’ tisħin iktar baxx fil-każ ta’ prodotti sekondarji minbarra elettriku). |
18. |
Għall-fini tal-kalkolu msemmi fil-punt 17, l-emissjonijiet li jridu jiġu diviżi għandhom ikunu eec + el + dawk il-frazzjonijiet ta’ ep , etd u eee li jsiru sa u inkluż l-istadju tal-proċess li fih huwa prodott il-prodott sekondarju. Jekk tkun saret xi allokazzjoni għal prodotti sekondarji fi stadju ta’ process preċedenti fiċ-ċiklu tal-ħajja, il-frazzjoni ta’ dawk l-emissjonijiet assenjata f’dak l-aħħar stadju tal-proċess lill-prodott ta’ karburant intermedju, għandha tintuża għal dan l-għan minflok mit-total ta’ dawk l-emissjonijiet. Il-prodotti sekondarji kollha, inkluż l-elettriku li ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt 16, għandhom ikunu kkunsidrati għall-fini ta’ dak il-kalkolu, bl-eċċezzjoni tar-residwu tal-wiċċ agrikolu, inklużi tiben, bagasse, qxur, ġellewż kbir u qxur tal-ġewż. Il-prodotti sekondarji li għandhom kontenut ta’ enerġija negattiva għandhom ikunu kkunsidrati li għandhom kontenut ta’ enerġija żero għall-fini tal-kalkolu. Skart, residwi tal-għelejjel tal-agrikoltura, inklużi tiben, bagasse, qxur, zkuk u qxur tal-ġewż u residwi mill-ipproċessar, inkluża l-ġliċerina mhux raffinata, għandhom ikunu kkunsidrati li għandhom emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra b’ċiklu tal-ħajja żero sal-proċess ta’ ġbir ta’ dawk il-materjali. Fil-każ ta’ karburanti prodotti fir-raffineriji, l-unità ta’ analiżi għall-fini tal-kalkolu msemmi f’punt 17 għandha tkun ir-raffinerija. |
19. |
Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-punt 4, l-element ta’ paragun tal-karburant fossili EF għandu jkun l-aħħar emissjonijiet medji reali disponibbli mill-parti fossila tal-konsum tal-petrol u d-diżil fil-Komunità kif irrappurtat f’din id-Direttiva. Jekk din id-data ma tkunx disponibbli, il-valur użat għandu jkun 83,8 gCO2eq/MJ. |
D. Valuri awtomatiċi diżaggregati għall-bijokarburanti
Valuri awtomatiċi diżaggregati għall-kultivazzjoni: ‘e ec’ kif definit fil-Parti C ta’ dan l-Anness
Mogħdija tal-produzzjoni tal-bijokarburanti |
Emissjonijiet tipiċi ta’ gass b’effett serra (gCO2eq/MJ) |
Valur awtomatiku tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra (gCO2eq/MJ) |
etanol tal-pitrava taz-zokkor |
12 |
12 |
etanol tal-qamħ |
23 |
23 |
etanol tal-qamħirrum (maize), prodott fil-Komunità |
20 |
20 |
etanol tal-kannamieli |
14 |
14 |
il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ ETBE |
Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni tal-etanol |
|
il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ TAEE |
Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni tal-etanol |
|
bijodiżil taż-żerriegħa tal-kolza |
29 |
29 |
bijodiżil tal-ġirasol |
18 |
18 |
bijodiżil tas-soybean |
19 |
19 |
bijodiżil taż-żejt tal-palm |
14 |
14 |
bijodiżil mill-iskart taż-żejt veġetali jew tal-annimali (1) |
0 |
0 |
żejt veġetali idrotrattat miż-żerriegħa tal-kolza |
30 |
30 |
żejt veġetali idrotrattat mill-ġirasol |
18 |
18 |
żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm |
15 |
15 |
żejt veġetali pur miż-żerriegħa tal-kolza |
30 |
30 |
bijogass mill-iskart organiku muniċipali bħala gass naturali kkompressat |
0 |
0 |
bijogass minn demel niedi bħala gass naturali kkompressat |
0 |
0 |
bijogass minn demel niexef bħala gass naturali kkompressat |
0 |
0 |
(1) Li ma jinkludix żejt tal-annimali minn prodotti sekondarji tal-annimali kklassifikat bħala materjal ta’ kategorija 3 skont ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002. |
Valuri awtomatiċi diżaggregati għall-ipproċessar (inkluż elettriku żejjed): ‘ep – eee ’ kif definit fil-Parti C ta’ dan l-Anness
Mogħdija tal-produzzjoni tal-bijokarburanti |
Emissjonijiet tipiċi ta’ gass b’effett serra (gCO2eq/MJ) |
Valur awtomatiku tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra (gCO2eq/MJ) |
etanol tal-pitrava taz-zokkor |
19 |
26 |
etanol tal-qamħ (karburant tal-proċess mhux speċifikat) |
32 |
45 |
etanol tal-qamħ (linjite bħala karburant tal-proċess fl-impjant CHP) |
32 |
45 |
etanol tal-qamħ (gass naturali bħala karburant tal-proċess f’bojler konvenzjonali) |
21 |
30 |
etanol tal-qamħ (gass naturali bħala karburant tal-proċess f’impjant CHP) |
14 |
19 |
etanol tal-qamħ (tiben bħala karburant tal-proċess f’impjant CHP) |
1 |
1 |
etanol tal-qamħirrum (maize), prodott fil-Komunità, (gass naturali bħala karburant tal-proċess f’impjant CHP) |
15 |
21 |
etanol tal-kannamieli |
1 |
1 |
il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ ETBE |
Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni tal-etanol |
|
il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ |
Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni tal-etanol |
|
bijodiżil taż-żerriegħa tal-kolza |
16 |
22 |
bijodiżil tal-ġirasol |
16 |
22 |
bijodiżil tas-soybean |
18 |
26 |
bijodiżil taż-żejt tal-palm (proċess mhux speċifikat) |
35 |
49 |
bijodiżil taż-żejt tal-palm (proċess bil-qbid tal-metan fil-mitħna taż-żejt) |
13 |
18 |
bijodiżil mill-iskart taż-żejt veġetali jew tal-annimali |
9 |
13 |
żejt veġetali idrotrattat miż-żerriegħa tal-kolza |
10 |
13 |
żejt veġetali idrotrattat mill-ġirasol |
10 |
13 |
żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm (proċess mhux speċifikat) |
30 |
42 |
żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm (proċess bil-qbid tal-metan fil-mitħna taż-żejt) |
7 |
9 |
żejt veġetali pur miż-żerriegħa tal-kolza |
4 |
5 |
bijogass mill-iskart organiku muniċipali bħala gass naturali kkompressat |
14 |
20 |
bijogass minn demel niedi bħala gass naturali kkompressat |
8 |
11 |
bijogass minn demel niexef bħala gass naturali kkompressat |
8 |
11 |
Valuri awtomatiċi diżaggregati għat-trasport u d-distribuzzjoni: ‘etd ’ kif definit fil-Parti C ta’ dan l-Anness
Linja tal-produzzjoni tal-bijokarburanti |
Emissjonijiet tipiċi ta’ gass b’effett serra (gCO2eq/MJ) |
Valur awtomatiku tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra (gCO2eq/MJ) |
etanol tal-pitrava taz-zokkor |
2 |
2 |
etanol tal-qamħ |
2 |
2 |
etanol tal-qamħirrum (maize), prodott fil-Komunità |
2 |
2 |
etanol tal-kannamieli |
9 |
9 |
il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ ETBE |
Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni tal-etanol |
|
il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ TAEE |
Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni tal-etanol |
|
bijodiżil taż-żerriegħa tal-kolza |
1 |
1 |
bijodiżil tal-ġirasol |
1 |
1 |
bijodiżil tas-soybean |
13 |
13 |
bijodiżil taż-żejt tal-palm |
5 |
5 |
bijodiżil mill-iskart taż-żejt veġetali jew tal-annimali |
1 |
1 |
żejt veġetali idrotrattat miż-żerriegħa tal-kolza |
1 |
1 |
żejt veġetali idrotrattat mill-ġirasol |
1 |
1 |
żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm |
5 |
5 |
żejt veġetali pur miż-żerriegħa tal-kolza |
1 |
1 |
bijogass mill-iskart organiku muniċipali bħala gass naturali kkompressat |
3 |
3 |
bijogass minn demel niedi bħala gass naturali kkompressat |
5 |
5 |
bijogass minn demel niexef bħala gass naturali kkompressat |
4 |
4 |
Total għall-kultivazzjoni, l-ipproċessar, it-trasport u d-distribuzzjoni
Mogħdija tal-produzzjoni tal-bijokarburanti |
Emissjonijiet tipiċi ta’ gass b’effett serra (gCO2eq/MJ) |
Valur awtomatiku tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra (gCO2eq/MJ) |
etanol tal-pitrava taz-zokkor |
33 |
40 |
etanol tal-qamħ (karburant tal-proċess mhux speċifikat) |
57 |
70 |
etanol tal-qamħ (linjite bħala karburant tal-proċess fl-impjant CHP) |
57 |
70 |
etanol tal-qamħ (gass naturali bħala karburant tal-proċess f’bojler konvenzjonali) |
46 |
55 |
etanol tal-qamħ (gass naturali bħala karburant tal-proċess f’impjant CHP) |
39 |
44 |
etanol tal-qamħ (tiben bħala karburant tal-proċess f’impjant CHP) |
26 |
26 |
etanol tal-qamħirrum (maize), prodott fil-Komunità, (gass naturali bħala karburant tal-proċess f’impjant CHP) |
37 |
43 |
etanol tal-kannamieli |
24 |
24 |
il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ ETBE |
Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni tal-etanol |
|
il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ TAEE |
Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni tal-etanol |
|
bijodiżil taż-żerriegħa tal-kolza |
46 |
52 |
bijodiżil tal-ġirasol |
35 |
41 |
bijodiżil tas-soybean |
50 |
58 |
bijodiżil taż-żejt tal-palm (proċess mhux speċifikat) |
54 |
68 |
bijodiżil taż-żejt tal-palm (proċess bil-qbid tal-metan fil-mitħna taż-żejt) |
32 |
37 |
bijodiżil mill-iskart taż-żejt veġetali jew tal-annimali |
10 |
14 |
żejt veġetali idrotrattat miż-żerriegħa tal-kolza |
41 |
44 |
żejt veġetali idrotrattat mill-ġirasol |
29 |
32 |
żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm (proċess mhux speċifikat) |
50 |
62 |
żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm (proċess bil-qbid tal-metan fil-mitħna taż-żejt) |
27 |
29 |
żejt veġetali pur miż-żerriegħa tal-kolza |
35 |
36 |
bijogass mill-iskart organiku muniċipali bħala gass naturali kkompressat |
17 |
23 |
bijogass minn demel niedi bħala gass naturali kkompressat |
13 |
16 |
bijogass minn demel niexef bħala gass naturali kkompressat |
12 |
15 |
E. Valuri awtomatiċi diżaggregati stmati għall-bijokarburanti futuri li ma kinux fis-suq jew li kienu fis-suq fi kwantitajiet negliġibbli biss f’Jannar 2008
Valuri diżaggregati għall-kultivazzjoni: ‘eec ’ kif definit fil-Parti C ta’ dan l-Anness
Mogħdija tal-produzzjoni tal-bijokarburanti |
Emissjonijiet tipiċi ta’ gass b’effett serra (gCO2eq/MJ) |
Valur awtomatiku tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra (gCO2eq/MJ) |
etanol tat-tiben tal-qamħ |
3 |
3 |
etanol mill-iskart tal-injam |
1 |
1 |
etanol mill-injam ikkoltivat |
6 |
6 |
diżil Fischer-Tropsch mill-iskart tal-injam |
1 |
1 |
diżil Fischer-Tropsch mill-injam ikkultivat |
4 |
4 |
DME mill-iskart tal-injam |
1 |
1 |
DME mill-injam ikkultivat |
5 |
5 |
metanol mill-iskart tal-injam |
1 |
1 |
metanol mill-injam ikkultivat |
5 |
5 |
il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ MTBE |
Ugwali għal dak tal-mogħdija użata għall-produzzjoni tal-metanol |
Valuri diżaggregati għall-ipproċessar (inkluż elettriku żejjed): ‘ep — eee ’ kif definit fil-Parti C ta’ dan l-Anness
Mogħdija tal-produzzjoni tal-bijokarburanti |
Emissjonijiet tipiċi ta’ gass b’effett serra (gCO2eq/MJ) |
Valur awtomatiku tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra (gCO2eq/MJ) |
etanol tat-tiben tal-qamħ |
5 |
7 |
etanol mill-injam |
12 |
17 |
diżil Fischer-Tropsch mill-injam |
0 |
0 |
DME mill-injam |
0 |
0 |
metanol mill-injam |
0 |
0 |
il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ MTBE |
Ugwali għal dak tal-mogħdija użata għall-produzzjoni tal-metanol |
Valuri diżaggregati għat-trasport u d-distribuzzjoni: ‘etd ’ kif definit fil-Parti C ta’ dan l-Anness
Mogħdija tal-produzzjoni tal-bijokarburanti |
Emissjonijiet tipiċi ta’ gass b’effett serra (gCO2eq/MJ) |
Valur awtomatiku tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra (gCO2eq/MJ) |
etanol tat-tiben tal-qamħ |
2 |
2 |
etanol mill-iskart tal-injam |
4 |
4 |
etanol mill-injam ikkoltivat |
2 |
2 |
diżil Fischer-Tropsch mill-iskart tal-injam |
3 |
3 |
diżil Fischer-Tropsch mill-injam ikkultivat |
2 |
2 |
DME mill-iskart tal-injam |
4 |
4 |
DME mill-injam ikkultivat |
2 |
2 |
metanol mill-iskart tal-injam |
4 |
4 |
metanol mill-injam ikkultivat |
2 |
2 |
il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ MTBE |
Ugwali għal dak tal-mogħdija użata għall-produzzjoni tal-metanol |
Total għall-kultivazzjoni, l-ipproċessar, it-trasport u d-distribuzzjoni
Mogħdija tal-produzzjoni tal-bijokarburanti |
Emissjonijiet tipiċi ta’ gass b’effett serra (gCO2eq/MJ) |
Valur awtomatiku tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra (gCO2eq/MJ) |
etanol tat-tiben tal-qamħ |
11 |
13 |
etanol mill-iskart tal-injam |
17 |
22 |
etanol mill-injam ikkoltivat |
20 |
25 |
diżil Fischer-Tropsch mill-iskart tal-injam |
4 |
4 |
diżil Fischer-Tropsch mill-injam ikkultivat |
6 |
6 |
DME mill-iskart tal-injam |
5 |
5 |
DME mill-injam ikkultivat |
7 |
7 |
metanol mill-iskart tal-injam |
5 |
5 |
metanol mill-injam ikkultivat |
7 |
7 |
il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ MTBE |
Ugwali għal dak tal-mogħdija użata għall-produzzjoni tal-metanol” |
( 1 ) ĠU C 44, 16.2.2008, p. 53.
( 2 ) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-ĠU) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2009.
( 3 ) ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58.
( 4 ) ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.
( 5 ) ĠU L 152, 11.6.2008, p. 43.
( 6 ) ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1.
( 7 ) Ara paġna 16 ta' dan il-Ġurnal uffiċjali.
( 8 ) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
( 9 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
( 10 ) ĠU L 121, 11.5.1999, p. 13.
( 11 ) ĠU L 74, 27.3.1993, p. 81.
( 12 ) In-numerazzjoni ta’ dawn il-kodiċijiet NM kif speċifikat fit-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 256, 7.6.1987, p. 1).
( 13 ) ĠU L 164, 30.6.1994, p. 15.
( 14 ) ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1.
( 15 ) ĠU L 173, 12.7.2000, p. 1.”;
( 16 ) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16”;
( 17 ) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.”;
( 18 ) ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.
( 19 ) ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.”;
( 20 ) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.”;
( 21 ) Il-koeffiċjent derivat billi jiġi diviż il-piż molekulari tas-CO2 (44,010 g/mol) bil-piż molekulari tal-karbonju (12,011 g/mol) huwa ugwali għal 3,664.