02009D0937 — MT — 01.01.2024 — 018.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (ĠU L 325 11.12.2009, p. 35) |
Emendata bi:
Ikkoreġuta bi:
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-1 ta’ Diċembru 2009
li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu
2009/937/UE
Artikolu 1
Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill tal-15 ta’ Settembru 2006 għandhom jiġu sostitwiti mid-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Anness.
B’deroga mill-Artikolu 2(2) tal-Anness III tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill, iċ-ċifri ta’ popolazzjonijiet inseriti minn din id-Deċiżjoni fl-Artikolu 1 tal-imsemmi Anness għandhom japplikaw mill-1 ta’ Diċembru 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2010.
Artikolu 2
Konformement mal-Protokoll dwar l-irwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 3(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill hekk kif adottati minn din id-Deċiżjoni għandu japplika għall-abbozzi ta’ atti leġislattivi adottati u trasmessi lilhom mill-jum li fih jidħol fis-seħħ it-Trattat ta’ Lisbona.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
ANNESS
REGOLI TA’ PROĊEDURA TAL-KUNSILL
Artikolu 1
Dispożizzjonijiet ġenerali avviż u post tal-laqgħat
F’ċirkostanzi eċċezzjonali u għal raġunijiet debitament ġustifikati, il-Kunsill jew il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tal-gvernijiet tal-Istati Membri (Coreper), filwaqt li jaġixxi unanimament, jista’ jiddeċiedi li laqgħa tal-Kunsill tinżamm x’imkien ieħor.
Kull membru tal-grupp għandu jippresjedi f’rotazzjoni, għal perijodu ta’ sitt xhur, il-presidenza tal-konfigurazzjonijiet kollha tal-Kunsill, minbarra l-konfigurazzjoni tal-Affarijiet Barranin. Il-membri l-oħra tal-grupp għandhom jassistu lill-Presidenza fir-responsabbiltajiet tagħha kollha, abbażi ta’ programm komuni. Il-Membri tal-grupp jistgħu jiddeċiedu dwar arranġamenti alternattivi bejniethom.
Fir-Regoli ta’ Proċedura attwali, ħlief għal dispożizzjoni speċifika, ir-referenzi għall-presidenza jew għall-president għandhom japplikaw għal kull persuna li tippresjedi l-presidenza ta’ waħda mill-konfigurazzjonijiet tal-Kunsill, jew fejn meħtieġ, ta’ waħda mill-korpi preparatorji tiegħu.
Artikolu 2
Konfigurazzjonijiet tal-Kunsill, rwol tal-konfigurazzjoni tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġeneral u rwol tal-konfigurazzjoni tal-Kunsill tar-Relazzjonijiet Esterni u programmazzjoni
L-arranġamenti ta’ tħejjija għal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew huma previsti mill-Artikolu 3 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill Ewropew, kif ġej:
Għall-finijiet tat-tħejjija prevista fl-Artikolu 2(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill Ewropew, mill-anqas erba’ ġimgħat qabel kull laqgħa ordinarja tal-Kunsill Ewropew prevista fl-Artikolu 1(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill Ewropew, il-President tiegħu, f’koperazzjoni mill-qrib mal-membru tal-Kunsill Ewropew li jirrappreżenta l-Istat Membru li jkollu l-Presidenza ta’ sitt xhur tal-Kunsill u mal-President tal-Kummissjoni, għandu jippreżenta lill-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali abbozz ta’ aġenda annotata.
Il-kontributi minn konfigurazzjonijiet oħrajn tal-Kunsill għall-ħidma tal-Kunsill Ewropew għandhom jintbagħtu lill-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali mhux aktar tard minn ġimagħtejn qabel il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew.
Il-President tal-Kunsill Ewropew, f’koperazzjoni mill-qrib kif previst fl-ewwel subparagrafu, għandu jħejji abbozz ta’ linji gwida għall-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew u, skont il-każ, l-abbozzi ta’ konklużjonijiet u l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet tal-Kunsill Ewropew, li għandhom ikunu diskussi fil-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali.
L-aħħar laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali għandha ssir fil-ħamest ijiem li jippreċedu l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew. Fid-dawl ta’ dan l-aħħar dibattitu, il-President tal-Kunsill Ewropew għandu jistabbilixxi l-aġenda provviżorja.
Ħlief għal raġunijiet urġenti u imprevedibbli relatati, pereżempju, ma’ ġrajjiet kurrenti internazzjonali, l-ebda konfigurazzjoni oħra jew korp preparatorju ieħor tal-Kunsill ma jistgħu jiddiskutu suġġett ippreżentat lill-Kunsill Ewropew bejn il-laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali, li fi tmiemha tkun stabbilita l-aġenda provviżorja tal-Kunsill Ewropew u l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew.
Il-Kunsill Ewropew għandu jadotta l-aġenda tiegħu fil-bidu tal-laqgħa tiegħu.
Bħala regola ġenerali, il-punti fuq l-aġenda għandhom jiġu eżaminati qabel, konformement mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu.
Il-Kunsill tal-Affarijiet Barranin għandu jkun ippresjedut mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni, li jista’, fejn meħtieġ, jiġi sostitwit mill-membru ta’ din il-konfigurazzjoni li tirrappreżenta l-Istat Membru li jeżerċita l-presidenza ta’ sitt xhur tal-Kunsill ( 8 ).
Jekk waqt perijodu ta’ sitt xhur, kwalunkwe mil-laqgħat ippjanati waqt dak il-perijodu ma tkunx aktar ġustifikata, il-Presidenza m’għandhiex tlaqqagħha.
Artikolu 3 ( 10 )
Aġenda
Il-Kunsill jista’ jidderoga mill-perijodu ta’ tmien ġimgħat imsemmi fl-ewwel subparagrafu fejn l-inklużjoni ta’ punt hija suġġetta għall-eċċezzjoni għal raġunijiet ta’ urġenza prevista fl-Artikolu 4 tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea. Il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni konformement mal-arranġament għall-vot għall-adozzjoni tal-att jew tal-pożizzjoni kkonċernata.
Ħlief f’każijiet urġenti li għalihom ikunu ngħataw raġunijiet adatti, għandu jgħaddi perijodu ta’ għaxar t’ijiem bejn meta jitpoġġa abbozz ta’ att leġislattiv fuq l-aġenda provviżorja tal-Kunsill u l-adozzjoni ta’ pożizzjoni. ( 11 )
Jekk, sa tmiem il-ġimgħa li tippreċedi l-ġimgħa qabel il-laqgħa tal-Kunsill, il-Coreper ma jkunx temm l-eżami tiegħu tal-abbozzi tal-atti leġislattivi, il-Presidenza għandha, sakemm konsiderazzjonijiet ta’ urġenza ma jitolbux mod ieħor u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, tneħħihom mill-aġenda provviżorja.
Il-punti inklużi fuq kull waħda minn dawn iż-żewġ partijiet tal-aġenda provviżorja għandhom ikunu maqsuma f’punti A u punti B. Punti li fuqhom approvazzjoni mill-Kunsill tkun possibbli mingħajr diskussjoni għandhom ikunu inklużi f’Parti A, iżda din ma teskludix il-possibbiltà ta’ xi membru tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni milli jesprimi opinjoni fiż-żmien tal-approvazzjoni ta’ dawn il-punti u milli jkollu d-dikjarazzjonijiet inklużi fil-minuti.
Artikolu 4
Rappreżentanza ta’ membru tal-Kunsill
Suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11 dwar id-delega ta’ drittijiet tal-vot, membru tal-Kunsill li huwa miżmum milli jattendi laqgħa jista’ jirranġa sabiex ikun rappreżentat.
Artikolu 5
Laqgħat
Artikolu 6
Segretezza professjonali u produzzjon ta’ dokumenti fi proċedimenti legali
Artikolu 7
Proċedura leġislattiva u pubbliċità
Is-Segretarjat Ġenerali għandu jinforma lill-pubbliku minn qabel bid-dati u l-ħin approssimattiv li fihom se jsiru t-tali trasmissjonijiet awdjoviżivi u għandu jieħu l-miżuri prattiċi kollha sabiex jiżgura l-implimentazzjoni tajba ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 8
Każijiet oħrajn ta’ deliberazzjonijiet tal-Kunsill miftuħin għall-pubbliku u dibattiti pubbliċi
Il-Presidenza tista’ tiddeċiedi, fuq bażi ta’ każ b’każ, li d-deliberazzjonijiet sussegwenti tal-Kunsill dwar waħda mill-proposti previsti fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu miftuħin għall-pubbliku, sakemm il-Kunsill jew il-Coreper ma jiddeċidix mod ieħor.
Għandu jkun f’idejn il-Presidenza, kwalunkwe membru tal-Kunsill, jew il-Kummissjoni li jipproponu kwistjonijiet jew suġġetti speċifiċi għal tali dibattiti, billi jikkunsidraw l-importanza tal-kwistjoni u l-interess tagħha għaċ-ċittadini.
Minn meta tintbagħat l-aġenda provviżorja skont l-Artikolu 3,
dawk il-punti fuq l-aġenda tal-Kunsill li huma miftuħin għall-pubbliku skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu mmarkati bil-kliem “deliberazzjoni pubblika”;
dawk il-punti fuq l-aġenda tal-Kunsill li huma miftuħin għall-pubbliku skont il-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu mmarkati bil-kliem “dibattitu pubbliku”.
Il-ftuħ għall-pubbliku tad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill u tad-dibattiti pubbliċi skont dan l-Artikolu għandu jsir permezz ta’ trasmissjoni pubblika bħal dik prevista fl-Artikolu 7(3).
Artikolu 9
Rendiment pubbliku tal-votazzjonijiet, ta’ spjegazzjonijiet ta’ voti u ta’ minuti f’każijiet oħrajn
Barra minn hekk, ir-riżultati tal-voti għandhom isiru pubbliċi:
meta l-Kunsill jaġixxi skont it-Titolu V tat-TUE, b’deċiżjoni unanima tal-Kunsill jew tal-Coreper meħuda fuq talba ta’ wieħed mill-membri tagħhom;
f’każijiet oħrajn, b’deċiżjoni tal-Kunsill jew tal-Coreper meħuda fuq talba ta’ wieħed mill-membri tagħhom.
Meta r-riżultati ta’ vot fil-Kunsill ikunu pubblikati skont il-punti a) u b) tal-ewwel subparagrafu, l-ispjegazzjonijiet ta’ voti magħmula meta ttieħed il-vot għandha wkoll tkun pubblikata wara t-talba tal-membri kkonċernati tal-Kunsill, bl-attenzjoni dovuta għal dawn ir-Regoli ta’ Proċedura, iċ-ċertezza legali u l-interessi tal-Kunsill.
Id-dikjarazzjonijiet imdaħħlin fil-minuti tal-Kunsill u l-punti f’dawk il-minuti marbutin mal-adozzjoni tal-atti msemmijin fil-punti a) u b) tal-ewwel subparagrafu għandhom ikunu pubblikati b’deċiżjoni tal-Kunsill jew tal-Coreper meħuda fuq talba ta’ wieħed mill-membri tagħhom.
Artikolu 10
Aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Kunsill
Id-dispożizzjonijiet speċifiċi rigward aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Kunsill huma mniżżlin fl-Anness II.
Artikolu 11
Arranġamenti dwar il-vot u l-quorum
Il-President għandu, barra minn hekk, ikun mitlub jiftaħ proċedura ta’ votazzjoni fuq l-inizjattiva ta’ membru tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, jekk jiddeċiedu hekk maġġoranza tal-membri tal-Kunsill.
Artikolu 12
Proċedura ordinarja bil-miktub u proċedura ta’ silenzju
Fil-każ fejn il-vot bil-miktub huwa dwar kwistjoni li l-Kummissjoni ressqet quddiem il-Kunsill, għandu jkun meħtieġ qbil min-naħa tal-Kummissjoni dwar l-użu tal-proċedura bil-miktub.
Għandu jiġi mfassal kull xahar mis-Segretarjat Ġenerali sommarju tal-atti adottati bil-proċedura bil-miktub. Dan is-sommarju għandu jkun fih id-dikjarazzjonijiet possibbli maħsuba sabiex jiddaħħlu fil-minuti tal-Kunsill. Il-partijiet ta’ dan is-sommarju li jikkonċernaw l-adozzjoni ta’ atti leġislattivi għandhom ikunu pubblikati.
Fuq l-inizjattiva tal-Presidenza, il-Kunsill jista’ jaġixxi permezz ta’ proċedura bil-miktub simplifikata msejħa “proċedura ta’ silenzju”:
bil-għan tal-adozzjoni tat-test ta’ tweġiba għal mistoqsija bil-miktub jew, skont ma jkun il-każ, għal mistoqsija orali preżentata lill-Kunsill minn Membru tal-Parlament Ewropew, wara li l-abbozz tat-tweġiba jkun ġie eżaminat mill-Coreper ( 14 );
bil-għan tal-ħatra tal-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u tal-membri tal-Kumitat tar-Reġjuni, u s-supplenti tagħhom, wara li l-abbozz tad-deċiżjoni jkun ġie eżaminat mill-Coreper;
bil-għan ta’ deċiżjoni dwar konsultazzjoni ta’ istituzzjonijiet jew korpi oħra kull meta tali konsultazzjoni tkun meħtieġa mit-Trattati;
bil-għan tal-implimentazzjoni ta’ politika estera u ta’ sigurtà komuni permezz tan-network “COREU” (“proċedura ta’ silenzju (COREU)”) ( 15 ).
F’dak il-każ, it-test rilevanti għandu jiġi meqjus bħala adottat fi tmiem il-perijodu stabbilit mill-Presidenza skont l-urġenza tal-kwistjoni, ħlief fejn membru tal-Kunsill joġġezzjona.
Artikolu 13
Minuti
Il-minuti għandhom, bħala regola ġenerali, jindikaw fir-rigward ta’ kull punt fuq l-aġenda:
Artikolu 14
Deliberazzjonijiet u deċiżjonijiet abbażi ta’ dokumenti u abbozzi mfassla fil-lingwi previsti mir-regoli fis-seħħ dwar il-lingwa
Artikolu 15
Iffirmar tal-atti
It-test tal-atti adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill konformement mal-proċedura leġislattiva ordinarja, kif ukoll dak tal-atti adottati mill-Kunsill, għandhom jiġu ffirmati mill-President-in-Kariga fil-ħin tal-adozzjoni tagħhom u mis-Segretarju-Ġenerali. Is-Segretarju-Ġenerali jista’ jiddelega s-setgħa tiegħu li jiffirma lid-Diretturi-Ġenerali tas-Segretarjat Ġenerali.
Artikolu 16 ( 16 )
Nuqqas tal-possibbiltà ta’ parteċipazzjoni fil-vot
Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura, se jittieħed kont dovut, skont l-Anness IV, ta’ każijiet li fihom, taħt it-Trattati, membru wieħed jew aktar tal-Kunsill ma jistgħux jieħdu sehem fil-vot.
Artikolu 17
Pubblikazzjoni ta’ atti fil-Ġurnal Uffiċjali
Dawn li ġejjin għandhom jiġu pubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ġurnal Uffiċjali”) fuq talba tas-Segretarju-Ġenerali:
l-atti msemmija fl-Artikolu 297(1) u (2), l-ewwel subparagrafu, tat-TFUE;
il-pożizzjonijiet fl-ewwel qari adottati mill-Kunsill skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, kif ukoll il-memorandum ta’ spjegazzjoni tagħhom;
l-inizjattivi ppreżentati lill-Kunsill skont l-Artikolu 76 tat-TFUE għall-adozzjoni ta’ att leġislattiv;
il-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni.
Għandha ssir referenza fil-Ġurnal Uffiċjali għad-dħul fis-seħħ ta’ tali ftehimiet;
il-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni fil-qasam tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni, ħlief jekk il-Kunsill jiddeċiedi mod ieħor abbażi tal-Artikoli 4 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ( 17 ).
Għandha ssir referenza fil-Ġurnal Uffiċjali għad-dħul fis-seħħ ta’ ftehimiet pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.
Ħlief jekk il-Kunsill jew il-Coreper jiddeċiedu mod ieħor, dawn li ġejjin għandhom jiġu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali mis-Segretarju-Ġenerali:
l-inizjattivi ppreżentati lill-Kunsill skont l-Artikolu 76 tat-TFUE fil-każijiet li mhumiex dawk imsemmija fil-paragrafu 1, punt c);
id-direttivi u d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 297(2), it-tielet subparagrafu, tat-TFUE, ir-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet, bl-eċċezzjoni tad-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
Il-Kunsill jew il-Coreper għandu jiddeċiedi, fuq bażi ta’ każ b’każ u b’kont meħud ta’ pubblikazzjoni possibbli tal-att bażiku, jekk dawn li ġejjin għandhomx jiġu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali fuq talba tas-Segretarju-Ġenerali:
id-deċiżjonijiet li jimplimentaw id-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25 tat-TUE;
id-deċiżjonijiet adottati skont l-Artikolu 31(2), it-tieni u t-tielet inċiż tat-TUE;
l-atti l-oħra tal-Kunsill, bħall-konklużjonijiet jew ir-riżoluzzjonijiet.
Artikolu 18
Notifika ta’ atti
Meta ma jkunux pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali, l-atti li ġejjin għandhom ikunu notifikati lid-destinatarji tagħhom mis-Segretarju-Ġenerali jew Direttur-Ġenerali li jaġixxi f’ismu:
rakkomandazzjonijiet;
id-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25 tat-TUE.
Artikolu 19 ( 18 )
Coreper, kumitati u gruppi ta’ ħidma
Il-Coreper għandu jkun responsabbli għat-tħejjija tal-ħidma tal-Kunsill u sabiex iwettaq il-kompiti mogħtija lilu mill-Kunsill. Huwa għandu fi kwalunkwe każ ( 19 ) jiżgura l-konsistenza tal-politika u l-azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u jara li l-prinċipji u r-regoli li ġejjin ikunu osservati:
il-prinċipji ta’ legalità, sussidjarjetà, proporzjonalità u l-għoti ta’ raġunijiet għal atti;
regoli li jistabbilixxu s-setgħat ta’ istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni;
dispożizzjonijiet baġitarji;
regoli dwar proċedura, trasparenza u l-kwalità tal-abbozzar.
Is-Segretarjat Ġenerali għandu jaġġorna l-lista ta’ korpi ta’ tħejjija u jagħmilha pubblika. Il-kumitati u l-gruppi ta’ ħidma biss fuq din il-lista jistgħu jiltaqgħu bħala gruppi ta’ tħejjija tal-Kunsill.
Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà huwa presjedut minn rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.
Il-korpi preparatorji oħra tal-konfigurazzjonijiet differenti tal-Kunsill, bl-eċċezzjoni tal-konfigurazzjoni tal-Affarijiet Barranin, għandhom ikunu presjeduti minn delegat tal-Istat Membru responsabbli għall-presidenza tal-konfigurazzjoni rilevanti, dment li l-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor fejn jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata. Il-lista msemmija fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu, telenka wkoll dawk il-korpi preparatorji li dwarhom il-Kunsill iddeċieda, konformement mal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew fir-rigward tal-eżerċizzju tal-presidenza tal-Kunsill, għal tip ieħor ta’ presidenza.
Fil-każ speċifiku ►C2 tal-eżami ◄ tal-baġit tal-Unjoni għal sena finanzjajra partikolari, laqgħat tal-korpi ta’ tħejjija tal-Kunsill, minbarra l-Coreper, li jieħdu ħsieb it-tħejjija tal-punti fuq l-aġenda tal-Kunsill ►C2 tal-eżami ◄ tal-baġit għandhom ikunu presjeduti minn delegat tal-Istat Membru li jkun se jkollu l-Presidenza tal-Kunsill matul it-tieni perijodu ta’ sitt xhur tas-sena qabel is-sena finanzjarja in kwistjoni. L-istess għandu japplika, bil-qbil tal-Presidenza l-oħra, għall-presidenza ta’ laqgħat tal-Kunsill meta l-punti baġitarji msemmija jkunu diskussi. Il-Presidenzi kkonċernati għandhom jikkonsultaw dwar l-arranġamenti prattiċi.
Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti msemmija hawn taħt, il-Coreper jista’ jadotta d-deċiżjonijiet ta’ proċedura li ġejjin, dment li l-punti relatati magħhom ikunu ġew inklużi fuq l-aġenda provviżorja tiegħu tal-inqas tlett’ijiem ta’ ħidma qabel il-laqgħa. Għandha tkun meħtieġa unanimità min-naħa ta’ Coreper għal kwalunkwe deroga minn dak il-perijodu ( 20 ):
deċiżjoni li ssir laqgħa tal-Kunsill f’post li mhux Brussell jew il-Lussemburgu (Artikolu 1(3));
awtorizzazzjoni li tiġi prodotta kopja ta’ jew estratt minn dokument tal-Kunsill għall-użu fi proċedimenti legali (Artikolu 6(2));
deċiżjoni li jitwettaq dibattitu pubbliku fil-Kunsill jew li deliberazzjoni partikolari tal-Kunsill ma ssirx fil-pubbliku (Artikolu 8(1), (2) u (3));
deċiżjoni li r-riżultati ta’ votazzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet mdaħħla fil-minuti tal-Kunsill isiru pubbliċi fil-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(2);
deċiżjoni dwar l-użu tal-proċedura bil-miktub (Artikolu 12(1));
approvazzjoni jew emenda tal-minuti tal-Kunsill (Artikolu 13(2) u (3));
deċiżjoni dwar il-pubblikazzjoni jew le ta’ test jew ta’ att fil-Ġurnal Uffiċjali (Artikolu 17(2), (3) u (4));
deċiżjoni dwar il-konsultazzjoni ta’ istituzzjoni jew korp kull fejn tali konsultazzjoni ma tkunx meħtieġa mit-Trattati;
deċiżjoni li tistabbilixxi jew testendi l-limitu ta’ żmien għall-konsultazzjoni ta’ istituzzjoni jew korp;
deċiżjoni dwar l-estensjoni tal-perijodi stabbiliti fl-Artikolu 294(14) tat-TFUE;
approvazzjoni tal-formulazzjoni tal-ittra li għandha tiġi mibgħuta lil istituzzjoni jew korp.
Artikolu 20
Il-Presidenza u t-tmexxija korretta tad-diskussjonijiet
Sabiex jiżgura li d-diskussjonijiet jitwettqu sew, hija tista’ wkoll, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor, tieħu kwalunkwe miżura adatta meħtieġa għall-kisba tal-aħjar użu possibbli tal-ħin disponibbli matul il-laqgħat u b’mod partikolari:
tirrestrinġi n-numru għal kull delegazzjoni preżenti fil-kamra tal-laqgħat għad-diskussjoni ta’ punt partikolari u tiddeċiedi jekk tawtorizzax il-ftuħ ta’ kamra tas-smigħ;
tistabbilixxi l-ordni li fiha jinbdew il-punti u tiddetermina t-tul ta’ żmien għad-diskussjoni tagħhom;
torganizza l-ħin allokat għad-diskussjoni ta’ punt partikolari, b’mod partikolari billi tillimita l-ħin li matulu l-parteċipanti jistgħu jitkellmu u tiddetermina l-ordni li fiha jistgħu jitkellmu;
titlob lid-delegazzjonijiet jippreżentaw bil-miktub il-proposti tagħhom għal emenda ta’ test li jkun qed jiġi diskuss qabel data partikolari, flimkien ma’ spjegazzjoni qasira jekk ikun il-każ;
titlob lid-delegazzjoni li jkollhom pożizzjonijiet identiċi jew simili dwar punt jew test partikolari, jew parti minnhom, jagħżlu wieħed minnhom sabiex jesprimu l-pożizzjoni kondiviża tagħhom fil-laqgħa jew bil-miktub qabel il-laqgħa.
Rapporti tal-kumitati u l-gruppi ta’ ħidma
Minkejja d-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura, il-Presidenza għandha torganizza l-laqgħat tad-diversi kumitati u gruppi ta’ ħidma sabiex hekk ir-rapporti tagħhom ikunu disponibbli qabel il-laqgħat tal-Coreper li fihom ikunu eżaminati.
Ħlief jekk konsiderazzjonijiet ta’ urġenza jitolbu mod ieħor, il-Presidenza għandha tipposponi għal laqgħa sussegwenti tal-Coreper kwalunkwe punt relatat ma’ atti leġislattivi dwar liema l-kumitat jew il-grupp ta’ ħidma ma jkunx temm id-diskussjonijiet tiegħu tal-inqas ħamest ijiem qabel il-laqgħat tal-Coreper.
Artikolu 22
Kwalità tal-abbozzar ( 23 )
Sabiex jgħin lill-Kunsill fil-kompitu tiegħu fl-iżgurar tal-kwalità tal-abbozzar tal-atti leġislattivi li jadotta, is-Servizz Legali għandu jkun responsabbli għall-kontroll tal-kwalità tal-abbozzar ta’ proposti u abbozzi ta’ atti fl-istadju adegwat, kif ukoll li jressaq suġġerimenti ta’ abbozzar għall-attenzjoni tal-Kunsill u l-korpi tiegħu skont il-Ftehim Interisituzzjonali tat-22 ta’ Diċembru 1998 dwar linji gwida komuni għall-kwalità tal-abbozzar tal-leġiżlazzjoni Komunitarja ( 24 ).
Matul il-proċess leġislattiv kollu, dawk li jippreżentaw testi b’konnessjoni mal-proċedimenti tal-Kunsill għandhom jagħtu attenzjoni speċjali lill-kwalità tal-abbozzar.
Artikolu 23
Is-Segretarju-Ġenerali u s-Segretarjat Ġenerali
Taħt l-awtorità tiegħu, is-Segretarju-Ġenerali għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżgura l-ħidma tajba tas-Segretarjat Ġenerali.
Artikolu 24
Sigurtà
Ir-regoli dwar is-sigurtà għandhom ikunu adottati mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.
Artikolu 25
Doveri bħala depożitarju ta’ ftehim
Fil-każ li s-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill ikun magħżul bħala d-depożitarju ta’ ftehim konkluż bejn l-Unjoni jew il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u Stat wieħed jew aktar jew organizzazzjonijiet internazzjonali, l-atti ta’ ratifika, ta’ aċċettazzjoni jew ta’ approvazzjoni ta’ dawk il-ftehim għandhom ikunu ddepożitati fis-sede tal-Kunsill.
F’każijiet bħal dawn, is-Segretarju-Ġenerali għandu jwettaq id-doveri ta’ depożitarju u għandu jiżgura wkoll li d-dati tad-dħul fis-seħħ ta’ tali ftehim ikunu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.
Artikolu 26
Rappreżentanza quddiem il-Parlament Ewropew
Ir-rappreżentanza tal-Kunsill quddiem il-Parlament Ewropew u l-kumitati tiegħu hija r-responsabbiltà tal-Presidenza, jew bil-qbil ta’ din tal-aħħar, ta’ membru tal-grupp stabbilit minn qabel tat-tliet Stati Membri msemmija fl-Artikolu 1(4), tal-Presidenza li jkun imiss jew tas-Segretarju-Ġenerali. Il-Kunsill jista’ jkun rappreżentat ukoll quddiem il-kumitati tal-Parlament Ewropew minn uffiċjali anzjani tas-Segretarjat Ġenerali, li jaġixxu fuq istruzzjonijiet mill-Presidenza.
Fil-każ tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin, ir-rappreżentanza tal-Kunsill quddiem il-Parlament Ewropew u l-kumitati tiegħu hija r-responsabbiltà tal-president tiegħu. Huwa jista’, jekk meħtieġ, jiġi sostitwit mill-membru ta’ din il-konfigurazzjoni li tirrappreżenta l-Istat Membru li jkollu l-presidenza ta’ kull sitt xhur tal-Kunsill. Fuq mandat tal-president tiegħu, il-Kunsill tal-Affarijiet Barranin jista’ wkoll jkun rappreżentat quddiem il-kumitati tal-Parlament Ewropew minn uffiċjali anzjani tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jew, skont il-każ, tas-Segretarjat Ġenerali.
Il-Kunsill jista’ jippreżenta wkoll l-opinjonijiet tiegħu lill-Parlament Ewropew permezz ta’ dikjarazzjoni bil-miktub.
Artikolu 27
Dispożizzjonijiet dwar il-forma tal-atti
Id-dispożizzjonijiet dwar il-forma tal-atti huma stabbiliti fl-Anness VI.
Artikolu 28
Korrispondenza indirizzata lill-Kunsill
Il-korrispondenza mibgħuta lill-Kunsill għandha tiġi indirizzata lill-President, fis-sede tal-Kunsill, kif ġej:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Rue de la Loi, 175
B-1048 Brussels
ANNESS I
Lista ta' konfigurazzjonijiet tal-Kunsill
Affarijiet Ġenerali ( 26 );
Affarijiet Barranin ( 27 );
Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji ( 28 );
Ġustizzja u Affarijiet Interni ( 29 );
Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur;
Trasport, Telekomunikazzjonijiet u Enerġija;
Agrikoltura u Sajd;
Ambjent;
Kull Stat Membru għandu jiddetermina l-mod li bih ikun rappreżentat fil-Kunsill skont l-Artikolu 16(2) tat-TUE.
Diversi Ministri jistgħu jipparteċipaw bħala membri sħaħ tal-istess konfigurazzjoni tal-Kunsill, bl-aġenda u l-organizzazzjoni ta' proċedimenti tiġi aġġustata kif meħtieġ ( 32 ).
ANNESS II
Dispożizzjonijiet speċifiċi rigward l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Kunsill
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika għandu jkollha aċċess għal dokumenti tal-Kunsill suġġett għall-prinċipji, il-kondizzjonijiet u l-limiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u d-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f'dan l-Anness.
Artikolu 2
Konsultazzjoni rigward dokumenti ta’ partijiet terzi
Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 4(5) u l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u sakemm ma jkunx ċar, wara l-eżami tad-dokument fid-dawl tal-Artikolu 4(1), (2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, li m'għandux jiġi żvelat, il-parti terza kkonċernata għandha tiġi kkonsultata jekk:
id-dokument huwa dokument sensittiv kif definit fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001;
id-dokument joriġina minn Stat Membru u:
Jekk il-Kunsill jaħseb li jirrilaxxa d-dokument, il-parti terza għandha tiġi infurmata immedjatament bil-miktub bil-ħsieb tal-Kunsill li jirrilaxxa d-dokument wara perijodu ta’ żmien ta’ mhux anqas minn għaxart ijiem tax-xogħol. Fl-istess waqt, għandha tinġibed l-attenzjoni tal-parti terza għall-Artikolu 279 tat-TFUE.
Artikolu 3
Talbiet għal konsultazzjoni li jaslu minn istituzzjonijiet oħra jew minn Stati Membri
Talbiet għal konsultazzjonijiet mal-Kunsill magħmula minn istituzzjoni jew Stat Membru ieħor li jikkonċernaw applikazzjoni għal dokument tal-Kunsill għandhom jintbagħtu permezz tal-posta elettronika lil access@consilium.europa.eu jew bil-fax fuq: +32(0)2 281 63 61.
Is-Segretarjat Ġenerali għandu jagħti l-opinjoni tiegħu f'isem il-Kunsill mill-ewwel, waqt li jieħu kont ta’ kwalunkwe limitu ta’ żmien meħtieġ sabiex tittieħed deċiżjoni mill-istituzzjoni jew l-Istat Membru konċernat, u mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol.
Artikolu 4
Dokumenti li joriġinaw mill-Istati Membri
Kwalunkwe talba minn Stat Membru taħt l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandha ssir bil-miktub lis-Segretarju Ġenerali.
Artikolu 5
Talbiet ippreżentati mill-Istati Membri
Meta Stat Membru jippreżenta talba lill-Kunsill, din għandha tiġi ttrattata skont l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan l-Anness. Fil-każ ta’ rifjut sħiħ jew parzjali tal-aċċess, l-applikant għandu jkun infurmat li kwalunkwe applikazzjoni konfermatorja għandha tiġi indirizzata direttament lill-Kunsill.
Artikolu 6
Indirizz għal applikazzjonijiet
L-applikazzjonijiet għal aċċess għal dokument għandhom jiġu indirizzati bil-miktub lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, rue de la Loi 175, B-1048 Brussell, permezz tal-posta elettronika lil access@consilium.europa.eu jew bil-fax fuq: +32(0)2 281 63 61.
Artikolu 7
Proċessar ta’ applikazzjonijiet inizjali
Suġġett għall-Artikolu 9(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, kwalunkwe applikazzjoni għal aċċess għal dokument tal-Kunsill għandha tiġi ttrattata mis-Segretarjat Ġenerali.
Artikolu 8
Proċessar ta’ applikazzjonijiet konfermatorji
Suġġett għall-Artikolu 9(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, kwalunkwe applikazzjoni konfermatorja għandha tiġi deċiża mill-Kunsill.
Artikolu 9
Ħlasijiet
Il-ħlasijiet sabiex jiġu prodotti u sabiex jintbagħtu kopji ta’ dokumenti tal-Kunsill għandhom jiġu stabbiliti mis-Segretarju Ġenerali.
Artikolu 10
Reġistru pubbliku ta’ dokumenti tal-Kunsill
Artikolu 11
Dokumenti direttament aċċessibbli għall-pubbliku
Għall-fini ta’ dan l-Artikolu:
Is-Segretarjat Ġenerali għandu jagħmel id-dokumenti li ġejjin disponibbli għall-pubbliku hekk kif huma jiġu ċċirkolati:
dokumenti li l-awtur tagħhom la huwa l-Kunsill u lanqas Stat Membru, li saru pubbliċi mill-awtur tagħhom jew bl-approvazzjoni tiegħu;
l-aġenda provviżorja għal laqgħat tal-Kunsill fid-diversi konfigurazzjonijiet tiegħu;
kwalunkwe test adottat mill-Kunsill u li għandu jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.
Sakemm ikun ċar li huma mhumiex koperti minn xi waħda mill-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, is-Segretarjat Ġenerali jista’ wkoll jagħmel id-dokumenti li ġejjin disponibbli lill-pubbliku hekk kif huma jkunu ġew iċċirkolati:
aġenda provviżorja ta’ kumitati u gruppi ta’ ħidma;
dokumenti oħra, bħal noti ta’ informazzjoni, rapporti, rapporti ta’ progress u rapporti dwar l-istat ta’ diskussjonijiet fil-Kunsill jew wieħed mill-korpi preparatorji tiegħu li ma jirriflettux pożizzjonijiet individwali ta’ delegazzjonijiet, esklużi opinjonijiet u kontribuzzjonijiet tas-Servizz Legali.
Addizzjonalment għad-dokumenti msemmija fil-paragrafi 3 u 4, is-Segretarjat Ġenerali għandu jagħmel disponibbli għall-pubbliku, hekk kif huma jiġu ċċirkolati, id-dokumenti leġislattivi u d-dokumenti oħrajn li ġejjin:
noti ta' trasmissjoni u kopji ta' ittri ◄ li jikkonċernaw atti leġislattivi u atti msemmija fl-Artikolu 8(1) tar-Regoli ta’ Proċedura indirizzati lill-Kunsill minn istituzzjonijiet jew korpi oħra tal-Unjoni Ewropea jew, suġġett għall-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, minn Stat Membru;
dokumenti preżentati lill-Kunsill li huma elenkati taħt punt fuq l-aġenda tiegħu li jinsabu fil-parti “Deliberazzjonijiet leġislattivi” jew immarkati bil-kliem “deliberazzjoni pubblika” jew “dibattitu pubbliku” skont l-Artikolu 8 tar-Regolamenti ta’ Proċedura;
noti preżentati lill-Coreper u/jew lill-Kunsill għal approvazzjoni (noti ta’ punt “I/A” u “A”) dwar abbozzi ta’ atti leġislattivi u ta’ atti msemmija fl-Artikolu 8(1) tar-Regoli ta’ Proċedura, kif ukoll l-abbozz ta’ atti leġislattivi u ta’ atti memmija fl-Artikolu 8(1), ta’ dawk ir-regoli li jirreferu għalihom;
atti adottati mill-Kunsill waqt il-proċedura leġislattiva ordinarja jew speċjali u testi konġunti approvati mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni fil-qafas tal-proċedura leġislattiva ordinarja.
Fuq talba ta’ Stat Membru, dokumenti li huma koperti bl-ewwel subparagrafu u li jirriflettu l-pożizzjoni individwali tad-delegazzjoni ta’ dak l-Istat Membru fil-Kunsill m'għandhomx isiru disponibbli għall-pubbliku.
ANNESS III
Ċifri li jirrigwardaw il-popolazzjoni tal-Unjoni u l-popolazzjoni ta’ kull Stat Membru għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill
|
Stat Membru |
Popolazzjoni |
Perċentwal tal-popolazzjoni tal-Unjoni (%) |
|
Ġermanja |
84 311 244 |
18,72 |
|
Franza |
68 070 697 |
15,11 |
|
Italja |
59 691 110 |
13,25 |
|
Spanja |
48 063 694 |
10,67 |
|
Polonja |
37 723 532 |
8,37 |
|
Rumanija |
19 051 562 |
4,23 |
|
Netherlands |
17 956 453 |
3,99 |
|
Belġju |
11 754 004 |
2,61 |
|
Ċekja |
10 833 385 |
2,40 |
|
Żvezja |
10 541 000 |
2,34 |
|
Portugall |
10 516 621 |
2,33 |
|
Greċja |
10 415 585 |
2,31 |
|
Ungerija |
9 599 744 |
2,13 |
|
Awstrija |
9 087 000 |
2,02 |
|
Bulgarija |
6 498 567 |
1,44 |
|
Danimarka |
5 921 952 |
1,31 |
|
Finlandja |
5 593 070 |
1,24 |
|
Slovakkja |
5 454 629 |
1,21 |
|
Irlanda |
5 194 336 |
1,15 |
|
Kroazja |
3 850 894 |
0,85 |
|
Litwanja |
2 857 279 |
0,63 |
|
Slovenja |
2 116 972 |
0,47 |
|
Latvja |
1 883 008 |
0,42 |
|
Estonja |
1 365 884 |
0,3 |
|
Ċipru |
920 701 |
0,2 |
|
Lussemburgu |
658 278 |
0,15 |
|
Malta |
542 051 |
0,12 ” |
|
UE 27 |
450 473 252 |
|
|
Livell limitu (65 %) |
292 807 614 |
|
ANNESS IV
imsemmija fl-Artikolu 16
1. Fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ġejjin ta’ dawn ir-Regoli ta' Proċedura u għal deċiżjonijiet li fir-rigward tagħhom, taħt it-Trattati, membri tal-Kunsill jew tal-Coreper ma jistgħux jipparteċipaw fil-votazzjoni, m'għandux jittieħed kont ta' voti minn tali membri:
l-Artikolu 1(3), it-tieni subparagrafu (iż-żamma ta' laqgħa tal-Kunsill f'post li mhux Brussell jew il-Lussemburgu);
l-Artikolu 3(7) (l-inklużjoni fl-aġenda punt apparti dawk li jidhru fuq l-aġenda provviżorja);
l-Artikolu 3(8) (iż-żamma bħala punt “B” fuq l-aġenda punt “A” li kieku kellu jitneħħa mill-aġenda);
l-Artikolu 5(3), għal dak li jirrigwarda l-preżenza tal-Bank Ċentrali Ewropew biss (deliberazzjoni mingħajr il-preżenza tal-Bank Ċentrali Ewropew);
l-Artikolu 9(2), l-ewwel subparagrafu, punt b), u t-tieni u t-tielet subparagrafi (dwar ir-rendiment pubbliku tar-riżultati tal-votazzjonijiet, ta’ spjegazzjonijiet tal-voti, ta’ dikjarazzjonijiet fil-minuti tal-Kunsill u ta’ punti f’dawk il-minuti relatati ma' każijiet oħra barra dawk imsemmija fil-paragrafu 1);
l-Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu (il-ftuħ ta’ proċedura ta' votazzjoni);
l-Artikolu 12(1) (l-użu tal-proċedura bil-miktub);
l-Artikolu 14(1) (id-deċiżjoni sabiex issir deliberazzjoni u sabiex jittieħdu deċiżjonijiet eċċezzjonalment abbażi ta' dokumenti u abbozzi li ma tfasslux fil-lingwi kollha) ( 34 );
l-Artikolu 17(2), punta) (in-non-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' inizjattiva ppreżentata minn Stat Membru skont l-Artikolu 76 tat-TFUE);
l-Artikolu 17(2) puntb) (in-non-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' ċerti direttivi, deċiżjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet);
l-Artikolu 17(5) (jekk deċiżjonijiet meħuda minn korp stabbilit taħt xi ftehim internazzjonali għandhomx jiġu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali).
2. Membru tal-Kunsill jew tal-Coreper ma jistax jagħmel użu mid-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura b'konnessjoni ma' deċiżjonijiet li fir-rigward tagħhom, taħt it-Trattati, huwa ma jistax jipparteċipa fil-votazzjoni:
l-Artikolu 3(8) (possibbiltà ta' membru tal-Kunsill li jitlob l-irtirar ta' punt “A” mill-aġenda);
l-Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu (possibbiltà ta' membru tal-Kunsill li jitlob il-ftuħ ta' proċedura ta' votazzjoni);
l-Artikolu 11(3) (possibbiltà ta' membru tal-Kunsill li jaġixxi f'isem ieħor waqt il-votazzjoni);
l-Artikolu 14(2) (possibbiltà għal kwalunkwe membru tal-Kunsill li jopponi diskussjoni jekk it-testi ta' kwalunkwe emendi ma jkunux tfasslu fil-lingwa li hu jew hi jkun speċifika).
ANNESS V
Metodi ta’ ħidma tal-Kunsill
Tħejjija tal-laqgħat
1. Il-Presidenza għandha tiżgura li fajl jiġi preżentat biss lill-Coreper minn grupp ta' ħidma jew minn kumitat meta jkun hemm prospett raġonevoli ta' progress jew kjarifika ta' pożizzjonijiet li jkunu qed jintlaħqu f'dak il-livell. Viċi-versa, fajls jistgħu jerġgħu jiġu riferuti biss lil grupp ta' ħidma jew lil kumitat meta meħtieġ, u fi kwalunkwe każ bil-ħsieb li jiġu indirizzati problemi preċiżi u definiti sew.
2. Il-Presidenza għandha tieħu l-passi meħtieġa sabiex tavvanza l-ħidma bejn il-laqgħat. Hi tista', pereżempju, bil-qbil tal-grupp ta' ħidma jew kumitat, twettaq bl-iżjed mod effiċjenti l-konsultazzjonijiet meħtieġa dwar problemi speċifiċi bil-ħsieb li tirrapporta lura lill-grupp ta' ħidma jew kumitat konċernat is-soluzzjonijiet possibbli. Hi tista' wkoll twettaq konsultazzjonijiet bil-miktub billi titlob lid-delegazzjonijiet jirreaġixxu b'forma miktuba għal proposta qabel il-laqgħa li jkun imiss tal-grupp ta' ħidma jew kumitat.
3. Kull fejn ikun il-każ, id-delegazzjonijiet għandhom jistabbilixxu bil-quddiem bil-miktub il-pożizzjonijiet li wisq probabbli jkunu se jieħdu fil-laqgħa li jkun imiss. Meta dan jinkludi proposti sabiex jiġi emendat test, id-delegazzjonijiet għandhom jissuġġerixxu l-formulazzjoni speċifika. Kull fejn possibbli, il-kontribut bil-miktub għandu jiġi preżentat konġuntement minn delegazzjonijiet li jħaddnu pożizzjonijiet identiċi.
4. Il-Coreper għandu jevita milli jerġa' jagħmel xogħol li jkun ġa sar fit-tħejjija tal-proċedimenti tiegħu. Dan għandu japplika b'mod partikolari għal punti “I”, għal informazzjoni dwar l-organizzazzjoni u l-ordni tal-ħidma tiegħu u għal informazzjoni fuq l-aġenda u l-organizzazzjoni ta' laqgħat futuri tal-Kunsill. Kull fejn ikun possibbli, id-delegazzjonijiet għandhom iqajmu punti dwar Affarijiet Oħra fil-qafas tat-tħejjija tal-ħidma tal-Coreper aktar milli lill-Coreper innifsu.
5. Il-Presidenza għandha tinforma lid-delegazzjonijiet malajr kemm jista' jkun meta l-proċedimenti tal-Coreper ikunu qed jitħejjew dwar l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tippermetti tħejjija ddettaljata tal-proċedimenti tal-Coreper, inkluż informazzjoni dwar dak li l-Presidenza tistenna li tilħaq mid-diskussjoni dwar kull punt tal-aġenda. Viċi versa, il-Presidenza għandha, jekk ikun il-każ, tinkoraġġixxi lid-delegazzjonijiet jikkomunikaw lil delegazzjonijiet oħra, meta l-proċedimenti tal-Coreper ikun qed jitħejjew, informazzjoni dwar il-pożizzjonijiet li jkunu se jieħdu fil-Coreper. F'dan il-kuntest il-Presidenza għandha tiffinalizza l-aġenda tal-Coreper. Il-Presidenza tista' tlaqqa' b'mod iżjed frekwenti l-gruppi li jħejju l-proċedimenti tal-Coreper, meta ċ-ċirkostanzi jitolbu hekk.
Kondotta tal-laqgħat
6. L-ebda punt mhu se jitpoġġa fuq l-aġenda tal-Kunsill sempliċiment għal preżentazzjoni mill-Kummissjoni jew minn membru tal-Kunsill, ħlief fejn hu ppjanat dibattitu dwar inizjattivi maġġuri ġodda.
7. Il-Presidenza għandha toqgħod lura milli tpoġġi fuq l-aġenda tal-Coreper punti għal informazzjoni biss. Tali informazzjoni, pereżempju dwar ir-riżultat ta' laqgħat f'forum ieħor jew ma' Stat Terz jew istituzzjoni oħra, kwistjonijiet ta' proċedura u organizzazzjoni, eċċ, għandhom minflok jiġu trasmessi lil delegazzjonijiet meta l-proċedimenti tal-Coreper ikunu qed jitħejjew, kull meta jkun possibbli f'forma miktuba, u m'għandhomx jiġu ripetuti fil-Coreper.
8. Fil-bidu ta' laqgħa, il-Presidenza għandha tagħti kwalunkwe informazzjoni meħtieġa fir-rigward ta' kif għandha tiġi ttrattata l-laqgħa u b'mod partikolari tindika t-tul ta' ħin li għandha f'moħħha tiddedika għal kull punt. Għandha toqgħod lura milli tagħmel introduzzjonijiet twal u tevita r-ripetizzjoni ta' informazzjoni li hi diġà magħrufa mid-delegazzjonijiet.
9. Fil-bidu ta' diskussjoni dwar punt sostantiv, il-Presidenza għandha, skont it-tip ta' diskussjoni li jkun hemm bżonn, tindika lid-delegazzjonijiet it-tul massimu tal-interventi tagħhom dwar dak il-punt. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet l-interventi m'għandhomx jaqbżu ż-żewġ minuti.
10. Sessjonijiet ta' laqgħat kompleti għandhom, fil-prinċipju, jiġu pprojbiti; jistgħu jintużaw biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali fuq kwistjonijiet speċifiċi, b'limitu ta' żmien għall-interventi stabbilit mill-Presidenza.
11. Il-Presidenza għandha tagħti kemm tista' attenzjoni lid-diskussjonijiet, b'mod partikolari billi titlob lid-delegazzjonijiet jirreaġixxu għal testi ta' kompromess jew proposti speċifiċi.
12. Matul u fi tmiem il-laqgħat il-Presidenza għandha żżomm lura milli tagħmel sommarji twal tad-diskussjonijiet u għandha tirrestrinġi ruħha billi tislet konklużjoni qasira tar-riżultati (sustanza u/jew proċedura) milħuqa.
13. Id-delegazzjonijiet għandhom jevitaw li jirrepetu punti magħmula minn kelliema preċendenti. L-interventi tagħhom ikunu qosra, sostantivi u dritt għall-punt.
14. Delegazzjonijiet li jaħsbuha l-istess huma mħeġġa jikkonsultaw bil-ħsieb li kelliem wieħed jagħmel preżentazzjoni ta' pożizzjoni komuni dwar punt speċifiku.
15. Meta jkunu qed jiddiskutu testi, id-delegazzjonijiet għandhom jagħmlu proposti konkreti ta' abbozzar, bil-miktub, iżjed milli sempliċiment jesprimu n-nuqqas ta' qbil tagħhom ma' proposta partikolari.
16. Ħlief jekk indikat mod ieħor mill-Presidenza, id-delegazzjonijiet għandhom joqogħdu lura milli jindirizzaw il-laqgħa meta jkunu jaqblu ma' proposta partikolari; f'dan il-każ is-silenzju jiġi kkunsidrat bħala qbil fil-prinċipju.
ANNESS VI
Dispożizzjonijiet dwar il-forma tal-atti
A. Forom ta’ Regolamenti
Ir-Regolamenti adottati konġuntement mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kunsill għandhom jinkludu:
fit-titolu tagħhom il-kelma “Regolament”, segwita min-numru serjali, id-data tal-adozzjoni tagħhom u indikazzjoni tas-suġġett; Fil-każ ta’ Regolament ta’ Implimentazzjoni adottat mill-Kunsill skont l-Artikolu 291(2) tat-TFUE, ir-Regolament għandu jindika fit-titolu “Regolament ta’ Implimentazzjoni”;
il-kliem “Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea” jew “Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea”, skont il-każ;
indikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li taħthom huwa adottat ir-Regolament, ippreċeduta bil-kliem “Wara li kkunsidra(w)”;
kunsiderazzjoni li tinkludi referenza għal proposti preżentati u għal opinjonijiet miksuba u konsultazzjonijiet miżmuma;
dikjarazzjoni tar-raġunijiet li fuqhom huwa bbażat ir-Regolament, ippreċeduta mill-kelma “Billi:”, bil-premessi jkunu nnumerati;
il-kliem “adottaw dan ir-Regolament” jew “adotta dan ir-Regolament”, skont il-każ, segwit mit-termini normattivi tar-Regolament.
Ir-Regolamenti għandhom jinqasmu f’Artikoli u, skont il-każ, miġbura f’kapitoli u taqsimiet.
L-Artikolu finali ta’ Regolament għandu jiffissa d-data tad-dħul fis-seħħ, fejn dik id-data tkun qabel jew wara l-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni.
L-Artikolu finali ta’ Regolament għandu jkun segwit bi:
il-kliem: “Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha”,
jew
il-kliem: “Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati”, fil-każijiet kollha fejn att mhuwiex applikabbli għal, jew fi, l-Istati Membri kollha ( 35 )
il-kliem “Magħmul fi …”, segwit mid-data li fiha r-Regolament ġie adottat,
u
fil-każ ta’:
Regolament adottat konġuntement mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, il-formola:
“ Għall-Parlament Ewropew
Il-President ”
“ Għall-Kunsill
Il-President ”
segwit bl-isem tal-President tal-Parlament Ewropew u tal-President-fil-Kariga tal-Kunsill fiż-żmien meta r-Regolament jiġi adottat;
Regolament tal-Kunsill, il-formola:
“ Għall-Kunsill
Il-President ”
segwit bl-isem tal-President fil-Kariga tal-Kunsill fiż-żmien meta r-Regolament jiġi adottat.
B. Forom ta’ Direttivi, Deċiżjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet:
1. Id-Direttivi u d-Deċiżjonijiet adottati konġuntement mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, u Direttivi u Deċiżjonijiet tal-Kunsill, għandhom jinkludu fit-titoli tagħhom il-kelma “Direttiva” jew “Deċiżjoni”;
Fil-każ ta’ Direttiva jew Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni adottati mill-Kunsill skont l-Artikolu 291(2) tat-TFUE, din għandha tinkludi fit-titolu “Direttiva ta’ Implimentazzjoni” jew “Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni”;
2. Ir-Rakkomandazzjonijiet u l-Opinjonijiet maħruġa mill-Kunsill għandhom jinkludu fit-titoli tagħhom il-kelma “Rakkomandazzjoni” jew “Opinjoni”;
3. Id-dispożizzjonijiet relatati ma’ Regolamenti stabbiliti fil-punti A hawn fuq għandhom japplikaw mutatis mutandis, suġġett għad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati, għal Direttivi u Deċiżjonijiet.
C. Forom ta’ deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25 tat-TUE
Dawn id-Deċiżjonijiet għandhom jindikaw fit-titoli tagħhom l-intestaturi: “Deċiżjoni tal-Kunsill”, numru serjali (sena/numru/PESK), id-data tal-adozzjoni u indikazzjoni tas-suġġett tagħhom.
( 1 ) Dan il-paragrafu jirriproduċi l-Artikolu 237 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem “TFUE”).
( 2 ) Dan il-paragrafu jirriproduċi l-punt b) tal-Artikolu uniku tal-Protokoll dwar l-istabbiliment tas-sedi tal-istituzzjonijiet u ta’ ċerti organizzazzjonijiet, korpi u organi tal-Unjoni Ewropea annessi għat-Trattati.
( 3 ) Dan il-paragrafu jirriproduċi l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew ta’ 1 ta' Diċembru 2009 dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill (ĠU L 315, 2.12.2009, p. 50).
( 4 ) Dawn iż-żewġ sentenzi jirriproduċu, u jadattaw, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(6) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem “TUE”) u l-punt a) tal-Artikolu 236 tat-TFUE.
( 5 ) Dawn iż-żewġ sentenzi jirriproduċu t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(6), tat-TUE
( 6 ) Dan il-paragrafu jirriproduċi l-ewwel sentenza tal-Artikolu 3 tal-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew ta’ 1 ta' Diċembru 2009 dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill.
( 7 ) Din is-sentenza tirriproduċi t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16 (6) tat-TUE.
( 8 ) Ara d-dikjarazzjoni a) ta’ hawn taħt:
Fir-rigward tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5):
“Meta l-Kunsill tal-Affarijiet Barranin jissejjaħ sabiex jiġu ttrattati kwistjonijiet ta' politika kummerċjali komuni, il-President tiegħu ser jitlob sabiex jiġi sostitwit bil-presidenza ta' sitt xhur kif previst bl-Artikolu 2(5), it-tieni subparagrafu.”
( 9 ) Ara d-dikjarazzjoni b) ta’ hawn taħt:
Fir-rigward tal-Artikolu 2(6):
“Il-programm ta' 18-il xahar jinkludi parti introduttorja ġenerali li tistabbilixxi l-programm fil-kuntest tal-orjentazzjonijiet strateġiċi għall-perijodu fit-tul tal-Unjoni. It-tliet Presidenzi responsabbli għall-preparazzjoni tal-abbozz tal-programm ta' 18-il xahar se jikkonsultaw mat-tliet Presidenzi sussegwenti, bħala parti mill-‘konsultazzjonijiet adatti’ imsemmija fit-tielet sentenza tal-paragrafu 6. L-abbozz ta' programm ta' 18-il xahar għandu jqis ukoll, fost l-oħrajn, il-punti rilevanti li joħorġu mid-djalogu dwar il-prijoritajiet politiċi annwali, mibdi fuq inizjattiva tal-Kummissjoni.”
( 10 ) Ara d-dikarazzjonijiet c) u d) ta’ hawn taħt:
Fir-rigward tal-Artikolu 3(1) u (2):
“Il-President se jipprova jiżgura li, fil-prinċipju, l-aġenda provviżorja għal kull laqgħa tal-Kunsill li tittratta l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-TFUE dwar l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, u kwalunkwe dokumenti marbutin mal-punti involuti, jaslu għand il-membri tal-Kunsill tal-inqas wieħed u għoxrin ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa.”
Fir-rigward tal-Artikoli 1 u 3:
“Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30(2) tat-Trattat UE, li jispeċifika li laqgħa straordinarja tal-Kunsill tista' titlaqqa' fi żmien qasir f'każijiet li jeħtieġu deċiżjoni rapida, il-Kunsill huwa konxju tal-ħtieġa li materji relatati mal-politika barranija u ta' sigurtà komuni jkunu trattati b'ħeffa u b'effiċjenza. L-arranġamenti fl-Artikolu 3 m'għandhomx iżommu milli tintlaqa' din il-ħtieġa.”
( 11 ) Dan is-subparagrafu jirriproduċi l-aħħar sentenza tal-Artikolu 4 tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea.
( 12 ) Din is-sentenza tirriproduċi l-ewwel sentenza tal-Artikolu 16(8) tat-Trattat UE.
( 13 ) Dan il-paragrafu jirriproduċi l-Artikolu 239 tat-TFUE.
( 14 ) Ara d-dikjarazzjoni e) ta’ hawn taħt:
Fir-rigward tal-Artikolu 12(2), punti a), b) u c):
“Skont il-prattika regolari tal-Kunsill, il-limitu ta' żmien stipulat normalment ikun ta' tlett ijiem ta' ħidma”;
( 15 ) Ara d-dikjarazzjoni f) ta’ hawn taħt:
Fir-rigward tal-Artikolu 12(2)(d):
“Il-Kunsill jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li n-network COREU għandu jintuża skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 1995 (dok. 7896/95) dwar il-metodi ta' ħidma tal-Kunsill.”
( 16 ) Ara d-dikjarazzjoni g) ta’ hawn taħt:
Fir-rigward tal-Artikolu 16 u l-Anness IV:
“Il-Kunsill jaqbel li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16 u l-Anness IV japplikaw għal atti fir-rigward ta' liema xi membri tal-Kunsill, taħt it-Trattati, ma għandhomx dritt jivvutaw għall-adozzjoni tagħhom. Madankollu, l-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tat-Trattat UE mhix koperta minn dawk id-dispożizzjonijiet.”
( 17 ) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.
( 18 ) Dawn id-dispożizzjonijiet huma mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju kif stabbiliti fl-Artikolu 134 tat-TFUE u għal Deċiżjonijiet tal-Kunsill eżistenti dwaru (ĠU L 358, 31.12.1998, p. 109, ►C1 u ĠU L 5, 9.1.1999, p. 71). ◄
( 19 ) Ara d-dikjarazzjoni h) ta’ hawn taħt:
Fir-rigward tal-Artikolu 19(1):
“Il-Coreper għandu jiżgura l-konsistenza u l-osservanza tal-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 1, b'mod partikolari fir-rigward ta' kwistjonijiet li s-suġġett tagħhom ikun trattat f'fora oħra.”
( 20 ) Ara d-dikjarazzjoni i) ta’ hawn taħt:
Fir-rigward tal-Artikolu 19(7):
“Jekk membru tal-Kunsill jikkunsidra li abbozz ta' deċiżjoni ta' proċedura preżentat lill-Coreper għal adozzjoni skont l-Artikolu 19(7) iqajjem kwistjoni ta' sustanza, l-abbozz ta' deċiżjoni għandu jiġi preżentat lill-Kunsill.”
( 21 ) Dawn id-dispożizzjonijiet huma mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju kif stabbiliti fl-Artikolu 114 tat-TFUE u għal Deċiżjonijiet tal-Kunsill eżistenti dwaru (ĠU L 358, 31.12.1998, p. 109, u ĠU L 5, 9.1.1999, p. 71).
( 22 ) Ara d-dikjarazzjoni j) ta’ hawn taħt:
Fir-rigward tal-Artikolu 21:
“Rapporti mill-gruppi ta' ħidma u kwalunkwe dokument ieħor użat bħala l-bażi għad-diskussjonijiet tal-Coreper għandhom jiġu mibgħuta lid-delegazzjonijiet minn qabel sabiex ikollhom ħin biżżejjed ►C2 għall-eżami ◄ tagħhom.”
( 23 ) Ara d-dikjarazzjoni k) ta’ hawn taħt:
Fir-rigward tal-Artikolu 22:
“Is-Servizz Legali tal-Kunsill ġie mogħti wkoll istruzzjonijiet sabiex jipprovdi assistenza lill- Istati Membri responabbli għal inizjattiva fis-sens tal-Artikolu 76, punt b), tat-TFUE bil-għan, inter alia, tal-kontroll tal-kwalità tal-abbozzar ta' tali inizjattivi jekk dik l-assistenza tkun mitluba mill-Istat Membru kkonċernat.”
Ara d-dikjarazzjoni l) ta’ hawn taħt:
Fir-rigward tal-Artikolu 22:
“Il-membri tal-Kunsill għandhom jikkumentaw dwar proposti għal kodifikazzjoni uffiċjali ta' testi leġislattivi fi żmien tletin jum ta’ xogħol miċ-ċirkolazzjoni ta' tali proposti mis-Segretarjat Ġenerali. Il-membri tal-Kunsill għandhom jiżguraw li dawk id-dispożizzjonijiet ta' proposta għall-formulazzjoni mill-ġdid ta' testi leġislattivi li jkunu ttieħdu mill-att preċedenti mingħajr emenda sostantiva jkunu eżaminati skont il-prinċipji stabbiliti għall-eżami ta' proposti ta' kodifikazzjoni.”
◄
( 24 ) ĠU C 73, 17.3.1999, p. 1.
( 25 ) Il-paragrafi 1 u 2, l-ewwel subparagrafu, jirriproduċu l-Artikolu 240(2) tat-TFUE.
( 26 ) Din il-formazzjoni hija istitwita mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 16(6) tat-TUE.
( 27 ) Din il-formazzjoni hija istitwita mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 16(6) tat-TUE.
( 28 ) Inkluż il-baġit.
( 29 ) Inkluża l-protezzjoni ċivili.
( 30 ) Inkluż it-turiżmu.
( 31 ) Inklużi affarijiet awdjoviżivi.
( 32 ) Ara d-dikjarazzjoni m) ta' hawn taħt:
Fir-rigward tal-Anness I, it-tieni paragrafu:
“Il-Presidenza se torganizza l-aġendi tal-Kunsill billi tiġbor flimkien punti ta' aġenda relatati, sabiex tiffaċilita l-attendenza mir-rappreżentanti nazzjonali rilevanti, b'mod partikolari fejn konfigurazzjoni partikolari tal-Kunsill tkun se tittratta ma' settijiet ta' suġġetti li jiddistingwu ruħhom b'mod ċar.”
( 33 ) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.
( 34 ) Ara d-dikjarazzjoni n) ta' hawn taħt:
Fir-rigward tal-Anness IV, il-paragrafu 1(h):
“Il-Kunsill jikkonferma li l-prattika preżenti li permezz tagħha t-testi li jservu bħala bażi għad-deliberazzjonijiet tagħha huma mfassla fil-lingwi kollha ser tkompli tapplika.”
( 35 ) Ara d-dikjarazzjoni o) ta’ hawn taħt:
Fir-rigward tal-Anness VI, il-paragrafu A.4 (a) (ii):
“Il-Kunsill jixtieq ifakkar li, fil-każijiet previsti fit-Trattati fejn att mhuwiex applikabbli għal jew fl-Istati Membri kollha, huwa meħtieġ li tiġi ċċarata l-applikazzjoni territorjali tiegħu fir-raġunijiet mogħtija għal u fil-kontenut tal-att konċernat.”