2009D0870 — MT — 02.12.2009 — 000.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-27 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9199) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 315, 2.12.2009, p.11) |
Ikkoreġut b'
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta’ Novembru 2009
li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9199)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/870/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE ( 1 ), u b’mod partikolari l-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi ( 2 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,
Billi:|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 li tfassal lista approvata ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u li tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi Traces ( 3 ), tistabbilixxi lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera approvati bi qbil mad-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE. Il-lista hija stipulata fl-Anness I għal dik id-Deċiżjoni. |
|
(2) |
Is-servizz ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni, l-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju (FVO) wettaq spezzjoni fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruport ta’ Kopenħagen fid-Danimarka. Ir-riżultati tal-isepzzjoni kienu sodisfaċenti. Għaldaqstant, għandu jiżdied ċentru ta’ spezzjoni addizzjonali għal dak il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-lista stabbilita fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2009/821/KE. |
|
(3) |
Wara komunikazzjonijiet mid-Danimarka, Franza, l-Italja u l-Portugall, ċerti kategoriji ta’ annimali jew prodotti li joriġinaw mill-annimali li jistgħu jiġu kkontrollati f’ċerti postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera li diġà huma approvati skont id-Deċiżjoni 2009/821/KE għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għal dawk l-Istati Membri, stabbilita fl-Anness I għal dik id-Deċiżjoni. |
|
(4) |
Wara r-riżultati tal-ispezzjonijiet tal-FVO, b’konformità mad-Deċiżjoni 2009/821/KE, u l-komunikazzjonijiet minn Franza, l-Irlanda u l-Italja, ċerti kategoriji ta’ annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jistgħu jiġu kkontrollati f’ċerti postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera li diġà huma approvati skont id-Deċiżjoni 2009/821/KE għandhom jitneħħew mil-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għal dawk l-Istati Membri, stabbilita fl-Anness I għal dik id-Deċiżjoni. |
|
(5) |
Wara komunikazzjoni mil-Latvja, il-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għal dak l-Istat Membru għandha tiġi emendata biex titqies is-sospensjoni ta’ wieħed mill-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera tagħha. |
|
(6) |
Wara komunikazzjonijiet mill-Belġju, il-Ġermanja u Franza, ċerti postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għal dawk l-Istati Membri għandhom jitħassru mil-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera stabbilita fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2009/821/KE. |
|
(7) |
Wara komunikazzjoni mill-Italja, il-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għal dak l-Istat Membru għandha tiġi emendata biex titqies il-bidla fl-isem ta’ wieħed mill-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera tagħha. |
|
(8) |
Barra minn hekk, il-Belġju ħabbar li ngħalqet il-faċilità OCHZ fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera f’Zeebrugge u twaqqfet faċilità ta’ spezzjoni ġdida. |
|
(9) |
Id-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
|
(10) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Deċiżjoni 2009/821/KE hu emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
(1) Il-parti li tikkonċerna l-Belġju hi emendata kif ġej:
(b) l-annotazzjoni għall-port f’Zeebrugge hi sostitwita b’dan li ġej:
|
“Zeebrugge |
BE ZEE 1 |
P |
HC(2), NHC(2)” |
(2) Il-parti li tikkonċerna d-Danimarka hi emendata kif ġej:
(a) l-annotazzjoni għall-ajruport f’Kopenħagen hi sostitwita b’dan li ġej:
|
“København |
DK CPH 4 |
A |
Centre 1, SAS 1 (North) |
HC(1)(2), NHC (*) |
|
|
Centre 2, SAS 2 (East) |
HC (*), NHC(2) |
||||
|
Centre 3 |
U, E, O |
||||
|
Centre 4 |
HC(2)” |
(b) l-annotazzjoni għall-port fi Skagen hi sostitwita b’dan li ġej:
|
“Skagen |
DK SKA 1 |
P |
HC-(FR)(1)(2)(3), NHC(6)” |
(3) Fil-parti li tikkonċerna l-Ġermanja, l-annotazzjonijiet għall-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera f’Kiel, Lübeck u Rügen qegħdin jitħassru.
(4) Il-parti li tikkonċerna l-Irlanda hi emendata kif ġej:
(a) l-annotazzjoni għall-ajruport f’Dublin hi sostitwita b’dan li ġej:
|
“Dublin Airport |
IE DUB 4 |
A |
E” |
(b) l-annotazzjoni għall-ajruport f’Shannon hi sostitwita b’dan li ġej:
|
“Shannon |
IE SNN 4 |
A |
HC(2), NHC(2) |
U, E” |
(5) Il-parti li tikkonċerna lil Franza hi emendata kif ġej:
(a) l-annotazzjoni għall-port f’Concarneau–Douarnenez qiegħda titħassar;
(b) l-annotazzjoni għall-ajruport fi Roissy Charles–de–Gaulle hi sostitwita b’dan li ġej:
|
“Roissy Charles-de-Gaulle |
FR CDG 4 |
A |
Air France |
HC-T(1), HC-NT, NHC-NT |
|
|
France Handling |
HC-T(1), HC-NT, NHC |
||||
|
Station animalière |
E, O(14)” |
(c) l-annotazzjoni għall-ajruport f’Vatry hi sostitwita b’dan li ġej:
|
“Vatry |
FR VRY 4 |
A |
HC-T(CH)(1)(2), NHC-NT(2)” |
6) Il-parti li tikkonċerna l-Italja hi emendata kif ġej:
(a) l-annotazzjoni għall-port f’Civitavecchia hi sostitwita b’dan li ġej:
|
“Civitavecchia |
IT CVV 1 |
P |
HC(2), NHC(2)” |
(b) l-annotazzjoni għall-port f’Gioia Tauro hi sostitwita b’dan li ġej:
|
“Gioia Tauro |
IT GIT 1 |
P |
HC(2), NHC-NT(2)” |
(c) l-annotazzjoni għall-port f’Vado Ligure Savona hi sostitwita b’dan li ġej:
|
“Vado Ligure Savona |
IT VDL 1 |
P |
HC(2),NHC-NT(2)” |
(7) Fil-parti li tikkonċerna l-Latvja, l-annotazzjoni għall-port f’Riga (it-Terminal ta’ Baltmarine) hi sostitwita b’dan li ġej:
|
“Riga (Baltmarine Terminal) (*) |
LV BTM 1 |
P |
HC-T(FR)(2) (*)” |
(8) Fil-parti li tikkonċerna l-Portugall, l-annotazzjoni għall-ajruport f’Liżbona hi sostitwita b’dan li ġej:
|
“Lisboa |
PT LIS 4 |
A |
HC(2), NHC-NT(2) |
O” |
( 1 ) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.
( 2 ) ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.
( 3 ) ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1.