2009D0852 — MT — 30.05.2013 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Novembru 2009

dwar miżuri tranżizzjonali skont ir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib fir-Rumanija u r-rekwiżiti strutturali ta’ stabbilimenti bħal dawn

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9083)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/852/KE)

(ĠU L 312, 27.11.2009, p.59)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-27 ta’ Ottubru 2010

  L 283

34

29.10.2010

►M2

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-21 ta’ Diċembru 2011

  L 345

22

29.12.2011

►M3

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tas-27 ta’ Mejju 2013

  L 143

26

30.5.2013




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Novembru 2009

dwar miżuri tranżizzjonali skont ir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib fir-Rumanija u r-rekwiżiti strutturali ta’ stabbilimenti bħal dawn

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9083)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/852/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-prodotti tal-ikel ( 1 ), u partikolarment it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali ( 2 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-operaturi tan-negozju tal-ikel dwar l-iġjene tal-prodotti tal-ikel imsejsa, fost l-oħrajn, fuq il-prinċipji tal-analiżi tal-perikli u l-punti kritiċi ta’ kontroll. Dan jipprevedi li l-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jikkonformaw ma’ ċerti proċeduri msejsa fuq dawn il-prinċipji.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar l-iġjene tal-ikel li joriġina mill-annimali għall-operaturi tan-negozju tal-ikel u jissupplimenta r-regoli mniżżla fir-Regolament (KE) Nru 852/2004. Ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 jinkludu rekwiżiti strutturali għall-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib, kif ukoll rekwiżiti ta’ iġjene fir-rigward ta’ ħalib nej u prodotti tal-ħalib.

(3)

Permezz tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (l-Att tal-Adeżjoni), ir-Rumanija ngħatat perjodu tranżizzjonali, li jagħlaq fil-31 ta’ Diċembru 2009, għall-konformità min-naħa ta’ ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib bir-rekwiżiti strutturali u iġjeniċi tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004.

(4)

Il-Punt (a) tat-taqsima B.I. tal-Kapitolu 5 tal-Anness VII tal-Att ta’ Adeżjoni jawtorizza, sal-31 ta’ Diċembru 2009, ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti strutturali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004.

(5)

Minn mindu ssieħbet ir-Rumanija l-għadd ta’ stabbilimenti li huma konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti strutturali kiber. Madankollu, ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib għadhom għaddejjin bit-titjib strutturali neċessarju sabiex ikunu konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti. Fid-dawl tat-titjib srutturali li jinsab għaddej, huwa neċessarju li tiġi prevista deroga limitata fiż-żmien mir-rekwiżiti strutturali stipulati fir-Regolmenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004. Il-lista tal-istabbilimenti li mhumiex konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti strutturali hija stipulata fl-Anesss I ta’ din id-Deċiżjoni.

(6)

Barra minn dan, il-punt (c) tat-Taqsima B.I. tal-Kapitolu 5 tal-Anness VII tal-Att ta’ Adeżjoni jawtorizza, sal-31 ta’ Diċembru 2009 ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti iġjeniċi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(7)

L-azjendi tal-ipproċessar tal-ħalib li ma jikkonformawx ma’ dawk ir-rekwiżiti iġjeniċi huma mifruxa mat-territorju kollu tar-Rumanija. Il-proporzjon tal-ħalib nej li jikkonforma ma’ dawk ir-rekwiżiti, imwassal lil stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fir-Rumanija, żdied biss bi ftit matul dawn l-aħħar snin.

(8)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali, huwa f’loku li tingħata deroga limitata fiż-żmien mir-rekwiżiti iġjeniċi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 bil-għan li tippermetti lir-Rumanija li ġġib is-settur tal-ħalib tagħha konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti.

(9)

Fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni, ċerti stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitħallew, permezz ta’ deroga mir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jkomplu jipproċessaw ħalib, konformi u mhux, kemm-il darba l-ipproċessar isir fuq linji ta’ produzzjoni separati. Barra minn hekk, ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitħallew ikomplu jipproċessaw ħalib mhux konformi mingħajr linji ta’ produzzjoni separati.

(10)

Barra minn dan, sabiex ma jiġux penalizzati dawk l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib li jikkonformaw mar-rekwiżiti strutturali, huwa xieraq li dawn l-istabbilimenti jiġu awtorizzati biex jirċievu ħalib mhux konformi bl-istess kundizzjonijiet bħalma japplikaw għall-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib li ma jikkonformawx ma’ dawk ir-rekwiżiti.

(11)

It-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal-ħalib li ġejjin minn ħalib mhux konformi għandu jkun ristrett għar-Rumanija jew inkella dawn jintużaw għal aktar ipproċessar fl-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib koperti mid-derogi previsti f’din id-Deċiżjoni.

(12)

Dan il-perjodu tranżizzjonali mogħti permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandu jkun limitat għal 24 xahar, mill-1 ta’ Jannar 2010. Is-sitwazzjoni fis-settur tal-ħalib fir-Rumanija għandha tiġi riveduta qabel tmiem dak il-perjodu. Għaldaqstant ir-Rumanija għandha tressaq rapporti annwali lill-Kummissjoni fir-rigward tal-progress fit-titjib tal-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib f’dak l-Istat Membru, l-azjendi tal-produzzjoni tal-ħalib li jipproduċu l-ħalib nej lil dawk l-istabbilimenti u s-sistema tal-ġbir u l-ġarr tal-ħalib mhux konformi.

(13)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni l-espressjoni “ħalib mhux konformi” tfisser il-ħalib nej li ma jikkonformax mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness III, it-Taqsima IX, il-Kapitolu I, is-Subkapitoli II u III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

▼M2 —————

▼B

Artikolu 3

Permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III, it-Taqsima IX, il-Kapitolu I, is-Subkapitoli II u III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni jistgħu jkomplu jipproċessaw, sal- ►M2  31 ta’ Diċembru 2013 ◄ , ħalib konformi u mhux, kemm-il darba l-ipproċessar isir fuq linji ta’ produzzjoni separati.

Artikolu 4

Permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III, it-Taqsima IX, il-Kapitolu I, is-Subkapitoli II u III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni jistgħu jkomplu jipproċessaw, sal- ►M2  31 ta’ Diċembru 2013 ◄ , ħalib mhux konformi mingħajr linji ta’ produzzjoni separati.

Artikolu 5

Prodotti tal-ħalib ġejjin minn ħalib mhux konformi għandhom:

(a) jitqiegħdu biss fis-suq domestiku fir-Rumanija; jew

(b) jintużaw biss għal aktar ipproċessar fl-istabbilimenti fir-Rumanija msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 4.

Prodotti tal-ħalib bħal dawn għandu jkollhom marka tas-saħħa jew tal-identifikazzjoni li hija differenti mill-marka tas-saħħa jew tal-identifikazzjoni prevista fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

▼M2

Artikolu 6

1.  Ir-Rumanija għandha tippreżenta rapporti annwali lill-Kummissjoni dwar il-progress li jkun sar biex dawn li ġejjin isiru konformi mar-Regolament (KE) Nru 853/2004:

(a) l-istabbilimenti tal-produzzjoni li jipproduċu ħalib mhux konformi;

(b) is-sistema għall-ġbir u l-ġarr ta’ ħalib mhux konformi.

L-ewwel rapport annwali għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012, u t-tieni rapport annwali sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2013.

Ir-rapporti għandhom jiġu ppreżentati fil-forma li tinsab fl-Anness IV.

2.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ mill-qrib tal-progress li jkun sar biex il-ħalib nej ipproċessat fl-istabbilimenti elenkati fl-Anness II u III isir konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Jekk, abbażi tar-rapporti ppreżentati mir-Rumanija, il-Kummissjoni tikkonsidra li x'aktarx il-konformità mhux se tinkiseb sal-31 ta’ Diċembru 2013, hija għandha tipproponi miżuri xierqa sabiex tirrimedja s-sitwazzjoni.

▼B

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010 sal- ►M2  31 ta’ Diċembru 2013 ◄ .

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M2 —————

▼M3




ANNESS II



LISTA TAL-ISTABBILIMENTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3

Nru

In-numru tal-approvazzjoni veterinarja

Isem l-istabbiliment

Indirizz (belt/raħal/pajjiż)

 
 
 
 
 
 
 
 




ANNESS III



LISTA TAL-ISTABBILIMENTI KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4

Nru

In-numru tal-approvazzjoni veterinarja

Isem l-istabbiliment

Indirizz (belt/raħal/pajjiż)

1

L 175

SC LACTATE C.H. SRL

Sânmiclăuș, județul Alba, 517761

2

L 172

SC MOISI SERV COM SRL

Borșa, nr. 8, județul Bihor, 417431

3

L 136

SC CÂMPANEII PREST SRL

Hidișelul de Sus, județul Bihor, 417277

4

L72

SC LACTOMUNTEAN SRL

Teaca, județul Bistrița-Năsăud, 427345

5

L107

SC BENDEAR CRIS PROD COM SRL

Șieu Măgheruș, județul Bistrița-Năsăud, 427295

6

L110

SC LECH LACTO SRL

Lechința, județul Bistrița-Năsăud, 427105

7

L 171

SC ELIEZER SRL

Lunca Ilvei, județul Bistrița-Năsăud, 427125

8

L 185

SC SIMCODRIN COM SRL

Budești-Fânațe, județul Bistrița-Năsăud, 427374

9

L3

SC ABY IMPEX SRL

Șendriceni, județul Botoșani, 717380

10

L116

SC RAM SRL

Ibănești, județul Botoșani, 717215

11

L154

S.C. CAS SRL

Braila, judetul Braila, 810224

12

L148

S.C. LACTAS S.R.L.

Ianca, judetul Braila, 815200

13

L 177

SC IANIS DIM SRL

Lehliu Gară, județul Călărași, 915300

14

L129

SC BONAS IMPORT EXPORT SRL

Dezmir, județul Cluj, 407039

15

L84

SC PICOLACT PRODCOM SRL

Iclod, județul Cluj, 407335

16

L149

S.C. COMLACT SRL

Corusu, judetul Cluj, 407056

17

L 83

SC KAZAL SRL

Dej, județul Cluj, 405200

18

L43

SC DTM MILK LOGISTIC SRL

Ion Corvin, județul Constanța, 907150

19

L40

SC BETINA IMPEX SRL

Ovidiu, județul Constanța, 905900

20

L41

SC ELDA MEC SRL

Topraisar, județul Constanța, 907210

21

L87

SC NICULESCU PROD SRL

Cumpăna, județul Constanța, 907105

22

L118

SC ASSLA KAR SRL

Medgidia, județul Constanța, 905600

23

L130

SC MUNTINA PROD SRL

Constanța, județul Constanța, 900735

24

L 173

SC IAN PROD SRL

Târgușor, județul Constanța, 90727

25

L 181

SC LACTO GENIMICO SRL

Hârșova, județul Constanța, 905400

26

L 180

SC LACTIDO SA

Craiova, județul Dolj, 200378

27

L91

SC COSMILACT SRL

Schela, județul Galați, 807265

28

L 113

SC LACTA SA

Giurgiu, județul Giurgiu, 080556

29

L 179

SC SEKAM PROD SRL

Novaci, județul Gorj, 215300

30

L49

SC ARTEGO SA

Târgu Jiu, Gorj, 210257

31

L65

SC KARPATEN MILK

Suseni, județul Harghita, 537305

32

L99

SC VALIZVI PROD COM SRL

Gârbovi, județul Ialomița, 927120

33

L47

SC OBLAZA SRL

Bârsana, județul Maramureș, 437035

34

L85

SC AVI-SEB IMPEX SRL

Copalnic Mănăștur, județul Maramureș, 437103

35

L86

SC ZEA SRL

Boiu Mare, județul Maramureș, 437060

36

L16

SC ROXAR PROD COM SRL

Cernești, județul Maramureș, 437085

37

L134

SC MULTILACT SRL

Baia Mare, județul Maramureș, 430015

38

L 191

SC WROMSAL SRL

Satulung, județul Maramureș, 437270

39

L190

SC ONY SRL

Larga, județul Maramureș, 437317

40

L189

SC CALITATEA SRL

Tăuții Măgherăuș, județul Maramureș, 437349

41

L54

SC RODLACTA SRL

Fărăgău, județul Mureș, 547225

42

L108

SC LACTEX REGHIN SRL

Solovăstru, județul Mureș, 547571

43

L 29

SC HELIANTUS PROD

Reghin, județul Mureș, 545300

44

L 176

SC GLOBIVET PHARM SRL

Batoș, județul Mureș, 547085

45

L 169

SC DOBREAN SRL

Ideciu de Sus, județul Mureș, 547362

46

L 152

SC AGROTRANSCOMEX SRL

Miercurea Nirajului, județul Mureș, 547410

47

L 184

SC COMPLEX AGROALIMENTAR SRL

Bicaz, județul Neamț, 615100

48

L96

SC PROD A.B.C. COMPANY SRL

Grumăzești, județul Neamț, 617235

49

L101

SC 1 DECEMBRIE SRL

Târgu Neamț, județul Neamț, 615235

50

L106

SC RAPANU SR. COM SRL

Petricani, județul Neamț, 617315

51

L6

SC LACTA HAN PROD SRL

Urecheni, județul Neamt, 617490

52

L123

SC PROCOM PASCAL SRL

Păstrăveni, județul Neamț, 617300

53

L100

SC ALTO IMPEX SRL

Provița de Jos, județul Prahova, 107477

54

L88

SC AGROMEC CRASNA SA

Crasna, județul Sălaj, 457085

55

L89

SC OVINEX SRL

Sărmășag, județul Sălaj, 457330

56

L71

SC LACTO SIBIANA SA

Șura Mică, județul Sibiu, 557270

57

L36

SC PROLACT PROD COM SRL

Vicovu de Sus, județul Suceava, 727610

58

L81

SC RARAUL SA

Câmpulung Moldovenesc, județul Suceava, 727100

59

L166

SC BUCOVINA SA FALTICENI

Fălticeni, județul Suceava, 725200

60

L 167

SC ECOLACT SRL

Milișăuți, județul Suceava, 727360

61

L 199

SC LACTO-BOROAIA SRL

Boroaia, jud. Suceava, 727040

62

L 168

SC VIOLACT SRL

Putineiu, județul Teleorman, 147285

63

L 186

SC MADIS BIG COM SRL

Videle, județul Teleorman, 145300

64

L 163

SC COMALACT SRL

Nanov, județul Teleorman, 147215

L 43 – SC LACTOCORV SRL, judetul Constanta - isimha nbidel għal: SC DTM MILK LOGISTIC SRL

L 186 - SC BIG FAMILY SRL judetul Teleorman, isimha nbidel għal: SC MADIS BIG COM SRL

▼B




ANNESS IV

FORMOLA TAR-RAPPORT IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6



Nru tal-istabbiliment

Isem

Indirizz

Reġjun

Il-progress li sar (deskrizzjoni fil-qosor)

Il-livell ta’ konformità stmat

(%)

Id-data ppjanata għall-konformità

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 



Reġjun

Total ta’ rziezet tal-ħalib

31.12.2009

L-għadd ta’ rziezet tal-ħalib b’ħalib mhux konformi

31.12.2009

% ta’ rziezet tal-ħalib mhux konformi mit-total

31.12.2009

Total ta’ rziezet tal-ħalib

30.11.2010

Għadd ta’ rziezet tal-ħalib b’ħalib mhux konformi

30.11.2010

% ta’ rziezet tal-ħalib mhux konformi mit-total

30.11.2010

Total ta’ rziezet tal-ħalib

30.9.2011

L-għadd ta’ rziezet tal-ħalib b’ħalib mhux konformi

30.9.2011

% ta’ rziezet tal-ħalib mhux konformi mit-total

30.9.2011

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Taqsira RO

 
 
 
 
 
 
 
 
 



Reġjun

Total ta’ punti ta’ ġbir tal-ħalib

31.12.2009

L-għadd ta’ punti mhux konformi ta’ ġbir tal-ħalib

31.12.2009

% ta’ punti mhux konformi ta’ ġbir tal-ħalib mit-total

31.12.2009

Total ta’ punti ta’ ġbir tal-ħalib

30.11.2010

L-għadd ta’ punti mhux konformi ta’ ġbir tal-ħalib

30.11.2010

% ta’ punti mhux konformi ta’ ġbir tal-ħalib mit-total

30.11.2010

Total ta’ punti ta’ ġbir tal-ħalib

30.9.2011

% ta’ punti mhux konformi ta’ ġbir tal-ħalib mit-total

30.9.2011

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Taqsira RO

 
 
 
 
 
 
 
 



( 1 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

( 2 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.