02009D0713(01) — MT — 13.07.2019 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW

tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008

dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew

(ĠU C 159 13.7.2009, p. 1)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW tal-11 u tat-23 ta’ Novembru, tal-14 ta’ Diċembru 2009, tad-19 ta’ April 2010 u tal-5 ta’ Lulju 2010 2010/C 180/01

  C 180

1

6.7.2010

►M2

DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW tal-5 u tat-18 ta’ Ottubru 2010 2010/C 283/04

  C 283

9

20.10.2010

►M3

DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW tat-13 ta’ Diċembru 2010 2010/C 340/06

  C 340

6

15.12.2010

 M4

DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW tat-13 ta’ Diċembru 2010 u l-14 ta’ Frar 2011 2011/C 49/02

  C 49

2

16.2.2011

►M5

DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW tat-23 ta’ Marzu 2011 2011/C 93/03

  C 93

2

25.3.2011

►M6

DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW tat-23 ta’ Marzu u l-14 ta’ Novembru 2011 2011/C 335/07

  C 335

12

16.11.2011

►M7

DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW tat-12 ta’ Diċembru 2012 2012/C 390/07

  C 390

4

18.12.2012

►M8

DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW tal-1 ta’ Lulju 2013 2013/C 194/02

  C 194

6

5.7.2013

 M9

DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW tas-16 ta’ Ġunju 2014 2014/C 200/02

  C 200

56

28.6.2014

►M10

DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW tal-15 ta’ Settembru 2014 2014/C 340/04

  C 340

3

30.9.2014

►M11

DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW tal-15 ta’ Diċembru 2014 2014/C 466/01

  C 466

1

30.12.2014

►M12

DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW tas-26 ta' Ottubru 2015 2015/C 397/03

  C 397

2

28.11.2015

 M13

DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW tal-14 ta' Diċembru 2015 2015/C 435/03

  C 435

6

24.12.2015

 M14

DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW tat-12 ta’ Diċembru 2016 2016/C 484/06

  C 484

19

24.12.2016

►M15

DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW tal-11 ta’ Diċembru 2017 2017/C 445/02

  C 445

8

28.12.2017

►M16

DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW tal-11 ta’ Ġunju u t-2 ta’ Lulju 2018 2018/C 250/03

  C 250

2

17.7.2018

►M17

DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW tal-10 ta’ Diċembru 2018 2018/C 466/02

  C 466

8

28.12.2018

►M18

DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW tal-1 ta’ Lulju 2019 2019/C 235/03

  C 235

3

12.7.2019




▼B

DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW

tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008

dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew

2009/C 159/01

WERREJ

TITOLU I

IT-TWETTIQ TAL-MANDAT PARLAMENTARI

Kapitoli:

1.

Allowance Parlamentari

2.

Spejjeż mediċi

3.

Assikurazzjoni kontra r-riskji marbuta mat-twettiq tal-mandat parlamentari

4.

Rimborż tal-ispejjeż

5.

Assistenza mill-istaff personali

6.

Proviżjoni ta’ tagħmir u faċilitajiet

TITOLU II

IT-TMIEM TAL-MANDAT PARLAMENTARI

Kapitoli:

1.

Allowance tranżitorja

2.

Pensjoni tal-età

3.

Pensjoni tal-invalidità

4.

Pensjoni tas-superstiti u pensjoni tal-orfni

TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Kapitoli:

1.

Ftehimiet dwar ħlas

2.

Regolarizzazzjoni u rkupru

3.

Dispożizzjonijiet finanzjarji ġenerali oħra

4.

Dispożizzjonijiet finali

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI



TITOLU I

IT-TWETTIQ TAL-MANDAT PARLAMENTARI



KAPITOLU 1

Allowance parlamentari

Artikolu 1

Dritt għal salarju

Mid-data li fiha l-Membri jibdew l-inkarigi tagħhom sal-aħħar ġurnata tax-xahar li fih jintemmu l-inkarigi tagħhom, huma għandhom id-dritt għas-salarju imsemmi fl-Artikolu 10 tal-Istatut tal-Membri.

Artikolu 2

Projbizzjoni milli jirċievu żewġ salarji f'daqqa

1.  Is-salarju li Membru jirċievi għat-twettiq tal-mandat f'parlament ieħor b'mod simultanju ma’ dak tal-Parlament għandu jiġi bbilanċjat mas-salarju msemmi fl-Artikolu 10 tal-Istatut tal-Membri.

2.  “Parlament ieħor” kif imsemmi fil-paragrafu 1 ifisser kwalunkwe parlament imwaqqaf fi Stat Membru li għandu poteri leġiżlattivi li għalihom ma japplikax l-Artikolu 7(2) tal-Att dwar l-elezzjoni ta’ rappreżentanti tal-Parlament Ewropew permezz ta’ votazzjoni universali diretta ( 1 ).

3.  Il-kalkolu għandu jsir fuq it-total taż-żewġ salarji qabel it-tnaqqis tat-taxxa.

4.  Fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħhom il-Membri għandhom jiddikjaraw kwalunkwe mandat li jkollhom li jaqa' taħt it-tifsira tal-paragrafu 1 hawn fuq, u kwalunkwe salarju li jirċievu minn dan il-mandat.



KAPITOLU 2

Spejjeż mediċi

Artikolu 3

Benefiċjarji u proċeduri ta’ rimborż

▼M1

1.  Skont l-Artikolu 18 tal-Istatut tal-Membri, u bl-applikazzjoni mutatis mutandis tar-regoli mfassla permezz ta’ ftehim komuni bejn l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet ( 2 ), u d-dispożizzjonijiet ġenerali tagħhom ta’ implimentazzjoni ( 3 ), il-persuni msemmija hawn taħt għandu jkollhom id-dritt għal rimborż ta’ żewġ terzi tal-ispejjeż li jkollhom minħabba raġunijiet ta’ mard, tqala jew ta’ spejjeż relatati mat-twelid ta’ tarbija:

▼M5

a) il-Membri u l-ex-Membri li jieħdu l-allowance tranżitorja provduta bl-Artikolu 13 tal-Istatut jew pensjoni skont l-Artikoli 14 u 15 tal-Istatut fir-rigward tal-ispejjeż tagħhom u l-ispejjeż magħmulin:

i) mill-konjuġi tagħhom jew mis-sieħeb jew sieħba barra ż-żwieġ kif imsemmi fl-Artikolu 58(2) u,

ii) mit-tfal dipendenti tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 58(3), sakemm jagħlqu l-21 sena, jew mhux aktar minn 25 sena jekk ikunu għadhom qed jieħdu edukazzjoni jew taħriġ professjonali b'mod full-time, jew mingħajr limitu ta’ età jekk dawn ikollhom mard serju jew xi kundizzjoni li ma tippermettilhomx jieħdu ħsieb tagħhom infushom,

fil-każ li l-konjuġi tagħhom, l-imsieħba stabbli barra miż-żwieġ u t-tfal dipendenti tagħhom mhumiex eliġibbli għal benefiċċji tal-istess xorta u tal-istess livell bħall-Membri jew ex-Membri bis-saħħa ta’ kwalunkwe dispożizzjonijiet jew regolamenti legali oħra;

▼M1

b) persuni li għandhom dritt għal pensjoni tas-superstiti skont l-Artikolu 17 tal-Istatut.

Il-persuni msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom ikunu liberi jagħżlu l-professjonisti tas-saħħa u l-isptarijiet jew kliniċi huma kif stipulat fl-Artikolu 19(1) tar-regoli msemmija.

2.  Ir-rimborż imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitħallas mill-baġit tal-Parlament. L-Artikolu 72(3) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistipula r-Regolamenti tal-Persunal ta’ Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej ( 4 ) u l-Artikolu 20(6) tar-regoli msemmija qabel għandhom japplikaw.

▼B

3.  Jistgħu jingħataw għotijiet ta’ flus bil-quddiem taħt l-Artikolu 30 tar-regoli msemmija qabel biss fil-każ ta’ ffatturar dirett tal-ispejjeż ta’ sptar. Wara l-applikazzjoni tal-iskala ta’ rimborż, il-parti tal-ispiża li titħallas mill-benefiċjarji msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha titħallas lura mill-Parlament skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 30(2) u (3).

▼M3

4.  Il-Membri u l-eks-Membri li jieħdu l-allowance tranżitorja provduta fl-Artikolu 13 tal-Istatut jew pensjoni skont l-Artikoli 14 u 15 tal-Istatut jistgħu jirrinunzjaw għad-dritt tagħhom għar-rimborż tal-ispejjeż mediċi kif provdut fil-paragrafu 1 b'seħħ mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data meta titressaq it-talba. F'dak il-każ, għandhom ikunu intitolati għal rimborż ta’ żewġ terzi tal-kontribuzzjoni dovuta għall-assigurazzjoni tas-saħħa sakemm l-ammont totali rimborżat ma jisboqx EUR 400 fix-xahar.

5.  Kwalunkwe Membru jew eks-Membru li, skont il-paragrafu 4, jirrinunzja għad-dritt tiegħu għar-rimborż tal-ispejjeż mediċi ma jistax jerġa' lura għas-sistema ta’ dritt għar-rimborż tal-ispejjeż mediċi stipulati fil-paragrafu 1 qabel ma jkunu għaddew tnax-il xahar mid-data minn meta r-rinunzja tkun ħadet effett. Bl-istess mod, kull tibdil sussegwenti, jekk ikun jikkonċerna treġġigħ lura għas-sistema ta’ dritt għar-rimborż tal-ispejjeż mediċi kif provdut fil-paragrafu 1 jew ir-rinunzja għal tali dritt, jista’ jsir biss wara perjodu minimu ta’ tnax-il xahar.

▼M1

6.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 4 jista’ jiġi adattat kull sena mill-Bureau sar-rata annwali taż-żieda tal-ammont medju rrimborżat għal kull benefiċjarju mill-Iskema Konġunta tal-Assikurazzjoni Medika tal-Istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej (JSIS).

7.  Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għall-ex-Membri li jirċievu l-allowance tranżitorja msemmija fl-Artikolu 45 għall-perjodu mill-ewwel ġurnata wara t-terminazzjoni tad-doveri tagħhom sad-data tal-bidu tal-intitolament tagħhom għall-allowance tranżitorja.

8.  Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għall-ex-Membri li jirċievu l-pensjoni tal-età msemmija fl-Artikolu 49 għall-perjodu mill-ewwel ġurnata wara t-terminazzjoni tad-doveri tagħhom sad-data tal-bidu tal-intitolament tagħhom għall-pensjoni, sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 49(1) ikunu ġew sodisfatti qabel l-terminazzjoni tad-doveri tagħhom.

▼M11

Artikolu 4

Proċedura

L-applikazzjonijiet għar-rimborż għandhom jintbagħtu lid-dipartiment kompetenti tal-Parlament jew direttament lill-Uffiċċju tas-Saldu tal-Kummissjoni, billi jintużaw formoli standard li magħhom jintbagħtu wkoll id-dokumenti li jivverifikaw it-talba.

▼B

Artikolu 5

Finanzjament

L-iffinanzjar tas-sistema ta’ rimborż u l-ftehimiet biex jitħallsu l-ispejjeż għandhom ikunu regolati mill-ftehima ta’ koperazzjoni bejn il-Parlament u l-Kummissjoni fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-Istatut tal-Membri u tal-Iskema Konġunta tal-Assikurazzjoni Medika tal-Istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej. Il-President għandu jiffirma din il-ftehima f'isem il-Parlament, wara li jikkonsulta mal-Kwesturi.

Artikolu 6

Ilmenti

Minkejja l-Artikolu 72, kull tilwima dwar l-interpretazzjoni ta’ dan il-kapitolu f'każijiet partikulari għandha titressaq lis-Segretarju Ġenerali li għandu jieħu deċiżjoni wara li jikseb l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Iskema Konġunta tal-Assikurazzjoni Medika tal-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej u wara li jikkonsulta mal-Kwesturi.



KAPITOLU 3

L-assikurazzjoni kontra r-riskji marbuta mat-twettiq tal-mandat parlamentari

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.  Skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-kuntratti tal-assikurazzjoni, il-Membri għandhom dritt għal:

a) assikurazzjoni kontra l-inċidenti li jistgħu jseħħu lill-Membri waqt it-twettiq tal-mandat tagħhom;

b) assikurazzjoni kontra s-serq u t-telf tal-proprjetà u l-oġġetti personali tagħhom waqt it-twettiq tal-mandat tagħhom.

2.  Żewġ terzi mill-primjum tal-assikurazzjoni għandhom jittieħdu mill-baġit tal-Parlament u t-terz l-ieħor għandu jitħallas mill-Membri. Il-kontribuzzjoni ta’ kull Membru għandha titnaqqas direttament mis-salarju msemmi fl-Artikolu 10 tal-Istatut tal-Membri.

3.  Dan l-artikolu għandu japplika għall-Membri kollha mill-bidu tal-mandat tagħhom sakemm huma ma jinnotifikawx lis-Segretarju Ġenerali bil-miktub dwar ix-xewqa tagħhom li ma jkollhomx assikurazzjoni. Fejn japplika, id-dritt għal assikurazzjoni jintemm fl-aħħar jum tax-xahar li fih issir in-notifika.

Artikolu 8

L-assikurazzjoni kontra l-inċidenti

1.  Il-polza tal-assikurazzjoni kontra l-inċidenti għandha tipprovdi kopertura kontra l-inċidenti li jkollhom il-Membri madwar id-dinja kollha waqt il-mandat tagħhom.

2.  Id-dispożizzjonijiet tal-polza tal-assikurazzjoni kontra l-inċidenti għandhom jistipulaw:

a) fil-każ ta’ mewt: ħlas lill-persuni msemmija hawn taħt ta’ somma waħda ekwivalenti għal ħames darbiet is-salarju annwali msemmi fl-Artikolu 10 tal-Istatut tal-Membri:

 lill-konjuġi u l-ulied tal-persuna mejta skont il-liġi tas-suċċessjoni applikabbli għall-Membru; madankollu, is-somma li titħallas lill-konjuġi ma tistax tkun anqas minn 25% tas-somma ta’ darba,

 fin-nuqqas ta’ persuni fil-kategoriji msemmija hawn fuq, lil dixxendenti oħra skont il-liġi tas-suċċessjoni applikabbli għall-Membru,

 fin-nuqqas ta’ persuni fil-kategoriji msemmija hawn fuq, lil dixxendenti oħra skont il-liġi tas-suċċessjoni applikabbli għall-Membru,

 fil-każ tan-nuqqas ta’ persuni fit-tliet kategoriji msemmija hawn fuq, lill-Parlament;

b) fil-każ ta’ invalidità permanenti: ħlas lill-persuna kkonċernata ta’ somma waħda ekwivalenti għal tmien darbiet is-salarju msemmi fl-Artikolu 10 tal-Istatut tal-Membri;

c) fil-każ ta’ invalidità permanenti parzjali: ħlas lill-persuna kkonċernata ta’ parti mill-ammont imsemmi fil-punt (b) ikkalkulata fuq il-bażi tal-iskala msemmija fir-regoli stipulati permezz ta’ ftehim komuni bejn l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet ( 5 ), kif imsemmi fl-Artikolu 73(1) tar-Regolament (KEE, Euratom, ECSC) Nru 259/68.

3.  Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 2(c) ta’ dan l-Artikolu japplikaw mutatis mutandis għall-Membri. Ma jitqisux applikabbli d-dispożizzjonijiet rigward il-mard fuq il-post tax-xogħol u l-annwalità tul il-ħajja kollha u kull dispożizzjoni li hija marbuta ma’ l-istatus tal-uffiċjali. Għandha tapplika l-proċedura tal-ilmenti msemmija fl-Artikolu 72.

F'dak li jirrigwarda l-Membri, il-poteri tal-Awtorità tal-Ħatra kif stipulati fid-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq għandhom jiġu eżerċitati mill-President tal-Parlament.

Skont dan l-Artikolu u d-dispożizzjonijiet hawn fuq, ir-rikonoxximent ta’ invalidità totali jew parzjali m'għandha teskludi bl-ebda mod l-applikazzjoni tal-Artikolu 15 tal-Istatut tal-Membri u viċe versa.

4.  Skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-regoli msemmija fil-paragrafu 2(c) ta’ dan l-Artikolu, l-assikurazzjoni testendi wkoll għal spejjeż mediċi u farmaċewtiċi, spejjeż ta’ sptar, kirurġija, proteżi, radjografija, massaġġi u ortopedrija, fatturi tal-kliniki, spejjeż tat-trasport u kull spiża simili meħtieġa bħala konsegwenza tal-inċident. Barra minn hekk, dan ir-rimborż għandu jsir biss wara li jispiċċaw u bħala suppliment tal-ammont li l-persuna kkonċerntata tirċievi skont id-dispożizzjonijiet dwar ir-rimborż ta’ spejjeż mediċi stipulati fl-Artikolu 18 tal-Istatut tal-Membri.

Artikolu 9

Assikurazzjoni kontra t-telf u s-serq

1.  Il-polza tal-assikurazzjoni kontra s-serq u t-telf ta’ oġġetti u proprjeta’ personali għandha toffri:

a) kopertura fid-dinja kollha;

b) somma massima assikurata ta’ EUR 5 000 għal serq u telf;

c) eċċess ta’ EUR 50 mħallsa mill-Membru f'każ ta’ talba li tintlaqa';

d) kopertura għall-oġġetti u l-proprjetà personali;

e) l-applikazzjoni ta’ persentaġġ ta’ depprezzament fuq il-prezz tal-proprjetà jew effett personali meta jsir ir-rimborż.

2.  Fil-każ ta’ serq jew telf li jsir barra mill-bini tal-Parlament, il-kopertura hija valida biss jekk il-Membru kkonċernat dak il-ħin ikun qed jivvjaġġja minħabba xogħol. Jekk is-serq ikun sar fil-bini tal-Parlament, huwa kopert jekk l-oġġetti jew il-proprjeta’ personali misruqa ikunu tqiegħdu f’post sikur.

3.  Serq jew telf ta’ flus li jsir barra l-bini tal-Parlament, u li jiġi rrappurtat lill-Pulizija, għandu jkun kopert sa massimu ta’ EUR 250 jekk il-flus mitlufa jew misruqa jkunu parti minn oġġetti personali oħra mitlufa jew misruqa. Serq jew telf ta’ flus li jsir ġewwa l-bini tal-Parlament mhux kopert.

4.  Fil-każ ta’ telf jew miżapproprjazzjoni ta’ bagalji għal aktar minn tnax-il siegħa minn linja tal-ajru waqt li Membru jkun qed jivvjaġġa għal skopijiet ta’ xogħol lejn destinazzjoni li mhix il-post ta’ residenza tiegħu, l-oġġetti jew il-proprjetà personali li l-Membru jixtri jew jikri tkun koperta sa massimu ta’ EUR 500.

5.  Il-Membru kkonċernat għandu jagħmel rapport lill-Pulizija dwar kwalunkwe serq jew telf ta’ oġġetti jew proprjetà personali jekk dan iseħħ barra mill-bini tal-Parlament. Jekk dan iseħħ fil-bini tal-Parlament, għandu jsir rapport lill-Unità tas-Sigurtà.

6.  Is-serq u t-telf kollu għandhom ikunu rappurtati lis-Segretarju Ġenerali fi żmien tmint ijiem. Ma’ dan ir-rapport għandu jkun hemm irċevuta tal-oġġett mitluf jew misruq, jew, fin-nuqqas tagħha, tal-oġġett minfloku jekk il-valur jaqbeż l-ammont ta’ EUR 700.

7.  Il-polza tal-assikurazjoni ma tkoprix serq u telf kopert minn polza ta’ assikurazzjoni privata tal-Membru.



KAPITOLU 4

Rimborż tal-ispejjeż



Taqsima 1 :

Rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar



Sottotaqsima 1:

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 10

Dritt għal rimborż tal-ispejjeż għall-ivjaġġjar marbuta max-xogħol

1.  Il-Membri huma intitolali għal rimborż tal-ispejjeż marbuta ma’:

a) vjaġġi lejn u minn postijiet tax-xogħol tal-Parlament jew minn postijiet fejn isiru l-laqgħat ta’ wieħed mill-korpi uffiċjali tiegħu, kif stipulat fil-paragrafu 3, minn issa 'l quddiem imsejħa “spejjeż ordinarji tal-ivvjaġġar”;

b) vjaġġi barra mill-Istat Membru fejn ikunu ġew eletti, li jsiru fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom, f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 22, minn issa 'l quddiem imsejħa “spejjeż addizzjonali tal-ivvjaġġar”;

c) vjaġġi li jsiru fl-Istat Membru fejn ikunu ġew eletti, f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 23.

2.  Dawn li ġejjin jitqiesu wkoll bħala spejjeż ordinarji tal-ivvjaġġar: spejjeż tal-ivvjaġġar li jġarrbu l-Membri fit-twettiq ta’ kwalunkwe missjoni speċifika awtorizzata mill-President, mill-Bureau jew mill-Konferenza tal-Presidenti.

▼M1

2a.  Dawn li ġejjin għandhom ukoll jitqiesu bħala spejjeż ordinarji tal-ivvjaġġar: spejjeż tal-ivvjaġġar li jġarrbu l-Presidenti tal-kumitati jew tas-sottokumitati biex jattendu laqgħat tal-Kunsill.

▼B

3.  “Korpi Uffiċjali tal-Parlament” ifisser korpi tal-Parlament, kif definit fit-Titolu I, Kapitolu 3 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament, flimkien mal-kumitati parlamentari, id-delegazzjonijiet interparlamentari u delegazzjonijiet kostitwiti oħra msejsa fuq dawk ir-Regoli ta’ Proċedura, il-gruppi politiċi u korpi oħra awtorizzati mill-Bureau jew mill-Konferenza tal-Presidenti.

Artikolu 11

Il-proċedura

L-ispejjeż tal-ivvjaġġar għandhom ikunu rimborżati fuq il-bażi ta’ attestazzjoni ta’ attendenza u bil-preżentazzjoni tad-dokumenti rilevanti tal-ivvjaġġar, u, fejn xieraq, dokumenti oħra ta’ verifika, kif stipulat fl-Artikolu 14.

Artikolu 12

Attestazzjoni tal-attendenza

▼M16

1.  L-attendenza ta’ Membru għandha tiġi attestata permezz ta’ firma fir-reġistru tal-attendenza li jkun disponibbli fil-Kamra jew fis-sala tal-laqgħat jew permezz ta’ firma fir-reġistru ċentrali tal-attendenza waqt il-ħinijiet tal-ftuħ kif stipulat mill-Bureau. Attestazzjoni elettronika tal-attendenza ta’ Membru tista’ tintuża minflok il-firma.

▼B

2.  Biss f'każijiet ta’ eċċezzjoni, l-attendenza tista’ tkun attestata permezz ta’ dokumenti oħra li jixhdu li l-Membru kien preżenti fis-sala fejn saret il-laqgħa waqt il-ħinijiet normali tal-laqgħat. Din l-għażla tista’ tintuża mhux aktar minn ħames darbiet tul kull nofs mandat tal-Parlament.

3.  Dikjarazzjonijiet mill-Membru jew minn persuna oħra ma jitqisux bħala prova ta’ attendenza fis-sens tal-paragrafu 1 u 2. Madankollu, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 10(1)(b) u (c) u (2), l-attendenza għandha tkun attestata permezz tad-dikjarazzjoni tal-Membru.

Artikolu 13

Dokumenti tal-ivvjaġġar

1.  L-applikazzjonijiet għar-rimborż ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar għandhom ikunu ppreżentati flimkien ma’ dokumenti ta’ verifika li juru l-prezz imħallas, ir-rotta li ttieħdet u l-klassi, id-data u l-ħin tal-ivvjaġġar. B’mod partikolari dan jinkludi:

▼M18

a) fil-każ ta’ vjaġġ bl-ajru: il-biljetti li juru isem il-Membru u l-karti kollha tal-imbark jew il-prova elettronika tal-użu ta’ dawn il-biljetti;

▼B

b) fil-każ ta’ vjaġġar bil-ferrovija jew bil-baħar: il-biljetti kollha.

▼M1

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, fil-każ ta’ vjaġġar bil-karozza, il-Membri għandhom jippreżentaw dikjarazzjoni li turi n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-karozza li biha sar il-vjaġġ u, għall-vjaġġi bil-karozza fl-Istat Membru tal-elezzjoni, id-distanza li tkun saret u l-postijiet ta’ tluq u ta’ wasla, jew, għall-vjaġġi l-oħra kollha, il-kilometraġġ mat-tluq u l-wasla. Jekk it-tul tal-vjaġġ jaqbeż t-800 km, id-dikjarazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn dokumenti ta’ verifika li permezz tagħhom ikun possibbli li tkun determinata d-data ta’ meta jkun sar il-vjaġġ (pereżempju l-irċevuta tax-xiri tal-fjuwil relevanti għal tranżazzjoni fil-post tat-tluq u matul il-vjaġġ, l-irċevuta tal-ħlas għall-użu tal-awtostradi, il-kuntratt jew irċevuta tal-kiri ta’ karozza, eċċ.).

Dejjem għandhom jiġu preżentati dokumenti ġustifikattivi li jagħmluha possibbli li tkun aċċertata d-data tal-vjaġġ fil-każ ta’ vjaġġi bejn Brussell u Strasburgu.

3.  Il-prezz ta’ biljetti jew kard għal staġun sħiħ li jippermettu li individwu jieħu tariffa ridotta għall-vjaġġi li jagħmel jistgħu jkunu rimborżati fil-forma ta’ avvanz. L-avvanz jiġi regolarizzat fl-aħħar tal-validità tal-biljett jew kard għal staġun.

▼M18

4.  Membru li jixtri l-biljetti mill-aġenzija tal-ivvjaġġar tal-Parlament jista’, fuq ir-responsabilità esklużiva tiegħu u wara li jiffirma l-konferma tar-riċevuta, jitlob lid-dipartiment ikkonċernat sabiex jirrimborża l-ispejjeż direttament lill-aġenzija tal-ivvjaġġar. F’każijiet bħal dawn, id-dipartiment rilevanti jista’ jsib id-dokumenti ġustifikattivi elenkati taħt il-paragrafu 1 mis-sistema ta’ prenotazzjoni tal-aġenzija tal-ivvjaġġar.

▼B

Artikolu 14

Dokumenti oħra ta’ verifika

L-applikazzjonijiet għar-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar għandhom jitressqu flimkien mad-dokumenti li ġejjin:

▼M5

a) fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 10(1)(b): l-istedina jew il-programm tal-avveniment li għalih attenda l-Membru jew dokumenti oħra ta’ verifika li jixhdu li l-vjaġġ sar fit-twettiq tal-mandat tal-Membru, jew, fil-każ imsemmi fl-Artikolu 22(2a), dikjarazzjoni mill-Membru li l-vjaġġ sar fit-twettiq tal-mandat tiegħu;

▼M1

b) fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 10(1)(c): id-dikjarazzjoni tal-Membru li turi l-iskop tal-vjaġġ li jkun sar fit-twettiq tal-mandat tiegħu jew tagħha;

▼B

c) fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 10(2): fejn xieraq, l-awtorizzazzjoni mill-President, mill-Bureau jew mill-Konferenza tal-Presidenti;

▼M1

d) il-każijiet imsemmija fl-Artikolu 10(2a): stedina mill-Kunsill.

▼M1

Artikolu 15

Ammonti rimborżati

L-ispejjeż tal-ivvjaġġar għandhom jiġu rimborżati fuq il-bażi tal-ispejjeż li fil-fatt saru sa massimu ta’:

a) fil-każ ta’ vjaġġar bl-ajru: it-tariffa tal-biljett tal-klassi business;

b) fil-każ ta’ vjaġġar bil-ferrovija jew bil-baħar: it-tariffa tal-biljett tal-ewwel klassi;

▼M17

c) fil-każ ta’ vjaġġ bil-karozza, b’limitu ta’ rimborż ta’ 1 000 km għal kull vjaġġ lil hinn jew kull vjaġġ ta’ ritorn: EUR 0,53 /km, kif ukoll il-prezz ta’ kwalunkwe qsim bil-vapur jew trasport simili, li jkun meħtieġ.

▼B



Sottotaqsima 2 –

Id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar ordinarji

Artikolu 16

Il-ġranet li fihom isir l-ivvjaġġar

1.  Il-vjaġġi msemmija fl-Artikolu 10(1)(a) għandhom isiru biss għal skopijiet ta’ attendenza għal attivitajiet uffiċjali li jseħħu fil-ġranet riservati għalihom fil-kalendarju ta’ ħidma uffiċjali tal-Parlament.

2.  Il-vjaġġi msemmija fl-Artikolu 10(2) għandhom isiru fil-jiem stipulati mill-korp li għandu s-setgħa li jawtorizza l-ivvjaġġar.

Artikolu 17

Rotot

1.  L-ispejjeż tal-ivvjaġġar li jsiru waqt vjaġġ lejn wieħed mill-postijiet ta’ ħidma tal-Parlament jew lejn post fejn issir laqgħa jkunu rimborżati fuq il-bażi tal-aktar rotta diretta bejn il-post ta’ residenza tal-Membru, kif stipulat fil-paragrafu 2, jew il-belt kapitali tal-Istat Membru fejn ikun ġie elett, u l-post ta’ ħidma jew laqgħa.

2.  “Post ta’ residenza” jfisser il-post, fit-territorju tal-Komunità, fejn il-Membru għandu r-residenza ordinarja tiegħu, jiġifieri fejn jgħix fil-fatt fuq bażi regolari, mingħajr preġudizzju għat-twettiq tad-dmirijiet parlamentari tiegħu jew tagħha; il-Membru għandu jinforma lid-dipartiment kompetenti kkonċernat dwar dan il-post ta’ residenza;

3.  L-aktar rotta diretta għandha tiġi determinata billi jitqies:

(a) għall-vjaġġi bl-ajru: l-aktar ajruport viċin il-punt tat-tluq tal-Membru li jista’ joħroġ bijlett tal-ajru bit-tariffa msemmija fl-Artikolu 15 u d-distanza bejn l-ajruport u d-destinazzjoni;

(b) għall-vjaġġi bil-ferrovija: l-aktar stazzjoni viċin il-punt tat-tluq tal-Membru u d-distanza bejn l-istazzjoni u d-destinazzjoni;

(c) għall-vjaġġi bil-karozza: id-distanza bejn il-punt tat-tluq tal-Membru u d-destinazzjoni.

▼M1

4.  Meta Membru jassumi d-dmirijiet tiegħu jew jibdel il-post ta’ residenza tiegħu, hu għandu jiġi infurmat dwar l-ajruport u l-istazzjon u l-iktar rotot diretti, jiġifieri l-iqsar, li se jintużaw għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dawn il-Miżuri ta’ Implimentazzjoni.

5.  Fi kwalunkwe mument, il-Membru jista’ jagħmel proposta bil-miktub lid-dipartiment ikkonċernat, filwaqt li jindika r-raġunijiet tiegħu, għal rotta differenti li hija iqsar fil-ħin u aktar konvenjenti u li ma tinvolvix spejjeż addizzjonali ta’ aktar minn 20 %. Jekk dik ir-rotta tiġi aċċettata, għandha tissostitwixxi l-aktar rotta diretta kif stabbilit skont il-paragrafu 3.

Jekk ir-rotta ma tkunx aċċettata jew jekk ir-rotta proposta mill-Membru jkollha l-effett li żżid l-ispiża tal-vjaġġ b'aktar minn 20 %, il-kwistjoni għandha tiġi riferuta lill-Segretarju Ġenerali, li jista’ jikkonsulta lill-Kwesturi qabel ma jieħu deċiżjoni.

6.  Fil-każ ta’ waqfa fil-vjaġġ, l-ispejjeż għall-ivvjaġġar għandhom jiġu rimborżati mill-aħħar post tat-tluq. Waqfien fil-vjaġġ għandu jkun kwalunkwe waqfien ta’ aktar minn lejl wieħed, barra s-Sibtijiet u l-Ħdud u l-btajjel pubbliċi, li jsir fir-rotta tal-Membru minn wieħed mill-postijiet ta’ ħidma tal-Parlament jew post tal-laqgħa uffiċjali u lura.

7.  Jekk il-punt tat-tluq jew id-destinazzjoni ma jkunx il-post ta’ residenza tal-Membru jew il-belt kapitali tal-Istat Membru fejn ġie elett, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar għandhom jiġu rimborżati sa mhux aktar mill-ispejjeż li l-Membru seta’ ġarrab għal vjaġġ lejn jew minn dak il-post ta’ residenza permezz tar-rotta l-iktar diretta, jiġifieri l-iqsar.

8.  Fil-każ ta’ vjaġġi li jsiru bejn żewġ postijiet ta’ ħidma u/jew laqgħat, il-paragrafi 3 u 7 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

▼M7

9.  It-tariffi użati għall-finijiet ta’ dawn il-Miżuri ta’ Implimentazzjoni għandhom jiġu aġġornati perjodikament u tal-inqas darbtejn fis-sena.

▼B

Artikolu 18

Modalitajiet

1.  Il-Membri għandhom id-dritt li jkunu rimborżati tal-ispejjeż ta’ vjaġġ bir-ritorn wieħed għal kull ġimgħa ta’ xogħol tal-Parlament, bejn il-post ta’ residenza tagħhom jew il-belt kapitali tal-Istat Membru fejn ġew eletti u l-post tax-xogħol jew tal-laqgħa (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “vjaġġ prinċipali”).

▼M7

2.  Ħlief matul il-ġimgħat riżervati fil-kalendarju ta’ ħidma uffiċjali tal-Parlament għal attivitajiet li jsiru lil hinn mill-postijiet tax-xogħol tiegħu, il-Membri huma intitolati wkoll għal rimborż tal-ispejjeż li jsiru għal vjaġġ wieħed bir-ritorn f'nofs ġimgħa ta’ xogħol tal-Parlament bejn il-post tax-xogħol jew tal-laqgħa u l-post ta’ residenza tagħhom jew post ieħor ta’ tluq fl-Istat Membru fejn ikunu ġew eletti (minn issa 'l quddiem imsejħa “vjaġġi intermedji”).

▼B

3.  Id-dritt għal rimborż tal-ispejjeż tal-vjaġġi intermedji għandhom ikunu indipendenti mid-dritt għal rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar ta’ vjaġġi fl-Istat Membru fejn il-Membru jkun ġie elett, kif stipulat fl-Artikolu 10(1)(c).

4.  Il-Membri mhumiex intitolati għal rimborż ta’ vjaġġi li jsiru b'mezzi tat-trasport ipprovduti mill-Parlament.

5.  Il-Membri li ma kinux jistgħu jużaw karozza uffiċjali huma intitolati, wara li jippreżentaw id-dokumenti ta’ verifika, għal rimborż tal-ispejjeż tat-taxi għall-vjaġġi bejn l-ajruport u l-istazzjon ta’ fejn jaslu jew tat-tluq u l-post tax-xogħol jew tal-laqgħa tagħhom. Ir-regoli dwar ir-rimborż tal-ispejjeż tat-taxi, u rimborż massimu, għandhom jiġu stipulati mill-Bureau.

Artikolu 19

Id-dritt għal allowances għad-distanza u għat-tul ta’ żmien

▼M1

1.  Il-Membri huma intitolati, għall-vjaġġi fl-Unjoni Ewropea, għal allowances għad-distanza u għat-tul ta’ żmien maħsuba biex ikopru l-ispejjeż addizzjonali kollha marbuta mal-ivvjaġġar. Dan id-dritt japplika għall-vjaġġ prinċipali fis-sens tal-Artikolu 18(1).

▼M1 —————

▼M1

3.  Ma jkunx hemm dritt għal allowances għad-distanza u t-tul ta’ żmien fil-każ tal-vjaġġi msemmija fl-Artikolu 10(1)(b) u (c) jew fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 18(4). Waqfien fil-vjaġġ, kif imsemmi fl-Artikolu 17(6), jew ta’ kwalunkwe tip ieħor ma joħloq ebda dritt addizzjonali għal allowance għad-distanza jew għat-tul ta’ żmien.

4.  L-ammonti tal-allowances għad-distanza u għat-tul taż-żmien:

a) għall-ivvjaġġar għall-postijiet ta’ ħidma tal-Parlament, għandhom jiġu stabbiliti fil-bidu tal-mandat tal-Membru għat-tul ta’ żmien tiegħu, u għandhom jiġu riveduti biss fil-każ ta’ bidla fl-indirizz, irrispettivament minn kwalunkwe tibdil fir-rotta li effettivament tkun saret;

b) għall-ivvjaġġar lejn postijiet oħra għall-laqgħat fis-sens tal-Artikolu 10(1)(a), (2) u (3), għandhom jiġu stabbiliti għal kull vjaġġ individwali.

5.  5. Jekk l-ispejjeż addizzjonali relatati mal-ivvjaġġar li jġarrab il-Membru jaqbżu l-ammont tal-allowance għad-distanza, hu jista’ japplika għar-rimborż tad-differenza, suġġett għall-preżentazzjoni ta’ dokumenti ġustifikattivi.

▼B

6.  Il-perjodu minimu fuq il-post tax-xogħol jew tal-laqgħa li jagħti d-dritt lill-Membri li jirċievu l-allowance għad-distanza u t-tul ta’ żmien huwa ta’ erba' sigħat.

Artikolu 20

L-ammont tal-allowance għad-distanza

1.  L-allowance għad-distanza hija kkalkulata kif ġej:

▼M17

(a) għall-parti tal-vjaġġ bejn 0 u 50 km: EUR 23,63 ;

▼M15

(b) għall-parti tal-vjaġġ bejn 51 u 250 km: EUR 0,13 /km;

▼B

(c) għall-parti tal-vjaġġ bejn 251 u 1 000 km: EUR 0,06/km;

(d) għall-parti tal-vjaġġ li taqbeż l-1 000 km: EUR 0,03/km.

▼M1

2.  L-ammonti għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-iqsar rotta ’l hemm jew lura ir-ritorn bejn iċ-ċentru tal-belt tal-post ta’ residenza tal-Membru u l-infrastruttura tal-wasla tal-post tal-laqgħa.

Jekk il-bażi għall-kalkolu ta’ vjaġġ bil-ferrovija ma tkunx magħrufa jew tkun diffiċli li tiġi aċċertata, għandha tintuża l-bażi tal-kalkolu għal vjaġġ bil-karozza.

▼B

Artikolu 21

L-ammont tal-allowance minħabba t-tul ta’ żmien

1.  L-allowance għad-distanza hija kkalkulata kif ġej:

a) għal vjaġġ li jdum bejn 2 u 4 sigħat: ammont ekwivalenti għal 1/8 tal-allowance imsemmija fl-Artikolu 24;

b) għal vjaġġ li jdum bejn 4 u 6 sigħat: ammont ekwivalenti għal 1/4 tal-allowance imsemmija fl-Artikolu 24;

c) għal vjaġġ li jdum aktar minn 6 sigħat u li ma jinvolvix waqfa ta’ lejl: ammont ekwivalenti għal 1/2 tal-allowance imsemmija fl-Artikolu 24;

▼M1

d) għal vjaġġ li t-tul ta’ żmien totali tiegħu ikun aktar minn sitt sigħat u li neċessarjament jinvolvi waqfa ta’ lejl għal raġunijiet sostanzjati: l-ammont ekwivalenti għall-allowance sħiħa provduta fl-Artikolu 24, soġġett għat-tressiq ta’ dokumenti ta’ verifika.

▼B

2.  It-tul tal-vjaġġ jiġi kkalkulat kif ġej:

(a) għall-vjaġġi bl-ajru, bil-ferrovija jew bil-baħar:

 it-tul ta’ żmien li jieħu l-vjaġġ bejn il-post ta’ residenza tal-Membru u l-ajruport jew l-istazzjon b'veloċità ta’ 60 km fis-siegħa;

 it-tul ta’ żmien li jieħu l-vjaġġ bl-ajru, bil-ferrovija jew bil-baħar skont l-orarju;

 siegħa għall-imbark, jew għat-tluq tal-ferrovija jew vapur, tletin minuta għall-iżbark jew għall-wasla;

 tletin minuta għat-trasferiment bejn l-ajruport jew l-istazzjoni u l-bini tal-Parlament fi Brussell, fil-Lussemburgu u fi Strasburgu (Entzheim).

Il-Bureau għandu jiddetermina t-tul tal-vjaġġi lejn Strasburgu minn ajruporti oħra fuq il-bażi tad-disponibilità tal-mezzi tat-trasport.

(b) għall-vjaġġi bil-karozza: it-tul ta’ żmien li jieħu l-vjaġġ bejn il-post ta’ residenza tal-Membru u l-post tax-xogħol jew tal-laqgħa, b'veloċità ta’ 70 km fis-siegħa.



Sottotaqsima 3 -

Dispożizzjonijiet li jirregolaw il-vjaġġi addizzjonali u l-vjaġġi fl-Istat Membru tal-elezzjoni

Artikolu 22

Spejjeż addizzjonali tal-ivvjaġġar

▼M17

1.  L-ammont massimu annwali li jista’ jiġi rimborżat f’dak li għandu x’jaqsam mal-ispejjeż tal-ivvjaġġar li jsiru fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 10(1), punt (b) għandu jkun ta’ EUR 4 454 .

▼M1

2.  Fuq din il-bażi, u wara l-preżentazzjoni tal-kont jew fattura oriġinali, il-Membri jistgħu japplikaw għal rimborż tal-ispejjeż ta’ taxi, kiri ta’ karozza, kontijiet ta’ lukandi u spejjeż oħra li jkunu ġarrbu waqt il-perjodu ta’ attivitajiet uffiċjali. Dan id-dritt ikopri wkoll il-jum qabel il-bidu u l-jum wara t-tmiem tal-perjodu tal-attivitajiet uffiċjali.

▼M6

2a.  Meta Membru jivvjaġġa lejn wieħed mill-postijiet tal-ħidma tal-Parlament f'ġimgħa li fiha ma jkunx hemm attivitajiet uffiċjali tal-Parlament Ewropew, ir-rimborż tal-ispejjeż addizzjonali tal-ivvjaġġar għandu jkun limitat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar, inklużi l-ħlasijiet tat-taxis fil-limiti stipulati fir-regoli tal-Bureau li jirregolaw l-użu ta’ karozzi uffiċjali mill-Membri tal-Parlament Ewropew, u l-ispejjeż tal-lukandi.

▼M5

2b.  It-talbiet għar-rimborż ta’ vjaġġi li jsiru biex wieħed jieħu sehem f'attivita fuq l-istedina ta’ Membru jew grupp politiku tal-Parlament Ewropew għandhom ukoll ikunu akkumpanjati minn dokumenti oħra ġustifikattivi juru li l-vjaġġ sar fit-twettiq tal-mandat tal-Membru.

▼M1

2c.  Il-Membri jistgħu jikkombinaw l-ivvjaġġar ordinarju mal-ivvjaġġar addizzjonali.

l-ivvjaġġar ikkombinat kollu jsir fl-Unjoni Ewropea, il-parti tal-vjaġġ li jibda jew jintemm f’wieħed mill-postijiet ta’ ħidma tal-Parlament jew postijiet tal-laqgħat uffiċjali għandha tiġi rimborżata skont l-Artikolu 10(1)(a).

Meta parti mill-ivvjaġġar ikkombinat issri barra l-Unjoni Ewropea, l-ispiża addizzjonali li tirriżultaw minħabba li l-Membru ma jkun vjaġġa bl-iktar rotta diretta minħabba l-vjaġġ addizzjonali għandha titħallas mill-allowance addizzjonali tiegħu għall-ivvjaġġar, kif previst fil-paragrafu 1.

▼M5

2d.  Il-Membri jistgħu jgħaqqdu vjaġġ komplementari ma’ attivitajiet mhux uffiċjali relatati, sakemm dan ma jżidx l-ispejjeż tal-vjaġġ u tas-sussistenza li jridu jiġu rimborżati.

2e.  L-attivitajiet li huma suġġetti għal vjaġġ komplementari ma jistgħux jagħtu lok għal forma oħra ta’ rimborż pubbliku jew privat tal-ispejjeż imġarrba.

▼M17

3.  L-ammont massimu annwali li jista’ jiġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar li jkunu effettivament inkorsi mill-presidenti ta’ kumitati jew ta’ sottokumitati li jivvjaġġaw sabiex jattendu konferenzi jew avvenimenti li jittrattaw kwistjoni ta’ interess Ewropew fl-ambitu tar-responsabilità tal-kumitat jew is-sottokumitat tagħhom u li jkollhom dimensjoni parlamentari, għandu jkun ta’ EUR 4 454 . Parteċipazzjoni bħal din għandha teħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel mill-President tal-Parlament, wara li ssir verifika li jkunu disponibbli l-approprjazzjonijiet sal-ammont massimu indikat hawn fuq.

▼B

Iċ-Chairperson tal-kumitat jew tas-sottokumitat tista’ tawtorizza bil-miktub lil wieħed jew aktar mill-viċi-Chairpersons jew, jekk dan ikun possibbli, lil membru tal-kumitat jew is-sottokumitat tiegħu/tagħha, sabiex jirrappreżentawh(a) f'konferenza jew f'avveniment ta’ dan it-tip.

L-istess kundizzjonijiet li japplikaw għar-rimborż tal-ispejjeż addizzjonali tal-ivvjaġġar japplikaw ukoll għar-rimborż ta’ dawn l-ispejjeż.

Artikolu 23

Spejjeż tal-ivvjaġġar li jsiru fl-Istat Membru ta’ elezzjoni

►M1  1. ◄   Kull sena, id-dritt għal rimborż ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar li jsiru fl-Istat Membru fejn il-Membru jkun ġie elett, kif imsemmi fl-Artikolu 10(1)(c), ma jistax ikun ta’ aktar minn:

a) 24 vjaġġ bir-ritorn bl-ajru, bil-ferrovija jew bil-baħar; Il-Membri eletti fit-territorju ewlieni ta’ Franza ma jistgħux jagħmlu aktar minn żewġ vjaġġi lejn id-dipartimenti u r-reġjuni tal-gżejjer tagħha, l-awtoritajiet lokali tal-gżejjer tagħha, in-New Caledonia u t-Territorji Franċiżi tan-Nofsinhar u tal-Antarktika;

b) f'dak li jirrigwarda l-vjaġġi bil-karozza, distanza li ma taqbiżx:

24 000 km

għall-Membri eletti fil-Ġermanja, fi Spanja, fi Franza, fl-Italja, fil-Polonja, fir-Rumanija, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fir-Renju Unit,

16 000 km

għall-Membri eletti fil-Bulgarija, fir-Repubblika Ċeka, fl-Irlanda, fil-Greċja, fl-Ungerija, fl-Awstrija, fil-Portugall, jew fis-Slovakkja,

▼M8

8 000 km

għall-Membri eletti fil-Belġju, id-Danimarka, l-Estonja, il-Kroazja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi Baxxi jew is-Slovenja.

▼M3

1a.  Fuq talba bil-miktub, kull Membru li jkun uża l-allowance kollha tiegħu għall-vjaġġi bl-ajru, bil-ferrovija jew bil-vapur, kif stipulat fil-punt (a) tal-paragrafu 1, jista’ jikkonverti l-allowance tiegħu jew tagħha għall-ivjaġġar bil-karozza, kif stipulata fil-punt (b) tal-paragrafu 1, f' allowance għal vjaġġi bl-ajru, bil-ferrovija jew bil-vapur bir-rata ta’ vjaġġ one-way bl-ajru, bil-ferrovija jew bil-vapur għall-ekwivalenti ta’ 2 % tan-numru massimu ta’ kilometri permessi għall-Istat Membru fejn il-Membru kkonċernat ikun ġie elett.

L-istess għandu japplika, mutatis mutandis, għal kwalunkwe Membru li jkun uża l-allowance kollha tiegħu għall-ivvjaġġar bil-karozza.

▼M1

2.  L-ispejjeż għall-ivvjaġġar imġarrba f’żona urbana permezz tat-trasport pubbliku (inklużi taxis) għandhom jiġu rimborżati fuq il-bażi tad-dokumenti ġustifikattivi tas-soltu għall-mezz ta’ trasport użat. L-ammont rimborżat għandu jkun diviż bl-ammont għal kull kilometru li għandu jitħallas għall-vjaġġi bil-karozzi, u r-riżultat għandu jitnaqqas min-numru ta’ kilometri msemmija fil-paragrafu 1(b).

3.  Meta Membru, li jkollu l-post ta’ residenza tiegħu, kif definit fl-Artikolu 17(2), fi Stat Membru barra minn dak li fih kien elett, jivvjaġġa bejn il-post ta’ residenza u l-Istat Membru tal-elezzjoni tiegħu fit-twettiq tal-mandat tiegħu, il-vjaġġi magħmula għandhom jitqiesu bħala vjaġġi fl-Istat Membru tal-elezzjoni għall-finijiet tal-paragrafu 1(a) u (b).

▼B



Taqsima 2:

Rimborż tal-ispejjeż għas-sussistenza

Artikolu 24

Allowance għas-sussistenza

1.  Il-Membri huma intitolati għal allowance għas-sussistenza għal kull jum ta’ attendenza:

a) f'post tax-xogħol jew ta’ laqgħa, ivverifikata skont l-Artikolu 12, li tinvolvi vvjaġġar li jidħol fl-ambitu tad-dispożizzjonijiet dwar ir-rimborż ta’ spejjeż ordinarji tal-ivvjaġġar;

b) f'lagħqa ta’ kumitat jew ta’ korp ieħor ta’ parlament nazzjonali, li ssir barra mill-post ta’ residenza tal-Membru, wara l-preżentazzjoni taċ-ċertifikat tal-attendenza maħruġ minn dak il-kumitat jew korp.

▼M1

Fil-ġimgħat imwarrba għall-attivitajiet parlamentari esterni, il-Membri għandhom ikunu intitolati li jirċievu allowance għas-sussistenza għal massimu ta’ tlett ijiem, ħlief fejn l-allowance tkun pagabbli skont il-punti (a) u (b) u ħlief fiċ-ċirkostanzi speċifiċi deċiżi mill- Bureau fid-19 ta’ Ottubru 2009.

▼M17

2.  Jekk l-attività uffiċjali ssir fit-territorju tal-Unjoni, Membru għandu jirċievi allowance ta’ EUR 320 li tingħata f’daqqa u ta’ darba.

▼B

3.  Jekk l-attività uffiċjali ssir barra t-territorju tal-Komunità, il-Membru jirċievi:

a)  allowance ta’ darba ta’ nofs l-ammont imsemmi fil-paragrafu 2 għall-perjodu bejn it-tluq tal-aħħar titjira konvenjenti qabel il-bidu tal-laqgħa u l-ħin tal-wasla tal-ewwel titjira konvenjenti wara l-lagħqa, jew bejn il-ħin tat-tluq u l-ħin tal-wasla tat-titjira speċjali mikrija għall-Parlament, skont kif xieraq. Dik il-parti tal-jum li taqbeż it-12-il siegħa tgħodd bħala ġurnata sħiħa. Perjodi ta’ aktar minn 6 sigħat imma anqas minn 12-il siegħa jgħoddu bħala nofs ta’ nhar;

b) ir-rimborż tal-ispejjeż ta’ alloġġ raġjonevoli li saru fil-post fejn saret il-laqgħa, fuq il-preżentazzjoni tal-irċevuta oriġinali;

▼M6

ba) bil-preżentazzjoni ta’ dokumenti ta’ verifika, rimborż tal-ispejjeż tal-viża u nfiq relatat;

▼M5

c) f'ċirkustanzi straordinarji ssostanzjati kif xieraq, ir-rimborż ta’ spejjeż raġonevoli tas-sussistenza mġarrba matul il-vjaġġ innifsu.

▼B

4.  Jekk il-kontijiet tal-lukandi li jiġu ppreżentati jkunu ta’ kamra doppja, ir-rimborż ma jkunx ta’ aktar minn 85 % tat-total tal-kont.

5.  Jekk it-tul ta’ żmien tal-Membru fil-post tax-xogħol ikun ta’ anqas minn erba' sigħat u l-vjaġġi lejn u lura mill-post tax-xogħol isiru fl-istess jum, l-għotja ta’ flus għas-sussistenza titnaqqas bin-nofs.



Taqsima 3 :

Allowance għall-ispejjeż ġenerali

▼M2

Artikolu 25

Intitolament għall-allowance

Il-Membri għandhom ikunu intitolati għal allowance għall-ispejjeż ġenerali f’forma ta’ ħlas ta’ somma f’daqqa biex jiġu koperti l-ispejjeż li jinqalgħu waqt l-attivitajiet parlamentari tagħhom. Il-Membri ma għandhomx ikunu intitolati għall-użu tal-allowance għall-ispejjeż ġenerali għal attivitajiet li huma koperti minn allowances oħra skont dawn il-Miżuri ta’ Implimentazzjoni jew regoli Parlamentari oħra, ħlief meta jkunu użaw l-ammonti kollha pprovduti permezz ta’ dawk l-allowances.

▼B

Artikolu 26

Il-perjodu kopert

1.  L-allowance għall-ispejjeż ġenerali titħallas għal tul il-mandat kollu ta’ Membru.

▼M17

2.  L-ammont tal-allowance ta’ kull xahar skont l-Artikolu 25 għandu jkun ta’ EUR 4 513 .

▼B

3.  Il-Membri li l-mandat tagħhom jibda wara l-15-il jum tax-xahar jirċievu biss nofs l-allowance għal dak ix-xahar.

4.  Nofs l-allowance għandha titħallas għal tul perjodu ta’ tliet xhur wara x-xahar li fih jispiċċa l-mandat tal-Membri, sakemm huwa jew hija jkunu servew mill-anqas għal sitt xhur u ma jiġux eletti mill-ġdid.

Artikolu 27

Ħlasijiet

Kull ħlas li jsir skont l-allowance għall-ispejjeż ġenerali għandu jsir direttament lill-Membri.

▼M2

Artikolu 28

Spejjeż koperti

1.  L-allowance għall-ispejjeż ġenerali hija maħsuba biex tkopri spejjeż bħal:

 l-ispejjeż għall-amministrazzjoni tal-uffiċċju u tal-manutenzjoni tal-uffiċċju,

 dokumentazzjoni u provvisti tal-uffiċċju,

 spejjeż relatati mat-tagħmir tal-uffiċċju,

 attivitajiet rappreżentattivi,

 spejjeż amministrattivi.

2.  Il-Bureau għandu jadotta lista mhux eżawrjenti tal-ispejjeż li jistgħu jitħallsu mill-allowance għall-ispejjeż ġenerali.

▼B



Taqsima 4 :

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 29

▼M6

Assistenza waqt vjaġġi uffiċjali

1.  Membru li waqt vjaġġ uffiċjali kif imsemmi fl-Artikolu 10(1)(a), (2) u (2)(a), jimrad serjament, jisfa vittma ta’ inċident jew ta’ xi okkorrenza mhux prevista li timpedixxi l-iżvolġiment tajjeb tal-vjaġġ ikun intitolat għall-assistenza tal-Parlament. Dik l-assistenza tinkludi l-organizzazzjoni tar-ripatrijazzjoni u t-teħid ta’ responsabbilita għall-ispejjeż marbuta magħha. Il-Membru, jew, fejn xieraq, ir-rappreżentant tiegħu, jista’ jitlob li r-ripatrijazzjoni ssir lejn wieħed mill-postijiet ta’ ħidma tal-Parlament jew lejn il-post ta’ residenza tiegħu.

▼B

2.  Fil-każ tal-mewt ta’ Membru waqt vjaġġ uffiċjali bħal dan, jistgħu jkunu rimborżati wkoll l-ispejjeż li jsiru għat-trasport tal-katavru lejn il-post tar-residenza tiegħu.

▼M6

3.  Il-Parlament iwettaq l-obbligi tiegħu ta’ assistenza permezz ta’ assikurazzjoni. Id-drittijiet tal-Membri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu eżerċitati bil-kundizzjonijiet previsti fil-polza ta’ assikurazzjoni.

▼M6

4.  Id-dispożizzjonijiet tal-polza ta’ assikurazzjoni għandhom ikopru inter alia l-ispiża tal-forniment tal-assistenza li ġejjin:

 assistenza fil-każ ta’ mard serju, inċident jew mewt ta’ Membru,

 assistenza u ritorn antiċipat fil-każ ta’ katastrofi naturali, inkwiet maġġuri fl-ordni pubbliku, jew mard serju, inċident jew mewt ta’ qarib tal-Membru,

 assistenza loġistika u amministrattiva fil-każ ta’ telf jew serq ta’ dokumenti,

 assistenza fil-każ ta’ azzjoni legali meħuda kontra l-Membru,

 assistenza awżiljari għall-assikurazzjoni tal-ħajja u tal-invalidità (l-ammont dovut li jkun fadal).

▼B

Artikolu 30

Assistenza għal Membri b'diżabilità

Il-Kwesturi jistgħu, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali u wara li jikkonsultaw mat-tabib tal-Parlament, jawtorizzaw lill-Parlament li jħallas xi spejjeż meħtieġa sabiex Membru b'diżabilità serja jingħata l-assistenza li jeħtieġ biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu jew tagħha. Il-grad ta’ diżabilità u kemm huma xierqa l-faċilitajiet proposti sabiex il-Membru jkun jista’ jaqdi dmirijietu għandhom ikunu kkonfermati kull tant żmien mit-tabib tal-Parlament. L-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kwesturi għandha tistipula l-arranġamenti għall-għoti ta’ assistenza u l-perjodu li fih se tingħata.

Artikolu 31

Perjodi ta’ assenza

1.  L-allowance għas-sussistenza msemmija fl-Artikolu 24 titnaqqas b'50% għal kull jum li fih il-Membru jkun assenti għal aktar minn nofs il-votazzjonijiet li jsiru nhar ta’ Tlieta, l-Erbgħa u l-Ħamis waqt is-sessjonijiet parzjali fi Strasburgu u t-tieni jum tas-sessjonijiet parzjali fi Brussell.

2.  Kwalunkwe Membru li, waqt sena parlamentari (mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Awwissu), jkun assenti għal mill-anqas 50 % tal-jiem li jistabbilixxi l-Bureau għas-sessjonijiet plenarji tal-Parlament għandu jirrimborża lill-Parlament 50 % tal-allowance għal spejjeż ġenerali, kif stipulat fl-Artikolu 25, għal dak il-perjodu relatat.

3.  Kull perjodu ta’ assenza msemmi fil-paragrafu 2 jista’ jkun skużat mill-President minħabba mard jew ċirkostanzi familjari serji, jew il-preżenza tal-Membru kkonċernat f'post ieħor fuq missjoni f'isem il-Parlament. Għandhom jiġu ppreżentati dokumenti ta’ verifika lill-Kwesturi sa mhux aktar tard minn xahrejn mid-data li fiha beda l-perjodu ta’ assenza.

4.  Membru li tkun waqt il-perjodu ta’ tqala għandha tkun skużata mil-laqgħat uffiċjali tal-Parlament għal perjodu ta’ tliet xhur qabel it-twelid tat-tarbija. Il-Membru għandha tippreżenta ċertifikat mediku li jindika d-data probabbli tat-twelid. Wara t-twelid, il-Membru għandha tkun skużata milli tattendi l-laqgħat uffiċjali għal perjodu ta’ sitt xhur. Il-Membru għandha tippreżenta kopja taċ-ċertifikat tat-twelid tat-tarbija.

Artikolu 32

Sanzjonijiet taħt forma ta’ multa

1.  Il-Membri li skont l-Artikolu 146 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament jkunu ġew esklużi mill-Kamra jitilfu d-dritt għall-allowance għas-sussistenza msemmija fl-Artikolu 24 waqt il-perjodu kollu tal-esklużjoni tagħhom.

2.  Il-Membri jitilfu d-dritt għall-allowance għas-sussistenza fil-każjijiet imsemmija fl-Artikolu 147 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament.



KAPITOLU 5

Assistenza mill-istaff personal

Artikolu 33

Il-ħlas ta’ spejjeż għall-assistenza parlamentari

1.  Il-Membri huma intitolati għal assistenza minn staff personali li jagħżlu huma stess. Il-Parlament għandu jħallas l-ispejjeż li fil-fatt isiru u dawk li jirriżultaw direttament u esklussivament mill-impjegar ta’ assistent wieħed jew aktar jew mill-użu ta’ fornituri ta’ servizz skont dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni u l-kundizzjonijiet stipulati mill-Bureau.

2.  Jistgħu jitħallsu biss l-ispejjeż għal assistenza li jirrigwardaw b'mod neċessarju u dirett it-twettiq tal-mandat parlamentari tal-Membru. Taħt l-ebda ċirkostanza ma jistgħu jitħallsu spejjeż marbuta mal-ħajja privata tal-Membru.

▼M12

3.  L-ispejjeż għandhom jitħallsu tul il-mandat kollu tal-Membru. Huma biss l-ispejjeż imġarrba l-aktar 30 jum qabel l-applikazzjoni għall-ħlas tiġi sottomessa skont dan il-Kapitolu li jistgħu jitħallsu.

▼M17

4.  L-ammont massimu kull xahar li jista’ jitħallas fir-rigward tal-istaff personali msemmi fl-Artikolu 34 għandu jkun EUR 24 943 .

▼B

5.  Meta l-kariga ta’ Membru ma tibdiex fl-ewwel jum tax-xahar jew ma tispiċċax fl-aħħar jum tax-xahar, l-ispejjeż għall-assistenza parlamentari mħallsa għal dak ix-xahar jiġu kkalkulati pro rata.

▼M1

6.  Il-bilanċ mhux użat tal-ammont kull xahar li hemm provdut għalih fil-paragrafu 4 li jkun akkumula fl-aħħar tas-sena finanzjarja għandu jiġi trasferit għas-sena finanzjarja li jmiss, sal-massimu tal-ammont kull xahar li hemm referenza għalih f’dak il-paragrafu.

▼M2

Artikolu 34

Prinċipji ġenerali

1.  Il-Membri għandhom jużaw:

a) assistenti Parlamentari akkreditati kif imsemmi fl-Artikolu 5a tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Impjegati Oħrajn, u

b) persuni naturali li jassistuhom fl-Istati Membri fejn ikunu ġew eletti u li magħhom ikunu ffirmaw kuntratt ta’ impjieg jew ta’ servizz mal-Membri skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dan il-kapitolu, minn hawn 'il quddiem “assistenti lokali”.

▼M18

2.  Diversi Membri jistgħu, bi ftehim bil-miktub, jingħaqdu flimkien biex b’mod konġunt jimpjegaw jew jagħmlu użu mis-servizzi ta’ assistent wieħed jew aktar kif imsemmi fil-paragrafu 1, jew ta’ wieħed jew aktar trainees. F’dan il-każ, il-Membri kkonċernati għandhom jinnominaw minn fosthom, il-Membru jew Membri awtorizzat(i) biex jiffirma(w) (i)l-kuntratti, jew biex jissottometti/u talba għall-reklutaġġ, f’isem il-grupp.

▼M12

Il-Membri għandhom jippreżentaw dikjarazzjoni bil-miktub lid-dipartiment rilevanti li tistabbilixxi s-sehem rispettiv li għandu jitnaqqas mill-ammont previst fl-Artikolu 33(4).

▼M2

3.  L-Artikoli 35 sa 42 ma għandhomx japplikaw għall-assistenti Parlamentari reġistrati.

4.  Jistgħu jitħallsu wkoll spejjeż marbuta ma’ ftehimiet ta’ apprendistat, stabbiliti fuq il-kundizzjonijiet stipulati mill-Bureau.

▼M12

5.  Il-Membri jistgħu wkoll jużaw persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jfornu servizzi sabiex jibbenefikaw minn servizzi okkażjonali u identifikati b'mod ċar marbuta direttament mat-twettiq tal-mandat parlamentari tagħhom, skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dan il-Kapitolu.

▼M2

6.  L-ebda forniment ta’ servizzi ma jista’ jinkludi l-provvediment ta’ staff, ħlief għal servizzi temporanji minn fornituri ta’ servizzi li jipprovdu servizzi bħal dawn fuq bażi professjonali u regolari u jkunu awtorizzati skont il-liġi nazzjonali biex jipprovduhom.

▼M12

7.  Il-Bureau għandu jadotta lista tal-ispejjeż li jistgħu jitħallsu għall-finijiet tal-assistenza parlamentari.

8.  L-ismijiet tal-assistenti u tat-trainees kif ukoll l-isem jew l-ismijiet korporattivi tal-fornituri ta' servizz u tal-aġenti tal-ħlas għandhom, matul it-terminu tal-kuntratt tagħhom, ikunu ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-Parlament Ewropew, flimkien mal-isem tal-Membru jew Membri li huma jassistu.

Dawk l-assistenti, it-trainees, il-fornituri ta' servizz u l-aġenti tal-ħlas jistgħu, fuq bażi ġġustifikata kif xieraq ta' protezzjoni tas-sikurezza tagħhom, jitolbu bil-miktub li isimhom jew l-isem korporattiv tagħhom ma għandux jiġi ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-Parlament Ewropew. Is-Segretarju Ġenerali għandu jiddeċiedi jekk għandhiex tiġi ssodisfata talba bħal din.

▼M12

9.  In-numru ta' kuntratti bejn Membru u assistenti akkreditati fis-seħħ fi kwalunkwe żmien partikolari ma għandux ikun aktar minn tlieta, irrispettivament mit-tul tax-xogħol previst f'dawk il-kuntratti. Dan il-limitu jista' jiżdied għal erba' jekk tingħata eżenzjoni espressament mill-President tal-Parlament wara verifika mid-dipartiment rilevanti li l-Membru kkonċernat għandu spazju għall-uffiċċji biżżejjed biex jikkonforma mal-istandards applikabbli għall-użu tal-bini tal-Parlament, filwaqt li jitqiesu wkoll l-għadd ta' trainees li jistgħu jkunu preżenti.

10.  Mill-inqas 25 % tal-ammont previst fl-Artikolu 33(4) għandu jkun maħsub biex ikopri l-ispejjeż li jirriżultaw taħt it-Titolu VII tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, l-ispejjeż kollha fir-rigward tal-ispejjeż ta' assistenza parlamentari differenti minn dawk li jirriżultaw taħt it-Titolu VII tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea ma jistgħux flimkien jaqbżu l-75 % tal-ammont previst fl-Artikolu 33(4).

Barra minn hekk, l-ispejjeż b'rabta mal-provvista tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 34 ma jistgħux jaqbżu l-25 % tal-ammont previst fl-Artikolu 33(4).

Dawn il-limiti għandhom jiġu kkalkolati fuq bażi kumulattiva għal kull sena finanzjarja tal-intitolamenti ta' kull xahar previsti fl-Artikolu 33(4), flimkien ma' kwalunkwe bilanċ mhux użat riportat għas-sena finanzjarja ta' wara skont l-Artikolu 33(6), fuq bażi pro rata.

11.  Il-Parlament għandu jħallas l-ispejjeż tal-assistenti lokali għad-dħul gross jew it-tariffi netti tal-VAT sa limiti massimi ta' kull xahar li għandhom jiġu stabbiliti mill-Bureau skont il-paragrafu 12. Il-limiti massimi jistgħu jiġu adattati mill-Bureau kull sena. Il-limiti massimi applikabbli għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-Parlament.

12.  Il-limiti massimi għandhom jikkorrispondu għal tliet darbiet l-ammont ta' referenza. L-ammont ta' referenza għandu jkun wieħed minn tnax tal-ammont ippubblikat mill-Eurostat bħala paga grossa medja annwali ta' persuni b'impjieg full-time fl-Istat Membru ta' elezzjoni tal-Membru kkonċernat.

Madankollu, il-limiti massimi kkalkolati b'dan il-mod ma jistgħux ikunu inqas mill-paga bażika ta' assistent parlamentari akkreditat fil-grad 6 jew aktar minn dak ta' assistent parlamentari akkreditat fil-grad 19.

Kwalunkwe bonus għandu jitħallas biss sal-limiti massimi msemmija kkalkolati fuq bażi annwali.

Il-limiti massimi għandhom jitnaqqsu pro rata fejn l-assistent lokali jaħdem part-time jew fejn l-assistent lokali ma jaħdimx xahar sħiħ.

▼M16

Artikolu 34a

Il-konsegwenzi finanzjarji ta’ każ ippruvat ta’ fastidju ta’ assistent parlamentari akkreditat

Meta, wara proċedura interna dwar fastidju, li fiha jkunu nstemgħu ż-żewġ partijiet, il-President jistabbilixxi li l-Membru huwa ħati ta’ fastidju psikoloġiku jew sesswali fil-konfront ta’ assistent parlamentari akkreditat, l-obbligi finanzjarji kollha tal-Membru taħt il-kuntratt ta’ dak l-assistent akkreditat, b’mod partikolari r-remunerazzjoni tal-assistent, għandhom, permezz ta’ deroga mill-Artikolu 33, jitnaqqsu mill-Parlament mill-ħlas tal-ispejjeż għall-assistenza parlamentari ta’ dak il-Membru, mingħajr ma l-Membru jkun intitolat għall-forniment ta’ kwalunkwe servizz ulterjuri mingħand dak l-assistent.

▼B

Artikolu 35

Aġenti tal-ħlas

▼M18

1.  Il-kuntratti kollha tax-xogħol u ta’ forniment ta’ servizzi, kif ukoll kwalunkwe ftehim ta’ traineeship fir-rigward ta’ trainees li huma bbażati fl-Istat Membru mnejn ikunu ġew eletti, konklużi bejn Membru jew minn raggruppament ta’ Membri, għandhom ikunu ġestiti minn aġent tal-ħlas stabbilit fi Stat Membru.

▼B

2.  Is-servizzi ta’ dan l-aġent ta’ ħlas huma mwettqa minn persuna naturali jew ġuridika li għanda l-kapaċità li teżerċita, fi Stat Membru, attività professjonali fir-rigward tal-aspetti finanzjarji u soċjali tal-kuntratti ta’ impjieg jew tal-kuntratti ta’ forniment ta’ servizzi ( 6 ) fl-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali.

▼M12

3.  Membru għandu jikkonkludi kuntratt individwali ma' aġent tal-ħlas tal-għażla tiegħu jew tagħha li jkun jissodisfa r-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 2.

L-ispejjeż li jirriżultaw mill-użu ta' servizzi ta' aġent tal-ħlas skont il-paragrafu 1, għandhom ikunu koperti mill-ammont previst fl-Artikolu 33(4) u ma għandhomx ikunu soġġetti għal-limitu stabbilit l-Artikolu 34(10) fir-rigward ta' servizzi.

It-tariffi tal-aġenti tal-ħlas, mingħajr il-VAT, ma jistgħux jaqbżu l-10 % tal-ispejjeż tas-salarju, it-tariffi u l-allowances tal-assistenti lokali, il-fornituri ta' servizzi u t-trainees, li l-ħlas tagħhom huwa r-responsabbiltà tagħhom, u lanqas l-4 % tal-ammont previst fl- Artikolu 33(4).

Il-limiti massimi fuq it-tariffi tal-aġenti tal-ħlas għandhom jiġu rieżaminati fuq bażi kumulattiva għal kull sena kalendarja bi proporzjon mat-tul tal-kuntratt tagħhom.

▼M2

4.  Il-kuntratt bejn il-Membru u l-aġent tal-ħlas għandu jiġi konkluż fuq il-bażi ta’ kuntratt standard approvat mill-Bureau.

Il-kuntratt jstandard għandu jistabbilixxi, f’konformità ma’ dan il-kapitolu, il-metodi ta’ ħlas għall-kuntratti msemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll il-ħlas u r-responsabilità tal-aġent ta’ ħlas.

▼M2 —————

▼B

Artikolu 36

Modi ta’ mmaniġġjar tal-kuntratti mal-istaff kuntrattwali

1.  L-aġent tal-ħlas għandu jiżgura li l-liġi nazzjonali u Komunitarja tiġi applikata sewwa, b'mod partikulari f'dak li jirrigwarda s-sigurtà soċjali u l-obbligi fiskali marbuta mal-kuntratt li jamministra.

2.  Il-ħlas dovut lill-aġent ta’ ħlas isir fuq preżentazzjoni ta’ rċevuti korrispondenti.

3.  Il-Membri għandhom jipprovdu lill-aġenti tal-ħlas tagħhom id-dokumenti u l-informazzjoni kollha li jeħtieġu sabiex jiżguraw il-legalità u l-immaniġġjar tajjeb tal-kuntratti li jkunu fdati lilhom, u b’mod partikolari id-dokumenti u l-informazzjoni previsti fl-Artikolu 37(2), l-Artikolu 38(1)(a), l-Artikolu 40, l-Artikolu 41(1)(a) u l-Artikolu 42.

▼M2

4.  Il-Parlament għandu jgħaddi lill-aġent ta’ ħlas il-pagamenti dovuti, inklużi l-ftehimiet tal-apprendistati, wara li l-kuntratti fdati lill-aġent tal-ħlas ikunu ġew eżegwiti u bil-preżentazzjoni tad-dokumenti ta’ verifika meħtieġa.

▼M18

5.  Fuq talba tal-Membru, il-Parlament għandu, b’eċċezzjoni u f’ismu, jgħaddi s-salarju nett direttament lill-assistenti li magħhom il-Membru jkun ikkonkluda kuntratt tax-xogħol. L-aġent tal-ħlas għandu jikkomunika mingħajr dewmien lid-dipartiment rilevanti l-ammonti ta’ ħlas ta’ sigurtà soċjali u ta’ taxxa, u għandu jipprepara r-rendikont tal-paga.

▼M18 —————

▼M1

6.  F’każ li ċ-ċirkustanzi jirrikjedu hekk, il-Parlament jista’, fil-kuntest ta’ kuntratt tax-xogħol konkluż u fuq talba tal-Membru, iħallas pagament bil-quddiem bħala parti mill-pagamenti msemmija fil-paragrafi 4 u 5.

Pagamenti bil-quddiem jistgħu jintużaw ukoll biex ikopru spejjeż imġarrba minn assistenti lokali huma u jagħmlu vjaġġi qosra. F'dak il-każ, għandhom jitħallsu abbażi ta’ rata fissa sa massimu ta’ EUR 100 kull assistent kull xahar. Jekk l-ispejjeż jaqbżu dak il-valur massimu, l-aġent li jagħmel il-ħlas għandu jissottometti kull trimestru dokumenti ta’ verifika li jissostanzjaw l-ispejjeż imġarrba. F'każijiet eċċezzjonali, minflok dawn id-dokumenti ta’ verifika tista’ ssir dikjarazzjoni.

Il-ħlas ta’ pagamenti bil-quddiem bħal dawn tibqa' r-responsabilità sħiħa tal-aġenti tal-ħlas u għandha titwettaq skont dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli.

▼B

Artikolu 37

Applikazzjoni għall-ħlas tal-ispejjeż għall-assistenza parlamentari

▼M2

1.  Applikazzjoni għall-ħlas tal-ispejjeż għall-assistenza Parlamentari skont l-Artikolu 34(1)(b) u (2), (4) u (5), fejn ikun hemm ippreċiżati l-benefiċjarji u l-ammonti tal-ħlas li għandu jsir, għandha titressaq lid-dipartiment kompetenti mill-Membru jew l-aġent ta’ ħlas tiegħu jew tagħha u għandha tiġi kontrafirmata mill-Membri Parlamentari kollha kkonċernati u, ħlief fil-każ previst fl-Artikolu 36(5a)(b), mill-aġent tal-ħlas. Din għandha tkun ippreżentata flimkien mad-dokumenti ta’ verifika msemmija fl-Artikolu 38 fir-rigward ta’ kuntratti ta’ impjieg u dawk imsemmija fl-Artikolu 41 fir-rigward ta’ kuntratti għal servizzi.

▼B

2.  Il-Membri għandhom jinfurmaw minnufih lill-aġenti tal-ħlas tagħhom u lid-dipartiment kompetenti dwar kull bdil fir-relazzjoni kuntrattwali tagħhom u fl-istruzzjonijiet rigward il-ħlasijiet, billi jindikaw il-bdil li jkun sar fil-kuntratt.

L-aġent tal-ħlas għandu jgħaddi din l-informazzjoni mingħajr dewmien, flimkien mad-dokumenti ta’ verifika korrispondenti, lid-dipartiment kompetenti.

▼M12

Artikolu 38

Dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati fir-rigward ta' kuntratt ta' impjieg

L-applikazzjonijiet għall-ħlas tal-ispejjeż għal kuntratt ta' impjieg għandu jkun fihom:

(a) il-kuntratt ta' impjieg oriġinali li l-Membru jkun ikkonkluda mal-assistent lokali tiegħu jew tagħha;

(b) deskrizzjoni dettaljata tal-impjieg u l-indirizz preċiż fejn għandu jitwettaq ix-xogħol;

(c) kalkolu li juri d-dettalji tas-salarji, il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegaturi u tal-impjegati u spejjeż oħra li jridu jitħallsu waqt is-sena kalendarja u mat-tmiem tal-kuntratt u li jieħu kont tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali, inklużi dawk li jirregolaw il-pagi minimi, u l-obbligi kuntrattwali, inkluż kwalunkwe ħlas ta' spejjeż ta' missjonijiet;

(d) kopja vera ċċertifikata ta' dokument tal-identità validu tal-assistent lokali;

(e) prova tal-post tar-residenza abitwali tal-assistent lokali;

(f) prova tal-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tal-assistent lokali; u

(g) dikjarazzjoni, bil-kontrofirma xierqa tal-Membru, li matul il-perjodu tal-kuntratt tal-assistent lokali, dan tal-aħħar ma jeżerċitax, direttament jew indirettament, f'attivitajiet oħra – anke dawk li ma jintitolawx lill-assistent għal xi remunerazzjoni – għal kull organizzazzjoni li ssegwi għanijiet politiċi, bħal partit politiku, fondazzjoni, moviment jew grupp politiku parlamentari, jekk dawn l-attivitajiet huma tali li jfixklu lill-assistent mill-qadi tad-dmirijiet tiegħu jew tagħha f'dik il-kapaċità jew li jagħtu lok għal kunflitt ta’ interessi.

Artikolu 39

Regolarizzazzjoni tal-kontijiet

1.  Għal kull wieħed mill-assistenti lokali impjegati, l-aġenti tal-ħlas għandhom jibagħtu lid-dipartiment rilevanti, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu ta' wara s-sena finanzjarja tal-Parlament inkwistjoni, id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż imġarrba, it-tnaqqis fiskali u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u kull spejjeż oħra rimborsabbli, b'mod partikolari għall-iskop tar-regolarizzazzjoni tal-ħlasijiet li jkunu saru bil-quddiem. Barra minn hekk, huma għandhom jipprovdu prova li l-assistenti lokali inkwistjoni jappartjenu għal skema ta' sigurtà soċjali, li tindika lill-Membru bħala l-impjegatur, u ċertifikat ta' assigurazzjoni kontra inċidenti relatati max-xogħol fejn il-liġi nazzjonali applikabbli jeħtieġ tali assigurazzjoni. Huwa għandu jiċċertifika li ġew onorati l-obbligi kollha skont il-liġi nazzjonali applikabbli.

F'każ ta' terminazzjoni ta' kuntratt bejn l-aġent tal-ħlas u l-Membru u fi tmiem il-mandat tal-Membru, dawn l-obbligi għandhom jiġu ssodisfati fi żmien massimu ta' tliet xhur.

Id-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jitfasslu skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-Parlament.

2.  Wara li ssir verifika tad-dikjarazzjonijiet riferuti fil-paragrafu 1, għandha tintbagħat notifika lill-aġenti tal-ħlas mid-dipartiment rilevanti lill-aġenti tal-ħlas, flimkien ma' kopji lill-Membru, fejn jiġi ddikjarat jekk il-ħlasijiet li saru kinux regolari jew le u, fejn xieraq, liema dokumenti huma nieqsa u għad iridu jiġu ppreżentati.

Jekk notifika bħal din tindika li l-ħlasijiet mhumiex regolari, id-dokumenti meħtieġa għar-regolarizzazzjoni tagħhom għandhom jiġu ppreżentati lid-dipartiment rilevanti fi żmien xahar wara d-data tan-notifika. Fin-nuqqas ta' dan, il-Parlament għandu japplika l-Artikoli 67 u 68.

▼M12

Artikolu 39a

Obbligi rigward il-kuntratti ta' impjieg

1.  L-aġenti tal-ħlas għandhom, għal perjodu stabbilit mil-liġi nazzjonali applikabbli, u mill-anqas għal sena wara t-tmiem tal-mandat parlamentari kkonċernat, iżommu reġistru ta' pagamenti li jelenka l-ammonti li tħallsu f'remunerazzjoni u f'taxxi u f'kontribuzzjonijiet għas-sigurtà soċjali tal-impjegaturi u tal-impjegati. Jekk il-kuntratt mal-aġent tal-ħlas jintemm qabel tmiem il-mandat tal-Membru parlamentari, kopja vera ċċertifikata tar-reġistru ta' pagamenti għandha tiġi ppreżentata b'mod immedjat lill-aġent tal-ħlas il-ġdid magħżul mill-Membru, kif imsemmi fl-Artikolu 35(3).

2.  L-assistenti għandhom jastjenu minn kwalunkwe azzjoni li ġġibhom f'kunflitt mal-interessi tal-Membri li jassistu u dawk tal-Parlament. Huma għandhom, mingħajr dewmien, jinformaw lill-Membru kkonċernat dwar l-intenzjoni tagħhom li jimpenjaw ruħhom f'xi attività esterna bi ħlas jew bla ħlas jew li joħorġu għall-elezzjoni.

Huma għandhom ikunu meħtieġa li joqogħdu f'distanza mill-post tax-xogħol tagħhom li hija kompatibbli mal-qadi xieraq tad-dmirijiet tagħhom.

3.  Il-Membru għandu jinforma b'mod immedjat lid-dipartiment rilevanti dwar kull bidla fil-kundizzjonijiet tal-impjieg li taffettwa l-ispejjeż tal-assistenza parlamentari u ta' kwalunkwe pjan mill-assistenti li jinvolvu ruħhom f'attivitajiet esterni jew li joħorġu għall-elezzjoni. Il-Membru jrid jiżgura li l-attivitajiet esterni u l-parteċipazzjoni f'elezzjonijiet ma jfixklux il-prestazzjoni tal-assistenti mid-dmirijiet tagħhom jew imorru kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Id-dipartiment rilevanti jista' jeżiġi prova tal-arranġamenti magħmula dwar dan mal-assistenti kkonċernati.

4.  L-assistenti lokali li għandhom l-intenzjoni jikkontestaw elezzjoni għandhom jikkonformaw mal-liġi nazzjonali rigward kampanji elettorali. Mill-inqas gћall-perjodu tal-kampanja uffiċjali, l-assistenti jridu jkunu fuq leave annwali jew leave mingħajr ħlas. Jekk jiġu eletti, il-ħlas tal-ispejjeż b'rabta magħhom għandu jieqaf sakemm ma jistgħux jipprovdu prova li l-mandat tagħhom huwa konsistenti mal-qadi ta' dmirijiethom bħala assistenti parlamentari.

5.  Kuntratti konklużi bejn il-Membri u l-assistenti jridu jinkludu l-obbligi imposti fil-paragrafi 2 u 4.

▼B

Artikolu 40

Spejjeż tat-tmiem ta’ kuntratt ta’ impjieg

1.  Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 33(3), jistgħu jitħallsu l-ispejjeż addizzjonali li jsiru minħabba t-tmiem ta’ kuntratti ta’ impjieg bejn il-Membri u l-assistenti lokali tagħhom u minħabba l-fatt li tintemm il-kariga tagħhom, sakemm dawk l-ispejjeż isiru minħabba konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli dwar ix-xogħol, kif ukoll minħabba ftehimiet kollettivi.

2.  Il-paragrafu 1 ma japplikax jekk:

a) il-Membru kkonċernat jiġi elett mill-ġdid immedjatament għall-Parlament li jmiss;

b) il-Membru kkonċernat ikunu ilu fil-kariga għal anqas minn sitt xhur;

c) il-Membru kkonċernat ikun naqas milli jikkonforma mal-obbligi legali marbuta mat-tmiem tal-kuntratt ta’ impjieg, inkluża n-notifika ta’ tmiem l-impjieg, fi żmien meħtieġ qabel it-tmiem tal-kariga tiegħu jew tagħha, minbarra fil-każijiet fejn it-tmiem tal-kariga ma setgħax jitbassar minn qabel;

d) l-assistent ikkonċernat jirċievi salarju ieħor minn istituzzjoni Komunitarja jew huwa impjegat minn Membru ieħor jew minn grupp ta’ Membri fil-perjodu kkonċernat;

e) l-ispejjeż ikkonċernati jirriżultaw minn ftehim speċifiku bejn il-partijiet jew minn deċiżjoni li jingħata bonus addizzjonali barra l-obbligi statutarji jew miftiehma b'mod kollettiv, dwar it-tmiem ta’ kuntratt ta’ impjieg.

3.  Applikazzjoni għal ħlas tal-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 1, li tippreċiża l-bażi legali u li tkun ġiet kontrafirmata mill-Membru parlamentari, għandha titressaq lid-dipartiment kompetenti mill-aġent tal-ħlas sa mhux aktar tard minn tleit xhur wara tmiem il-mandat tal-Membru kkonċernat.

4.  Meta jkun jeħtieġ mil-liġi nazzjonali tax-xogħol li l-Membri jħallsu, fir-rigward ta’ spejjeż li jaqgħu fl-ambitu tal-paragrafu 1, ammont li jkun ogħla minn tliet darbiet iktar ta’ dak imsemmi fl-Artikolu 33(4), spejjeż bħal dawn jitħallsu fuq bażi eċċezzjonali, wara l-preżentazzjoni ta’ dokumenti ta’ verifika debitament stabbiliti li għandhom ikunu ċċertifikati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. L-applikazzjonijiet għall-ħlas għandhom jiġu ppreżentati skont il-proċedura stipulata fil-paragrafu 3.

▼M6

5.  Biex jiġu koperti l-ispejjeż relatati mat-tmiem ta’ kuntratt ta’ impjieg li ma jkunux jistgħu jitħallsu skont il-paragrafi 1 sa 4, il-Membri jistgħu jagħtu istruzzjonijiet lill-aġenti ta’ ħlas tagħhom biex iwarrbu fondi mill-ammont imsemmi fl-Artikolu 33(4) u jittrasferixxuhom għas-snin finanzjarji ta’ wara sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

a) Il-Membru jkun stabbilixxa, permezz ta’ dokumentazzjoni bil-miktub xierqa, li, barra l-Parlament Ewropew u mingħajr il-parteċipazzjoni ta’ Membri tal-Parlament Ewropew, teżisti prattika stabbilita sew fis-settur li jirrelata miegħu l-kuntratt ta’ impjieg li permezz tagħha jingħata kumpens għas-sensji li jkun aktar mill-minimu statutorju;

b) Il-kumpens għas-sensji li jikkorrispondi għall-prattika identifikata skont il-punt (a) jkun inftiehem fil-kuntratt ta’ impjieg tal-assistent lokali. L-ammonti miftiehma ma jistgħu, fl-ebda każ, ikunu aktar minn salarju ta’ xahar għal kull sena ta’ impjieg;

ċ) L-ammonti mwarrba jiġu ddikjarati għal kull impjegat matul il-proċedura tar-regolarizzazzjoni annwali skont l-Artikolu 39. L-aġent ta’ ħlas għandu jiftaħ kont bankarju separat għall-fondi u għandu jipprovdi rendikont bankarju kull sena għar-regolarizzazzjoni. F'kull sena finanzjarja, l-aġent ta’ ħlas jista’ jwarrab biss l-ammonti li jikkorrispondu għall-perjodi ta’ impjieg mill-bidu tal-leġislatura parlamentari li tkun għaddejja sa tmiem dik is-sena finanzjarja jew, jekk il-kuntratt jiskadi f'dik is-sena, sat-tmiem tal-kuntratt. L-imgħax li jakkumula fuq l-ammonti mwarrba għandu jiġi ddikjarat fil-mument tar-regolarizzazzjoni annwali. Kwalunkwe ammonti żejda jew mhux użati għandhom jiġu rimborżati lill-Parlament fuq bażi annwali jew fl-aħħar tal-kuntratt ta’ impjieg ikkonċernat.

▼M12

Artikolu 41

Dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati fir-rigward ta' kuntratt ta' servizz

1.  Bl-eċċezzjoni ta' servizzi okkażjonali li l-valur tagħhom ma jaqbiżx EUR 500, VAT inkluża, trid tiġi ppreżentata applikazzjoni għall-ħlas ta' spejjeż qabel il-konklużjoni ta' kuntratt għall-provvista ta' servizzi u jrid ikun fiha:

(a) stima u abbozz tal-kuntratt li l-Membru għandu l-intenzjoni jikkonkludi ma' fornitur ta' servizz u li juri b'mod ċar in-natura tas-servizzi li għandhom jingħataw;

(b) fil-każ ta' servizzi b'valur ta' aktar minn EUR 60 000 , VAT inkluża, il-ġustifikazzjoni għall-offerta magħżula, li trid tkun l-aktar ekonomikament vantaġġuża ta' mill-inqas tliet offerti minn fornituri għalkollox indipendenti, filwaqt li jittieħed kont, minbarra tal-prezz, anke tal-kwalità tal-offerta u tal-aspetti soċjali; dan il-limitu minimu għandu japplika fuq bażi kumulattiva f'każ ta' kuntratti suċċessivi għal servizzi simili mingħand l-istess fornitur;

(c) fil-każ ta' fornituri ta' servizz li huma persuni ġuridiċi, kopja tad-dħul tagħhom fir-reġistru kummerċjali jew dokument ekwivalenti, flimkien mal-artikoli ta' inkorporazzjoni, jew fil-każ ta' fornituri ta' servizz li huma persuni fiżiċi, id-dokumenti elenkati taħt il-punti (d) sa (f) tal-Artikolu 38, u, ħlief fil-każ ta' kuntratti okkażjonali, taħt il-punt (g) tiegħu;

(d) fil-każ ta' fornituri ta' servizz li huma persuni ġuridiċi, dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' kunflitt ta' interess li tikkonferma li l-ebda wieħed minn dawk involuti fil-forniment tas-servizzi huwa assistent fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 34 jew f'ebda waħda mill-kategoriji msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 43.

2.  L-ispiża tas-servizzi pprovduti għandha titħallas wara preżentazzjoni min-naħa tal-Membru lid-dipartiment rilevanti ta' fattura jew dikjarazzjoni tal-ħlasijiet dwar is-servizzi li ġew effettivament ipprovduti u kopja tal-kuntratt konkluż mal-fornitur ta' servizz. Il-fattura jew id-dikjarazzjoni tal-ħlasijiet għandhom ikunu akkumpanjati minn konferma mill-Membru li s-servizz ikun fil-fatt ġie fornit. Fuq talba mid-dipartiment rilevanti, il-Membru għandu wkoll jissottometti d-dokumenti ta' appoġġ ewlenin.

Fejn is-servizzi huma parzjalment jew totalment eżentati mill-VAT, id-dipartiment rilevanti jista' jeħtieġ lill-aġent tal-ħlas jikkonferma l-bażi ġuridika għal dik l-eżenzjoni.

▼M1

Artikolu 42

Infiq straordinarju

Meta l-assistent lokali impjegat permezz ta’ kuntratt ta’ impjieg ikun assenti għal perjodu li jaqbeż it-tliet xhur, jew fuq lif tat-tqala jew minħabba mard serju, il-parti tal-ispejjeż għas-sostituzzjoni tiegħu jew tagħha mit-tielet xahar tan-nuqqas tiegħu jew tagħha, li ma jkunux koperti mill-benefiċċji tal-impjegat imħallsa taħt l-iskema nazzjonali tas-sigurtà soċjali applikabbli, jistgħu jitħallsu lura anki aktar mill-ogħla ammont imsemmi fl-Artikolu 33(4). Talba għal ħlas ta’ dawn l-ispejjeż għandha titressaq lid-dipartiment kompetenti mill-aġent tal-ħlas u kontrafirmata mill-Membru parlamentari.

▼B

Artikolu 43

Spejjeż li ma jiġux rimborsati

L-ammonti mħallsa skont dan il-kapitolu ma jistgħux jintużaw direttament jew indirettament:

▼M12

(a) biex jiġu ffinanzjati kuntratti konklużi ma' organizzazzjoni li ssegwi għanijiet politiċi, bħal partit politiku, fondazzjoni, moviment jew grupp politiku parlamentari;

▼B

(b) għall-ħlas ta’ spejjeż li jistgħu jkunu rimborsati minn għotjiet oħra ta’ flus previsti f'dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni jew f'dispożizzjonijiet oħra tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament;

(c) għall-ħlas ta’ spejjeż marbuta ma’ kuntratt għall-għoti ta’ servizzi meta dan jista’ joħloq kunflitt ta’ interessi, b'mod partikulari meta Membru jew wieħed mill-persuni msemmija fil-punt (d):

 huwa l-propjetarju assolut jew ta’ parti minn kumpanija jew organizzazzjoni li taħdem bi profitt li tipprovdilu servizz,

 jagħmel parti mill-bord tad-diretturi jew minn korp eżekuttiv ieħor ta’ kumpanija jew organizzazzjoni li tipprovdilu servizz,

 għandu aċċess għall-kont bankarju tal-fornitur ta’ servizz tiegħu,

 għandu interess jew jikseb benefiċċju finanzjarju ta’ kwalunkwe tip mill-attivitajiet tal-fornitur ta’ servizz tiegħu;

▼M12

(d) biex jiġu ffinanzjati kuntratti li jipprevedu l-impjieg jew l-użu tas-servizzi tal-konjuġi tal-Membri jew tas-sħab stabbli jew tal-ġenituri tagħhom, uliedhom jew ħuthom jew, b'mod ġenerali, li jagħtu lok għal kull possibbiltà ta' kunflitt ta' interess kif definit fl-Artikolu 62(1a).

▼B



KAPITOLU 6

Il-proviżjoni ta’ tagħmir u faċilitajiet

Artikolu 44

▼M1

L-aċċess għas-servizzi interni u l-forniment ta’ tagħmir u faċilitajiet

1.  l-Bureau għandu jadotta r-regoli li jirregolaw l-aċċess tal-Membri għas-servizzi interni tal-Parlament u l-forniment ta’ tagħmir u faċilitajiet lill-Membri, partikolarment rigward:

 l-użu ta’ vetturi tas-servizz,

 għamara għall-uffiċċji tal-Membri,

 il-forniment ta’ tagħmir tal-informatika u t-telekomunikazzjoni,

 karti u tagħmir tal-kitba,

 l-użu mill-Membri u mill-gruppi politiċi tal-ispazju għall-uffiċċju li jitpoġġa għad-dispożizzjoni tagħhom fl-uffiċċju tal-informazzjoni tal-Parlament,

 l-ipproċessar ta’ karti tal-Membri li jingħataw taħt forma ta’ rigal jew legat lil istitut, assoċjazzjoni jew fondazzjoni,

 arranġamenti li permezz tagħhom il-Membri li jtemmu l-kariga tagħhom waqt il-leġiżlatura jkunu jistgħu jibagħtu l-effetti personali tagħhom mill-uffiċċji fi Brussell jew Strasburgu lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom,

 l-użu ta’ roti tas-servizz,

 korsijiet tal-lingwa u tal-kompjuter għall-Membri,

 l-użu tas-servizzi provduti mis-Servizz Mediku.

▼B

2.  Il-Bureau jista’ wkoll jadotta dispożizzjonijiet li jagħtu aċċess għall-faċilitajiet tal-Parlament, lill-Presidenti preċedenti tal-Parlament waqt il-kariga tagħhom u lil ex- Membri.



TITOLU II

IT-TMIEM TAL-MANDAT PARLAMENTARI



KAPITOLU 1

Allowance tranżitorju

Artikolu 45

Dritt għall-allowance tranżitorju

B'effett mill-ewwel jum tax-xahar wara t-tmiem tad-dmirijiet tagħhom, l-ex Membri se jkollhom id-dritt għall-allowance tranżitorju msemmija fl-Artikolu 13 tal-Istatut tal-Membri.

Artikolu 46

Skadenza

▼M12

1.  L-ex Membri għandhom ikunu intitolati għall-allowance tranżitorja. Jekk ikollhom mandat f'parlament ieħor jew ikollhom kariga pubblika, is-salarju li huma intitolati għalih għandu jiġi kkumpensat bl-allowance tranżitorja.

2.  L-Artikolu 2(3) għandu japplika mutatis mutandis għall-allowance tranżitorja.

3.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “Parlament ieħor” għandha tfisser kwalunkwe parlament b'setgħat leġislattivi li huwa stabbilit fi Stat Membru.

4.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “kariga pubblika” għandha tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

▼B

a) postijiet bi ħlas u eletti li jinvolvu l-eżerċizzju tal-prerogattivi ta’ awtorità pubblika;

b) kariga fi gvern nazzjonali jew reġjonali;

▼M12

(c) kariga ta' uffiċjal anzjan li jeżerċita awtorità pubblika jew kariga ta' uffiċjal jew Membru ta' istituzzjoni tal-Unjoni.

▼B

Artikolu 47

Il-bilanċ tal-ħlasijiet

1.  Meta ex-Membru fl-istess ħin ikollu d-dritt li jirċievi allowance tranżitorju u pensjoni tal-età jew tal-invalidità kif imsemmi fl-Artikoli 14 u 15 tal-Istatut tal-Membri, l-ex Membru jirċievi waħda miż-żewġ possibilitajiet ta’ ħlas li jagħżel. Huwa għandu jinnotifika lis-Segretarju Ġenerali bl-għażla tiegħu sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara t-tmiem tal-mandat tiegħu. Din id-deċiżjoni tkun irrevokabbli.

2.  Jekk l-ex Membru jagħżel li jirċievi l-allowance tranżitorju, il-ħlas tal-pensjoni tal-età jew tal-invalidità jieqaf tul iż-żmien li jirċievi l-allowance tranżitorju.

Artikolu 48

Il-proċedura

▼M12

1.  Biex ikun jista' jirċievi l-allowance tranżitorja, l-ex Membru għandu japplika lis-Segretarju Ġenerali għalih sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara t-tmiem tal-mandat tiegħu jew tagħha, u jehmeż dikjarazzjoni bil-miktub li tindika li mhu qed iwettaq l-ebda wieħed mid-dmirijiet imsemmija fl-Artikolu 46.

▼B

2.  Jekk ikun japplika l-Artikolu 47(1), id-deċiżjoni msemmija hawn trid tinhemeż ma’ din id-dikjarazzjoni.

3.  Kwalunkwe bidla fil-kundizzjonijiet għad-dritt li tingħata l-allowance tranżitorju, li tista’ tkun teħtieġ bidla f'dan id-dritt, għandha tkun innotifikata minnufih lis-Segretarju Ġenerali. Fil-każ ta’ dubju, is-Segretarju Ġenerali jista’ jitlob lill-persuna kkonċernata sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha.

4.  Jekk is-Segretarju Ġenerali jsir jaf, fuq il-bażi ta’ fatti li jistgħu jiġu verfikati minn sorsi disponibbli għall-pubbliku, li ex-Membru qed iwettaq id-dmirijiet imsemmija fl-Artikolu 46, huwa għandu jissospendi l-ħlas tal-allowance tranżitorju u jinforma kif xieraq lill-persuna kkonċernata.

5.  Ex-Membru jista’ jirrinunċja fi kwalunkwe ħin għad-dritt tiegħu/tagħha li t/jieħu l-allowance tranżitorju. Huwa għandu jinnotifika lis-Segretarju Ġenerali b'din id-deċiżjoni.



KAPITOLU 2

Pensjoni tal-età

Artikolu 49

Dritt għal pensjoni tal-età

1.  Wara t-tmiem tal-kariga tagħhom, il-Membri li wettqu l-mandat tagħhom għal mill-anqas sena sħiħa jkollhom id-dritt tul ħajjithom kollha li jirċievu pensjoni tal-età li titħallas mill-ewwel jum tax-xahar li jiġi immedjatament wara x-xahar li fih jagħlqu l-età ta’ 63 sena.

▼M3

L-eks-Membri jew ir-rappreżentanti legali tagħhom għandhom, ħlief fil-każi ta’ force majeure iressqu l-applikazzjoni tagħhom biex titħallas il-pensjoni tal-età fi żmien sitt xhur minn meta jibda jgħodd id-dritt. Wara dik l-iskadenza, id-data meta tibda sseħħ it-tgawdija tal-pensjoni tal-età għandha tkun l-ewwel jum tax-xahar meta tasal l-applikazzjoni.

▼B

2.  Il-ħlas tal-pensjoni tal-eta’ għandu jitwaqqaf fil-każ li benefiċjarju ta’ pensjoni jerġa' jiġi elett fil-Parlament. Drittijiet għal pensjoni tal-età li jinkisbu bħala riżultat ta’ mandat ġdid jingħaddu mad-drittijiet għal pensjoni tal-età li jkunu nkisbu qabel ma jkun/tkun elett jew eletta mill-ġdid. Il-ħlas ta’ pensjoni tal-età jerġa jibda meta Membru jirrinunċja għall-mandat tiegħu fil-Parlament.

3.  Meta bosta mandati ta’ Membru wieħed ikunu separati minn perjodu ta’ żmien, il-perjodi tal-mandati kollha jingħaddu flimkien għal skop ta’ kalkolu tal-pensjoni tal-età.

Artikolu 50

Projbizzjoni milli jirċievu żewġ pensjonijiet f'daqqa

1.  Pensjoni tal-età li Membru jirċievi b'rizultat ta’ mandat li huwa wettaq f'parlament ieħor fl-istess ħin ma’ dak tal-Parlament Ewropew tiġi bbilanċjata mal-pensjoni msemmija f'dan il-kapitolu.

2.  “Parlament ieħor” kif imsemmi fil-paragrafu 1 ifisser il-parlament iddefinit fl-Artikolu 2(2).

3.  Il-kalkolu għandu jsir fuq it-total taż-żewġ salarji qabel ma titnaqqas it-taxxa.

4.  Kwalunkwe ex-Membru li wettaq mandat f'parlament ieħor fl-istess ħin mal-mandat tal-Parlament għandu jiddikjara l-pensjoni tal-età li għandu d-dritt jirċievi minħabba l-mandat fil-parlament l-ieħor.



KAPITOLU 3

Pensjoni tal-invalidità

Artikolu 51

Dritt għal pensjoni tal-invalidità

1.  Membru, li skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 55, ikun verifikat li jbati minn invalidità totali li żżommu milli jwettaq dmirijietu u li minħabba f'hekk jirriżenja, ikollu d-dritt li jirċievi pensjoni ta’ invalidità mid-data tar-riżenja tiegħu, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3.

2.  Dan id-dritt għal pensjoni ta’ invalidità jispiċċa hekk kif il-Membru jonqos milli jagħti notifika tar-riżenja tiegħu fi żmien tliet xhur mid-data li fiha jkun ġie nnotifikat bid-deċiżjoni li tistabbilixxi l-invalidità tiegħu.

3.  Id-dritt għal pensjoni ta’ invalidità jibda fi tmiem il-leġiżlatura parlamentari li waqtha sseħħ l-invalidità:

a) jekk il-Membru ma jkunx jista’ jagħti r-riżenja tiegħu minħabba l-invalidità; jew

b) jekk id-deċiżjoni li tistabbilixxi l-invalidità tkun ġiet adottata wara t-tmiem tal-leġiżlatura parlamentari li waqtha tkun inbdiet il-proċedura msemmija f'dan l-Artikolu; jew

c) jekk l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 2 ma tkunx għaddiet.

Artikolu 52

Il-kalkolu tal-pensjoni ta’ invalidità

1.  L-ammont ta’ pensjoni ta’ invalidità għandu jkun ta’ 3,5 % tas-salarju msemmi fl-Artikolu 10 tal-Istatut tal-Membri għal kull sena sħiħa ta’ twettiq tal-mandat, u wieħed minn tnax għal kull xahar sħiħ, imma ma tistax tkun anqas minn 35 % tas-salarju msemmi, filwaqt li ma tistax tkun aktar minn 70 %.

2.  Ir-regoli dwar il-kalkolu tal-pensjoni tal-età għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-kalkolu tal-pensjoni ta’ invalidità.

Artikolu 53

Projbizzjoni milli jirċievu żewġ pensjonijiet f'daqqa

1.  Pensjoni ta’ invalidità li jirċievi ex-Membru bħala rizultat ta’ mandat li huwa wettaq f'parlament ieħor fl-istess ħin ma’ dak tal-Parlament Ewropew tiġi kkumpensata mal-pensjoni ta’ invalidità.

2.  “Parlament ieħor” kif imsemmi fil-paragrafu 1 ifisser il-parlament imsemmi fl-Artikolu 2(2).

3.  Kwalunkwe ex-Membru li wettaq mandat f'parlament ieħor fl-istess żmien tal-mandat tal-Parlament għandu jiddikjara l-pensjoni ta’ invalidità li għandu d-dritt jirċievi minħabba l-mandat fil-parlament l-ieħor.

Artikolu 54

Il-kumpens tal-ħlasijiet

Jekk ex-Membru jkun intitolat li jirċievi pensjoni ta’ invalidità fl-istess żmien ma’ pensjoni tal-età, huwa għandu jirċievi l-pensjoni tal-età. Madankollu, l-ammont tal-pensjoni tal-età ma jistax ikun anqas minn dak tal-pensjoni tal-invalidità.

Artikolu 55

Il-proċedura

1.  Il-Membru jew ir-rappreżentant legali tiegħu/tagħha għandhom jippreżentaw l-applikazzjoni għar-riżenja fuq il-bażi ta’ invalidità lill-President tal-Parlament, flimkien ma’ ċertifikat mediku li jindika l-isem tat-tabib maħtur sabiex jirrappreżentah fil-kumitat tal-invalidità msemmi fl-Artikolu 56.

2.  Fi żmien tliet xhur minn meta s-Segretarju Ġenerali jsejjaħ il-kumitat tal-invalidità msemmi fl-Artikolu 56, l-istess kumitat għandu jippreżenta rapport mediku skont it-termini ta’ referenza maħruġa mill-Parlament, li jiddikjara r-raġunijiet u jevalwa jekk ġewx sodisfatti l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 51. F'każijiet eċċezzjonali, is-Segretarju Ġenerali jista’ jestendi dan il-limitu ta’ żmien.

3.  Fuq proposta tal-kumitat tal-invalidità, il-President tal-Parlament għandu jistabblixxi li l-Membru kkonċernat jikkwalifika biex jirtira fuq il-bażi ta’ invalidità u għandu jinformah bid-deċiżjoni u jitlobu jirriżenja. Fil-każ ta’ deċiżjoni negattiva, il-President għandu jinforma lill-Membru dwar il-proċeduri ta’ appell disponibbli.

Artikolu 56

Kumitat tal-invalidità

1.  Il-kumitat tal-invalidità jkun magħmul minn tliet tobba:

 l-ewwel wieħed, magħżul mill-Membru kkonċernat;

 it-tieni wieħed, maħtur mill-Parlament,

 it-tielet wieħed, bi qbil bejn iż-żewġ tobba hawn fuq imsemmija.

Fil-każ li ma jintlaħaqx ftehim dwar il-ħatra tat-tielet tabib fi żmien xahrejn mill-ħatra tat-tieni tabib, it-tielet tabib jinħatar ex officio mill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fuq talba tal-Parlament.

2.  L-ispejjeż tal-ħidma tal-kumitat tal-invalidità, inklużi l-ispejjeż tal-ivjaġġar, għandhom ikunu responsabilità tal-Parlament.

3.  Il-Membru jista’ jippreżenta lill-kumitat tal-invalidità r-rapporti u ċ-ċertifikati kollha maħruġa mit-tabib li kkurah jew minn dawk it-tobba li huwa għażel li jikkonsulta.

4.  Il-proċedimenti tal-kumitat tal-invalidità għandha tinżamm sigrieta.

Artikolu 57

Ir-reviżjoni tal-invalidità

1.  Ex-Membri li m'għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 51 għandhom jirrinunċjaw għad-dritt tagħhom li jieħdu pensjoni ta’ invalidità.

2.  Sakemm l-ex Membru jilħaq l-età ta’ 63 sena, il-Parlament jista’ jeżiġi li jsirlu test mediku kull ħames snin minn tabib maħtur biex jivverifika jekk il-Membru għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet mitluba għall-eleġibilità għal pensjoni ta’ invalidità.

3.  Dan l-eżami jista’ jsir ukoll qabel iż-żmien indikat fil-paragrafu 2, b'mod partikulari jekk il-Parlament ikun irċieva informazzjoni li l-ex Membru qed iwettaq dmirijiet bi ħlas. Jekk ikun meħtieġ, is-sitwazzjoni tkun evalwata fuq il-bażi ta’ fatti li jistgħu jiġu verifikati minn sorsi disponibbli għall-pubbliku, billi jitqiesu ċ-ċirkostanzi ta’ kull każ individwali u wara li ssir investigazzjoni li fiha ż-żewġ naħat ikollhom id-dritt li jippreżentaw il-każ tagħhom u jirrispondu għall-każ ippreżentat mill-parti l-oħra.

4.  Fuq proposta tat-tabib li jagħmel l-eżaminazzjoni, il-kumitat tal-invalidità jista’ jistabblixxi li l-istat tas-saħħa tal-ex Membru tjieb sal-punt li m'għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 51.

5.  Id-deċiżjoni li titwaqqaf pensjoni ta’ invalidità għandha tittieħed mill-President tal-Parlament fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tal-kumitat tal-invalidità. L-Artikoli 55 u 56 għandhom japplikaw mutatis mutandis. Jekk l-ex Membru jonqos milli jaħtar tabib sabiex jirrappreżentah fil-kumitat tal-invalidità, għandu japplika l-Artikolu 56(1), it-tieni sub-paragrafu.



KAPITOLU 4

Pensjoni tas-superstiti u pensjoni tal-orfni

Artikolu 58

Dritt għal pensjoni tas-superstiti jew għal pensjoni tal-orfni

1.  Il-konjuġi superstiti u t-tfal li kienu dipendenti tiegħu fiż-żmien tal-mewt ta’ Membru jew ta’ ex-Membru li kien intitolat jew li kien fil-proċess li jikseb id-dritt li jirċievi pensjoni tal-età jew tal-invalidità, għandu jkollhom id-dritt li jirċievu pensjoni tas-superstiti jew pensjoni tal-orfni rispettivament.

2.  Għall-iskop tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu, imsieħeb stabbli mhux miżżewweġ għandu jkun trattat bl-istess mod daqs il-konjuġi, bil-kundizzjoni li l-koppja tippreżenta dokument uffiċjali rikonoxxut minn Stat Membru jew minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li jirrikonoxxi l-istejtus tagħhom ta’ msieħba mhux miżżewġin.

3.  It-terminu “tfal dipendenti” jfisser il-wild leġittimu, naturali jew adottat ta’ Membru jew tal-miżżewweġ ta’ Membru, li kien mantnut mill-Membru jew mill-ex Membru. It-terminu “tfal dipendenti” jfisser ukoll wild mhux mitwieled jew wild li l-Membru jew l-ex Membru jinsab fil-proċess li jadotta u liema adozzjoni tiġi konkluża wara l-mewt tiegħu jew tagħha.

Artikolu 59

Il-kalkolu tal-pensjonijiet tas-superstiti u tal-orfni

1.  L-ammont massimu ta’ pensjoni tas-superstiti u tal-orfni ma tistax tkun aktar mill-ammont ta’ pensjoni tal-età li l-Membru kieku kien jirċievi fit-tmiem tal-leġiżlatura parlamentari, billi jitqies il-perjodu ta’ żmien bejn id-data tal-mewt u d-data tat-tmiem tal-leġiżlatura parlamentari.

2.  Fil-każ ta’ ex-Membri, l-ammont massimu ta’ pensjoni tas-superstiti u tal-orfni ma jistax ikun aktar mill-pensjoni tal-età li l-Membru kien qed jirċievi jew li kellu d-dritt li jirċievi.

3.  L-ammont tal-pensjoni tas-superstiti li jirċievi l-miżżewweġ superstiti għandu jkun ta’ 60 % tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jew 2 u mhux anqas minn 30 % tas-salarju msemmi fl-Artikolu 10 tal-Istatut tal-Membri, anki jekk dan l-ammont imsemmi l-aħħar ikun aktar mill-ammonti msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Id-dritt għal pensjoni tas-superstiti għall-konjuġi superstiti ma jiġix affettwat minn żwieġ ieħor. Dan id-dritt għall-pensjoni tas-superstiti ma japplikax jekk iċ-ċirkostanzi tal-każ individwali jindikaw, lilhinn minn kull dubju raġonevoli, li ż-żwieġ sar biss bl-intenzjoni li tinkiseb il-pensjoni. Jekk ikun meħtieġ, is-sitwazzjoni tkun evalwata fuq il-bażi ta’ fatti li jistgħu jiġu verifikati minn sorsi disponibbli għall-pubbliku, billi jitqiesu ċ-ċirkostanzi ta’ kull każ individwali u wara li ssir investigazzjoni li fiha ż-żewġ naħat ikollhom id-dritt li jippreżentaw il-każ tagħhom u jirrispondu għall-każ ippreżentat mill-parti l-oħra.

4.  L-ammont tal-pensjoni tal-orfni għal wild dipendenti għandu jkun ta’ 20 % tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jew 2.

5.  Meta l-għadd ta’ tfal jkun aktar minn tnejn, l-ammont massimu tal-pensjoni tal-orfni li jista’ jingħata għandu jinqasam f'partijiet ugwali bejn l-orfni li għandhom id-dritt għaliha.

6.  Jekk japplika, l-ammont massimu tal-pensjoni li għandu jitħallas għandu jinqasam bejn il-konjuġi u l-ulied dipendenti skont il-persentaġġi speċifikati fil-paragrafi 3, 4 u 5.

Artikolu 60

Skadenza

1.  Il-pensjoni tas-superstiti jew tal-orfni tingħata b'effett mill-ewwel jum tax-xahar skont il-kalendarju wara li sseħħ il-mewt.

2.  Fil-każ tal-mewt tal-benefiċjarju, id-dritt għal pensjoni tas-superstiti jiskadi fl-aħħar tax-xahar li fih imut il-benefiċjaru.

3.  Id-dritt għall-pensjoni tal-orfni jispiċċa fl-aħħar tax-xahar li fih l-orfni jagħlaq 21 sena.

Madankollu, dan id-dritt jiġi estiż matul il-perjodu kollu li fih l-orfni jirċievi edukazzjoni jew taħriġ vokazzjonali u, mhux aktar tard mill-aħħar tax-xahar li fih jagħlaq il-25 sena.

Orfni li minħabba mard jew diżabilità ma jkunx jista’ jaqla l-għajxien tiegħu għandu jibqa' jirċievi l-pensjoni. Il-mard jew l-infirmità jrid ikun rikonoxxut mit-tabib tal-Parlament. Il-benefiċjarju jista’ jikkontesta d-deċiżjoni tat-tabib billi jitlob li ssir laqgħa ta’ kumitat magħmul skont ir-regoli stipulati għall-kumitat tal-invalidità msemmi fl-Anness II, Taqsima 3, tar-Regolament (KEE, Euratom, ECSC) Nru 259/68.

Dan id-dritt jintemm jekk l-orfni jkun jista’ jmantni lilu nnifsu mill-ġdid. Għal dak il-għan, il-Parlament jista’ jesiġi li jiġi eżaminat kull ħames snin minn tabib maħtur biex jivverifika jekk għadhomx jissussistu l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ pensjoni.



TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI



KAPITOLU 1

Ftehimiet dwar ħlas

Artikolu 61

Konformità mar-Regolament Finanzjarju

▼M12

1.  L-implimentazzjoni ta' dawn il-Miżuri ta' Implimentazzjoni u kwalunkwe applikazzjoni għall-ħlas ippreżentata skont dawn il-Miżuri ta' Implimentazzjoni għandhom ikunu konsistenti mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ) u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 ( 8 ).

▼B

2.  Meta dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni jippermettu l-iffirmar ta’ kuntratti bejn il-Parlament u partijiet terzi, l-uffiċjal li jawtorizza kompetenti għandu jkollu d-dritt li jiffirmahom.

Artikolu 62

Il-prinċipju tal-użu tal-fondi

1.  L-ammonti mħallsa skont dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni, imsejsa fuq id-dispożizzjonijiet tat-Titolu I, il-Kapitoli 4, 5 u 6, għandhom ikunu riservati b'mod esklussiv għall-iffinanzjar ta’ attivitajiet marbuta mat-twettiq tal-mandat ta’ Membru parlamentari u ma jistgħux ikunu użati biex ikopru spejjeż personali jew biex jiffinanzjaw donazzjonijiet ta’ natura politika.

▼M12

1a.  Il-Membri involuti fl-implimentazzjoni tal-baġit ma għandhom jieħdu ebda azzjoni li tista' ġġib l-interessi tagħhom f'kunflitt mal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Jeżisti kunflitt ta' interess fejn l-azzjonijiet tal-Membri jkunu influwenzati bla bżonn għal raġunijiet li jinvolvu l-familja, il-ħajja emozzjonali, l-interess ekonomiku jew kwalunkwe interess kondiviż ieħor ma' riċevitur.

▼M2

2.  Il-Membri għandhom iroddu lura lill-Parlament kwalunkwe ammont mhux użat ħlief meta jitħallsu f'forma ta’ ħlas ta’ somma f’daqqa.

▼B

Artikolu 63

Trasferimenti bankarji, muniti u rati ta’ skambju

▼M3

1.  Il-ħlasijiet skont dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni għandhom isiru bi trasferiment bankarju skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern ( 9 ). Il-Parlament għandu jieħu f'idejh il-ħlasijiet pagabbli minn min iħallas. Kull ħlas ieħor għandu jkun pagabbli minn min jirċievi l-ħlas.

▼B

2.  Il-ħlasijiet għandhom isiru bl-Euro, sakemm ma ssirx talba mill-benefiċjarju, elett fi Stat Membru jew li għandu r-residenza tiegħu fi Stat Membru li mhux parti miz-zona tal-Euro, sabiex il-ħlas kollu jew biċċa mill-ħlas isir bil-munita ta’ dak l-Istat Membru.

3.  Ir-rata ta’ skambju tal-Euro u muniti oħra għandha ssir permezz tar-rata tal-kontabilità ta’ kull xahar għall-Euro li tiġi stabbilita skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jistipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju ( 10 ).

4.  Fir-rigward tal-ħlas tal-ispejjeż tal-assistenti parlamentari, permezz ta’ deroga mill-paragrafu 3, l-iskambju bejn l-Euro u l-muniti l-oħra għandu jsir bl-użu tar-rata tal-kontabilità ta’ kull xahar għall-Euro għal Diċembru tas-sena ta’ qabel. Madankollu, matul leġiżlatura parlamentari r-rimbors massimu ta’ kull xahar li jingħata lil Membru taħt forma ta’ munita nazzjonali ma jistax, wara li jsir l-istudju annwali dwar l-indiċi tal-għoli tal-ħajja u kwalunkwe żieda li jiddeċiedi fuqha l-Bureau, ikun anqas mill-ammont tas-sena ta’ qabel.

Artikolu 64

Kontijiet Bankarji

1.  Mall-bidu tal-kariga tiegħu, kull Membru għandu jinforma lid-dipartiment kompetenti tal-Parlament dwar id-dettalji ta’ wieħed jew aktar mill-kontijiet bankarji f'ismu (numru IBAN, kodiċi BIC (SWIFT) u indirizz tal-bank) maħsub biex fih jew fihom jirċievi l-ħlas tas-salarju msemmi fl-Artikolu 10 tal-Istatut, l-allowances l-oħra u r-rimbors ta’ spejjeż oħra.

Sakemm il-Membru, jew l-ex Membru jew is-suċċessuri tiegħu bi dritt, jagħtu istruzzjonijiet kuntrarji, il-kont li fih jirċievi s-salarju msemmi fl-Artikolu 10 tal-Istatut jintuża wkoll sabiex jirċievi l-ħlas fir-rigward tal-allowance tranżitorju u l-pensjoni.

2.  Għal kull ħlas li jsir lil persuna li mhix il-Membru, jeħtieġ li qabel jiġi ppreżentat dokument maħruġ mill-bank tal-benefiċjarju li jikkonferma li huwa jew hija huwa d-detentur tal-kont li fih se jsir il-ħlas u juri n-numru IBAN tal-kont, il-kodiċi BIC (SWIFT) u l-indirizz tal-bank.

3.  Għal ħlas li għandu x'jaqsam ma’ assistenza parlamentari, il-Membru għandu jgħaddi d-dettalji bankarji tal-assistent lill-aġent tal-ħlas, jew fil-każ imsemmi fl-Artikolu 36(5), lid-dipartiment kompetenti. Il-kont bankarju tal-assistent lokali għandu jinfetaħ fl-Istat Membru fejn huwa jew hija jwettaq/twettaq primarjament id-dmirijiet tiegħu/tagħha. Il-ħlasijiet għandhom isiru bl-istess munita li fiha jirċievi s-salarju l-assistent lokali.

L-aġent tal-ħlas għandu jikkomunika d-dettalji bankarji tal-kont tiegħu lid-dipartiment kompetenti.

Artikolu 65

Data tal-ħlas

1.  Is-salarju msemmi fl-Artikolu 10 tal-Istatut, l-allowance tranżitorju u l-pensjonijiet jitħallsu fil-15-il jum tax-xahar għax-xahar kurrenti. L-allowance għall-ispejjeż ġenerali għandhom jitħallsu fl-ewwel jum tax-xahar għax-xahar kurrenti.

2.  Il-ħlasijiet tal-ispejjeż għall-assistenza parlamentari għandhom isiru lill-aġent tal-ħlas jew, fil-każ imsemmi fl-Artikolu 36(4) u (5), lill-assistent lokali fil-15-il jum tax-xahar għax-xahar kurrenti.

Dawn il-ħlasijiet għandhom jirriflettu l-istruzzjonijiet mogħtija mill-Membri sal-25 jum tax-xahar preċedenti.

3.  Spejjeż oħra għandhom jiġu rimborżati wara l-preżentazzjoni tad-dokumenti li jesigu dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni.

4.  L-iskadenzi għall-ippreżentar tad-dokumenti li jesiġu dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu kif ġej:

a) fil-każ ta’ spejjeż ta’ vjaġġar u soġġorn u allowances: mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru tas-sena tal-kalendarju li tiġi eżattament wara dik li fiha beda l-vjaġġ;

b) għall-ispejjeż ta’ assistenza parlamentari u l-ispejjeż l-oħra: qabel id-data ta’ skadenza ffissata bid-dispożizzjonijiet applikabbli u mhux iktar tard mis-7 ta’ Diċembru tas-sena finanzjarja li għaliha jkunu ntalbu l-ħlas jew ir-rimbors.

5.  Is-Segretarju Ġenerali jista’ jagħmel ftehim speċifiku dwar il-ħlasijiet bil-quddiem fir-rigward ta’ spejjeż ordinarji tal-ivjaġġar u spejjeż ta’ soġġorn.



KAPITOLU 2

Regolarizzazzjoni u rkupru

▼M11

Artikolu 66

Dokumenti ta’ verifika alternattivi

Fil-każ li jintilfu d-dokumenti meħtieġa li jivverifikaw it-talba, il-Membru jrid jibgħat dikjarazzjoni ta’ telf akkumpanjata mid-dokumenti alternattivi li jivverifikaw it-talba konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni.

▼B

Artikolu 67

Sospensjoni tal-ħlasijiet

Jekk Membru jew aġent tal-ħlas jonqos milli jirrispetta l-obbligi tiegħu jew tagħha skont dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni jew il-kuntratt iffirmat skont l-Artikolu 35, l-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni kompetenti jista’ jordna s-sospensjoni tal-ħlas kollu jew parzjali tal-allowance ikkonċernata, billi jqis kull interess leġittimu ta’ persuni terzi, għall-perjodu meħtieġ sabiex il-Membru jew l-aġent tal-ħlas ikun jista’ jissodisfa l-obbligi tiegħu jew jevalwa l-possibilità li jiġi applikat l-Artikolu 68.

Qabel kull deċiżjoni bħal din, il-Membru jew l-aġent tal-ħlas għandu jiġi nnotifikat bil-miktub u għandu jingħata xahar biex jirregola ruħu ma’ dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni jew mal-kuntratt. Għandhom jintbgħatu kopji tal-ittra lill-Kwesturi u, meta xieraq, lil kull persuna terza kkonċernata.

Artikolu 68

Irkupru ta’ ħlasijiet indebiti

1.  Kwalunkwe somma li titħallas b'mod indebitu skont dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni għandha tiġi rkuprata. Is-Segretarju Ġenerali għandu jagħti istruzzjonijiet bil-għan li jiġu rkuprati dawn l-ammonti mill-Membru kkonċernat.

2.  Kull deċiżjoni dwar l-irkupru ta’ ħlasijiet indebiti għandha tkun konsistenti mar-rekwiżit li l-Membri għandu jkollhom id-dritt li jwettqu l-mandat tagħhom b'mod effettiv u bit-tħaddim tajjeb tal-Parlament. Qabel tittieħed kwalunkwe deċiżjoni, is-Segretarju Ġenerali għandu jisma’ lill-Membru kkonċernat.

3.  Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għall-ex Membri u l-aġenti tal-ħlas.



KAPITOLU 3

Dispożizzjonijiet finanzjarji ġenerali oħra

Artikolu 69

L-indiċi tal-għoli tal-ħajja

1.  L-ammonti msemmija fl-Artikoli 15(c), 20, 22(1) u (3), 24(2) u 26(2) jistgħu jintrabtu kull sena mal-indiċi tal-għoli tal-ħajja min-naħa tal-Bureau sa żieda massima ugwali għar-rata ta’ inflazzjoni annwali fl-Unjoni Ewropea f'Ottubru tas-sena ta’ qabel, kif ippublikat mill-Eurostat.

2.  L-ammont imsemmi fl-Artikolu 33(4), jekk ikun il-każ, għandu jintrabat kull sena mal-indiċi tal-għoli tal-ħajja min-naħa tal-Bureau fuq il-bażi tal-indiċi komuni stabbilit mill-Eurostat bi qbil mad-dipartimenti nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri b'applikazzjoni tal-Artikolu 65 tar-Regolament (KEE, Euratom, ESCS) Nru 259/68. Dan l-irbit mal-indiċi għandu japplika b'effett retroattiv mix-xahar ta’ Lulju tas-sena kkonċernata mill-indiċi.

Artikolu 70

It-tassazzjoni

Skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 12 tal-Istatut, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, ECSC) Nru 260/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistipula l-kundizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej, għandu japplika għall-Membri ( 11 ).

Artikolu 71

Sekwestru

1.  Is-salarju msemmi fl-Artikolu 10 tal-Istatut, l-allowance tranżitorju jew il-pensjoni tal-età jistgħu jkunu suġġetti ta’ mandat ta’ sekwestru, fuq ammont li ma jkunx aktar minn terz tas-somma ta’ flus ikkonċernata, b'deċiżjoni tal-Qrati jew tal-awtorità amministrattiva kompetenti.

2.  Is-Segretarju Ġenerali għandu jagħti istruzzjonijiet bil-għan li tiġi implimentata din il-miżura, filwaqt li jara li l-Membri jkunu jistgħu jwettqu l-mandat tagħhom b'mod effettiv u li jkun hemm tħaddim tajjeb tal-Parlament. Qabel jinħarġu istruzzjonijiet bħal dawn, il-Membru kkonċernat għandu d-dritt għal smigħ.



KAPITOLU 4

Dispożizzjonijiet finali

▼M2

Artikolu 72

Ilmenti

1.  Membru li jidhirlu li dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni ma ġewx applikati sew mis-servizz kompetenti fir-rigward tiegħu jista’ jagħmel ilment bil-miktub lis-Segretarju Ġenerali.

Id-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali dwar l-ilment għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata.

2.  Jekk Membru ma jaqbilx mad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali, fi żmien xahrejn wara n-notifika tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali, jista’ jitlob li l-kwestjoni tintbagħat lill-Kwesturi, li jieħdu deċiżjoni wara konsultazzjoni mas-Segretarju Ġenerali.

3.  Jekk parti għall-proċedura tal-ilment ma taqbilx mad-deċiżjoni adottata mill-Kwesturi, din tista’, fi żmien xahrejn wara n-notifika dwar dik id-deċiżjoni, titlob li l-kwestjoni tintbagħat lill-Bureau li jieħu d-deċiżjoni finali.

4.  Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għal suċċessur legali tal-Membru kif ukoll għal dawk li kienu Membri u s-suċċessuri legali tagħhom.

▼M11

Artikolu 72a

Dokumenti li jivverifikaw it-talba skenjati elettronikament

1.  Meta dawn il-Miżuri ta’ Implimentazzjoni jirreferu għall-applikazzjonijiet mibgħuta għar-rimborż jew għall-ħlas, tali applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu f’forma elettronika flimkien ma’ firma diġitali.

2.  Meta dawn il-Miżuri ta’ Implimentazzjoni jeħtieġu li jintbagħtu d-dokumenti li jivverifikaw it-talba, tali dokumenti jistgħu jintbagħtu fil-forma ta’ kopji skenjati, dment li l-Membru jiddikjara fuq l-unur li d-dokumenti mibgħuta jikkorrispondu għall-oriġinali tagħhom.

3.  Sabiex ikun jista’ jiġi aċċertat li l-kopji skenjati jkunu jikkorrispondu mad-dokumenti oriġinali li jivverifikaw it-talba, il-Membri għandhom iżommu l-oriġinali sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ kalendarju wara dik li fiha tkun intbagħtet l-applikazzjoni għar-rimborż jew għall-ħlas.

Id-dipartimenti rilevanti tal-Parlament għandhom jattwaw sistema ta’ verifiki għal għarrieda biex jaċċertaw li l-kopji skenjati tad-dokumenti li jivverifikaw it-talba jikkorrispondu għall-oriġinali tagħhom.

▼B

Artikolu 73

Dħul fis-seħħ

Dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess jum li fih jidħol fis-seħħ l-Istatut.

Artikolu 74

Abrogazzjoni

Suġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stipulati fit-Titolu IV, ir-Regoli PEAM jieqfu japplikaw fid-data li fiha l-Istatut jidħol fis-seħħ.



TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

Artikolu 75

Il-pensjoni tas-superstiti, il-pensjoni tal-invalidità u l-pensjoni tal-età

1.  Il-pensjoni tas-superstiti, il-pensjoni tal-invalidità, il-pensjoni tal-invalidità addizzjonali mogħtija għall-ulied dipendenti u l-pensjoni tal-età mħallsa skont l-Annessi I, II, u III tar-Regoli PEAM għandhom ikomplu jitħallsu skont dawk l-annessi lil dawk il-persuni li kienu jirċievu l-benefiċċji taħt eżami qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Istatut.

▼M3

Fejn eks-Membr li jkun qed jirċievi l-pensjoni tal-invalidità imut wara l-14 ta’ Lulju 2009, il-pensjoni tas-superstiti għandha titħallas lill-konjuġi, lis-sieħeb stabbli mhux fiż-żwieġ jew lit-tfal dipendenti tiegħu jew tagħha, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I għar-Regoli PEAM.

▼B

2.  Id-drittijiet għall-pensjoni tal-età miksuba qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Istatut skont l-Anness III imsemmi hawn fuq għandhom jibqgħu fis-seħħ. Il-persuni li kisbu drittijiet skont l-iskema tal-pensjoni għandhom jirċievu pensjoni kkalkulata fuq il-bażi tad-drittijiet miksuba tagħhom skont l-Anness III imsemmi hawn sakemm jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat u jippreżentaw l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) tal-Anness III msemmi hawn fuq.

Artikolu 76

Pensjoni addizzjonali

▼M17

1.  Pensjoni addizzjonali li ssir pagabbli lil ex Membri jew benefiċjarji oħra skont l-Artikoli 1, 3 u 4 tal-Anness VII tar-Regoli PEAM qabel l-1 ta’ Jannar 2019 għandha tibqa’ titħallas skont dak l-Anness kif applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2018.

2.  Kwalunkwe pensjoni addizzjonali li fl-1 ta’ Jannar 2019 tkun għadha ma saritx pagabbli, għandha tiġi ddeterminata u mħallsa skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Anness VII tar-Regoli PEAM soġġetta għal-kundizzjonijiet u d-derogi li ġejjin:

(a) il-pensjoni għandha tkun pagabbli mill-ewwel jum tax-xahar kalendarju wara d-data li fiha l-Membru jilħaq l-età ta’ 65 sena.

(b) il-pensjoni għandha tkun soġġetta għal imposta speċjali li tammonta għal 5 % tal-ammont nominali tal-pensjoni. L-imposta jenħtieġ li tkun pagabbli direttament lill-Fond tal-Pensjoni Addizzjonali (Volontarja).

▼M17

2a.  Il-pensjoni addizzjonali (volontarja) għal benefiċjarji oħra skont l-Artikoli 3 u 4 tal-Anness VII tar-Regoli PEAM li fl-1 ta’ Jannar 2019 tkun għadha ma saritx pagabbli għandha tkun soġġetta għal imposta speċjali li tammonta għal 5 % tal-ammont nominali tal-pensjoni pagabbli. L-imposta għandha tkun pagabbli direttament lill-Fond tal-Pensjoni Addizzjonali (Volontarja).

▼B

3.  Jistgħu jibqgħu jiksbu d-drittijiet il-ġodda wara d-dħul fis-seħħ tal-Istatut, u bi qbil mal-Anness VII imsemmi hawn fuq, il-Membri parlamentari eletti fl-2009 li:

a) kienu Membri parlamentari taħt leġiżlatura preċedenti; u

b) u li jkunu diġà kisbu jew kienu qed jiksbu d-drittijiet fl-iskema tal-pensjoni addizzjonali; u

c) li fir-rigward tagħhom l-Istat Membru fejn ġew eletti diġà adotta deroga skont l-Artikolu 29 tal-Istatut, jew li, skont l-Artikolu 25 tal-Istatut, għażlu skema nazzjonali; u

d) mhumiex intitolati għal pensjoni nazzjonali jew Ewropea minħabba t-twettiq tal-mandat tagħhom bħala Membri tal-Parlament Ewropew.

4.  Il-Membri għandhom iħallsu l-kontributi tagħhom fil-fond tal-pensjoni addizzjonali mid-dħul personali tagħhom.

Artikolu 77

Allowance tranżitorju

1.  L-allowance tranżitorju mħallas skont l-Anness V tar-Regoli PEAM għandha tkompli titħallas, skont dak l-anness, lill-persuni li kienu jirċievu dik l-għotja qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Istatut.

2.  Membri li jieqfu b'mod definittiv mit-twettiq tal-mandat parlamentari tagħhom fi tmiem is-sitt leġiżlatura parlamentari għandhom jirċievu l-allowance tranżitorju msemmi fl-Anness V imsemmi hawn fuq.

3.  Għal dawk il-Membri li jirċievu s-salarju msemmi fl-Artikolu 10 tal-Istatut u li l-kariga tagħhom tispiċċa wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Istatut, għandu jitqies il-perjodu li fih wettqu l-mandat tagħhom qabel dik id-data meta jsir il-kalkolu tal-ammont ta’ allowance tranżitorju skont l-Artikolu 13 tal-Istatut.

4.  Madankollu, il-Membri msemmija fil-paragrafu 3 jistgħu jitolbu li jsir kalkolu ta’ ammont pro rata tal-allowance tranżitorju fir-rigward tal-parti tal-kariga tagħhom li tiġi qabel id-dħul fis-seħħ tal-Istatut, skont ir-regoli stipulati fl-Anness V tar-Regoli PEAM. Il-perjodu li jitqies fil-kalkolu ta’ ammont pro-rata għandu jitnaqqas mill-perjodu massimu stipulat fl-Artikolu 13(2) tal-Istatut.

▼M12

Artikolu 78

L-arranġamenti tranżitorji applikabbli għall-kuntratti ta' assistenti lokali u aġenti tal-ħlas

1.  Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 34 u 35, hekk kif ġew emendati permezz tad-deċiżjoni tal-Bureau tas-26 ta' Ottubru 2015, dwar l-għadd ta' assistenti u r-remunerazzjoni tal-assistenti u tal-aġenti tal-ħlas ma għandhomx jaffettwaw kuntratti li għadhom validi, sakemm l-applikazzjonijiet għall-ħlas tal-ispejjeż li jirriżultaw minnhom ġew ippreżentati lid-dipartiment rilevanti qabel is-27 ta' Ottubru 2015.

2.  Kuntratti tat-tip imsemmi fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu mġedda jew immodifikati skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu 1, Kapitolu 5.

▼B

Artikolu 79

Assikurazzjoni fuq il-ħajja

Il-proċeduri rigward il-kontinwazzjoni, il-konverżjoni jew il-ħlas tal-valur ta’ rinunzja ta’ polza tal-assikurazzjoni stipulati fl-Artikolu 19(2) tar-Regoli PEAM fil-każ ta’ tmiem tal-kariga għandhom japplikaw għall-Membri kollha attwali sa tmiem is-sitt leġiżlatura parlamentari, sakemm huma jkunu ħallsu l-polza għal perjodu ta’ mill-anqas sentejn.

Artikolu 80

Assistenza għal ulied b'diżabilità serja

Il-benefiċċji mħallsa skont l-Artikolu 21b tar-Regoli PEAM għandhom ikomplu jitħallsu skont dak l-Artikolu lil dawk il-Membri li kienu jirċievuhom u li jiġu eletti mill-ġdid fl-2009.

Artikolu 81

Il-Membri li għalihom japplika l-Artikolu 25 jew l-Artikolu 29 tal-Istatut

1.  Il-Membri li jiġu eletti mill-ġdid fl-2009 u li eżerċitaw id-dritt mogħti lilhom mill-Artikolu 25 tal-Istatut għandhom jirċievu l-allowance, l-allowance tranżitorju, il-pensjoni tal-età, il-pensjoni tal-invalidità u l-pensjoni tas-superstiti fir-rigward tal-perjodu wara d-dħul fis-seħħ tal-Istatut biss skont il-kundizzjonijiet stipulati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom, l-ispejjeż għandhom jitnaqqsu biss mill-baġit tal-Istat Membru kkonċernat.

Barra minn hekk, il-Membri msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jitolbu lill-Parlament li jħallas l-allowance tranżitorju għall-parti tal-leġiżlatura li tiġi eżatt qabel id-dħul fis-seħħ tal-Istatut skont ir-regoli stipulati fl-Anness V tar-Regoli PEAM.

2.  Dan l-arranġament għandu japplika bl-istess mod għall-Membri li l-Istat Membru fejn ġew eletti adotta deroga fir-rigward tagħhom skont l-Artikolu 29 tal-Istatut.

3.  Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 7(2), fil-każ ta’ Membri li l-Istat Membru fejn ġew eletti adotta deroga fir-rigward tagħhom skont l-Artikolu 29 tal-Istatut, jew li skont l-Artikolu 25 tal-Istatut, għażlu li jkollhom skema nazzjonali, terz tal-polza tal-assikurazzjoni li titħallas mill-Membri għandha tiġi direttament u individwalment imħallsa minn kont bankarju personali.

4.  Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 3(1), ex-Membri li jirċievu pensjoni nazzjonali skont l-Artikolu 25 u 29 tal-Istatut, għandu jkollhom id-dritt għal rimbors ta’ żewġ terzi mill-ispejjeż mediċi tagħhom, mill-ispejjeż marbuta ma’ tqala jew spejjeż marbuta mat-twelid ta’ tarbija skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni, jekk m'għandhomx kopertura primarja kontra r-riskju ta’ mard.

▼M10

5.  L-ex Membri li qed jirċievu pensjoni nazzjonali, skont l-Artikolu 25 jew l-Artikolu 29 tal-Istatut, u li qed ibatu minn mard serju rikonoxxut, għandhom ikunu intitolati għar-rimborż tal-ispejjeż mediċi tagħhom relatati mat-tkomplija ta’ kura li tkun qed tingħata, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni, sakemm:

(a) il-mard serju kien ikkawżat minn avveniment li seħħ waqt il-mandat u waqqaf lill-Membru milli jeżerċita l-aħħar parti ta’ dan il-mandat;

(b) il-mard kien rikonoxxut bħala mard serju mill-Parlament waqt il-mandat tal-Membru; kif ukoll,

(c) il-kura tal-mard inbdiet waqt il-mandat tal-Membru.

Jekk l-ex Membru jibbenefika minn kopertura primarja, dan id-dritt għandu japplika fuq bażi komplementari, i.e. għal dawk l-ispejjeż li ma jkunu koperti mill-kopertura primarja biss.

▼M3

Artikolu 82

Reġim transizzjonali għar-rinunzja għar-rimborż ta’ spejjeż mediċi

Il-Membri li, skont l-Artikolu 3(4), jirrinunzjaw għad-dritt tagħhom għar-rimborż tal-ispejjeż mediċi sa sal-15 ta’ Marzu 2011 għandhom jiġu rimborżati skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dak il-paragrafu, b'effett retroattiv mill-14 ta’ Lulju 2009 jew inkella mill-ewwel xahar ta’ wara d-data tal-aħħar rimborż tal-ispejjeż mediċi li jkun sar skont l-Artikolu 3(1).



( 1 ) ĠU L 278, 8.10.1976, p. 5.

( 2 ) Regoli komuni dwar l-assikurazzjoni tal-impjegati tal-Komunitajiet Ewropej kontra r-riskju ta’ mard, adottati mill-istituzzjonijiet kollha, li l-ftehim komuni tagħhom ġie kkonfermat mill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fl-24 ta’ Novembru 2005, kif imsemmi fl-Artikolu 72 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal ta’ Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri applikabbli temporanjament għal uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).

( 3 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Lulju 2007 li tistabilixxi d-dispożizzjoni ġenerali ta’ implimentazzjoni għar-rimborż ta’ spejjeż mediċi.

( 4 ) ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

( 5 ) Ir-Regoli komuni dwar il-kopertura għar-riskji ta’ inċidenti u ta’ mard professjonali għal uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, adottati mill-istituzzjonijiet kollha, li ftehim komuni dwarhom ġie kkonfermat mill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-13 ta’ Diċembru 2005

( 6 ) Jekk aġent ta’ ħlas magħżul minn Membru taħt id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3(a) jew (c) jkun f'pożizzjoni biss li jimmaniġġja kuntatti ta’ impjieg, il-Membru jista, fejn meħtieġ, jitlob awtorizzazzjoni biex juża s-servizzi ta’ aġent ta’ ħlas imsemmi fil-paragrafu 3(b) biex jimmaniġġja l-kuntatti ta’ servizzi tiegħu jew tagħha.

( 7 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

( 8 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

( 9 ) ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1.

( 10 ) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

( 11 ) ĠU L 56, 4.3.1968, p.8.