2009D0607 — MT — 19.06.2013 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-eko-tikketta Komunitarja lill-kisi iebes (notifikata bid-dokument numru C(2009) 5613) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 208, 12.8.2009, p.21) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
L 167 |
57 |
19.6.2013 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-9 ta’ Lulju 2009
li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-eko-tikketta Komunitarja lill-kisi iebes
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 5613)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/607/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta tal-għoti tal-eko-tikketta Komunitarja ( 1 ), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Bord għat-Tikkettar Ekoloġiku tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, l-eko-tikketta Komunitarja tista’ tingħata lil prodott li jkollu l-karatteristiċi li jippermettulu jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-titjib f’dak li għandu x’jaqsam ma’ aspetti ambjentali prinċipali. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jipprovdi li l-kriterji speċifiċi tal-eko-tikketta, imfassla abbażi tal-kriterji abbozzati mill-Bord għat-Tikkettar Ekoloġiku tal-Unjoni Ewropea, iridu jiġu stabbiliti skont il-gruppi ta’ prodotti. |
(3) |
Huwa jipprovdi wkoll li r-reviżjoni tal-kriterji tal-eko-tikketta, kif ukoll tar-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika marbutin ma’ dawk il-kriterji, trid isseħħ fi żmien xieraq qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ validità tal-kriterji speċifikati għal kull grupp ta’ prodotti kkonċernat. |
(4) |
B’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1980/2000, twettqet reviżjoni f’waqtha tal-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll tar-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika marbutin magħhom stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/272/KE tat-25 ta’ Marzu 2002 li tistabilixxi l-kriterji ekoloġiċi sabiex tingħata l-eko-tikketta Komunitarja lill-kisi iebes tal-art ( 2 ). Dawk il-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika marbutin magħhom huma validi sal-31 ta’ Marzu 2010. |
(5) |
Fid-dawl ta’ dik ir-reviżjoni, huwa xieraq li jitbiddlu t-titolu u d-definizzjoni tal-grupp ta’ prodotti u li jiġu stabbiliti kriterji ekoloġiċi ġodda, sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni l-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq. |
(6) |
Hemm lok li l-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika marbutin magħhom, ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
(7) |
Għalhekk hemm lok li d-Deċiżjoni 2002/272/KE tiġi sostitwita. |
(8) |
Hemm lok li l-produtturi li l-prodotti tagħhom ingħataw l-eko-tikketta għall-kisi iebes abbażi tal-kriterji li jinsabu fid-Deċiżjoni 2002/272/KE, jingħataw perjodu tranżitorju biex ikollhom żmien biżżejjed biex jadattaw il-prodotti tagħhom biex ikunu konformi mal-kriterji u mar-rekwiżiti riveduti. Hemm lok ukoll li l-produtturi jitħallew iressqu applikazzjonijiet magħmulin skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2002/272/KE jew skont il-kriterji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni sakemm tiskadi l-validità ta’ dik id-Deċiżjoni. |
(9) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-grupp ta’ prodotti “kisi iebes” għandu jikkonsisti – għal użu intern/estern, bla ebda funzjoni strutturali rilevanti – f’ġebel naturali, ġebel agglomerat, unitajiet taċ-ċangatura tal-konkrit, madum terrazzo, madum taċ-ċeramika u madum tat-tafal. Għal kisi iebes, il-kriterji jistgħu jiġu applikati kemm għall-kisi tal-art kif ukoll tal-ħajt, jekk il-proċess tal-produzzjoni jkun identiku u jintużaw l-istess materjali u metodi ta’ manifattura.
Artikolu 2
Sabiex tingħata l-eko-tikketta Komunitarja lill-prodotti li jaqgħu fil-grupp ta’ prodotti kisi iebes skont ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 (minn hawn ‘il quddiem “l-eko-tikketta”), il-kisi iebes għandu jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “kisi iebes”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sat-30 ta’ Novembru 2017.
Artikolu 4
Għall-finijiet amministrattivi n-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta’ prodotti “kisi iebes” għandu jkun “021”.
Artikolu 5
Id-Deċiżjoni 2002/272/KE hija mħassra.
Artikolu 6
1. L-applikazzjonijiet għall-eko-tikketta għal prodotti li jaqgħu fi ħdan il-grupp ta’ prodotti kisi iebes imressqa qabel id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu evalwati skont il-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni 2002/272/KE.
2. L-applikazzjonijiet għall-eko-tikketta għal prodotti li jaqgħu fi ħdan il-grupp ta’ prodotti kisi iebes imressqa mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni iżda mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2010 jistgħu jkunu bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2002/272/KE jew fuq il-kriterji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.
Dawk l-applikazzjonijiet għandhom jiġu evalwati skont il-kriterji li fuqhom huma bbażati.
3. Meta l-eko-tikketta tingħata abbażi ta’ applikazzjoni evalwata skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2002/272/KE, dik l-eko-tikketta tista’ tintuża għal tnax-il xahar mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
QAFAS
Għanijiet tal-kriterji
Dawn il-kriterji għandhom l-għan, b'mod partikolari, li jippromwovu:
— it-tnaqqis tal-impatti fuq il-habitat u r-riżorsi assoċjati,
— it-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija,
— it-tnaqqis tar-rilaxx ta’ sustanzi tossiċi jew li jniġġsu xorta oħra fl-ambjent,
— it-tnaqqis fl-użu ta' sustanzi perikolużi fil-materjali u fil-prodotti lesti,
— is-sikurezza u nuqqas tar-riskju għas-saħħa fl-ambjent ħaj,
— l-informazzjoni li tippermetti lill-konsumatur juża l-prodott b’mod effiċjenti li jimminimizza l-impatt ambjentali kollu.
Il-kriterji huma stipulati f'livelli li jippromwovu t-tikkettar tal-kisi iebes li jiġi prodott b’impatt ambjentali baxx.
Rekwiżiti tal-valutazzjoni u l-verifika
Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-valutazzjoni u l-verifika huma indikati f’kull kriterju.
Dan il-grupp jista' jinqasam fi “prodotti Naturali” u “prodotti Proċessati”.
Il-“prodotti Naturali” jinkludu l-Ġebel Naturali, li kif iddefinit bis-CEN TC 246 huma biċċiet ta' blat naturali, u jinkludi l-irħam, il-granit u ġebel ieħor naturali.
Ġebel “ieħor” naturali tirreferi għal ġebel naturali li l-karatteristiċi tekniċi tiegħu huma fil-biċċa l-kbira differenti minn dawk tal-irħam u l-granit kif iddefiniti bis-CEN/TC 246/N.237 EN 12670. “Ġebel naturali – Terminoloġija”. Ġeneralment, dan il-ġebel diffiċli tillostrah sa ma jiġi jleqq u mhux dejjem jiġi estratt fi blokok: il-ġebel ramli, il-kwarżit, il-lavanja, it-tufa, is-skist.
Il-grupp ta' “prodotti proċessati” jista’ jkompli jinqasam fi prodotti mwebbsa u prodotti moħmija. “Prodotti mwebbsa” huma ġebel agglomerat, unitajiet taċ-ċangatura tal-konkrit u madum terrazzo. “Prodotti moħmija” huma l-madum taċ-ċeramika u l-madum tat-tafal.
“Ġebel Agglomerat” huwa l-prodotti industrijali manifatturati minn taħlita ta’ aggregati, fil-biċċa l-kbira min-naqal ta' ġebel naturali, u lega kif iddefinit fil-JWG 229/246 EN 14618. In-naqal huwa normalment magħmul minn granulat tal-barrieri tal-irħam u l-granit u l-lega hija magħmula mill-komponenti artifiċjali bħal reżina mhux saturata tal-poliester jew siment idrawliku. Dan il-grupp jinkludi wkoll il-ġebel artifiċjali u l-irħam ikkumpattat.
“L-unitajiet taċ-ċangatura tal-konkrit” huma prodotti għall-kisja ta' fuq tal-art billi jitħallat ir-ramel, iż-żrar, is-siment, pigmenti u addittivi inorganiċi, u l-vibrokompressjoni kif iddefinit mis-CENT/TC 178. Dan il-grupp jinkludi wkoll iċ-ċangaturi tal-konkrit u l-madum tal-konkrit.
“Il-madum terrazzo” huwa element ikkumpattat sewwa ta’ għamla u ħxuna uniformi, li jissodisfa r-rekwiżiti ġeometriċi speċifiċi kif iddefiniti mis-CENT/TC 229. Il-madum ikun b'saff wieħed jew saff doppju. Dak b’saff wieħed huwa madum magħmul kompletament minn granuli jew laqx ta’ aggregat xieraq, imqiegħed f'siment griż u abjad u ilma. Il-madum b’saff doppju huma madum terrazzo magħmul mill-ewwel wiċċ jew saff protettiv (b’kompożizzjoni ta' saff wieħed) u tieni saff, magħruf bħala sapport jew saff bażi tal-konkrit, li l-wiċċ tiegħu ma jkunx espost matul l-użu normali u li jista' jitneħħa parzjalment.
“Il-madum taċ-ċeramika” huwa ċangaturi rqaq tat-tafal u/jew materja prima inorganika oħra bħalma huma l-feldspar u l-kwartz kif iddefiniti mis-CENT/TC 67. Dawn is-soltu jingħataw l-għamla bl-estrużjoni jew bil-pressa f’temperatura normali, imnixxfa u sussegwentement imsajra f’temperaturi suffiċjenti sabiex jiżviluppaw il-karatteristiċi meħtieġa. Il-madum jista’ jkun glejżjat jew le, mhux kombustibbli u ġeneralment mhux affettwat bid-dawl.
“Il-madum tat-tafal” huwa unitajiet li jissodisfaw ċerti rekwiżiti ta' għamla u daqs, użati għall-filata tal-wiċċ tal-pavimenti u prodotti predominantament mit-tafal jew minn materjali oħra, biż-żidiet kif iddefiniti mis-CEN 178 jew mingħajrhom.
Meta xieraq, jistgħu jintużaw metodi oħra minn dawk indikati għal kull kriterju jekk l-ekwivalenza tagħhom tiġi aċċettata mill-Entità Kompetenti li tivvaluta l-applikazzjoni.
Meta possibbli, it-testijiet għandhom jitwettqu minn laboratorji akkreditati kif xieraq jew laboratorji li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali espressi fl-istandard EN ISO 17025.
Meta xieraq, l-Entitajiet Kompetenti jistgħu jeżiġu dokumentazzjoni ta' sostenn u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.
Huwa rakkomandat lill-Entitajiet Kompetenti li jqisu l-implimentazzjoni ta’ skemi rikonoxxuti tal-ġestjoni tal-ambjent, bħal l-EMAS, l-ISO14001 meta jivvalutaw applikazzjonijiet u jimmonitorjaw il-konformità mal-kriterji (nota: mhux meħtieġ li jiġu implimentati tali skemi ta’ ġestjoni).
KISI IEBES
KRITERJI
1. Estrazzjoni ta’ prodotti naturali
1.1. Ġestjoni tal-estrazzjoni (għall-prodotti naturali biss)
Il-ġestjoni tal-estrazzjoni tal-materja prima tal-ġebel naturali għandha tiġi “mmarkata” skont matriċi ta’ 6 indikaturi ewlenin. Il-marka totali għandha tkun ibbażata fuq l-għadd tal-marki individwali mogħtija lil kull indikatur, immultiplikat b'piż korrettiv (W). Il-barrieri għandhom jiksbu marka ppiżata ta’ mill-anqas 19-il punt sabiex ikunu eleġibbli biex jingħataw l-eko-tikketta. Barra minn dan, il-marka għal kull indikatur għandha tkun ogħla jew anqas mil-limitu speċifikat, kif xieraq.
Ara l-matriċi fil-paġna ta' wara.
Barra mit-tabella tal-marki, għandhom jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet mandatorji kollha li ġejjin:
— ma għandu jkun hemm interferenza ma’ xi ilma fil-fond u kkonfinat taħt l-art,
— ma għandu jkun hemm l-ebda interferenza ma' mases ta' ilma tal-wiċċ b'ilqugħ ċivili jew nixxigħat, jew jekk il-massa tal-ilma tkun inkluża fir-Reġistru taż-Żoni Protetti stabbilit bid-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) jew jekk ir-rata medja tal-fluss tal-ilma tkun > 5m3/s,
— għandu jkun hemm sistema magħluqa għall-irkupru tal-ilma tal-iskart sabiex jiġi evitat t-tixrid tal-iskart tal-qtugħ fl-ambjent u li titfa’ fis-sistema tar-riċiklaġġ. L-ilma għandu jkun kontenut fil-qrib sewwa tal-post fejn jintuża fil-ħidmiet tal-barrieri u għandu mbagħad jgħaddi minn pajpijiet magħluqa lejn l-impjant adattat tal-proċessar. Wara li jitnaddaf, l-ilma għandu jiġi rriċiklat.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi l-kalkolu tal-“marka” totali tiegħu (ippiżata kif xieraq), u dejta relatata għal kull wieħed mis-sitt indikaturi (li turi fost l-oħrajn li kull marka hija ogħla mill-marka minima, jekk jkun hemm waħda), skont il-matriċi tal-paġna ta' wara u l-istruzzjonijiet korrispondenti fl-Appendiċi Tekniku – A1. L-applikant għandu jipprovdi wkoll dokumentazzjoni xierqa u/jew dikjarazzjonijiet li jixhdu l-konformità mal-kriterji kollha msemmija hawn fuq.
Matriċi għall-immarkar tal-ġestjoni tal-estrazzjoni tal-materja prima tal-ġebel naturali
Indikatur |
Noti |
Marka |
||||
5 (eċċellenti) |
3 (tajjeb) |
1 (suffiċjenti) |
limitu |
Piżijiet relattivi |
||
I.1. Proporzjon tar-riċiklaġġ tal-ilma |
Ara l-Appendiċi Tekniku - A3 |
> 80 |
80 – 70 |
69 – 65 |
< 65 |
W3 |
I.2. proporzjon tal-impatt tal-barriera |
m2 erja affettwata (faċċata tal-barriera + erja attiva tar-rimi) / m2 erja awtorizzata [%] |
< 15 |
15 – 30 |
31 – 50 |
> 50 |
W1, W2 |
I.3. Ħela ta' riżorsi naturali |
m3 materjal użabbli / m3 materjal estratt [%] |
> 50 |
50 – 35 |
34 – 25 |
< 25 |
— |
I.4. Kwalità tal-arja |
Valur annwali tal-limitu mkejjel matul it-tarf tal-erja tal-Barriera. PM 10 partikuli sospiżi [μg/Nm3] Metodu tal-ittestjar EN 12341 |
< 20 |
20 – 100 |
101 – 150 |
> 150 |
W2 |
I.5. Kwalità tal-ilma |
Solidi sospiżi [mg/l] Metodu tal-ittestjar ISO 5667 - 17 |
< 15 |
15 – 30 |
31 – 40 |
> 40 |
W1, W2, W3 |
I.6. Storbju |
Imkejjel matul it-tarf tal-erja tal-Barriera (dB(A)) Metodu tal-ittestjar ISO 1996-1 |
< 30 |
30 – 55 |
56 – 60 |
> 60 |
W2 |
Lista tal-piżijiet (għandha tintuża biss meta speċifikat):
W1. Protezzjoni tal-ħamrija: (ippiżar: 0,3 – 0,8, ara t-tabella) għall-indikaturi tal-proporzjon tal-impatt tal-barriera (I.2) u tal-kwalità tal-ilma (I.5), jitqiesu tliet valuri differenti ta’ piżijiet, bħala funzjoni tal-potenzjalitajiet tal-użu tal-art (għad-dettalji ara l-Appendiċi Tekniku – A1):
Protezzjoni tal-ħamrija |
Klassijiet I – II |
Klassijiet III – IV – V |
Klassijiet VI – VII – VIII |
Piż |
0,3 |
0,5 |
0,8 |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa, fosthom mappa, dwar il-klassifika tal-kapaċità tal-art tas-sit tal-barriera.
W2. Densità tal-popolazzjoni taż-żoni abitati f’raġġ ta' 5 km (distanza) mis-sit tal-barriera: (ippiżar: 0.5 – 0.9, ara t-tabella) l-indikaturi tal-Proporzjon tal-impatt tal-barriera (I.2), tal-kwalità tal-arja (I.4), tal-kwalità tal-ilma (I.5) u tal-istorbju (I.6) huma ppiżati abbażi ta' tliet meded ta' densità:
Densità tal-popolazzjoni |
> 100 abitant/km2 |
20 sa 100 abitant/km2 |
< 20 abitant/km2 |
Piż |
0,5 (0,6) |
0,7 (0,84) |
0,9 |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi mappa u dokumentazzjoni xierqa sabiex tiġi vverifikata d-densità tal-popolazzjoni li tinsab f’raġġ ta' 5 km (distanza) mit-tarf tal-barriera (erja awtorizzata). Fil-każ ta’ barrieri eżistenti u espansjoni tal-abitat fl-erja kkonċernata, għandu jintuża l-fattur tal-piż indikat bejn il-parenteżi. Dan ma jirreferix għall-estensjonijiet maġġuri ta' erjas diġà awtorizzati ta’ dawn il-barrieri (> 75 %).
W3. (ippiżar: 0,5) - Jekk il-barriera tinterferixxi ma' mases ta’ ilma tal-wiċċ (rata medja < 5m3/s) ikun hemm piż ta’ 0,5 fuq iż-żewġ indikaturi tal-proporzjon tar-riċiklaġġ tal-ilma (I.1) u tal-kwalità tal-ilma (I.5).
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa sabiex juri jekk ikunx hemm interferenzi bejn il-barriera u l-massa tal-ilma tal-wiċċ jew le.
1.2. Ġestjoni tal-estrazzjoni (għall-prodotti kollha tal-kisi iebes)
Il-materja prima użata fil-produzzjoni tal-kisi iebes għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin għall-attivitajiet relatati mal-estrazzjoni:
Parametru |
Rekwiżit |
Proġett tal-attività tal-estrazzjoni u tar-riabilitazzjoni tal-ambjent |
L-applikant għandu jipprovdi rapport tekniku li jinkludi d-dokumenti li gejjin: l-awtorizzazzjoni tal-attività tal-estrazzjoni; il-pjan tar-riabilitazzjoni tal-ambjent u/jew rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali; il-mappa li tindika fejn qiegħda l-barriera; id-dikjarazzjoni tal-konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (1) (habitat) u d-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE (2) (għasafar) (3). F'żoni barra mill-Komunità, huwa meħtieġ rapport tekniku simili li juri l-konformità mal-konservazzjoni tad-Diversità Bijoloġika tal-NU (1992) u jipprovdi informazzjoni dwar kwalunkwe strateġija u pjan ta' azzjoni nazzjonali, jekk disponibbli. |
(1) ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7. (2) ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1. (3) Għal informazzjoni dettaljata ara http://ec.europa.eu/environment/nature/index_en.htm |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi d-dejta u d-dokumenti relatati inkluża mappa taż-żona. Jekk l-attività tal-estrazzjoni mhijiex ġestita direttament mill-produtturi, id-dokumentazzjoni għandha tintalab dejjem mingħand l-estrattur(i).
2. L-għażla tal-materji prima (għall-prodotti kollha tal-kisi tal-art)
Dawn ir-rekwiżiti japplikaw kemm għall-materja prima u sekondarja jew irkuprata użata fil-proċessi tal-produzzjoni u għall-prodotti semiproċessati ( 4 ) (taħlitiet) li jinxtraw esternament (jiġifieri l-fornituri għandhom jikkonformaw ukoll mal-kriterji.)
2.1. Assenza ta' frażijiet ta' riskju fil-materja prima
L-ebda sustanza jew preparazzjoni li għandha, jew li tista’ tingħatalha waqt l-applikazzjoni, xi waħda minn dawn il-frażijiet ta’ riskju li ġejjin (jew kombinazzjonijiet tagħhom):
— R45 (jisgħu jikkawżaw l-kanċer),
— R46 (jistgħu jikkawżaw ħsara ġenetika li tintiret),
— R49 (jistgħu jikkawżaw l-kanċer permezz tal-ġbid tan-nifs),
— R50 (tossiċi ħafna għall-organiżmi akwatiċi),
— R51 (tossiċi għall-organiżmi akkwatiċi),
— R52 (jagħmlu l-ħsara lill-organiżmi akkwatiċi),
— R53 (jistgħu jikkawżaw effetti negattivi li jdumu fit-tul fl-ambjent akkwatiku),
— R54 (tossiċi għall-flora),
— R55 (tossiċi għall-fawna),
— R56 (tossiċi għall-organiżmi tal-ħamrija),
— R57 (tossiċi għan-naħal),
— R58 (jistgħu jikkaġunaw effetti negattivi li jdum fit-tul fl-ambjent),
— R59 (perikolużi għas-saff tal-ożonu),
— R60 (jistgħu jagħmlu ħsara lill-fertilità),
— R61 (jistgħu jikkawżaw ħsara lit-trabi li għadhom ma twildux),
— R62 (riskju possibbli li jagħmlu ħsara lill-fertilità),
— R63 (riskju possibbli li jagħmlu ħsara lit-trabi li għandhom ma twildux),
— R68 (riskju possibbli ta’ effetti irriversibbli),
kif stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (id-Direttiva dwar is-Sustanzi Perikolużi) ( 5 ), u fid-dawl tad-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-Direttiva dwar il-Preparazzjonijiet Perikolużi) ( 6 ), ma tista' tiżdied mal-materja prima.
Alternattivament, il-klassifikazzjoni tista' titqies skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ). F'dan il-każ l-ebda sustanza jew preparazzjoni ma tista' tiżdied mal-materja prima li għandha, jew li tista’ tingħatalha waqt l-applikazzjoni, dikjarazzjonijiet ta' periklu li ġejjin (jew kombinazzjonijiet tagħhom): H350, H340, H350i, H400, H410, H411, H412, H413, EUH059, H360F, H360D, H361f, H361d, H360FD, H361fd, H360Fd, H360Df, H341.
Minħabba l-vantaġġi ambjentali tar-riċiklaġġ tal-materjali, dawn il-kriterji ma japplikawx għall-kwota tal-materjali riċiklati f'sistema magħluqa ( 8 ) użati fil-proċess u kif iddefinit fl-Appendiċi A2.
Valutazzjoni u verifika: fit-termini ta’ analiżi kimika u mineraloġika, il-formulazzjoni tal-materjal għandha tiġi pprovduta mill-applikant flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-konformità mal-kriterji msemmija hawn fuq.
2.2. Limitazzjoni tal-preżenza ta' xi sustanzi fl-addittivi (għall-madum glejżjat biss)
Meta fil-gleżjar jintużaw iċ-ċomb, il-kadmju u l-antimonju (jew kwalunkwe mill-komponenti tagħhom), il-kontenut tagħhom ma għandux jaqbeż il-limiti speċifiċi li ġejjin:
(% f'piż tal-glejż (1)) |
|
Parametru |
Limitu |
Ċomb |
0,5 |
Kadmju |
0,1 |
Antimonju |
0,25 |
(1) Il-glejż huwa s-sustanzi kollha applikati fuq il-wiċċ tal-madum bejn l-iffurmar tal-madum u l-fażi tal-ħamja. |
Valutazzjoni u verifika: fit-termini ta’ analiżi kimika u mineraloġika, il-formulazzjoni tal-materjal għandha tiġi pprovduta mill-applikant flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-konformità mal-limiti msemmija hawn fuq.
2.3. Limitazzjoni tal-preżenza ta' ażbestos u reżini tal-poliester fil-materjali
Ma għandu jkun l-ebda ażbestos fil-materja prima użata għall-prodotti naturali u proċessati, kif stipulat fid-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE ( 9 ).
L-użu tar-reżini tal-poliester fil-produzzjoni għandu jkun limitat b’10 % tal-piż totali tal-materja prima.
Valutazzjoni u verifika: fit-termini ta’ analiżi kimika u mineraloġika, il-formulazzjoni tal-materjal għandha tiġi pprovduta mill-applikant flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti msemmija hawn fuq.
3. Il-ħidmiet tal-finitura (għall-prodotti naturali biss)
Il-ħidmiet tal-finitura fuq il-prodotti naturali għandhom isiru skont ir-rekwiżiti li ġejjin:
Parametru |
Limiti (aċċettati) |
Metodu tal-ittestjar |
Emissjonijiet ta' partikuli fl-arja |
PM10 < 150 μg/Nm3 |
EN 12341 |
Emissjonijiet ta' stirene fl-arja |
< 210 mg/Nm3 |
|
Proporzjon tar-riċiklaġġ tal-ilma |
|
Appendiċi Tekniku – A3 |
Emissjonijiet ta' solidi sospiżi fl-ilma |
< 40 mg/l |
ISO 5667-17 |
Emissjonijiet Cd fl-ilma |
< 0,015 mg/l |
ISO 8288 |
Emissjonijiet Cr(VI) fl-ilma |
< 0,15 mg/l |
ISO 11083 |
Emissjonijiet Fe fl-ilma |
< 1,5 mg/l |
ISO 6332 |
Emissjonijiet Pb fl-ilma |
< 0,15 mg/l |
ISO 8288 |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi l-analiżi korrispondenti u r-rapporti tat-testijiet għall kull parametru tal-emissjoni mkejjel fil-punti kollha tal-emissjoni. Meta ma jiġi speċifikat l-ebda test, jew jissemma bħala għall-użu fil-verifika jew fil-monitoraġġ, il-entitajiet kompetenti għandhom joqogħdu kif xieraq fuq id-dikjarazzjonijiet u d-dokumentazzjoni pprovduti mill-applikant u/jew minn verifiki indipendenti.
4. Il-proċess tal-produzzjoni (għall-prodotti proċessati biss)
4.1. Konsum ta' enerġija
Il-konsum tal-enerġija għandu jiġi kkalkolat bħala rekwiżit tal-enerġija għall-proċess (PER) għall-ġebel agglomerat u l-madum terrazzo jew bħala rekwiżit tal-enerġija għall-ħami(ERF) għall-madum taċ-ċeramika u l-madum tat-tafal.
(a) Il-limitu tar-rekwiżit tal-enerġija għall-proċess (PER)
Ir-rekwiżit tal-enerġija għall-proċess (PER) għall-proċessi tal-produzzjoni tal-ġebel agglomerat u l-madum terrazzo ma għandux jaqbeż il-livelli li ġejjin:
Rekwiżit (MJ/kg) |
Metodu tal-ittestjar |
|
Ġebel agglomerat |
1,6 |
Appendiċi tekniku – A4 |
Madum terrazzo |
1,3 |
Appendiċi tekniku – A4 |
Nota: ir-rekwiżiti kollha huma espressi f'MJ kull kg ta' prodott finali lest għall-bejgħ. Dan il-kriterju ma japplikax għall-unitajiet taċ-ċangatura tal-konkrit.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jikkalkula l-PER skont l-istruzzjonijiet fl-Appendiċi Tekniku – A4 u jipprovdi r-riżultati u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn relatati.
(b) Il-limitu tar-rekwiżit tal-enerġija għat-tisjir (ERF)
Il-fażijiet tar-rekwiżit tal-enerġija għall-ħami (ERF) għall-madum taċ-ċeramika u l-madum tat-tafal ma għandhomx jaqbżu r-rekwiżiti li ġejjin:
Rekwiżit (MJ/kg) |
Metodu tal-ittestjar |
|
Madum taċ-ċeramika u tat-tafal |
3,5 |
Appendiċi tekniku – A4 |
Nota: rekwiżit espress f'MJ kull kg ta' prodott finali lest għall-bejgħ.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jikkalkola l-ERF skont l-istruzzjonijiet fl-Appendiċi Tekniku – A4 u jipprovdi r-riżultati u d-dokumentazzjoni relatati ta’ sostenn.
4.2. Konsum u użu tal-ilma
(a) Il-konsum tal-ilma fil-fażi tal-produzzjoni, mill-preparazzjoni tal-materja prima sal-ħidmiet tal-ħami, għall-prodotti moħmija ma għandux jaqbeż ir-rekwiżiti li ġejjin:
(Litri/kg ta' prodott) |
|
Parametru |
Rekwiżit |
Konsum Speċifiku ta' Ilma Frisk (Cwp-a) |
1 |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi l-kalkolu tal-konsum speċifiku ta' ilma frisk kif indikat fl-Appendiċi Tekniku – A5. Għall-ilma frisk għandhom jitqiesu biss ilma tal-pjan, ilma baxx jew ilma mill-akwadotti.
(b) L-ilma tal-iskart prodott mill-proċess inkluż fil-katina tal-produzzjoni għandu jilħaq proporzjon tar-riċiklaġġ ta’ mill-anqas 90 %. Il-proporzjon tar-riċiklaġġ għandu jiġi kkalkolat bħala l-proporzjon bejn l-ilma tal-iskart irriċiklat jew irkuprat permezz tal-applikazzjoni ta' taħtilta ta' miżuri għall-ottomizzazzjoni tal-proċess u sistemi tat-trattament tal-ilma tal-iskart tal-proċess, internament jew esternament fl-impjant, u t-total tal-ilma li ma jibqax fil-proċess, kif iddefinit f’Appendiċi Tekniku – A3.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi l-kalkolu tal-proporzjon tar-riċiklaġġ inkluża d-dejta mhux ipproċessata dwar it-total ta' ilma tal-iskart prodott, ilma rriċiklat u l-kwantità u s-sors ta' ilma frisk użat fil-proċess.
4.3. Emissjonijiet fl-arja
(a) Ġebel agglomerat
L-emissjonijiet fl-arja għall-parametri li ġejjin għall-proċess kollu tal-produzzjoni ma għandhomx jaqbżu dan li ġej:
Parametri |
Valur tal-limitu (mg/m2) |
Metodu tal-Ittestjar |
Materjal partikulat (Trab) |
300 |
EN 13284-1 |
Ossidi tan-nitroġenu (bħala NOx) |
1 200 |
EN 14792 |
Dijossidu tal-kubrit (SO2) |
850 |
EN 14791 |
Stirene |
2 000 |
— |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni u rapporti tat-testijiet xierqa għal kull parametru ta' emissjoni msemmi hawn fuq, skont l-indikazzjonijiet tal-Appendiċi Tekniku – A6. Meta ma jiġi speċifikat l-ebda metodu ta' ttestjar, jew jissemma bħala għall-użu fil-verifika jew fil-monitoraġġ, l-entitajiet kompetenti għandhom joqogħdu kif xieraq fuq id-dikjarazzjonijiet u d-dokumentazzjoni provduti mill-applikant u/jew fuq verifiki indipendenti.
(b) Madum taċ-ċeramika
L-emissjonijiet totali fl-arja ta' materjali partikulati għall-pressa, il-glejżar u t-tnixxif bl-isprej (“emissjonijiet kiesħa”) ma għandhomx jaqbżu 5 g/m2.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni u rapporti tat-testijiet xierqa, skont l-indikazzjonijiet tal-Appendiċi Tekniku – A6.
L-emissjonijiet fl-arja fil-fażi tat-tisjir biss ma għandhomx jaqbżu dan li ġej:
Parametri |
Valur tal-limitu (mg/m2) |
Metodu tal-Ittestjar |
Materjal partikulat (Trab) |
200 |
EN 13284-1 |
Fluworidi (bħala HF) |
200 |
ISO 15713 |
Ossidi tan-nitroġenu (bħala NOx) |
2 500 |
EN 14792 |
Dijossidu tal-kubrit (SO2) Kontenut ta' kubrit fil-materja prima ≤ 0,25 % |
1 500 |
EN 14791 |
Dijossidu tal-kubrit (SO2) Kontenut ta' kubrit fil-materja prima > 0,25 % |
5 000 |
EN 14791 |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni u rapporti tat-testijiet xierqa għal kull parametru ta' emissjoni msemmi hawn fuq, skont l-indikazzjonijiet tal-Appendiċi Tekniku – A6.
(c) Madum tat-tafal
L-emissjonijiet fl-arja għall-parametri li ġejjin għall-fażi tat-tisjir tal-madum tat-tafal ma għandhomx jaqbżu l-limiti speċifiċi kkalkolati bil-formula:
Valur (mg/m2) = Rata tal-emissjoni (mg/[m2 (erja) × cm (ħxuna)])
li t-tabella li ġejja tirreferi għaliha:
Parametri |
Rata tal-emissjoni (mg/m2* cm) |
Valur tal-limitu (mg/m2) |
Metodu tal-Ittestjar |
Materjal partikulat (Trab) |
250 |
1 000 |
EN 13284 |
Fluworidi (bħala HF) |
200 |
800 |
ISO 15713 |
Ossidi tan-nitroġenu (bħala NOx) |
3 000 |
12 000 |
EN 14792 |
Dijossidu tal-kubrit (SO2) |
2 000 |
8 000 |
EN 14791 |
Il-limiti kkalkolati b'dan il-mod ma għandhomx jaqbżu l-limiti tal-valuri mogħtija fit-tabella.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni u rapporti tat-testijiet xierqa għal kull parametru ta' emissjoni msemmi hawn fuq, skont l-indikazzjonijiet tal-Appendiċi Tekniku – A6.
(d) Madum terrazzo u l-unitajiet taċ-ċangatura tal-konkrit
L-emissjonijiet fl-arja għall-parametri li ġejjin għall-proċess kollu tal-produzzjoni ma għandhomx jaqbżu l-valuri li ġejjin:
Parametri |
Limitu (mg/m2) |
Metodu tal-Ittestjar |
Materjal partikulat (Trab) |
300 |
EN 13284-1 |
Ossidi tan-nitroġenu (bħala NOx) |
2 000 |
EN 14792 |
Dijossidu tal-kubrit (SO2) |
1 500 |
EN 14791 |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni u rapporti tat-testijiet xierqa għal kull parametru ta' emissjoni msemmi hawn fuq, skont l-indikazzjonijiet tal-Appendiċi Tekniku – A6.
4.4. Emissjonijiet fl-ilma
Wara t-trattament tal-ilma tal-iskart, sewwa jekk fis-sit u sewwa jekk ‘il barra minnu, il-parametri ma għandhomx jaqbżu l-limiti li ġejin:
Parametru |
Limitu |
Metodi tal-ittestjar |
Emissjonijiet ta' solidi sospiżi fl-ilma |
40 mg/l |
ISO 5667-17 |
Emissjonijiet Cd fl-ilma |
0,015 mg/l |
ISO 8288 |
Emissjonijiet Cr(VI) fl-ilma |
0,15 mg/l |
ISO 11083 |
Emissjonijiet Fe fl-ilma (1) |
1,5 mg/l |
ISO 6332 |
Emissjonijiet Pb fl-ilma |
0,15 mg/l |
ISO 8288 |
(1) Il-parametru Fe huwa applikabbli għall-prodotti proċessati kollha minbarra għall-madum taċ- ċeramika. |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni u rapporti ta' testijiet xierqa li juru l-konformità ma’ dan il-kriterju.
4.5. Siment
L-użu tal-materja prima għall-produzzjoni tas-siment għandu jkun konsistenti mal-ġestjoni tal-estrazzjoni għar-rekwiżiti tal-prodotti proċessati (il-Kriterju 1.2).
Dawk il-prodotti li jużaw is-siment fil-proċess tal-produzzjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
— is-siment inkluż f’kwalunkwe prodott għandu jiġi prodott bl-użu ta’ mhux iktar minn 3 800 MJ/t ta' rekwiżit ta' enerġija għall-proċess (PER), ikkalkolat kif spjegat fl-Appendiċi Tekniku – A4,
— is-siment inkluż f’kwalunkwe prodott għandu jiġi prodott f'rispett tal-limiti tal-emissjonijiet fl-arja li ġejjin:
—
Parametru |
Massimu Attwali (g/t) |
Metodi tal-ittestjar |
Trab |
65 |
EN 13284-1 |
SO2 |
350 |
EN 14791 |
NOx |
900 |
EN 14792 |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi r-rapporti tat-testijiet u d-dokumentazzjoni relevanti u relatati mal-PER u l-emissjonijiet fl-arja li joriġinaw mill-poduzzjoni tas-siment.
5. Ġestjoni tal-iskart
L-impjanti kollha involuti fil-produzzjoni tal-prodott għandu jkollhom sistema għal ġestjoni tal-iskart u l-prodotti residwi li joriġinaw mill-produzzjoni tal-prodott. Is-sistema għandha tkun iddokumentata u spjegata fil-formula tal-applikazzjoni u għandha mill-anqas tinkludi informazzjoni dwar it-tliet punti li ġejjin:
— proċeduri għas-separazzjoni u l-użu ta’ materjali riċiklabbli mill-iskart prodott,
— proċeduri għar-riċiklu tal-materjali għal użi oħra,
— proċeduri għall-ġestjoni u r-rimi tal-iskart perikoluż.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa.
5.1. Ġestjoni tal-iskart (għall-prodotti naturali biss)
L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa dwar il-ġestjoni tal-iskart li joriġina mill-barriera u mill-ħidmiet ta' finitura. Il-ġestjoni tal-iskart u l-użu mill-ġdid tal-prodotti sekondarji (il-qtugħ inkluż) għandhom jiġu ddikjarati.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità mar-rekwiżiti skont id-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ).
5.2. Irkupru tal-iskart (għall-prodotti pproċessati biss)
L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa dwar il-proċeduri adottati għar-riċiklaġġ tal-prodotti sekondarji li joriġinaw mill-proċess. L-applikant għandu jipprovdi rapport li jinkludi l-informazzjoni li gejja:
— tip u kwantità ta' skart irkuprat,
— tip ta' rimi,
— informazzjoni dwar l-użu mill-ġdid (internament jew esternament mill-proċess tal-produzzjoni) tal-iskart u l-materjali sekondarji fil-produzzjoni ta' prodotti ġodda.
Mill-anqas 85 % (skont il-piż) tal-iskart totali ġġenerat mill-proċess jew mill-proċessi ( 11 ) għandhom jiġu rkuprati skont il-kundizzjonijiet u d-definizzjonijiet ġenerali stabbiliti bid-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE ( 12 ).
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa msejsa fuq, per eżempju, il-karti tal-bilanċ tal-massa u/jew is-sistemi tar-rappurtar ambjentali li juru r-rati tal-irkupru miksuba esternament jew internament, per eżempju, permezz tar-riċiklaġġ, l-użu mill-ġdid jew ir-riklamazzjoni/riġenerazzjoni.
6. Fażi tal-użu
6.1. Rilaxx ta' sustanzi perikolużi (madum glejżjat biss)
Sabiex jiġi kkontrollat ir-rilaxx potenzjali ta' sustanzi perikolużi fil-fażi tal-użu u fit-tmiem tal-ħajja tal-maduma gglejżjata, il-prodotti għandhom jiġu vverifikati skont it-test EN ISO 10545-15. Ma għandhomx jinqabżu l-limiti li ġejjin:
Parametru |
Limitu (mg/m2) |
Metodu tal-ittestjar |
Pb |
80 |
EN ISO 10545-15 |
Cd |
7 |
EN ISO 10545-15 |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi analiżi u rapporti ta' testijiet rigward il-parametri tal-emissjonijiet imsemmija hawn fuq. Dan għandu jinkludi dikjarazzjoni tal-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE ( 13 ) u mal-istandards armonizzati rilevanti maħluqa mis-CEN hekk kif jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropej.
7. Imballaġġ
Il-kartun użat għall-imballaġġ tal-prodott finali għandu jkun iddiżinjat biex jerġa’ jintuża jew 70 % minnu jkunu magħmul minn materjali riċiklati.
Valutazzjoni u verifika: kampjun tal-imballaġġ tal-prodott għandu jingħata flimkien ma' dikjarazzjoni korrispondenti ta’ konformità mar-rekwiżiti kollha.
8. Kemm hu tajjeb għall-użu
Il-prodott għandu jkun tajjeb għall-użu. Din l-evidenza tista' tinkludi dejta minn metodi ISO, CEN jew ekwivalenti ta' ttestjar xierqa, bħalma huma proċeduri ta' ttestjar nazzjonali jew interni.
Għandha tiġi speċifikata b'mod ċar indikazzjoni tat-tip ta' użu li għalih huwa tajjeb il-prodott: ħajt, art jew ħajt/art jekk adatt għaż-żewġ għanijiet.
Valutazzjoni u verifika: għandhom jingħataw id-dettalji tal-proċeduri tat-testijiet u r-riżultati, flimkien ma’ dikjarazzjoni illi l-prodott huwa tajjeb għal użu abbażi ta' kull informazzjoni oħra dwar l-aħjar applikazzjoni mill-utent aħħari. Skont id-Direttiva 89/106/KEE prodott huwa preżunt tajjeb għall-użu jekk jikkonforma ma’ standard armonizzat, approvazzjoni teknika Ewropea jew speċifikazzjoni teknika mhux armonizzata rikonoxxuta fil-livell Komunitarju. It-timbru tal-konformità “CE” għall-prodotti tal-bini jipprovdi lill-prodotturi b'attestazzjoni tal-konformità li tingħaraf faċilment u tista' titqies suffiċjenti f'dan il-kuntest.
9. Informazzjoni għall-konsumatur
Il-prodott għandu jinbiegħ bl-infromazzjoni rilevanti għall-utent, li tipprovdi pariri dwar l-aħjar użu ġenerali, tekniku u xieraq tal-prodott kif ukoll dwar il-manutenzjoni tiegħu. Għandu jkollu l-informazzjoni li ġejja fuq l-imballaġġ u/jew fid-dokumentazzjoni li takkumpanja l-prodott:
(a) l-informazzjoni li l-prodott ingħata l-eko-tikketta Komunitarja flimkien ma’ spjega qasira imma speċifika dwar it-tifsira ta' dan flimkien mal-informazzjoni ġenerali prevista fil-kaxxa 2 tal-logo;
(b) rakkomandazzjonijiet dwar l-użu u l-manutenzjoni tal-prodott. Din l-infromazzjoni għandha tenfasizza l-istruzzjonijiet rilevanti kollha partikolarment dawk li jirreferu għall-manutenzjoni u l-użu tal-prodotti. Kif xieraq, għandha ssir referenza għall-karatteristiċi tal-użu tal-prodott f’kundizzjonijiet klimatiċi diffiċli u kundizzjonijiet oħra, per eżempju r-reżistenza għall-ġlata/l-assorbiment tal-ilma, ir-reżistenza għat-tbajja, ir-reżistenza għall-kimiċi, it-tħejjija meħtieġa tas-sodda, l-istruzzjonijiet tat-tindif u t-tipi rrakkomandati ta’ aġenti tat-tindif u tal-intervalli taż-żmien bejn it-tindif. L-informazzjoni għandha tinkludi wkoll kwalunkwe indikazzjoni possibbli dwar it-tul potenzjali tal-ħajja mistennija tal-prodott f’termini tekniċi, jew bħala medja jew bħala firxa tal-valur;
(c) indikazzjoni ta' kif isir ir-riċiklaġġ jew ir-rimi;
(d) informazzjoni dwar l-eko-tikketta Komunitarja u l-gruppi ta’ prodotti relatati magħha, inkluż it-test li ġej (jew l-ekwivalenti): “għal iktar informazzjoni żur il-website tal-eko-tikketta tal-UE: http://www.ecolabel.eu”
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kampjun tal-imballaġġ u/jew it-testi magħluqa fih.
10. Informazzjoni li tidher fuq l-eko-tikketta
Il-Kaxxa 2 tal-eko-tikketta għandha tinkludi t-test li ġej:
Prodotti naturali:
— impatt imnaqqas tal-estrazzjoni fuq il-habitat u r-riżorsi naturali,
— emissjonijiet limitati mill-ħidmiet ta' finitura,
— informazzjoni aħjar għall-konsumatur u l-ġestjoni tal-iskart.
Prodotti pproċessati:
— konsum imnaqqas ta’ enerġija fil-proċessi tal-produzzjoni,
— emissjonijiet imnaqqsa fl-arja u fl-ilma,
— informazzjoni aħjar għall-konsumatur u l-ġestjoni tal-iskart.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kampjun tal-imballaġġ u/jew it-testi magħluqa fih.
Appendiċi tekniku għal kisi iebes
L-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġ ikkalkolata, imkejla jew ittestjata għall-perjodu immedjatament qabel l-applikazzjoni. Il-kejl għandu jkun rappreżentattiv għas-sensiliet rispettivi tat-testijiet u għandu jkun konsistenti għall-partijiet kollha tal-applikazzjoni kif xieraq.
A1 Estrazzjoni tal-materja prima – definizzjonijiet tal-indikaturi u l-piżijiet
L-espressjoni “ilma taħt l-art ikkonfinat” tidentifika ilma taħt l-art artesjan.
Ir-rata medja tal-korsija tal-ilma li tinterferixxi mal-barriera għandha tiġi kkalkolata billi titqies l-erja awtorizzata tal-barriera kkunsidrata. Il-kalkolu għandu jsir billi s-sezzjoni tal-massa tal-ilma tiġi mmultiplikata bil-veloċità tal-ilma. Il-valuri għandhom ikunu rappreżentattivi ta’ mill-anqas 12-il xahar.
I.1. Proporzjon tar-riċiklaġġ tal-ilma
Ara A3.
I.2. proporzjon tal-impatt tal-barriera
Il-kalkolu tal-I.2 jikkonsisti fil-kejl tal-erja affetwata li tinkludi l-faċċata tal-barriera u l-erjas tar-rimi, u l-erja awtorizzata. Dawn l-erjas għandhom jitkejlu waqt attivitajiet ta’ ħidma.
I.3. Skart ta’ riżorsi naturali
Il-kalkolu tal-I.3 jikkonsisti fl-evalwazzjoni tal-matejal użabbli u tal-volum totali estratt kull sena. Il-materjal użabbli jirreferi għall-volum kollu li jista’ jintuża f’xi proċess: per eżempju, il-blokki kummerċjali, il-materjali aggregati u kull ħaġa oħra adatta għal proċessar ulterjuri u użu.
I.4. Kwalità tal-arja
Dan l-indikatur huwa deskritt fid-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE ( 14 ). Il-kalkolu tal-I.4 jikkonsisti fil-kejl, matul it-tarf tal-erja tal-barriera, tal-partikuli sospiżi PM 10 abbażi tar-rekwiżiti speċifiċi tal-metodu tal-ittestjar u d-disposizzjonijiet ġenerali ta’ dik id-Direttiva (il-PM 10 huma ddefiniti fl-Artikolu 2(11)). Il-metodu tal-ittestjar huwa ddefinit fl-EN 12341.
I.5. Kwalità tal-ilma
Dan l-indikatur iqis l-emissjonijiet totali ta’ solidi sospiżi wara t-trattament tal-ilma tal-wiċċ li jkun ħiereġ ’il barra mis-sit tal-barriera. Il-kalkolu tal-I.5 jikkonsisti fil-kejl tas-solidi sospiżi kollha bl-użu tal-metodu tal-ittestjar li jidher fl-ISO 5667-17.
I.6. Storbju
Dan l-indikatur iqis l-livell ta’ storbju rreġistrat matul it-tarf tal-erja tal-barriera. Il-ħsejjes mhux implussivi għandhom jitkejlu. Il-kalkolu tal-I.6 jikkonsisti fil-kejl tal-istorbju bl-użu tal-metodu tal-ittestjar li jidher fl-ISO 1996-1.
W1. Klassifikazzjoni tal-kapaċità tal-protezzjoni tal-ħamrija/l-art
Skont l-indikazzjoni tal-Bureau Ewropew tal-Ħamrija, l-art hija ggradata fi tmien klassijiet ta’ kapaċità abbażi tal-potenzjalitajiet tagħha u tal-gravità tal-limitazzjonijiet tagħha għat-tkabbir tal-uċuħ tar-raba’. Deskrizzjoni indikattiva tal-klassijiet hija kif ġej:
— ħamrija tal-Klassi I għandha limitazzjonijiet ħfief li jirrestrinġu l-użu tagħha,
— ħamrija tal-Klassi II għandha limitazzjonijiet moderati li jnaqqsu l-għażla tal-pjanti jew li jeħtieġu prattiċi moderati għall-konservazzjoni,
— ħamrija tal-Klassi III għandha limitazzjonijiet severi li jnaqqsu l-għażla tal-pjanti jew jeħtieġu prattiċi speċjali għall-konservazzjoni, jew it-tnejn,
— ħamrija tal-Klassi IV għandha limitazzjonijiet severi li jirrestrinġu l-għażla tal-pjanti jew jeħtieġu ġestjoni b’attenzjoni kbira, jew it-tnejn,
— ħamrija tal-Klassi V għandha ftit jew l-ebda riskju ta’ erożjoni imma għandha limitazzjonijiet oħra, li mhux prattiku li tneħħihom, li jillimitaw l-użu tagħha l-aktar għall-mergħa, il-kaċċa, il-foresti jew għall-ikel u l-kenn tas-selvaġġina,
— ħamrija tal-Klassi VI għandha limitazzjonijiet severi li ġeneralment jagħmluha inadatta għall-koltivazzjoni u jillimitaw l-użu tagħha l-aktar għall-mergħa, il-kaċċa, il-foresti jew għall-ikel u l-kenn tas-selvaġġina,
— ħamrija tal-Klassi VII għandha limitazzjonijiet severi ħafna li jagħmluha inadatta għall-koltivazzjoni u li jirristrinġu l-użu tagħha l-aktar għall-mergħa, il-foresti jew is-selvaġġina,
— ħamrija u erjas mixxellanji tal-Klassi VIII għandhom limitazzjonijiet li ma jippermettux l-użu għall-produzzjoni kummerċjali tal-pjanti u jillimitaw l-użu tagħhom għall-għanijiet tar-rikreazzjoni, is-selvaġġina, jew il-provvista tal-ilma jew l-estetika.
A2 Għażla tal-materja prima
“Riċiklaġġ f’sistema magħluqa” tfisser ir-riċiklaġġ ta’ prodott tal-iskart fl-istess tip ta’ prodott; għal “materjal Sekondarju” li jinħoloq minn proċess tal-produzzjoni (bħall-fdalijiet u dak li jibqa’), “riċiklaġġ f’sistema magħluqa” tfisser li l-materjal jerġa’ jintuża fl-istess proċess.
A3 Proporzjon tar-riċiklaġġ tal-ilma
Il-kalkolu tal-proporzjon tar-riċiklaġġ tal-ilma għandu jkun konsistenti mal-formula li ġejja msejsa fuq ir-rati enfasizzati fil-Figura A1.
Figura A1: L-iskema tal-fluss tal-ilma li għandha tintuża għall-kalkolu tal-Proporzjon tar-Riċiklaġġ tal-Ilma ( 15 )
L-ilma tal-iskart tfisser biss l-ilma użat fl-impjanti tal-proċessar u ma jinkludix l-ilma frisk li jiġi mix-xita u l-ilma ta’ taħt il-ħamrija.
A4 Kalkolu tal-konsum tal-enerġija (PER, ERF)
Meta jingħata kalkolu tar-rekwiżit tal-enerġija għall-proċess (PER) jew ir-rekwiżit tal-enerġija għat-tisjir (ERF), għandhom jitqiesu t-trasportaturi korretti tal-enerġija għall-impjant kollu jew għall-fażi tat-tisjir biss. Il-valuri grossi kalorifiċi (il-valur l-għoli tas-sħana) tal-fjuwil għandhom jintużaw biex l-unitajiet tal-enerġija jiġu kkonvertiti f’MJ (it-Tabella A1). Fil-każ li jintuża fjuwil ieħor, għandu jissemma l-valur kalorifiku użat għall-kalkolu. L-elettriku jfisser l-elettriku nett impurtat li jkun ġej mill-grid u l-ġenerazzjoni interna tal-elettriku mkejla bħala qawwa elettrika.
L-evalwazzjoni tal-PER għall-produzzjoni tal-ġebel agglomerat għandha tqis l-enerġija kollha li dieħla fl-impjant tal-produzzjoni kemm bħala fjuwil kif ukoll bħala elettriku.
L-evalwazzjoni tal-PER għall-produzzjoni tal-madum terrazzo għandha tqis l-enerġija kollha li dieħla fl-impjant tal-produzzjoni kemm bħala fjuwil kif ukoll bħala elettriku.
L-evalwazzjoni tar-ERF għall-produzzjoni tal-madum taċ-ċeramika għandha tqis l-enerġija kollha li dieħla fl-ifran bħala fjuwil fil-fażi tat-tisjir.
L-evalwazzjoni tar-ERF għall-produzzjoni tal-madum tat-tafal għandha tqis l-enerġija kollha li dieħla fl-ifran bħala fjuwil fil-fażi tat-tisjir.
L-evalwazzjoni tal-PER għall-produzzjoni tas-siment għandha tqis l-enerġija kollha li dieħla fis-sistema tal-produzzjoni kemm bħala fjuwil kif ukoll bħala elettriku.
Tabella A1
Tabella għall-kalkolu tar-PER jew tar-ERF (ara t-test għall-ispjegi)
Perjodu ta’ produzzjoni |
Jiem |
Minn |
Sa |
|
Produzzjoni (kg) |
||||
Fjuwil |
Kwantità |
Unitajiet |
Fattur ta’ konverżjoni |
Enerġija (MJ) |
Gass naturali |
kg |
54,1 |
||
Gass naturali |
Nm3 |
38,8 |
||
Butan |
kg |
49,3 |
||
Pitrolju |
kg |
46,5 |
||
Petrol |
kg |
52,7 |
||
Diżil |
kg |
44,6 |
||
Gas oil |
kg |
45,2 |
||
Żejt fjuwil tqil |
kg |
42,7 |
||
Faħam Xott tal-fwar |
kg |
30,6 |
||
Antraċite |
kg |
29,7 |
||
Faħam tal-injam |
kg |
33,7 |
||
Kokk Industrijali |
kg |
27,9 |
||
Elettriku (mill-grid) |
kWh |
3,6 |
||
Enerġija totali |
||||
Konsum speċifiku ta’ enerġija (MJ/kg ta’ prodott) |
A5 Kalkolu tal-konsum tal-ilma
Il-Konsum Speċifiku tal-Ilma Frisk għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
CWp-a = (Wp + Wa)/Pt
Cwp-a |
= |
Konsum Speċifiku tal-Ilma Frisk. Ir-riżultati huma espressi f’ m3/tunnellata, ekwivalenti għal l/kg; |
Pt |
= |
produzzjoni totali maħżuna f’tunnellati; |
Wp |
= |
ilma mill-bjar u intenzjonat esklussivament għall-użu industrijali (mingħajr l-ilma mill-bjar għall-użu domestiku, irrigazzjoni u kwalunkwe użu ieħor mhux industrijali), f’m3; |
Wa |
= |
ilma mill-akwadott u intenzjonat esklużivament għall-użu industrijali (mingħajr l-ilma mill-akwadott għall-użu domestiku, irrigazzjoni u kwalunkwe użu ieħor mhux industrijali), f’m3. |
Il-parametri tas-sistema japplikaw mill-materja prima sax-xogħol tat-tisjir.
A6 Emissjonijiet fl-arja (għall-prodotti pproċessati biss)
Il-fatturi tal-emissjonijiet tat-tniġġis fl-arja għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:
— għandha tiġi kkalkolata l-konċentrazzjoni tal-egżost tal-gass mitfugħ fl-ambjent għal kull parametru kkunsidrat fit-tabelli,
— il-kejl użat għall-kalkolu għandu jsiru permezz tal-metodi tal-ittestjar indikati fit-tabelli,
— il-kampjuni għandhom ikunu rappreżentattivi tal-produzzjoni kkunsidrata.
( 1 ) ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.
( 2 ) ĠU L 94, 11.4.2002, p. 13.
( 3 ) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.
( 4 ) Prodotti semiproċessati huma taħlitiet bilanċjati ta' materja prima differenti lesti biex jiddaħħlu fil-proċess tal-produzzjoni.
( 5 ) ĠU 196, 16.8.1967, p. 1.
( 6 ) ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.
( 7 ) ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.
( 8 ) “Riċiklaġġ f'ċirkuwitu magħluq” tfisser “ir-riċiklaġġ ta' prodott ta' skart fl-istess prodott. Għal materjal sekondarju li jinħoloq minn proċess tal-produzzjoni (bħall-fdalijiet u dak li jibqa’), ‘riċiklaġġ f'ċirkuwitu magħluq’ tfisser li l-materjali jerġgħu jintużaw fl-istess proċess”.
( 9 ) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201.
( 10 ) ĠU L 102, 11.4.2006, p. 15.
( 11 ) L-iskart mill-proċess ma jinkludix l-iskart tal-manutenzjoni, l-iskart organiku u l-iskart urban prodott minn attivitajiet awżiljari u tal-uffiċċju.
( 12 ) ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39.
( 13 ) ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12.
( 14 ) ĠU L 163, 29.6.1999, p. 41.
( 15 ) W tfisser l-ilma tal-iskart rilaxxat fl-ambjent.