02009D0477 — MT — 01.07.2018 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ Mejju 2009

li tippubblika f'forma konsolidata t-test tal-Konvenzjoni Doganali dwar it-trasport internazzjonali ta' oġġetti ta' merkanzija li jaqgħu taħt il-carnets TIR (Konvenzjoni TIR) tal-14 ta’ Novembru 1975 f'Ġinevra kif emendata minn dik id-data 'l hawn

(2009/477/KE)

(ĠU L 165 26.6.2009, p. 1)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

Emenda fil-Konvenzjoni Doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta' oġġetti li jaqgħu taħt il-Carnets TIR (Konvenzjoni TIR) tal-14 ta' Novembru 1975 ( 1 ) Skont in-Notifika dwar id-Depożitarji tan-NU C.N.387.2009.TREATIES-3 l-emenda li ġejja daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2009 għall-Partijiet Kontraenti kollha

  L 125

1

21.5.2010

►M2

Emenda għall-Konvenzjoni Doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ oġġetti ta’ merkanzija li jaqgħu taħt il-Carnets TIR (Konvenzjoni TIR, 1975 ( 2 )) Skont in-Notifika lid-Depożitarju tan-NU C.N.659.2011.TREATIES – 3 l-emendi segwenti għall-Konvenzjoni TIR jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2012 għall-Partijiet Kontraenti kollha

  L 66

1

6.3.2012

►M3

Emenda għall-Konvenzjoni Doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti ta’ Merkanzija li jaqgħu taħt il-Carnets TIR (Konvenzjoni TIR, 1975 ( 3 )) Skont in-Notifika lid-Depożitarju tan-NU C.N.326.2011.TRATTATI–2 l-emendi segwenti għall-Konvenzjoni TIR jidħlu fis-seħħ fit-13 ta’ Settembru 2012 għall-Partijiet Kontraenti kollha

  L 244

1

8.9.2012

►M4

Emenda għall-Konvenzjoni Doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta' oġġetti ta' merkanzija li jaqgħu taħt il-Carnets TIR (Konvenzjoni TIR, 1975 ( 4 )) 

  L 245

3

14.9.2013

►M5

Emenda għall-Konvenzjoni Doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta' oġġetti ta' merkanzija li jaqgħu taħt il-Carnets TIR (Konvenzjoni TIR, 1975) 

  L 346

1

2.12.2014

►M6

Emenda għall-Konvenzjoni Doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta' oġġetti ta' merkanzija li jaqgħu taħt il-Carnets TIR (Konvenzjoni TIR, 1975) 

  L 321

31

29.11.2016

►M7

Emendi tal-Konvenzjoni Doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta' oġġetti li jaqgħu taħt il-carnets TIR (il-Konvenzjoni TIR tal-1975) 

  L 99

1

19.4.2018




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ Mejju 2009

li tippubblika f'forma konsolidata t-test tal-Konvenzjoni Doganali dwar it-trasport internazzjonali ta' oġġetti ta' merkanzija li jaqgħu taħt il-carnets TIR (Konvenzjoni TIR) tal-14 ta’ Novembru 1975 f'Ġinevra kif emendata minn dik id-data 'l hawn

(2009/477/KE)



Artikolu 1

It-test tal-Konvenzjoni Doganali dwar it-trasport internazzjonali tal-oġġetti ta' merkanzija li jaqgħu taħt il-carnets TIR (Konvenzjoni TIR) tal-14 ta' Novembru 1975 kif emendata minn dik id-data sal-aħħar tal-2008 hija b'dan pubblikata għall-informazzjoni f'forma konsolidata fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.

L-emendi futuri għall-Konvenzjoni għandhom jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b'indikazzjoni tad-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.




ANNESS

KONVENZJONI DWAR IT-TRASPORT INTERNAZZJONALI TA’ MERKANZIJA LI TAQA’ TAĦT IL-CARNETS TIR (KONVENZJONI TIR, 1975)

Nota: Huma biss dak it-test tal-Konvenzjoni u tal-Annessi tagħha miżmuma fil-kustodja tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-kapaċità tiegħu bħala depożitarju tal-Konvenzjoni TIR li jikkostitwixxu l-verżjonijiet awtentiċi tal-Konvenzjoni TIR u tal-Annessi tagħha. Din il-pubblikazzjoni qiegħda ssir biss għal finijiet informattivi.



KAPITOLU I

ĠENERALI



a)

Definizzjonijiet

Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ din il-Konvenzjoni:

a) it-terminu “trasport TIR” għandu jfisser it-trasport ta’ merkanzija minn uffiċċju doganali ta’ tluq għal uffiċċju doganali ta’ destinazzjoni skond il-proċedura, li tissejjaħ il-proċedura TIR, stabbilita f’din il-Konvenzjoni;

b) it-terminu “operazzjoni TIR” għandu jfisser il-parti ta’ trasport TIR li titwettaq f’Parti Kontraenti minn uffiċċju doganali ta’ tluq jew ta’ dħul (en route) għal uffiċċju doganali ta’ destinazzjoni jew ta’ ħruġ (en route);

c) it-terminu “bidu ta’ operazzjoni TIR” għandu jfisser li l-vettura tat-triq, il-kombinazzjoni ta’ vetturi jew il-kontejner ġiet ippreżentata għall-finijiet ta’ kontroll lill-uffiċċju doganali ta’ tluq jew ta’ dħul (en route) flimkien mat-tagħbija u mal-Carnet TIR relatat magħha u li l-Carnet TIR ġie aċċettat mill-uffiċċju doganali;

d) it-terminu “tmiem ta’ operazzjoni TIR” għandu jfisser li l-vettura tat-triq, il-kombinazzjoni ta’ vetturi jew il-kontejner ġiet ippreżentata għall-finijiet ta’ kontroll lill-uffiċċju doganali ta’ destinazzjoni jew ta’ ħruġ (en route) flimkien mat-tagħbija u mal-Carnet TIR relatat magħha;

e) it-terminu “twettiq ta’ operazzjoni TIR” għandu jfisser ir-rikonoxximent mill-awtoritajiet doganali li l-operazzjoni TIR ġiet mitmuma b’mod korrett f’Parti Kontraenti. Dan jiġi stabbilit mill-awtoritajiet doganali fuq il-bażi ta’ paragun tad-data jew ta’ l-informazzjoni disponibbli fl-uffiċċju doganali ta’ destinazzjoni jew ta’ ħruġ (en route) u dik disponibbli fl-uffiċċju doganali ta’ tluq jew ta’ dħul (en route);

f) it-terminu “dazji u taxxi fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni” għandu jfisser id-dazji doganali u d-dazji, it-taxxi, it-tariffi u l-pagamenti l-oħra kollha li jinġabru fi, jew b’konnessjoni ma’ l-importazzjoni jew ma’ l-esportazzjoni tal-merkanzija, imma li ma jinkludux it-tariffi u l-pagamenti limitati fl-ammont għall-ispiża approssimattiva tas-servizzi mogħtija;

g) it-terminu “vettura tat-triq” għandu jfisser mhux biss kwalunkwe vettura tat-triq li taħdem bl-enerġija imma anki kwalunkwe trejler jew semi-trejler iddisinjat biex ikun igganċjat magħha;

h) it-terminu “kombinazzjoni ta’ vetturi” għandu jfisser vetturi gganċjati li jivvjaġġaw fit-triq bħala unità;

j) it-terminu “kontejner” għandu jfisser oġġett tat-tagħmir tat-trasport (qafas (liftvan), tank li jista’ jiċċaqlaq jew struttura simili oħra):

i) għalkollox jew parzjalment magħluq sabiex jikkostitwixxi kompartiment maħsub sabiex iżomm fih il-merkanzija,

ii) ta’ karattru permanenti u għaldaqstant b’saħħtu biżżejjed sabiex ikun adattat għal użu ripetut,

iii) iddisinjat speċjalment sabiex jiffaċilita t-trasport tal-merkanzija b’mezz wieħed jew aktar ta’ trasport mingħajr ma jitgħabba mill-ġdid f’fażi intermedja,

iv) iddisinjat għal immaniġġjar faċli, partikolarment meta jkun qed jiġi ttrasferit minn mezz ta’ trasport għal ieħor,

v) iddisinjat biex ikun faċli li jimtela u jiġi żvujtat, u

vi) b’volum intern ta’ metru kubiku jew aktar,

“bodìs li jiżżarmaw” għandhom jiġu ttrattati bħala kontejners;

k) it-terminu “uffiċju doganali ta’ tluq” għandu jfisser kwalunkwe uffiċċju doganali ta’ Parti Kontraenti fejn jibda t-trasport TIR ta’ tagħbija jew ta’ tagħbija parzjali ta’ merkanzija;

l) it-terminu “uffiċċju doganali ta’ destinazzjoni” għandu jfisser kwalunkwe uffiċċju doganali ta’ Parti Kontraenti fejn jintemm it-trasport TIR transport ta’ tagħbija jew ta’ tagħbija parzjali ta’ merkanzija;

m) it-terminu “uffiċċju doganali en route” għandu jfisser kwalunke uffiċċju dognali ta’ Parti Kontraenti, li minnu vettura tat-triq, kombinazzjoni ta’ vetturi jew kontejner tidħol jew tħalli din il-Parti Kontraenti matul trasport TIR;

n) it-terminu “persuna” għandu jfisser kemm persuna fiżika kif ukoll persuna ġuridika;

o) it-terminu “detentur” ta’ Carnet TIR għandu jfisser il-persuna li lilha nħarġilha Carnet TIR skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni u li f’ismha saret dikjarazzjoni doganali fil-forma ta’ Carnet TIR li tindika xewqa li fl-uffiċċju doganali ta’ tluq il-merkanzija titqiegħed taħt il-proċedura TIR. Huwa għandu jkun responsabbli għall-preżentazzjoni tal-vettura tat-triq, tal-kombinazzjoni tal-vetturi jew tal-kontejner flimkien mat-tagħbija u mal-Carnet TIR relatat magħha fl-uffiċċju doganali ta’ tluq, fl-uffiċċju doganali en route u fl-uffiċċju doganali ta’ destinazzjoni u għall-osservanza xierqa tad-dispożizzjonijiet rilevanti l-oħra tal-Konvenzjoni;

p) it-terminu “merkanzija tqila jew goffa” għandu jfisser kwalunkwe oġġett tqil jew goff li minħabba l-piż, id-daqs jew in-natura tiegħu normalment ma jinġarrx f’vettura magħluqa jew f’kontejner magħluq;

q) it-terminu “assoċjazzjoni garanti” għandu jfisser assoċjazzjoni ►M3  awtorizzata ◄ mill-awtoritajiet doganali ta’ Parti Kontraenti sabiex tagħmilha ta’ ►M3  garanti ◄ għall-persuni li jużaw il-proċedura TIR;

▼M3

r) it-terminu “organizzazzjoni internazzjonali” jfisser organizzazzjoni awtorizzata mill-Kumitat Amministrattiv biex tieħu ħsieb l-organizzazzjoni u l-funzjonament effettiv ta’ sistema għal garanzija internazzjonali.

▼B



b)

Kamp ta' applikazzjoni

Artikolu 2

Din il-Konvenzjoni għandha tapplika għat-trasport ta’ merkanzija mingħajr tagħbija mill-ġdid f’fażi intermedja, f’vetturi tat-triq, f’kombinazzjoni ta’ vetturi jew f’kontejners, min-naħa għall-oħra ta’ fruntiera waħda jew aktar bejn uffiċċju doganali ta’ tluq ta’ Parti Kontraenti waħda u uffiċċju doganali ta’ destinazzjoni ta’ Parti Kontraenti oħra jew ta’ l-istess Parti Kontraenti, sakemm xi parti tal-vjaġġ bejn il-bidu u t-tmiem tat-trasport TIR issir fuq triq.

Artikolu 3

Biex id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni jsiru applikabbli:

a) l-operazzjoni tat-trasport trid issir:

i) permezz ta’ vetturi tat-triq, kombinazzjonijiet ta’ vetturi jew kontenjners preċedentement approvati fil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu III (a), jew

ii) permezz ta’ vetturi oħra tat-triq, kombinazzjonijiet oħra ta’ vetturi jew kontejners oħra fil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu III (c), jew

iii) permezz ta’ vetturi tat-triq jew vetturi speċjali bħal karozzi tal-linja, krejns, trakkijiet għall-knis tat-toroq, magni li jqiegħdu l-konkrit, eċċ., esportati u għalhekk huma stess meqjusa bħala merkanzija li jivvjaġġaw bil-mezzi tagħhom stess minn uffiċċju doganali ta’ tluq għal uffiċċju doganali ta’ destinazzjoni fil-kundizzjonijiet stabbliti fil-Kapitolu III (c). F’każ li tali vetturi jkunu qed iġorru merkanzija oħra, għandhom japplikaw b’mod xieraq il-kundizzjonijiet kif jissemmew fi (i) jew (ii) t’aktar ’il fuq;

b) l-operazzjonijiet ta’ trasport iridu jkunu ggarantiti minn assoċjazzjonijiet approvati skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6 u jridu jitwettqu koperti minn Carnet TIR, li għandu jkun konformi mal-mudell riprodott fl-Anness 1 għal din il-Konvenzjoni.



c)

Prinċipji

Artikolu 4

Il-merkanzija li tinġarr skond il-proċedura TIR m’għandiex tkun suġġetta għall-pagament jew għad-depożitu ta’ dazji u ta’ taxxi fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni fl-uffiċċji doganali en route.

Artikolu 5

1.  Il-merkanzija li tinġarr skond il-proċedura TIR f’vetturi tat-triq, f’kombinazzjonijiet ta’ vetturi jew f’kontejners issiġillati bħala regola ġenerali m’għandiex tkun suġġetta għal eżami fl-uffiċċji doganali en route.

2.  Madankollu, biex ikunu pprevenuti abbużi, f’każi eċċezzjonali u b’mod partikolari meta tkun issuspettata irregolarità, l-awtoritajiet doganali jistgħu jwettqu eżami tal-merkanzija f’tali uffiċċji.



KAPITOLU II

IL-ĦRUĠ TAL-CARNETS TIR

IR-RESPONSABBILTÀ TA’ L-ASSOĊJAZZJONIJIET GARANTI

Artikolu 6

1.  Kull Parti Kontraenti tista’ tawtorizza lill-assoċjazzjonijiet sabiex joħroġu Carnets TIR, jew direttament jew permezz ta’ assoċjazzjonijiet korrispondenti, u biex jagħmluha ta’ garanti, sakemm ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet u mar-rekwiżiti minimi, kif ġie stabbilit fil-Parti I ta’ l-Anness 9. L-awtorizzazzjoni għandha tiġi rrevokata jekk il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti minimi inklużi fil-Parti I ta’ l-Anness 9 ma jibgħux jiġu sodisfatti.

2.  Assoċjazzjoni m’għandha tkun approvata fl-ebda pajjiż sakemm il-garanzija tagħha ma tkoprix ukoll ir-responsabbiltajiet li jkollha f’dak il-pajjiż b’konnessjoni ma’ operazzjonijiet koperti mill-Carnets TIR maħruġa minn assoċjazzjonijiet barranin affiljati ma’ l-istess organizzazzjoni internazzjonali li magħha huwa stess ikun affiljat.

▼M4

2 bis.  Organizzazzjoni internazzjonali tkun awtorizzata mill-Kumitat Amministrattiv biex tieħu r-responsabbiltà tal-organizzazzjoni u l-funzjonament effettivi ta' sistema internazzjonali ta' garanziji. L-awtorizzazzjoni se tingħata jekk l-organizzazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti stipulati fl-Anness 9, Taqsima III. Il-Kumitat Amministrattiv jista' jirrevoka l-awtorizzazzjoni jekk dawn il-kundizzjonjiet u r-rekwiżiti ma jibqgħux issodisfati.

▼B

3.  Assoċjazzjoni għandha toħroġ Carnets TIR biss lil persuni li l-aċċess tagħhom għall-proċedura TIR ma ġiex irrifjutata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti fejn il-persuna tkun residenti jew stabbilita.

4.  Awtorizzazzjoni għal aċċess għall-proċedura TIR għandha tingħata biss lil persuni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti minimi stabbiliti fil-Parti II ta’ l-Anness 9 għal din il-Konvenzjoni. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 38, l-awtorizzazzjoni għandha tkun irrevokata jekk ma jibqax ikun żgurat li dawn il-kriterji jiġu sodisfatti.

5.  L-awtorizzazzjoni għal aċċess għall-proċedura TIR għandha tingħata skond il-proċedura stabbilita fil-Parti II ta’ l-Anness 9 għal din il-Konvenzjoni.

Artikolu 7

Il-formoli tal-Carnets TIR mibgħuta lill-assoċjazzjonijiet garanti mill-assoċjazzjonijiet barranin korrispondenti jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali n’għandhomx ikunu suġġetti għal dazji u taxxi fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni u għandhom ikunu ħielsa minn projbizzjonijiet u restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni.

Artikolu 8

▼M3

1.  L-assoċjazzjoni garanti tkun responsabbli biex tħallas sal-massimu tal-ammont garantit tad-dazji u t-taxxi ta’ importazzjoni u esportazzjoni flimkien ma’ kwalunkwe interessi minħabba nuqqas ta’ ħlas dovuti taħt il-liġi u r-regolamenti Doganali tal-Parti Kontraenti, jekk ikun ġie stabbilit, b’rabta mal-operazzjoni TIR, li seħħet irregolarità fil-konfront tagħhom, li twassal għal talba kontra l-assoċjazzjoni. L-assoċjazzjoni tkun responsabbli, in solidum mal-persuni li għandhon jagħtu l-ammonti msemmijin, għall-ħlas ta’ ammonti bħal dawn.

▼B

2.  F’każi fejn il-liġijiet u r-regolamenti ta’ Parti Kontraenti ma jipprovdux għall-pagament tad-dazji u tat-taxxi fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni kif inhu pprovdut fil-paragrafu 1 t’aktar ’il fuq, l-assoċjazzjoni garanti għandha timpenja ruħha li tħallas, fl-istess kundizzjonijiet, somma daqs l-ammont tad-dazji u tat-taxxi fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni u kwalunkwe imgħax awtomatiku.

3.  Kull Parti Kontraenti għandha tiddetermina s-somma massima għal kull Carnet TIR, li tista’ tkun pretiża mill-assoċjazzjoni garanti fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 t’ aktar ’il fuq.

4.  Ir-responsabbiltà ta’ l-assoċjazzjoni garanti fil-konfront ta’ l-awtoritajiet tal-pajjiż fejn jinsab l-uffiċċju doganali ta’ tluq għandha tibda fil-ħin meta l-Carnet TIR jiġi aċċettat mill-uffiċċju doganali. Fil-pajjiżi suċċessivi li minnhom tiġi ttrasportata l-merkanzija skond il-proċedura TIR, din ir-responsabbiltà għandha tibda fil-ħin meta l-merkanzija tidħol f’dawn il-pajjiżi jew, fejn it-trasport TIR ġie sospiż skond l-Artikolu 26(1) u (2), fil-ħin meta l-Carnet TIR jiġi aċċettat mill-uffiċċju doganali fejn it-trasport TIR jerġa’ jibda.

5.  Ir-responabbiltà ta’ l-assoċjazzjoni garanti għandha tkopri mhux biss il-merkanzija li hija enumerata fil-Carnet TIR imma wkoll kwalunkwe merkanzija, li għalkemm ma tkunx enumerata hemmhekk, tista’ tinsab fit-taqsima ssiġillata tal-vettura tat-triq jew fil-kontejner issiġillat. Din ir-responsabbiltà m’għandha tkun estiża għall-ebda merkanzija oħra.

6.  Sabiex ikunu ddeterminati d-dazji u t-taxxi li jissemmew fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, wieħed għandu jassumi, fin-nuqqas ta’ evidenza li tgħid il-kontra, li l-partikolaritajiet tal-merkanzija kif tniżżlu fil-Carnet TIR huma korretti.

▼M3 —————

▼B

Artikolu 9

1.  L-assoċjazzjoni garanti għandha tiffissa l-perjodu ta’ validità tal-Carnet TIR billi tispeċifika data finali ta’ validità li warajha l-Carnet ma jistax ikun ippreżentat biex jiġi aċċettat fl-uffiċċju doganali ta’ tluq.

2.  Sakemm ikun ġie aċċettat mill-uffiċċju doganali ta’ tluq fi jew qabel id-data finali ta’ validità, kif inhu pprovdut fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Carnet għandu jibqa’ validu sat-tmiem ta’ l-operazzjoni TIR fl-uffiċċju doganali ta’ destinazzjoni.

Artikolu 10

1.  It-twettiq ta’ operazzjoni TIR għandu jsir mingħajr dewmien.

2.  Meta l-awtoritajiet doganali ta’ ►M3  Parti Kontraenti ◄ jkunu wettqu operazzjoni TIR, huma ma jistgħux jippretendu aktar mingħand l-assoċjazzjoni garanti l-pagament tas-somom li jissemmew fl-Artikolu 8(1) u (2), sakemm iċ-ċertifikat tat-tmiem ta’ l-operazzjoni TIR inkiseb b’mod mhux xieraq jew frawdolenti jew ma kien hemm l-ebda tmiem.

Artikolu 11

▼M3

1.  Meta operazzjoni TIR ma ġietx imwettqa, l-awtoritajiet kompetenti:

(a) jinnotifikaw lid-detentur tal-Carnet TIR fl-indirizz tiegħu indikat fil-Carnet TIR li l-operazzjoni ma ġietx imwettqa;

(b) jinnotifikaw lill-assoċjazzjoni li tiggarantixxi li l-operazzjoni ma twettqitx.

L-awtoritajiet kompetenti jinnotifikaw lill-assoċjazzjoni garanti qabel perjodu massimu ta’ sena mid-data ta’ aċċettazzjoni tal-Carnet TIR min-naħa ta’ dawk l-awtoritajiet, jew sentejn minn meta ċ-ċertifikat ta’ terminazzjoni tal-operazzjoni TIR ikun ġie ffalsifikat jew akkwistat b’mod irregolari jew frawdolenti.

▼M3

2.  Fejn l-ammonti msemmijin fl-Artikolu 8, paragrafi 1 u 2 iridu jitħallsu l-awtoritajiet kompetenti, safejn hu possibbli, jeżiġu l-ħlas mill-persuna jew persuni li huma responsabbli għal tali ħlas qabel ma jagħmlu t-talba kontra l-assoċjazzjoni garanti.

▼M3

3.  It-talba għall-ħlas tal-ammonti msemmijin fl-Artikolu 8, paragrafi 1 u 2 issir kontra l-assoċjazzjoni garanti mhux aktar kmieni minn tliet xhur wara d-data li fiha l-assoċjazzjoni ġiet innotifikata li l-operazzjoni ma twettqitx jew li ċ-ċertifikat ta’ terminazzjoni tal-operazzjoni TIR ġie ffalsifikat jew akkwistat b’mod irregolari jew frawdolenti, u mhux aktar tard minn sentejn wara dik id-data. Madanakollu, f’każijiet fejn l-operazzjonijiet TIR li, matul il-perjodu ta’ sentejn imsemmi hawn fuq, isiru soġġetti għal proċeduri amministrattivi jew legali li jikkonċernaw l-obbligu ta’ ħlas tal-persuna jew persuni msemmijin fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, kwalunkwe talba għall-ħlas għandha ssir mhux aktar tard minn sena wara d-data li fiha tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni tal-awtoritajiet jew tal-qrati kompetenti.

4.  L-assoċjazzjoni garanti tħallas l-ammonti mitlubin fi żmien tliet xhur mid-data li fiha tkun saritilha t-talba għall-ħlas.

5.  L-ammonti li tħallsu jiġu rimborsati lill-assoċjazzjoni garanti jekk, matul il-perjodu ta’ sentejn mid-data li fiha tkun saret it-talba għall-ħlas fil-konfront tagħha, ikun ġie stabbilit, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, li l-ebda irregolarità ma seħħet b’rabta mal-operazzjoni TIR ikkoncernata. Il-limitu ta’ sentejn jista’ jiġi estiż b’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali.

▼B



KAPITOLU III

TRASPORT TAL-MERKANZIJA TAĦT IL-CARNET TIR



a)

L-approvazzjoni tal-vetturi u tal-kontejners

Artikolu 12

Sabiex taqa’ taħt id-dispożizzjonijiet tat-taqsimiet (a) u (b) ta’ dan il-Kapitolu, kull vettura tat-triq, rigward il-kostruzzjoni u t-tagħmir tagħha, trid tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 2 għal din il-Konvenzjoni u trid tkun ġiet approvata skond il-proċedura stabbilita fl-Anness 3 għal din il-Konvenzjoni. Iċ-Ċertifikat ta’ Approvazzjoni għandu jkun konformi mal-kampjun riprodott fl-Anness 4.

Artikolu 13

1.  Sabiex jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet tat-taqsimiet (a) u (b) ta’ dan il-Kapitolu, il-kontejners iridu jkunu mibnija skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Parti I ta’ l-Anness 7 u jridu jkunu ġew approvati skond il-proċedura stabbilita fil-Parti II ta’ dak l-Anness.

2.  Il-kontejners approvati għat-trasport tal-merkanzija b’siġill doganali skond il-Konvenzjoni Doganali dwar il-Kontejners, 1956, il-ftehimiet li jirriżultaw minnha li kienu konklużi taħt l-awspiċi tan-Nazzjonjiet Uniti, il-Konvenzjoni Doganali dwar il-Kontejners, 1972 jew kwalunkwe strument internazzjonali li jista’ jissostitwixxi jew jimmodifika l-Konvenzjoni ta’ l-aħħar, għandhom jitqiesu bħala konformi mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 t’aktar ’il fuq u jridu jiġu aċċettati għat-trasport skond il-proċedura TIR mingħajr approvazzjoni ulterjuri.

Artikolu 14

1.  Kull Parti Kontraenti tirriserva d-dritt li tirrifjuta li tirrikonoxxi l-validità ta’ l-approvazzjoni tal-vetturi tat-triq jew tal-kontejners li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 12 u 13 t’aktar ’il fuq. Madankollu, il-Partijiet Kontraenti għandhom jevitaw li jdewmu t-traffiku meta jinsabu difetti li ma tantx ikunu importanti u li ma jinvolvu l-ebda riskju ta’ kuntrabandu.

2.  Qabel ma tintuża mill-ġdid għat-trasport tal-merkanzija taħt siġill doganali, kwalunkwe vettura tat-triq jew kontejner li m’għadiex tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġġustifikaw l-approvazzjoni tagħha, għandha tiġi rrestawrata għall-istat oriġinali tagħha jew tiġi ppreżentata biex tiġi approvata mill-ġdid.



b)

IL-proċedura għat-trasport kopert minn carnet TIR

Artikolu 15

1.  Rigward l-importazzjoni temporanja ta’ vettura tat-triq, kombinazzjoni ta’ vetturi jew kontejner li ġġorr merkanzija koperta mill-proċedura TIR m’għandu jkun meħtieġ l-ebda dokument doganali speċjali. Għal vettura tat-triq jew kombinazzjoni ta’vetturi jew kontejner m’għandha tkun meħtieġa l-ebda garanzija.

2.  Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx jipprevjenu lil Parti Kontraenti milli teħtieġ li, fl-uffiċċju doganali ta’ destinazzjoni, jiġu sodisfatti l-formalitajiet stabbiliti fir-regolamenti nazzjonali tagħha sabiex ikun żgurat li, ladarba l-operazzjoni TIR tkun ġiet ikkompletata, il-vettura tat-triq, il-kombinazzjoni ta’ vetturi jew il-kontejner se tiġi esportata mill-ġdid.

Artikolu 16

Meta vettura tat-triq jew kombinazzjoni ta’ vetturi tkun qed twettaq trasport TIR, pjanċa rettangolari waħda li jkollha fuqha l-iskrizzjoni “TIR” u li tkun konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fl-Anness 5 għal din il-Konvenzjoni, għandha titwaħħal fuq quddiem u oħra fuq wara tal-vettura tat-triq jew tal-kombinazzjoni ta’ vetturi. Dawn il-pjanċi għandhom jitqiegħdu b’tali mod li jkunu viżibbli b’mod ċar. Għandhom ikunu jistgħu jitneħħew jew għandhom ikunu mwaħħla jew iddisinjati b’tali mod li dawn il-pjanċi jistgħu jiddawru ta’ wara quddiem, jitgħattew, jintwew jew jindikaw bi kwalunkwe mod ieħor li trasport TIR ma twettaqx.

Artikolu 17

1.  Għandu jsir Carnet TIR wieħed rigward kull vettura tat-triq jew kontejner. Madankollu, Carnet TIR wieħed jista’ jsir rigward kombinazzjoni ta’ vetturi jew għal diversi kontejners mgħobbija fuq vettura tat-triq waħda jew fuq kombinazzjoni ta’ vetturi. F’dak il-każ, il-manifest TIR tal-merkanzija koperta mill-Carnet TIR għandu jelenka separatament il-kontenut ta’ kull vettura fil-kombinazzjoni ta’ vetturi jew ta’ kull kontejner.

2.  Il-Carnet TIR għandu jkun validu għal vjaġġ wieħed biss. Għandu jinkludi għallinqas in-numru ta’ vawċers li jistgħu jinqatgħu li jkunu meħtieġa għat-trasport TIR in kwistjoni.

Artikolu 18

Trasport TIR jista’ jinvolvi diversi uffiċċji doganali ta’ tluq u ta’ destinazzjoni, imma n-numru totali ta’ uffiċċji doganali ta’ tluq u ta’ destinazzjoni m’għandux jeċċedi l-erbgħa. Il-Carnet TIR jista’ jiġi ppreżentat biss fl-uffiċċji doganali ta’ destinazzjoni jekk l-uffiċċji doganali ta’ tluq kollha jkunu aċċettaw il-Carnet TIR.

Artikolu 19

Il-merkanzija u l-vetturi tat-triq, il-kombinazzjoni ta’ vetturi jew il-kontejner għandhom ikunu prodotti flimkien mal-Carnet TIR fl-uffiċċju doganali ta’ tluq. L-awtoritajiet doganali tal-pajjiż ta’ tluq għandhom jieħdu tali miżuri kif ikun meħtieġ sabiex ikunu sodisfatti rigward il-preċiżjoni tal-manifest tal-merkanzija u jew biex jitwaħħlu s-siġilli doganali jew sabiex jiġu kkontrollati s-siġilli doganali mwaħħla taħt ir-responsabbiltà ta’ l-imsemmija awtoritajiet doganali minn persuni debitament awtorizzati.

Artikolu 20

Għal vjaġġi fit-territorju tal-pajjiż tagħhom l-awtoritajiet doganali jistgħu jiffissaw limitu ta’ żmien u jeħtieġu li l-vettura tat-triq, il-kombinazzjoni tal-vetturi jew il-kontejner ssegwi rotta preskritta.

Artikolu 21

F’kull uffiċċju doganali en route u fl-uffiċċji doganali ta’ destinazzjoni, il-vettura tat-triq, il-kombinazzjoni ta’ vetturi jew il-kontejner għandhom ikunu ppreżentati għal finijiet ta’ kontroll quddiem l-awtoritajiet doganali flimkien mat-tagħbija u mal-Carnet TIR relatat magħha.

Artikolu 22

1.  Bħala regola ġenerali u ħlief meta jeżaminaw il-merkanzija skond l-Artikolu 5(2), l-awtoritajiet doganali ta’ l-uffiċċji doganali en route ta’ kull waħda mill-Partijiet Kontraenti għandhom jaċċettaw is-siġilli doganali ta’ Partijiet Kontraenti oħra, sakemm dawn ikunu intatti. L-imsemmija awtoritajiet doganali, madankollu, jekk ir-rekwiżiti ta’ kontroll jagħmluha meħtieġa jistgħu jżidu s-siġilli tagħhom.

2.  Is-siġilli doganali li jiġu aċċettati b’dan il-mod minn Parti Kontraenti fit-territorju ta’ dik il-Parti Kontraenti għandu jkollhom il-benefiċċju ta’ l-istess protezzjoni legali kif tingħata lis-siġilli nazzjonali.

Artikolu 23

L-awtoritajiet doganali m’għandhomx:

 jeħtieġu li l-vetturi tat-triq, il-kombinazzjonijiet ta’ vetturi jew il-kontejners ikunu skortati bi spiża tat-trasportaturi fit-territorju tal-pajjiż tagħhom,

 jeħtieġu l-eżami en route tal-vetturi tat-triq, tal-kombinazzjonijiet ta’ vetturi jew tal-kontejners u tat-tagħbiji tagħhom

ħlief f’każi eċċezzjonali.

Artikolu 24

Jekk l-awtoritajiet doganali jwettqu eżami tat-tagħbija ta’ vettura tat-triq, ta’ kombinazzjoni ta’ vetturi jew tal-kontejner matul il-vjaġġ jew f’uffiċċju doganali en route, huma għandhom jirreġistraw fuq il-vawċers tal-Carnet TIR li ntużaw fil-pajjiż tagħhom, fuq il-mammi korrispondenti, u fuq il-vawċers li jibqgħu fil-Carnet TIR, il-partikolaritajiet tas-siġilli l-ġodda mwaħħla u tal-kontrolli mwettqa.

Artikolu 25

Jekk is-siġilli doganali jinkisru en route f’ċirkostanzi oħra li mhumiex iċ-ċirkostanzi ta’ l-Artikoli 24 u 35, jew jekk kwalunkwe merkanzija tinqered jew issirilha ħsara mingħajr ma jinkisru tali siġilli, għandha tiġi segwita l-proċedura stabbilita fl-Anness I għal din il-Konvenzjoni għall-użu tal-Carnet TIR, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali u għandu jimtela r-rapport iċċertifikat fil-Carnet TIR.

Artikolu 26

1.  Meta trasport kopert minn Carnet TIR isir parzjalment fit-territorju ta’ Stat li mhux Parti Kontraenti għal din il-Konvenzjoni, it-trasport TIR għandu jkun sospiż matul dik il-parti tal-vjaġġ. F’dak il-każ, l-awtoritajiet doganali tal-Parti Kontraenti li fit-territorju tagħha ikompli l-vjaġġ għandhom jaċċettaw il-Carnet TIR sabiex jerġa’ jibda t-trasport TIR, sakemm is-siġilli doganali u/jew il-marki ta’ identifikazzjoni jkunu baqgħu intatti. Fejn is-siġilli doganali ma jkunux baqgħu intatti, l-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw il-Carnet TIR sabiex jerġa’ jibda t-trasport TIR skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 25.

2.  L-istess għandu japplika fejn għal parti mill-vjaġġ i-detentur tal-Carnet ma jużawx il-Carnet TIR fit-territorju ta’ Parti Kontraenti minħabba l-eżistenza ta’ proċeduri doganali ta’ tranżitu aktar sempliċi jew fejn jkunx meħtieġ l-użu ta’ reġim doganali ta’ tranżitu ma.

3.  F’każi bħal dawn, l-uffiċċji doganali fejn jiġi sospsiż jew jinbeda mill-ġdid it-trasport TIR għandhom jitqiesu bħala uffiċċji doganali ta’ ħruġ en route u uffiċċji doganali ta’ dħul en route rispettivament.

Artikolu 27

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni u b’mod partikolari ta’ l-Artikolu 18, uffiċċju doganali ta’ destinazzjoni ieħor jista’ jiġi sostitwit għall-uffiċċju doganali ta’ destinazzjoni oriġinarjament indikat.

Artikolu 28

1.  It-tmiem ta’ operazzjoni TIR għandha tkun iċċertifikata mill-awtoritajiet doganali mingħajr dewmien. It-tmiem ta’ operazzjoni TIR jista’ jiġi ċċertifikati mingħajr jew b’riserva: fejn it-tmiem jiġi ċċertifikat b’riserva dan għandu jkun minħabba fatti konnessi ma’ l-operazzjoni TIR infisha. Dawn il-fatti għandhom ikunu indikati b’mod ċar fil-Carnet TIR.

2.  F’każi fejn il-merkanzija titqiegħed taħt proċedura doganali oħra jew taħt sistema oħra ta’ kontroll doganali, l-irregolaritajiet kollha li jistgħu jitwettqu taħt dik il-proċedura doganali l-oħra jew taħt dik is-sistema l-oħra ta’ kontroll doganali m’għandhomx jiġu attribwiti lid-detentur tal-Carnet TIR bħala tali jew lil kwalunkwe persuna li qed taġixxi f’ismu.



c)

Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw it-trasport ta’ merkanzija tqila jew goffa

Artikolu 29

1.  Id-dispożizzjonijiet ta’ din it-taqsima japplikaw biss għat-trasport ta’ merkanzija tqila jew goffa kif ġiet iddefinita fl-Artikolu 1(p) ta’ din il-Konvenzjoni.

2.  Fejn japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ din it-taqsima, jekk l-awtoritajiet fl-uffiċċju doganali ta’ tluq jiddeċiedu hekk, il-merkanzija tqila jew goffa tista’ tinġarr permezz ta’ vetturi jew kontejners mhux issiġillati.

3.  Id-dispożizzjonijiet ta’ din it-taqsima għandhom japplikaw biss jekk, fl-opinjoni ta’ l-awtoritajiet fl-uffiċċju doganali ta’ tluq, il-merkanzija tqila jew goffa li qed tinġarr u kwalunkwe aċċessorju li jinġarr magħha jistgħu jiġu identifikati faċilment b’referenza għad-deskrizzjoni mogħtija, jew jistgħu jkunu pprovduti b’siġilli doganali u/jew marki ta’ identifikazzjoni sabiex tkun ipprevenuta kwalunkwe sostituzzjoni, jew tneħħija tal-merkanzija, mingħajr ma dan ikun ovvju.

Artikolu 30

Id-dispożizzjonijiet kollha ta’ din il-Konvenzjoni, ħlief dawk li għalihom jagħmlu eċċezzjoni d-dispożizzjonijiet speċjali ta’ din it-taqsima, għandhom japplikaw għat-trasport ta’ merkanzija tqila jew goffa taħt il-proċedura TIR.

Artikolu 31

Ir-responsabbiltà ta’ l-assoċjazzjoni garanti għandha tkopri mhux biss il-merkanzija enumerata fil-Carnet TIR, imma anki kwalunkwe merkanzija li, għalkemm mhux enumerata fil-Carnet, tkun fuq il-pjattaforma tat-tagħbija jew fost il-merkanzija enumerata fil-Carnet TIR.

Artikolu 32

Il-kopertura u l-vawċers kollha tal-Carnet TIR għandu jkollhom fuqhom l-endorsjar “heavy or bulky goods” (merkanzija tqila jew goffa) f’ittri b’tipa grassa bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

Artikolu 33

L-awtoritajiet fl-uffiċċju doganali ta’ tluq jistgħu jeħtieġu li tali listi ta’ ppakkjar, ritratti, tpinġijiet eċċ., kif ikun meħtieġ għall-identifikazzjoni tal-merkanzija li qed tinġarr jiġu mehmuża mal-Carnet TIR. F’dan il-każ, huma għandhom jendorsjaw dawn id-dokumenti; kopja waħda ta’ l-imsemmija dokumenti għandha tkun mehmuża fuq ġewwa tal-paġna tat-titolu tal-Carnet TIR, u l-manifesti kollha tal-Carnet TIR għandhom jinkludu referenza għal tali dokumenti.

Artikolu 34

L-awtoritajiet fl-uffiċċji doganali en route ta’ kull waħda mill-Partijiet Kontraenti għandhom jaċċettaw is-siġilli doganali u/jew il-marki ta’ identifikazzjoni mwaħħla mill-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti l-oħra. Madankollu, huma jistgħu jwaħħlu siġilli u/jew marki ta’ identifikazzjoni addizzjonali; l-awtoritajiet għandhom jirreġistaw partikolaritajiet tas-siġilli u/jew tal-marki ta’ identifikazzjoni l-ġodda fuq il-vawċers tal-Carnet TIR li ntuża fil-pajjiż tagħhom, fuq il-mammi korrispondenti u fuq il-vawċers li baqa’ fil-Carnet TIR.

Artikolu 35

Jekk l-awtoritajiet doganali li qed iwettqu eżami tat-tagħbija f’uffiċċju doganali en route jew matul il-vjaġġ ikunu obbligati jiksru s-siġilli u/jew ineħħu l-marki ta’ identifikazzjoni, dawn għandhom jirreġistaw is-siġilli u/jew il-marki ta’ identifikazzjoni l-ġodda fuq il-vawċers tal-Carnet TIR li ntuża fil-pajjiż tagħhom, fuq il-mammi korrispondenti u fuq il-vawċers li baqa’ fil-Carnet TIR.



KAPITOLU IV

IRREGOLARITAJIET

Artikolu 36

Kwalunkwe ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni għandhom jagħmlu lil min iwettaq ir-reat suġġett, fil-pajjiż fejn twettaq ir-reat, għall-pieni preskritti mil-liġi ta’ dak il-pajjiż.

Artikolu 37

Meta ma jkunx possibbli li jiġi stabbilit f’liema territorju twettqet irregolarità, għandu jitqies li twettqet fit-territorju tal-Parti Kontraenti fejn tiġi skoperta.

Artikolu 38

1.  Kull waħda mill-Partijiet Kontraenti għandu jkollha d-dritt li teskludi temporanjament jew permanentament mit-tħaddim ta’ din il-Konvenzjoni kwalunkwe persuna ħatja ta’ reat serju kontra l-liġijiet jew ir-regolamenti doganali applikabbli għat-trasport internazzjonali tal-merkanzija.

2.  Din l-esklużjoni għandha tkun innotifikata fi żmien ġimgħa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti li fit-territorju tagħha tkun stabbilita jew residenti l-persuna kkonċernata, lill-assoċjazzjoni(jiet) fil-pajjiż jew fit-territorju doganali fejn twettaq ir-reat u lill-Bord Eżekuttiv TIR.

Artikolu 39

Fejn l-operazzjonijiet TIR jiġu aċċettati bħala mill-bqija korretti:

1. Il-Partijiet Kontraenti m’għandhomx iqisu diskrepanzi minuri fl-osservanza tal-limiti ta’ żmien jew tar-rotot preskritti.

2. Bl-istess mod, id-diskrepanzi bejn il-partikolaritajiet fuq il-manifest tal-merkanzija tal-Carnet TIR u l-kontenut effettiv ta’ vettura tat-triq, ta’ kombinazzjoni ta’ vetturi jew ta’ kontejner m’għandhomx jitqiesu bħala ksur tal-Konvenzjoni mid-detentur tal-Carnet TIR meta tiġi ppreżentata evidenza li tissodisfa lill-awtoritajiet kompetenti li dawn id-diskrepanzi ma kinux minħabba żbalji mwettqa b’għarfien jew b’negliġenza fiż-żmien meta l-merkanzija kienet mgħobbija jew mibgħuta jew meta sar il-manifest.

Artikolu 40

L-amministrazzjonijiet doganali tal-pajjiżi ta’ tluq u ta’ destinazjzoni m’għandhomx iqisu lid-detentur tal-Carnet TIR bħala responsabbli għad-diskrepanzi li jistgħu jiġu skoperti f’dawk il-pajjiżi, meta fil-fatt id-diskrepanzi jkunu relatati mal-proċeduri doganali li kienu jippreċedu jew isegwu trasport TIR u li d-detentur ma kienx involut fihom.

Artikolu 41

Meta jiġi stabbilit għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritjiet doganali li l-merkanzija speċifikata fuq il-manifest ta’ Carnet TIR inqerdet jew intilfet b’mod irrevokabbli minħabba aċċident jew force majeure jew li hija inqas milli suppost minħabba n-natura tagħha, il-pagament tad-dazji u tat-taxxi normalment dovuti għandu jinħafer.

Artikolu 42

Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti kkonċernati fi trasport TIR jirċievu mingħand Parti Kontraenti talba fejn jingħataw ir-raġunijiet rilevanti, dawn għandhom jippprovdu lil dik il-Parti Kontraenti bl-informazzjoni kollha disponibbli meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 39, 40 u 41 t’aktar ’il fuq.

Artikolu 42a

L-awtoritajiet kompetenti, f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-assoċjazzjonijiet, għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex ikunu żguri mill-użu xieraq tal-Carnets TIR. Għal dan il-għan, jistgħu jieħdu l-miżuri ta’ kontroll nazzjonali u internazzjonali xierqa. Il-miżuri ta’ kontroll nazzjonali li jittieħdu f’dan il-kuntest mill-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kkomunikati immedjatament lill-Bord Eżekuttiv TIR li se jeżamina l-konformità tagħhom mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni. Il-miżuri ta’ kontroll internazzjonali għandhom ikunu adottati mill-Kumitat Amministrattiv.

Artikolu 42b

Kif ikun xieraq, l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti għandhom jipprovdu lil assoċjazzjonijiet awtorizzati b’informazzjoni li dawn jeħtieġu sabiex jissodisfaw l-impenn li ħadu skond l-Artikolu 1(f)(iii) tal-Parti 1 ta’ l-Anness 9.

L-Anness 10 jistabbilixxi l-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta f’każi partikolari.



KAPITOLU V

NOTI TA’ SPJEGAZZJONI

Artikolu 43

In-Noti ta’ Spjegazzjoni stabbiliti fl-Anness 6 u fil-Parti III ta’ l-Anness 7 jinterpretaw ċerti dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni u ta’ l-Annessi tagħha. Huma jiddeskrivu wkoll ċerti prattiki rakkomandati.



KAPITOLU VI

DISPOżIZZJONIJIET VARJI

Artikolu 44

Kull Parti Kontraenti għandha tipprovdi lill-assoċjazzjonijiet garanti kkonċernati b’faċilitajiet għal:

a) it-trasferiment tal-munita meħtieġa għas-somom pretiżi mill-awtoritajiet tal-Partijiet Kontraenti minħabba d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 ta’ din il-Konvenzjoni; u

b) it-trasferiment tal-munita għall-pagament għall-formoli tal-Carnets TIR mibgħuta lill-assoċjazzjonijiet garanti mill-assoċjazzjonijiet barranin korrispondenti jew mill-organizzazzjonijiet internazzjonali.

Artikolu 45

Kull Parti Kontraenti għandha tara li tiġi ppubblikata l-lista ta’ l-uffiċċji doganali ta’ tluq, ta’ l-uffiċċji doganali en route u ta’ l-uffiċċji doganali ta’ destinazzjoni approvati minnha għat-twettiq ta’ l-operazzjonijiet TIR. Il-Partijiet Kontraenti tat-territorji biswit għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex jiftiehmu dwar l-uffiċċji korrispondenti fuq il-fruntieri u dwar il-ħinijiet tal-ftuħ tagħhom.

Artikolu 46

1.  M’għandu jintalab l-ebda pagament għall-attendenza doganali b’konnessjoni ma’ l-operazzjonijiet doganali li jissemmew f’din il-Konvenzjoni, ħlief fejn tkun ipprovduta f’jiem jew f’ħinijiet jew f’postijiet li mhumiex dawk normalment magħżula għal tali operazzjonijiet.

2.  Il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħmlu l-aħjar arranġamenti possibbli biex operazzjonijiet doganali li jikkonċernaw merkanzija li tmur fl-uffiċċji doganali ikunu ffaċilitati.

Artikolu 47

1.  Id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni la għandhom jipprekludu l-applikazzjoni ta’ restrizzjonijiet u ta’ kontrolli imposti skond regolamenti nazzjonali minħabba raġunijiet ta’ moralità pubbliika, sigurtà pubblika, iġjene jew saħa pubblika jew għal raġunijiet veterinarji jew fitopatoloġiċi, u lanqas l-impożizzjoni ta’ dazji li għandhom jintalabu minħabba tali regolamenti.

2.  Id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni m’għandhomx jipprekludu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħra jew nazzjonali jew internazzjonali li jirregolaw it-trasport.

Artikolu 48

Xejn f’din il-Konvenzjoni m’għandu jipprevjeni lill-Partijiet Kontraenti li jifformaw Unjoni Doganali jew Ekonomika milli jimplimentaw dispożizzjonijiet speċjali rigward operazzjonijiet tat-trasport li jibdew jew jintemmu, jew jgħaddu mit-territorji tagħhom, sakemm tali dispożizzjonijiet ma jtaffux il-faċilitajiet ipprovduti minn din il-Konvenzjoni.

Artikolu 49

Din il-Konvenzjoni m’għandix tipprevjeni l-applikazzjoni ta’ aktar faċilitajiet li l-Partijiet Kontraenti jagħtu jew jista’ jkollhom ix-xewqa li jagħtu jew permezz ta’ dispożizzjonijiet unilaterali jew minħabba ftehimiet bilaterali jew multilaterali sakemm tali faċilitajiet ma jimpedixxux l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni, u b’mod partikolari, l-operazzjonijiet TIR.

Artikolu 50

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkomunikaw lil xulxin, meta jintalbu jagħmlu dan, l-informazzjoni meħtieġa sabiex ikunu implimentati d-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni, u partikolarment l-informazzjoni relatata ma’ l-approvazzjoni tal-vetturi tat-triq jew tal-kontejners u mal-karatteristiċi tekniċi tad-disinn tagħhom.

Artikolu 51

L-Annessi għal din il-Konvenzjoni jifformaw parti integrali minn din il-Konvenzjoni.



KAPITOLU VII

IL-KLAWŻOLI FINALI

Artikolu 52

L-iffirmar, ir-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni u l-adeżjoni

1.  L-Istati Membri kollha tan-Nazzjonjiet Uniti jew il-membri ta’ kwalunkwe waħda mill-aġenziji speċjalizzati jew ta’ l-Aġenzija Internazzjonali ta’ l-Enerġija Atomika jew il-Partijiet għall-Istatut tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja, u kwalunkwe Stat ieħor mistieden mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonjiet Uniti, jistgħu jsiru Partijiet Kontraenti għal din il-Konvenzjoni:

a) billi jiffirmawha mingħajr riserva ta’ ratifika, aċċettazjoni jew approvazzjoni;

b) billi jiddepożitaw strument ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni wara li jiffirmawha bla ħsara għar-ratifika, għall-aċċettazzjoni jew għall-approvazzjoni; jew

c) billi jiddepożitaw strument ta’ adeżjoni.

2.  Din il-Konvenzjoni għandha tkun miftuħa mill-1 ta’ Jannar 1976 sa l-1 ta’ Diċembru 1976, biż-żewġ dati inklużi, biex tiġi ffirmata fl-Uffiċċju tan-Nazzjonjiet Uniti f’Ġinevra mill-Istati li jissemmew fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Wara għandha tkun miftuħa għall-adeżjoni tagħhom.

3.  L-unjonijiet doganali jew ekonomiċi, flimkien ma’ l-Istati Membri tagħhom kollha jew fi kwalunkwe żmien wara li l-Istati Membri tagħhom kollha jkunu saru Partijiet Kontraenti għal din il-Konvenzjoni, jistgħu wkoll isiru Partijiet Kontraenti għal din il-Konvenzjoni skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Madankollu, dawn l-unjonijiet m’għandux ikollhom id-dritt li jivvotaw.

4.  L-istrumenti ta’ ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni għandhom ikunu ddepożitati mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonjiet Uniti.

Artikolu 53

Id-dħul fis-seħħ

1.  Din il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ sitt xhur wara d-data meta l-ħames Stati li jissemmew fl-Artikolu 52(1) jkunu ffirmawha mingħajr riserva ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni jew ikunu ddepożitaw l-istrumenti ta’ ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni tagħhom.

2.  Wara li l-ħames Stati li jissemmew fl-Artikolu 52(1) jkunu ffirmawha mingħajr riserva ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni, jew ikunu ddepożitaw l-istrumenti ta’ ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni, jew adeżjoni tagħhom, din il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ għal aktar Partijiet Kontraenti sitt xhur wara d-data tad-depożitu ta’ l-istrumenti ta’ ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni tagħhom.

3.  Kwalunkwe strument ta’ ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni ddepożitat wara d-dħul fis-seħħ ta’ emenda għal din il-Konvenzjoni għandu jitqiesu li japplika għal din il-Konvenzjoni kif ġiet emendata.

4.  Kwalunkwe strument bħal dan li jiġi ddepożitat wara li tkun ġiet aċċettata emenda imma qabel ma tkun daħlet fis-seħħ għandu jitqies li japplika għal din il-Konvenzjoni kif ġiet emendata fid-data meta l-emenda tidħol fis-seħħ.

Artikolu 54

Id-denunzja

1.  Kwalunkwe Parti Kontraenti tista’ tiddenunzja din il-Konvenzjoni billi tinnotifika dan lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonjiet Uniti.

2.  Id-denunzja għandha tidħol fis-seħħ 15-il xahar wara d-data meta s-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonjiet Uniti jirċievi n-notifika tad-denunzja.

3.  Il-validità tal-Carnets TIR aċċettati mill-uffiċċju doganali ta’ tluq qabel id-data meta d-denunzja tidħol fis-seħħ m’għandiex tkun affetwata minn dan u l-garanzija ta’ l-assoċjazzjoni garanti għandha tibqa’ valida skond id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni.

Artikolu 55

It-tmiem

Jekk, wara d-dħul fis-seħħ ta’ din il-Konvenzjoni, in-numru ta’ Stati li huma Partijiet Kontraenti, għal kwalunkwe perjodu ta’ 12-il xahar konsekuttiv, jitnaqqas għal inqas minn ħamsa, il-Konvenzjoni m’għandiex tibqa’ aktar fis-seħħ minn tmiem il-perjodu ta’ 12-il xahar.

Artikolu 56

It-tmiem tat-tħaddim tal-Konvenzjoni TIR, 1959

1.  Mad-dħul fis-seħħ tagħha, din il-Konvenzjoni, fir-relazzjonijiet bejn il-Partijiet Kontraenti għal din il-Konvenzjoni, għandha ttemm u tissostitwixxi l-Konvenzjoni TIR, 1959.

2.  Iċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni maħruġa rigward vetturi tat-triq u kontejners fil-kundizzjonijiet tal-Konvenzjoni TIR, 1959, għandhom ikunu aċċettati matul il-perjodu ta’ validità tagħhom jew matul kwalunkwe estensjoni tiegħu għat-trasport tal-merkanzija taħt siġill doganali mill-Partijiet Kontraenti għal din il-Konvenzjoni, sakemm tali vetturi u kontejners ikomplu jissodisfaw il-kundizzjonijiet li fihom kienu approvati oriġinarjament.

Artikolu 57

Is-soluzzjoni ta' disputi

1.  Kwalunkwe disputa bejn żewġ Partijiet Kontraenti jew aktar li tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni, safejn ikun possibbli, għandha tiġi solvuta b’negozjati bejniethom jew b’mezz ieħor biex tinstab soluzzjoni.

2.  Kwalunkwe disputa bejn żewġ Partijiet Kontraenti jew aktar li tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni li ma tistax tiġi solvuta bil-mezzi indikati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fuq it-talba ta’ waħda mill-partijiet, għandha tkun rinvijata quddiem tribunal ta’ l-arbitraġġ magħmul kif ġej: kull Parti fid-disputa għandha taħtar arbitru u dawn l-arbitri għandhom jaħtru arbitru ieħor, li għandu jkun il-president. Jekk, tliet xhur wara li tiġi riċevuta talba, waħda mill-Partijiet ma tkunx għadha ħatret arbitru jew jekk l-arbitri ma rnexxilhomx jeleġġu l-president, kwalunkwe waħda mill-Partijiet tista’ titlob lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonjiet Uniti biex jaħtar arbitru jew il-president tat-tribunal ta’ l-arbitraġġ.

3.  Id-deċiżjoni tat-tribunal ta’ l-arbitraġġ stabbilit skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 għandha torbot lill-Partijiet fid-disputa.

4.  It-tribunal ta’ l-arbitraġġ għandu jiddetermina r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess.

5.  Id-deċiżjonijiet tat-tribunal ta’ l-arbitraġġ għandhom jittieħdu b’vot maġġoritarju.

6.  Kwalunkwe kontroversja li tista’ tinqala’ bejn il-Partijiet fid-disputa rigward l-interpretazzjoni u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tista’ titressaq minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet għal ġudizzju quddiem it-tribunal ta’ l-arbitraġġ li ħa d-deċiżjoni.

Artikolu 58

Ir-riservi

1.  Fi żmien l-iffirmar ta’, ir-ratifika ta’ jew l-adeżjoni ma’ din il-Konvenzjoni, kwalunkwe Stat jista’ jiddikjara li ma jqisx lilu nnifsu marbut mill-Artikolu 57(2) sa (6) ta’ din il-Konvenzjoni. Il-Partijiet Kontraenti l-oħra m’għandhomx ikunu marbuta minn dawn il-paragrafi rigward kwalunkwe Parti Kontraenti oħra li tkun għamlet tali riserva.

2.  Kwalunkwe Parti Kontraenti li għamlet riserva kif inhu pprovdut fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fi kwalunkwe ħin, tista’ tirtira tali riserva billi tinnotifika lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonjiet Uniti.

3.  Minbarra r-riservi pprovduti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, m’għandha tkun permessa l-ebda riserva għal din il-Konvenzjoni.

Artikolu 58a

Il-Kumitat Amministrattiv

Għandu jkun stabbilit Kumitat Amministrattiv magħmul mill-Partijiet Kontraenti kollha. Il-kompożizzjoni, il-funzjonijiet u r-regoli ta’ proċedura tiegħu ġew stabbiliti fl-Anness 8.

Artikolu 58b

Il-Bord Eżekuttiv TIR

Il-Kumitat Amministrattiv għandu jistabblixxi Bord Eżekuttiv TIR bħala entità sussidjarja li, f’ismu, se jwettaq il-kompiti fdati lilu mill-Konvenzjoni u mill-Kumitat. Il-kompożizzjoni, il-funzjonijiet u r-regoli ta’ proċedura tiegħu ġew stabbiliti fl-Anness 8.

Artikolu 59

Il-proċedura biex tiġi emendata din il-Konvenzjoni

1.  Din il-Konvenzjoni, inklużi l-Annessi tagħha, tista’ tiġi emendata fuq proposta ta’ Parti Kontraenti permezz tal-proċedura speċifikata f’dan l-Artikolu.

2.  Kwalunkwe emenda proposta għal din il-Konvenzjoni għandha titqies mill-Kumitat Amministrattiv magħmul mill-Partijiet Kontraenti kollha skond ir-regoli ta’ proċedura stabbiliti fl-Anness 8. Kwalunkwe emenda bħal din meqjusa jew ippreparata matul il-laqgħa tal-Kumitat Amministrattiv u adottata minnu b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri preżenti u li jivvotaw għandha tkun ikkomunikata mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonjiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-aċċettazzjoni tagħhom.

3.  Ħlief kif inhu pprovdut fl-Artikolu 60, kwalunkwe emenda proposta li ġiet ikkomunikata skond il-paragrafu preċedenti għandha tidħol fis-seħħ rigward il-Partijiet Kontraenti kollha tliet xhur wara l-iskadenza ta’ perjodu ta’ 12-il xahar wara d-data ta’ komunikazzjoni ta’ l-emenda proposta, fejn matul dan il-perjodu ma tkun ġiet ikkomunikata l-ebda oġġezzjoni għall-emenda proposta lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonjiet Uniti minn Stat li huwa Parti Kontraenti.

4.  Jekk, skond il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, tkun ġiet ikkomunikata oġezzjoni għall-emenda proposta għandu jitqies li l-emenda ma ġietx aċċettata u m’għandu jkollha l-ebda effett.

Artikolu 60

Il-proċedura speċjali biex ikunu emendati l-Annessi 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9 u 10

1.  Kwalunkwe emenda proposta għall-Annessi 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9 u 10 meqjusa skond l-Artikolu 59(1) u (2) għandha tidħol fis-seħħ f’data li għandha tkun iddeterminata mill-Kumitat Amministrattiv fi żmien l-adozzjoni tagħha, sakemm b’data preċedenti ddeterminata mill-Kumitat Amministrattiv fl-istess żmien, wieħed minn kull ħames Stati li huma Partijiet Kontraenti jew ħamsa mill-Istati li huma Partijiet Kontraenti, liema numru huwa l-iżgħar, jinnotifikaw lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti bl-oġġezzjoni tagħhom għall-emenda. Id-determinazzjoni mill-Kumitat Amministrattiv tad-dati li jissemmew f’dan il-paragrafu għandha tkun b’maġġoranza ta’ żewġ terzi ta’ dawk preżenti u li jivvotaw.

2.  Mad-dħul fis-seħħ, kwalunkwe emenda adottata skond il-proċeduri stabbiliti fil-paragrafu 1 t’aktar ’il fuq, għall-Partijiet Kontraenti kollha, għandha tissostitwixxi u tieħu post kwalunkwe dispożizzjoni preċedenti li għaliha tirreferi l-emenda.

Artikolu 61

It-talbiet, il-komunikazzjonijiet u l-oġġezzjonijiet

Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonjiet Uniti għandu jinforma lill-Partijiet Kontraenti kollha u lill-Istati kollha li jissemmew fl-Artikolu 52(1) ta’ din il-Konvenzjoni bi kwalunkwe talba, komunikazzjoni jew oġġezzjoni skond l-Artikoli 59 u 60 t’aktar ’il fuq u bid-data meta kwalunkwe emenda tidħol fis-seħħ.

Artikolu 62

Il-Konferenza ta’ Analiżi

1.  Permezz ta’ notifika lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonjiet Uniti, kwalunkwe Stat li jkun Parti Kontraenti jista’ jitlob biex titlaqqa’ konferenza sabiex tkun analizzata din il-Konvenzjoni.

2.  Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonjiet Uniti għandu jlaqqa’ konferenza ta’ analiżi li għaliha għandhom jiġu mistiedna l-Partijiet Kontraenti kollha u l-Istati kollha li jissemmew fl-Artikolu 52(1) jekk, f’perjodu ta’ sitt xhur wara d-data ta’ notifika mis-Segretarju Ġenerali, mhux inqas minn Stat minn kull erbgħa mill-Istati li jkunu Partijiet Kontraenti jinnotifikawh bil-qbil tagħhom għat-talba tiegħu.

3.  Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonjiet Uniti għandu jlaqqa’ wkoll konferenza ta’ analiżi li għaliha għandhom jiġu mistiedna l-Partijiet Kontraenti kollha u l-Istati kollha li jissemmew fl-Artikolu 52(1), fuq notifika ta’ talba mill-Kumitat Amministrattiv. Il-Kumitat Amministrattiv għandu jagħmel talba jekk ikun hemm il-qbil ta’ maġġoranza ta’ dawk preżenti u li jivvotaw fil-Kumitat.

4.  Jekk titlaqqa’ konferenza skond il-paragrafu 1 jew 3 ta’ dan l-Artikolu, is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonjiet Uniti għandu jinforma b’dan lill-Partijiet Kontraenti kollha u jistedinhom iressqu, f’perjodu ta’ tliet xhur, il-proposti li jixtiequ li tqis il-konferenza. Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonjiet Uniti għandu jiċċirkola lill-Partijiet Kontraenti kollha l-aġenda provviżorja għall-konferenza flimkien mat-testi ta’ tali proposti, mill-inqas tliet xhur qabel id-data meta għandha tiltaqa’ l-konferenza.

Artikolu 63

In-notifiki

Minbarra n-notifiki u l-komunikazzjonijiet ipprovduti fl-Artikoli 61 u 62, is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonjiet Uniti għandu jinnotifika lill-Istati kollha li jissemmew fl-Artikolu 52 b’dan li ġej:

a) il-firem, ir-ratifiki, l-aċċettazzjonijiet, l-approvazzjonijiet u l-adeżjonijiet skond l-Artikolu 52;

b) id-dati tad-dħul fis-seħħ ta’ din il-Konvenzjoni skond l-Artikolu 53;

c) id-denunzji skond l-Artikolu 54;

d) it-tmiem ta’ din il-Konvenzjoni skond l-Artikolu 55;

e) ir-riservi skond l-Artikolu 58.

Artikolu 64

It-test awtentiku

Wara l-31 ta’ Diċembru1976, l-oriġinal ta’ din il-Konvenzjoni għandu jkun iddepożitat mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonjiet Uniti, li għandu jittrażmetti kopji veri ċċertifikati lil kull waħda mill-Partijiet Kontraenti u lill-Istati li jissemmew fl-Artikolu 52(1) li mhumiex Partijiet Kontraenti.




ANNESS 1

MUDELL TAL-CARNET TIR

Verżjoni 1

1.

Il-Carnet TIR huwa stampat bil-Franċiż ħlief għall-paġna 1 tal-qoxra fejn il-punti huma stampati wkoll bl-Ingliż. Ir-“Regoli rigward l-Użu tal-Carnet TIR” mogħtija bil-Franċiż fuq paġna 2 tal-qoxra huma wkoll stampati bl-Ingliż fuq paġna 3 tal-qoxra. Ir-“Rapport Iċċertifikat” jista’ wkoll jidher, fuq in-naħa ta’ wara tal-paġna, b’lingwa oħra li mhix il-Franċiż, kif ikun xieraq.

2.

Il-Carnets li jintużaw għall-operazzjonijiet TIR f’katina reġjonali ta’ garanziji jistgħu jiġu stampati fi kwalunkwe lingwa uffiċċjali oħra tan-Nazzjonjiet Uniti ħlief il-paġna 1 tal-qoxra fejn il-punti jiġu stampati wkoll bl-Ingliż jew bil-Franċiż. Ir-“Regoli rigward l-Użu tal-Carnet TIR” jiġu stampati fuq paġna 2 tal-qoxra fl-ilsien uffiċjali tan-Nazzjonjiet Uniti li ntuża u jiġu stampati wkoll bl-Ingliż jew bil-Franċiż fuq paġna 3 tal-qoxra.

Verżjoni 2

3.

Għat-trasport tat-tabakk u ta’ l-alkoħol li għalihom tista’ tkun pretiża garanzija akbar mingħand l-assoċjazzjoni garanti, skond in-Nota ta’ Spjegazzjoni 0.8.3 ta’ l-Anness 6, l-awtoritajiet doganali għandhom jitolbu li l-Carnets TIR ikunu mmarkati b’mod ċar “TOBACCO/ALCOHOL” u “TABAC/ALCOOL” (TABAKK/ALKOĦOL) fuq il-qoxra u fuq il-vawċers kollha. Barra minn hekk, dawn il-Carnets iridu jipprovdu dettalji, għallinqas bl-Ingliż u bil-Franċiż, dwar il-kategoriji ta’ tabakk u ta’ alkoħol iggarantiti, fuq folja separata mdaħħla fil-Carnet wara l-paġna 2 tal-qoxra tal-Carnet.

Mudell tal-Carnet TIR:

VERŻJONI 1

image

Mudell tal-Carnet TIR:

VERŻJONI 1

image

Mudell tal-Carnet TIR:

VERŻJONI 1

image

Mudell tal-Carnet TIR:

VERŻJONI 1

image

Mudell tal-Carnet TIR:

VERŻJONI 1

image

Mudell tal-Carnet TIR:

VERŻJONI 1

image

Mudell tal-Carnet TIR:

VERŻJONI 2

image

Mudell tal-Carnet TIR:

VERŻJONI 2

image

Mudell tal-Carnet TIR:

VERŻJONI 2

image

►(3) M5  

►(3) M5  

►(3) M5  

Mudell tal-Carnet TIR:

VERŻJONI 2

image

Mudell tal-Carnet TIR:

VERŻJONI 2

image

Mudell tal-Carnet TIR:

VERŻJONI 2

image

Mudell tal-Carnet TIR:

VERŻJONI 2

image




ANNESS 2

IR-REGOLAMENTI DWAR IL-KUNDIZZJONIJIET TEKNIĊI APPLIKABBLI GĦALL-VETTURI TAT-TRIQ LI JISTGĦU JIĠU AĊĊETTATI GĦAT-TRASPORT INTERNAZZJONALI TAĦT SIĠILL DOGANALI

Artikolu 1

Il-prinċipji bażiċi

L-approvazzjoni għat-trasport internazzjonali tal-merkanzija taħt siġill doganali tista’ tingħata biss lil vetturi, li l-kompartimenti tat-tagħbija tagħhom jkunu mibnija u mgħammra b’tali mod li:

a) l-ebda merkanzija ma tista’ tinteħħa minn jew tiġi introdotta fil-parti ssiġillata tal-vettura mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji ta’ tbagħbis jew mingħajr ma jinkiser is-siġill doganali;

b) is-siġill doganali jista’ jitwaħħal sempliċment u effettivament magħhom;

c) ma jinkludu l-ebda spazju moħbi fejn tista’ tinħeba l-merkanzija;

d) l-ispazji kollha li kapaċi jżommu l-merkanzija jkunu faċilment aċċessibbli għal spezzjoni doganali.

Artikolu 2

L-istruttura tal-kompartimenti tat-tagħbija

1.  Sabiex ikunu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 1 ta’ dawn ir-Regolamenti:

a) il-partijiet kostitwenti tal-kompartiment tat-tagħbija (il-ġnub, il-qiegħ, il-bibien, is-saqaf, l-elementi weqfin (uprights), il-qafas, il-biċċiet trasversali, eċċ.) għandhom ikunu assemblati jew permezz ta’ apparti li jistgħu jitneħħew u sostitwiti minn barra mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji jew permezz ta’ tali metodi li se jipproduċu struttura li ma tistax tiġi modifikata mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji. Meta l-ġnub, il-qiegħ, il-bibien u s-saqaf ikunu magħmula minn komponenti differenti, dawn għandhom jissodisfaw l-istess rekwiżiti u għandhom ikunu b’saħħithom biżżejjed;

b) il-bibien u s-sistemi l-oħra kollha ta’ għeluq (inkludi l-istopkoks, l-għotjien tat-tappieri, il-flanġijiet, eċċ) għandu jitwaħħlilhom apparat li fuqu jistgħu jitwaħħlu s-siġilli doganali. Dan l-apparat irid ikun tali li ma jistax jitneħħa u jiġi sostitwit minn barra mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji, jew il-bieb jew l-irbit ma jistax jinfetaħ mingħajr ma jinkisru s-siġilli doganali. Ta’ l-aħħar għandhom ikunu protetti adegwatament. Għandhom ikunu permessi s-soqfa li jinfetħu;

c) l-aperturi għall-ventilazzjoni u għad-dranaġġ għandhom ikunu pprovduti b’apparat li jipprevjeni l-aċċess għall-parti ġewwiena tal-kompartiment tat-tagħbija. Dan l-apparat irid ikun tali li ma jistax jitneħħa u jiġi sostitwit minn barra mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji.

2.  Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 1(c) ta’ dawn ir-Regolament, għandhom ikunu permessi partijiet kostitwenti tal-kompartiment tat-tagħbija li, għal raġunijiet prattiċi, iridu jinkludu spazji vojta (pereżempji, bejn it-taqsimiet ta’ ħajt dobblu). Sabiex l-imsemmija spazji ma jkunux jistgħu jintużaw ħalli tinħeba l-merkanzija:

i) fejn il-kisja (lining) minn ġewwa tkopri l-għoli kollu mill-qiegħ sas-saqaf jew, f’każi oħra, fejn l-ispazju bejnha u l-ħajt ta’ barra jkun magħluq għalkollox, il-kisja minn ġewwa fil-kompartiment tat-tagħbija għandha titwaħħal b’tali mod li ma tistax titneħħa u tiġi sostitwita mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji; u

ii) fejn kisja tkopri inqas mill-għoli kollu u l-ispazji bejn il-kisja u l-ħajt ta’ barra ma jkunux għalkollox magħluqa, u fil-każi l-oħra kollha fejn ikun hemm spazji fil-kostruzzjoni ta’ kompartiment tat-tagħbija, in-numru ta’ tali spazji għandu jinżamm l-inqas possibbli u dawn l-ispazji għandhom ikunu faċilment aċċessibbli għal spezzjoni doganali.

3.  It-twieqi għandhom ikunu permessi sakemm ikunu magħmula minn materjali biżżejjed b’saħħithom u li ma jistgħux jitneħħew u jiġu sostitwiti minn barra mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji. Madankollu, il-ħġieġ jista’ jkun permess, imma jekk jintuża ħġieġ għajr ħġieġ ta’ sikurezza, mat-twieqi għandha titwaħħal gradilja fissa tal-metall li ma tistax titneħħa minn barra; il-malja tal-gradilja m’għandiex teċċedi l-10 mm.

4.  Il-fetħiet li jsiru fil-qiegħ għal raġunijiet tekniċi, bħal-lubrikazzjoni, il-manutenzjoni u l-mili tal-kaxxa tar-ramel, għandhom ikunu permess biss jekk ikunu mgħammra b’għatu li jkunu jista’ jitwaħħal b’tali mod li jagħmel lill-kompartiment tat-tagħbija inaċċessibbli minn barra.

Artikolu 3

Il-vetturi mgħottija (sheeted vehicles)

1.  Fejn ikun applikabbli, għall-vetturi mgħottija għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 1 u 2 ta’ dawn ir-Regolamenti. Barra minn hekk, dawn il-vetturi għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

2.  L-għatja għandha jew tkun magħmula minn kanvas b’saħħtu jew minn drapp mgħotti bil-plastik jew imħallat bil-lasktu, li għandu jkun biżżejjed b’saħħtu u li ma jiġġebbidx. Għandha tkun f’kundizzjoni tajba u għandha tkun magħmula b’tali mod li ladarba jingħalaq l-apparat ta’ l-għeluq, ikun impossibbli li jinkiseb aċċess għall-kompartiment tat-tagħbija mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji.

3.  Jekk l-għatja tkun magħmula minn diversi biċċiet, it-truf tagħhom għandhom jintwew wieħed fl-ieħor u jiġu meħjuta flimkien b’żewġ ħjatat għallinqas 15-il mm ’il bogħod minn xulxin. Dawn il-ħjatat għandhom isiru kif jintwera fl-iskeċċ Nru. 1 mehmuż ma’ dawn ir-Regolamenti; madankollu, fejn fil-każ ta’ ċerti partijiet ta’ l-għatja (bħal perpuri u ġnub rinforzati) ma jkunx possibbli li l-biċċiet jiġu assemblati b’dak il-mod, għandu jkun biżżejjed li jintewa t-tarf tat-taqsima ta’ fuq u jsiru l-ħjatat kif muri fl-iskeċċ Nru. 2 jew Nru. 2(a) mehmuż ma’ dawn ir-Regolament. Waħda mill-ħjatat għandha tkun viżibbli biss minn ġewwa u l-kulur tal-ħajta li tintuża għal dik il-ħjata għandha tkun biċ-ċar differenti mill-kulur ta’ l-għata nfushom u mill-kulur tal-ħajta li tintuża għall-ħjata l-oħra. Il-ħjatat kollha għandhom ikunu meħjuta bil-magna.

4.  Jekk l-għatja tkun magħmula minn drapp mgħotti bil-plastik, u tkun magħmula minn diversi biċċiet, il-biċċiet jistgħu alternattivament jiġu wweldjati flimkien bil-mod muri fl-iskeċċ Nru. 3 mehmuż ma’ dawn ir-Regolament. It-truf tal-biċċiet għandhom jitrikkbu fuq xulxin b’mill-inqas 15-il mm. Il-biċċiet għandhom jiġu mġonġija fuq il-wisa’ kollha tat-trikkib. It-tarf ta’ l-għatja ta’ barra għandu jkun mgħotti bi strixxa ta’ materjal tal-plastik wiesa’ mill-inqas 7 mm, imwaħħla bl-istess proċess ta’ wweldjar. L-istrixxa tal-plastik u l-għatja fuq kull naħa tagħha għal wisa’ ta’ mill-inqas 3 mm għandu jkollhom disinn uniformi f’riljiev stampat fuqhom. Il-biċċiet għandhom ikunu wweldjati b’tali mod li ma jistgħux jiġu sseparati u mgħaqqda mill-ġdid mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji.

5.  It-tiswijiet għandhom ikunu skond il-metodu deskritt fl-iskeċċ Nru. 4 mehmuż ma’ dawn ir-Regolamenti; it-truf għandhom jintwew wieħed fl-ieħor u għandhom jiġu meħjuta flimkien b’żewġ ħjatat viżibbli mill-inqas 15-il mm ’il bogħod minn xulxin; il-kulur tal-ħjata viżibbli minn ġewwa għandu jkun differenti minn dak tal-ħjata viżibbli minn barra u minn dik ta’ l-għatja nfisha; il-ħjatat kollha għandhom ikunu meħjuta bil-magna. Meta għatja issirilha ħsara qrib it-truf, tissewwa billi l-parti li saritilha l-ħsara tiġi sostitwita b’roqgħa, il-ħjata wkoll tista’ ssir skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u skond l-iskeċċ Nru. 1 mehmuż ma’ dawn ir-Regolament. Alternattivament, l-għatjiet tad-drapp mgħotti bil-plastik jistgħu jissewwew skond il-metodu deskritt fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, imma f’dak il-każ l-istrixxa tal-plastik trid titwaħħal maż-żewġ naħat ta’ l-għatja, bir-roqgħa tkun imwaħħla fuq in-naħa ta’ ġewwa ta’ l-għatja.

6.  L-għatja għandha tkun imwaħħla mal-vettura f’konformità stretta mal-kundizzjonijiet stabbbiliti fl-Artikolu 1(a) u (b) ta’ dawn ir-Regolament. Jistgħu jintużaw is-sistemi li ġejjin:

a) L-għatja tista’ titwaħħal sew bi:

i) anelli tal-metall imwaħħla mal-vetturi,

ii) radanċi fit-tarf ta’ l-għatja, u

iii) irbit li jgħaddi mill-anelli ’l fuq mill-għatja u li jkun viżibbli minn barra għat-tul kollu tagħha.

L-għatja għandha titrikkeb fuq il-partijiet solidi tal-vettura b’mill-inqas 250 mm, imkejla miċ-ċentru ta’ l-anelli tat-twaħħil, sakemm is-sistema tal-kostruzzjoni tal-vettura minnha nfisha ma tipprevejneix l-aċċess kollu għall-kompartiment tat-tagħbija.

b) Meta kwalunkwe tarf ta’ l-għatja se jitwaħħal sew u permanentament mal-vettura, iż-żewġ superfiċji għandhom jiġu mġonġija flimkien b’mod kontinwu u għandhom jinżammu f’posthom minn apparati b’saħħithom.

c) Meta tintuża sistema ta’ sokra għall-għatja, f’pożizzjoni msakkra għandha ġġonġi l-għatja strettament man-naħa ta’ barra tal-kompartiment tat-tagħbija (bħala eżempju ara l-iskeċċ Nru.6).

7.  L-għatja għandha tkun appoġġjata minn superstruttura adegwata (elementi weqfin, ġnub, arkati, paletti, eċċ.).

8.  L-ispazji bejn l-anelli u l-ispazji bejn ir-radanċi m’għandhomx jeċċedu l-200 mm. Madankollu, l-ispazji jistgħu jkunu akbar imma m’għandhomx jeċċedu t-300 mm bejn l-anelli u r-radanċi fuq kwalunkwe naħa ta’ l-element wieqaf jekk il-kostruzzjoni tal-vettura u ta’ l-għatja tkun tali sabiex ikun ipprevenut kwalunkwe aċċess għall-kompartiment tat-tagħbija. Ir-radanċi għandhom ikunu rrinforzati.

9.  Għandu jintuża l-irbit li ġej:

a) ħbula tal-wajers ta’ l-azzar b’dijametru ta’ mill-inqas 3 mm; jew

b) ħbula tal-qanneb jew tas-sisal b’dijametru ta’ mill-inqas 8 mm magħluqa f’inforra trasparenti ta’ plastik li ma jiġġebbidx; jew

c) ħbula li jikkonsistu minn lottijiet ta’ wajers tal-fibra ottika f’kejsing imdawwar fi spirali ta’ l-azzar magħluq f’inforra trasparenti ta’ plastik li ma jiġġebbidx; jew

d) ħbula magħmula minn korda tessili mdawwra minn għallinqas erba’ kurduni li jikkonsistu biss minn wajer ta’ l-azzar u li jgħattu għalkollox il-parti ċentrali, sakemm il-ħbula (mingħajr ma titqies l-inforra trasparenti, jekk ikun hemm) ma jkollhomx dijametru ta’ inqas minn 3 mm.

Skond il-paragrafu 9(a) jew (d) ta’ dan l-Artikolu, il-ħbula jista’ jkollhom inforra trasparenti ta’ plastik li ma jiġġebbidx.

F’każi fejn l-għatja trid titwaħħal mal-qafas f’sistema ta’ kostruzzjoni li mill-bqija hija konformi mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6(a) ta’ dan l-Artikolu, ċinga dejqa tista’ tintuża bħala rbit (eżempju ta’ tali sistema ta’ kostruzzjoni jingħata fl-iskeċċ Nru.7 mehmuż ma’ dan l-Anness). Iċ-ċinga dejqa trid tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 11(a)(iii) rigward il-materjal, id-dimensjonijiet u s-sura.

10.  Kull ħabel għandu jkun f’biċċa waħda u għandu jkollu biċċa tat-tarf tal-metall iebsa f’kull tarf. Kull biċċa tat-tarf tal-metall għandha tippermetti li tiddaħħal ħajta jew strixxa tas-siġill doganali. L-irbit ta’ kull biċċa tat-tarf tal-metall tal-ħbula, skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 9(a), (b) u (d) ta’ dan l-Artikolu, għandu jinkludi musmar irbattut vojt minn ġewwa li jgħaddi mill-ħabel sabiex tkun tista’ tiddaħħal il-ħajta jew l-istrixxa tas-siġill doganali. Il-ħabel għandu jibqa’ viżibbli fuq kwalunkwe naħa tal-musmar irbattut vojt minn ġewwa sabiex ikun possibbli li jiġi żgurat li l-ħabel ikun f’biċċa waħda (ara l-iskeċċ Nru. 5 mehmuż ma’ dawn ir-Regolamenti).

11.  Fil-fetħiet fl-għatja, li jintużaw għat-tagħbija u għall-ħatt, iż-żewġ superfiċji għandhom jiġu mġonġija flimkien. Jistgħu jintużaw is-sistemi li ġejjin:

a) Iż-żewġt itruf ta’ l-għatja għandu jkollhom biċċa mrikkba adegwata. Għandhom ukoll ikunu marbuta bi:

i) perpura meħjuta jew iwweldjata skond il-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu,

ii) anelli u radanċi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, bl-anelli jkunu manifatturati mill-metall, u

iii) ċinga dejqa magħmula minn materjal xieraq, f’biċċa waħda u li ma tiġġebbidx, wiesgħa mill-inqas 20 mm u ħoxna 3 mm, li tgħaddi mill-anelli u żżomm flimkien iż-żewġt itruf ta’ l-għatja u tal-perpura; iċ-ċinga dejqa għandha titwaħħal sew ġewwa l-għatja u titwaħħal jew ma’:

 radanċa sabiex tieħu l-ħabel li jissemma fil-paragrafu 9 ta’ l-Artikolu, jew,

 radanċa li tista’ titwaħħal ma’ l-anell tal-metall li jissemma fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu u jintrabat sew bil-ħabel li jissemma fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu.

Perpura m’għandiex tkun meħtieġa jekk jitwaħħal apparat speċjali, bħal baffle plate li jipprevjeni l-aċċess għall-kompartiment tat-tagħbija mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji. Lanqas m’għandha tkun meħtieġa perpura għal vetturi b’għatjiet li jiżżerżqu (sliding sheets).

b) Sistema speċjali ta’ sokra li żżomm it-truf ta’ l-għatjiet imsakkra b’mod strett meta l-kompartiment tat-tagħbija jkun magħluq u ssiġillat. Is-sistema għandha tkun ipprovduta b’fetħa li minnha jista’ jgħaddi l-anell tal-metall li jissemma fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu u jkun marbut sew bil-ħabel li jissemma fil-paragrafu 9 ta’ l-Artikolu. Tali sistema ġiet deskritta fl-iskeċċ Nru. 8 mehmuż ma’ dan l-Anness.

Artikolu 4

Il-vetturi b’għatjiet li jiżżerżqu (vehicles with sliding sheets)

1. Fejn ikun applikabbli, għall-vetturi b’għatjiet li jiżżerżqu, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 1, 2 u 3 ta’ dawn ir-Regolament. Barra minn hekk, dawn il-vetturi għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

2. L-għatjiet li jiżżerżqu, il-qigħan, il-bibien u l-partijiet kostitwenti l-oħra kollha tal-kompartiment tat-tagħbija għandhom jissodisfaw jew ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 3(6), (8), (9) u (11) ta’ dawn ir-Regolamenti jew ir-rekwiżiti stabbiliti fi (i) sa (vi) t’hawn taħt.

▼M6

i) L-għatjiet li jiżżerżqu, il-qiegħ, il-bibien u l-partijiet kostitwenti l-oħra kollha tal-kompartiment tat-tagħbija għandhom ikunu immontati jew permezz ta' apparati li ma jistgħux jitneħħew u jiġu sostitwiti minn barra mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji, jew permezz ta' metodi li bihom tiġi prodotta struttura li ma tistax tiġi modifikata mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji.

▼B

ii) L-għatja għandha titrikkeb fuq il-partijiet solidi fuq il-quċċata tal-vettura b’mill-inqas 1/4 tad-distanza effettiva bejn l-istrixxi li jżidu t-tensjoni. L-għatja għandha titrikkeb fuq il-partijiet solidi fil-qiegħ tal-vettura b’mill-inqas 50 mm. Il-fetħa orizzontali bejn l-għatja u l-partijiet solidi tal-kompartiment tat-tagħbija ma tistax teċċedi l-10 mm imkejla b’mod perpendikulari għall-assi lonġitudinali tal-vettura fi kwalunkwe post meta l-kompartiment tat-tagħbija jinqafel sew u jiġi ssiġillat għal finijiet doganali.

▼M6

iii) Il-gwida għall-għatja li tiżżerżaq, l-apparati għat-tensjonament tal-għatja li tiżżerżaq u l-partijiet l-oħra li jiċċaqilqu għandhom jiġu immontati b'tali mod li meta jingħalqu u jitqiegħed fuqhom siġill doganali, il-bibien u partijiet oħra li jiċċaqilqu ma jkunux jistgħu jinfetħu jew jingħalqu minn barra mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji. Il-gwida għall-għatja li tiżżerżaq, l-apparati għat-tensjonament tal-għatja u l-partijiet l-oħra li jiċċaqilqu għandhom jiġu immontati b'tali mod li jkun impossibli li jinkiseb aċċess għall-kompartiment tat-tagħbija mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji ladarba jkunu ġew maqfula l-apparati għall-għeluq. Eżempju ta' sistema ta' kostruzzjoni ta' dan it-tip huwa pprovdut fl-illustrazzjoni Nru 9 mehmuża ma' dawn ir-Regolamenti.

▼B

iv) Id-distanza orizzonali bejn l-anelli, li jintużaw għal finijiet doganali, fuq il-partijiet tal-vettura m’għandiex teċċedi l-200 mm. Madankollu, l-ispazju jista’ jkun ikbar imma m’għandux jeċċedi t-300 mm bejn l-anelli fuq kwalunkwe naħa ta’ l-element wieqaf jekk il-kostruzzjoni tal-vettura u ta’ l-għatjiet tkun tali li tipprevjeni kull aċċess għall-kompartiment tat-tagħbija. Ikun xi jkun il-każ, għandu jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet stabbliti fi (ii) t’aktar ’il fuq.

v) Id-distanza bejn l-istrixxi li jżidu t-tensjoni m’għandiex teċċedi s-600 mm.

vi) L-irbit li jintuża sabiex l-għatjiet jitwaħħlu sew mal-partijiet solidi tal-vettura għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 3(9) ta’ dawn ir-Regolamenti.

▼M6

Artikolu 5

Vetturi b'soqfa mgħottija li jiżżerżqu

1.  Fejn applikabbli, għall-vetturi b'soqfa mgħottija li jiżżerżqu għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1, 2, 3 u 4 ta' dawn ir-Regolamenti. Barra minn hekk, dawn il-vetturi għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

2.  Is-soqfa mgħottija li jiżżerżqu għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'(i) sa (iii) hawn taħt.

(i) Is-soqfa mgħottija li jiżżerżqu għandhom ikunu immontati jew permezz ta' apparati li ma jistgħux jitneħħew u sostitwiti minn barra mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji, jew permezz ta' metodi li permezz tagħhom tiġi prodotta struttura li ma tistax tiġi modifikata mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji.

(ii) L-għatu tas-saqaf mgħotti li jiżżerżaq għandu jirkeb fuq il-parti solida tas-saqaf fuq in-naħa ta' quddiem tal-kompartiment tat-tagħbija, b'tali mod li l-għatu tas-saqaf ma jistax jinġibed aktar 'l fuq mix-xifer ta' fuq tal-cantrail ta' fuq. Mat-tul tal-kompartiment tat-tagħbija, fuq iż-żewġ naħat, għandu jiddaħħal kejbil tal-azzar ikkompressat minn qabel fil-keffa tal-għatu tas-saqaf, b'tali mod li dan ma jistax jitneħħa u jerġa' jiddaħħal mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji. L-għatu tas-saqaf għandu jitwaħħal mal-karru b'tali mod li ma jistax jitneħħa u jerġa' jitwaħħal mill-ġdid mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji.

(iii) Il-gwidi għas-soqfa mgħottija li jiżżerżqu, l-apparati għat-tensjonament tal-għatja li tiżżerżaq u l-partijiet l-oħra li jiċċaqilqu għandhom jiġu immontati b'tali mod li meta jingħalqu u jitqiegħed fuqhom siġill doganali, il-bibien, is-saqaf u partijiet oħra li jiċċaqilqu ma jkunux jistgħu jinfetħu jew jingħalqu minn barra mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji. Il-gwidi għas-soqfa mgħottija li jiżżerżqu, l-apparati għat-tensjonament tal-għatja u l-partijiet l-oħra li jiċċaqilqu għandhom jiġu assemblati b'tali mod li jkun impossibli li jinkiseb aċċess għall-kompartiment tat-tagħbija mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji ladarba jkunu ġew maqfula l-apparati għall-għeluq.

Eżempju ta' sistema possibbli ta' kostruzzjoni huwa muri fl-illustrazzjoni Nru 10, mehmuża ma' dawn ir-Regolamenti.

▼B

Skeċċ Nru. 1

GĦATJA MAGĦMULA MINN DIVERSI BIĊĊIET MEĦJUTA FLIMKIEN

image

Skeċċ Nru. 2

GĦATJA MAGĦMULA MINN DIVERSI BIĊĊIET MEĦJUTA FLIMKIEN

image

Skeċċ Nru. 2(a)

GĦATJA MAGĦMULA MINN DIVERSI BIĊĊIET MEĦJUTA FLIMKIEN

image

Skeċċ Nru. 3

GĦATJA MAGĦMULA MINN DIVERSI BIĊĊIET IWWELDJATI FLIMKIEN

image

Skeċċ Nru. 4

IT-TISWIJA TA’ L-GĦATJA

image

Skeċċ Nru. 5

EŻEMPLARI TA’ BIĊĊA TAT-TARF

image

Skeċċ Nru. 6

EŻEMPJU TA’ SISTEMA TA’ SOKRA GĦALL-GĦATJA

image

Skeċċ Nru. 7

EŻEMPJU TA’ GĦATJIET IMWAĦĦLA MA’ QAFAS B’SURA SPEĊJALI

image

Skeċċ Nru. 8

IS-SISTEMA TA’ SOKRA GĦALL-GĦATJA F’FETĦIET GĦAT-TAGĦBIJA U GĦALL-ĦATT

image

image

▼M6

Illustrazzjoni Nru 9

EŻEMPJU TA' KOSTRUZZJONI TA' VETTURA B'GĦATJIET LI JIŻŻERŻQU

image

Illustrazzjoni Nru 9, kontinwazzjoni:

image

Illustrazzjoni Nru 9, kontinwazzjoni:

image

▼M6

Illustrazzjoni Nru 10

EŻEMPJU TA' KOSTRUZZJONI TA' VETTURA B'SAQAF MGĦOTTI LI JIŻŻERŻAQ

image

Illustrazzjoni Nru 10, kontinwazzjoni:

image

Illustrazzjoni Nru 10, kontinwazzjoni:

image

▼B




ANNESS 3

IL-PROĊEDURA GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ VETTURI TAT-TRIQ LI JKUNU KONFORMI MAL-KUNDIZZJONIJIET TEKNIĊI STABBILITI FIR-REGOLAMENTI INKLUŻI FL-ANNESS 2

ĠENERALI

1.

Il-vetturi tat-triq jistgħu jiġu approvati b’waħda mill-proċeduri li ġejjin:

a) individwalment; jew,

b) skond it-tip ta’ disinn (serje ta’ vetturi tat-triq).

2.

Għall-vetturi approvati għandu jinħareġ Ċertifikat ta’ Approvazzjoni li jkun konformi mal-formola standard ta’ l-Anness 4. Dan iċ-Ċertifikat għandu jiġi stampat fl-ilsien tal-pajjiż ta’ ħruġ u bil-Franċiż jew bl-Ingliż. Meta l-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni tqis li dan ikun meħtieġ, maċ-Ċertifikat għandhom jiġu mehmuża r-ritratti jew id-dijagrammi awtentikati minn dik l-awtorità. In-numru ta’ dawn id-dokumenti mbagħad għandu jitniżżel minn dik l-awtorità taħt il-punt Nru. 6 taċ-Ċertifikat ta’ Approvazzjoni.

3.

Iċ-Ċertifikat ta’ Approvazzjoni għandu jinżamm fuq il-vettura tat-triq.

4.

Għal finijiet ta’ spezzjoni u ta’ tiġdid ta’ l-approvazzjoni, fejn ikun xieraq, il-vetturi tat-triq għandhom ikunu ppreżentati kull sentejn quddiem l-awtortijiet kompetenti tal-pajjiż fejn il-vettura ġiet irreġistrata jew, fil-każ ta’ vetturi mhux irreġistrati, tal-pajjiż fejn ikun residenti s-sid jew l-utent.

5.

Jekk vettura tat-triq m’għadiex konformi mal-kundizzjonijiet tekniċi preskritti għall-approvazzjoni tagħha, qabel ma tista’ tintuża għat-trasport tal-merkanzija koperta minn Carnets TIR, għandha tiġi restawrata għall-kundizzjoni li kienet iġġustifikat l-approvazzjoni tagħha sabiex għal darb’oħra tkun konformi ma’ l-imsemmija kundizzjonijiet tekniċi.

6.

Jekk jitbiddlu l-karatteristiċi essenzjali ta’ vettura tat-triq, il-vettura m’għandiex tkun koperta aktar mill-approvazzjoni u għandha tiġi approvata mill-ġdid mill-awtorità kompetenti qabel ma tkun tista’ tintuża għat-trasport tal-merkanzija koperta minn Carnets TIR.

7.

L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ta’ reġistrazzjoni tal-vettura, jew, fil-każ ta’ vetturi li għalihom mhix meħtieġa reġistrazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż fejn jkun stabbilit is-sid jew l-utent tal-vettura, skond kif ikun il-każ, jistgħu jirtiraw jew iġeddu ċ-Ċertifikat ta’ Approvazzjoni jew joħorġu Ċertifikat ta’ Approvazzjoni ġdid fiċ-ċirkostanzi stabbiliti fl-Artikolu 14 ta’ din il-Konvenzjoni u fil-paragrafi 4, 5 u 6 ta’ dan l-Anness.

IL-PROĊEDURA GĦAL APPROVAZZJONI INDIVIDWALI

8.

Is-sid, l-operatur jew ir-rappreżentant ta’ kwalunkwe wieħed minnhom għandu japplika għand l-awtorità kompetenti għal approvazzjoni individwali. L-awtorità kompetenti għandha tispezzjona l-vettura tat-triq ippreżentata skond ir-regoli ġenerali stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 7 t’aktar ’il fuq u għandha tkun sodisfatta li l-vettura tkun konformi mal-kundizzjonijiet tekniċi preskritti fl-Anness 2 u wara l-approvazzjoni għandha toħroġ ċertifikat li jkun konformi mal-mudell fl-Anness 4.

IL-PROĊEDURA GĦALL-APPROVAZZJONI SKOND IT-TIP TA’ DISINN (IS-SERJE TA’ VETTURI TAT-TRIQ)

9.

Fejn il-vetturi tat-triq jiġu manifatturati skond serje ta’ tipi, il-manifattur jista’ japplika għand l-awtorità komptenti tal-pajjiż ta’ manifattura għall-approvazzjoni skond it-tip ta’ disinn.

10.

Fl-applikazzjoni tiegħu, il-manifattur għandu jiddikjara n-numri jew l-ittri ta’ identifikazzjoni li assenja lit-tip ta’ vettura tat-triq li miegħu hija relatata l-applikazzjoni għal approvazzjoni tiegħu.

11.

L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn tpinġijiet u minn speċifikazzjoni dettaljata tad-disinn tat-tip ta’ vettura tat-triq li għandha tkun approvata.

12.

Il-manifattur għandu jimpenja ruħu bil-miktub li se:

a) jippreżenta quddiem l-awtorità kompetenti tali vetturi tat-tip ikkonċernat hekk kif dik l-awtorità tkun tixtieq teżamina;

b) jippermetti li l-awtorità kompetenti teżamina aktar unitajiet fi kwalunkwe żmien matul il-produzzjoni tas-serje ta’ tipi kkonċernata;

c) jinforma lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe bidla, tkun kemm tkun żgħira, fl-iskeċċ jew fl-ispeċifikazzjoni qabel ma jagħmel tali bidla;

d) jimmarka l-vetturi tat-triq f’post viżibbli bin-numri jew bl-ittri ta’ identifikazzjoni tat-tip ta’ disinn u bin-numru serjali tal-vettura fis-serje ta’ tipi (in-numru tal-manifattur);

e) iżomm reġistru ta’ vetturi manifatturi skond it-tip ta’ disinn approvat.

13.

Sabiex dik l-approvazzjoni tkun tista’ tingħata, l-awtorità kompetenti għandha tiddikjara liema bidliet, jekk ikun hemm, iridu jsiru fit-tip ta’ disinn propost.

14.

M’għandha tingħata l-ebda approvazzjoni skond it-tip ta’ disinn sakemm l-awtorità kompetenti ma tkunx sodisfatta wara li tkun eżaminat vettura waħda jew aktar manifatturata skond it-tip ta’ disinn ikkonċernat li l-vetturi ta’ dak it-tip huma konformi mal-kundizzjoni teknika preskritta fl-Anness 2.

15.

L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-manifattur bil-miktub bid-deċiżjoni li tkun ħadet li tagħti approvazzjoni skond it-tip ta’ disinn. Din id-deċiżjoni għandha ġġib data u numru. L-awtorità li ħadet id-deċiżjoni għandha tkun indikata b’mod ċar.

16.

L-awtorità kompetenti għandha tieħu l-passi meħtieġa sabiex toħroġ Ċertifikat ta’ Approvazzjoni, li jkun debitament iffirmat, rigward kull vettura mibnija f’konformità ma’ tip ta’ disinn approvat.

17.

Id-detentur ta’ Ċertifikat ta’ Approvazzjoni, qabel ma juża l-vettura għall-ġarr ta’ merkanzija koperta minn Carnet TIR, għandu jimla, kif ikun meħtieġ, fuq iċ-Ċertifikat ta’ Approvazzjoni:

 in-numru ta’ reġistrazzjoni mogħti lill-vettura (il-punt Nru. 1); jew

 fil-każ ta’ vettura li mhix suġġetta għal reġistrazzjoni, il-partikolaritajiet ta’ ismu u ta’ l-indirizz tan-negozju tiegħu (il-punt Nru. 8).

18.

Meta vettura li tkun ġiet approvata skond it-tip ta’ disinn tiġi esportata lejn pajjiż ieħor li jkun Parti Kontraenti għal din il-Konvenzjoni, m’għandha tkun meħtieġa l-ebda proċedura ta’ approvazzjoni ulterjuri f’dak il-pajjiż minħabba l-importazzjoni tagħha.

IL-PROĊEDURA GĦALL-ENDORSJAR TAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ APPROVAZZJONI

19.

Meta jinstab li vettura approvata, li ġġorr merkanzija koperta minn Carnet TIR, ikollha difetti maġġuri, l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti jistgħu jew jirrifjutaw li jħallu l-vettura tkompli bil-vjaġġ taħt taħt Carnet TIR, jew jippermettu li l-vettura tkompli bil-vjaġġ tagħha taħt Carnet TIR fit-territorju tagħhom filwaqt li jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa ta’ sigurtà. Il-vettura approvata trid tiġi restrawrata għal stat sodisfaċenti mill-aktar fis possibbli, u jkun xi jkun il-każ qabel ma terġa’ tintuża għat-trasport ta’ merkanzija koperta minn Carnet TIR.

20.

F’kull wieħed minn dawn il-każi, l-awtoritajiet doganali għandhom jagħmlu endorsjar xieraq fil-punt Nru. 10 taċ-Ċertifikat ta’ Approvazzjoni tal-vettura. Meta l-vettura tkun ġiet restawrata għal kundizzjoni li tiġġustifika l-approvazzjoni, għandha tiġi ppreżentata quddiem l-awtoritajiet kompetenti ta’ Parti Kontraenti li għandhom jinvalidaw mill-ġdid iċ-Ċertifikat billi jżidu endorsjar mal-punt Nru. 11 li jikkanċella l-osservazzjonijiet preċedenti. L-ebda vettura, li ċ-Ċertifikat tagħha ġie endorsjat fil-punt Nru. 10 skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu preċedenti, ma tista’ terġa’ tintuża għat-trasport ta’ merkanzija taħt Carnet TIR sakemm ma tiġix restawrata għal kundizzjoni sodisfaċenti u sakemm l-endorsjar fil-punt Nru. 10 ma jkunx ġie kkanċellat kif ġie ddikjarat aktar ’il fuq.

21.

Kull endorsjar li jsir fiċ-Ċertifikat għandu jġib data u jkun awtentikat mill-awtoritajiet kompetenti.

22.

Meta jinsab li vettura jkollha difetti li l-awtoritajiet doganali jqisuhom ta’ importanza minuri u li ma jinvolvux ir-riskju ta’ kuntrabandu, jista’ jiġi awtorizzat l-użu kontinwat tal-vettura għat-trasport ta’ merkanzija koperta minn Carnet TIR. Id-detentur taċ-Ċertifikat ta’ Approvazzjoni għandu jkun innotifikat bid-difetti u għandu jirrestawra l-vettura tiegħu għal stat sodisfaċenti fi żmien raġonevoli.




ANNESS 4

ĊERTIFIKAT MUDELL TA’ APPROVAZZJONI TA’ VETTURA TAT-TRIQ

Ċertifikat mudell ta’ approvazzjoni ta’ vettura tat-triq

image

image

Ċertifikat mudell ta’ approvazzjoni ta’ vettura tat-triq (ikompli)

image

Ċertifikat mudell ta’ approvazzjoni ta’ vettura tat-triq (ikompli)

image




ANNESS 5

IL-PJANĊI TIR

1.

Id-dimensjonijiet tal-pjanċi għandhom ikunu ta’ 250 mm b’400 mm.

2.

L-ittri TIR b’karattri Latini kapitali għandhom ikunu għoljin 200 mm u d-daqqiet (ta’ pinna) tagħhom għandhom ikunu wesgħin mill-inqas 20 mm. L-ittri għandhom ikunu bojod fuq sfond blù.




ANNESS 6

IN-NOTI TA’ SPJEGAZZJONI

Introduzzjoni għan-Noti ta’ Spjegazzjoni

i) Skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 43 ta’ din il-Konvenzjoni, in-Noti ta’ Spjegazzjoni jinterpretaw ċerti dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni u ta’ l-Annessi tagħha. Huma jiddeskrivu wkoll ċerti prattiki rakkomandati,

ii) In-Noti ta’ Spjegazzjoni ma jimmodifikawx id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni jew ta’ l-Annessi tagħha imma sempliċementi jagħmlu l-kontenut, it-tifsira u l-ambitu tagħhom aktar preċiżi,

iii) B’mod partikolari, rigward id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12 ta’ din il-Konvenzjoni u ta’ l-Anness 2 rigward il-kundizzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni ta’ vetturi tat-triq għat-trasport taħt siġill doganali, in-Noti ta’ Spjegazzjoni jispeċfikaw, fejn ikun xieraq, it-tekniki ta’ kostruzzjoni li għandhom ikunu aċċettati mill-Partijiet Kontraenti bħala li jkunu konformi ma’ dawk id-dispożizzjonijiet. In-Noti ta’ Spjegazzjoni jispeċifikaw ukoll, fejn ikun xieraq, liema tekniki ta’ kostruzzjoni mhumiex konformi ma’ dawk id-dispożizzjonijiet,

iv) In-Noti ta’ Spjegazzjoni jipprovdu mezz sabiex ikunu applikati d-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni u ta’ l-Annessi tagħha sabiex jitqiesu l-iżvilupp tat-teknoloġija u r-rekwiżiti ekonomiċi.

0.

IT-TEST EWLIENI TAL-KONVENZJONI

0.1.

Artikolu 1

0.1.(b)

L-Artikolu 1(b) jimplika li, fejn diversi uffiċċju doganali ta’ tluq jew ta’ destinazzjoni jinsabu f’pajjiż wieħed jew f’diversi pajjiżi, f’Parti Kontraenti jista’ jkun hemm aktar minn operazzjoni TIR waħda. Skond dawn iċ-ċirkostanzi il-parti nazzjonali ta’ trasport TIR imwettqa bejn żewġ uffiċċji doganali suċċessivi irrispettivament minn jekk ikunux uffiċċji ta’ tluq, ta’ destinazzjoni jew en route, tista’ titqies bħala operazzjoni TIR.

0.1.(f)

It-tariffi u l-ħlasijiet mistennija fl-Artikolu 1(f) jfissru s-somom kollha, għajr id-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni, imposti mill-Partijiet Kontraenti fuq jew b’konnessjoni ma’ l-importazzjoni jew ma’ l-esportazzjoni. Dawn is-somom għandhom ikunu limitati fl-ammont għall-ispiża approssimattiva tas-servizzi mogħtija u m’għandhomx jirrappreżentaw protezzjoni indiretta għall-prodotti domestiċi jew taxxa fuq l-importazzjonijiet jew l-esportazzjonijiet għal finijiet fiskali. Tali tariffi u ħlasijiet jinkludu, fost l-oħrajn, pagamenti relatati ma’:

 ċertifikati ta’ oriġini, jekk ikunu meħtieġa għat-tranżitu,

 analiżijiet imwettqa mil-laboratorji doganali għal finijiet ta’ kontroll,

 spezzjonijiet doganali u operazzjonijiet ta’ żdoganar oħra mwettqa barra mis-sigħat normali tax-xogħol jew lilhinn mill-uffiċċji doganali,

 spezzjonijiet għal raġunijiet sanitarji, veterinarji jew fitopatoloġiċi.

0.1.(j)

It-terminu “bodi li jiżżarma” ifisser kompartiment tat-tagħbija li m’għandu l-ebda mezz ta’ lokomozzjoni u li huwa ddisinjat b’mod partikolari sabiex ikunu ittrasportat fuq vettura tat-triq, li x-xażi tagħha, flimkien mal-qafas ta’ taħt (under-framing) tal-bodi, ikun speċjalment adattat għal din il-fini. of the body, is especially adapted for this purpose. Ikopri wkoll swap-body (kontejner kbir li jista’ jinqala’ u jitpoġġa fuq vettura oħra) li huwa kompartiment tat-tagħbija ddisinjat speċjalment għal trasport ikkombinat fuq l-art u fuq il-ferrovija.

0.1.(j)(i)

It-terminu “magħluq parzjalment”, kif inhu applikat fl-Artikolu 1(j)(i), huwa relatat ma’ tagħmir li ġeneralment jikkonsisti minn qiegħ u superstruttura li jimmarka spazju għat-tagħbija ekwivalenti għal dak ta’ kontejner magħluqa. Is-superstruttura ġeneralment tkun magħmula minn elementi tal-metall li jifformaw il-qafas ta’ kontejner. Il-kontejners ta’ dan it-tip jistgħu wkoll jinkludu ħajt laterali jew frontali wieħed jew aktar. F’uħud mill-każi, ikun hemm biss saqaf mehmuż mal-qiegħ b’elementi weqfin. Dan it-tip ta’ kontejner jintuża partikolarment għat-trasport ta’ merkanzija goffa (pereżempju, karozzi motorizzati).

0.2.

Artikolu 2

0.2-1.

L-Artikolu 2 jipprovdi li operazzjoni tat-trasport koperta minn Carnet TIR tista’ tibda u tintemm fl-istess pajjiż sakemm dik il-parti tal-vjaġġ titwettaq f’territorju barrani. F’każi bħal dawn, mhemm xejn li jipprevjeni lill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż ta’ tluq milli, minbarra l-Carnet TIR, jeħtieġu dokument nazzjonali maħsub biex jiżgura l-importazzjoni mill-ġdid tal-merkanzija mingħajr dazji. Madankollu huwa rakkomandat li l-awtoritajiet doganali m’għandhomx jinisistu fuq l-użu ta’ tali dokument imma minflok jaċċettaw endorsjar xieraq fuq il-Carnet TIR.

0.2-2.

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu jippermettu li l-merkanzija tinġarr koperta minn Carnet TIR meta biss parti mill-vjaġġ issir bit-triq. Ma jispeċifikawx liema parti tal-vjaġġ trid issir bit-triq u huwa biżżejjed li dan għandu jsir f’xi punt bejn il-bidu u t-tmiem tat-trasport TIR. Madankollu, jista’ jiġri li, għal raġunijiet mhux previsti ta’ natura kummerċjali jew aċċidentali, l-ebda parti mill-vjaġġ ma tista’ ssir bit-triq, minkejja l-intenzjonijiet ta’ min qed jibgħat fil-bidu tal-vjaġġ. F’dawn il-każi eċċezzjonali, il-Partijiet Kontraenti madankollu għandhom jaċċettaw il-Carnet TIR u r-responsabbiltà ta’ l-assoċjazzjonijiet garanti għandhom jibqgħu fis-seħħ.

▼M1

0.3.

Artikolu 3

0.3(a)(iii)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(a)(iii) ma jkoprux karozzi ta’ passiġġieri (kodiċi HS 8703 ) li qed jivvjaġġaw bil-mezzi tagħhom stess. Madankollu, karozzi ta’ passiġġieri jistgħu jinġarru skont il-proċedura TIR jekk ikunu trasportati permezz ta’ vetturi oħra kif imsemmi fis-subparagrafu (a)(i) u (a)(ii) tal-Artikolu 3.

▼B

0.5.

Artikolu 5

Dan l-Artikolu ma jeskludix id-dritt li jitwettqu kontrolli b’mod mhux sistematiċi fuq il-merkanzija imma jenfasizza li dawn il-kontrolli għandhom ikunu ferm limitati fin-numru. Il-proċedura internazzjonali tal-Carnets TIR, fil-fatt, tipprovdi protezzjoni akbar minn dik mogħtija mill-proċeduri nazzjonali. L-ewwelnett, il-partikolaritajiet fuq il-Carnet TIR relatati mal-merkanzija jridu jaqblu mal-partikolaritajiet mogħtija fuq id-dokumenti doganali li jistgħu jkunu meħtieġa fil-pajjiż ta’ tluq. Barra minn hekk, il-pajjiżi ta’ tranżitu u ta’ destinazzjoni jingħataw protezzjoni mill-kontrolli li jitwettqu mat-tluq u li jiġu ċċertifikati mill-awtoritajiet doganali fl-uffiċċju ta’ tluq (ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni għall-Artikolu 19).

0.6.

Artikolu 6

0.6.2.

Paragrafu 2

Skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu, l-awtoritajiet doganali ta’ pajjiż jistgħu japprovaw aktar minn assoċjazzjoni waħda, b’kull waħda tista’ takkwista r-responsabbiltà li ġejja mill-operazzjonijiet li twettqu koperti mill-Carnets maħruġa minnha jew mill-assoċjazzjonijiet korrispondenti tagħha.

0.6.2a-1.

Ir-relazzjoni bejn organizzazzjoni internazzjonali u l-assoċjazzjonijiet membri tagħha għandha tkun iddefinita fi ftehimiet miktuba dwar il-funzjonament tas-sistema internazzjonali tal-garanziji.

0.6.2a-2.

L-awtorizzazzjoni mogħtija skond l-Artikolu 6.2a għandha tkun riflessa fi Ftehim bil-miktub bejn l-UNECE u l-Organizzazzjoni Internazzjonali. Il-Ftehim għandu jistipula li l-Organizzazzjoni Internazzjonali għandha tissodisfa d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni, għandha tirrispetta l-kompetenzi tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni u għandha tkun konformi mad-deċiżjonijiet tal-Kumitat Amministrattiv u mat-talbiet tal-Bord Eżekuttiv TIR. Billi tiffirma l-Ftehim, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tikkonferma li hija taċċetta r-responsabbiltajiet imposti mill-awtorizzazzjoni. Il-Ftehim għandu japplika wkoll għar-responsabbiltajiet ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali stabbiliti fl-Artikolu 10(b) ta’ l-Anness 8 f’każ li l-istampar u d-distribuzzjoni ċentralizzati tal-Carnets TIR jitwettqu mill-organizzazzjoni internazzjonali li ssemmiet aktar ’il fuq. Il-Ftehim għandu jkun adottat mill-Kumitat Amministrattiv.

0.8.

Artikolu 8

0.8.2.

Paragrafu 2

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu għandhom ikunu applikabbli fejn, f’każ ta’ irregolaritajiet tat-tip koperti fl-Artikolu 8(1), il-liġijiet u r-regolamenti ta’ Parti Kontraenti jipprovdu għall-pagament ta’ somom għajr id-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni, bħal multi amministrattivi jew sanzjonijiet pekunjarji oħrajn. Madankollu, is-somma li għandha titħallas m’għandiex teċċedi l-ammont tad-dazzji u tat-taxxi fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li kienu jkunu dovuti kieku l-merkanzija kienet importata jew esportata skond id-dispożizzjonijiet doganali rilevanti, b’dan l-ammont jiġi miżjud bi kwalunkwe imgħax awtomatiku.

0.8.3.

Paragrafu 3

Qed jiġi rrakkomandat li ►M3  l-Partijiet Kontraenti ◄ jillimitaw irwieħhom għal somma ta’ ►M7  EUR 100 000  ◄ għal kull Carnet TIR, l-ammont massimu li jista’ jiġi pretiż mill-assoċjazzjoni garanti. Fil-każ tat-trasport ta’ l-alkoħol u tat-tabakk, li d-dettalji tiegħu jingħataw aktar ’l isfel, u li jeċċedi l-livelli ta’ limitu pprovduti aktar ’l isfel, qed jiġi rrakkomandat li ►M3  l-Partijiet Kontraenti ◄ jżidu l-ammont massimu li jista’ jiġi pretiż mill-assoċjazzjonijiet garanti għal somma ta’ $US 200 000 :

1) Alkoħol etil mhux denaturat b’saħħa alkoħolika skond il-volum ta’ 80 % vol jew ogħla (kodiċi HS: 22.07.10)

2) Alkoħol etil mhux denaturat b’saħħa alkoħolika skond il-volum ta’ inqas minn 80 % vol; spirti, likuri u xorb spirituż ieħor; preparazzjonijiet alkoħoliċi komposti ta’ tip li jintuża għall-manifattura tax-xorb (Kodiċi HS 22.08)

3) Sigarri, cheroots u sigarri żgħar, li fihom it-tabakk (Kodiċi HS 24.02.10)

4) Sigaretti li fihom it-tabakk (Kodiċi HS: 24.02.20)

5) Tabakk għat-tipjip, kemm jekk ikun fih sostituti tat-tabakk fi kwalunkwe proporzjon jew le ( ►M5  kodiċi HS: 24.03.11 u 24.03.19 (ECE/TRANS/WP.30/AC.2/113, para. 35) ◄ ).

Qed jiġi rrakomandat li l-ammont massimu li jista’ jkun pretiż mill-assoċjazzjonijiet garanti ikun limitat għal somma ta’ US$ 50 000 , jekk għall-kategoriji tat-tabakk u ta’ l-alkoħol t’aktar ’il fuq ma jinqabżux il-kwantitajiet li ġejjin:

1) 300 litru

2) 500 litru

3) 40 000 biċċa

4) 70 000 biċċa

5) 100 kilogramma.

Il-kwantatijiet eżatti (litri, biċċiet, kilogrammi) tal-kategoriji t’aktar ’il fuq ta’ tabakk u ta’ alkoħol iridu jitniżżlu fuq il-manifest tal-merkanzija tal-Carnet TIR.

0.8.5.

Paragrafu 5

►M3  Jekk issir talba għall-ħlas fil-konfront tal-assoċjazzjoni garanti ◄ għall-merkanzija mhux elenkata fil-Carnet TIR, l-amministrazzjoni kkonċernata għandha tindika l-fatti li fuqha bbażata l-opinjoni tagħha li l-merkanzija kienet tinsab fit-taqsima ssiġillata tal-vettura tat-triq jew tal-kontejner issiġillat.

0.8.6.

Paragrafu 6

1. Fil-Carnet TIR, fin-nuqqas ta’ partikolaritajiet biżżejjed dettaljati sabiex il-ħlasijiet fuq il-merkanzija jkunu jistgħu jiġu ddeterminati, il-Partijiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw evidenza tan-natura preċiża tagħhom.

2. Jekk ma tkun ipprovduta l-ebda evidenza, se jkunu imposti dazji u taxxi, mhux b’rata fissa mhux relatata man-natura tal-merkanzija, imma bl-ogħla rata applikabbli għat-tip ta’ merkanzija koperta mill-partikolaritajiet fil-Carnet TIR.

▼M3 —————

▼B

►M3  0.10–1. ◄

Artikolu 10

Iċ-ċertifikat tat-tmiem ta’ l-operazzjoni TIR għandu jitqies bħala li nkiseb b’mod mhux xieraq jew frawdolenti meta l-operazzjoni TIR twettqet permezz ta’ kompartimenti tat-tagħbija jew kontejners li ġew adattati għal finijiet frawdolenti, jew meta tkun skoperta tali prattika ħażina bħall-użu ta’ dokumenti foloz jew mhux preċiżi, is-sostituzzjoni ta’ merkanzija, it-tbagħbis tas-siġilli doganali, eċċ., jew meta ċ-ċertifikat inkiseb b’mezzi illeċiti oħrajn.

▼M3

0.10–2.

Il-frażi “jew l-ebda terminazzjoni ma seħħet” tinkludi dawk is-sitwazzjonijiet fejn iċ-ċertifikat ta’ terminazzjoni jkun ġie ffalsifikat.

▼B

0.11.

Artikolu 11

▼M3

0.11–1.

Il-metodu ta’ notifikazzjoni bil-miktub jitħalla f’idejn il-legiżlazzjoni nazzjonali.

0.11–2.

L-isforzi kif ġew stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti sabiex iġiegħlu l-persuna jew il-persuni responsabbli għall-ħlas jinkludu, minn tal-inqas, azzjoni biex tintbagħat it-talba għall-ħlas lid-detentur tal-Carnet TIR, fl-indirizz tiegħu kif indikat fil-Carnet TIR, jew lill-persuna jew persuni responsabbli, jekk huma differenti, stabbiliti skont il-leġislazzjoni nazzjonali. It-talba għall-ħlas lid-detentur tal-Carnet TIR tista’ tiġi kkumbinata man-notifika msemmija fil-paragrafu 1(a) ta’ dan l-Artikolu.

0.11–3–1.

Meta jiġu biex jiddeċiedu jekk jirrilaxxawx il-merkanzija jew il-vettura jew le, l-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx, meta jkollhom mezzi legali oħrajn biex jipproteġu l-interessi li għalihom huma responsabbli, ikunu influwenzati mill-fatt li l-assoċjazzjoni garanti tkun responsabbli għall-ħlas tad-dazji, tat-taxxi u tal-imgħax awtomatiku pagabbli mid-detentur tal-Carnet.

0.11–3–2.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jinfurmaw lill-assoċjazzjoni garanti li l-proċeduri amministrattivi jew legali li jikkonċernaw l-obbligu ta’ ħlas inbdew. Fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet kompetenti jinfurmaw lill-assoċjazzjoni garanti b’tali proċeduri li jistgħu jintemmu wara li jkun skada l-perjodu ta’ sentejn li ġie qabel dak il-limitu ta’ żmien.

▼M3

0.11–4.

Jekk assoċjazzjoni garanti tintalab, skont il-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu, tħallas is-somom li jissemmew fl-Artikolu 8(1) u (2), u ma tagħmilx dan fil-limitu ta’ żmien ta’ tliet xhur preskritt mill-Konvenzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jinvokaw regolamenti nazzjonali biex jeħtieġu l-pagament tas-somom in kwistjoni għaliex dak li jkun involut f’każi bħal dawn huwa nuqqas li jiġi onorat kuntratt ta’ garanzija li tkun daħlet għalih l-assoċjazzjoni garanti skont il-liġi nazzjonali. Il-limitu taż-żmien japplika wkoll fil-każ li l-assoċjazzjoni garanti, wara li tkun saritilha t-talba, tikkonsulta lill-organizzazzjoni internazzjonali msemmija fl-Artikolu 6(2) dwar il-pożizzjoni tagħha fir-rigward tat-talba.

▼B

0.15.

Artikolu 15

Fil-każ ta’ vetturi mhux suġġetti għal reġistrazzjoni jistgħu jinqalgħu ċerti diffikultajiet, bħal ngħidu aħna, f’uħud mill-pajjiżi, it-trejlers jew is-semi-trejlers, meta d-dokumenti doganali ma jkunux meħtieġa għal ammissjoni temporanja. F’dak il-każ, jistgħu jiġu osservati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 15 filwaqt li tkun żgurata protezzjoni adegwata għall-awtoritajiet doganali, billi jiġu rreġistrati l-partikolaritajiet ta’ dawn il-vetturi (l-għamla u n-numri) fuq il-vawċers Nru. 1 u Nru. 2 tal-Carnet TIR li jintużaw mill-pajjiżi kkonċernati u fuq il-mammi korrispondenti.

0.17.

Artikolu 17

0.17-1.

Paragrafu 1

Id-dispożizzjoni li l-manifest tal-merkanzija koperta mill-Carnet TIR għandu juru separatament il-kontenut ta’ kull vettura jew ta’ kombinazzjoni ta’ vetturi jew ta’ kull kontejner, hija maħsuba biss biex tissemplifika spezzjoni doganali tal-kontenut ta’ kull vettura jew kontejner. Din id-dispożizzjoni, għalhekk, m’għandiex tkun interpretata b’mod daqstant riġidu li kull varjazzjoni bejn il-kontenut effettiv ta’ vettura jew ta’ kontejner u l-kontenut ta’ dik il-vettura jew ta’ dak il-kontejner kif muri fuq il-manifest titqies bħala ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni.

Jekk it-trasportatur jista’ jissodisfa lill-awtoritajiet rilevanti li, minkejja tali varjazzjoni, il-merkanzija kollha murija fuq il-manifest taqbel mat-total tal-merkanzija mgħobbija fil-kombinzzjoni ta’ vetturi jew fil-kontejners kollha koperti mill-Carnet TIR, dan normalment m’għandux jitqies bħala ksur tar-rekwiżiti doganali.

0.17-2.

Paragrafu 2

Fil-każ tat-tneħħija ta’ għamara mid-djar, tista’ tiġi applikata l-proċedura stabbilita fil-paragrafu 10(c) tar-Regoli għall-użu tal-Carnet TIR, bil-lista ta’ l-artikoli kkonċernati tkun raġonevolment ikkondensata.

0.18.

Artikolu 18

0.18-1.

Huwa essenzjali għat-tħaddim bla problemi tal-proċedura TIR li l-awtoritajiet doganali ta’ pajjiż wieħed għandhom jirrifjutaw li jaħtru uffiċċju doganali ta’ ħruġ bħala uffiċċju doganali ta’ destinazzjoni għal operazzjoni tat-trasport li se tkompli l-vjaġġ tagħha f’pajjiż qrib meta dak il-pajjiż ikun ukoll Parti Kontraenti għal din il-Konvenzjoni, sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi speċjali sabiex tkun iġġustifikata t-talba.

0.18-2.

1. Il-merkanzija għandha tkun mgħobbija b’tali mod li biex tinħatt il-konsenja fl-ewwel punt ta’ ħatt, din tista’ tinħareġ mill-vettura jew mill-kontejner mingħajr ma jkun hemm għalfejn tinħatt il-konsenja l-oħra jew jinħattu l-konsenji l-oħra ta’ merkanzija li għandha tinħatt fil-punti l-oħra ta’ ħatt.

2. Fejn operazzjoni tat-trasport tinvolvi ħatt f’aktar minn uffiċċju wieħed, jeħtieġ li, wara ħatt parzjali, dan għandu jiġi rreġistrat fil-kaxxa 12 fuq il-manifesti li jifdal kollha tal-Carnet TIR u fl-istess ħin rekord ieħor għandha ssir reġistrazzjoni oħra fuq il-vawċers li jifdal u fuq il-mammi korrispondenti li tgħid li twaħħlu siġilli ġodda.

0.19.

Artikolu 19

Ir-rekwiżit li l-uffiċċju doganali ta’ tluq għandu jikkontrolla l-preċiżjoni tal-manifest tal-merkanzija jimplika l-ħtieġa li jkun ivverifikat għallinqas li l-partikolaritjiet fil-manifest tal-merkanzija jaqblu ma’ dawk fid-dokumenti ta’ l-esportazzjoni u fid-dokumenti tat-trasport jew f’dokumenti kummerċjali oħrajn relatati mal-merkanzija; l-uffiċċju doganali ta’ tluq jista’ wkoll ikollu jeżmina l-merkanzija. L-uffiċċju doganali ta’ tluq, qabel iwaħħal is-siġilli, irid ukoll jikkontrolla l-kundizzjoni tal-vettura tat-triq jew tal-kontejner u, fil-każ ta’ vetturi jew kontejners mgħottija, il-kundizzjoni ta’ l-għatjiet u ta’ l-irbit ta’ l-għatjiet, peress li dan it-tagħmir mhux inkluż fiċ-Ċertifikat ta’ Approvazzjoni.

0.20.

Artikolu 20

Meta jiffissaw il-limiti ta’ żmien għat-trasport tal-merkanzija fit-territorju tagħhom l-awtoritajiet doganali jridu wkoll iqisu, fost l-oħrajn, kwalunkwe regolament speċjali li għalih huma suġġetti t-trasportaturi, partikolarment ir-regolamenti rigward is-sigħat tax-xogħol u tal-perjodi ta’ serħan mandatorji għas-sewwieqa tal-vetturi tat-triq. Qed jiġi rrakkomandat li dawn l-awtoritajiet għandhom jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jippreskrivu rotta biss meta jqisu li dan ikun essenzjali.

0.21.

Artikolu 21

0.21-1.

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma jirrestrinġux id-dritt ta’ l-awtoritajiet doganali li jeżaminaw il-partijiet kollha ta’ vettura minbarra l-kompartiment issiġillat tat-tagħbija.

0.21-2.

L-uffiċċju doganali ta’ dħul jista’ jamar lit-trasportatur idur lura lejn l-uffiċċju doganali ta’ ħruġ tal-pajjiż biswit jekk isib li ma ngħata l-ebda permess minn dak l-uffiċċju jew li l-permess ma ngħatax fil-forma xierqa. F’każi bħal dawn, l-uffiċċju doganali ta’ dħul idaħħal nota fil-Carnet Tir għall-uffiċċju doganali ta’ ħruġ ikkonċernat.

0.21-3.

Jekk matul eżami, l-awtoritajiet doganali jieħdu kampjuni ta’ merkanzija, dawk l-awtoritajiet iridu jagħmlu nota li tirreġistra l-partikolaritiet kollha tal-merkanzija meħuda fuq il-manifest tal-merkanzija tal-Carnet TIR.

►M3  0.28-1. ◄

Artikolu 28

L-użu tal-Carnet TIR irid ikun ristrett għall-funzjoni li huwa għandu l-għan li jkopri, jiġifieri l-operazzjoni ta’ tranżitu. Pereżempju, il-Carnet TIR ma jridx jintuża sabiex ikopri l-ħażna tal-merkanzija taħt kontroll doganali fid-destinazzjoni.

▼M3

0.28-2.

Dan l-Artikolu jipprevedi li t-terminazzjoni tal-operazzjoni TIR se tkun soġġetta għat-tpoġġija tal-merkanzija taħt proċedura oħra Doganali jew sistema Doganali oħra ta’ kontroll. Dan jinkludi l-approvazzjoni tal-merkanzija għall-użu fid-djar (jew sħiħa jew inkella taħt kundizzjoni), it-trasferiment transkonfinali lejn pajjiż terz (esportazzjoni), jew lejn żona ħielsa, jew il-ħżin tal-merkanzija f’post li jkun ġie approvat mill-awtoritajiet Doganali fl-istennija tad-dikjarazzjoni għal proċedura oħra.

▼B

0.29.

Artikolu 29

Għall-vetturi tat-triq jew għall-kontejners li jittrasportaw merkanzija tqila jew goffa mhu meħtieġ l-ebda Ċertifikat ta’ Approvazzjoni. Madankollu, hija r-responsabbiltà ta’ l-uffiċċju doganali ta’ tluq li jkun żgur li qed jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet l-oħra stabbiliti f’dan l-Artikolu għal dan it-tip ta’ operazzjoni tat-trasport. L-uffiċċji doganali ta’ Partijiet Kontraenti oħra għandhom jaċċettaw id-deċiżjoni ta’ l-uffiċċju doganali ta’ tluq sakemm fl-opinjoni tagħhom din ma tkunx biċ-ċar f’kunflitt mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 29.

▼M5

0.38.

Artikolu 38

0.38-2.

Paragrafu 2

Ir-rekwiżit legali biex jiġi nnotifikat il-Bord Eżekuttiv tat-TIR li persuna ġiet temporanjament jew permanentement eskluża mill-operat tal-Konvenzjoni jitqies issodisfat permezz tal-użu korrett tal-applikazzjonijiet elettroniċi żviluppati għal dan l-għan mis-Segretarjat tat-TIR taħt is-superviżjoni tal-Bord Eżekuttiv tat-TIR. (ECE/TRANS/WP.30/AC.2/115, para. 43).

▼B

0.39.

Artikolu 39

L-espressjoni “żbalji kommessi b'negliġenza” trid titiqies bħala li tfisser azzjonijiet li, għalkemm mhux kommessi deliberatament u b’għarfien sħiħ tal-fatti, huma riżultat ta’ nuqqas li jittieħdu passi raġonevoli u meħtieġa biex tiġi żgurata l-eżattezza tal-fatti fi kwalunkwe każ partikolari.

▼M6

0.42 bis.

Artikolu 42 bis.

It-terminu “immedjatament” fl-Artikolu 42 bis jinftiehem li jfisser li miżuri nazzjonali li jistgħu jaffettwaw l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni TIR u/jew il-funzjonament tas-sistema TIR, għandhom jiġu komunikati bil-miktub lill-Bord Eżekuttiv TIR (TIRExB) mill-aktar fis-possibbli u, jekk ikun possibbli, qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom, sabiex it-TIRExB ikun jista' jwettaq il-funzjonijiet superviżorji tiegħu u jissodisfa r-responsabbiltà tiegħu li jeżamina l-miżura fir-rigward tal-konformità tagħha mal-Konvenzjoni TIR f'konformità mal-Artikolu 42 bis u t-Termini ta' Referenza tagħha kif stipulati fl-Anness 8 tal-Konvenzjoni TIR.

▼B

0.45.

Artikolu 45

Qed jiġi rrakkomandat li l-Partijiet Kontraenti jagħmlu disponibbli l-akbar numru possibbli ta’ uffiċċji doganali, kemm internament kif ukoll fil-fruntiera, biex jieħdu ħsieb l-operazzjonijiet TIR.

1.

ANNESS 1

1.10. c)

Ir-Regoli rigward l-Użu tal-Carnet TIR

Il-listi tat-tagħbija annessi mal-manifest tal-merkanzija

Nru. 10(c) tar-Regoli rigward l-Użu tal-Carnet TIR jippermetti l-użu ta’ listi ta’ tagħbija bħala Anness għall-Carnet TIR anki meta altrimenti jkun hemm biżżejjed spazju fil-manifest biex titniżżel il-merkanzija kollha li qed tinġarr. Madankollu, dan huwa permissibbli biss jekk il-listi ta’ tagħbija jinkludu l-partikolaritajiet kollha meħtieġa mill-manifest tal-merkanzija f’forma leġibbli u rikonoxxibbli u jkun hemm konformità mad-dispożizzjonjiet l-oħra kollha tar-Regola 10 (c).

2.

ANNESS 2

2.2.

Artikolu 2

2.2.1. a)

Paragrafu 1a)-L-assemblaġġ tal-partijiet kositwenti

a) Fejn jintużaw apparati li jġonġu (imsiemer irbattuti, boltijiet u skorfini, eċċ.), numru biżżejjed ta’ tali apparati għandu jiddaħħal minn barra, jaqsam il-partijiet kostitwenti assemblati, joħroġ ġewwa u hemmhekk jitwaħħal sew (eż. jiġi rbattut, iwweldjat, issir ħolqa tal-metall jew jiġi bboltjat u mgħawweġ b’furċella jew iwweldjat fuq l-iskorfina). Madankollu, l-imsiemer irbattuti konvenzjonali (jiġifieri, imsiemer irbattuti li t-tqegħid tagħhom jeħtieġ immaniġġjar miż-żewġ naħat ta’ l-assemblaġġ tal-partijiet kostitwenti) jistgħu jiddaħħlu wkoll minn ġewwa;

Minkejja dak li ntqal aktar ’il fuq, il-qigħan tal-kompartiment tat-tagħbija jistgħu jiġu mwaħħla sew permezz ta’ viti li jagħlqu minnhom infushom, imsiemer irbattuti li jiwweldjaw lilhom infushom jew imsiemer irbattuti li jiddaħħlu permezz ta’ ċarġ splussiva jew ta’ pinnijiet imdaħħla b’mod pnewmatiku, meta mqiegħda minn ġewwa u jgħaddu b’angolu ta’ 90° mill-qiegħ u mill-biċċiet trasversali metalliċi ta’ taħt, sakemm, ħlief fil-każ tal-viti li jagħlqu lilhom infushom, uħud mit-truf tagħhom ikunu eżatt mal-livell tal-parti ta’ barra tal-biċċa trasversali jew ikunu wweldjati fuqha.

b) L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina liema apparati li jġonġu, u kemm minnhom, iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-sottoparagrafu (a) ta’ din in-nota; huma għandhom jagħmlu dan billi jkunu żguri li l-partijiet kostitwenti li ġew assemblati b’dan il-mod ma jistgħux jiġu spostati u sostitwiti mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji. L-għażla u t-tqegħid ta’ apparati oħrajn li jġonġu mhuma suġġetti għall-ebda restrizzjoni;

c) Skond is-sottoparagrafu (a) ta’ din in-nota, m’għandhomx jitħallew apparati li jġonġu li jistgħu jitneħħew u jiġu sostitwiti minn naħa waħda mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji, jiġifieri mingħajr ma jeħtieġu mmaniġġjar miż-żewġ naħat tal-partijiet kostitwenti li għandhom jiġu assemblati. Eżempji ta’ tali apparati huma l-imsiemer irbattuti li jespandu, l-imsiemer irbattuti li jidhru minn naħa waħda biss u apparati simili;

d) Il-metodi ta’ assemblaġġ li ġew deskritti aktar ’il fuq għandhom japplikaw għal vetturi speċjali, pereżempju għal vetturi iżolati, għal vetturi refriġerati u għal vetturi tankijiet sakemm dawn ma jkunux inkompatibbli mar-rekwiżiti tekniċi li tali vetturi jridu jissodisfaw meta jitqies l-użu tagħhom. Fejn, minħabba raġunijiet tekniċi, mhux prattikabbli li partijiet jitwaħħlu sew bil-mod deskritt fis-sottoparagrafu (a) ta’ din in-nota, il-partijiet kostitwenti jistgħu jiġu mġonġija permezz ta’ l-apparati li jissemmew fis-sottoparagrafu (c) ta’ din in-nota sakemm l-apparati li jintużaw fuq il-wiċċ ta’ ġewwa tal-ħajt ma jkunux aċċessibbli minn barra.

2.2.1. b)

Paragrafu 1 b) — Il-bibien u sistemi oħrajn ta’ għeluq

a) L-apparat li fuqu jistgħu jitwaħħlu s-siġilli doganali irid:

i) ikun imwaħħal sew b’iwweldjar, jew b’mhux inqas minn żewġ apparati li jġonġu li jkunu konformi mas-sottoparagrafu (a) tan-Nota ta’ Spjegazzjoni 2.2.1 (a); jew

ii) ikun iddisinjat b’tali mod li meta l-kompartiment tat-tagħbija jingħalaq u jiġi ssiġillat l-apparat ma jistax jitneħħa mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji,

Irid ukoll:

iii) jinkorpora toqbiet li jkollhom dijametru ta’ mhux inqas minn 11 mm jew xquq li jkunu twal mill-inqas 11 mm u wesgħin 3 mm, u

iv) jagħti sigurtà ugwali ikun xi jkun it-tp ta’ siġill li jintuża;

b) Ċirnieri, ċappetti tal-manilji, pinnijiet taċ-ċappetti u apparati oħrajn għal bibien imdendla u għal elementi simili jridu jkunu mwaħħla sew skond ir-rekwiżiti tas-sottoparagrafi (a) (i) u (ii) ta’ din in-nota. Barra minn hekk, id-diversi komponenti ta’ tali apparati (eż. il-pjanċi taċ-ċappetti, il-pinnijiet jew it-torniketti), sakemm ikun meħtieġa sabiex jiggarantixxu s-sigurtà doganali tal-kompartiment tat-tagħbija għandhom jitwaħħlu b’tali mod li ma jistgħux jitneħħew jew jiżżarmaw meta l-kompartiment tat-tagħbija jkun magħluq u ssiġillat mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji ( 5 );

Madankollu, fejn tali apparat ma jkunx aċċessibbli minn barra se jkun biżżejjed jekk, meta l-bieb jew element simili jingħalaq u jiġi ssiġillat, dan ma jkunx jista’ jinqala’ miċ-ċappetta jew minn apparat simili mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji. Meta bieb jew apparat ta’ l-għeluq ikollu aktar minn żewġ ċappetti, dawk iż-żewġ ċappetti l-eqreb ta’ l-estremitajiet tal-bieb biss jeħtieġ li jkunu mwaħħla skond ir-rekwiżiti tas-sottoparagrafi (a) (i) u (ii) t’aktar ’il fuq.

c) B’mod eċċezzjonali, fil-każ ta’ vetturi li jkollhom kompartimenti tat-tagħbija iżolati, is-siġill doganali, iċ-ċappetti u kwalunkwe fitting, li t-tneħħija tiegħu tagħti aċċess għall-parti ġewwiena tal-kompartiment tat-tagħbija jew għall-ispazji fejn il-merkanzija tista’ tinħeba, jistgħu jitwaħħlu mal-bibien ta’ tali kompartimenti tat-tagħbija permezz tas-sistemi li ġejjin:

i) Is-set bolts (puntilli li jintużaw biex ikeċċu l-imsiemer irbattuti mit-toqob) jew is-set screws (viti f’xi għodda li jintużaw biex jissikkaw xi fitting tagħha) li jiddaħħlu minn barra imma li mill-bqija ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tas-sottoparagrafu (a) tan-Nota ta’ Spjegazzjoni 2.2.1 (a), t’aktar ‘il fuq, sakemm:

 it-truf tas-set bolts jew tas-set screws jitwaħħlu fi f’tapping plate jew apparat simili mwaħħal wara s-saff jew is-saffi ta’ barra ta’ l-istruttura tal-bieb, u

 l-irjus tan-numru xieraq ta’ set bolts jew ta’ set screws ikunu wweldjati b’tali mod mas-siġill doganali, maċ-ċappetti, eċċ, li jkunu għalkollox deformati, u

 li s-set bolts jew is-set screws ma jistgħux jitneħħew mingħajr ma jitħallew sinjali viżibbli ta’ tbagħbis ( 6 );

ii) Apparat ta’ l-irbit li jiddaħħal minn ġewwa tal-kostruzzjoni tal-bieb iżolat sakemm:

 il-pin ta’ l-irbit u l-kullar tat-twaħħil ta’ l-apparat ikunu assemblati b’għodda pnewmatika jew idrawlika u mwaħħla wara pjanċa jew apparat simili mwaħħla bejn is-saff ta’ barra ta’ l-istruttura tal-bieb u l-iżolazzjoni; u

 ir-ras tal-pinn ta’ l-irbit ma jkunx aċċessibbli min-naħa ġewwiena tal-kompartiment tat-tagħbija; u

 numru biżżejjed ta’ kullari tat-twaħħil u ta’ pinnijiet ta’ l-irbit jiġu wweldjati flimkien u l-apparati ma jkunux jistgħu jitneħħew mingħajr ma jitħallew sinjali viżibbli ta’ tbagħbis ( 7 ).

It-terminu “kompartiment iżolat tat-tagħbija” għandu jitqies bħala li jinkludi kompartimenti tat-tagħbija refriġerati u isotermiċi.

d) Il-vetturi li jinkludu numru kbir ta’ tali għeluq bħal valvoli, stopkokks, għotjien ta’ tappieri, flanġijiet u apparati simili, iridu jkunu ddisinjati sabiex in-numru ta’ siġilli doganali jinżamm l-inqas possibbli. Għal dan il-għan, l-għeluq fil-qrib irid ikun interkonness ma’ apparat komuni li jeħtieġ siġill doganali wieħed biss, jew irid ikun ipprovdut b’għatu li jissodisfa l-istess fini;

e) Il-vetturi b’soqfa li jinfetħu iridu jkunu mibnija b’tali mod li jippermettu l-issiġillar b’numru minimu ta’ siġilli doganali.

f) F’każi fejn ikunu meħtieġa numru kbir ta’ siġilli doganali għal siġillar sigur doganali, in-numru ta’ tali siġilli għandu jkun indikat fiċ-Ċertifikat ta’ Approvazzjoni fil-punt 5 (l-Anness 4 għall-Konvenzjoni TIR, 1975). Maċ-Ċertifikat ta’ Approvazzjoni għandu jkun mehmuż skeċċ li juri l-post eżatt tas-siġilli doganali.

2.2.1. c)

Paragrafu 1 c)-1 L-aperturi għall-ventilazzjoni

a) Fil-prinċipju, l-ikbar dimensjoni tagħhom ma tridx teċċedi l-400 mm.

b) L-aperturi li jippermettu aċċess dirett għall-kompartiment tat-tagħbija jridu jkunu ostakolati

(i) permezz ta’ gożwajer jew skrins imtaqqba tal-metall (dimensjoni massima tat-toqob: 3 mm fiż-żewġ każijiet) u protetti minn grada wweldjata (dimensjoni massima tat-toqob: 10 mm); jew

(ii) permezz ta’ skrin imtaqqab tal-metall wieħed ta’ saħħa biżżejjed (dimensjoni massima tat-toqob: 3 mm; ħxuna ta’ l-iskrin: mill-inqas 1 mm).

c) L-aperturi li ma jippermettux aċċess dirett għall-kompartiment tat-tagħbija (eż. minħabba sistemi ta’ elbow-plates jew ta’ baffle-plates) iridu jkunu pprovduti bl-apparati li jissemmew fis-sottoparagrafu (b), fejn, madankollu, id-dimensjonijiet tat-toqob jistgħu jkunu daqs 10 mm (għall-gożwajer jew għall-iskrin tal-metall) u ta’ 20 mm (għall-grada ta’ l-azzar).

d) Fejn il-fetħiet ikunu magħmula minn għatjiet, l-apparati li jissemmew fis-sottoparagrafu (b) ta’ din in-nota, fil-prinċipju, iridu jkunu preskritti. Madankollu, se jkunu permessi apparati ta’ mblukkar fil-forma ta’ skrin imtaqqab tal-metall imwaħħal fuq barra, u ta’ gożwajer jew garża oħra mwa mwaħħla fuq ġewwa.

e) Jistgħu jiġu permessi apparati identiċi mhux tal-metall sakemm it-toqob ikunu tad-dimensjonijiet meħtieġa u l-materjal li jintuża jkun biżżejjed b’saħħtu li jipprevjeni lit-toqob milli jitkabbru sostanzjalment mingħajr ħsara viżibbli. Barra minn hekk, irid ikun impossibbli li jiġi sostitwit l-apparat tal-ventilazzjoni billi jsir xogħol minn naħa waħda ta’ l-għatja biss.

f) L-apertura tal-ventilazzjoni tista’ tkun ipprovduta b’apparat protettiv. Dan għandu jitwaħħal sew ma’ l-għatja b’tali mod li jippermetti spezzjoni doganali ta’ l-apertura. Dan l-apparat protettiv għandu jitwaħħal sew ma’ l-għatja f’distanza ta’ mhux inqas minn 5 ċm mill-iskrin ta’ l-apertura ta’ ventilazzjoni.

2.2.1. c)-2

L-aperturi tad-dranaġġ

a) Fil-prinċipju, l-akbar dimensjoni tagħhom ma tridx teċċedi l-35 mm;

b) L-aperturi li jippermettu aċċess dirett għall-kompartimenti tat-tagħbija jridu jiġu provvduti bl-apparati deskritti fis-sottoparagrafu (b) tan-Nota ta’ Spjegazzjoni 2.2.1 (c) — 1 għall-aperturi tal-ventilazzjoni;

c) Meta l-aperturi tad-drenaġġ ma jippermettux aċċess dirett għall-kompartiment tat-tagħbija, mhux se jiġu preskritti l-apparati li jissemmew fis-sottoparagrafu (b) ta’ din in-nota, sakemm l-aperturi jkunu provvduti b’sistema baffle affidabbli li tkun faċilment aċċessibbli mill-parti ġewwiena tal-kompartiment tat-tagħbija.

2.2.3.

Paragrafu 3 — Il-ħġieġ ta’ sikurezza

Il-ħġieġ għandu jitqies bħala ħġieġ ta’ sikurezza jekk ma jkun hemm l-ebda riskju li jinqered minħabba kwalunkwe fattur li jseħħ ordinarjament fil-kundizzjonijiet normali ta’ użu ta’ vettura. Il-ħġieġ għandu jkollu fuqu marka li tikkaratterizzah bħala ħġieġ ta’ sikurezza.

2.3.

Artikolu 3

2.3.3.

Paragrafu 3 — L-għatjiet magħmula minn biċċiet

a) Id-diversi biċċiet li jikkostitwixxu għatja waħda jistgħu jkunu magħmula minn materjali differenti li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3(2) ta’ l-Anness2;

b) Biex issir l-għatja se jiġi permess kwalunkwe arranġament tal-biċċiet li adegwatament jiggarantixxi s-sigurtà, sakemm il-biċċiet jiġu assemblati skond ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 3 ta’ l-Anness 2.

2.3.6. a)

Paragrafu 6 a)

2.3.6. a)-1

Il-vetturi b’anelli li jiżżerżqu

L-anelli tal-metall tat-twaħħil li jiżżerżqu fuq vireg tal-metall imwaħħla mal-vetturi huma aċċettabbli għall-fini ta’ dan il-paragrafu ( 8 ) sakemm:

a) il-vireg ikunu mwaħħla mal-vettura bi spazji massimi ta’ 60 ċm u b’tali mod li ma jistgħux jitneħħew u sostitwiti mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji;

b) l-anelli huma magħmula b’ċirku doppju jew mgħammra bi żbarra ċentrali u magħmula f’biċċa waħda mingħajr l-użu ta’ l-iwweldjar; u

c) l-għatja titwaħħal mal-vettura f’konformità stretta mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(a) ta’ l-Anness 2 għal din il-Konvenzjoni.

2.3.6. a)-2

Il-vetturi b’anelli li jrudu dawra tond (swivel rings)

L-anelli tal-metall li jduru dawra tond, b’kull wieħed idur f’saljatura tal-metall imwaħħla mal-vettura huma aċċettabbli għall-fini ta’ dan il-paragrafu ( 9 ), sakemm:

a) kull saljatura titwaħħal mal-vettura b’tali mod li ma tistax titneħħa u tiġi sostitwita mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji; u

b) il-molla taħt kull saljatura tkun għalkollox magħluqa minn għatu tal-metall f’forma ta’ qanpiena.

2.3.6. b)

Paragrafu 6 (b) L-għatja mwaħħla b’mod permanenti

Fejn tarf wieħed jew aktar ta’ l-għatja huma mwaħħla b’mod permanenti mal-bodì tal-vettura, l-għatja għandha tinżamm f’postha permezz ta’ strixxa waħda jew aktar tal-metall jew materjal ieħor xieraq imwaħħal sew mal-bodì tal-vettura permezz ta’ apparati li jġonġu li jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-sottoparagrafu (a) tan-Nota ta’ Spjegazzjoni 2.2.1 (a) ta’ l-Anness6.

2.3.8.

Paragrafu 8 — L-ispazji bejn l-anelli u r-radanċi

L-ispazji li jeċċedu l-200 mm imma li ma jeċċedux it-300 mm huma aċċettabli fuq l-elementi weqfin jekk l-anelli jiddaħħlu ’l ġewwa fil-bords tal-ġenb r-radanċi jkunu ovali u daqstant żgħar li dawn jistgħu jgħaddu eżatt minn fuq l-anelli.

2.3.11. a)

Paragrafu 11(a)

2.3.11. a)-1

Il-perpuri li jżidu t-tensjoni ta’ l-għatjiet (sheet tension flaps)

L-għatjiet ta’ ħafna vetturi, fuq barra, huma pprovduti b’perpura orizzontali mtaqqba minn radanċi li jgħaddu tul il-ġenb tal-vettura. Tali perpuri, magħrufa bħala perpuri tat-tensjoni, jintużaw biex jistiraw l-għatja permezz ta’ kordi tat-tensjoni jew apparati simili. Tali perpuri intużaw biex jinħbew xquq orizzontali magħmula fl-għatjiet li jagħtu aċċess mhux xieraq għall-merkanzija li qed tinġarr fil-vettura. Għalhekk qed jiġi rrakkomandat li l-użu ta’ perpuri ta’ dan it-tip m’għandux ikun permess. minflok jistgħu jintużaw l-apparati li ġejjin:

a) perpuri tat-tensjoni ta’ disinn simili mwaħħla fuq in-naħa ta’ ġewwa ta’ l-għatja; jew

b) perpuri individwali żgħar b’kull waħda mtaqqba permezz ta’ radanċa waħda mwaħħla sew mas-superfiċje ta’ barra ta’ l-għatjiet u spazjata b’tali distanzi li se jippermettu tensjoni adegwata ta’ l-għatja.

Alternattivament, f’ċerti każijiet jista’ jkun possibbli li jiġi evitat l-użu ta’ perpuri tat-tensjoni fuq l-għatjiet.

2.3.11. a)-2

Iċ-ċineg dojoq (thongs) ta’ l-għatjiet

Il-materjali li ġejjin jitqiesu bħala xierqa biex minnhom isiru ċ-ċineg dojoq:

a) ġilda;

b) materjali mhux tensili inkluż drapp mgħotti bil-plastik jew imħallat bil-gomma, sakemm tali materjali, wara li jinqatgħu, ma jistgħux jiġu wweldjati jew rikostitwiti mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji. Barra minn hekk, il-materjal tal-plastik li jintużaw biex jitgħattew iċ-ċineg dojoq għandu jkun trasparenti u b’superfiċje lixxa.

2.3.11. a)-3

L-apparat muri fl-iskeċċ Nru.3 ( 10 ) jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-aħħar parti ta’ l-Artikolu 3(11)(a) ta’ l-Anness 2. Jissodisfa wkoll ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 3(6)(a) u (6)(b) ta’ l-Anness 2

3.

ANNESS 3

3.0.17.

Paragrafu 17 — Il-proċedura ta’ approvazzjoni

1. L-Anness 3 jipprovdi li l-awtoritàjiet kompetenti ta’ Parti Kontraenti jistgħu joħorġu Ċertifikat ta’ Approvazzjoni rigward vettura mibnija fit-territorju tagħha u li fil-pajjiż fejn tkun irreġistrata jew, kif ikun il-każ, fejn is-sid ikun residenti, m’għandha tiġi applikata l-ebda proċedura ta’ approvazzjoni addizzjonali rigward tali vettura.

2. Dawn id-dispożizzjonijiet mhumiex maħsuba biex jirrestrinġu d-dritt ta’ l-awtoritàjiet kompetenti tal-Parti Kontraenti fejn tkun irreġistrata l-vettura jew fejn ikun residenti s-sid li jinħtieġ li jiġi ppreżentat tali Ċertifikat ta’ Approvazzjoni jew ma’ l-importazzjoni jew sussegwentement għal finijiet konnessi mar-reġistrazzjoni jew mal-kontroll tal-vettura jew ma’ rekwiżiti legali simili.

3.0.20.

Paragrafu 20 — Il-proċedura għall-endorsjar taċ-Ċertifikat ta’ Approvazzjoni

Meta endorsjar li jikkonċerna difetti se tiġi kkanċellata jiġi ddikjarat, fil-punt Nru. 11 ipprovdut għall-fini, “Difetti rettifikati” segwit mill-isem, mill-firma u mit-timbru ta’ l-awtorità kompetenti kkonċernata.

8.

ANNESS 8

▼M7

8.1.

Artikolu 1 a

8.1 a.6.

Paragrafu 6

Il-Kumitat jista' jitlob lis-servizzi kompetenti tan-Nazzjonijiet Uniti biex iwettqu eżami addizzjonali. Il-Kumitat jista', alternattivament, jiddeċiedi li jqabbad awditur estern indipendenti u jagħti mandat lill-Bord Eżekuttiv TIR biex iħejji t-termini ta' referenza tal-awditu, abbażi tal-għan u l-iskop tal-awditu kif determinat mill-Kumitat. It-termini ta' referenza għandhom jiġu approvati mill-Kumitat. L-eżami addizzjonali minn awditur estern indipendenti għandu jirriżulta f'rapport u ittra għall-maniġment li għandhom jiġu ppreżentati lill-Kumitat. F'dan il-każ, l-ispiża finanzjarja biex jitqabbad awditur estern indipendenti, inkluż il-proċedura ta' akkwist relatata, għandha tiġġarrab mill-baġit tal-Bord Eżekuttiv TIR.

▼M5

8.9.

Artikolu 9

8.9.1.

Paragrafu 1

Il-membri tal-Bord Eżekuttiv tat-TIR għandhom ikunu kompetenti u esperjenzati fl-applikazzjoni tal-proċeduri Doganali, b'mod partikolari l-proċedura tat-tranżitu TIR, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak internazzjonali. Il-membri tal-Bord għandhom jiġu nnominati mill-Gvernijiet rispettivi tagħhom jew mill-organizzazzjonijiet li huma Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni. Huma għandhom jirrappreżentaw l-interessi tal-Partijiet Kontraenti fil-Konvenzjoni u mhux l-interessi speċifiċi ta' xi Gvern jew organizzazzjoni partikolari. (ECE/TRANS/WP.30/AC.2/117, para. 29).

8.9.2.

Paragrafu 2

Fil-każ li membru tal-Bord Eżekuttiv tat-TIR jirriżenja qabel ma jintemm il-mandat tiegħu/tagħha, il-Kumitat Amministrattiv jista' jeleġi membru sostitut. F'dak il-każ il-membru elett għandu jkollu biss mandat għall-parti li jkun fadal mill-mandat tal-predeċessur tiegħu/tagħha. F'każ li membru tal-Bord Eżekuttiv tat-TIR ma jkunx jista', għal raġunijiet oħra għajr riżenja, ikompli bil-mandat tiegħu jew tagħha, din l-informazzjoni għandha tiġi trażmessa bil-miktub lill-Bord Eżekuttiv tat-TIR u lis-Segretarjat tat-TIR mill-amministrazzjoni nazzjonali tal-membru konċernat. F'dan il-każ, il-Kumitat Amministrattiv jista' jeleġġi membru sostitut għaż-żmien li jkun fadal mill-mandat. (ECE/TRANS/WP.30/AC.2/117, para. 29).

▼B

8.10.

Artikolu 10

8.10. (b)

Il-Ftehim li jissemma fin-Nota ta’ Spjegazzjoni għall-Artikolu 6.2a għandu japplika wkoll għar-responsabblitajiet ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali stabbiliti fil-paragrafu (b) ta’ dan l-Artikolu, f’każ li l-istampar u d-distribuzzjoni ċentralizzati tal-Carnets TIR jitwettqu mill-organizzazzjoni internazzjonali li tissemma aktar ’il fuq.

8.13.

Artikolu 13

8.13.1-1.

Paragrafu 1 — L-arranġamenti finanzjarji

Wara perjodu inizjali ta’ sentejn, il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni jipprevedu li ħidmet il-Bord Eżekuttiv TIR u ħidmet is-segretarjat TIR ikunu ffinanzjati permezz tal-Baġit Regolari tan-Nazzjonjiet Uniti. Dan ma jipprekludix titwil ta’ l-arranġament inizjali għall-finanzjament jekk ma jasalx il-finanzjament min-Nazzjonjiet Uniti jew minn sorsi alternattivi.

8.13.1-2.

Paragrafu 1 — Ħidmet il-Bord Eżekuttiv TIR

Xogħol il-membri tal-Bord Eżekuttiv TIR se jkun iffinanzjat mill-gvernijiet rispettivi tagħhom.

8.13.1-3.

Paragrafu 1 — L-ammont

L-ammont li jissemma fil-paragrafu 1 għandu jkun ibbażat fuq (a) il-baġit u l-pjan ta’ l-infiq tal-Bord Eżekuttiv TIR u tas-Segretarjat TIR kif jiġu approvati mill-Kumitat Amministrattiv, u (b) il-previżjoni tan-numru ta’ Carnets TIR li għandhom jitqassmu kif jiġi stabbilit mill-organizzazzjoni internazzjonali.

8.13.2.

Paragrafu 2

Wara konsultazzjoni ma’ l-organizzazzjoni internazzjonali, kif tissemma fl-Artikolu 6, il-proċedura li tissemma fil-paragrafu 2 għandha tkun riflessa fil-ftehim bejn l-UNECE, kif ġie ordnat minn u fejn taġixxi f’isem il-Partijiet Kontraenti, u l-organizzazzjoni internazzjonali kif tissemma fl-Artikolu 6. Il-ftehim għandu jkun approvat mill-Kumitat Amministrattiv.

9.

ANNESS 9

9.I.

Parti I

▼M2 —————

▼B

9.II.

Parti II

9.II.3.

Paragrafu 3 — Il-Kumitat ta’ Awtorizzazzjoni

Qed jiġi rrakkomandat li jkunustabbiliti kumitati nazzjonali ta’ awtorizzazzjoni li jinkludu rappreżentanti ta’ l-awtoritajiet kompetenti, ta’ l-assoċjazzjonijiet nazzjonali u ta’ l-organizzazzjonijiet l-oħra kkonċernati.

▼M5

9.II.4

Paragrafu 4

Ir-rekwiżiti legali għas-sottomissjoni tad-dejta, kif stabbilit fil-paragrafu 4 huma meqjusa li ġew issodisfati permezz tal-użu korrett tal-applikazzjonijiet elettroniċi żviluppati għal dan l-għan mis-Segretarjat tat-TIR taħt is-superviżjoni tal-Bord Eżekuttiv tat-TIR. (ECE/TRANS/WP.30/AC.2/113, para. 30).

9.II.5

Paragrafu 5

In-Nota ta' Spjegazzjoni 9.II.4 tapplika mutatis mutandis għall-paragrafu 5. ECE/TRANS/WP.30/AC.2/113, para. 30).

▼B

Skeċċ Nru. 1

EŻEMPJU TA’ ĊAPPETTA U TA’ SIĠILL DOGANALI FUQ IL-BIBIEN TAL-VETTURILI JKOLLHOM KOMPARTIMENTI TAT-TAGĦBIJA IŻOLAT

image

Skeċċ Nru. 1a

EŻEMPJU TA’ ĊAPPETTA LI MA TEĦTIEĠX PROTEZZJONI SPEĊJALI GĦALL-PINN TAĊ-ĊAPPETTA

Iċ-ċappetta li qed tintwera hawn taħt hija konformi mar-rekwiżiti tat-tieni sentenza tal-paragrafu (b) tan-Nota ta’ Spjegazzjoni 2.2.1(b). Id-disinn ta’ l-istrixxa u tal-pjanċa taċ-ċappetta tagħmel kwalunkwe protezzjoni speċjali tal-pinn bla ħtieġa, peress li l-ispallejn ta’ l-istrixxa jestendu wara t-truf tal-pjanċa taċ-ċappetta. Dawn l-ispallejn, għalhekk, jipprevjenu li l-bieb bis-siġill doganali fuqu jinfetaħ min-naħa taċ-ċappetta mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji, anki jekk tneħħa l-pinn mhux protett.

image

Skeċċ Nru. 2

IL-VETTURA MGĦOTTIJA B’ANELLI LI JIŻŻERŻQU

image

Skeċċ Nru. 2a

EŻEMPJU TA’ ANELL LI JDUR DAWRA TOND (ANELL “D”)

image

Skeċċ Nru. 3

EŻEMPJU TA’ APPARAT BIEX JAQFEL L-GĦATJIET TAL-VETTURA

L-apparat li qed jintwera hawn taħt jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-aħħar parti ta’ l-Artikolu 3(11)(a) ta’ l-Anness 2. Jissodisfa wkoll ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 3(a) u 6(b) ta’ l-Anness 2.

image

Skeċċ Nru. 4

APPARAT BIEX JINTRABTU L-GĦATJIET

L-apparat muri hawn taħt jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness 2. L-Artikolu 3, subparagrafi 6 (a) u 6 (b).

image

Skeċċ Nru. 5

EŻEMPJU TA’ APPARAT TA’ QFIL IMDAĦĦAL MILL-PARTI ĠEWWIENA TAL-KOSTRUZZJONI TAL-BIEB IŻOLAT

image




ANNESS 7

RIGWARD L-APPROVAZZJONI TAL-KONTEJNERS

PARTI I

REGOLAMENTI DWAR IL-KUNDIZZJONIJIET TEKNIĊI APPLIKABBLI GĦALL-KONTEJNERS LI JISTGĦU JIĠU AĊĊETTATI GĦAL TRASPORT INTERNAZZJONAL TAĦT SIĠILL DOGANALI

Artikolu 1

Il-prinċipji bażiċi

L-approvazzjoni għat-trasport internazzjonali tal-merkanzija taħt siġill doganali tista’ tingħata biss lill-kontejners mibnija u mgħammra b’tali mod li:

a) l-ebda merkanzija ma tista’ titneħħa minn, jew tiddaħħal fil-parti ssiġillata tal-kontejner mingħajr ma jitħallew traċċi viżibbli ta’ tbagħbis jew mingħajr ma jinkiser is-siġill doganali;

b) is-siġilli doganali jistgħu jitwaħħlu magħhom b’mod sempliċi u effettiv;

c) ma fihom l-ebda spazju moħbi fejn tista’ tinħeba l-merkanzija;

d) l-ispazji kollha li kapaċi jżommu l-merkanzija huma aċċessibbli faċilment għal spezzjoni doganali.

Artikolu 2

L-istruttura tal-kontejners

1.  Sabiex ikunu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 1 ta’ dawn ir-Regolamenti:

a) il-partijiet kostitwenti tal-kontejner (il-ġnub, il-qiegħ, il-bibien, is-saqaf, l-elementi weqfin, l-oqfsa, it-traversi, eċċ) għandhom jiġu assemblati flimkien jew permezz ta’ apparati li ma jistgħux jitneħħew u jiġu sostitwiti minn barra mingħajr ma jitħallew traċċi viżibbli jew permezz ta’ tali metodi li se jipproduċu struttura li ma tistax tiġi modifikata mingħajr ma jitħallew traċċi viżibbli. Meta l-ġnub, il-qiegħ, il-bibien u s-saqaf ikunu magħmula minn diversi komponenti, dawn għandhom jissodisfaw l-istess rekwiżiti u jkunu b’saħħithom biżżejjed;

b) il-bibien u s-sistemi l-oħra kollha ta’ għeluq (inklużi l-istopkokks, l-għotjien tat-tappieri, il-flanġijiet, eċċ) għandhom jitwaħħlu b’apparat li fuqu jistgħu jitwaħħu siġilli doganali. Dan l-apparat irid ikun tali li ma jistax jitneħħa u jiġi sostitwit minn barra l-kontejner mingħajr ma jitħallew traċċi viżibbli, jew jinfetaħ il-bieb jew l-irbit mingħajr ma jinkisru s-siġilli doganali. Dan ta’ l-aħħar għandu jkun protett adegwatament. Is-soqfa li jinfetħu għandhom jiġu permessi;

c) l-aperturi għall-ventilazzjoni u għad-dranaġġ għandhom jiġu pprovduti b’apparat li jipprevjeni l-aċċess għall-parti ġewwiena tal-kontejner. Dan l-apparat irid ikun tali li ma jistax jitneħħa u jiġi sostitwit minn barra l-kontejner mingħajr ma jitħallew traċċi viżibbli.

2.  Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 1(c) ta’ dawn ir-Regolamenti, il-partijiet kostitwenti tal-kontejner li, għal raġunijiet prattiċi, iridu jinkludu spazji vojta (pereżempju, bejn it-taqsimiet ta’ ħajt dobblu) għandhom jiġu permessi. Sabiex l-imsemmija spazji ma jkunux jistgħu jintużaw biex tinħeba l-merkanzija:

i) fejn l-inforra tkopri l-għoli kollu mill-qiegħ sas-saqaf jew, f’każi oħra, fejn l-ispazju bejnietha u l-ħajt ta’ barra jkun magħluq għalkollox, l-inforra ġewwa l-kontejner għandha titwaħħal b’tali mod li ma tistax titneħħa u tiġi sostiwita mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji, u

ii) fejn inforra tkopri inqas mill-għoli kollu u l-ispazji bejn l-inforra u l-ħajt ta’ barra ma jkunux magħluqa għalkollox, u fil-każi l-oħra kollha fejn ikun hemm spazji fil-kostruzzjoni ta’ kontejner, in-numru ta’ tali spazji għandu jinżamm l-inqas possibbli u dawn l-ispazji għandhom ikunu faċilment aċċessibbli għal spezzjoni doganali.

3.  It-twieqi għandhom jitħallew f’bodis li jiżżarmaw kif ġie ddefinit fin-Nota ta’ Spjegazzjoni 0.1 (j) fl-Anness 6 għall-Konvenzjoni, sakemm ikunu magħmula minn materjali b’saħħithom biżżejjed u li ma jistgħux jitneħħew u jiġu sostitwiti minn barra mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji. Madankollu, il-ħġieġ jista’ jkun permess, imma jekk jintuża ħġieġ għajr ħġieġ ta’ sikurezza, it-twieqi għandha titwaħħlihom gradilja fissa tal-metall li ma tistax titneħħa minn barra; il-malja tal-gradilja m’għandiex teċċedi l-10 mm. It-twieqi m’għandhomx jitħallew fil-kontejners, kif ġie ddefinit fl-Artikolu 1(j) tal-Konvenzjoni għajr milli f’bodis li jiżżarmaw, kif ġie ddefinit fin-Nota ta’ Spjegazzjoni 0.1(j) fl-Anness 6 għall-Konvenzjoni.

Artikolu 3

Il-kontejners li jistgħu jintwew jew jiżżarmaw

Il-kontejners li jistgħu jintwew jew jiżżarmaw għandhom ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 1 u 2 ta’ dawn ir-Regolamenti; barra minn hekk, għandha titwaħħlihom sistema ta’ sokra li ssakkar id-diversi partijiet flimkien ladarba l-kontejner ikun inbena. Din is-sistema ta’ sokra trid tkun tista’ tiġi ssiġillata mill-awtoritàjiet doganali jekk tkun fuq barra tal-kontejner meta jkun inbena dan ta’ l-aħħar.

Artikolu 4

Il-kontejners mgħottija (sheeted containers)

1.  Fejn ikun applikabbli, għall-kontejners mgħottija għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 1 u 2 ta’ dawn ir-Regolamenti. Barra minn hekk, dawn il-kontejners għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

2.  L-għatja għandha tkun jew ta’ kanvas b’saħħtu jew ta’ drapp mgħotti bil-plastik jew imħallat bil-gomma, u għandha tkun b’saħħitha biżżejjed u li ma tiġġebbidx. Għandha tkun f’kundizzjoni tajba u magħmula b’tali mod li ladarba l-apparat ta’ l-għeluq ikun jitwaħħal sew, ikun impossibbli li jinkiseb aċċess għat-tagħbija mingħajr ma jitħallew traċċi viżibbli.

3.  Jekk l-għatja tkun magħmula minn diversi biċċiet, it-truf tagħhom għandhom jintwew wieħed fl-ieħor u għandhom jiġu meħjuta flimkien b’żewġ ħjatat mill-inqas 15 mm ’il bogħod minn xulxin. Dawn il-ħjatat għandhom isiru kif jintwera fl-iskeċċ Nru. 1 mehmuż ma’ dawn ir-Regolamenti; madankollu, fejn fil-każ ta’ ċerti partijiet ta’ l-għatja (bħall-perpuri u l-irkejjen rinforżati) ma jkunx possibbli li l-biċċiet jiġu assemblati b’dak il-mod, għandu jkun biżżejjed li jintewa t-tarf tat-taqsima ta’ fuq u jsiru l-ħjatat kif jintwera fl-iskeċċ Nru. 2 mehmuż ma’ dawn ir-Regolamenti. Waħda mill-ħjatat għandha tkun viżibbli biss minn ġewwa u l-kulur tal-ħajta li ntużat għal dik il-ħjata għandu jkun biċ-ċar differenti mill-kulur ta’ l-għatja nfisha u mill-kulur tal-ħajta li ntużat għall-ħjata l-oħra. Il-ħjatat kollha għandhom ikunu meħjuta bil-magna.

4.  Jekk l-għatja tkun ta’ drapp mgħotti bil-plastik, u tkun magħmula minn diversi biċċiet, alternattivament, il-biċċiet jistgħu jiġu wweldjati flimkien bil-mod li jintwera fl-iskeċċ Nru. 3 mehmuż ma’ dawn ir-Regolamenti. It-truf tal-biċċiet għandhom jitrikkbu fuq xulxin b’mill-inqas 15 mm. Il-biċċiet għandhom jingħaqdu flimkien tul il-wisa’ kollha tat-trikkib. It-tarf ta’ l-għatja ta’ barra għandu jiġi mgħotti bi strixxa ta’ materjal tal-plastik wiesa’ mill-inqas 7 mm, imwaħħla bl-istess proċess ta’ wweldjar. L-istrixxa tal-plastik u wisa’ ta’ mill-inqas 3 mm fuq kull naħa għandu jkollu riljev uniformi u mmarkat sew ittimbrat fuqhom. Il-biċċiet għandhom jiġu wweldjati b’tali mod li ma jistgħux jiġu sseparati u maqgħuda mill-ġdid mingħajr ma jitħallew traċċi viżibbli.

5.  It-tiswijiet għandhom isiru skond il-metodu deskritt fl-iskeċċ Nru. 4 mehmuż ma’ dawn ir-Regolamenti; it-truf għandhom jintwew wieħed fl-ieħor u għandhom jiġu meħjuta flimkien b’żewġ ħjatat viżibbli mill-inqas 15 mm ’il bogħod minn xulxin; il-kulur tal-ħajta viżibbli minn ġewwa għandu jkun differenti minn dak tal-ħajta viżibbli minn barra u minn dak ta’ l-għatja nfisha; il-ħjatat kollha għandhom ikunu meħjuta bil-magna. Meta għatja li tkun saritilha ħsara qrib it-truf tissewwa billi l-parti bil-ħsara tiġi sostitwita b’roqgħa, il-ħjata tista’ ssir ukoll skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u skond l-iskeċċ Nru. 1 mehmuż ma’ dawn ir-Regolamenti. Alternattivament, l-għatjiet ta’ drapp mgħotti bil-plastik jistgħu jissewwew skond il-metodu deskritt fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, imma f’dak il-każ l-istrixxa tal-plastik trid titwaħħal maż-żewġ naħat ta’ l-għatja, bir-roqgħa titwaħħal fuq il-parti ġewwiena ta’ l-għatja.

6.  L-għatja għandha titwaħħal mal-kontejner f’konformità stretta mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(a) u (b) ta’ dawn ir-Regolamenti. Jistgħu jintużaw is-sistemi li ġejjin:

a) L-għatja tista’ titwaħħal sew permezz ta’:

i) anelli tal-metall imwaħħla mal-kontejner,

ii) radanċi fit-tarf ta’ l-għatja, u

iii) qfil li jgħaddi mill-anelli ’l fuq mill-għatja u viżibbli minn barra għat-tul sħiħ tagħha.

L-għatja għandha titrikkeb fuq il-partijiet solidi tal-kontejner b’mill-inqas 250 mm, imkejla miċ-ċentru ta’ l-anelli tat-twaħħil, ħlief jekk is-sistema ta’ kostruzzjoni tal-kontejner innfisu tipprevjeni kull aċċess għall-merkanzija.

b) Meta kwalunkwe tarf ta’ għatja tkun se jitwaħħal sew b’mod permanenti ma’ kontejner, iż-żewġ superfiċji għandhom jiġu mġonġija flimkien b’mod kontinwu u għandhom jinżammu f’posthom minn apparati b’saħħithom.

c) Meta tintuża sistema ta’ sokra għall-għatja, f’pożizzjoni msakkra għandha ġġonġi l-għatja b’mod strett ma’ barra tal-kontejner (bħala eżempju, ara l-iskeċċ Nru. 6 mehmuż ma’ dawn ir-Regolamenti).

7.  L-għatja għandha tkun sostnuta minn superstruttura adegwata (strutturi weqfin, ġnub, arkati, paletti, eċċ.).

8.  L-ispazji bejn l-anelli u l-ispazji bejn ir-radanċi m’għandhomx jeċċedu l-200 mm. Madankollu, l-ispazji jistgħu jkunu akbar imma m’għandhomx jeċċedu t-300 mm bejn l-anelli u r-radanċi fuq kwalunkwe naħa ta’ l-element wieqaf jekk il-kostruzzjoni tal-kontejner u ta’ l-għatja tkun tali li tipprevjeni kull aċċess għall-parti ġewwiena tal-kontejner. Ir-radanċi għandhom jiġu rinforzati.

9.  Għandu jintuża l-irbit li ġej:

a) ħabel tal-wajer ta’ l-azzar ta’ dijametru ta’ mill-inqas 3 mm; jew

b) ħbula tal-qanneb jew tas-sisal ta’ dijametru ta’ mill-inqas 8 mm magħluqa f’inforra trasparenti ta’ plastik li ma jiġġebbidx; jew

c) ħbula li jikkonsisti f’lottijiet ta’ wajers tal-fibra ottika kejsing ta’ l-azzar imdawwar fi spirali magħluq f’inforra trasparenti ta’ plastik li ma jiġġebbidx; jew

d) ħbula magħmula minn korda tessili mdawwra minn għallinqas erba’ kurduni li jikkonsistu biss minn wajer ta’ l-azzar u li jkorpu għalkollox il-parti ċentrali, sakemm il-ħbula (mingħajr ma titqies l-inforra trasparenti, jekk ikun hemm) ma jkollhomx dijametru ta’ inqas minn 3 mm.

Skond il-paragrafu 9(a) jew (d) ta’ dan l-Artikolu, il-ħbula jista’ jkollhom inforra trasparenti ta’ plastik li ma jiġġebbidx.

F’każi fejn l-għatja trid titwaħħal mal-qafas f’sistema ta’ kostruzzjoni li mill-bqija hija konformi mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6(a) ta’ dan l-Artikolu, ċinga dejqa tista’ tintuża bħala qfil (eżempju ta’ tali sistema ta’ kostruzzjoni jingħata fl-iskeċċ Nru. 7 mehmuż ma’ dan l-Anness). Iċ-ċinga dejqa trid tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 11(a)(iii) rigward il-materjal, id-dimensjonijiet u s-sura.

10.  Kull ħabel għandu jkun f’biċċa waħda u għandu jkollu biċċa tat-tarf tal-metall iebsa f’kull tarf. Kull biċċa tat-tarf tal-metall għandha tippermetti li tiddaħħal ħajta jew strixxa tas-siġill doganali. L-irbit ta’ kull biċċa tat-tarf tal-metall tal-ħbula, skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 9(a), (b) u (d) ta’ dan l-Artikolu, għandha tinkludi musmar irbattut vojt minn ġewwa li jgħaddi mill-ħabel sabiex tkun tista’ tiddaħħal il-ħajta jew l-istrixxa tas-siġill doganali. Il-ħabel għandu jibqa’ viżibbli fuq kwalunkwe naħa tal-musmar irbattut vojt minn ġewwa sabiex ikun possibbli li jiġi żgurat li l-ħabel ikun f’biċċa waħda (ara l-iskeċċ Nru. 5 mehmuż ma’ dawn ir-Regolamenti).

11.  Fil-fetħiet fl-għatja, li jintużaw għat-tagħbija u għall-ħatt, iż-żewġ superfiċji għandhom ikunu mġonġija flimkien. Jistgħu jintużaw is-sistemi li ġejjin:

a) Iż-żewġt itruf ta’ l-għatja għandu jkollhom biċċa mrikkba adegwata. Huma wkoll għandhom ikunu marbuta permezz ta’:

i) perpura meħjuta u wweldjata skond il-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu,

ii) anelli u radanċi li jissodisfaw l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, bl-anelli jkunu manifatturi mill-metall, u

iii) ċinga dejqa magħmula minn materjal xieraq, f’biċċa waħda u li ma tiġġebbidx wiesgħa mill-inqas 20 mm u ħoxna mill-inqas 3 mm, li tgħaddi mill-anelli u li żżomm flimkien iż-żewġt itruf ta’ l-għatja u tal-perpura; iċ-ċinga dejqa għandha titwaħħal sew fl-għatja u titwaħħal jew bi:

 radanċa biex tieħu l-ħabel imsemmi fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu; jew,

 radanċa li tista’ tiġi mehmuża ma’ l-anell tal-metall li jissemma fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu u titwaħħal sew mill-ħabel li jissemma fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu.

Perpura m’għandiex tkun meħtieġa jekk jitwaħħal apparat speċjali, bħal baffle plate li jipprevjeni l-aċċess għall-kontejner mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji. Lanqas m’għandha tkun meħtieġa perpura għal kontejners b’għatjiet li jiżżerżqu.

b) Sistema speċjali ta’ sokra li żżomm it-truf ta’ l-għatja msakkra b’mod strett meta l-kontejner jingħalaq u jiġi ssiġillat. Is-sistema għandha tkun ipprovduta b’fetħa li minnha jista’ jgħaddi anell tal-metall li jissemma fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu u jitwaħħal sew mill-ħabel li jissemma fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu. Tali sistema ġiet deskritta fl-iskeċċ Nru. 8 mehmuż ma’ dan l-Anness.

12.  Il-marki ta’ identifikazzjoni, li jridu jidhru fuq il-kontejner, u l-pjanċa ta’ approvazzjoni pprovduta fil-Parti II ta’ dan l-Anness, fl-ebda ċirkostanza m’għandhom jitgħattew bl-għatja.

Artikolu 5

Il-kontejners b’għatjiet li jiżżerżqu

1. Fejn ikun applikabbli għall-kontejners b’għatjiet li jiżżerżqu għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 1, 2, 3 u 4 ta’ dawn ir-Regolamenti. Barra minn hekk, dawn il-kontejners għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

2. L-għatjiet li jiżżerżqu, il-qiegħ, il-bibien u l-partijiet kostitwenti l-oħra kollha tal-kontejner għandhom jissodisfaw jew ir-rekwiżiti fl-Artikolu 4(6), (8), (9) u (11) ta’ dawn ir-Regolament jew ir-rekwiżiti stabbiliti fi (i) sa (vi) t’hawn taħt.

▼M6

i) L-għatjiet li jiżżerżqu, il-qiegħ, il-bibien u l-partijiet kostitwenti l-oħra kollha tal-kontejner għandhom ikunu immontati jew permezz ta' apparati li ma jistgħux jitneħħew u jiġu sostitwiti minn barra mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji, jew permezz ta' metodi li bihom tiġi prodotta struttura li ma tistax tiġi modifikata mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji.

▼B

ii) L-għatja għandha titrikkeb fuq il-partijiet solidi fil-quċċata tal-kontejner b’mill-inqas 1/4 tad-distanza effettiva bejn l-istrixxi li jżidu t-tensjoni. L-għatja għandha titrikkeb fuq il-partijiet solidi fil-qiegħ tal-kontejner b’mill-inqas 50 mm. Il-fetħa orizzontali bejn l-għatja u l-partijiet solidi tal-kontejner ma tistax teċċedi l-10 mm imkejla b’mod perpendikulari għall-assi lonġitudinali tal-kontejner fi kwalunkwe post meta l-kontejner ikun imwaħħal sew u ssiġillat għal finijiet doganali.

▼M6

iii) Il-gwida għall-għatja li tiżżerżaq, l-apparati għat-tensjonament tal-għatja li tiżżerżaq u l-partijiet l-oħra li jiċċaqilqu għandhom jiġu immontati b'tali mod li meta jingħalqu u jitqiegħed fuqhom siġill doganali, il-bibien u partijiet oħra li jiċċaqilqu ma jkunux jistgħu jinfetħu jew jingħalqu minn barra mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji. Il-gwida għall-għatja li tiżżerżaq, l-apparati għat-tensjonament tal-għatja u l-partijiet l-oħra li jiċċaqilqu għandhom jiġu immontati b'tali mod li jkun impossibli li jinkiseb aċċess għall-kontejner mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji ladarba jkunu ġew maqfula l-apparati għall-għeluq. Eżempju ta' sistema ta' kostruzzjoni ta' dan it-tip huwa pprovdut fl-illustrazzjoni Nru 9 mehmuża ma' dawn ir-Regolamenti.

▼B

iv) Id-distanza orizzonali bejn l-anelli, li jintużaw għal finijiet doganali, fuq il-partijiet solidi tal-kontejner m’għandiex teċċedi l-200 mm. Madankollu, l-ispazju jista’ jkun akbar imma m’għandux jeċċedi t-300 mm bejn l-anelli fuq kwalunkwe naħa ta’ l-element wieqaf jekk il-kostruzzjoni tal-kontejner u ta’ l-għatja tkun tali li tipprevjeni kull aċċess għall-kontejner. Ikun xi jkun il-każ, għandu jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fi (ii) t’aktar ’il fuq.

v) Id-distanza bejn l-istrixxi li jżidu t-tensjoni m’għandiex teċċedi s-600 mm.

vi) L-irbit li ntuża sabiex iwaħħal l-għatjiet sew mal-partijiet solidi tal-kontejner għandu jissodisfa r-rekwiżiti fl-Artikolu 4(9) ta’ dawn ir-Regolamenti.

▼M6

Artikolu 6

Kontejners b'soqfa mgħottija li jiżżerżqu

1.  Fejn applikabbli, għall-kontejners b'soqfa mgħottija li jiżżerżqu għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1, 2, 3, 4 u 5 ta' dawn ir-Regolamenti. Barra minn hekk, dawn il-kontejners għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

2.  Is-soqfa mgħottija li jiżżerżqu għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'(i) sa (iii) hawn taħt.

(i) Is-soqfa mgħottija li jiżżerżqu għandhom ikunu immontati jew permezz ta' apparati li ma jistgħux jitneħħew u jiġu sostitwiti minn barra mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji, jew permezz ta' metodi li permezz tagħhom tiġi prodotta struttura li ma tistax tiġi modifikata mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji.

(ii) L-għatjien tas-soqfa mgħottija li jiżżerżqu għandhom jirkbu fuq il-parti solida tas-saqaf fuq in-naħa ta' quddiem tal-kontejner, b'tali mod li l-għatjien tas-soqfa ma jistgħux jinġibdu aktar 'il fuq mix-xifer ta' fuq tal-cantrail ta' fuq. Mat-tul tal-kontejner, fuq iż-żewġ naħat, għandu jiddaħħal kejbil tal-azzar ikkompressat minn qabel fil-keffa tal-għatu tas-saqaf, b'tali mod li dan ma jistax jitneħħa u jerġa' jiddaħħal mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji. L-għatu tas-saqaf għandu jitwaħħal mal-karru b'tali mod li ma jistax jitneħħa u jerġa' jitwaħħal mill-ġdid mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji.

(iii) Il-gwidi għas-soqfa mgħottija li jiżżerżqu, l-apparati għat-tensjonament tal-għatja li tiżżerżaq u l-partijiet l-oħra li jiċċaqilqu għandhom jiġu immontati b'tali mod li meta jingħalqu u jitqiegħed fuqhom siġill doganali, il-bibien, is-saqaf u partijiet oħra li jiċċaqilqu ma jkunux jistgħu jinfetħu jew jingħalqu minn barra mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji. Il-gwidi għas-soqfa mgħottija li jiżżerżqu, l-apparati għat-tensjonament tal-għatja u l-partijiet l-oħra li jiċċaqilqu għandhom jiġu immontati b'tali mod li jkun impossibli li jinkiseb aċċess għall-kontejner mingħajr ma jitħallew traċċi ovvji ladarba jkunu ġew maqfula l-apparati għall-għeluq.

Eżempju ta' sistema possibbli ta' kostruzzjoni huwa muri fl-illustrazzjoni Nru 10, mehmuża ma' dawn ir-Regolamenti.

▼B

Skeċċ Nru. 1

GĦATJA MAGĦMULA MINN DIVERSI BIĊĊIET MEĦJUTA FLIMKIEN

image

Skeċċ Nru. 2

GĦATJA MAGĦMULA MINN DIVERSI BIĊĊIET MEĦJUTA FLIMKIEN

image

Skeċċ Nru. 3

GĦATJA MAGĦMULA MINN DIVERSI BIĊĊIET IWWELDJATI FLIMKIEN

image

Skeċċ Nru. 4

IT-TISWIJA TA’ L-GĦATJA

image

Skeċċ Nru. 5

EŻEMPJU TA’ BIĊĊA TAT-TARF

image

Skeċċ Nru. 6

EŻEMPJU TA’ SISTEMA TA’ SOKRA GĦALL-GĦATJA

image

Skeċċ Nru. 7

EŻEMPJU TA’ GĦATJIET IMWAĦĦLA MA’ QAFAS B’SURA SPEĊJALI

image

Skeċċ Nru. 8

IS-SISTEMA TA’ SOKRA GĦALL-GĦATJA FIL-FETĦIET GĦAT-TAGĦBIJA U GĦALL-ĦATT

image

image

▼M6

Illustrazzjoni Nru 9

EŻEMPJU TA' KOSTRUZZJONI TA' KONTEJNER B'GĦATJIET LI JIŻŻERŻQU

image

Illustrazzjoni Nru 9, kontinwazzjoni:

image

Illustrazzjoni Nru 9, kontinwazzjoni:

image

▼M6

Illustrazzjoni Nru 10

EŻEMPJU TA' KOSTRUZZJONI TA' KONTEJNER B'SAQAF MGĦOTTI LI JIŻŻERŻAQ

image

Illustrazzjoni Nru 10, kontinwazzjoni:

image

Illustrazzjoni Nru 10, kontinwazzjoni:

image

▼B

PARTI II

PROĊEDURI GĦALL-APPROVAZZJONI TAL-KONTEJNERS LI JKUNU KONFORMI MAL-KUNDIZZJONIJIET TEKNIĊI PRESKRITTI FIL-PARTI I

Ġenerali

1.

Il-kontejners jistgħu jiġu approvati għat-trasport ta’ merkanzija taħt siġill doganali jew:

a) fl-istadju tal-manifattura, skond it-tip ta’ disinn (il-proċedura għall-approvazzjoni fl-istadju tal-manifattura); jew

b) fi stadju sussegwenti għall-manifattura, jew individwalment jew rigward numru speċifikat ta’ kontejners ta’ l-istess tip (il-proċedura għall-approvazzjoni fi stadju sussegwenti għall-manifattura).

Id-dispożizzjonijiet komuni għaż-żewġ proċeduri ta’ approvazzjoni

2.

L-awtorità kompetenti responsabbli biex tingħata approvazzjoni, wara l-approvazzjoni, għandha toħroġ lill-applikant Ċertifikat ta’ Approvazzjoni validu, kif jista’ jkun il-każ, jew għal serje mhux limitata ta’ kontejners tat-tip approvat jew għal numru speċifikat ta’ kontejners.

3.

Il-benefiċjarju ta’ approvazzjoni għandu jwaħħal pjanċa ta’ approvazzjoni mal-kontejner approvat jew mal-kontejners approvati qabel ma jintuża għat-trasport ta’ merkanzija taħt siġill doganali.

4.

Il-pjanċa ta’ approvazzjoni għandha titwaħħal b’mod permanenti u f’post li jkun viżibbli biċ-ċar biswit kwalunkwe pjanċa ta’ approvazzjoni oħra maħruġa għal finijiet uffiċċjali.

5.

Il-pjanċa ta’ approvazzjoni, li tkun konformi mal-mudell Nru. I riprodott fl-Appendiċi 1għal din il-Parti, għandha tieħu l-forma ta’ pjanċa tal-metall li tkejjel mhux inqas minn 20 ċm b’10 ċm. Il-partikolaritajiet li ġejjin għandhom jiġu ttimbrati fuq jew intaljati fuq il-pjanċa jew indikati fuq is-superfiċje tagħha bi kwalunkwe mod permanenti u leġibbli ieħor, mill-inqas bl-Ingliż jew bil-Franċiż:

a) il-kliem “Approved for transport under Customs seal” (Approvat għal trasport taħt siġill doganali);

b) indikazzjoni tal-pajjiż, fejn ingħatat l-approvazzjoni jew permezz ta’ l-isem jew permezz tas-sinjal ta’ distinzjoni li jintuża biex jindika l-pajjiż ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi bil-mutur fit-traffiku tat-triq internazzjonali, u n-numru (figuri, ittri, eċċ.) taċ-Ċertifikat ta’ Approvazzjoni u s-sena (eż. “NL/26/73” ifisser “L-Olanda, Ċertifikat ta’ Approvazzjoni Nru. 26, maħruġ fl-1973”);

c) in-numru serjali assenjat lill-kontejner mill-manifattur (in-numru tal-manifattur);

d) jekk il-kontejner ikun ġie approvat skond it-tip, in-numri jew l-ittri ta’ identifikazzjoni tal-kontejner.

6.

Jekk kontejner m’għadux konformi mal-kundizzjonijiet tekniċi preskritti għall-approvazzjoni tiegħu, qabel ma jkun jista’ jintuża għat-trasport tal-merkanzija koperta minn siġill doganali, għandu jiġi restawrat għall-kundizzjoni li kienet iġġustifikat l-approvazzjoni tiegħu, biex jerġa’ jkun konformi ma’ l-imsemmija kundizzjonijiet tekniċi.

7.

Jekk il-karatteristiċi essenzjali ta’ kontejner jinbidlu, il-vettura m’għandiex tibqa’ koperta aktar mill-approvazzjoni u jkollha terġa’ tiġi approvata mill-awtorità kompetenti qabel ma tkun tista’ tintuża għat-trasport tal-merkanzija taħt siġill doganali.

Id-dispożizzjonijiet speċjali għal aprovazzjoni skond it-tip ta’ disinn fl-istadju tal-manifattura

8.

Fejn il-kontejners ikunu manifatturi skond serje ta’ tipi, il-manifattur jista’ japplika għand l-awtorità kompetenti tal-pajjiż tal-manifattura għal approvazzjoni skond it-tip ta’ disinn.

9.

Fl-applikazzjoni tiegħu, il-manifattur għandu jiddikjara in-numri jew l-ittri ta’ identifikazzjoni li huwa jassenja lit-tip ta’ kontejner li miegħu tkun relatata l-applikazzjoni tiegħu għall-approvazzjoni.

10.

L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn tpinġijiet u minn speċifikazzjoni dettaljata tad-disinn tal-kontejner li għandu jiġi approvat.

11.

Il-manifattur għandu jimpenja ruħu bil-miktub li se:

a) jippreżenta quddiem l-awtorità kompetenti tali kontejners tat-tip ikkonċernat hekk kif dik l-awtorità jista’ jkollha x-xewqa li teżamina;

b) jippermetti li l-awtorità kompetenti teżamina aktar unitajiet fi kwalunkwe ħin matul il-produzzjoni tas-serje ta’ tipi kkonċernata;

c) jinforma lill-awtoritajiet kompetenti bi kwalunkwe bidla, tkun ta’ liema daqs tkun, fl-iskeċċ jew fl-ispeċifikazzjoni qabel ma jagħmel tali bidla;

d) jimmarka lill-kontejners f’post viżibbli, minbarra bl-immarkar meħtieġ fuq il-pjanċa ta’ approvazzjoni, bin-numru jew bl-ittri ta’ identifikazzjoni tat-tip ta’ disinn u bin-numru serjali tal-kontejner fis-serje ta’ tipi (in-numru tal-manifattur);

e) iżomm reġistru ta’ kontejners immanifatturati skond it-tip ta’ disinn approvat.

12.

L-awtorità kompetenti għandha tiddikjara liema bidliet, jekk ikun hemm, iridu jsiru fit-tip ta’ disinn propost sabiex dik l-approvazzjoni tkun tista’ tingħata.

13.

M’għandha tingħata l-ebda approvazzjoni tat-tip skond it-tip ta’ disinn ħlief jekk l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta, billi tkun eżaminat kontejner wieħed jew aktar immanifattura skond it-tip ta’ disinn ikkonċernat, li l-kontejners ta’ dak it-tip ikunu konformi mal-kundizzjonijiet tekniċi preskritti fil-Parti I.

14.

Meta jiġi approvat tip ta’ kontejner għandu jinħareġ lill-applikant Ċertifikat ta’ Approvazzjoni wieħed li jkun konformi mal-mudell Nru. II riprodott fl-Appendiċi 2 għal din il-Parti u li jkun validu għall-kontejners kollha mmanifatturati skond l-ispeċifikazzjonijiet tat-tip li ġie approvat b’dan il-mod. Tali ċertifikat għandu jagħti d-dritt lill-manifattur li, ma’ kull kontejner tas-serje ta’ tipi, iwaħħal pjanċa ta’ approvazzjoni fil-forma preskritta fil-paragrafu 5 ta’ din il-Parti.

Id-dispożizzjonijiet speċjali għal approvazzjoni fi stadju sussegwenti għall-manifattura

15.

Jekk ma tkunx saret applikazzjoni għall-approvazzjoni fl-istadju tal-manifattura, is-sid, l-operatur, jew ir-rappreżentant ta’ kwalunkwe wieħed minnhom, jista’ japplika għal approvazzjoni għandha l-awtorità kompetenti li quddiemha jista’ jippreżenta l-kontejner jew il-kontejners u li għalih qed ifittex l-approvazzjoni.

16.

L-applikazzjoni għal approvazzjoni mressqa skond il-paragrafu 15 ta’ din il-Parti għandha tiddikjara n-numru serjali (in-numru tal-manifattur) imqiegħed fuq kull kontejner mill-manifattur.

17.

Meta l-awtorità kompetenti tkun aċċertat ruħha li l-kontejner jew il-kontejners ikun konformi mal-kundizzjonijiet tekniċi preskritti fil-Parti I, billi tkun eżaminat l-akbar numru ta’ kontejners daqskemm tqis li jkun meħtieġ, għandha toħroġ Ċertifikat ta’ Approvazzjoni li jkun konformi mal-mudell Nru. III riprodott fl-Appendiċi 3 għal din il-Parti u li jkun validu biss għan-numru ta’ kontejners approvati. Tali Ċertifikat, li jkollu fuqu n-numru jew in-numri serjali tal-manifattur assenjat lill-kontejner jew lill-kontejners li jkun relatat miegħu, għandu jagħti d-dritt lill-applikant li ma’ kull kontejner li ġie approvat b’dan il-mod, iwaħħal il-pjanċa ta’ approvazzjoni preskritta fil-paragrafu 5 ta’ din il-Parti.




Appendiċi 1

Mudell Nru. I

Pjanċa ta’ approvazzjoni

(Verżjoni Ingliża)

image

Mudell Nru. I

Pjanċa ta’ approvazzjoni

(Verżjoni Franċiża)

image




Appendiċi 2

Mudell Nru. II

image

AVVIŻ IMPORTANTI

(il-paragrafi 6 u 7 tal-Parti II ta’ l-Anness 7 għall-Konvenzjoni Doganali dwar It-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti ta' merkanzija Koperti B’Carné tat-TIR, 1975)

image




Appendiċi 3

Mudell Nru. III

image

AVVIŻ IMPORTANTI

(il-paragrafi 6 u 7 tal-Parti II ta’ l-Anness 7 għall-Konvenzjoni Doganali dwar It-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti ta' merkanzija Koperti B’Carné tat-TIR, 1975)

image

PARTI III

IN-NOTI TA’SPJEGAZZJONI

In-Noti ta’ Spjegazzjoni għall-Anness 2 stabbiliti fl-Anness 6 għal din il-Konvenzjoni japplikaw mutatis mutandis għall-kontejners approvati għal trasport taħt siġill doganali skond din il-Konvenzjoni.

7.I.4.6a) Parti Ii, Artikolu 4, paragrafu (6)(a)

Eżempju ta’ sistema biex jitwaħħlu għatjiet madwar il-forom ta’ l-irkejjen (corner-castings) tal-kontejners, aċċettabbli mill-perspettiva doganali, qed jingħata fl-iskeċċ mehmuż mal-Parti III ta’ l-Anness 7.

7.II.5d) Parti II — paragrafu 5(d)

Jekk żewġ kontejners mgħottija approvati għat-trasport taħt siġilli doganali jiġu mġonġija flimkien b’tali mod li jifformaw kontejner wieħed, mgħottija minn għatja waħda u li jissodisfaw il-kundizzjonjiet għal trasport taħt siġill doganali, għall-kombinazzjoni m’għandux ikun meħtieġ Ċertifikat ta’ Approvazzjoni separat, jew pjanċa ta’ approvazzjoni separata.

APPARAT BIEX IWAĦĦAL L-GĦATJIET MADWAR IL-FOROM TA’ L-IRKEJJEN TAL-KONTEJNERS

image




ANNESS 8

IL-KOMPOŻIZZJONI, IL-FUNZJONIJIET U R-REGOLI TA’ PROĊEDURA TAL-KUMITAT AMMINISTRATTIV U TAL-BORD EŻEKUTTIV TIR

IL-KOMPOŻIZZJONI, IL-FUNZJONIJIET U R-REGOLI TA’ PROĊEDURA TAL-KUMITAT AMMINISTRATTIV

Artikolu 1

i) Il-Partijiet Kontraenti għandhom ikunu membri tal-Kumitat Amministrattiv.

ii) Il-Kumitat jista’ jiddeċiedi li l-amministrazzjonijiet kompetenti ta’ l-Istati li jissemmew fl-Artikolu 52(1) ta’ din il-Konvenzjoni li mhumiex Partijiet Kontraenti jew ir-rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, għal domandi li jistgħu jinteressawhom, jistgħu jattendu s-sessjonijiet tal-Kumitat bħala osservaturi.

Artikolu 1a

1.  Il-Kumitat għandu jqis kwalunkwe emenda proposta għall-Konvenzjoni skond l-Artikolu 59 (1) u (2).

2.  Il-Kumitat għandu jimmonitorja l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni u għandu jeżamina kwalunkwe miżura li tittieħed mill-Partijiet Kontraenti, mill-assoċjazzjonijiet u mill-organizzazzjonijiet internazzjonali skond il-Konvenzjoni u l-konformità tagħhom magħha.

3.  Il-Kumitat, permezz tal-Bord Eżekuttiv TIR, għandu jissuperviżjona u jipprovdi sostenn fl-applikazzjoni tal-Konvenzjoni fuq il-livell nazzjonali u dak internazzjonali.

▼M7

4.  Il-Kumitat għandu jirċievi u jeżamina d-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati u r-rapport(i) tal-awditjar imressaq/imressqa mill-organizzazzjoni internazzjonali skont l-obbligi tal-Anness 9, Parti III. Matul l-eżami u fil-kuntest tagħha, il-Kumitat jista' jitlob li jiġu pprovduti informazzjoni addizzjonali kif ukoll kjarifiki jew dokumenti mill-organizzazzjoni internazzjonali jew l-awditur estern indipendenti.

5.  Mingħajr preġudizzju għall-eżami msemmi fil-paragrafu 4, il-Kumitat għandu, fuq il-bażi ta' valutazzjoni tar-riskju, ikollu d-dritt li jitlob li jsiru eżamijiet addizzjonali. Il-Kumitat għandu jagħti l-mandat lill-Bord Eżekuttiv TIR jew jitlob lis-servizzi kompetenti tan-Nazzjonijiet Uniti biex issir il-valutazzjoni tar-riskju.

Il-lok għal eżamijiet addizzjonali għandu jiġi stabbilit mill-Kumitat, li jqis il-valutazzjoni tar-riskju tal-Bord Eżekuttiv TIR jew is-servizzi kompetenti tan-Nazzjonijiet Uniti.

Ir-riżultati tal-eżamijiet kollha msemmija f'dan l-artikolu għandhom jinżammu mill-Bord Eżekuttiv TIR u jiġu pprovduti lill-Partijiet Kontraenti kollha għal konsiderazzjoni xierqa.

6.  Il-proċedura biex isiru eżamijiet addizzjonali għandha tiġi approvata mill-Kumitat.

▼B

Artikolu 2

Is-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonjiet Uniti għandu jipprovdi lill-Kumitat b’servizzi ta’ segretarjat.

Artikolu 3

Fl-ewwel sessjoni tiegħu ta’ kull sena, il-Kumitat għandu jeleġġi president u viċi-president.

Artikolu 4

Kull sena, is-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonjiet Uniti għandu jlaqqa’ lill-Kumitat, taħt l-awspiċi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa, u anki fuq it-talba ta’ l-amministrazzjonijiet kompetenti ta’ mill-anqas ħames Stati li huma Partijiet Kontraenti.

Artikolu 5

Għandha ssir votazzjoni rigward il-proposti. Kull Stat li jkun Parti Kontraenti rrappreżentata fis-sessjoni għandu jkollu vot wieħed. Proposti oħra, għajr emendi għal din il-Konvenzjoni, għandhom jiġu adottati mill-Kumitat b’maġġoranza ta’ dawn preżenti u li jivvotaw. L-emendi għal din il-Konvenzjoni u d-deċiżjonijiet li jissemmew fl-Artikoli 59 u 60 ta’ din il-Konvenzjoni għandhom jiġu adottati b’maġġoranza ta’ żewġ terzi ta’ dawk preżenti u li jivvotaw.

Artikolu 6

Sabiex jittieħdu d-deċiżjonijiet, ikun meħtieġ kworum li jikkonsisti minn mhux inqas minn terz ta’ l-Istati li huma Partijiet Kontraenti.

Artikolu 7

Qabel l-għeluq tas-sessjoni tiegħu, il-Kumitat għandu jadotta r-rapport tiegħu.

Artikolu 8

Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet rilevanti f’dan l-Anness, għandhom ikunu applikabbli ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa ħlief jekk jekk il-Kumitat jiddeċiedi mod ieħor.

IL-KOMPOŻIZZJONI, IL-FUNZJONIJIET U R-REGOLI TA’ PROĊEDURA TAL-BORD EŻEKUTTIV TIR

Artikolu 9

1.  Il-Bord Eżekuttiv TIR, stabbilit mill-Kumitat Amministrattiv skond l-Artikolu 58b, għandu jkun magħmul minn disa’ membri, b’kull wieħed ikun minn Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni differenti. Is-Segretarju TIR se jattendi s-sessjonijiet tal-Bord.

2.  Il-membri tal-Bord Eżekuttiv TIR għandhom ikunu eletti mill-Kumitat Amministrattiv b’maġġoranza ta’ dawk preżenti u li jivvotaw. Il-mandat ta’ kull membru tal-Bord Eżekuttiv TIR għandu jkun ta’ sentejn. Il-membri tal-Bord Eżekuttiv TIR jistgħu jiġu eletti mill-ġdid. It-Termini ta’ Referenza għall-Bord Eżekuttiv TIR għandhom ikunu stabbiliti mill-Kumitat Amministrattiv.

Artikolu 10

Il-Bord Eżekuttiv TIR għandu:

a) jissuperviżjona l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni, inkluża ħidmet is-sistema tal-garanziji, u jwettaq il-funzjonijiet fdati lilu mill-Kumitat Amministrattiv;

b) jissuperviżjona l-istampar u d-disribuzzjoni ċentralizzati lill-assoċjazzjonijiet tal-Carnets TIR li jistgħu jitwettqu minn organizzazzjoni internazzjoni miftiehma kif jissemma fl-Artikolu 6;

c) jikkoordina u jrawwem l-iskambju ta’ intelliġenza u ta’ informazzjoni oħra fost l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti;

d) jikkoordina u jrawwem l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti, l-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet internazzjonali;

e) jiffaċilita r-riżoluzzjoni ta' disputi bejn il-Partijiet Kontraenti, l-assoċjazzjonijiet, il-kumpaniji ta’ l-assikurazzjoni u l-organizzazzjonijiet internazzjonali mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 57 dwar is-soluzzjoni tad-disputi;

f) isostni t-taħriġ tal-persunal ta’ l-awtoritajiet doganali u ta’ partijiet interessati oħra kkonċernati mill-proċedura TIR;

g) iżomm reġistru ċentrali għat-tixrid lill-Partijiet Kontraenti ta’ informazzjoni li għandha tkun ipprovduta mill-organizzazzjonijiet internazzjonali kif jissemmew fl-Artikolu 6, dwar ir-regoli u l-proċeduri kollha preskritti għall-ħruġ tal-Carnets TIR mill-assoċjazzjonijiet, sakemm ikunu relatati mal-kundizzjonijiet u mar-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness 9;

h) jimmonitorja l-prezz tal-Carnets TIR.

Artikolu 11

1.  Sessjoni tal-Bord għandha titlaqqa’ mis-Segretarju TIR fuq it-talba tal-Kumitat Amministratti jew ta’ mill-inqas tliet membri tal-Bord.

2.  Il-Bord għandu jagħmel ħiltu biex jieħu d-deċiżjonijiet b’kunsens. Jekk ma jista’ jintlaħaq l-ebda kunsens, għandu jittieħed vot fuq id-deċiżjonijiet u d-deċiżjoni għandha tittieħed b’maġġoranza ta’ dawk preżenti u li jivvotaw. Sabiex jittieħdu d-deċiżjonijiet huwa meħtieġ kworum ta’ ħames membri. Is-Segretarju TIR m’għandu jkollu l-ebda vot.

3.  Il-Bord għandu jeleġixxi President u għandu jadotta kwalunke regola addizzjonali ta’ proċedura.

4.  Il-Bord għandu jħejji rapport dwar l-attivitajiet tiegħu, inkluża s-sottomissjoni ta’ kontabbiltà vverifikata, quddiem il-Kumitat Amministrattiv mill-inqas darba fis-sena jew fuq it-talba tal-Kumitat Amministrattiv. Fil-Kumitat Amministrattiv, il-Bord se jkun irrappreżentat mill-President tiegħu.

5.  Il-Bord għandu jqis kwalunkwe informazzjoni u mistoqsija trażmessa lilu mill-Kumitat Amministrattiv, mill-Partijiet Kontraenti, mis-Segretarju TIR, mill-assoċjazzjonijiet nazzjonali u mill-organizzazzjonijiet internazzjonali li jissemmew fl-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni. Dawn l-organizzazzjonijiet internazzjonali għandu jkollhom id-dritt li jattendu għas-sessjonijiet tal-Bord Eżekuttiv TIR bħala osservaturi sakemm il-President tiegħu ma jiddeċidix mod ieħor. Jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe organizzazzjoni oħra tista’ tattendi għas-sessjonijiet tal-Bord bħala osservatriċi fuq l-istedina tal-President.

Artikolu 12

Is-Segretarju TIR għandu jkun membru tas-segretarjat tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropea tan-Nazzjonjiet Uniti u għandu jwettaq id-deċiżjonijiet tal-Bord Eżekuttiv TIR fit-Termini ta’ Referenza tal-Bord. Is-Segretarju TIR se jkun mgħejjun minn segretarjat TIR, li d-daqs tiegħu għandu jkun iddeterminat mill-Kumitat Amministrattiv.

Artikolu 13

1.  Ħidmet il-Bord Eżekuttiv TIR u ħidmet is-Segretarjat TIR għandha tkun iffinanzjata, sakemm jinkisbu sorsi alternattivi ta’ finanzjament, permezz ta’ ammont għal kull Carnet TIR iddistribwit mill-organizzazzjoni internazzjonali kif tissemma fl-Artikolu 6. Dan l-ammont għandu jkun approvat mill-Kumitat Amministrattiv.

2.  Il-proċedura biex tkun ikun implimentat il-finanzjament ta’ ħidmet il-Bord Eżekuttiv TIR u ta’ ħidmet is-Segretarjat TIR għandha tkun approvata mill-Kumitat Amministrattiv.




ANNESS 9

L-AĊĊESS GĦALL-PROĊEDURA TIR

PARTI I

L-AWTORIZZAZZJONI GĦALL-ASSOĊJAZZJONIJIET SABIEX JOĦORĠU CARNETS TIR ►M2  U LI JAĠIXXU BĦALA GARANTI ◄

►M7  Minimi ◄ Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti ►M2  ————— ◄

1. Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti ►M7  minimi ◄ ►M2  ————— ◄ li l-assoċjazzjonijiet għandhom ikunu konformi magħhom sabiex ikunu awtorizzati mill-Partijiet Konraenti li joħroġu Carnets TIR u li jagħmluha bħala garanti skond l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni huma:

a) L-eżistenza pprovata għal mill-inqas sena bħala ►M2  assoċjazzjoni stabbilita fil-Parti Kontraenti minn fejn tinħareġ l-awtorizzazzjoni ◄ .

b) Prova ta’ pożizzjoni finanzjarja soda u ta’ kapaċijiet organizzattivi li ►M2  jippermettu lill-assoċjazzjoni li ◄ tissodisfa l-obbligi tagħha skond il-Konvenzjoni.

▼M2 —————

▼B

►M2  c) ◄  In-nuqqas ta’ reati serji jew ripetuti kontra leġiżlazzjoni doganali jew fiskali.

▼M2

d) It-twaqqif ta’ ftehim bil-miktub jew ta’ kwalunkwe strument legali ieħor bejn l-assoċjazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti li fih tiġi stabbilita, li jinkludi l-aċċettazzjoni mill-assoċjazzjoni tad-dmirijiet tagħha kif stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

▼M2

2. Kopja ċċertifikata tal-ftehim bil-miktub jew ta’ kwalunkwe strument legali ieħor imsemmi fil-paragrafu 1(d) flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ traduzzjoni ċċertifikata bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bir-Russu, għandhom ikunu ddepożitati mal-Bord Eżekuttiv TIR. Il-bidliet kollha għandhom jiġu immedjatament innotifikati lill-Bord Eżekuttiv TIR.

▼M2

3. Id-dmirijiet tal-assoċjazzjoni huma:

(i) li tkun konformi mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni;

(ii) li taċċetta s-somma massima għal kull Carnet TIR, iddeterminata mill-Partijiet Kontraenti li tista’ tkun pretiża mill-assoċjazzjoni skont l-Artikolu 8, paragrafu 3 tal-Konvenzjoni;

(iii) li tivverifika kontinwament u, partikolarment, qabel ma titlob awtorizzazzjoni għal aċċess ta’ persuni għall-proċedura TIR, l-issodisfar tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti minimi kif stabbiliti fil-Parti II ta’ dan l-Anness;

(iv) li tipprovdi l-garanziji tagħha għall-obbligazzjonijiet kollha li daħlet għalihom fil-pajjiż fejn hija stabbilita b’konnessjoni mal-operazzjonijiet koperti mill-Carnets TIR maħruġa minnha stess u mill-assoċjazzjonijiet barranin affiljati mal-istess organizzazzjoni internazzjonali li magħha hija affiljata hija stess;

(v) li tkopri l-obbligazzjonijiet tagħha għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti fejn hija stabbilita ma’ kumpanija tal-assigurazzjoni, ma’ grupp ta’ assiguraturi jew ma’ istituzzjoni finanzjarja. Il-kuntratt(i) tal-assigurazzjoni jew tal-garanzija finanzjarja għandu/għandhom ikopri/ikopru l-obbligazzjonijiet kollha tagħha b’konnessjoni mal-operazzjonijiet koperti mill-Carnets TIR maħruġa minnha stess u mill-assoċjazzjonijiet barranin affiljati mal-istess organizzazzjoni internazzjonali li magħha hija affiljata hi stess;

Iż-żmien biex jinħareġ avviż għat-tmiem tal-kuntratt(i) tal-assigurazzjoni jew tal-garanzija finanzjarja m’għandux ikun inqas miż-żmien biex jinħareġ avviż għat-tmiem tal-ftehim bil-miktub jew ta’ kwalunkwe strument legali ieħor kif imsemmi fil-paragrafu 1(d). Kopja ċċertifikata tal-kuntratt(i) tal-assigurazzjoni jew tal-kuntratt(i) finanzjarju/finanzjarji kif ukoll il-modifikazzjonijiet sussegwenti kollha tiegħu/tagħhom għandhom jiġu ppreżentati quddiem il-Bord Eżekuttiv TIR, inkluża traduzzjoni ċċertifikata, jekk ikun meħtieġ, bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bir-Russu;

▼M5

(vi) il-Bord Eżekuttiv tat-TIR, sal-1 ta' Marzu ta' kull sena, għandu jingħata l-prezz ta' kull tip ta' Carnet TIR li joħroġ;

▼M2

(vii) li tħalli lill-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw ir-rekords u l-kotba tal-kontijiet kollha miżmuma li jkunu relatati mal-amministrazzjoni tal-proċedura TIR;

(viii) li taċċetta proċedura biex it-tilwim li jinqala’ minħabba użu mhux xieraq jew inkorrett tal-Carnets TIR jiġi solvut b’mod effiċjenti, u kull meta jkun possibbli mingħajr ma jsir rikors għall-qrati;

(ix) li tikkonforma strettament mad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti fejn hija stabbilita rigward ir-revoka jew l-irtirar tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni u skont il-Parti II ta’ dan l-Anness jew rigward l-esklużjoni ta’ persuni skont l-Artikolu 38 tal-Konvenzjoni;

(x) li taqbel li timplimenta fedelment id-deċiżjonijiet kollha adottati mill-Kumitat Amministrattiv u mill-Bord Eżekuttiv TIR sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti fejn hija stabbilita l-assoċjazzjoni jkunu aċċettawhom.

4. Meta assoċjazzjoni garanti tintalab, f’konformità mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 11, biex tħallas is-somom imsemmija fl-Artikolu 8, paragrafi 1 u 2, hija għandha, f’konformità mal-ftehim bil-miktub imsemmi fin-Nota ta’ Spjegazzjoni 0.6.2(a)-1 tal-Artikolu 6, paragrafu 2 (a), tinforma lill-organizzazzjoni internazzjonali bil-wasla tat-talba.

5. Il-Parti Kontraenti fejn hija stabbilita l-assoċjazzjoni għandha tirrevoka l-awtorizzazzjoni li toħroġ il-Carnets TIR u għandha taġixxi bħala garanti f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dawn il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti. Jekk xi Parti Kontraenti tiddeċiedi li tirrevoka l-awtorizzazzjoni, id-deċiżjoni ssir effettiva, mhux qabel, tliet (3) xhur wara d-data tar-revoka.

▼B

►M2  6. ◄   ►M2  L-awtorizzazzjoni ◄ ta’ assoċjazzjoni skond it-termini stabbiliti aktar ’il fuq għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet skond il-Konvenzjoni ta’ dik l-assoċjazzjoni.

►M2  7. ◄  Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti ►M2  ————— ◄ stabbiliti aktar ’il fuq huma mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet u għar-rekwiżiti addizzjonali li l- ►M7  Kull Parti Kontraenti ◄ jista’ jkollhom ix-xewqa li jippreksrivu.

PARTI II

L-AWTORIZZAZZJONI BIEX PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI JUŻAW IL-CARNETS TIR

Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti minimi

1. Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti minimi li l-persuni li jixtiequ jkollhom aċċess għall-proċedura TIR iridu jkunu konformi magħhom huma:

a) Esperjenza pprovata jew għallinqas kapaċità pprovata li jkunu involuti fi trasport internazzjonali regolari (detentur ta’ liċenza bix iwettaq trasport internazzjonali, eċċ.).

b) Pożizzjoni finanzjarja soda.

c) Għarfien ipprovat fl-applikazzjoni tal-Konvenzjoni TIR.

d) Nuqqas ta’ reati serji jew ripetuti kontra l-leġiżlazzjoni doganali jew fiskali.

e) Impenn f’dikjarazzjoni bil-miktub ta’ impenn lill-assoċjazzjoni li dik il-persuna:

i) se tkun konformi mal-formalitajiet doganali kollha meħtieġa skond il-Konvenzjoni fl-uffiċċji doganali ta’ tluq, en route u ta’ destinazzjoni;

ii) se tħallas is-somom dovuti, li jissemmew fl-Artikolu 8(1) u (2) tal-Konvenzjoni, jekk tintalab tagħmel dan mill-awtoritajite kompetenti skond l-Artikolu 8(7) tal-Konvenzjoni;

iii) sakemm tippermetti l-leġiżlazzjoni nazzjonali, se tħalli lill-assoċjazzjonijiet jivverifikaw l-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti minimi t’aktar ‘il fuq.

2. Sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jiddeċiedux mod ieħor, l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti u l-assoċjazzjonijiet infushom jistgħu jintroduċu kundizzjonijiet u rekwiżiti addizzjonali u aktar restrittivi għall-aċċess għall-proċedura TIR.

Il-proċedura

3. Skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali, il-Partijiet Kontraenti se jiddeċiedu l-proċeduri li għandhom ikunu segwiti għal aċċess għall-proċedura TIR fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet u tar-rekwiżiti minimi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.

4. Fi żmien ġimgħa mid-data ta’ awtorizzazzjoni jew ta’ rtirar ta’ l-awtorizzazzjoni biex jintużaw il-Carnets TIR, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrażmettu il-partikolaritajiet ta’ kull persuna lill-Bord Eżekuttiv TIR skond l-awtorizzazjoni kampjun mehmuża (MAF).

5. L-assoċjazzjoni għandha titrażmetti kull sena lista aġġornata sal-31 ta’ Diċembru tal-persuni awtorizzati kollha kif ukoll tal-persuni li l-awtorizzazzjoni tagħhom ġiet irtirata. Din il-lista għandha tkun trażmessa ġimgħa wara l-31 ta’ Diċembru lill-awtoritajiet kompetenti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħaddu kopja tagħha lill-Bord Eżekuttiv TIR.

6. L-awtorizzazzjoni għal aċċess għall-proċedura TIR minnha nfisha ma tikkostitwix dritt li jinkisbu l-Carnets TIR mingħand l-assoċjazzjonijiet.

7. L-awtorizzazzjoni ta’ persuna li tuża l-Carnets TIR fil-kundizzjonijiet u skond ir-rekwiżiti minimi stabbiliti aktar ’il fuq, għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet skond il-Konvenzjoni ta’ dik il-persuna.

IL-FORMOLA MUDELL TA’ AWTORIZZAZZJONI (MAF)

Pajjiż: …

Isem l-assoċjazzjoni: …

L-awtorità kompetenti: …



Għandha timtela mill-assoċjazzjonijiet nazzjonali u/jew mill-awtoritajiet kompetenti

Numru ta’ l-ID

Isem il-persuna(i)/l-intrapriża

L-indirizz tan-negozju

Il-punt ta’ kuntatt u n-numru ta’ aċċess (Numri tat-tel, tal-faks u ta’ l-e-mail)

Ir-reġistrazzjoni jew in-numru tal-liċenzja tan-negozju eċċ. (1)

L-irtirar preċedenti ta’ l-awtorizzazzjoni (2)

Id-data ta’ l-awtorizzazzjoni (2)

Id-data ta’ l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjoni (2)

Timbru/firma

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(*1)   jekk ikun disponibbli.

(*2)   jekk ikun xieraq.

Għal kull persuna li għaliha tiġi trażmessa talba għal awtorizzazzjoni mill-assoċjazzjoni ►M7  awtorizzata ◄ , għandha tkun ipprovduta, mill-inqas, l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti:

 In-numru individwali u uniku ta’ identifikazzjoni (ID) assenjat lill-persuna mill-assoċjazzjoni garanti (f’kooperazzjoni ma’ l-organizzazzjoni internazzjonali li magħha tkun affiljata) skond format armonizzat. Il-format ta’ numru ta’ l-ID għandu jkun iddeterminat mill-Kumitat Amministrattiv.

 L-isem(ismijiet) u l-indirizz(i) tal-persuna(i) jew ta’ l-intrapriża (f’każ ta’ assoċjazzjoni tan-negozju, anki l-ismijiet tal-maniġers responsabbli).

 Il-punt ta’ kuntatt (il-persuna fiżika awtorizzata biex tipprovdi informazzjoni dwar l-operazzjoni TIR lill-awtoritajiet doganali u lill-assoċjazzjonijiet) bin-numri kompluti tat-telefown, tal-faks u ta’ l-email).

 In-Nru. tar-reġistrazzjoni kummerċjali jew in-Nru. tal-liċenzja tat-trasport internazzjonali jew oħra (jekk ikunu disponibbli).

 (jekk ikun applikabbli) L-irtirar preċedenti ta’ l-awtorizzazzjoni, inklużi d-dati, it-tul u n-natura ta’ l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjoni.

▼M4

TAQSIMA III

Awtorizzazzjoni ta’ organizzazzjoni internazzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 6, biex tieħu r-responsabbiltà għall-organizzazzjoni u għall-funzjonament effettivi ta’ sistema internazzjonali ta’ garanziji u biex tistampa u tqassam Carnets TIR

Kondizzjonijiet u rekwiżiti:

1. Il-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti li għandhom jiġu rrispettati minn organizzazzjoni internazzjonali sabiex tkun awtorizzata, skont l-Artikolu 6.2bis tal-Konvenzjoni, mill-Kumitat Amministrattiv biex tieħu r-responsabbiltà għall-organizzazzjoni u għall-funzjonament effettivi ta’ sistema internazzjonali ta’ garanziji u biex tistampa u tqassam Carnets TIR huma:

(a) Prova ta’ kompetenza professjonali tajba u l-pożizzjoni finanzjarja għall-organizzazzjoni u għall-funzjonament effettivi ta’ sistema internazzjonali ta’ garanziji u ta’ kapaċijiet organizzazzjonali biex tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-Konvenzjoni permezz ta’ sottomissjonijiet annwali ta' rapporti finanzjarji konsolidati awditjati kif xieraq minn awdituri indipendenti rikonoxxuti internazzjonalment;

(b) Nuqqas ta’ reati serji jew ripetuti kontra l-leġiżlazzjoni doganali jew fiskali.

2. Skont l-awtorizzazzjoni, l-organizzazzjoni internazzjonali għandha:

(a) tipprovdi lill-Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni TIR permezz tal-assoċjazzjonijiet nazzjonali affiljati mal-organizzazzjoni internazzjonali b’kopji ċertifikati tal-kuntratt tal-garanzija globali u bi prova tal-kopertura tal-garanzija;

(b) tipprovdi lill-korpi kompetenti tal-Konvenzjoni TIR b’informazzjoni dwar ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti għall-ħruġ tal-Carnets TIR mill-assoċjazzjonijiet nazzjonali;

(c) tipprovdi lill-korpi kompetenti tal-Konvenzjoni TIR, fuq bażi annwali, b’dejta dwar il-pretensjonijiet ippreżentati, pendenti, imħallsa jew saldati mingħajr pagamenti;

(d) tipprovdi lill-korpi kompetenti tal-Konvenzjoni TIR b’informazzjoni sħiħa u kompluta dwar il-funzjonament tas-sistema TIR, b’mod partikolari, imma mhux limitata għal, informazzjoni f’waqtha u fondata tajjeb dwar ix-xejriet fl-għadd ta’ operazzjonijiet TIR mhux terminati, pretensjonijiet ippreżentati, pendenti, imħallsa jew saldati mingħajr pagamenti li jistgħu jagħtu lok għal tħassib rigward il-funzjonament tajjeb tas-sistema TIR jew li jistgħu jwasslu għal diffikultajiet fit-tkomplija tal-operat tas-sistema internazzjonali ta' garanziji;

(e) tipprovdi lill-korpi kompetenti tal-Konvenzjoni TIR b’dejta statistika dwar l-għadd ta’ Carnets TIR imqassma lil kull Parti Kontraenti, kategorizzati skont it-tip;

(f) tipprovdi lill-Bord Eżekuttiv tat-TIR bid-dettalji tal-prezz tad-distribuzzjoni mill-organizzazzjoni internazzjonali għal kull tip ta’ Carnet TIR;

(g) tieħu l-passi kollha possibbli biex tnaqqas ir-riskju tal-falsifikazzjoni tal-Carnets TIR;

(h) tieħu azzjoni korrettiva xierqa f’każijiet fejn jiġu identifikati difetti jew nuqqasijiet fil-Carnet TIR u tirrapportahom lill-Bord Eżekuttiv tat-TIR;

(j) tipparteċipa bis-sħiħ fil-każijiet fejn il-Bord Eżekuttiv tat-TIR jintalab jiffaċilita soluzzjoni għal tilwim;

(k) tiżgura li kwalunkwe problema li tinvolvi attivitajiet ta' frodi jew diffikultajiet oħra fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Konvenzjoni TIR tinġieb immedjatament għall-attenzjoni tal-Bord Eżekuttiv tat-TIR;

(l) timmaniġġja s-sistema ta’ kontroll tal-Carnets TIR, prevista fl-Anness 10 tal-Konvenzjoni, flimkien mal-assoċjazzjonijiet nazzjonali garanti affiljati mal-organizzazzjoni internazzjonali u l-awtoritajiet Doganali u tinforma lill-Partijiet Kontraenti u lill-korpi kompetenti tal-Konvenzjoni dwar il-problemi li jinqalgħu fis-sistema;

(m) tipprovdi lill-korpi kompetenti tal-Konvenzjoni TIR bl-istatistika u d-dejta dwar il-prestazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tas-sistema ta’ kontroll kif previst fl-Anness 10;

(n) tikkonkludi, mhux inqas minn xahrejn qabel id-data proviżorja tad-dħul fis-seħħ jew it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 6.2bis tal-Konvenzjoni, ftehim bil-miktub mas-segretarjat tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mandat minn u f’aġir għan-nom tal-Kumitat Amministrattiv, li għandu jinkludi l-aċċettazzjoni mill-organizzazzjoni internazzjonali tad-dmirijiet tagħha stabbiliti f’dan il-paragrafu;

▼M7

(o) iż-żamma ta' reġistri u kontijiet separati li jkun fihom informazzjoni u dokumentazzjoni li jirrigwardaw l-organizzazzjoni u l-funzjonament ta' sistema internazzjonali ta' garanziji u l-istampar u d-distribuzzjoni tal-Carnets TIR;

(p) kooperazzjoni sħiħa u f'waqtha tiegħu, inkluż, iżda mhux limitat għal, aċċess għar-reġistri u l-kontijiet imsemmija hawn fuq għas-servizzi kompetenti tan-Nazzjonijiet Uniti jew ta' kwalunkwe tip ieħor ta' entità kompetenti awtorizzata kif xieraq u, f'kull ħin, biex ikunu ffaċilitati l-ispezzjonijiet u l-verifiki mwettqa minnhom f'isem il-Partijiet Kontraenti, skont l-Anness 8, Artikolu 1a, paragrafi 5 u 6;

(q) jitqabbad awditur estern indipendenti biex iwettaq l-awditi annwali tar-reġistri u l-kontijiet imsemmija skont is-subparagrafu (o). L-awditjar estern għandu jitwettaq f'konformità mal-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (ISA) u għandu jirriżulta f'rapport tal-awditjar annwali u ittra ta' ġestjoni li għandhom jitressqu quddiem il-Kumitat Amministrattiv.

▼M4

3. Meta l-organizzazzjoni internazzjonali tkun infurmata minn assoċjazzjoni garanti dwar pretensjoni għal pagament, hija għandha, fi żmien perjodu ta’ tliet (3) xhur tinforma lill-assoċjazzjoni garanti dwar il-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-pretensjoni.

4. L-informazzjoni kollha miksuba, direttament jew indirettament, mill-organizzazzjoni internazzjonali skont il-Konvenzjoni, li min-natura tagħha tkun kunfidenzjali jew li tiġi pprovduta fuq bażi kunfidenzjali, għandha tkun koperta bl-obbligu ta’ segretezza professjonali u ma għandhiex tintuża jew tiġi pproċessata la għal xi għan kummerċjali u lanqas għal kwalunkwe skop ieħor ħlief dak li għalih tkun ġiet ipprovduta jew żvelata lil kwalunkwe parti terza mingħajr il-permess espliċitu tal-persuna jew l-awtorità li provdietha. Tali informazzjoni tista’, madankollu, tiġi żvelata mingħajr permess lill-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti għal din il-Konvenzjoni, fejn ikun hemm awtorizzazzjoni jew obbligu li tagħmel hekk skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali jew internazzjonali jew b’konnessjoni ma’ proċeduri legali. L-iżvelar jew il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni għandhom isiru b’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta fis-seħħ.

5. Il-Kumitat Amministrattiv għandu jkollu d-dritt jirrevoka l-awtorizzazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 6.2 bis f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dawn il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti. Jekk il-Kumitat Amministrattiv jiddeċiedi li jirrevoka l-awtorizzazzjoni, id-deċiżjoni ssir effettiva l-aktar kmieni sitt (6) xhur wara d-data tar-revoka.

6. L-awtorizzazzjoni ta’ organizzazzjoni internazzjonali skont it-termini stabbiliti hawn fuq għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet u l-obbligi tal-organizzazzjoni skont il-Konvenzjoni.

▼B




ANNESS 10

L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN IPPROVDUTA MILL-PARTIJIET KONTRAENTI LILL-ASSOĊJAZZJONIJIET AWTORIZZATI (SKOND L-ARTIKOLU 43C) U LIL ORGANIZZAZZJONI INTERNAZZJONALI (SKOND L-ARTIKOLU 6.2 A)

Minħabba l-Artikolu 6(1) u l-paragrafu 1(f)(iii) tal-Parti I ta’ l-Anness 9 għal din il-Konvenzjoni, l-assoċjazzjonijiet awtorizzati jeħtieġ li jimpenjaw irwieħhom li se jivverifikaw kontinwament li l-persuni awtorizzati li jkollhom aċċess għall-proċedura TIR jissodisfaw il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti minimi kif ġie stabbilit fil-Parti II ta’ l-Anness 9 għall-Konvenzjoni.

F’isem l-assoċjazzjonijiet membri tagħha u biex jiġu sodisfatti r-responsabbiltajiet tagħha bħala organizzazzjoni internazzjonali awtorizzata skond l-Artikolu 6(2)(a), organizzazzjoni internazzjonali għandha tistabbilixxi sistema ta’ kontroll għall-Carnets TIR sabiex tinżamm data, trażmessa mill-awtoritajiet doganali u aċċessibbli mill-assoċjazzjonijiet u mill-amministrazzjonijiet doganali, dwar it-tmiem ta’ l-operazzjonijiet TIR fl-uffiċċji ta’ destinazzjoni. Sabiex l-assoċjazzjonijiet ikunu jistgħu jissodisfaw l-impenn tagħhom b’mod effettiv, il-Partijiet Kontraenti għandhom jipprovdu informazzjoni lis-sistema ta’ kontroll skond il-proċedura li ġejja:

(1)

L-awtoritajiet doganali għandhom jittrażmettu lil organizzazzjoni internazzjonali jew lil assoċjazzjonijiet garanti nazzjonali, jekk ikun possibbli, permezz ta’ uffiċċji ċentrali jew reġjonali, bl-aktar mezzi ta’ komunikazzjoni veloċi disponibbli (faks, posta elettronika, eċċ.) u jekk ikun possibli kuljum, mill-inqas l-informazzjoni li ġejja f’format standard rigward il-Carnets TIR kollha ppreżentati fl-uffiċċji doganali ta’ destinazzjoni, kif ġie ddefinit fl-Artikolu 1(l) tal-Konvenzjoni:

(a) In-numru ta’ referenza tal-Carnet TIR;

(b) Id-data u n-numru tar-rekord fir-reġistru doganali;

(c) L-isem jew in-numru ta’ l-uffiċċju doganali ta’ destinazzjoni;

(d) Id-data u n-numru ta’ refrenza indikati fiċ-ċertifikat ta’ tmiem ta’ l-operazzjoni TIR (kaxxi 24-28 tal-vawċer Nru. 2) fl-uffiċċju doganali ta’ destinazzjoni (jekk ikun differenti minn (b));

(e) It-tmiem parzjali jew finali;

(f) It-tmiem ta’ l-operazzjoni TIR iċċertifikat b’riserva jew mingħajrha fl-uffiċċju doganali ta’ destinazzjoni mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 8 u 11 tal-Konvenzjoni;

(g) Informazzjoni jew dokumenti oħra (fakultattiv);

(h) In-numru tal-paġna.

(2)

Il-Formola Mudell ta’ Rikonċiljazzjoni (MRF) inkluża fl-Appendiċi tista’ tiġi indirizzata lill-awtoritajiet doganali mill-assoċjazzjonijiet nazzjonali jew minn organizzazzjoni intenrazzjonali

(a) f’każ ta’ diskrepanzi bejn id-data trażmessa u dik fuq il-mammi fil-Carnet TIR użat; jew

(b) f’każ li ma tkun ġiet trażmessa l-ebda data filwaqt li l-Carnet TIR użat ġie rritornat lill-assoċjazzjoni nazzjonali.

Jekk ikun possibbli, l-awtoritajiet doganali għandhom jirrispondu għat-talbiet ta’ rikonoċiljazzjoni billi jirritornaw mill-aktar fis possibli l-MRF mimlija b’mod xieraq.

(3)

L-awtoritajiet doganali u l-assoċjazzjonijiet garanti nazzjonali għandhom jikkonkludu ftehim, skond il-liġi nazzjonali, li jkopri l-iskambju tad-data t’aktar ’il fuq.

(4)

Organizzazzjoni internazzjonali għandha tagħti aċċess lill-awtoritajiet doganali għad-database tal-Carnets TIR mitmuma u lid-database tal-Carnets TIR invalidati.




Appendiċi

image



( 1 ) Test ikkonsolidat ippubblikat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/477/KE (ĠU L 165, 26.6.2009, p. 1).

( 2 ) Test ikkonsolidat ippubblikat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/477/KE (ĠU L 165, 26.6.2009, p. 1).

( 3 ) Test ikkonsolidat ippubblikat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/477/KE (ĠU L 165, 26.6.2009, p. 1).

( 4 ) Test ikkonsolidat ippubblikat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/477/KE (ĠU L 165 26.6.2009 p. 1).

( 5 ) Ara l-iskeċċ Nru. 1a mehmuż ma’ dan l-Anness

( 6 ) Ara l-iskeċċ Nru. 1 mehmuż ma’ dan l-Anness

( 7 ) Ara l-iskeċċ Nru. 5 mehmuż ma’ dan l-Anness

( 8 ) Ara l-iskeċċ Nru. 2 mehmuż ma’ dan l-Anness

( 9 ) Ara l-iskeċċ Nru. 2a mehmuż ma’ dan l-Anness

( 10 ) Ara l-iskeċċ Nru. 3 mehmuż ma’ dan l-Anness