2008R1290 — MT — 03.01.2014 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1290/2008

tat-18 ta’ Diċembru 2008

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Lactobacillus rhamnosus (CNCM-I-3698) u Lactobacillus farciminis (CNCM-I-3699) ►M2  ————— ◄ bħala addittiv fl-għalf

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 340, 19.12.2008, p.20)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 899/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009

  L 256

11

29.9.2009

►M2

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1334/2013 tat-13 ta’ Diċembru 2013

  L 335

12

14.12.2013




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1290/2008

tat-18 ta’ Diċembru 2008

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Lactobacillus rhamnosus (CNCM-I-3698) u Lactobacillus farciminis (CNCM-I-3699) ►M2  ————— ◄ bħala addittiv fl-għalf

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni kif stipulat fl-Anness. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa mill-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna awtorizzazzjoni ġdida ta’ preparazzjoni ta’ Lactobacillus rhamnosus (CNCM-I-3698) u Lactobacillus farciminis (CNCM-I-3699) (Sorbiflore), bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes, li għandhom jiġu klassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

Mill-Opinjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (‘l-Awtorità) tal-15 ta’ Lulju 2008 ( 2 ) jirriżulta li, fuq il-bażi tad-dejta pprovduta mill-manifattur, preparazzjoni ta’ Lactobacillus rhamnosus (CNCM-I-3698) u Lactobacillus farciminis (CNCM-I-3699) (Sorbiflore) ma tħallix effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent u hija effikaċi fit-titjib taż-żieda fil-piż. Barra minn hekk l-Awtorità kkonkludiet li din il-preparazzjoni tista’ tkun sensibilizzatur respiratorju potenzjali. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Skont dan, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS



Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

(Isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

FU/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (li jtejbu ż-żieda fil-piż)

“4d2

►M2  Danisco (UK) Ltd ◄

Lactobacillus rhamnosus CNCM-I-3698 u Lactobacillus farciminis CNCM-I-3699 ►M2  (Sorbiflore) ◄

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni ta’ Lactobacillus rhamnosus CNCM-I-3698 u Lactobacillus farciminis CNCM-I-3699 b’konċentrazzjoni minima ta’ 1 × 108 FU (1)/g

(proporzjon 1:1)

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Bijomassa mikrobika u l-mezz tal-fermentazzjoni tal-ħalib ta’ Lactobacillus rhamnosus CNCM-I-3698 u Lactobacillus farciminis CNCM-I-3699

Metodu analitiku (2)

Teknika ta’ filtrazzjoni diretta u epiflorexxenti (DEFT) li tuża żebgħa xierqa biex ittebba’ iċ-ċelloli metabolikament attivi bħala unitajiet fluworexxenti (FU)

Ħnienes

5 × 108

9 × 108

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlit minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

►M2  

2.  Id-doża rakkomandata għal kull kilogramm ta’ għalf komplet: 5 × 108 FU.

 ◄

3.  Għas-sikurezza: protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ngwanti għandhom jintużaw waqt l-immaniġġjar.

8.1.2019

(1)   FU: unitajiet fluworexxenti.

(2)   Dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives”



( 1 ) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

( 2 ) Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf tal-Annimali (FEEDAP) fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea dwar is-sikurezza u l-effikaċja tal-prodott Sorbiflore, preparazzjoni ta’ Lactobacillus rhamnosus u Lactobacillus farciminis, bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes Il-Ġurnal EFSA (2008) 771, 1-13.