2008R1276 — MT — 14.07.2009 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1276/2008

tas-17 ta' Diċembru 2008

dwar il-monitoraġġ, permezz ta’ verifiki fiżiċi tal-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli li qegħdin jirċievu rifużjonijiet jew somom oħra

(ĠU L 339, 18.12.2008, p.53)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 611/2009 tal-10 ta' Lulju 2009

  L 180

15

11.7.2009


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 151, 16.6.2009, p. 51  (1276/08)




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1276/2008

tas-17 ta' Diċembru 2008

dwar il-monitoraġġ, permezz ta’ verifiki fiżiċi tal-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli li qegħdin jirċievu rifużjonijiet jew somom oħra



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEI,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikoli 170(c) u 194, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni ( 2 ), l-Istati Membri, fi ħdan il-qafas tal-politika agrikola komuni, għandhom jaddottaw kull dispożizzjoni leġislattiva, regolatorja u amministrattiva u jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex tiġi żgurata protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Komunità, u partikularment sabiex tiġi aċċertata l-ġenwinità u l-konformità tal-operazzjoni iffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) biex jipprevjeni u jsegwi l-irregolaritajiet u sabiex jirkupra somom mitlufa bħala riżultat ta’ irregolaritajiet jew negliġenza.

(2)

L-Artikolu 201(1)(f) tar-Regolament Nru 1234/2007 jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 tat-12 ta’ Frar 1990 dwar il-monitoraġġ li jitwettaq fil-mument ta’ esportazzjoni tal-prodotti agrikoli li jirċievu rifużjonijiet jew somom oħra ( 3 ) waqt li l-Artikolu 194(a) ta’ dak ir-Regolament jirrikjedi lill-Kummissjoni tiddetermina r-regoli dwar il-verifiki amministrattivi u fiżiċi li għandhom ikunu mwettqa mill-Istati Membri fir-rigward tar-rispett tal-obbligi li jiġu mill-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2090/2002 tas-26 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati biex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 tat-12 ta’ Frar 1990 rigward verifiki fiżiċi mwettqa meta jiġu esportati prodotti agrikulturali li jikkwalifikaw għar-rifużjoni ( 4 ) ġie emendat sostanzjalment. Għalhekk, fl-interess taċ-ċarezza u l-effiċjenza amministrattiva, ir-Regolament (KE) Nru 2090/2002 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3122/94 tal-20 ta’ Diċembru 1994 li jistabbilixxu kriterji ta’ analiżi tar-riskju rigward il-prodotti agrikoli li jirċievu r-rifużjonijiet ( 5 ) għandhom ikunu revokati u sostitwiti minn sensiela ta’ regoli koerenti.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 7932/2006 tat-12 ta’ April 2006 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 247/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura għar-reġjuni l-aktar imbegħda tal-Unjoni ( 6 ), (KE) Nru 967/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 fir-rigward tal-produzzjoni taz-zokkor iktar mill-kwota ( 7 ), u (KE) 1914/2006 tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer Eġew iż-żgħar ( 8 ) jirreferu għall-applikazzjoni ta’ verfiċi fiżiċi skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 waqt li mhumiex involuti rifużjonijiet ta’ esportazzjoni. Huwa għalhekk xieraq li jkun speċifikat li l-verifiċi fiżiċi fuq operazzjonijiet li jinvolvu ammonti oħra u relatati ma miżuri finanzjarji taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali jistgħu jitwettqu skond dan is-sett ta’ regoli koerenti ġdid.

(4)

Il-miżuri ta’ verifiki attwali għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni, b’mod partikolari dawk introdotti mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet tal-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli ( 9 ) u (KE) Nru 2298/2001 tas-26 ta’ Novembru 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-esportazzjoni ta’ prodotti forniti bħala għajnuna alimentari ( 10 ).

(5)

Sistema ta’ monitoraġġ Komunitarja għandha titħaddem biex jitjiebu u jiġu armonizzati l-miżuri meħuda mill-Istati Membri, ibbażata b’mod partikolari fuq verifiki fiżiċi fuq il-post tal-prodotti fil-mument tal-esportazzjoni, inklużi prodotti esportati permeżż tal-proċedura simplifikata, u dwar l-iskrutinju tal-fajls tal-applikazzjonijiet għall-ħlas mill-aġenziji li jħallsu.

(6)

Biex jiġi miġġieled ir-riskju tas-sostituzzjoni fil-każ ta’ dikjarazzjonjijiet tal-esportazzjoni aċċettati minn uffiċċju tad-dwana intern fi Stat Membru, numru minimu ta’ “verifiki ta” sostituzzjoni’ għandhom isiru mill-uffiċċju tad-dwana tat-tluq mill-Komunità. Wara li jiġi kkunsidrat il-post fejn dawn il-verifiki ta’ sostituzzjoni jitwettqu, dawn għandhom jieħdu l-forma ta’ verifiki ssimplifikati.

(7)

Sabiex tiġi deċiża jekk humiex meħtieġa l-kontrolli ta’ sostituzzjoni jew inkella kontrolli ta’ sostituzzjoni speċifiċi l-uffiċċju tad-dwana tat-tluq għandu b’mod attiv jivverfika li s-siġilli twaħħlu u mhumiex miksura.

(8)

Sabiex jiġi żgurat li l-uffiċċji tad-dwana tat-tluq jew l-uffiċċji fejn tintbagħat il-kopja tal-kontroll T5 jimxu bl-istess prattika, u sabiex dubji dwar l-identitá tal-prodotti jkunu evitati, li hija kundizzjoni minn qabel għall-għotja tar-rifużjonijiet, għandu jkun hemm dispożizzjonijiet għal verifika ta’ sostituzzjoni speċifika fil-każijiet fejn dawn l-uffiċċji tad-dwana sabu li s-siġilli mwaħħla fil-ħin tat-tluq tneħħew mingħajr is-sorveljanza tad-dwana jew tkissru jew li l-ebda permess ma kien ingħata għas-siġillar. Peress illi f’dawk il-każijiet hemm suspett ċar ta’ sostituzzjoni, il-verifiki ta’ sostituzzjoni speċifiċi jeħtieġu iktar attenzjoni li jistgħu jinkludu, meta jkun xieraq, verifiki fiżiċi fuq il-prodotti.

(9)

In-numru ta’ verifiki fiżiċi għandu jkun proporżjonat man-numru tad-dikjarazzjonijiet ta’ esportazzjoni tad-dwana kull sena. L-esperjenza turi li l-verifiki fiżiċi fuq minimu ta’ 5 % mid-dikjarazzjonijiet tal-esportazzjoni huwa livell effettiv, proporzjonat u dissważiv, waqt li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħżlu fuq il-bażi tal-ġestjoni tar-riskju, jekk jattribwixxux in-norma minima ta’ 5 % għal kull settur ta’ prodotti jew għas-setturi kollha b’minimu ta’ 2 % kull settur ta’ prodotti. Biex tiġi żgurata kopertura kompleta tal-iskema, l-uffiċċji tad-dwana b’numru żgħir ħafna ta’ dikjarazzjonijiet ta’ esportazzjoni għal kull settur ta’ prodotti għandu xorta waħda jiżgura li kull settur ta’ prodotti jkun soġġett għal mill-inqas verifika waħda. Is-sehem ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni allokati għall-prodotti mhux elenkati fl-Anness I tat-Trattat ma jirrappreżentax livell għoli ta’ riskju, waqt li n-numru ta’ dikjarazzjonijiet f’dan is-settur huwa għoli. Biex il-meżżi ta’ verifika jintużaw aħjar, ir-rata minima ta’ verifiki għall-prodotti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat għandu b’hekk jiġi mnaqqas. Għall-istess raġuni, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilltà li jiskartaw dikjarazzjonijiet ta’ esporazzjoni relatati ma’ kwantitajiet żgħar jew ammont ta’ rifużjoni limitat għal EWR 1 000.

(10)

L-esperjenza turi li livell minimu ta’ 10 % ta’ verifiki fuq is-siġilli huwa effettiv, proporzjonat u dissważiv.

(11)

In-numru ta’ verifiki ta’ sostituzzjoni u verifiki ta’ sostituzzjoni speċifiċi mill-uffiċċji tad-dwana tat-tluq għandhom ikunu proporzjonati man-numru ta’ dokumenti ta’ gwida tad-dwana fis-sena. L-esperjenza turi li livell minimu ta’ 8 % ta’ dokumenti ta’ gwida tad-dwana huwa effettiv, proporzjonat u dissważiv.

(12)

Skond l-Artikolu 4f tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali tal-Komunità ( 11 ), l-awtoritajiet tad-dwana għandhom iwettqu ġestjoni ta’ riskju biex jagħmlu distinzjoni bejn il-livelli ta’ riskju assoċjati mal-prodotti li tkun qed issirilhom il-verifika jew is-superviżjoni tad-dwana biex ikunu stabbiliti jekk il-prodotti hux se jkunu soġġetti għal verifiki tad-dwana speċifiċi u jekk dan isir, fejn għandu jsir. Il-ġestjoni tar-riskju jinkludi l-analiżi tar-riskji kif iddefinit mill-Artikolu 4(26) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. Skond l-Artikolu 592e tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 l-uffiċċju tad-dwana kompetenti, meta jirċievi d-dikjarazzjoni tad-dwana, għandu jwettaq analiżi tar-riskju u verifiki tad-dwana xierqa, qabel ma jirrilaxxa l-prodott għall-esportazzjoni. Il-ġestjoni tar-riskju għandu japplika b’mod obbligatorju mill-1 ta’ Lulju 2009 permezz ta’ mezzi elettroniċi skond l-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1875/2006 tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/82 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità ( 12 ). B’konsegwenza, il-verfiki tad-dwana fuq id-dikjarazzjoijiet tal-esportazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 għandu jkun soġġett għall-analiżi tar-riskju minn dik id-data.

(13)

L-analiżi tar-riskju bħala strument ta’ kontroll mhux obbligatorju għall-verifiki fiżiċi fuq id-dikjarazzjonijiet ta’ esportazzjoni kien introdott fl-1994 mill-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 386/90, u għall-verifiki ta’ sostituzzjoni fl-1995 mill-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2221/95 tal-20 ta’ Settembru 1995 li jistabbillixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 fir-rigward ta’ verifiki fiżiċi mwettqa fil-waqt tal-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli li jikkwalifikaw għar-rifużjonijiet ( 13 ). Għażla ta’ kriterji li kellhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni kienet stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 3122/94. L-applikazzjoni tal-analiżi tar-riskju hija soġġetta għall-protezzjoni tad-dejta msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

(14)

L-esperjenza speċifika akkumulata permezz tal-applikazzjoni tal-analiżi tar-riskju fil-qafas ta’ verifiki dwar ir-rifużjonijet tal-esportazzjoni għandhom jinżammu wara introduzzjoni ġeneralizzata tal-ġestjoni tar-riskju.

(15)

L-organizzazzjoni li, fil-prinċipju, toffri l-aqwa salvagwardji mingħajr ma toħloq restrizzjonijiet ekonomiċi u spejjeż amministrattivi li jkunu akbar mill-qligħ prospettiv għall-finanzi Komunitarji tkun waħda li tgħaqqad il-verifiki fiżiki tal-esportazzjoni mal-verifika tal-kontijiet. Għal din ir-raguni l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-verifiki fiżiċi mal-verifika li għandha ssir ex post facto fl-impriżi kkonċernati mill-korpi kompetenti skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2008 tas-26 ta’ Mejju 2008 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri, tat-tranżazzjonijiet li jagħmlu parti mis-sistema ta’ finanzjament mill-Fond ta’ Garanzija Agrikola Ewropew ( 14 ).

(16)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 159/2008 tal-21 ta’ Frar 2008 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 800/199 u (KE) Nru 2090/2002 rigward verifiki fiżiċi mwettqa meta jiġu esportati prodotti agrikoli li jikkwalifikaw għar-rifużjoni ( 15 ) jissostitwixxi ċerti limiti ta’ verifiki u rappurtaġġ ta’ EWR 200 b’EWR 1 000. Huwa xieraq li EWR 1 000 isir il-limitu għal kull bżonn tal-verifika u r-rappurtaġġ relevanti.

(17)

Biex tkun ivvalutata l-effettività tal-analiżi tar-riskju tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri huma mitluba jagħmlu rapporti tal-verifiki u jissottomettu valutazzjoni annwali dwar l-implimentazzjoni u l-effettività tal-verifiki mwettqa skond dan ir-Regolament u tal-proċeduri applikati għall-prodotti magħżula suġġetti għall-verifiki fiżiċi. Minħabba l-progress reġistrat fit-Teknoloġija tal-Informatika, il-bżonn li r-rapport annwali għandu jkun sottomess fuq CD-ROM kompatibbli mal-ISO 9660 jew mezz tad-dejta ekwivalenti, għandu jkun riformulat bħala mezz elettroniku li ma jippermettix l-ikkupjar tad-dejta.

(18)

L-applikazzjoni tal-ġestjoni tar-riskju se tkun obbligatorja skond il-Kodiċi Doganali mill-1 ta’ Lulju 2009 izda xi Stati Membri jistgħu japplikawha qabel. Fejn hemm ġestjoni tar-riskju xierqa, huwa ġustifikat li tiġi aċċettata l-applikazzjoni ta’ normi ta’ verifika flessibbli. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu japplikaw normi ta’ verifika flessibbli malli japplikaw ġestjoni tar-riskju xierqa u jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dan.

(19)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-swieq Agrikoli,

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET TA’ INTRODUZZJONI

Artikolu 1

It-tema u l-ambitu

Dan ir-Regoment jistabbilixxi ċerti proċeduri għall-montoraġġ dwar jekk jitwettqux l-operazzjonijiet li jagħtu d-dritt għall-ħlas ta’ rifużjonijiet tal-esportazzjoni u għal kull ammont ieħor kif iddefinit fl-Artikolu 2(a) jekk ikunux ġew fil-fatt imwettqa b’mod korrett.

Dan l-Anness japplika bla ħsara għad-dispożizzjonjiet fir-Regolament (KE) Nru 800/1999.

Dan ir-Regolament m’għandux japplika fir-rigward ta’ esportazzjonijiet li jinvolvu għajnuna Komunitarja jew nazzjonali dwar ikel koperti mir-Regolament (KE) Nru 2298/2001.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom jgħoddu t-tifsiriet li ġejjin:

(a) “ammonti oħra” tfisser operazzjonijiet relatati ma’ miżuri finanzjarji taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali jistgħu jitwettqu skond ir-Regolamenti (KE) Nru 793/2006, (KE) Nru 967/2006 u (KE) Nru 1914/2006.

(b) “prodotti” tfisser prodotti kif definiti fl-Artikolu 2(1)(a) l-ewwel inċiż tar-Regolament (KE) Nru 800/1999;

(c) “uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni” tfisser l-uffiċċju tad-dwana msemmi fl-Artikolu 5(7)(a) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999;

(d) “uffiċċju tad-dwana tat-tluq” tfisser l-uffiċċju tad-dwana msemmi fl-Artikolu 793(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93;

(e) “l-uffiċċju tad-dwana fejn tintbagħat kopja tal-verifika T5” tfisser l-uffiċċju tad-dwana tad-destinazzjoni msemmi fl-Artikolu 912c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 inkluż l-uffiċċju tad-dwana fejn jintbagħat dokument ekwivalenti;

(f) “verifiki fiżiċi” tfisser il-verifika li d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni jew għal ammonti oħra, dokumenti kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 793/2006, (KE) Nru 967/2006 u (KE) Nru 1914/2006, inklużi d-dokumenti sottomessi biex isostnuha tikkorispondi mal-prodotti fir-rigward tal-kwalità, in-natura u l-karatteristiċi skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5;

(g) “verifika sostituttiva” tfisser verifika mwettqa permezz ta’ verifika viżiva, li l-prodotti jikkorrispondu mad-dokument li kellhom magħhom mill-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni sal-uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew l-uffiċċju fejn tintbagħat il-kopja tal-verifika T5 skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8;

(h) “verifika sostituttiva speċifika” tfisser verifika sostituttiva li tista’ tvarja bejn verifika viżwali u verifika fiżika, u għandha titwettaq meta jkun hemm id-dubji dwar l-integrità tas-siġill tal-prodotti esportati skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9;

(i) “verifika viżiva” tfisser verifika permezz tal-perċezzjoni sensorjali inklużi verifiki li jużaw tagħmir tekniku;

(j) “dokument” tfisser kitba, jew mezz elettroniku approvat skond ir-Regolamenti (KEE) Nru 291/92, (KE) Nru 885/2006 ( 16 ) jew (KE) Nru 450/2008 ( 17 ), li għandu tagħrif relevanti fil-qafas ta’ dan ir-Regolament;

(k) “dokument ekwivalenti”, fir-rigward tal-kopja tal-verifika T5, tfisser id-dokument nazzjonali msemmi fl-Artikoli 8, 8a u 9 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, użat fejn tkun applikata proċedura nazzjonali skond l-Artikolu 912a(5) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93;

(l) “setturi ta’ prodotti” huma setturi stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, bl-eċċezzjoni taċ-ċereali u r-ross koperti mill-Partijiet I u II tal-Anness għal dak ir-regolament li għandu jkun meqjus bħala settur ta’ prodott uniku, u prodotti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat, li għandhom ikunu meqjusa bħala settur ta’ prodott uniku.

Artikolu 3

It-tipi tal-verifiki

L-Istati Membri għandhom iwettqu:

(a) kontrolli fiżiċi fuq il-prodotti skond l-Artikolu 4, fil-waqt li jitlestew il-formalitajiet tad-dwana dwar l-esportazzjoni u qabel ma tingħata l-awtorizzazzjoni sabiex l-oġġetti kkonċernati jiġu esportati, fuq il-bażi tad-dokumenti sottomessi b’appoġġ għad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni;

(b) verifiki dwar l-integrità tas-siġilli skond l-Artikolu 7;

(c) verifiki sostituttivi skond l-Artikolu 8;

(d) verifiki sostituttivi speċifiċi skond l-Artikolu 9; u

(e) l-iskrutinju tad-dokumenti fil-fajl tal-applikazzjonijiet għall-ħlas skond l-Artikolu 12.

Għal ammonti oħra, l-applikazzjoni tal-verifiċi fiżiċi hija ddeterminata mir-Regolament (KE) Nru 793/2006, (KE) Nru 967/2006 and (KE) Nru 1914/2006.



KAPITOLU II

VERIFIKI FIŻIĊI

Artikolu 4

Il-forma u l-waqt tal-verifiki

1.  Bla ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika li tkun teħtieġ verifiki iktar estensivi, il-verifiki fiżiċi għandhom jieħdu forma ta’ verifiki fuq il-post magħmula frekwentament u mingħjar avviż minn qabel.

2.  Verifiki fiżiċi li dwarhom l-esportatur ikun irċieva avviż espress jew taċitu minn qabel ma jgħoddux bħala verifiki. Dan il-paragrafu m’għandux japplika fejn il-kontijiet ta’ impriża jiġu vverifikati skond il-punt 3 tal-Anness I.

3.  L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li jkun hemm varjazzjonijiet fil-bidu tal-verifika fiżika fl-istabbiliment tal-esportatur billi jqabblu l-ħin indikat għall-bidu tat-tagħbija kif imsemmi fl-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999.

Artikolu 5

Metodi dettaljati tal-verifiki

1.  Fil-każi fejn verifika fiżika ma jirnexxilhiex tistabbilixxi li l-prodotti jikkorrispondu għad-deskrizzjoni mogħtija fin-nomenklatura tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni, u fejn il-klassifika jew il-kwalità tal-prodotti jeħtieġu tagħrif preċiż ħafna dwar l-ingredjenti tagħhom, l-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jivverifika d-deskrizzjoni skond in-natura tal-prodott.

2.  L-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jagħmel testijiet minn laboratorji b’tagħmir speċjalizzat u akkreditat jew approvat uffiċjalment għal dak il-għan, fejn iqis li huwa meħtieġ, u jiddikjara għal liema raġuni saru dawn it-testijiet. Fejn ir-rata tar-rifużjoni jew somom oħra tiddependi fuq il-livell ta’ komponent partikolari, bħala parti mill-verifika fiżika l-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jieħu kampjuni rappreżentattivi sabiex il-kompożizzjoni tiġi analiżżata minn laboratorju akkreditat jew uffiċjalment approvat.

Fejn l-istess esportatur regolarment jesporta prodott bl-istess kodiċi tan-nomenklatura ta’ rifużjoni tal-esportazzjoni jew kodiċi Nomenklatura Maqgħuda u r-rata ta’ rifużjoni tiddependi fuq il-livell ta’ komponent partikolari, l-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni jista’ jieħu kampjun rappreżentattiv b’50 % biss tal-verifiki viżivi fuq dak l-esportatur sakemm it-testijiet tal-laboratorju fl-aħħar sitt xhur ma wrew ebda nuqqas ta’ konformità li għandha konsegwenzi finanzjarji ta’ iktar minn EWR 1 000 tal-ammont gross tar-rifużjoni fir-rigward ta’ dak l-esportatur. Jekk it-testijiet tal-laboratorju jsibu nuqqas ta’ konformità b’konsegwenzi finanzjarji akbar minn EWR 1 000 fuq l-ammont gross tar-rifużjoni fir-rigward ta’ dak l-esportatur, l-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jieħu kampjuni għall-verifiki fiżiċi kollha fuq dak l-esportatur għas-sitt xhur li jkun imiss.

3.  Il-kontrolli msemmija f’dan l-Artikolu għandhom isiru bla ħsara għal ebda miżura illi l-awtoritajiet tad-dwana jistgħu jieħdu sabiex jiżguraw illi l-oġġetti jħallu t-territorju tad-dwana fl-istess stat illi kienu fih meta kienet ingħatat l-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni.

4.  L-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jaċċerta l-konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (KEE) Nru 800/1999. Fejn hemm raġunijiet speċifiċi għal suspett dwar il-kwalità ġenwina, tajba u negozjabbli tal-prodott, l-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jivverifika l-konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Komunità, partikolarment dawk marbuta mas-saħħa tal-pjanti u tal-annimali.

5.  Verifiki fiżiċi fuq prodotti ta’ kwantità, fuq prodotti ippakkjati u fuq prodotti li mhumiex koperti mill-Anness I tat-Trattat, għandhom isiru b’konsiderazzjoni tal-metodi stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Ir-rati ta’ verifika

1.  Bla ħsara għall-paragrafi 2 sa 7, il-verifiki fiżiċi għandhom ikunu ta’ għażla rappreżentattiva ta’ mhux inqas minn 5 % tad-dikjarazzjonijiet tal-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 li fir-rigward tagħhom huma sottomessi l-applikazzjonijiet għar-rifużjonijiet u l-somom msemmija fl-Artikolu 1.

Ir-rata għandha tapplika:

(a) għal kull uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni;

(b) għal kull sena kalendarja, u

(ċ) għal kull settur ta’ prodotti.

2.  Madanakollu, Stat Membru jista’ jagħżel li:

(a) jibdel ir-rata ta’ 5 % għal kull settur ta’ prodotti bir-rata ta’ 5 % li tkopri is-settur ta’ prodotti kollha, u f’dan il-każ, ir-rata minima ta’ 2 % għandha tkun obbligatorja għal kull settur ta’ prodotti;

(b) ibiddel ir-rata ta’ 5 % għal kull uffiċċju tad-dwana bir-rata ta’ 5 % għat-territorju kollu tiegħu u dik ta’ 5 % għal kull settur ta’ prodotti bir-rata ta’ 5 % għas-settur ta’ prodotti kollha b’rata minima ta’ 2 % għal kull settur ta’ prodotti.

3.  Kil każ tal-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2(a), fejn uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni jaċċetta inqas minn 20 dikjarazzjoni dwar l-esportazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 kull sena għal kull settur ta’ prodotti, almenu dikjarazzjoni tal-esportazzjoni waħda fis-sena għal kull settur għandha tiġi soġġetta għal verifika fiżika.

Dan ir-rekwiżit m’għandux japplika jekk l-uffiċċju tad-dwana ma jkunx ivverifika l-ewwel żewġ dikjarazzjonijiet skond ir-riżultati tal-analiżi tar-riskju tagħhom, kif stabbilit mill-Artikolu 11 u ma jkunux saru iktar esportazzjonijiet wara dan f’dak is-settur ta’ prodott.

4.  Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 u 2:

(a) rata minima ta’ 0,5 % għal kull uffiċċju tad-dwana jew 0,5 % għat-territorju kollu tal-Istat Membru għandha tapplika għall-prodotti li mhumiex koperti mill-Anness għat-Trattat. Il-perċentwal tal-verifiki fiżiċi mwettqa fuq dawk il-prodotti m’għandhomx jitqiesu meta tkun ikkalkulata r-rata ta’ 5 % għal kull settur ta’ prodott jew ir-rata kumplessiva ta’ 5 % li tkopri s-settur ta’ prodotti kollha;

(b) għall-uffiċċji tad-dwana tal-esportazzjoni fejn firxa ta’ prodotti minn mhux aktar minn żewġ setturi tal-prodott hija ppreżentata għall-esportazzjoni minn mhux aktar minn ħames esportaturi, il-verifiki fiżiċi jistgħu jitnaqqsu għar-rata minima ta’ 2 % għal kull settur ta’ prodott. Setturi b’inqas minn 20 dikjarazzjoni dwar l-esportazzjoni kull sena għal kull uffiċċju tad-dwana m’għandhomx jitqiesu meta n-numru ta’ setturi tal-prodott jiġi ddeterminat. L-uffiċċji tad-dwana tal-esportazzjoni jistgħu japplikaw dawn ir-regoli għal sena kalendarja sħiħa, bbażat fuq l-istatistika għas-sena ta’ qabel, anki fejn isiru dikjarazzjonijiet dwar l-esportazzjoni minn esportaturi addizzjonali jew għal setturi ta’ prodotti addizzjonali matul is-sena.

5.  Bla ħsara għall-miżuri ta’ spezzjoni msemmija fl-Artikolu 36(4), l-Artikolu 37(4) u l-Artikolu 44(4) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx il-verifiki fiżiċi u ta’ sostituzzjoni stabbiliti b’dan ir-Regolament dwar kunsinni msemmija fl-Artikoli 36 u 44 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999.

6.  Meta jikkalkulaw ir-rati minimi ta’ verifiki li għandhom jitwettqu skond dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jinjoraw id-dikjarazzjonijiet ta’ verifiki fiżiċi li jinvolvu:

(a) jew kwantitajiet li ma jeċċedux:

(i) il-25 000 kg fil-każ ta’ ċereali u ross,

(ii) il-5 000 kg fil-każ ta’ prodotti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat,

(iii) l-2 500 kg fil-każ ta’ prodotti oħrajn;

(b) jew somom ta’ rifużjoni ta’ inqas minn EWR 1 000.

7.  Meta jiġu implimentati l-paragrafi 5 u 6, l-Istati Membri għandhom jaddottaw dispożizzjonijiet xierqa biex jipprevjenu l-frodi u l-abbużi. Il-verifiki li jsiru għal dan l-iskop jistgħu jingħaddu sabiex tinħadem il-konformità mar-rati minimi tal-verifiki kif stabbiliti f’dan l-Artikolu.



KAPITOLU III

VERIFIKI TAS-SIĠILLI

Artikolu 7

Il-Verifiki tal-obbligi u r-rati

1.  L-uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew l-uffiċċju fejn tintbagħat il-kopja ta’ kontroll T5 għandu jiċċekkja s-siġilli.

2.  In-numru ta’ verifiki tas-siġilli m’għandux ikun anqas minn 10 % tan-numru totali tal-kopji ta’ kontroll T5 u dokumenti ekwivalenti minbarra dawk magħżula għal verifika ta’ sostituzzjoni skond l-Artikolu 8.



KAPITOLU IV

VERIFIKI TA’ SOSTITUZZJONI

Artikolu 8

Il-post u l-metodi dettaljati tal-verifiki

1.  Fejn id-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni ġiet aċċettata mill-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni li mhux l-uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew l-uffiċċju tad-dwana fejn tintbagħat il-kopja tal-kontroll T5, u jekk l-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni m’għamilx verifika fiżika, l-uffiċċju tad-dwana tat-tluq għandu jagħmel verifika ta’ sostituzzjoni skond dan l-Artikolu u bla ħsara għall-verifiki magħmula skond dispożizzjonijiet oħra.

Jekk l-uffiċċju tad-dwana tat-tluq mhuwiex l-uffiċċju fejn tintbagħat il-kopja ta’ kontroll T5, il-verifika tas-sostituzzjoni għandha ssir minn dan tal-aħħar.

2.  Jekk verifika viżiva bħal din dwar il-konsenja sħiħa ma tkunx biżżejjed biex is-sostituzzjoni tiġi kkontrollata, għandhom jintużaw mezzi oħrajn ta’ verifika fiżika msemmija fl-Artikolu 5, inkluż, fejn ikun meħtieġ, tagħbija parzjali.

Għandu jittieħed kampjun għall-ittestjar biss f’każijiet fejn l-uffiċċju tad-dwana tat-tluq ma jkunx jista’ jivverifika, viżwalment u permezz tal-użu tat-tagħrif dwar l-imballaġġ u fid-dokumentazzjoni, jekk il-prodotti jkunux konformi mad-dokument li jakkumpanjahom.

3.  Meta, minbarra siġill tad-dwana jkun ġie applikat siġill veterinarju b’konformità mal-ħtiġijiet ta’ pajjiż terz destinatarju, verifika ta’ sostituzzjoni hija meħtieġa biss jekk ikun hemm suspett ta’ frodi.

Artikolu 9

Verifiki ta’ sostituzzjoni speċifiċi

1.  L-uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew l-uffiċċju fejn tintbagħat il-kopja ta’ kontroll T5 għandu jagħmel verifika ta’ sostituzzjoni speċifika jekk isib li:

(a) is-siġill magħmul fil-mument tat-tluq ikun tneħħa mingħajr is-supervizjoni tad-dwana,

(b) is-siġilli magħmula fil-mument tat-tluq ikunu tkissru,

(c) l-eżenzjoni mis-siġillar skond l-Artikolu 357(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 ma jkunx ingħata.

2.  L-uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew l-uffiċċju fejn tintbagħat il-kopja ta’ kontroll T5 għandu jiddeċiedi, fid-dawl tal-analiżi tar-riskju msemmi fl-Artikolu 11, jekk il-verifika ta’ sostituzzjoni speċifika għandhiex tikkonsisti minn verifika ta’ sostituzzjoni biss jew tinkludi wkoll verifika fiżika.

Artikolu 10

Ir-rati ta’ verifika

1.  It-total tan-numru minimu ta’ verfiki ta’ sostituzzjoni msemmija fl-Artikolu 8 u verifiki ta’ sostituzzjoni speċifiċi msemmija fl-Artikolu 9 magħmula kull sena kalendarja mill-uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew l-uffiċċju fejn tintbagħat il-kopja ta’ kontroll T5 li minnu l-prodotti jħallu it-territorju tad-dwana tal-Komunità għandu jkun ta’ mhux inqas minn 8 % tan-numru tal-kopji ta’ kontroll T5 u dokumenti ekwivalenti li jkopru l-prodotti li għalihom hemm talba ta’ rifużjoni.

2.  Meta jikkalkulaw ir-rati minimi ta’ verifiki li għandhom jitwettqu skond dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jinjoraw il-kopji ta’ kontroll T5 u dokumenti ekwivalenti għall-verifiki ta’ sostituzzjoni li jinvolvu:

(a) jew kwantitajiet li ma jeċċedux:

(i) il-25 000 kg fil-każ ta’ ċereali u ross,

(ii) il-5 000 kg fil-każ ta’ prodotti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat,

(iii) l-2 500 kg fil-każ ta’ prodotti oħrajn;

(b) jew somom ta’ rifużjoni ta’ inqas minn EWR 1 000.

3.  Meta jiġi implimentat il-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jaddottaw dispożizzjonijiet xierqa biex jipprevjenu l-frodi u l-abbużi. Il-verifiki li jsiru għal dan l-iskop jistgħu jingħaddu sabiex tinħadem il-konformità mar-rati minimi tal-verifiki kif stabbiliti f’dan l-Artikolu.



KAPITOLU V

AMMINISTRAZZJONI TAR-RISKJU

Artikolu 11

Analiżi tar-riskju

1.  L-għażliet għall-verifiki fiżiċi u għall-verifiki ta’ sostituzzjoni għandhom ikunu bbażati fuq sistema ta’ amministrazzjoni tar-riskju.

2.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu analiżi tar-riskju biex jippermettu li l-verifiki fiżiċi jkunu immirati lejn dawk il-prodotti, individwi u entitajiet legali u setturi tal-prodotti fejn hemm l-ikbar riskju li l-operazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 1 ma jsirux sew.

3.  Bla ħsara għall-Artikolu 592e tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-analiżi tar-riskju tagħhom b’kunsiderazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-kriterji stabbiliti fl-Anness II kif ikun xieraq.

4.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom flimkien iwettqu valutazzjoni tal-affidabbiltà u r-relevanza tal-kriterji stabbiliti fl-Anness II fuq il-bażi tal-esperjenza akkwiżita sabiex ikunu jistgħu jagħmlu, f’każi ta’ ħtieġa, aġġustamenti fis-sistema u l-għażla tal-parametri biex iwettqu l-kontrolli fiżiċi aktar effettivi u li ttejjeb il-mira tagħhom.

5.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

▼M1

(a) il-miżuri meħuda, inklużi l-istruzzjonijiet lid-dipartimenti nazzjonali, biex japplikaw is-sistema ta' għażla fuq il-bażi ta' analiżi tar-riskju, fid-dawl tal-kriterji msemmija fl-Anness II;

▼B

(b) bir-rata ta’ verifika li se tkun applikata kif stabbilit mill-Artikolu 6;

(c) b’każi individwali li jistgħu jkunu ta’ interess għall-Istati Membri l-oħrajn.

L-Istati Membri li għalihom japplika l-punt (a) tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 18 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Lulju 2009.



KAPITOLU VI

KOORDINAZZJONI U RAPPORTI AMMINISTRATTIVI



TAQSIMA 1

Koordinazzjoni

Artikolu 12

L-iskrutinju tal-aġenzija tal-ħlas

L-aġenziji tal-ħlas għandhom jagħmlu skrutinju, fuq il-bażi tal-fajls tal-applikazzjonijiet għall-ħlas u ta’ tagħrif ieħor disponibbli, b’mod partikolari fuq il-bażi tad-dokumenti li għandhom x’jaqsmu mal-esportazzjoni u mal-kummenti tas-servizzi tad-dwana, tax-xhieda kollha f’dawn il-fajls ippreżentata sabiex tiġġustifika l-ħlas tas-somom fil-kwistjoni.

Artikolu 13

Il-koordinazzjoni tal-analiżi tar-riskju u l-verifiki

1.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li jkun hemm korp uniku li jikkoordina informazzjoni dwar l-analiżi tar-riskju.

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu passi sabiex jikkoordinaw il-verifiki imposti fuq operaturi individwali u jikkombinaw il-verifiki stabbiliti fl-Artikoli 5, 8 u 9 u l-verifiki huma stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 485/2008.

Għandhom isiru verifiki kkoordinati, fuq l-inizjattiva jew fuq it-talba tal-Kummissjoni jew tal-awtoritajiet tad-dwana li jagħmlu l-kontrolli fiżiċi jew tal-aġenziji tal-ħlas li jagħmlu l-iskrutinju tal-fajls tal-applikazzjonijiet għall-ħlas jew tal-awtoritajiet kompetenti li jivverifikaw il-kontijiet.



TAQSIMA 2

Ir-rapport amministrattivi

Artikolu 14

Rapport dwar verifiki fiżiċi

1.  Kull uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jagħmel l-arranġamenti neċessarji biex jaċcerta li l-konformità mar-rata ta’ verifiki fiżiċi msemmija fl-Artikolu 6 tista’ tiġi vverifikata f’kull ħin.

Dawk l-arranġamenti għandhom juru, għal kull settur ta’ prodott

(a) in-numru ta’ dikjarazzjonijiet ta’ esportazzjoni kkunsidrati għall-verifiki fiżiċi;

(b) in-numru ta’ verifiki fiżiċi li twettqu.

2.  L-uffiċjal tad-dwana kompetenti għandu jipproduċi rapport dettaljat dwar l-ispezzjoni għal kull verifika fiżika li tkun twettqet.

Ir-rapporti tal-ispezzjoni għandhom jinkludu almenu dettalji relevanti dwar:

(a) il-post, id-data u l-ħin tal-wasla, il-ħin li tlestiet il-verifika fiżika, il-mezz ta’ trasport għall-prodotti, jekk il-mezzi ta’ trasport kinux vojta, mgħobbija parzjalment jew kompletament fil-bidu tal-proċedura ta’ verfika, in-numru ta’ kampjuni meħuda għall-analiżi fil-laboratorju u l-isem u l-firma tal-uffiċjal kompetenti; u

(b) id-data u l-ħin tal-wasla tat-tagħrif kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, il-ħin indikat għall-bidu tat-tagħbija u t-tlestija tat-tagħbija tal-prodotti fil-mezzi tat-trasport.

Bla ħsara għall-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 885/2006, ir-rapporti tal-ispezzjoni u d-dokumenti li jsemmu r-raġuni li ntgħażlet id-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni għall-verifika fiżika għandhom jinżammu aċċessibbli għall-konsultazzjoni għal tliet snin mis-sena ta’ esportazzjoni fl-uffiċċju tad-dwana li wettaq il-verifika fiżika, jew f’post wieħed fl-Istat Membru.

Artikolu 15

Kopja tal-kontroll T5

1.  L-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jikteb fuq il-kopja ta’ kontroll T5 jew dokument ekwivalenti li jakkumpanja lill-prodotti, fil-kaxxa D:

(a) Waħda mill-entrati elenkati fl-Anness III jekk tkun wettqet verfika fiżika;

(b) Waħda mill-entrati msemmija fl-Anness IV fil-każ tal-esportazzjoni ta’ għajnuna tal-ikel.

2.  Kull uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew uffiċċju tad-dwana fejn tintbagħat il-kopja ta’ kontroll T5 għandu jieħu passi biex ikollu disponibbli għall-Kummissjoni f’kull ħin, dettalji tan-numru ta’:

(a) il-kopji tal-kontroll T5 u dokumenti ekwivalenti li ġew meħuda f’kunsiderazzjoni għall-għanijiet tal-verifiki fuq l-integrità tas-siġilli msemmija fl-Artikolu 7, għall-għanijiet tal-verifiki ta’ sostituzzjoni msemmija fl-Artikolu 8, u l-verifiki ta’ sostituzzjoni speċifiċi msemmija fl-Artikolu 9;

(b) il-verifika mwettqa fuq l-integrità tas-siġilli msemmija fl-Artikolu 7;

(ċ) il-verifiki ta’ sostituzzjonji mwettqa msemmija fl-Artikolu 8;

(d) il-verifiki ta’ sostituzzjonji speċifiċi mwettqa msemmija fl-Artikolu 9;

Jekk l-uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew l-uffiċċju li lilu tintbagħat il-kopja ta’ kontroll T5 ikun ħa kampjun, waħda mill-entrati elenkati fl-Anness V għandħa tkun miktuba fuq il-kopja ta’ kontroll T5 jew dokument ekwivalenti li għandu jintbagħat lura lill-awtoritajiet kompetenti.

Kopja tad-dokument għandha tibqa’ fl-uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew l-uffiċċju tad-dwana li lilu tintbagħat il-kopja tal-kontroll T5 jew dokument ekwivalenti, skond il-każ, u din għandha tkun aċċessibbli għal konsultazzjoni skond il-paragrafu 3.

3.  Kull verifika ta’ sostituzzjoni u verifika ta’ sostituzzjoni speċifika msemmija fl-Artikoli 8 u 9 għandha tkun is-suġġett ta’ rapport imfassal mill-uffiċjal kompetenti li jwettaqha. Ir-rapport għandu jippermetti l-monitoraġġ tal-kontrolli mwettqa u għandu jkollu d-data u l-isem tal-uffiċjal tad-dwana. Bla ħsara għall-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 885/2006, għandu jkun aċċessibbli għal konsultazzjoni għal tliet snin mis-sena ta’ esportazzjoni fl-uffiċċji tad-dwana li jkun wettaq il-verifika jew f’post wieħed fl-Istat Membru.

Il-kontrolli fuq l-integrità tas-siġilli msemmija fl-Artikolu 7, u l-każijiet ta’ tneħħija jew ta’ ksur ta’ siġilli għandhom jiġu rreġistrati skond l-Artikolu 912c(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

4.  L-uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew l-uffiċċju tad-dwana li lilu tintbagħat il-kopja ta’ kontroll T5 għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 912a(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2454/93 bil-miktub, billi juża kopja tal-kopja tal-kontroll T5 jew dokument ekwivalenti, bir-riżultati tat-testijiet tal-laboratorju, u jirrapporta:

(a) jew waħda mill-entrati mniżżla fl-Anness VI;

(b) jew ir-riżultati tat-testijiet jekk hemm diskrepanza bejn ir-riżultati u l-prodott iddikjarat.

5.  Fejn verifika ta’ sostituzzjoni tiżvela li jista’ jkun li ma nżammitx konformità mar-regola relevanti dwar ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni, l-uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew l-uffiċċju tad-dwana li lilu tintbagħat il-kopja ta’ kontroll T5 għandu jindika waħda mill-entrati elenkati fl-Anness VII fuq il-kopja ta’ kontroll T5 jew dokument ekwivalenti li għandha tintbagħat lura lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 912a(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2454/93. L-aġenzija tal-ħlas għandha tinforma lill-uffiċċju tad-dwana b’azzjoni meħuda b’riżultat tal-konklużjonijiet.

Artikolu 16

Rapport annwali

Qabel l-1 ta’ Mejju ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport li jevalwa l-implimentazzjoni u l-effettività tal-verifiki mwettqa taħt dan ir-Regolament u l-proċeduri applikati ghall-għażla tal-prodotti soġġetti għall-verifiki fiżiċi. Ir-rapport għandu jinkludi l-elementi elenkati fl-Anness VIII li jkopru d-dikjarazzjonijiet ta’ esportazzjoni aċċettati bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel.

L-Istati Membri għandhom jissottomettu r-rapporti lill-Kummissjoni fuq mezz elettroniku li jipprekludi l-kitba mill-ġdid tad-dejta fuq karta, jew fejn ikun applikabbli, b’mezz elettroniku bl-użu tal-formola li l-Kummissjoni tkun poġġiet għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.



KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 17

Tħassir

Ir-regolmenti (KE) Nru 3122/94 u (KE) Nru 2090/2002 huma mħassra.

Referenzi għal Regolamenti mħassra u għal Regolament (KEE) Nru 386/90 għandhom jinftehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IX.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-publikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

Madanakollu, il-Kapitolu V fir-rigward tal-verfiċi fiżiċi u t-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(2), it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 6(3), u l-Artikolu 6(4), għandhom japplikaw:

(a) għal dawk l-Istati Membri li bagħtu n-notifika tagħhom lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 3122/94 mill-1 ta’ Jannar 2009;

(b) għal Stati Membri oħra mid-data li kull Stat Membru għandu jistabbilixxi u jinnotifika lill-Kummissjoni jew mill-1 ta’ Lulju 2009, liema minnhom tkun l-ewwel.

Il-Kapitolu V fir-rigward tal-verifiki ta’ sostituzzjoni għandu japplika mid-data li kull Stat Membru se jistabbilixxi u jinnotifika lill-Kummissjoni jew mill-1 ta’ Lulju 2009, liema minnhom tkun l-ewwel.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

METODI LI GĦANDHOM IKUNU SEGWITI GĦALL-VERIFIKI FIŻIĊI

1.   Prodotti bl-ingrossa

1.1. Meta esportatur juża faċilitajiet issigillati għat-tagħbija awtomatika u l-użin awtomatiku kalibrat tal-prodotti bl-ingrossa, l-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jispezzjona li l-prodotti jaqblu mad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni billi tikejjel il-kwantità bl-użu tat-tagħrif tal-użin awtomatiku kalibrat, u għandu jispezzjona n-natura u l-karatteristiċi tal-prodotti permezz ta’ kampjun rappreżentattiv.

L-uffiċċju tad-dwana tal-esporatazzjoni għandu wkoll jispezzjona permezz ta’ kampjuni li:

(i) is-sistemi tal-użin u tat-tagħbija ma jħallux li prodotti jerġgħu jitqiegħdu fiċ-ċirwikiti issiġġillati tagħhom jew bi kwalunkwe manipulazzjoni oħra,

(ii) il-limitu taż-żmien speċifikat għat-tagħmir tal-użin kalibrat ma skadiex u li s-siġilli huma sħaħ fejn intużaw sistemi ta’ użin issiġillat,

(iii) il-kunsinni mwieżna huma mgħobbija fuq il-mezz ta’ trasport speċifikat,

(iv) id-dejta mdaħħla fir-reġistri jew iċ-ċertifikati tal-użin jaqblu mad-dejta fid-dokument ta’ tagħbija.

1.2. Fil-każi rari fejn il-kwantità tal-prodotti bl-ingrossa mhux irreġistrat minn sistema ta’ użin awtomatiku kalibrat, l-uffiċċju tad-dwana għandu juża kull mezz ieħor ta’ verifika li huma sodisfaċenti mill-lat kummerċjali.

1.3. Meta dikjarazzjoni tal-esportazzjoni tkopri biss parti mill-konsenja tal-bastiment, l-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jaċċerta s-superviżjoni tat-tluq fiżiku tal-konsenja sħiħa. Għal dan il-għan, meta jitlesta l-proċess ta’ tagħbija, l-uffiċċju tad-dwana għandu jivverifika l-piż totali tal-konsenja li tgħabbiet bl-użu tat-tagħrif taħt il-punt 1.1 jew 1.2, flimkien ma’, fejn ikun xieraq, it-tagħrif fid-dokumenti kummerċjali.;

2.   Prodotti bil-biċċiet

2.1. Meta esportatur ikun iddikjara l-prodotti ippakkjati bl-użu ta’ sistemi awtomatiċi ta’ tqegħid ġo boroż, fil-bottijet, fil-fliexken eċċ, u tagħmir ta’ użin/kejl awtomatiku kalibrat, jew imqiegħda f’pakketti jew fliexken skont id-Direttivi tal-Kunsill 75/106/KEE ( 18 ), 75/107/KEE ( 19 ) u 76/211/KEE ( 20 ), in-numru totali ta’ boroż, bottijiet, fliexken eċċ, għandu jingħadd u n-natura u l-karatteristiċi tal-prodotti għandhom ikunu iċċekkjati fuq il-bażi ta’ selezzjoni rappreżentattiva magħmula mill-uffiċjal tad-dwana. Il-piż jew il-volum għandu jkun iddetterminat permezz ta’ użin/kejl awtomatiku kalibrat jew permezz tal-pakketti jew fliexken, skont id-Direttivi ta’ hawn fuq. L-uffiċjal tad-dwana tal-esportazzjoni jista’ jiżen jew ikejjel borża, bott jew flixkun wieħed.

2.2. Jekk it-tagħmir għandu kontatur awtomatiku kalibrat, ir-rekords tal-kontatur awtomatiku jista’ jiġi kkunsidrat għall-verifiki fiżiċi fuq il-kwantità. Il-Punt 1.1 għandu japplika mutatis mutandis.

2.3. Fejn esportatur juża pallets mgħobbija bil-kartuni, bottijiet eċċ, l-uffiċjal tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jagħżel pallets rappreżentattivi biex jiċċekkja jekk in-numru ta’ kartun, bottijiet eċċ iddikjarati humiex preżenti. Għandu jagħżel numru rappreżentattiv ta’ kartun, bottijiet eċċ minn dawn il-pallets, u jiċċekkja jekk in-numru ta’ bottijiet, unitajiet eċċ humiex preżenti.

2.4. Fejn esportatur ma jużax il-faċilitajiet msemmija fil-punti 2.1 u 2.2, l-uffiċċji tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jgħodd in-numru ta’ boroż, bottijiet eċċ. In-natura, il-karatteristiċi u l-użin/volum għandu jkun iċċekkjat fuq il-bażi ta’ selezzjoni rappreżentattiva. Il-Punt 2.3 għandu japplika mutatis mutandis.

2.5. Fejn fil-każ tal-punti 2.1 u 2.2, il-kontenut u l-piż eżatt huma indikati fuq l-ippakkjar ta’ barra tal-prodotti, dak it-tagħrif għandu jkun iċċekkjat biss f’50 % tal-verifiki fiżiċi jekk il-prodotti huma ppakkjati f’kontenituri jew pakketti maħsuba għall-bejgħ bl-ingrossa, u l-prodotti huma esportati regolarment mill-istess esportatur u ebda nuqqas ta’ konformità b’konsegwenza finanzjarja ta’ iktar minn EUR 1 000 ma jkunu nstabu fis-sitt xhur ta’ qabel.

3.   Prodotti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat

3.1. Fil-każ ta’ prodotti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat li huma ppakkjati għall-bejgħ bl-imnut jew soġġetti għall-immarkar xieraq bid-dettalji tal-kontenut u l-piż fuq l-ippakkjar ta’ barra u li jew jilħqu r-rekwiżiti tat-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 ( 21 ) jew li għalihom il-kwantitajiet tal-prodotti użat huma dawk stabbiliti fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament, l-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jibda jiċċekkja l-piż u l-kontenut tal-prodotti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat imqiegħda f’ippakkjar ta’ barra mad-dettalji fuq l-ippakkjar ta’ barra. Jista’ jiżen unità mingħajr l-ippakkjar. Għandu jgħodd u/jew jiżen – fil-prinċipju – il-kwantità totali tal-prodotti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat fl-ippakkjar ta’ barra.

Il-Punti 2.1 sa 2.5 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

3.2. L-uffiċjal tad-dwana jista’ jieħu kampjun biex jiċċekkja li ma saret ebda sostituzzjoni.

3.3. L-uffiċċji tad-dwana tal-esportazzjoni jista’ jassumi li l-kwantità ta’ prodotti wżati fil-produzzjoni tal-prodotti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat hija korretta jekk id-deskrizzjoni u l-kontenut indikat fuq l-ippakkettar ta’ barra huwa konsistenti mad-dettalji mogħtija fid-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni jew il-formola ta’ manifattura reġistrata.

Jekk il-formola ta’ manifattura għandha ma ġietx iċċekkjata mill-awtoritajiet kompetenti, l-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jistaqsi lill-awditur tal-awtoritajiet kompetenti biex jiċċekkja wara l-formola u l-identità tal-prodotti.

Għall-għanijiet ta’ dan il-metodu ta’ verifika tal-kompożizzjoni tal-prodotti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom jintroduċu bil-quddiem proċedura fejn:

(i) il-kompożizzjoni ta’ prodotti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat, jistgħu jkunu ċċekkajti permezz tal-kontijiet u d-dokumenti speċifiċi relatati mal-produzzjoni,

(ii) ikun ivverifikat, permezz tad-dokumenti ta’ produzzjoni tal-impriża, li l-oġġetti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat prodotti huma l-istess bħal dawk koperti mid-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni u l-formola ta’ manifattura u l-prodotti li għandhom ikunu esportati, u

(iii) l-awditur tal-awtoritajiet kompetenti jista’ jiċċekkja ex-post li l-prodotti esportati jaqblu mad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni kkonċernata, il-formola ta’ manifattura u l-oġġetti prodotti.

3.4. Fil-każi fejn il-proċedura stabbilita mill-punti 3.1 sa 3.3 ma tapplikax, l-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jieħu kampjuni rappreżentattivi, bla ħsara għall-Artikoli 49 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005.




ANNESS II

IL-KRITERJI GĦALL-ANALIŻI TAR-RISKJU MSEMMIJA FL-ARIKOLU 11

1. Il-kriterji marbuta mal-prodotti:

(a) l-oriġini tagħhom,

(b) in-natura tagħhom,

(c) il-karatteristiċi tagħhom skont in-nomenklatura tar-rifużjoni,

(d) il-valur tagħhom,

(e) l-istat doganali tagħhom,

(f) ir-riskju ta’ kodiċi ta’ tariffa mhux korretta,

(g) l-ammont tar-rifużjoni fit-termini ta’ karatteristiċi tekniċi u l-preżentazzjoni tal-prodotti (xaħam, ilma, laħam, kontenut ta’ rmied, ippakkjar eċċ.),

(h) il-fatt li jsiru eliġibli għall-rifużjoni,

(i) il-kwantità,

(j) l-analiżi ta’ kampjuni preċedenti,

(k) l-informazzjoni fuq tariffi li jorbtu (BTI/ITJ);

2. Il-kriterji relatati mal-kummerċ:

(a) il-frekwenza tagħhom,

(b) id-dehra tal-kummerċ insolitu u/jew l-iżvilupp ta’ kummerċ ġdid,

(c) id-devjazzjonijiet tal-kummerċ;

3. Il-kriterji relatati man–nomenklatura tar-rifużjonijiet:

(a) ir-rata tar-rifużjoni,

(b) in-nomenklaturi fir-rigward tal-ħlas tal-aktar rifużjonijiet tal-esportazzjoni,

(c) ir-riskji ta’ rati tar-rifużjoni mhux korretti fit-termini ta’ karatteristici tekniċi u l-preżentazzjoni tal-prodotti (xaħam, ilma, laħam, kontenut ta’ rmied, ippakkjar eċċ.),

4. Il-kriterji relatati mal-esportaturi:

(a) l-istatus tagħhom skont il-leġiżlazzjoni tad-dwana (pereżempju l-Operatur Ekonomiku Awtorizzat),

(b) ir-reputazzjoni u l-affidabbilità tagħhom,

(c) il-pożizzjoni finanzjarja tagħhom,

(d) id-dehra ta’ esportaturi ġodda,

(e) l-esportazzjoni mingħajr ebda ġustifikazzjoni ekonomika li hi immedjatament apparenti,

(f) diżgwid preċedenti, partikolarment f’każi ta’ frodi;

5. Il-kriterji relatati mal-irregolaritajiet: li jinstabu jew ikunu suspettati f’ċerti setturi produttivi;

6. Il-kriterji relatati mal-arraġamenti tad-dwana wżati:

(a) il-proċedura normali tad-dikjarazzjoni,

(b) il-proċedura simplifikata tad-dikjarazzjoni,

(c) l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni fl-applikazzjoni tal-Artikoli 790 u 791 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93;

7. Kriterji relatati mal-arranġamenti għall-għoti tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni:

(a) l-esportazzjoni diretta,

(b) il-kunsinna tal-ikel;

8. Kriterji b’mod partikolari relatati mal-verifiki ta’ sostituzzjoni:

(a) id-destinazzjoni tal-esportazzjoni,

(b) l-evidenza loġistika tal-uffiċċji tad-dwana tat-tluq: Itinerarji jew traffiku ġdid jew mhux tas-soltu, prodotti imċaqalqa minn uffiċċju ieħor tat-tluq,

(c) tul tal-vjaġġ eċċessiv mill-uffiċċji tal-esportazzjoni,

(d) il-wasla barra mix-xejra normali tal-port/fruntiera,

(e) in-numru tas-siġill huwa differenti minn dak iddikjarat,

(f) il-kodiċi u d-deskrizzjoni tal-oġġetti essenzjali ma jaqblux,

(g) il-piż iddikjarat jidher li mhux korrett,

(h) il-mezz ta’ trasport mhux xieraq għall-prodotti,

(i) ir-rata tar-rifużjoni.




ANNESS III

Entrati msemmija fl-artikolu 15(1)(a)

Bil-Bulgaru

:

Физическа проверка Регламент (ЕО) № 1276/2008

Bl-Ispanjol

:

Control físico — Reglamento (CE) no 1276/2008

Biċ-Ċek

:

fyzická kontrola nařízení (ES) č. 1276/2008

Bid-Daniż

:

fysisk kontrol forordning (EF) nr. 1276/2008

Bil-Ġermaniż

:

Warenkontrolle Verordnung (EG) Nr. 1276/2008

Bl-Estonjan

:

füüsiline kontroll Määrus (EÜ) nr 1276/2008

Bil-Grieg

:

φυσικός έλεγχος — κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 1276/2008

Bl-Ingliż

:

physical check Regulation (EC) No 1276/2008

Bil-Franċiż

:

contrôle physique règlement (CE) no 1276/2008

Bit-Taljan

:

controllo fisico regolamento (CE) n. 1276/2008

Bil-Latvjan

:

fiziska pārbaude, Regula (EK) Nr. 1276/2008

Bil-Litwan

:

fizinė patikra, Reglamentas (EB) Nr. 1276/2008

Bl-Ungeriż

:

fizikai ellenőrzés 1276/2008/EK rendelet

Bil-Malti

:

spezzjoni fiżika Regolament (KE) Nru 1276/2008

Bl-Olandiż

:

fysieke controle Verordening (EG) nr. 1276/2008

Bil-Pollakk

:

kontrola bezpośrednia – rozporządzenie (WE) nr 1276/2008

Bil-Portugiż

:

controlo físico Regulamento (CE) n.o 1276/2008

Bir-Rumen

:

control fizic Regulamentul (CE) nr. 1276/2008

Bis-Slovakk

:

fyzická kontrola – nariadenie (ES) č. 1276/2008

Bis-Sloven

:

fizični pregled Uredba (ES) št. 1276/2008

Bil-Finlandiż

:

fyysinen tarkastus – Asetus (EY) N:o 1276/2008

Bl-Iżvediż

:

Fysisk kontroll förordning (EG) nr 1276/2008




ANNESS IV

Entrati msemmija fl-artikolu 15(1)(b)

Bil-Bulgaru

:

Регламент (ЕО) № 2298/2001

Bl-Ispanjol

:

Reglamento (CE) no 2298/2001

Biċ-Ċek

:

Nařízení (ES) č. 2298/2001

▼C1

Bid-Daniż

:

Forordning (EF) nr. 2298/2001

▼B

Bil-Ġermaniż

:

Verordnung (EG) Nr. 2298/2001

Bl-Estonjan

:

Määrus (EÜ) nr 2298/2001

Bil-Grieg

:

Κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 2298/2001

Bl-Ingliż

:

Regulation (EC) No 2298/2001

Bil-Franċiż

:

Règlement (CE) no 2298/2001

Bit-Taljan

:

Regolamento (CE) n. 2298/2001

Bil-Latvjan

:

Regula (EK) Nr. 2298/2001

Bil-Litwan

:

Reglamentas (EB) Nr. 2298/2001

Bl-Ungeriż

:

2298/2001/EK rendelet

Bil-Malti

:

Regolament (KE) Nru 2298/2001

Bl-Olandiż

:

Verordening (EG) nr. 2298/2001

Bil-Pollakk

:

Rozporządzenie (WE) nr 2298/2001

Bil-Portugiż

:

Regulamento (CE) n.o 2298/2001

Bir-Rumen

:

Regulamentul (CE) nr. 2298/2001

Bis-Slovakk

:

Nariadenie (ES) č. 2298/2001

Bis-Sloven

:

Uredba (ES) št. 2298/2001

Bil-Finlandiż

:

Asetus (EY) N:o 2298/2001

Bl-Iżvediż

:

Förordning (EG) nr 2298/2001




ANNESS V

Entrati msemmija fit-tieni sub paragrafu tal-artikolu 15(2)

Bil-Bulgaru

:

Взета проба

Bl-Ispanjol

:

Muestra recogida

Biċ-Ċek

:

odebraný vzorek

Bid-Daniż

:

udtaget prøve

Bil-Ġermaniż

:

Probe gezogen

Bl-Estonjan

:

võetud proov

Bil-Grieg

:

ελήφθη δείγμα

Bl-Ingliż

:

Sample taken

Bil-Franċiż

:

échantillon prélevé

Bit-Taljan

:

campione prelevato

Bil-Latvjan

:

paraugs paņemts

Bil-Litwan

:

Mėginys paimtas

Bl-Ungeriż

:

ellenőrzési mintavétel megtörtént

Bil-Malti

:

kampjun meħud

Bl-Olandiż

:

monster genomen

Bil-Pollakk

:

pobrana próbka

Bil-Portugiż

:

Amostra colhida

Bir-Rumen

:

Eșantion prelevat

Bis-Slovakk

:

odobratá vzorka

Bis-Sloven

:

vzorec odvzet

Bil-Finlandiż

:

näyte otettu

Bl-Iżvediż

:

varuprov har tagits




ANNESS VI

Entrati msemmija fl-artikolu 15(4)(a)

Bil-Bulgaru

:

Съответствие на резултатите от тестовете

Bl-Ispanjol

:

Resultado del análisis conforme

Biċ-Ċek

:

výsledek analýzy je v souladu

Bid-Daniż

:

analyseresultat i orden

Bil-Ġermaniż

:

konformes Analyseergebnis

Bl-Estonjan

:

vastav analüüsitulemus

Bil-Grieg

:

αποτέλεσμα της ανάλυσης σύμφωνο

Bl-Ingliż

:

Results of tests conform

Bil-Franċiż

:

résultat d’analyse conforme

Bit-Taljan

:

risultato di analisi conforme

Bil-Latvjan

:

analīzes rezultāti atbilst

Bil-Litwan

:

Tyrimų rezultatai atitinka eksporto deklaraciją

Bl-Ungeriż

:

ellenőrzési eredmény megfelelő

Bil-Malti

:

riżultat tal-analiżi konformi

Bl-Olandiż

:

analyseresultaat conform

Bil-Pollakk

:

wynik analizy zgodny

Bil-Portugiż

:

Resultado da análise conforme

Bir-Rumen

:

Rezultatul analizelor – conform

Bis-Slovakk

:

výsledok testu je v súlade

Bis-Sloven

:

rezultat analize je v skladu z/s

Bil-Finlandiż

:

analyysin tulos yhtäpitävä

Bl-Iżvediż

:

Analysresultatet överensstämmer med exportdeklarationen




ANNESS VII

Entarti msemmija fl-artikolu 15(5)

Bil-Bulgaru

:

Искане за прилагане на член 15, параграф 5 от Регламент (ЕО) № 1276/2008. Идентификация на изходното митническо учреждение или митническото учреждение на получаване на контролното копие Т5:

Bl-Ispanjol

:

Solicitud de aplicación del artículo 15, apartado 5, del Reglamento (CE) no 1276/2008. Aduana de salida o de destino del T5: …

Biċ-Ċek

:

Žádost o použití čl. 15 odst. 5 nařízení (ES) č. 1276/2008. Identifikace celního úřadu výstupu nebo celního úřadu určení T 5:

Bid-Daniż

:

Anmodning om anvendelse af artikel 15, stk. 5, i forordning (EF) nr. 1276/2008. Identifikation af udgangstoldstedet eller bestemmelsestoldstedet for T5: …

Bil-Ġermaniż

:

Antrag auf Anwendung von Artikel 15 Absatz 5 der Verordnung (EG) Nr. 1276/2008. Identifizierung der Ausgangszollstelle oder der Bestimmungsstelle des Kontrollexemplars T5: …

Bl-Estonjan

:

Määruse (EÜ) nr 1276/2008 artikli 15 lõike 5 kohaldamise taotlus. Väljumistolliasutus või tolliasutus, kuhu saadetakse kontrolleksemplar T5: …

Bil-Grieg

:

Αίτηση εφαρμογής του άρθρου 15 παράγραφος 5 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1276/2008. Προσδιορισμός του τελωνείου εξόδου ή του τελωνείου προορισμού του αντιτύπου ελέγχου T5: …

Bl-Ingliż

:

Request for application of Article 15(5) of Regulation (EC) No 1276/2008. Identity of the customs office of exit or customs office receiving the control copy T5: …

Bil-Franċiż

:

Demande d’application de l’article 15, paragraphe 5, du règlement (CE) no 1276/2008. Identification du bureau de douane de sortie ou de destination du T5: …

Bit-Taljan

:

Domanda di applicazione dell’articolo 15, paragrafo 5, del regolamento (CE) n. 1276/2008. Identificazione dell’ufficio doganale di uscita o di destinazione del T5: …

Bil-Latvjan

:

Pieprasījums piemērot Regulas (EK) Nr. 1276/2008 15. panta 5. punktu. Izvešanas muitas punkta vai muitas punkta, kas saņem T5 kontroleksemplāru, identitāte: …

Bil-Litwan

:

Prašymas taikyti Reglamento (EB) Nr. 1276/2008 15 straipsnio 5 dalį. Išvykimo muitinės įstaiga arba įstaiga, kuriai išsiunčiamas T5 kontrolinis egzempliorius: …

Bl-Ungeriż

:

Az 1276/2008/EK rendelet 15. cikke (5) bekezdésének alkalmazására irányuló kérelem. A kilépési vámhivatal vagy a T5 ellenőrző példányt átvevő hivatal azonosítója:

Bil-Malti

:

Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 15, paragrafu 5, tar-Regolament (KE) Nru 1276/2008. Identifikazzjoni tal-uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew tal-wasla tat-T5: …

Bl-Olandiż

:

Verzoek om toepassing van artikel 15, lid 5 van Verordening (EG) nr. 1276/2008 Identificatie van het kantoor van uitgang of van bestemming van de T5: …

Bil-Pollakk

:

Wniosek o stosowanie art. 15 ust. 5 rozporzadzenia (WE) nr 1276/2008. Identyfikacja urzędu celnego wyprowadzenia lub urzędu celnego otrzymującego egzemplarz kontrolny T5: …

Bil-Portugiż

:

Pedido de aplicação do n.o 5 do artigo 15.o do Regulamento (CE) n.o 1276/2008. Identificação da estância aduaneira de saída ou de destino do T5: …

Bir-Rumen

:

Cerere de aplicare a articolului 15 alineatul (5) din Regulamentul (CE) nr. 1276/2008. Identitatea biroului vamal de ieșire sau a biroului vamal de destinație a exemplarului de control T5: …

Bis-Slovakk

:

Žiadost’ o uplatňovanie článku 15 ods. 5 nariadenia (ES) č. 1276/2008. Identifikácia colného úradu výstupu alebo colného úradu určenia T5: …

Bis-Sloven

:

Zahteva se uporaba člena 15, odstavka 5, Uredbe (ES) št. 1276/2008. Identifikacija carinskega urada izstopa ali carinskega urada, ki mu je poslan kontrolni izvod T5:

Bil-Finlandiż

:

Asetuksen (EY) N:o 1276/2008 15 artiklan 5 kohdan soveltamista koskeva pyyntö. Poistumistullitoimipaikan tai toimipaikan, johon T5-valvontakappale toimitetaan, tunnistustiedot: …

Bl-Iżvediż

:

Begäran om tillämpning av artikel 15.5 i förordning (EG) nr 1276/2008. Uppgift om utfartstullkontor eller bestämmelsetullkontor enligt kontrollexemplaret T5:




ANNESS VIII

Elementi tar-rapport annwali skont l-artikolu 16

1.   Verifiki fl-uffiċċji tad-dwana tal-esportazzjoni

1.1. In-numru ta’ dikjarazzjonijiet tal-esportazzjoni għal kull prodott għal kull uffiċċju tad-dwana mhux eskluż taħt l-Artikolu 6(6) meta tiġi kkalkolata r-rata minima ta’ kontrolli. Fil-każ li l-Istat Membru japplika l-Artikolu 6(2)(b) ir-rapport għandu jsemmi in-numru totali ta’ dikjarazzjonijiet tal-esportazzjoni għal kull settur ta’ prodotti fit-territorju tiegħu mhux esklużi skont l-Artikolu 6(6) għall-kalkolu tar-rata minima tal-kontrolli.

1.2. In-numru u l-perċentwali ta’ verifiki fiżiċi li twettqu f’kull settur ta’ prodotti u f’kull uffiċċju tad-dwana. Jekk l-Istat Membru japplika l-Artikolu 6(2)(b), ir-rapport għandu jsemmi n-numru totali u l-perċentwali tal-verifiki fiżiċi mwettqa għal kull settur ta’ prodotti fit-territorju tiegħu.

1.3. Jekk ikun applikabbli, lista tal-uffiċċji tad-dwana li japplikaw rati mnaqqsa ta’ verifiki skont l-Artikolu 6(4)(b). Fil-każ li l-Istat Membru japplika l-Artikolu 6(2)(b), u jekk japplika l-Artikolu 6(4), ir-rapport għandu jsemmi in-numru u l-perċentwali ta’ verifiki fiżiċi li twettqu għal kull settur u għal kull uffiċċju tad-dwana ddefinit f’dak l-Artikolu.

1.4. In-numru ta’ verifiki skont is-settur ta’ prodotti li wassal għas-sejba tal-irregolaritajiet, l-inċidenza finanzjarja tal-irregolaritajiet misjuba ‘il fuq mill-valur tar-rifużjoni ta’ EUR 1 000 inkluż, fejn ikun applikabbli, in-numru ta’ referenza wżat għall-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1848/2006 ( 22 ).

1.5. Jekk ikun applikabbli, l-aġġornament tan-numru ta’ irregolaritajiet skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1848/2006 li kien ikkomunikat lill-Kummissjoni fir-rapporti annwali preċedenti.

1.6. Il-valur tar-rifużjonijiet rikjesti għal kull settur ta’ prodotti ta’ dikjarazzjonijiet soġġetti għall-verifiki fiżiċi.

2.   Verifiki ta’ sostituzzjoni fl-uffiċċji tad-dwana tat-tluq

2.1. In-numru ta’ kopji ta’ kontroll T5 u dokumenti ekwivalenti f’kull uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew fl-uffiċċju tad-dwana fejn tintbagħat il-kopja tal-kontroll T5 fejn il-prodotti li għalihom saret talba għad-dritt ta’ rifużjoni jitilqu mit-territorju tad-dwana tal-Komunità, jitniżżel skont:

(a) in-numru ta’ kopji ta’ kontroll T5 u dokumenti ekwivalenti li jkopri l-esportazzjonijiet li kienu vverifikati fiżikament skont l-Artikolu 3(a);

(b) in-numru ta’ kopji ta’ kontroll T5 u dokumenti ekwivalenti li jkopri l-esportazzjonijiet li ma kinux verifikati fiżikament skont l-Artikolu 3(a);

(ċ) in-numru totali ta’ kopji ta’ kontroll T5 u dokumenti ekwivalenti.

2.2. In-numru u l-perċentwali ta’ verifiki dwar l-integrità tas-siġilli msemmija fl-Artikolu 7, imwettqa għal kull uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew uffiċċju tad-dwana fejn tintbagħat il-kopja tal-kontroll T5 fejn il-prodotti li għalihom saret talba għad-dritt ta’ rifużjoni jitilqu mit-territorju tad-dwana tal-Komunità.

2.3. In-numru u l-perċentwali ta’ verifiki, maqsuma f’verifiki ta’ sostituzzjoni u verifiki ta’ sostituzzjoni speċifika msemmija fl-Artikoli 8 u 9, mwettqa għal kull uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew uffiċċju tad-dwana fejn tintbagħat il-kopja tal-kontroll T5 fejn il-prodotti li għalihom saret talba għad-dritt ta’ rifużjoni jitilqu mit-territorju tad-dwana tal-Komunità.

2.4. In-numru ta’ kopji ta’ kontroll T5 u dokumenti ekwivalenti li minnhom tneħħew is-siġilli li kienu twaħħlu mat-tluq għajr taħt is-superviżjoni tal-uffiċċju tad-dwana, jew fejn is-siġilli nkisru jew inkella ma ngħatatx l-eżenzjoni mis-siġillar skont l-Artikolu 357(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

2.5. In-numru ta’ verifiki ta’ sostituzzjoni msemmija fl-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolamenti li wasslu li jinstabu irregolaritajiet, l-inċidenza finanzjarja tal-irregolaritajiet misjuba ‘il fuq mill-valur tar-rifużjoni ta’ EUR 1 000 inkluż, fejn applikabbli, in-numru ta’ referenza użat għall-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1848/2006.

In-numru ta’ verifiki ta’ sostituzzjoni speċifika msemmija fl-Artikolu 9 ta’ dawn ir-Regolamenti li wasslu li jinstabu irregolaritajiet, l-inċidenza finanzjarja tal-irregolaritajiet misjuba ‘il fuq mill-valur tar-rifużjoni ta’ EUR 1 000 inkluż, fejn applikabbli, in-numru ta’ referenza wżat għall-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1848/2006.

2.6. Jekk ikun applikabbli, l-aġġornament tain-numru ta’ irregolaritajiet li kienu kkomunikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1848/2006 fir-rapporti annwali preċedenti.

2.7. Sa fejn l-uffiċċji tad-dwana tat-tluq jew l-uffiċċju tad-dwana fejn tintbagħat il-kopja tal-kontroll T5 applikaw l-Artikolu 15(5) u liema tagħrif ġie mogħti mill-aġenzija ta’ ħlas ikkonċernata.

3.   Il-proċeduri għall-għażla tal-kunsinni għall-verifiki fiżiċi

3.1. Deskrizzjoni tal-proċeduri għall-għażla tal-kunsinni għal verifiki fiżiċi, għal verifiki ta’ sostituzzjoni u għal verifiki ta’ sostituzzjoni speċifiċi u l-effikaċja tagħhom.

4.   Tibdil fis-sistema tal-analiżi tar-riskju jew fl-istrateġija

4.1. Deskrizzjoni ta’ kull tibdil tal-miżuri notifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(3).

5.   Tagħrif dettaljat fuq is-sistema tal-għażla u fuq is-sistema tal-analiżi tar-riskju

It-tagħrif fil-punti 5.1 sa 5.4 għandhom ikunu mibgħuta biss jekk sar xi tibdil mill-aħħar rapport.

It-Tagħrif fil-punt 5.5 huwa rikjest mill-Istati Membri għall-perjodu fl-2009 qabel in-notifika ta’ applikazzjoni tal-analiżi tar-riskju tagħhom skont l-Artikolu 11.

5.1. Deskrizzjoni tas-sistema uniformi, jekk teżisti, tar-reġistrazzjoni tal-ipprezzar tar-rata ta’ riskju assoċjata ma’ kull kunsinna.

5.2. Deskrizzjoni tal-intervalli tal-evalwazzjoni u reviżjoni perjodika tar-riskji vvalutati.

5.3. Deskrizzjoni tas-sistema ta’ monitoraġġ u komunikazzjoni tar-riżultati biex ikun żgurat li l-verifiki mmirati qegħdin jitwettqu jew li hemm raġunijiet sodisfaċenti għaliex dan mhux isir.

5.4. Jekk ma tkun saret l-ebda revizjoni tal-evalwazzjoni tar-riskju (ara l-punt 5.2) għall-perjodi ta’ rappurtaġġ l-aktar riċenti, spjega għaliex l-evalwazzjoni eżistenti tibqa’ l-aktar mezz xieraq biex tiġi żgurata l-effikaċja tal-verifiki fiżiċi.

5.5. Jekk ma tkunx applikata analiżi tar-riskju skont l-Artikolu 11, spjega għaliex is-sistema ta’ verifiki eżistenti tibqa’ l-mezz xieraq biex tiżgura l-effikaċja tal-verifiki fiżiċi.

6.   Koordinazzjoni mar-Regolament (KE) Nru 485/2008

6.1. Deskrizzjoni tal-miżuri skont l-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-Regolament li saru biex titjieb il-koordinazzjoni mar-Regolament (KE) Nru 485/2008.

7.   Diffikultajiet fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament

7.1. Deskrizzjoni tad-diffikultajiet li qamu fl-applikazzjoni tar-Regolament, u l-miżuri meħuda biex jiġu megħluba jew proposti għal dan il-għan.

8.   Evalwazzjoni tal-verifiki mwettqa

8.1. Evalwazzjoni ta’ jekk il-verifiki twettqux b’mod sodisfaċenti.

8.2. Irrapporta dwar jekk il-korp li jiċċertifika msemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 għamilx xi dikjarazzjoni dwar it-twettiq tal-verifiki fiżiċi u ta’ sostituzzjoni fl-aħħar rapport tiegħu skont l-Artikolu 5(4) ta’ dak ir-Regolament u indika l-post rispettiv fir-rapport (kapitlu, paġna eċċ). Jekk ir-rapport fih rikomandazzjonijiet dwar it-titjib tas-sistema tal-verifiki fiżiċi u sostituttivi, indika liema miżuri ġew implimentati biex titjieb is-sistema.

8.3. L-Istati Membri li jkunu għadhom ma mplimentawx il-miżuri skont il-punt 8.2 meta jkunu qed iħejju r-rapport annwali għandhom jibagħtu dan it-tagħrif sal-31 ta’ Lulju tas-sena li fih ikun mibgħut ir-rapport annwali.

9.   Suġġerimenti għal titjib

9.1. Fejn ikun xieraq, suġġerimenti għat-titjib, kemm dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament kif ukoll dwar ir-Regolament innifsu.




ANNESS IX

Tabella ta’ korrelazzjoni



Regolament (KEE) Nru 386/90

Regolament (KE) Nru 3122/94

Regolament (KE) Nru 2090/2002

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

 

Artikolu 1(2)

Artikolu 1

 
 

Artikoli 1(3), 5(1), 3 u 10(4)

Artikolu 2

Artikolu 2

 
 

Artikolu 3

L-Artikolu 3(1) u 3(2)

 
 

Artikolu 4(1)

 
 

Artikolu 5(2)

L-Artikolu 4(2) u (3)

Artikolu 3(3)

 
 

Artikolu 5(1)

 
 

Artikoli 5(b) u 6(b)

Artikolu 5(2)

Artikolu 3(4)

 
 

Artikolu 5(3)

 
 

Artikolu 5(1)

L-Artikolu 5(4) u (5)

Artikolu 3(1)(b) sa 3(2) l-ewwel sottoparagrafu

 
 

Artikolu 6(1)

Artikolu 3(2) it-tieni sottoparagrafu

 
 

L-Artikolu 6(2)(a)

Artikolu 3(2), it-tielet sottoparagrafu

 
 

L-Artikolu 6(2)(b)

 
 

Artikolu 5(3)

Artikolu 6(3)

 
 

L-Artikolu 6(a) u (c)

Artikolu 6(4)

 
 

Artikolu 2(1)

Artikolu 6(5)

 
 

Artikolu 2(2)

Artikolu 6(6)

 
 

Artikolu 2(3)

Artikolu 6(7)

 
 

L-Artikolu 10(2a)

Artikolu 7

Artikolu 3a

 

L-Artikolu 10(1) u (2)

Artikolu 8(1)

 
 

Artikolu 10(4)

Artikolu 8(2)

 
 

Artikolu 10(3)

Artikolu 8(3)

 
 

L-Artikolu 10(2a)

Artikolu 9(1)

 
 

L-Artikolu 10(4a)

Artikolu 9(2)

 
 

Artikolu 10(2)

Artikolu 10(1)

 
 

Artikolu 2(2)

Artikolu 10(2)

 
 

Artikolu 2(3)

Artikolu 10(3)

Artikolu 3(2)

Artikolu 1

Artikolu 10(2)

Artikolu 11(1),(2) u (3)

 

Artikolu 2 (1)

 

 

Artikolu 3(1)

 

Artikolu 11(4)

 

Artikolu 3(2)

 

Artikolu 11(5)

Artikolu 4

 
 

Artikolu 12

 

Artikolu 3(3)

 

Artikolu 13(1)

Artikolu 5

 
 

Artikolu 13(2)

 
 

Artikolu 8(1)

Artikolu 14(1)

 
 

Artikolu 8(2)

Artikolu 14(2)

 
 

Artikolu 8(3)

Artikolu 15(1)

 
 

Artikolu 10(5)(a) u 10(5a) it-tieni sottoparagrafu (2)

Artikolu 15(2)

 
 

Artikolu 10(5a) l-ewwel sottoparagrafu

Artikolu 15(3)

 
 

Artikolu 10(6)

Artikolu 15(4)

 
 

Artikolu 10(7), l-ewwel sottoparagrafu

Artikolu 15(5)

 
 

Artikolu 11

Artikolu 16

 
 

Artikolu 12

Artikolu 17

 
 
 

Artikolu 18

 
 

Anness I (3)

Anness I

 

Artikolu 1

 

L-Anness II

 
 

L-Artikolu 8(3)(a)

L-Anness III

 
 

L-Artikolu 8(3)(b)

L-Anness IV

 
 

Anness Ia

L-Anness V

 
 

Anness Ib

L-Anness VI

 
 

Anness Ic

L-Anness VII

 
 

L-Anness III

L-Anness VIII

 
 
 

L-Anness IX

(1)   Is-segretezza professjonali hija koperta mill-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 450/2008.

(2)   l-Artikolu 10(5a) it-tieni sottoparagrafu hu kopert mill-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006.

(3)   Il-punt 3(b) huwa kopert mill-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 485/2008.



( 1 ) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

( 2 ) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

( 3 ) ĠU L 42, 16.2.1990, p. 6.

( 4 ) ĠU L 322, 27.11.2002, p. 4.

( 5 ) ĠU L 330, 21.12.1994, p. 31.

( 6 ) ĠU L 145, 31.5.2006, p. 1.

( 7 ) ĠU L 176, 30.6.2006, p. 22.

( 8 ) ĠU L 365, 21.12.2006, p. 64.

( 9 ) ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11.

( 10 ) ĠU L 308, 27.11.2001, p. 16.

( 11 ) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

( 12 ) ĠU L 360, 19.12.2006, p. 64.

( 13 ) ĠU L 224, 21.9.1995, p. 13.

( 14 ) ĠU L 143, 3.6.2008, p. 1.

( 15 ) ĠU L 48, 22.2.2008, p. 19.

( 16 ) ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90.

( 17 ) ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1.

( 18 ) ĠU L 42, 15.2.1975, p. 1.

( 19 ) ĠU L 42, 15.2.1975, p. 14.

( 20 ) ĠU L 46, 21.2.1976, p. 1.

( 21 ) ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24.

( 22 ) ĠU L 355, 15.12.2006, p. 56.