2008R1256 — MT — 20.12.2008 — 000.002
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) NRU 1256/2008 ta' 16 ta' Diċembru 2008 (ĠU L 343, 19.12.2008, p.1) |
Ikkoreġut b'
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) NRU 1256/2008
ta' 16 ta' Diċembru 2008
li jimponi dazju anti-dumping definittiv kontra ċerti tubi u pajpijiet iwweldjati tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat
li joriġinaw fil-Belarus, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u r-Russja wara proċediment taħt l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 384/96,
li joriġinaw fit-Tajlandja wara reviżjoni ta' skadenza taħt l-Artikolu 11(2) tal-istess Regolament,
li joriġinaw fl-Ukraina wara reviżjoni ta' skadenza taħt l-Artikolu 11(2) u reviżjoni interim taħt l-Artikolu 11(3) tal-istess Regolament,
u li jtemm il-proċedimenti fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-istess prodott li joriġina fil-Bożnija u Ħerzegovina u t-Turkija.
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea ( 1 ) (“ir-Regolament Bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikoli 9, 11(2) u 11(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:IL-PROĊEDURAMIŻURI FIS-SEĦĦ
(1) |
Il-Kunsill, bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1697/2002, impona dazji definittivi ta' anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tubi u pajpijiet iwweldjati, tal-ħadid jew l-azzar mhux illigat li joriġinaw inter alia fit-Tajlandja, it-Turkija u l-Ukraina (il-“miżuri fis-seħħ”) ( 2 ). |
(2) |
Tressaq ilment fl-20 ta' Awissu 2007 mill-Kumitat tad- Difiża tal-Industrija tat-Tubi Wweldjati tal-Azzar tal-Unjoni Ewropea (il-Kumitat tad- Difiża), il-kwerelant, f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f'dan il-każ aktar minn 50 %, tal-produzzjoni totali tal-Komunità ta' ċerti tubi u pajpijiet iwweldjati tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat. |
(3) |
L-ilment kien fih biżżejjed evidenza ta' dumping tal-prodott imsemmi, li joriġina fil-Belarus, il-Bożnija u Ħerzegovina, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“ir-RPĊ”) u r-Russja, u ta' ħsara materjali li tirriżulta minnu sabiex tiġġustifika, wara li ġie kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv, it-tnedija tal-proċediment. |
(4) |
Fil-25 ta' Ġunju 2007, tressqet talba għal reviżjonijiet taħt l-Artikolu 11(2) u 11(3) tar-Regolament bażiku mill-Kumitat tad-Difiża tal-Industrija tat-Tubi Wweldjati tal-Azzar tal-Unjoni Ewropea, il-kwerelant, f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f'dan il-każ aktar minn 50 %, tal-produzzjoni totali tal-Komunità ta' ċerti tubi u pajpijiet iwweldjati tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat. |
(5) |
It-talba kellha biżżejjed evidenza għat-tnedija ta' reviżjoni ta' skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott imsemmi mit-Tajlandja, it-Turkija u l-Ukraina; u reviżjoni interim, li tkopri d-dumping u l-ħsara, f'dak li għandu x'jaqsam mal-importazzjonijiet mit-Turkija. Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv, il-Kummissjoni nidiet reviżjonijiet taħt l-Artikolu 11(2) u (3) tar-Regolament bażiku. |
(6) |
Fir-rigward tat-Turkija, it-talba kellha biżżejjed evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott konċernat baqgħu f'livelli konsiderevolment għolja kemm f'termini assoluti kif ukoll fir-rigward tas-sehem mis-suq. Iddikjarat ukoll li l-volumi u l-prezzijiet tal-prodott konċernat mill-pajjiż ħallew, fost konsegwenzi oħra, impatt negattiv fuq is-sehem mis-suq miksub u fuq il-livell tal-prezzijiet applikati mill-industrija Komunitarja, li rriżultaw f'effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni globali u l-qagħda finanzjarja tal-industrija Komunitarja. |
(7) |
Tressqet talba għal reviżjoni parzjali interim taħt l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku fil-15 ta' Ottubru 2007 minn Interpipe Group, esportatur mill-Ukraina. Ir-reviżjoni interim kienet ristretta fl-ambitu tagħha għal investigazzjoni ta' dumping. |
(8) |
Fis-26 ta' Settembru 2007, il-Kummissjoni ħabbret permezz ta' avviż (“l-avviż 1”) ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ( 3 ), it-tnedija tal-proċediment anti-dumping taħt l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' ċerti tubi u pajpijiet iwweldjati tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat li joriġinaw fil-Belarus, il-Bożnija u Ħerzegovina, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u r-Russja (“l-investigazzjoni anti-dumping”). |
(9) |
Fl-istess jum, taħt l-Artikolu 11(2) u (3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ħabbret permezz ta' avviż (“l-avviż 2”) ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ( 4 ), it-tnedija ta' reviżjoni ta' skadenza għal importazzjonijiet mit-Tajlandja, it-Turkija u l-Ukraina (ir-“reviżjoni ta' skadenza”) u reviżjoni interim f'dak li għandu x'jaqsam ma' importazzjonijiet mit-Turkija fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' ċerti tubi u pajpijiet iwweldjati tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat (ir-“reviżjoni interim tat-Turkija”). |
(10) |
Fl-24 ta' Jannar 2008, taħt l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ( 5 ), avviż ta' tnedija (“l-avviż 3”) ta' reviżjoni interim limitata għad-dumping ta' esportatur wieħed ta' ċerti tubi u pajpijiet iwweldjati tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat li joriġinaw mill-Ukraina, l-Interpipe Group (ir-“reviżjoni interim tal-Ukraina”). |
(11) |
L-investigazzjonijiet imsemmija hawn fuq saru flimkien billi huma ovvjament marbutin ma' xulxin, partikolarment fir-rigward tad-determinazzjoni tal-ħsara u l-probabbiltà tar-rikorrenza tal-ħsara. F'ġieħ l-amministrazzjoni tajba, ġew magħquda f'Regolament wieħed. |
(12) |
Is-servizzi tal-Kummissjoni avżaw uffiċjalment lill-kwerelant, il-produtturi tal-Komunità msemmija fl-ilment u t-talba, il-produtturi, importaturi, kummerċjanti l-oħra magħrufa tal-Komunità, il-produtturi esportaturi magħrufa fil-Belarus, il-Bożnija u Ħerzegovina, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Russja, it-Tajlandja, it-Turkija u l-Ukraina, u l-awtoritajiet tal-pajjiżi konċernati. |
(13) |
Il-partijiet interessati ngћataw l-opportunità li jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u biex jitolbu seduti ta' smigћ fil-limiti ta' żmien stabbiliti fl-avviżi ta-tnedija. Numru ta' produtturi esportaturi u produtturi tal-Komunità rrappreżentati mill-kwerelant għamlu użu minn din l-opportunità u ressqu klejms biex jitqiesu matul l-investigazzjoni. |
(14) |
Fid-dawl tan-numru mdaqqas ta' produtturi esportaturi għal ċerti pajjiżi esportaturi, u l-produtturi u l-importaturi tal-Komunità involuti fl-investigazzjonijiet, ġiet prevista l-applikazzjoni ta' metodi għat-teħid ta' kampjun kull meta kienet relevanti fil-proċediment anti-dumping, ir-reviżjoni ta' skadenza u r-reviżjoni interim tat-Turkija, kif stipulat fil-premessi (8) u (9) hawn fuq, taħt l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
(15) |
Sabiex il-Kummissjoni jkollha l-kapaċità li tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjun kienx meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, li tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi u r-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, il-produtturi u l-importaturi tal-Komunità ntalbu jippreżentaw lilhom infushom u jipprovdu tagħrif kif speċifikat fl-avviżi ta' tnedija. |
(16) |
Ħmistax-il-parti, 13-il kwerelant u żewġ produtturi ta' appoġġ, wieġbu għal formola tat-teħid tal-kampjuni, u żewġ kumpaniji oħra kkooperaw billi mlew kwestjonarju qasir. Il-livell ta' kooperazzjoni laħaq madwar 95 % tal-produzzjoni tal-Komunità. |
(17) |
Taħt l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, il-kampjun intagħżel wara konsultazzjoni mal-kwerelant, ibbażat fuq l-ikbar volum rappreżentattiv ta' bejgħ. B'riżultat ta' dan l-eżerċizzju, intagħżel kampjun ta' 9 kumpaniji. Il-kumpaniji magħżula fil-kampjun kienu jgħoddu għal 67 % tal-produzzjoni totali tal-Komunità matul il-PI. |
(18) |
Madwar 140 importatur ġew ikkuntattjati fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni. Minn dawn il-140, 16 iddikjaraw li ma kinux qed jimpurtaw tubi wweldjati mill-pajjiżi konċernati u tliet kumpaniji wieġbu li ma kinux għadhom attivi fis-suq tal-prodott konċernat. Tlettax-il importatur mhux relatati wieġbu għall-kwestjonarju, iżda tnejn biss taw tweġiba sħiħa. L-importaturi mhux relatati li kkooperaw kienu jirrappreżentaw inqas minn 5 % tal-importazzjonijiet totali konċernati – livell baxx ħafna ta' kooperazzjoni. |
(19) |
Kif imsemmi fl-avviżi ta' tnedija, it-teħid ta' kampjun kien previst għall-esportaturi/produtturi fir-RPĊ, ir-Russja, it-Turkija, l-Ukraina, u t-Tajlandja. Fl-analiżi ta' kull pajjiż hawn taħt hemm stipulata informazzjoni dettaljata dwar l-eżerċizzju tat-teħid ta' kampjun għal kull pajjiż konċernat. |
(20) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għall-fini tad-determinazzjoni tad-dumping, tal-ħsara li rriżultat minnu, kif ukoll tal-interess tal-Komunità. L-informazzjoni li tressqet mill-kumpaniji li ġejjin kienet verifikata fuq il-post: a) Produtturi tal-industrija Komunitarja — Jäkl Karvina, ir-Repubblika Ċeka (membru ta' ArcelorMittal Group) — ArcelorMittal Poland S.A., il-Polonja (membru ta' ArcelorMittal Group) — Corus Tubes UK, ir-Renju Unit — Corus Tubes B.V., l-Olanda — Laminaciones Arregui S.L., Spanja — Ruukki Sverige AB, l-Iżvezja Għat-tliet kumpaniji li fadal li ttieħdu bħala kampjun: — Mittal steel Iasi, ir-Rumanija — Arvedi Tubi Acciaio spa, l-Italja — Zelezarny Veseli a.s., ir-Repubblika Ċeka (f'dan il-każ il-metodu ta' verifika kien jinvolvi analiżi ddettaljata u kontroll trasversali tat-tweġiba fuq il-bażi tad-dokumentazzjoni ta' sostenn li ngħatat). b) Importaturi mhux relatati — Comercial de Tubos, Spanja — Anastel Ltd, ir-Renju Unit ċ) Produtturi esportaturi u produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina — Jinghua Steel Pipe Group: —— Hengshui Jinghua Steel Pipe Co. Ltd. — Tangshan Jinghua Steel Pipe Co. Ltd. — Laiwu Jinghua Steel Pipe Co. Ltd. — Jilin Jinghua Steel Pipe Co. Ltd. — Guangzhou Jinghua Steel Pipe Co. Ltd. — Chengdu Pengzhou Jinghua Steel Pipe Co Ltd. — Zhejian Kingland Group: —— Zhejian Kingland Pipeline and Technologies Co. Ltd. — Kingland Group Co. Ltd. — Fubo Group: —— Shandong Fubo Group Co. Ltd. — Zibo Fubo Steel Pipes Factory Co. Ltd. — Weifang East Steel Pipe Co. Ltd, — Huludao Group: —— Huludao City Steel Pipe Industrial Co. Ltd. — Huludao Seven-Star Steel Pipe Group Co. Ltd. — Jiangsu Guoqiang Zinc-plating Industrial Co. Ltd. d) Il-produtturi esportaturi fir-Russja — TMK Group (Joint Stock Company Taganrog Metallurgical Works (“Tagmet”), Taganrog) — OMK Group (Open Joint Stock Company Vyksa Steel Works (“VMZ”), Vyksa) F'kull wieħed miż-żewġ gruppi ġie vverifikat biss il-produttur li kellu l-ikbar volum ta' esportazzjonijiet tal-Komunità.; Il-kummerċjanti relatati fir-Russja — CJSC Trade House TMK, Moska, TMK Group — Closed Joint Stock Company United Metallurgical Company (“UMC”), Moska, OMK Group — OMK Steel, LLC, Moska, OMK Group L-imporatur relatat — TMK Sinara Handel GmbH, Köln, il-Ġermanja, TMK Group Sabiex fil-futur jiġi evitat kull evitar, il-marġni tad-dumping ġie kkalkolat fuq il-grupp sħiħ. e) Produtturi esportaturi fit-Tajlandja — Samchai Steel Industries Public Company Ltd., Samutsakorn, it-Tajlandja f) Produtturi esportaturi fl-Ukraina — OJSC Interpipe Novomoskovsk Pipe Production Plant — OJSC Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant. Kummerċjanti/importaturi relatati fl-Ukraina: — Interpipe Ukraine LLC Kummerċjanti/importaturi relatati barra mill-Ukraina: — Interpipe -M LLC. — Interpipe Europe, S.A Sabiex fil-futur jiġi evitat kull evitar, il-marġni tad-dumping ġie kkalkolat fuq il-grupp sħiħ. g) Produttur esportatur fil-Bożnija u Ħerzegovina — Unis Fabrika cijevi a.d., Derventa h) Operatur fil-Belarus — Mogilev Metallurgical Works Joint Stock Company Importatur mhux relatat u sid tal-esportazzjonijiet: — FB Stahlhandel GmbH i) Produtturi esportaturi fit-Turkija — Cayirova Boru Sanayi ve Ticaret AȘ ( 6 ) — Yücel Boru ve Profil Endüstrisi AȘ — Noksel Çelik Boru Sanayi AȘ, Ankara — Erbosan Erciyas Boru Sanayii ve Ticaret AȘ, Kayseri — Borusan Mannesmann Boru Sanayi ve Ticaret AȘ, Istanbul — Toscelik Profil ve Sac Endustrisi AS, Iskenderun. Sabiex fil-futur jiġi evitat kull evitar, il-marġni tad-dumping ġie kkalkolat fuq il-grupp sħiħ. |
(21) |
L-investigazzjoni dwar dumping u ħsara għall-investigazzjoni anti-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2006 sat-30 ta' Ġunju 2007 (“il-perjodu tal-investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami tax-xejriet fil-kuntest tal-analiżi tal-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2004 sa l-aħħar tal-PI (“il-perjodu meqjus”). L-istess PI ntuża wkoll għar-reviżjoni interim tat-Turkija u għar-reviżjoni ta' skadenza, li kellha wkoll l-istess perjodu meqjus. |
(22) |
Il-perjodu tal-investigazzjoni għar-reviżjoni interim tal-Ukraina kopra s-sena kalendarja sħiħa 2007 (“il-perjodu ta' investigazzjoni tal-Interpipe” jew “PII”). |
(23) |
Il-partijiet kollha ġew infurmati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li ssir rakkomandazzjoni għal: — l-impożizzjoni ta' dazji anti-dumping definittivi fuq importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi — l-għeluq tal-proċediment kontra importazzjonijiet tal-Bożnija u Ħerzegovina u t-Turkija |
(24) |
Skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, il-partijiet ingħataw perjodu li matulu setgħu jressqu rappreżentazzjoni wara dan l-iżvelar. |
(25) |
Il-kummenti bil-fomm u bil-miktub imressqa mill-partijiet tqiesu u, fejn xieraq, is-sejbiet definittivi ġew modifikati skont dan. |
(26) |
Il-prodott konċernat huwa tubi u pajpijiet iwweldjati, ta' ħadid jew azzar mhux illigat, ta' profil ċirkulari u ta' dijametru estern li ma jaqbiżx il-168,3 mm, ħlief katusi tat-tip użati għas-sensieli ta' katusi taż-żejt jew tal-gass, kejsing u tubi mit-tip li jintużaw għat-tħaffir għaż-żejt u l-gass, tubi ta' preċiżjoni u tubi u pajpijiet b'fittings imwaħħla magħhom adattati biex iwasslu gassijiet jew likwidi għall-użu f'mezzi ta' l-ajru ċivili, li joriġinaw fil-Belarus, il-Bożnija u Ħerzegovina, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Russja, it-Tajlandja, it-Turkija u l-Ukraina. Normalment jiġi ddikjarat bil-kodiċi NM ex730630 41, ex730630 49, ex730630 72 kif ukoll ex730630 77. |
(27) |
Tubi u pajpijiet iwweldjati jintużaw f'medda wiesgħa ta' applikazzjonijiet inklużi fost oħrajn, għat-twassil ta' ilma, misħun, gass naturali, arja u likwidi u gassijiet oħra fil-plumbing, sistemi ta' tisħin u ventilazzjoni, unitajiet ta' arja kondizzjonata, sistemi awtomatiċi għall-bexx, u użi oħrajn simili. Ta' spiss jintużaw ukoll għall-finijiet ta' kostruzzjoni, għall-irfigħ tat-tagħbija, l-istekkat, il-mezzi ta' protezzjoni u l-armar tat-twavel. |
(28) |
Il-biċċa l-kbira tal-materja prima għall-prodott konċernat huma kojls imremblin bis-sħana, li jiġu ffurmati f'tubi. Tubi u pajpijiet iwweldjati jistgħu mbagħad jiġu ttrattati permezz ta' kisi jew galvanizzar. Dawn it-trattamenti ulterjuri għandhom l-għan li jżidu l-kwalità tal-prodott. Fil-biċċa l-kbira jkollhom truf sempliċi, iżda jistgħu jkollhom wkoll truf iċċanfrinati jew bil-kamin, kemm b'ġontaturi kif ukoll mingħajrhom. Il-prodott konċernat jiġi prodott f'bosta qisien u skont standards u klassifiki varji. Fil-biċċa l-kbira huma kompatibbli f'dak li għandu x'jaqsam mal-użu finali tagħhom u, għalhekk, jeżisti grad sinifikanti ta' dupplikazzjoni u kompetizzjoni bejn it-tipi varji tal-prodott konċernat. Għalhekk huwa konkluż, kif diġà sar f'investigazzjonijiet preċedenti li jkopru l-istess prodott, li t-tipi kollha tal-prodott konċernat għandhom jitqiesu bħala prodott uniku għall-għanijiet tal-investigazzjoni. |
(29) |
Għall-finijiet tar-reviżjoni ta' skadenza, ir-reviżjoni interim tat-Turkija u r-reviżjoni interim tal-Ukraina, il-prodott konċernat huwa simili għal dak kopert mill-investigazzjoni oriġinali u preċedenti, imsemmija fil-premessa 1. |
(30) |
Il-prodott manifatturat fil-Belarus, il-Bożnija u Ħerzegovina, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Russja, it-Tajlandja, it-Turkija u l-Ukraina u esportat lill-Komunità huwa l-istess fl-aspetti kollha bħall-prodott mibjugħ fis-suq domestiku ta' dawn il-pajjiżi kif ukoll għall-prodott magħmul mill-produtturi tal-Komunità u mibjugħ fis-suq tal-Komunità. L-istess jgħodd fir-rigward tal-prodott magħmul u mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Komunità meta mqabbel mal-prodott magħmul u mibjugħ fl-Istati Uniti tal-Amerika li servew bħala pajjiż terz b'ekonomija tas-suq għar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Belarus. Għalhekk, dawn il-prodotti kollha tqiesu li kienu simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
(31) |
Il-metodoloġija ġenerali stipulata hawn taħt ġiet applikata lill-operaturi esportaturi kollha kif xieraq. Għalhekk, il-preżentazzjoni sussegwenti tas-sejbiet dwar l-aspetti tad-dumping għall-pajjiżi konċernati għalhekk tiddeskrivi biss dawk il-kwistjonijiet li huma speċifiċi għal pajjiż esportatur partikolari. |
(32) |
Taħt l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, għal kull produttur esportatur li kkoopera, l-ewwel ġie eżaminat jekk il-bejgħ domestiku tiegħu tat-tubi u l-pajpijiet iwweldjati kienx rappreżentattiv, jiġifieri jekk il-volum ta' bejgħ totali ta' din ix-xorta kienx jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum tal-bejgħ totali mill-esportazzjoni tiegħu lejn il-Komunità. |
(33) |
Il-Kummissjoni sussegwentement identifikat dawk it-tipi ta' tubi u pajpijiet iwweldjati mibjugħa domestikament li kienu identiċi jew li kienu komparabbli direttament mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità. F'dak li għandu x'jaqsam mal-investigazzjoni fuq il-bażi tat-tip ta' prodott, il-Kummissjoni qieset tipi ta' prodotti mibjugħa domestikament u esportati, li kellhom oriġini, daqs (dijametru estern), ħxuna tal-ġnub, finitura esterna u finitura finali simili, bħala direttament paragunabbli. |
(34) |
Għal kull tip mibjugħ mill-produtturi esportaturi fis-swieq domestiċi tagħhom u li nstab li kien komparabbli direttament mat-tip ta' tubi u pajpijiet iwweldjati mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, ġie stabbilit jekk il-bejgħ domestiku kienx rappreżentattiv biżżejjed għall-finijiet tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta' tip partikolari ta' tubi u pajpijiet iwweldjati tqies li kien rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum totali tal-bejgħ domestiku ta' dak it-tip matul il-PI rrappreżenta 5 % jew iktar tat-total tal-volum tal-bejgħ tat-tip komparabbli ta' tubi u pajpijiet iwweldjati esportati lejn il-Komunità. |
(35) |
Ġie mistħarreġ jekk il-bejgħ domestiku ta' kull tip ta' tubu wweldjat setax jitqies li seħħ fl-andament normali tal-kummerċ taħt l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi għal kull produttur esportatur fil-pajjiż konċernat, il-proporzjon ta' bejgħ bi qligħ għall-konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku, ġie stabbilit għal kull tip tal-prodott esportat konċernat fis-suq domestiku matul il-perjodu ta' investigazzjoni. (a) Għal dawk it-tipi ta' prodotti fejn aktar minn 80 %, skont il-volum, tal-bejgħ fis-suq domestiku kienu inqas mill-prezzijiet tal-unità, jiġifieri fejn il-prezz tal-bejgħ medju tat-tip tal-prodott konċernat kien daqs jew ogħla mill-prezz medju tal-produzzjoni għat-tip ta' prodott konċernat, il-valur normali ġie kkalkulat bħala l-prezz medju tal-bejgħ domestiku kollu tat-tip tal-prodott konċernat irrispettivament minn jekk il-bejgħ ħalliex qligħ jew le. (b) Għal dawk it-tipi ta' prodotti fejn mill-inqas 10 %, imma mhux aktar minn 80 %, skont il-volum, ta' bejgħ fis-suq domestiku ma kienx orħos mill-prezz tal-unità, il-valur normali ġie kkalkolat bħala l-prezz tal-bejgħ medju bil-piż differenzjat ta' dawk it-tranżazzjonijiet li saru bi prezzijiet daqs il-prezz tal-unità jew jew ogħla minnu, tat-tip konċernat. (ċ) Għal dawk it-tipi ta' prodotti fejn inqas minn 10 %, bil-volum, inbiegħu fis-suq domestiku bi prezz mhux irħas mill-prezz tal-unità, tqies li t-tip tal-prodott konċernat ma nbiegħx fl-andament normali tal-kummerċ u, għalhekk, il-valur normali kellu jiġi kompost taħt l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. |
(36) |
Għal dawk it-tipi tal-prodott li għalihom ma sar l-ebda bejgħ domestiku fl-andament normali tal-kummerċ, ġie investigat jekk il-valur normali setax jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet domestiċi ta' produtturi oħra taħt l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku. Jekk ma kien hemm disponibbli l-ebda prezz domestiku affidabbli ta' produtturi oħra, ntuża l-valur normali kompost disponibbli, taħt l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. |
(37) |
Jekk il-valur normali ġie kompost taħt l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, l-ispejjeż ġenerali, amministrattivi u tal-bejgħ u l-ammont ta' qligħ kienu bbażati fuq dejta reali dwar il-produzzjoni u bejgħ, fl-andament normali tal-kummerċ, tal-prodott simili, mill-produttur esportatur konċernat, taħt l-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku. |
(38) |
Fil-każijiet kollha fejn il-prodott konċernat ġie esportat lil klijenti indipendenti fil-Komunità, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit taħt l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezzijiet ta' esportazzjoni effettivament imħallsa jew dovuti. |
(39) |
Fejn il-bejgħ mill-esportazzjoni sar permezz ta' importatur relatat u ma tqiesx affidabbli, il-prezz tal-esportazzjoni ġie kompost, taħt l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-prezz li fih il-prodotti importati nbiegħu mill-ġdid għall-ewwel darba lil xerrej indipendenti, aġġustat b'mod xieraq għall-ispejjeż kollha li saru bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, kif ukoll marġni raġonevoli għall-ispejjeż ġenerali u amministrattivi u għall-profitti. F'dan ir-rigward, intużaw l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi tal-importatur relatat stess. Il-marġni tal-profitt ġie stabbilit fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli mill-importaturi mhux relatati li kkooperaw. |
(40) |
F'każijiet fejn ma kienx hemm prezz tal-esportazzjoni u konsegwentement ma kienx hemm bejgħ mill-ġdid tal-prodotti importati, il-prezz tal-esportazzjoni nħadem, taħt l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, fuq kwalunkwe bażi raġonevoli. |
(41) |
Il-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni għal tipi komparabbli tal-prodott tqabblu fuq bażi ex–works. Sabiex jiġi żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta' esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta' aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet taħt l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Fil-każijiet kollha, fejn instab li kienu raġunevoli, preċiżi u appoġġati b'evidenza verifikata, ingħataw aġġustamenti xierqa. |
(42) |
B'regola ġenerali taħt l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġni tad-dumping għal kull produttur esportatur ġie stabbilit fuq il-bażi ta' paragun bejn il-valur normali medju bil-piż differenzjat u l-prezz tal-esportazzjoni medju bil-piż differenzjat għal kull tip ta' prodott. |
(43) |
F'każijiet ta' gruppi ta' bosta kumpaniji relatati ma' xulxin, ġie stabbilit marġni komuni tad-dumping applikabbli għall-kumpaniji kollha fil-grupp, skont il-prassi standard tal-Kummissjoni sabiex ma jkunx hemm evitar tal-miżuri. |
(44) |
Għall-kumpaniji li ma kkooperawx, ġie ddeterminat marġni residwu tad-dumping taħt l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli. |
(45) |
Sabiex jiġi ddeterminat il-marġni residwu tad-dumping, l-ewwel nett ġie stabbilit il-livell ta' kooperazzjoni. Il-livell ta' kooperazzjoni tqies bħala għoli żżejjed meta l-volumi tal-esportazzjonijiet mill-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu qrib ta' dawk mogħtija mill-Eurostat għall-pajjiż konċernat u ma kien hemm xejn li jagħti x'jifhem li xi produttur naqas milli jikkoopera. F'każijiet bħal dawn, il-marġni residwu tad-dumping ġie stabbilit fil-livell tal-kumpanija li kkooperat bl-ogħla marġni tad-dumping, sabiex tiġi żgurata l-effettività ta' kwalunkwe miżura. |
(46) |
B'mod ġenerali, fejn il-livell ta' kooperazzjoni kien baxx, il-marġni residwu tad-dumping ġie stabbilit fl-ogħla marġni stabbilit għal mudell rappreżentant għal produttur ieħor li kkoopera. Din l-istrateġija tqieset bħala meħtieġa sabiex tevita li jiġi ppremjat in-nuqqas ta' kooperazzjoni |
(47) |
L-importazzjonijiet mill-Bożnija u Ħerzegovina ammontaw għal 33 kilotunnellati (KT) fil-PI u laħqu sehem mis-suq ta' madwar 2,5 %. L-ikbar produttur esportatur kien jirrappreżenta aktar minn 90 % tal-produzzjoni totali fil-Bożnija u Ħerzegovina (li kienet iddestinata għas-suq domestiku u l-esportazzjoni). Huwa kkoopera mal-investigazzjoni u wieġeb il-kwestjonarju. |
(48) |
Il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili kien rappreżentattiv, kif definit fil-premessa 32. Skont il-metodoloġija ġenerali deskritta hawn fuq, il-valur normali kien ibbażat fuq prezzijiet imħallsa jew li għandhom jitħallsu, fl-andament normali tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-Bożnija u Ħerzegovina, jew, fejn applikabbli, ġie kompost. |
(49) |
Fil-każijiet kollha, il-prodott konċernat inbiegħ lil klijenti indipendenti fil-Komunità. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni kien ibbażat fuq il-prezzijiet li tħallsu jew li għandhom jitħallsu fil-Komunità, taħt l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
(50) |
L-esportatur ikkontesta r-rata tal-ispiża tat-trasport allegata mill-kwerelant. Fil-fatt, seta' juri waqt investigazzjoni ta' fuq il-post li dawn l-ispejjeż kienu aktar baxxi. |
(51) |
Il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tqabblu mal-bażi tal-prezz ex–works. Sabiex ikun żgurat paragun ġust, saret konċessjoni xierqa fl-għamla ta' aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-kapaċità ta' paragun tal-prezzijiet taħt l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Wara l-iżvelar, parti waħda fissret dubju dwar l-aġġustamenti li allegatament saru għall-karatteristiċi fiżiċi mill-Kummissjoni. Madankollu, l-aġġustamenti għall-karatteristiċi fiżiċi la kienu ġġustifikati u lanqas effettivament applikati fil-kalkolu tal-marġni tad-dumping għall-produttur esportatur uniku fil-Bożnja u Ħerzegovina. |
(52) |
Il-paragun bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi ta' medja bil-piż differenzjat imqabbla ma' medja bil-piż differenzjat ġie applikat u dan il-metodu wera marġni tad-dumping ta' 0,7 %. |
(53) |
Billi l-marġni tad-dumping huwa de minimis, jiġifieri inqas minn 2 %, taħt l-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku, il-proċediment kontra l-Bożnija u Ħerzegovina għandu jintemm mingħajr impożizzjoni ta' miżuri. In-natura u l-impatt ta' importazzjonijiet minn dan il-pajjiż huma analizzati fil-parti tal-ħsara taħt “fatturi oħra”. |
(54) |
Kif rappurtat mill-Eurostat (il-Kodiċi kollha tan-NM), l-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu drastikament f'dawn l-aħħar snin minn 22 KT fl-2004 għal 111 KT fl-2006 (180 KT fil-PI). Għalhekk ir-RPĊ hija nettament l-ikbar importatur fis-suq tal-Komunità b'sehem mis-suq li żdied minn 1,8 % fl-2004 għal aktar minn 13,8 % fil-PI. Il-prdutturi li kkooperaw irrappurtaw volumi saħansitra ogħla ta' 233 KT ta' esportazzjonijiet. Sitt kumpaniji li ttieħdu bħala kampjun irrappurtaw 219 KT. L-ewwel implikazzjoni ta' din id-diskrepanza hija li l-penetrazzjoni tas-suq u s-sehem mis-suq tal-esportazzjonijiet Ċiniżi hija saħansitra aktar sinifikanti milli kif kien maħsub oriġinarjament. |
(55) |
Din id-diskrepanza fi kwantitajiet irrappurtati mill-Eurostat u mill-produtturi li kkooperaw tista' tikkorrispondi wkoll għal dikjarazzjoni doganali falza tal-prodott konċernat Dan jaqbel mal-allegazzjonijiet magħmula mill-industrija Komunitarja, li jindikaw li l-prodott ikonċernat qed ikun iddikjarat b'mod falz. L-investigazzjoni globali wriet li l-operaturi jistgħu jbiegħu tipi differenti ta' tubi (uħud jappartjenu għall-prodott konċernat, oħrajn le) fl-istess fattura. Għalhekk mhuwiex eskluż li, skont kemm jiġu speċifikati b'mod ċar id-differenzi f'din il-fattura, dan jista' jintuża għal dikjarazzjoni falza minn dikjarant tal-prodott konċernat skont kodiċi li mhumiex dawk assoċjati mal-prodott konċernat. |
(56) |
Taħt l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fl-investigazzjonijiet ta' anti-dumping dwar l-importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skont il-paragrafi 1 sa 6 tal-Artikolu msemmi gћal dawk il-produtturi li nstabu li qed jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. |
(57) |
Fil-qosor, u għal faċilità ta' referenza biss, il-kriterji tat-TES qed jingħataw f'forma mqassra hawn taħt: 1. Id-deċiżjonijiet u l-ispejjeż kummerċjali jsiru b'reazzjoni għall-kondizzjonijiet tas-suq u mingħajr interferenza mill-Istat. 2. Ir-reġistri ta' kontabilità jgħaddu minn verifika finanzjarja indipendenti, skont standards ta' kontabilità internazzjonali u huma applikati għall-għanijiet kollha. 3. Ma hemm ebda tgħawwiġ sinifikanti li ntiret mis-sistema preċedenti li ma kenitx ibbażata fuq ekonomija tas-suq. 4. Iċ-ċertezza ġuridika u l-istabilità huma pprovduti mil-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà. 5. Il-kambji tal-munita jitwettqu bir-rata tas-suq. |
(58) |
Wara t-tnedija tal-investigazzjoni attwali, intgħażel kampjun ta' sitt produtturi/gruppi ta' produtturi (“entitajiet”) Ċiniżi, li kollha kemm huma kienu ddikjaraw TES taħt l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku u wieġbu għall-formola ta' dikjarazzjoni TES qabel l-iskadenzi stipulati ta' żmien. Skont id-dikjarazzjonijiet tagħhom ġew ivverifikati fuq il-post. Hija l-prassi konsistenti tal-Kummissjoni li tinvestiga jekk grupp ta' kumpaniji relatati bħala entità sħiħa jissodisfax il-kondizzjonijiet għat-TES. Għalhekk, fejn sussidjarju jew kwalunkwe kumpanija oħra relatata mal-applikant huwa/hija produttur u/jew esportatur u/jew kummerċjant ta' prodott konċernat, il-kumpanija ġiet mistiedna biex timla formola separata ta' klejm għat-TES. |
(59) |
Skont il-verifiki ta' fuq il-post fil-proprjetà tas-sitt entitajiet li ttieħdu bħala kampjun, ġie deċiż li t-talbiet kollha tagħhom għat-TES kellhom jiġu rifjutati. Dan kien dovut għall-fatt li l-ebda waħda mill-entitajiet ma ssodisfatt il-kriterji 1, 2 u 3 (ara l-analiżi hawn taħt). L-investigazzjoni żvelat li l-entitajiet kollha jissodisfaw il-kriterji 4 u 5. Dan ifisser li l-falliment u l-liġijiet tal-proprjetà jiggarantixxu stabbilità u ċertezza legali u l-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jitwettqu fir-rati tas-suq. |
Il-Kriterju 1 – Id-deċiżjonijiet kummerċjali jsiru b'reazzjoni għas-sinjali tas-suq, mingħajr indħil sinifikanti tal-Istat, u l-ispejjeż jirriflettu l-valuri tas-suq
(60) |
F'bosta każijiet id-dokumentazzjoni tal-kumpaniji ma kinitx affidabbli. Uħud mill-kumpaniji ppreżentaw verżjonijiet differenti tal-istess dokument (eż. liċenzji kummerċjali emendati, żewġ arranġamenti differenti ta' Artikoli ta' Assoċjazzjoni b'dententuri differenti tal-ishma, Artikoli ta' Assoċjazzjoni li qatt ma ġew iffirmati). L-awtoritajiet lokali mhux biss aċċettaw qagħda bħal din iżda saħansitra ħarġu ċertifikati u dokumenti korrispondenti mingħajr ebda prova. Dokumenti mhux affidabbli bħal dawn rendew l-istatus ġuridiku tal-kumpaniji bħala inċert u ssuġġerew li l-influwenza tal-Istat ma nqerditx. |
(61) |
F'xi każijiet oħra, kien hemm ambigwitajiet fir-rigward tal-liċenzja kummerċjali. F'każ minnhom, inizjalment ġiet ippreżentata liċenzja kummerċjali li la kienet tispeċifika d-data tal-bidu u l-anqas dik tat-tmien tal-operat. Fi stadju ulterjuri, ġiet ippreżentata verżjoni li kellha biss data tat-tmiem. Dan jitfa' dubju ġenerali fuq l-attendibilità tad-dokumenti ppreżentati. |
(62) |
Wara li ġew żvelati s-sejbiet tal-Kummissjoni, il-kumpaniji ġeneralment indikaw li huma kellhom sjieda privata. Madankollu, bil-maqlub tad-dikjarazzjonijiet, l-interferenza tal-istat ġiet stabbilita wkoll fejn ma kien hemm l-ebda sjieda statali jew fejn is-sjieda statali kienet biss parzjali. Kif intwera hawn fuq, elementi oħra wasslu għall-konklużjoni li fl-aħħar mill-aħħar kien hemm interferenza statali sinifikanti. |
(63) |
Il-kummenti li waslu ma kinux tali li jbiddlu s-sejbiet tal-Kummissjoni. Ġie konkluż li l-kumpaniji kienu soġġetti għal intereferenza Statali sinifikanti. |
Il-Kriterju 2 – L-impriżi għandhom sett wieħed ċar ta' reġistri ta' kontabilità li għaddew minn verifika finanzjarja indipendenti
(64) |
Instab numru ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-prassi tal-kontabilità tal-kumpaniji investigati. Għall-entitajiet kollha nstab li l-kontijiet ma nżammux f'mod koerenti. |
(65) |
Pereżempju, ġew stabbiliti xi irregolaritajiet fir-rigward tal-mod li bih il-kumpaniji żiedu l-kapital reġistrat tagħhom (iż-żieda ta' kapital ma kienet tirrifleti l-ebda investiment definit). F'uħud mill-każijiet il-valur tal-ekwità tal-kumpanija qatt ma kien iddepożitat fi flus jew mhux fi flus. F'xi każijiet oħra, id-djun irrekuperabbli ma ġewx irreġistrati skont l-istandards internazzjonali ta' kontabilità. Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta' wħud mill-kumpaniji ma kienx jirrifletti l-kapital irrreġistrat kif iddikjarat fid-dokumenti tal-kumpanija bħal Artikoli ta' Assoċjazzjoni jew Liċenzja Kummerċjali. Ġew stabbiliti irregolaritajiet fir-rigward ta' deprezzament (xi kumpaniji waqqfu jiżvalutaw xi assi) jew drittijiet tal-użu tal-art, li ma ġewx irreġistrati kif suppost. |
(66) |
Xi entitajiet iddikjaraw li l-irrgolaritajiet fis-sistema ta' kontabilità ma kellhiex tħalli impatt fuq id-deċiżjoni dwar it-TES sa dan il-punt. Skont dawk id-dikjarazzjonijiet, l-irregolaritajiet fis-sistema ta' kontabilità, avolja numerużi, mhumiex biżżejjed waħidhom biex jiġi konkluż li l-kriterju 2 ma ntlaħaqx. Minkejja dan, ukoll jekk wieħed jassumi li l-kriterju 2 seta' jitiqes li ntlaħaq jekk l-irregolaritajiet tal-kontabilità setgħu jiġu kkwalifikati bħala minuri, f'dan il-każ partikolari, hekk kif spjegat fil-paragrafi preċedenti, l-irregolaritajiet ma kinux minuri. |
(67) |
Ġie ddikjarat ukoll f'uħud mill-każijiet li l-kontijiet saritilhom verifika finanzjarja minn awdituri esterni, u għalhekk, indipendenti. Minkejja dan, l-awdituri ma indikaw l-ebda waħda mill-problemi li nstabu matul l-investigazzjoni u għalhekk ma kinux konformi mal-istandards internazzjonali tal-kontabilità. Għalhekk, l-entitajiet konċernati ma setgħux jippruvaw li kellhom sett wieħed ċar tar-reġistri bażiċi ta' kontabilità li saritilhom verifika finanzjarja indipendenti skont l-istandards internazzjonali. |
Il-Kriterju 3 – Ma jingħadda l-ebda tgħawwiġ mis-sistema li mhijiex tal-ekonomija tas-suq
(68) |
Kien hemm ukoll irregolaritajiet f'dak li għandu x'jaqsam mal-kuntratti tal-użu tal-art. F'bosta każijiet ma setgħet titressaq l-ebda prova ta' ħlas għad-drittijiet tal-użu tal-art, li fid-dawl tal-fatt li l-art hija proprjetà tal-Istat, jesponi dawk l-entitajiet għal influwenza statali sinifikanti. Uħud mill-entitajiet naqsu milli jippreżentaw evidenza attendibbli dwar l-akkwist u t-trasferiment tal-ishma. F'uħud mill-każijiet il-valutazzjoni mill-ġdid tal-assi kienet arbitrarja b'mod ċar. L-irregolaritajiet tal-proċess ta' privatizzazzjoni jixħtu dubji fuq it-trasferimenti kollha sussegwenti tal-ishma u jidhru li huma sors ta' setgħa għall-awtoritajiet lokali sabiex jinterferixxu mal-operat ta' wħud mill-kumpaniji. |
(69) |
Konsegwentament, l-irregolaritajiet li għandhom x'jaqsmu mal-proċess ta' privatizzazzjoni għad għandhom impatt fuq is-sitwazzjoni u l-operat attwali tal-kumpaniji, minħabba li l-ispejjeż tal-produzzjoni u l-valur tal-assi huma soġġetti għal tagħwiġ sinifikanti li għaddew mis-sistema preċedenti ta' ekonomija li mhijiex tas-suq. |
(70) |
Ġie kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv u l-partijiet milquta direttament kienu mgħarrfa b'dan. L-industrija tal-Komunità ngħatat l-opportunità li tikkummenta, iżda ma wasal l-ebda kumment dwar id-determinazzjoni tat-TES. |
(71) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-applikanti tat-TES. Dawk il-kummenti ġew indirizzati fejn kien xieraq, jew fl-analiżi hawn fuq inkella fi tweġiba individwali lill-esportatur konċernat. Minkejja dan, l-ebda kumment li wasal ma kien tali li jbiddel is-sejbiet dwar it-trattament ta' ekonomija tas-suq. |
(72) |
Taħt l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, dazju fuq skala nazzjonali, jekk jeżisti, jiġi stabbilit għal pajjiżi li jaqgħu taħt dak l-Artikolu, ħlief f'dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji jkunu jistgħu juru li jissodisfaw il-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. |
(73) |
In-natura tal-interferenza Statali stabbilita għal kumpaniji kollha taffettwa l-attività tagħhom bħala entità sħiħa. Għalhekk, ma jistax jiġi eskluż li influwenza bħal din għandha tħalli impatt fuq id-determinazzjoni tal-prezzijiet ta' esportazzjoni u l-kwantitajiet kif ukoll id-determinazzjoni tat-termini tal-bejgħ u aspetti oħra relatati fir-rigward tal-attività tal-esportazzjoni. |
(74) |
Bl-istess mod, qed jitfakkar li s-sitt entitajiet investigati koprew kważi t-totalità tal-esportazzjonijiet ġewwa l-Komunità. Fid-dawl ta' din il-konċentrazzjoni, in-numru relattivament żgħir ta' operaturi tas-suq u l-livell sinifikanti tal-interferenza statali stabbilit fir-rigward tal-entitajiet kollha investigati, ma jistax jiġi eskluż li l-interferenza statali se tintuża biex tevita l-miżuri jekk l-esportaturi individwali jingħataw rati doganali differenti. |
(75) |
Konsegwentement, il-kumpaniji ma setgħux juru li laħqu l-kriterji (b) u (e), kif stipulat fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. |
(76) |
Taħt l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-kumpaniji li ma setgħux jingħataw it-TES ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet jew tal-valur kompost f'pajjiż analogu. |
(77) |
Fl-avviż nru 1, il-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagћha li tuża lill-Istati Uniti tal-Amerika bћala pajjiż analogu xieraq biex jiġi stabbilit il-valur normali għar-RPĊ u l-Belarus, u l-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw. Parti interessata waħda oġġezzjonat għal din il-proposta, filwaqt li indikat li t-Turkija tkun għażla aktar adatta u indikat li, taħt l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, fejn xieraq, għandu jintuża pajjiż terz b'ekonomija tas-suq li huwa soġġett għall-istess investigazzjoni. Ġie nnutat ukoll li t-Turkija ntużat bħala pajjiż analogu għall-Ukraina fl-investigazzjoni oriġinali. |
(78) |
Madankollu, l-istituzzjonijiet żammew il-fehma tagħhom li l-Istati Uniti tal-Amerika kienu għażla aħjar ta' pajjiż analogu għall-iskop tal-investigazzjoni l-ġdida preżenti, fid-dawl tal-argumenti stipulati hawn taħt. |
(79) |
L-ewwel nett, l-istituzzjonijiet tal-Komunità jaqblu, fil-prinċipju, li f'reviżjoni jkun loġiku li jittieħed bħala punt inizjali l-istess pajjiż analogu bħal fl-investigazzjoni oriġinali (għalkemm anki f'reviżjoni jista' jkun hemm raġunijiet validi għal bidla). Madankollu, safejn għandhom x'jaqsmu r-RPĊ u l-Belarus, dan ir-Regolament mhuwiex ibbażat fuq reviżjoni, iżda fuq investigazzjoni ġdida. Għalhekk, dawn il-kwistjonijiet ma japplikawx. Barra minn hekk, kif spjegat imkien ieħor f'dan ir-Regolament, skont ir-rapport tat-tribunal tal-Appelltad-WTO “Beef and rice (Mexico)” ( 7 ), dawk il-kumpaniji Torok li nstabu li kellhom dazju ta' żero fl-investigazzjoni oriġinali ma tqisux li huma soġġetti għall-proċediment preżenti. Għalhekk, l-istituzzjonijiet ma għandhomx stampa sħiħa tal-valur normali fis-suq Tork. Barra minn hekk, jidher li hemm ċerti distorsjonijiet fis-suq Tork. Partikolarment, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet fit-Turkija kien baxx ħafna, 3,3 %, filwaqt li l-penetrazzjoni tas-suq tal-importazzjonijiet fl-Istati Uniti kienet ta' 39 %. Dan is-sehem baxx mis-suq tal-importazzjonijiet jista' jindika xi impediment fil-kompetizzjoni internazzjonali fis-suq Tork, minkejja l-fatt li hemm madwar 15-il produttur magħruf fit-Turkija. |
(80) |
Min-naħa l-oħra, l-Istati Uniti tal-Amerika huma suq kbir għat-tubi wweldjati b'mod ġenerali u għall-prodott konċernat, ta' daqs simili għal dak tal-Komunità. Il-grad ta' kompetizzjoni jidher li huwa sinifikanti. Jidher li hemm aktar minn 15-il produttur domestiku f'kompetizzjoni ma' xulxin, li jgħoddu għal livell sinifikanti ta' bejgħ domestiku meta mqabbla mal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn il-Komunità. |
(81) |
Barra minn dan, hemm importazzjonijiet sinifikanti għal ġewwa l-Istati Uniti minn pajjiżi terzi, minkejja l-eżistenza tal-miżuri anti-dumping matul il-PI fuq importazzjonijiet minn bosta pajjiżi (it-Tajwan, il-Messiku, it-Turkija, it-Tajlandja, il-Brażil, l-Indja u l-Korea). Matul il-PI, l-importazzjonijiet ġew stmati li jkopru iktar minn terz tal-konsum tal-Istati Uniti, u oriġinaw, għal bejn wieħed u ieħor tliet kwarti tal-volum ta' importazzjonijiet, minn pajjiżi li kienu soġġetti għal dazji doganali ta' 0 % u li ma kienu soġġetti għall-ebda dazju anti-dumping. Fil-fatt, il-PI jikkorrispondi għal perjodu fejn l-awtoritajiet tal-Istati Uniti kienu qed jinvestigaw l-esportazzjonijiet Ċiniżi għall-prattiki allegati ta' dumping ta' ħsara, li f'Jannar 2008 wasslu għall-impożizzjoni tal-miżuri (iktar tard emendati f'April 2008 u li jvarjaw minn 69,2 % sa 85,55 %) ( 8 ). Għalhekk dawn il-miżuri ma kellhom l-ebda impatt evidenti fuq l-analiżi msemmija qabel, iżda pjuttost jalludu għal-livelli tal-prezz fl-Istati Uniti matul il-PI li setgħu faċilment trażżnu jew tnaqqsu minħabba l-impatt tal-importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta' dumping. |
(82) |
Barra minn dan, il-proċess ta' produzzjoni u l-aċċess għal materja prima huma komparabbli fl-Istati Uniti u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u din tal-aħħar ma tidhirx li tgawdi minn l-ebda vantaġġ naturali fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott konċernat. |
(83) |
Wara li tqabblu t-Turkija u l-Istati Uniti fuq dik il-bażi, ġie konkluż li l-Istati Uniti huma pajjiż analogu aħjar għar-RPĊ u l-Belarus. |
(84) |
Intbagħtu kwestjonarji lill-produtturi kollha magħrufa fl-Istati Uniti. Il-Kummissjoni waslitilha tweġiba minn produttur sinifikanti. Iżda l-produzzjoni u l-bejgħ domestiku tal-produttur li kkoopera kienu rappreżentattivi għall-fini tal-ħolqien tal-valur normali. |
(85) |
Wara l-għażla tal-Istati Uniti bħala pajjiż analogu u taħt l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi tal-informazzjoni li waslet mill-produttur li kkoopera fil-pajjiż analogu, jiġifieri abbażi tal-prezzijiet imħallsa jew li għandhom jitħallsu, skont il-metodoloġija stipulata fil-premessi (32) sa (37) hawn fuq. |
(86) |
Instab li l-bejgħ domestiku tal-produttur tal-prodott simili kien rappreżentattiv meta pparagunat mal-prodott konċernat li ġie esportat lejn il-Komunità mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ. Barra minn dan, il-bejgħ domestiku tiegħu ma tqiesx li sar fl-andament normali tal-kummerċ. |
(87) |
Fejn il-bejgħ mill-esportazzjoni lill-Komunità sar direttament lil klijenti indipendenti, il-prezzijiet tal-esportazzjoni ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet li effettivament tħallsu jew jistgħu jitħallsu għall-prodott konċernat taħt l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
(88) |
Fejn il-bejgħ mill-esportazzjoni lejn il-Komunità sar permezz ta' kumpaniji kummerċjali mhux relatati, il-prezzijiet tal-esportazzjoni ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-prodott meta jinbiegħ lill-kumpaniji kummerċjali għall-esportazzjoni jiġifieri lil xerrej mhux relatat, mill-produtturi konċernati taħt l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
(89) |
Il-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni tqabblu fuq bażi ex-works. Sabiex jiġi żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta' esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta' aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet taħt l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Fejn kien ġustifikat saru aġġustamenti xierqa fir-rigward ta' trasport u assikurazzjoni, kreditu, kummissjoni u debiti bankarji. Saru wkoll l-aġġustamenti dovuti għal differenzi fiżiċi, kulfejn kien meħtieġ. |
(90) |
Sabiex jiġi kkalkulat il-marġni tal-dumping fuq skala nazzjonali applikabbli gћall-esportaturi kollha fil-RPĊ, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet il-livell ta' kooperazzjoni. Sar paragun bejn l-importazzjonijiet totali tal-prodott konċernat li joriġina fir-RPĊ kkalkulat fuq il-bażi tal-Eurostat u l-volum tal-esportazzjonijiet kif irrappurtat fit-tweġibiet tal-kwestjonarju mressqa mill-esportaturi tar-RPĊ. Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (54) kien hemm diskrepanza bejn il-kwantità tal-esportazzjonijiet kif irrappurtati mill-Eurostat u l-kwanità ddikjarata mill-produtturi esportaturi fit-tweġibiet tagħhom tal-kwestjonarju (180 KT meta mqabbla ma' 216 KT). Fuq il-bażi ta' dan ġie stabbilit li l-livell ta' kooperazzjoni kien għoli ħafna. |
(91) |
Il-marġni tad-dumping konsegwentement ġie kkalkulat kif ġej. Il-prezz tal-esportazzjoni ġie kkalkulat abbażi tal-informazzjoni dettaljata mogħtija mill-esportaturi li kkooperaw fit-tweġibiet tal-kwestjonarju, bl-eċċezzjoni ta' entità waħda, li t-tweġiba tagħha ma kenitx kompluta u li għamlitha impossibli li jsir paragun tal-karatteristiċi fiżiċi tal-prodotti. Il-prezz tal-esportazzjoni tqabbel mal-valur normali stabbilit fil-pajjiż analogu. |
(92) |
Il-livell fuq skala nazzjonali tad-dumping ġie stabbilit għal 130,8 % tal-prezz fil-fruntiera tal-Komunita CIF. |
(93) |
Taħt l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-Belarus ma tqisitx bħala pajiiż b'ekonomija tas-suq. Għalhekk il-valur normali fir-rigward tal-esportazzjonijiet tal-Belarus lejn il-Komunità ġie ddeterminat abbażi tad-dejta miksuba minn produttur f'pajjiż terz b'ekonomija tas-suq. |
(94) |
Matul il-PI, l-importazzjonijiet mill-Belarus ammontaw għal madwar 29 KT u għalhekk kellhom sehem mis-suq ta' madwar 2,3 %. L-unika manifattur magħruf mill-Belarus ikkoopera mal-investigazzjoni u bagħat it-tweġiba tal-kwestjonarju. Huwa jaħdem bi ftehim ta' xiri fiss ma' żewġ importaturi fil-Ġermanja u l-Iżvizzera. Importatur wieħed biss ibbażat fl-UE kkoopera ma' din l-investigazzjoni. |
(95) |
Bil-ftehim ta' xiri fiss l-importatur Ġermaniż, li huwa entità indipendenti mill-manifattur tal-Belarus, iforni lil dan tal-aħħar b'materja prima u jkopri l-ispejjeż kollha marbuta mal-importazzjonijiet tagħhom fil-Belarus (trasport, ġestjoni u spejjeż ta' assikurazzjoni). Huwa mbagħad iħallas debitu tax-xiri fiss li jkopri t-trasport, il-ġestjoni u l-assikurazzjoni tal-ispejjeż mill-Belarus għall-UE. Permezz tal-proċess ta' manifattura, l-importatur Ġermaniż jibqa' s-sid tal-prodott konċernat esportat mill-Belarus. Minħabba l-fatt li fil-ftehim ta' xiri fiss mhemm l-ebda prezz konkretament ta' esportazzjoni, kellu jiġi kompost. |
(96) |
Sar paragun bejn l-importazzjonijiet totali tal-prodott konċernat li joriġina fil-Belarus ikkalkolat abbażi tal-Eurostat (bl-użu tal-kodiċi tan-NM ex730630 41, ex730630 49, ex730630 72 kif ukoll ex730630 77) u l-volum ta' esportazzjonijiet kif rappurtat fit-tweġibiet tal-kwestjonarju mressqa mill-manifattur li kkoopera u l-opeatur Ġermaniż imsemmi qabel. Abbażi ta' dan ġie stabbilit li l-livell ta' kooperazzjoni kien baxx, jiġifieri 30 % tal-esportazzjonijiet globali tal-Belarus lejn il-Komunità. |
(97) |
Ma saret l-ebda talba għal trattament individwali taħt l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. |
(98) |
Il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet jew il-valur kompost f'pajjiż analogu, taħt l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku. |
(99) |
Kif imsemmi hawn fuq fil-parti li tikkonċerna r-RPĊ, l-avviż nru 1 indika lill-Istati Uniti bħala pajjiż analogu xieraq għall-fini ta' twaqqif tal-valur normali għall-Belarus kif ukoll għar-RPĊ. Ir-raġunijiet ewlenin li jiġġustifikaw l-għażla tal-Istati Uniti, imsemmija hawn fuq fl-analiżi tar-RPĊ, japplikaw ukoll għall-Belarus. Żewġ partijiet opponew l-għażla tal-Istati Uniti bħala pajjiż analogu u ssuġġerew lit-Turkija minflok. Ir-raġunijiet ewlenin li wasslu lill-Kummissjoni biex tagħżel lill-Istati Uniti tal-Amerika flok it-Turkija ġiet deskritta fil-qosor fil-premessi (76) sa (84) hawn fuq. |
(100) |
Konsegwentement, il-metodoloġija ddettaljata fil-premessi (32) sa (37) ġiet applikata biex tiddetermina l-valur normali. |
(101) |
Id-dejta fornita mill-importatur Ġermaniż kienet marbuta biss ma' parti tal-prodotti li joriġinaw fil-Belarus u esportati lejn il-Komunità. L-ebda dejta ma ngħatat għall-parti l-oħra, sostanzjali ħafna, ta' dawk l-importazzjonijiet. Għalhekk, kellu jsir użu, fir-rigward ta' din l-aħħar parti mill-aqwa fatti disponibbli taħt l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
(102) |
Ġew analizzati żewġ sorsi ewlenin ta' informazzjoni. Id-dejta tal-Eurostat ma tqiesetx xierqa. L-ewwel nett, kellha tranżazzjonijiet ta' bejgħ fiss mal-operatur Ġermaniż li għalih ma kien hemm l-ebda prezz ta' esportazzjoni. It-tieni, kellha wkoll tranżazzjonijiet ta' prezz fiss mal-kumpanija Żvizzera li ma kkooperatx. Għandu jiġi enfasizzat ukoll li, skont il-klejm minn ċerti partijiet, u skont il-websajt tal-Interpipe Group, il-kumpanija mill-Ukraina li hija soġġetta għar-reviżjoni parzjali interim, dan il-grupp huwa relatat kemm mal-kumpanija Żvizzera kif ukoll mal-kumpanija mill-Belarus. Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kooperazzjoni mill-kumpanija Żvizzera, ma seta' jiġi stabbilit l-ebda prezz ta' esportazzjoni għat-tranżazzjonijiet li għamlet. |
(103) |
Min-naħa l-oħra, id-dejta dettaljata ta' skont it-tip minn tranżazzjonijiet assoċjati mal-operatur Ġermaniż imsemmi qabel, inklużi l-ispiża u l-infiq tal-operatur kienu disponibbli. Dan ippermetta lill-awtorità ta' investigazzjoni sabiex tistabbilixxi prezz tal-esportazzjoni fuq bażi ta' skont it-tip, kif spjegat hawn isfel. Għalhekk dan tqies bħala l-aqwa informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni. |
(104) |
Il-prezz tal-esportazzjoni ġie kompost fuq il-bażi tal-prezz tal-prodott konċernat mibjugħ lill-ewwel klijent indipendenti tal-importatur Ġermaniż li kkoopera. F'dan il-każ speċifiku, minħabba l-ftehim ta' bejgħ fiss, kellhom isiru ċerti aġġustamenti sabiex jiġi stabbilit il-prezz tal-esportazzjoni, fil-livell tal-fruntiera tal-Komunità. Għalhekk l-aġġustamenti saru għall-ispejjeż kollha mġarrba bejn il-fruntiera tal-Komunità u l-ewwel klijent indipendenti għall-importatur Ġermaniż. Dawn kienu jinkludu l-Ispejjeż Ġenerali u Amministrattivi u l-profitt tal-importatur Ġermaniż, kif ukoll it-trasport, l-assikurazzjoni u l-miżati doganali fi ħdan il-Komunità. |
(105) |
Il-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni tqabblu fuq bażi ex-works. Sabiex jiġi żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta' esportazzjoni, saru konċessjonijiet xierqa fil-forma ta' aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet taħt l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Ingħataw aġġustamenti xierqa fir-rigward tal-karatteristiċi fiżiċi, it-trasport, l-ispejjeż ta' assikurazzjoni u d-debiti doganali fejn instab li kienu ġustifikati, preċiżi u sostnuti minn evidenza verifikata. |
(106) |
Fuq din il-bażi l-livell fuq skala nazzjonali tad-dumping ġie stabbilit għal 92,4 % tal-prezz fil-fruntiera tal-Komunita CIF. |
(107) |
Il-volum ta' importazzjonijiet Russi kienu jammontaw għal madwar 36 KT, li jikkorrispondu għal sehem mis-suq ta' 3,3 % tal-PI. |
(108) |
Minħabba n-numru apparentement kbir ta' produtturi esportaturi, l-ewwel intgħażel kampjun. F'dak il-kuntest, erba' gruppi ġew notifikati bex iwieġbu għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, iżda t-tweġibiet waslu mingħand tnejn biss, għalhekk ma kienx għadu meħtieġ li jittieħed kampjun. |
(109) |
Għaż-żewġ produtturi esportaturi, il-bejgħ domestiku tal-prodott konċernat kien rappreżentattiv kif definit fil-premessa (32). Skont il-metodoloġija ġenerali deskritta hawn fil-premessi (33) et seq., il-valur normali kien ibbażat fuq prezzijiet imħallsa jew li għandhom jitħallsu, fl-andament normali tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-Federazzjoni Russa. |
(110) |
Fir-rigward tal-ispejjeż tal-manifattura, u b'mod partikolari l-ispejjeż tal-enerġija, f'dak li għandu x'jaqsam mal-gass, ġie investigat jekk il-prezzijiet tal-gass imħallsa mill-produtturi esportaturi kinux jirriflettu l-ispejjeż assoċjati mal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-gass. |
(111) |
Instab li l-prezz domestiku tal-gass li tħallas mill-produtturi esportaturi kien madwar kwart tal-prezz esportat tal-gass naturali mir-Russja. F'dan ir-rigward, id-dejta kollha disponibbli tindika li l-prezzijiet domestiċi tal-gass fir-Russja kienu prezzijiet regolati, li huma ferm inqas mill-prezzijiet tas-suq imħallsa fis-swieq gћall-gass naturali li mhumiex regolati. Għalhekk, minħabba li l-ispejjeż ma kinux riflessi b'mod raġunevoli fir-reġistri tal-produtturi esportaturi kif previst fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, kellhom jiġu aġġustati skont dan. Fin-nuqqas ta' kwalunkwe prezz rappreżentattiv biżżejjed, mhux affettwat, tal-gass relatat mas-suq domestiku Russu, tqies li jkun xieraq li l-aġġustament jiġi bbażat taħt l-Artikolu 2(5), fuq il-bażi ta' informazzjoni minn swieq oħra rappreżentattivi. Il-prezz aġġustat ġie bbażat fuq il-prezz medju tal-gass Russu meta mibjugħ għall-esportazzjoni fil-fruntiera Ġermaniża/Ċeka (Waidhaus), aġġustat għall-ispejjeż ta' distribuzzjoni lokali. Waidhaus, billi huwa ċentru ewlieni għall-bejgħ tal-gass Russu lill-UE, li hija kemm l-ikbar suq għall-gass Russu kif ukoll għandha prezzijiet li jirriflettu b'mod raġunevoli l-ispejjeż, jista' jitqies bħala suq rappreżentattiv fit-tifsira tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. |
(112) |
Għal dawn it-tipi ta' prodott fejn il-valur normali nbena, kif deskritt hawn fuq, il-kompożizzjoni saret fuq il-bażi tal-ispejjeż tal-manifattura tat-tipi esportati wara l-aġġustament għall-ispiża tal-gass. |
(113) |
Għal dawk il-każijiet fejn l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità saru permezz ta' importatur relatat li jinsab fil-Komunità, ġie stabbilit prezz kompost ta' esportazzjoni taħt l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F'każijiet fejn l-esportazzjonijiet saru lil klijenti indipendenti fil-Komunità, permezz ta' kummerċjant relatat li jinsab fil-Federazzjoni Russa, il-prezzijiet ta' esportazzjonji kienu bbażati fuq prezzijiet imħallsa jew li għandhom jitħallsu minn konsumaturi indipendenti fil-Komunità. |
(114) |
Saru aġġustamenti xierqa fir-rigward tal-kreditu, l-ispejjeż ta' trasport u spejjeż awżiljari fejn instab li kienu ġustifikati u sostnuti minn evidenza verifikata. |
(115) |
Il-paragun bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni wera l-eżistenza tad-dumping. Wara l-iżvelar, tressqu kummenti miż-żewġ produtturi esportaturi Russi. Fl-ewwel każ, il-kummenti motivati, li jindirizzaw partikolarment l-aġġustamenti fuq il-valur normali kkalkulat, wasslu għal bidla żgħira fil-marġni tad-dumping, li mhux se jkollha impatt fuq id-dazju tal-antidumping, billi l-marġni tad-dumping rivedut għadu ogħla mill-marġni tal-ħsara. Fit-tieni każ, il-parti interessati indikat żball klerikali li wassal għall-irduppjar tal-ammonti tal-ispejjeż tal-bejgħ u dawk ġenerali u amministrattivi; dan l-iżball ġie kkoreġut. Fuq dik il-bażi, il-marġnijiet tad-dumping (għal kull grupp ta' produttur esportatur) espress bħala persentaġġ tal-prezz ta' importazzjoni tas-CIF fil-fruntiera Komunitarja, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej: — TMK Group (Seversky Pipe Plant Open Joint Stock Company u Joint Stock Company Taganrog Metallurgical Works) – 22,7 % — OMK Group (Open Joint Stock Company Vyksa Steel Works u Joint Stock Company Almetjvesk Pipe Plant) – 10,1 % |
(116) |
Billi l-livell ta' kooperazzjoni kien għoli (aktar minn 90 % tal-esportazzjonijiet tal-prodott konċernat mill-federazzjoni Russa lill-Komunità, kif irrappurtat fl-Eurostat), il-marġni residwu tad-dumping applikabbli għall-esportaturi l-oħra kollha fil-Federazzjoni Russa ġie stipulat fl-istess livell bħal dak stabbilit għall-produttur esportatur li kkoopera TMK Group, speċifikament 22,7 %. |
(117) |
Taħt l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie investigat jekk id-dumping aktarx li jissokta jew iseħħ mill-ġdid f'każ li possibbilment jiskadu l-miżuri fis-seħħ kontra t-Tajlandja, it-Turkija u l-Ukraina. |
(118) |
Barra minn dan, taħt l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, għat-Turkija u għal kumpanija waħda tal-Ukraina, ġie investigat jekk kienx hemm ċirkostanzai mibdulin minn mindu seħħet l-investigazzjoni oriġinali fir-rigward tad-dumping li tista' titqies bħala ta' natura dejjiema. |
(119) |
Għal kuntrarju tal-investigazzjoni oriġinali ma kienx hemm esportazzjonijiet tal-prodott konċernat mit-Tajlandja matul il-PI skont id-dejta tal-Eurostat. Il-produttur uniku li kkoopera ddikjara li ma kien hemm l-ebda bejgħ ta' esportazzjoni lejn il-Komunità u l-ebda operatur ieħor ta' esportazzjoni ma kkoopera. L-istatistiċi Tajlandiżi ta' esportazzjoni fil-fatt jissuġġerixxu li kien hemm xi esportazzjonijiet Tajlandiżi rreġistrati fil-PI li jistgħu jirrelataw ukoll parzjalment għall-prodott konċernat iżda fi kwalunkwe każ dawn kienu negliġibbli mil-lat ta' volum u għalhekk ma kinux ikunu rappreżentattivi. |
(120) |
Il-livell ta' kooperazzjoni fir-reviżjoni attwali kien baxx ħafna, bi produttur Tajlandiż wieħed biss li ppreżenta lilu nnifsu fl-andament tal-proċediment. Skont il-kwerelant u kif ikkonfermat mid-dejta pubblikament disponibbli, minkejja dan kien hemm mill-inqas tnax-il produttur ieħor tal-prodott konċernat fit-Tajlandja matul il-PI. L-ebda wieħed minn dawn ma kkoopera fl-investigazzjoni u b'konsegwenza ta' dan, il-livell ta' kooperazzjoni kkorrisponda għal inqas minn 10 % tat-total stmat ta' produzzjoni Tajlandiża tal-prodott konċernat. |
(121) |
Il-produttur Tajlandiż uniku li kkoopera ma kellu l-ebda esportazzjoni lejn il-Komunità matul il-PI. Fid-dawl tal-fatt li ma kien hemm l-ebda esportazzjoni tal-prodott konċernat lejn il-Komunità li toriġina fit-Tajlandja, ma setax ikun hemm issuktar ta' dumping. Minn dan isegwi li l-analiżi f'dan il-każ ikollha tiġi bbażata fuq il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping f'każ li jintemmu l-miżuri. |
(122) |
Kif deskritt fil-qosor fil-premessa (120), l-investigazzjoni wriet li kien hemm mill-inqas tlettax-il produttur tal-prodott konċernat fit-Tajlandja matul il-PI u wieħed biss ikkoopera fl-investigazzjoni. |
(123) |
Ġie investigat sa liema punt setgħet tintuża d-dejta minn produttur Tajlandiż wieħed li kkoopera għall-finijiet ta' analiżi tas-sitwazzjoni kumplessiva relevanti fir-rigward tal-iżviluppi li aktarx ikollhom l-esportazzjonijiet mit-Tajlandja kif ukoll, iktar speċifikament, li sservi bħala standard mil-lat ta' indikaturi ta' prezzijiet domestiċi u dawk ta' esportazzjoni, spejjeż, kapaċitajiet ta' produzzjoni u użu tal-kapaċitajiet. |
(124) |
F'dan ir-rigward ġie nnutat numru ta' nuqqasijiet fir-rigward tad-dejta fornuta mill-kumpanija li kkooperat. L-ewwel nett, il-kumpanija ma kinitx kapaċi tagħmel rikonċiljazzjoni tal-prezzijiet domestiċi u dawk tal-esportazzjoni mat-tranżazzjonijiet konkreti u mal-kontijiet tagħha li saritilhom verifika finanzjarja għall-PI. Barra minn hekk il-kumpanija ma setgħetx tagħti rendikont tal-ispiża tal-produzzjoni permezz tan-numru ta' kontroll tal-prodott, kif definit fil-kwestjonarji li ntbagħtu lill-partijiet interessati (product control number – “PCN”). Il-produttur kien kapaċi biss jagħti l-ispiża tal-produzzjoni bħala l-medja tal-ispiża tal-produzzjoni kklassifikata bejn suwed u galvanizzati tal-PCNs kollha prodotti. L-evidenza tal-istruttura tal-ispejjeż tal-PCNs minn produtturi differenti f'pajjiżi oħra konċernati mill-investigazzjoni inkluża l-Komunità, urew li fil-fatt hemm varjazzjoni kbira fl-ispiża tal-produzzjoni għal kull PCN. Dan japplika wkoll għat-tipi speċifiċi tal-prodott manifatturati u mibjugħa mill-kumpanija Tajlandiża relevanti. F'dawn iċ-ċirkustanzi, rendikont tal-ispiża li ma tippermettix il-paragun għal kull PCN ma tistax titqies biżżejjed għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali domestiku. |
(125) |
Ukoll fl-eventwalità li dejta bħal din setgħet tinkiseb għandu jinżamm amment li l-produttur li kkoopera jikkorrispondi għal inqas minn 10 % tal-produzzjoni totali tal-prodott konċernat fit-Tajlandja li jfisser li fi kwalunkwe każ id-dejta jkollha tiġi kkomplementata minn materjal statistiku ieħor sabiex tiġi vverifikata r-rappreżentattività għall-fini ta' valutazzjoni fuq skala nazzjonali. |
(126) |
Il-kumpanija ġiet innotifikata bl-intenzjoni tal-Kummissjoni li tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u r-raġunijiet li għalihom dan tqies neċessarju f'perjodu raġunevoli ta' żmien, filwaqt li ttieħdu f'kunsiderazzjoni l-limiti ta' żmien tal-investigazzjoni. Il-kummenti waslu, ġew analizzati bir-reqqa u ntbagħtu t-tweġibiet għalihom fid-dettall. L-ebda spjegazzjoni mogħtija mill-kumpanija ma tqieset bħala sodisfaċenti sabiex tippermetti lill-Kummissjoni li tevita l-applikazzjoni tal-aqwa fatti disponibbli għall-oqsma msemmija hawn fuq. |
(127) |
Konsegwentement, l-informazzjoni fuq prezzijiet domestiċi u dawk ta' esportazzjoni lil pajjiżi oħra għall-esportaturi Tajlandiżi ġiet ibbażata fuq l-aqwa fatti disponibbli inklużi l-kwerela u l-informazzjoni disponibbli pubblikament. |
(128) |
Min-naħa l-oħra, id-dejta relatata mal-ħażniet, il-livell tal-produzzjoni u l-kapaċità, li ngħatat mill-kumpanija setgħet tiġi verifikata. Din l-informazzjoni flimkien mad-dejta mill-kwerelant tista' għalhekk tintuża biex tistabbilixxi l-volum u l-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi esportaturi kollha fit-Tajlandja. |
(129) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, tqiesu l-konsiderazzjonijiet li ġejjin waqt il-valutazzjoni tal-impatt probabbli kieku dawn il-miżuri kellhom jiġu rrevokati. |
(130) |
Il-kwerelant juri kapaċità awżiljari fit-Tajlandja ta' aktar minn 370 KT, li jgħoddu għal kważi 30 % tal-kapaċità totali. Din il-kapaċità awżiljari tikkorrispondi għal aktar minn 25 % tal-konsum totali tal-UE (kif definit fil-premessa (231)) li tista' tiġi diretta lejn is-suq tal-Komunità. |
(131) |
Il-livell ta' kapaċità awżiljari kien saħansitra iktar distint fil-produttur li kkoopera, li rrappreżenta inqas minn 10 % tal-produzzjoni totali Tajlandiża fil-PI. Għal dan il-produttur, instabu kapaċitajiet awżiljari ta' 50 % fil-PI. |
(132) |
Flimkien, dawn il-fatturi jindikaw l-eżistenza ta' kapaċità awżiljari sinifikanti fit-Tajlandja. Fin-nuqqas ta' evidenza li turi li din il-kapaċità tista' tiġi assorbita mill-bejgħ domestiku miżjud, bejgħ lil pajjiżi terzi oħra jew il-produzzjoni tal-prodotti oħra minbarra l-prodott konċernat, qed jiġi konkluż li jekk jiskadu l-miżuri, dawn il-kapaċitajiet awżiljari aktarx jiġu diretti lejn il-Komunità, speċjalment minħabba l-attraenza tal-Komunita bħala suq ta' esportazzjoni. |
(133) |
Fid-dawl tal-fatt li s-suq tal-Komunità huwa wieħed mill-ikbar fid-dinja, id-daqs kbir tiegħu jagħmlu attraenti għal kwalunkwe produtur esportatur Tajlandiż tal-prodott konċernat. L-importanza potenzjali tas-suq tal-Komunità hija msaħħa iktar mill-fatt li l-Istati Uniti, li huwa suq maġġuri ieħor, għandu miżuri fis-seħħ kontra importazzjonijiet mit-Tajlanda. |
(134) |
Jekk dawn il-fatturi jittieħdu flimkien mal-livell attraenti tal-prezz fil-Komunità, fejn jeżistu rotot ta' distribuzzjoni żviluppati sewwa, huwa meqjus li, fin-nuqqas ta' miżuri, għandu jkun hemm inċentiv ekonomiku ċar għall-qabża ta' esportazzjonijiet lil hinn minn swieq terzi maġġuri bħalma huma l-Istati Uniti u lejn il-Komunità. |
(135) |
B'mod ġenerali, f'dawn iċ-ċirkustanzi huwa meqjus li kwalunkwe żieda fl-użu attwali tal-kapaċità aktarx tiġi diretta lejn esportazzjonijiet, u speċifikament lejn is-suq tal-Komunità. |
(136) |
Numru ta' fatturi jindikaw il-probabbiltà li l-prezzijiet Tajlandiżi ta' esportazzjoni lill-Komunità ikunu l-oġġett ta' dumping. |
(137) |
L-ewwel nett, esportazzjonijiet lil swieq maġġuri ta' pajjiżi terzi jidhru li saru bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping. Dan ġie kkonfermat mill-eżistenza tal-miżuri anti-dumping tal-Istati Uniti fil-firxa tal-15 % għall-esportazzjonijiet Tajlandiżi ta' tubi wweldjati. Dan jindika xejra aktar ġenerali ta' mġiba bbażata fuq dumping lejn swieq terżi kbar. Il-fatt li l-esportazzjonijiet Tajlandiżi lejn il-Komunità waqfu wara li l-miżuri ġew imposti jidher li jsaħħaħ l-idea li produtturi esportaturi Tajlandiżi ma kienx jirnexxilhom jew ma kinux lesti jbiegħu fil-livelli ta' prezz li mhux l-oġġett ta' dumping. |
(138) |
Barra minn dan, għal prodott meqjus, li b'mod ġenerali huwa pjuttost omoġenju, bejjiegħa potenzjali Tajlandiżi probabbilment jipprovdu prodotti fil-prezzijiet prevalenti ta' importazzjonijiet oħra fil-Komunità. Kif ġie konkluż fit-taqsimiet hawn fuq, il-prezzijiet tal-importazzjoni ta' pajjiżi esportaturi oħra huma ġeneralment baxxi. Fid-dawl tal-fatt li l-prezzijiet potenzjali tal-esportazzjoni ta' produtturi esportaturi Tajlandiżi probabbilment se jkollhom jirriflettu dawn il-prezzijiet baxxi u fid-dawl tal-fatt li l-istruttura tal-ispejjeż tal-prodott konċernat, li hija bbażata l-iktar fuq prezzijiet tal-kojl tal-azzar u ż-żingu li raw żidiet sinifikanti madwar id-dinja kollha, probabbilment il-prezzijiet tal-esportazzjoni jkunu l-oġġett ta' dumping. |
(139) |
Għalhekk ammont sinifikanti ta' esportazzjonijiet Tajlandiżi probabbilment jinbiegħ fil-Komunita fi prezzijiet li jkunu l-oġġett ta' dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
(140) |
Il-kwerelant iddikjara li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mit-Turkija probabbilment iwasslu għal ħsara serja ħafna lill-industrija Komunitarja, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Fil-kuntest ta' reviżjoni interim (ara hawn taħt) il-kwerelant ippreżenta li l-miżuri għandhom jiġu aġġustati 'l fuq minħabba l-livelli allegatament miżjuda ta' dumping u ħsara. |
(141) |
Id-dejta tal-istatistika wriet li l-importazzjonijiet mit-Turkija ammontaw għal 110 KT, li jirrappreżenta kważi 9 % tal-konsum tal-Komunità (kif definit fil-premessa (231)). Kien hemm diskrepanza bejn l-ammonti rrappurtati mill-Eurostat u dawk irrappurtati mill-kumpaniji (138 KT). Qed issir referenza għall-kummenti li saru taħt il-premessa (55). |
(142) |
Il-metodoloġija ġenerali użata biex tikkalkula d-dumping (stipulat fil-premessi (31) sa (46) hawn fuq) ġiet applikata għall-produtturi esportaturi kollha fit-Turkija. Hija differenti mill-metodoloġija applikata fl-investigazzjoni oriġinali, li ntużat eċċezzjonaliment għal xi esportaturi minħabba fluttwazzjonijiet sinifikanti tal-valuta matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali. Minħabba dawn il-fluttwazzjonijiet, tqies iktar xieraq li fl-investigazzjoni jsir paragun tal-valur normali medju ddifferenzjat ta' kull xahar u l-prezz tal-esportazzjoni medju ddifferenzjat ta' kull xahar. Madankollu, dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali ma kinux preżenti fl-investigazzjoni attwali u minflok intużat il-metodoloġija standard, kif deskritta fil-premessi (31) sa (46) hawn fuq. Għalhekk, fl-investigazzjoni attwali, il-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi fit-Turkija ġie stabbilit fuq il-bażi ta' paragun bejn medja bil-piż differenzjat tal-valur normali ma' medja bil-piż differenzjat tal-prezz tal-esportazzjoni. |
(143) |
Il-kumpaniji li ġejjin: Cayirova Boru Sanayi ve Ticaret AS, Istanbul, Yücel Boru ve Profil Endüstrisi AS, Istanbul, u Noksel Çelik Boru Sanayi AȘ, Ankara, li l-marġni ta' dumping individwali rispettiv tagħhom fl-investigazzjoni oriġinali kien żero, ġew oriġinarjament investigati fir-reviżjoni u magħżula bħala parti mill-kampjun. Madankollu, għalkemm l-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku jipprovdi li l-kumpaniji b'marġni żero jew de minimis fl-investigazzjoni oriġinali jistgħu jiġu inklużi f'reviżjoni, dan ma jobbligax lill-istituzzjonijiet Komunitarji li jinkludu dawn il-kumpaniji. Barra minn hekk, wara l-adozzjoni tar-Regolament bażiku, fil-każ ta' Mexico-Beef and Rice, il-korp tar-riżoluzzjoni tat-tilwim tad-WTO interpreta d-dispożizzjoni relevanti tal-ADA bħala li tipprojbixxi r-reviżjonijiet ta' kumpaniji bħal dawn. Għalhekk, l-istituzzjonijiet Komunitarji kkonkludew li jixraq li d-dejta miġbura matul ir-reviżjoni u li tikkonċerna dawn it-tliet kumpaniji, ma tintużax. Konsegwentement, dawn il-kumpaniji ġew esklużi mill-kampjun. Barra minn dan, f'dan ir-Regolament, qed jiġi preżunt li l-ebda waħda mill-kumpaniji ma hija bħalissa involuta f'dumping. |
(144) |
Intbagħtu formoli ta' teħid tal-kampjuni lil 15-il-produttur/esportatur potenzjali fit-Turkija u wieġbu tmienja minnhom. Tliet kumpaniji/gruppi, li jgħoddu għal 41 % tal-importazzjonijiet totali Torok fil-Komunità, intagħżlu għall-kampjun. |
(145) |
Kif imsemmi hawn fuq il-valur normali ġie jew kompost inkella stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet imħallsa jew li għandhom jitħallsu, fl-andament normali tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fit-Turkija. Uħud mill-aġġustamenti ddikjarati mill-produtturi esportaturi ġew irrifjutati jew emendati. |
(146) |
Wara l-iżvelar tas-sejbiet tal-Kummissjoni xi wħud mill-esportaturi saħqu li l-ispejjeż tal-kreditu għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tat-termini effettivi tal-ħlas maqbula bejn il-produtturi u l-konsumaturi tagħhom. Dawn id-dikjarazzjonijiet ġew aċċettati. |
(147) |
Ċerti kumpaniji kklejmjaw kwota għal rifużjonijiet tad-dajzi minħabba li d-debiti tal-importazzjoni ġew imposti fuq il-materja prima użata għall-prodott simili meta maħsub għall-konsum fit-Turkija iżda ingħataw rimbors meta l-prodott inbiegħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità. |
(148) |
F'każ minnhom, l-ammont mitlub instab li kien ogħla mill-ammont tad-dazju impost fuq materjali inkorporati fiżikament fil-prodott simili mibjugħ fis-suq domestiku. Ġie stabbilit li l-piż tad-dazju kien inqas minħabba li l-kumpanija/il-grupp tal-kumpaniji uża(w) fil-produzzjoni domestika tiegħu/tagħhom mhux biss kojls importati bid-dazju iżda wkoll kojls importati b'rata ta' dazju ta' 0 %, kif ukoll kojls mixtrija lokalment. Konsegwentament, l-aġġustamenti ġew aġġustati skont dan. |
(149) |
Kumpanija oħra li għaliha l-kwota kienet oriġinarjament miċħuda, ikklejmjat li din kellha tkun permessa billi l-prodotti tagħha mibjugħa fis-suq domestiku jġorru l-piż tad-dazju. Il-klejm ġiet parzjalment aċċettata. |
(150) |
F'dan il-kuntest, ġie ddikjarat mill-industrija Komunitarja li dan huwa sussidju kumpensatorju. Minkejja dan, għandu jiġi nnutat li l-proċediment attwali huwa investigazzjoni anti-dumping. Għalhekk, din l-allegazzjoni ma ġietx analizzata. |
(151) |
Wieħed mill-esportaturi Torok, għal dawk mill-bejgħ tiegħu li għalihom kellu jiġi kompost il-valur normali, iddikjaraw Spejjeż Ġenerali u Amministrattivi negattivi. Dan ġara minħabba l-fatt li l-gwadanji tagħhom bir-rati tal-kambju kienu sostanzjali u ogħla mill-ammont totali tal-Ispejjeż Ġenerali u Amministrattivi. F'dan il-każ dawk il-gwadanji finanzjarji ma tqisux. Tqiesu biss spejjeż finanzjarji relatati mas-self tal-kumpaniji. Għalhekk l-Ispejjeż Ġenerali u Amministrattivi ġew aġġustati skont dan. |
(152) |
Fil-każijiet kollha, il-prodott konċernat inbiegħ lil klijenti indipendenti fil-Komunità. Għalhekk, għall-esportaturi kollha, il-prezz tal-esportazzjoni kien ibbażat fuq il-prezzijiet li tħallsu jew li għandhom jitħallsu fil-Komunità, taħt l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
(153) |
Il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tqabblu mal-bażi tal-prezz ex–works. Sabiex ikun żgurat paragun ġust, saret konċessjoni xierqa fl-għamla ta' aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-kapaċità ta' paragun tal-prezzijiet taħt l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Skont dan, saru aġġustamenti għal rifużjonijiet, skontijiet, trasport, ġestjoni, spejjeż minn debiti, spejjeż bankarji u spejjeż ta' assikurazzjoni u kreditu, fejn xieraq u appoġġjati minn evidenza verifikata. |
(154) |
Il-marġni ta' dumping għal produtturi esportaturi fit-Turkija ġie stabbilit fuq il-bażi ta' paragun bejn valur normali medju bil-piż differenzjat u prezz għall-esportazzjoni medju bil-piż differenzjat taħt l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
(155) |
It-tqabbil tal-prezzijiet tal-esportazzjoni medji ddifferenzjati b'valur normali medju ddifferenzjat wera l-marġnijiet tad-dumping li ġejjin: — Erbosan Erciyas Boru Sanayii ve Ticaret AȘ, Kayseri (“Erbosan”) 0,5 %, — Borusan Mannesmann Boru Sanayi ve Ticaret AȘ, Istanbul (“Borusan”) -1,4 %, — Toscelik Profil ve Sac Endustrisi AS, Iskenderun (“Toscelik”) 0,9 %. |
(156) |
Żewġ kumpaniji ddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jikkooperaw iżda ma ġewx inklużi fil-kampjun. Billi l-marġnijiet tad-dumping iddeterminati għall-kumpaniji kollha fil-kampjun kienu de minimis u l-kooperazzjoni fl-investigazzjoni kienet għolja ħafna, il-marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu tqies li huwa wkoll de minimis. |
(157) |
Għalhekk, huwa konkluż li ma kienx hemm kontinwazzjoni tad-dumping fil-każ tat-Turkija. L-analiżi ulterjuri fil-qafas tal-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku għalhekk se jikkonċentra biss fuq il-probabbiltà tar-rikorrenza tad-dumping. |
(158) |
Is-suq tal-UE huwa mingħajr dubju suq attraenti ħafna għall-produtturi Torok. Dan minħabba numru ta' fatturi, li l-ewwel wieħed minnhom huwa d-daqs. Id-daqs jgħodd mhux biss għall-konsum kbir, iżda wkoll għall-fatt li l-biċċa l-kbira tal-esportazzjonijiet Torok lejn swieq oħra ta' pajjiżi terzi huma frammentati – jiġifieri kwantitajiet żgħar jintbagħtu lejn bosta destinazzjonijiet differenti. F'dak is-sens il-Komunità hija aktar attraenti bħala destinazzjoni unika b'kapaċità kbira ta' assorbiment. |
(159) |
Il-prossimità ġeografika hija fattur importanti ieħor, minħabba li l-ispejjeż tat-trasportazzjoni għal dawn il-prodotti huma kbar. |
(160) |
Il-Komunità hija wkoll suq tradizzjonali għall-esportaturi Torok li stabbilixxew tajjeb rotot ta' distribuzzjoni u firxa wiesgħa ta' klijenti. |
(161) |
Minkejja l-miżuri fis-seħħ, l-esportazzjonijiet mit-Turkija komplew matul il-PI. Madankollu, ma nstabx dumping għal ebda waħda mill-kumpaniji fil-kampjun. Wieħed għandu jinnota li l-kumpaniji fil-kampjun u l-kumpaniji mhux fil-kampjun li kooperaw fir-reviżjonijiet attwali kif ukoll dawk li l-marġni tagħhom fl-investigazzjoni oriġinali nstab li kien żero jew de minimis jkopru madwar 90 % tal-esportazzjonijiet Torok lill-Komunità. Is-suq għal dawn l-esportazzjonijiet Torok jidher li huwa stabbli u m'hemmx indikazzjoni li l-kumpaniji jibdlu l-istrateġiji ta' pprezzar tagħhom. Barra minn hekk, it-tliet kumpaniji fil-kampjun kif ukoll dawk it-tlieta li l-marġni tad-dumping tagħhom fl-investigazzjoni oriġinali nstab li kien żero jew de minimis, huma sinifikantement l-ikbar operatturi fis-suq u mexxejja tal-prezzijiet. Għalhekk, aktarx li kull kumpanija oħra tippreferi ssegwi l-prattiki tal-ipprezzar tagħhom. Jidher li aktarx mhux se jkun hemm rikorrenza tad-dumping għat-Turkija. Madankollu, f'ġieħ il-kompletezza, ġew eżaminati wkoll il-fatturi ta' hawn taħt. |
(162) |
L-investigazzjoni stabbiliet kapaċità żejda totali ta' madwar 143 000 tunnellati fil-PI għall-produtturi li kooperaw, inklużi l-kumpaniji fil-kampjun u mhux. Din il-kwantitià tikkorrispondi għal madwar 10 % tal-konsum totali tal-Komunità (kif definit fil-premessa 231) ta' tubi wweldjati. |
(163) |
L-ikbar suq ta' pajjiż terz għall-prodott konċernat (l-Istati Uniti tal-Amerika) għandu miżuri anti-dumping fis-seħħ għall-esportazzjonijiet Torok li jaslu sa 14,7 %. Dan jimplika li, jekk il-bqija jibqa' l-istess, l-Istati Uniti tal-Amerika aktarx ma tassorbix il-kwantitajiet addizzjonali sinifikanti ta' esportazzjoni mit-Turkija. Madankollu, il-fatt li l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi huma frammentati b'konsenji lil ħafna destinazzjonijiet differenti donnu jindika li l-esportaturi Torok jinsabu attivament fil-proċess tal-esplorazzjoni ta' swieq ġodda, u għalhekk, aktarx li s-swieq ta' pajjiżi terzi jistgħu jassorbu ftit mill-kapaċità. Barra minn hekk, jekk jitqies il-proporzjon effettiv tal-esportazzjonijiet Torok lejn il-Komunità u lejn pajjiżi terzi (70/30), jista' jiġi raġonevolment mistenni l-istess proporzjon jekk il-kapaċitajiet mhux utilizzati bħalissa jinbiegħu. Dan imbagħad jammonta għal importazzjoni addizzjonali fil-Komunità ta' madwar 100 000 tunnellata, li jikkorrispondi għal sehem addizzjonali mis-suq ta' 7 % fuq il-bażi taċ-ċifri tal-konsum fil-PI. Għandu jissemma, madankollu, li din tkun iż-żieda teoretika massima tal-bejgħ fuq il-preżunjzoni li l-kapaċità żejda tintuża b'rata ta' 100 %, li huwa rari f'industrija bħal din. |
(164) |
Id-differenzi fil-prezz bejn l-esportazzjonijiet Torok lejn il-Komunità u lejn pajjiżi terzi ma kinux sinifikanti u jiddependu mill-kumpanija konċernata. Wara analiżi oħra wara l-iżvelar, ġie stabbilit li l-prezzijiet tal-esportazzjoni tat-Turkija lejn pajjiżi terzi kienu ftit ogħla minn dawk lejn il-Komunità. Billi ma ġiex stabbilit dumping għat-Turkija fir-rigward tal-esportazzjonijiet tagħhom lejn il-Komunità, jista' jiġi preżunt li, ġeneralment, l-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi ma sarux bi prezzijiet oġġett ta' dumping. Ukoll, m'hemmx indikazzjonijiet oħra li l-esportaturi Torok jibdlu l-istrateġija tal-ipprezzar tagħhom. Xejn fiċ-ċirkostanzi tas-suq jew fis-sitwazzjoni tal-esportaturi b'mod ġenerali ma wera li aktarx jibdlu l-imġiba kumplessiva tagħhom fis-suq. |
(165) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, qed jiġi konkluż li l-dumping aktarx li ma jerġax iseħħ għal importazzjonijiet li joriġinaw mit-Turkija. |
(166) |
Il-kwerelant iddikjara li l-miżuri fis-seħħ ma pprevenewx l-issuktar tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u l-livell ta' miżuri ma kienx biżżejjed sabiex ipatti għad-dumping ta' ħsara mill-importazzjonijiet tal-prodott konċernat mit-Turkija. |
(167) |
Kif instab hawn fuq, l-importazzjonijiet mit-Turkija ma baqgħux isiru bi prezzijiet oġġett ta' dumping. Tabilħaqq, il-livelli kollha tad-dumping stabbiliti fl-investigazzjoni attwali jinsabu taħt il-limitu de minimis. Partikolarment, dan huwa minnu għat-tliet kumpaniji li oriġinarjament instabu li kienu qed jagħmlu dumping. |
(168) |
Is-suq Komunitarju, kif imsemmi, aktarx se jibqa' suq attraenti għall-esportaturi Torok fir-rigward tal-prezzijiet kif ukoll ir-relazzjonijiet kummerċjali li ilhom stabbiliti u dejjiema. Fl-istess ħin, il-produtturi Torok ibiegħu volumi sinifikanti fis-suq domestiku tagħhom. Dawn il-kwantitajiet jinbiegħu bi prezzijiet kompetittivi u relattivament baxxi, meta mqabbel ma' swieq oħra ewlenin, inkluż l-UE u l-Istati Uniti. Tabilħaqq, il-prezzijiet domestiċi, u sussegwentement il-valuri normali, kienu f'livelli li wrew li d-dumping tal-esportazzjonijiet lill-Komunità kien sparixxa għal kollox. |
(169) |
L-investigazzjoni ma sabitx ċirkostanzi oħra li jistgħu jissuġġerixxu li l-prezz u d-dumping aktarx jinbidlu jekk il-miżuri jiskadu. Għall-kumpaniji li kienu soġġetti għal dazji żero mindu saret l-investigazzjoni oriġinali, il-kunsiderazzjonijet ibbażati fuq ir-rapport Mexico Beef and Rice, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (143) jkomplu japplikaw. Fir-rigward tal-kumpaniji l-oħra, l-investigazzjoni preżenti tabilħaqq uriet li ċ-ċirkostanzi nbidlu, billi ma nstabux li qed jagħmlu d-dumping. Barra minn hekk, ebda raġuni valida ma nstabet li tista' tindika li dawn iċ-ċirkostanzi mibdula ma kinux ta' natura permanenti. Barra minn hekk, il-kumpaniji investigati kollha esportaw lejn pajjiżi terzi fl-2006 u l-PI bi prezzijiet ogħla mill-prezzijiet ta' esportazzjoni lejn il-Komunità. Fl-istess perjodi, l-esportazzjonijiet lill-Komunità saru bi prezzijiet ogħla mill-prezzijiet tal-bejgħ domestiċi. Dan jindika biċ-ċar li ċ-ċirkostanzi mibdula (m'hemmx dumping tal-esportazzjonijiet) huma ta' natura permanenti. |
(170) |
Għalhekk, jista' jiġi konkluż li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità aktarx ma jsirux bi prezzijiet oġġett ta' dumping. Ukoll, iċ-ċirkostanzi mibdula fir-rigward tal-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri n-nuqqas ta' dumping, jistgħu jitqiesu raġonevolment li huma ta' natura permanenti. |
(171) |
Fid-dawl ta' dak li ntqal qabel, il-proċediment li jikkonċerna l-importazzjonijiet mit-Turkija għandu jiġi tterminat. |
(172) |
L-Interpipe Group allega li tqabbil ta' valur normali bbażat fuq l-ispejjeż/prezzijiet domestiċi tiegħu u l-prezzijiet ta' esportazzjoni tiegħu lejn suq ta' pajjiż terz li jista' jitqabbel mal-UE, għandu jwassal għal tnaqqis sinifikanti tad-dumping taħt il-livell attwali tal-miżuri. Għalhekk, qed jiġi allegat li l-issuktar tal-impożizzjoni tal-miżura fil-livell attwali tagħha ma kienx aktar meħtieġ biex jagħmel tajjeb għad-dumping. |
(173) |
Matul l-andament tal-investigazzjoni, il-kumpanija ġiet innotifikata dwar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Dan għaliex il-kumpanija ma tatx dejta tal-ispiża tal-produzzjoni fil-format obbligat tat-tip tal-prodott (product control number – “PCN”). Il-kumpanija ppreżentat biss id-dejta tal-ispiża tal-produzzjoni bħala medja tat-tipi kollha ta' prodotti manifatturati fi stabbiliment speċifiku. |
(174) |
Investigazzjoni tal-fatti wriet li d-dejta tal-ispiża tal-produzzjoni ppreżentata ma setgħetx tiġi aċċettata mill-Kummissjoni minħabba li ma kenitx tippermetti paragun xieraq mal-prezzijiet ta' bejgħ tas-suq domestiku skont it-tip tal-prodott. |
(175) |
Il-kumpanija ġiet innotifikata bir-raġunijiet li minħabba fihom dan kien meħtieġ f'perjodu raġunevoli ta' żmien kif obbligat mill-Artikolu 18(4) tar-Regolament bażiku. Il-kummenti waslu, ġew analizzati u ntbagħtu t-tweġibiet għalihom fid-dettall. L-ebda spjegazzjoni mogħtija mill-kumpanija ma tqieset bħala sodisfaċenti sabiex tippermetti l-Kummissjoni li tevita l-applikazzjoni tal-aqwa fatti disponibbli għall-qasam imsemmi hawn taħt. |
(176) |
Wara l-iżvelar, il-kwerelant iddikjara li l-każ għandu jiġi tterminat billi l-kooperazzjoni tal-uniku produttur Ukrain kienet tant ħażina li l-Kummissjoni kellha tuża l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex taġġusta l-ispiża tal-manifattura. Madankollu, wieħed għandu jinnota li l-Artikolu 18 ġie applikat sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tikkompleta l-informazzjoni mibgħuta mill-produttur Ukrain li koopera bl-użu tal-aħjar informazzjoni disponibbli. Il-klejm kienet għalhekk miċħuda. |
(177) |
Il-Kummissjoni investigat jekk il-bejgħ domestiku jistax jitqies li sar fl-andament normali tal-kummerċ taħt l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, ġiet investigata l-ispiża tal-produzzjoni tal-prodott magħmul u mibjugħ mill-produtturi esportaturi li kkooperaw fis-suq domestiku. |
(178) |
OJSC Interpipe Novomoskovsk Pipe Production Plant (NMPP), li tipproduċi l-prodott konċernat, naqset milli tagħti rendikont tal-ispiża tal-produzzjoni bil-PCN. Dan il-produttur esportatur biss ipprovda l-ispiża medja tal-produzzjoni tal-PCNs kollha prodotti f'kull wieħed miż-żewġ stabbilimenti tiegħu. L-evidenza tal-istruttura tal-ispejjeż tal-PCNs minn produtturi differenti f'pajjiżi oħra konċernati mill-investigazzjoni inkluża l-Komunità, wriet li hemm varjazzjoni kbira fl-ispiża tal-produzzjoni għal kull PCN. |
(179) |
OJSC Interpipe Nizhnedneprovsk (NTRP) tube rolling plant li hija relatata ma' NMPP, ippreżentat ir-rendikont tal-ispiża tal-produzzjoni għal kull PCN. |
(180) |
Kif spjegat fil-premessa (173) il-Kummissjoni applikat l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku għal NMPP biex tikseb l-ispiża tal-produzzjoni permezz tal-PCN. Tqieset l-alternattiva li tintuża d-dejta disponibbli mill-investigazzjoni oriġinali iżda minħabba li l-Ukraina minn dak iż-żmien 'il hawn ingħatat status tal-ekonomija tas-suq, din it-tip ta' dejta ma tqisitx l-aqwa dejta disponibbli. Barra minn dan, il-Kummissjoni qieset li l-kwalità tal-informazzjoni rrappurtata mill-industrija Komunitarja kienet b'tali mod li tippermetti li l-konklużjonijiet isiru fuq l-ispiża tal-produzzjoni (CoP – Cost of Production) għal kull Numru ta' Kontroll tal-Prodott (PCN – Product Control Number). Għalhekk, l-informazzjoni mressqa mill-industrija li kkooperat tal-Komunità tqieset bħala l-iktar attendibbli u l-aqwa informazzjoni disponibbli li minnha setgħet tinħadem l-ispiża tal-produzzjoni għal kull PCN. F'dan ir-rigward, is-sejbiet tal-investigazzjoni wrew li l-varjazzjonijiet bejn l-irħas PCN tal-Komunità u l-PCNs l-oħra kollha setgħu jiġu kkalkolati. Il-varjazzjoni mbagħad ġiet applikata għall-ispiża medja ta' produzzjoni minn NMPP. Fejn kien instab qbil bejn il-PCN prodott mill-industrija Komunitarja u l-istess PCN prodott minn NTRP, intużat l-ispiża ta' NTRP. |
(181) |
L-istess parti fissret dubju dwar il-fatt li l-Kummissjoni użat dejta mill-PI biex tibni l-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fil-PII. Xi wħud mill-klejms marbuta ma' dan ġew aċċettati. Il-Kummissjoni qieset li l-medja ddifferenzjata tal-prezzijiet tal-esportazzjoni CIF lill-Komunità matul is-sitt xhur komuni taż-żewġ proċedimenti. Barra minn hekk, biex isir paragun ġust fl-istess perjodu ta' żmien, bjen il-valuri normali medji ddifferenzjati ta' kull tip tal-prodott konċernat esportat lejn il-Komunità meta mqabbel mal-prezz tal-esportazzjoni medju ddifferenzjat ta' kull tip korrispondenti tal-prodott konċernat, l-ispiża tal-produzzjoni tal-produtturi li kooperaw ġiet aġġustata. L-aġġustament sar biex jirrifletti l-ispiża tal-manifattura għall-istess sitt xhur li tqiesu għall-kalkolu tal-prezzijiet tal-esportazzjoni CIF lejn il-Komunità. L-uniku esportatur Ukrain li koopera argumenta li l-Kummissjoni għandha tuża l-ispiża unitarja ta' manifattura mill-kumpanija relatata OJSC Interpipe Nizhnedneprovsk (NTRP) tube rolling plant, billi l-PCNs huma kważi identiċi għal dawk manifatturati mill-OJSC Interpipe Novomoskovsk Pipe Production Plant (NMPP). Kif spjegat fil-premessa (175), il-Kummissjoni madankollu għandha evidenza ta' varjazzjonijiet ikbar fl-ispiża tal-produzzjoni għal kull PCN. Din il-klejm għalhekk ġiet miċħuda. |
(182) |
Fir-rigward tal-esportazzjoni lejn il-Komunità, il-grupp esporta volum negliġibbli tal-prodott konċernat lejn il-Komunità matul il-PI. Dawn it-tranżazzjonijiet, waħidhom, ma setgħux jitqiesu bħala rappreżentattivi sabiex jistabbilixxu jekk seħħitx xi bidla ta' natura dejjiema fl-imġiba. |
(183) |
Interpipe Group issuġġerixxa li jintużaw l-esportazzjonijiet lil pajjiżi terzi sabiex jiġi stabbilit il-livell ta' prezzijiet li fihom għandhom iseħħu l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità. B'mod partikolari, l-esportatur iddikjara li għandhom jintużaw l-esportazzjonijiet lir-Russja f'dan ir-rigward. Il-kumpanija tat evidenza tal-esportazzjonijiet tagħha lil swieq ta' pajjiżi terzi, u lis-suq Ewropew. |
(184) |
L-ewwel ġie determinat jekk il-volumi tal-esportazzjoni tal-prodott konċernat lil pajjiżi terzi proposti mill-Interpipe Group kinux sinifikanti biżżejjed mil-lat ta' bejgħ globali. F'dan ir-rigward ġie konkluż li l-bejgħ lir-Russja kien jirrappreżenta aktar min-nofs l-esportazzjonijiet totali tal-grupp u kien fil-prinċipju xieraq biex iwassal għal konklużjonijiet, jekk is-suq Russu jkun simili biżżejjed għal dak tal-Komunità. |
(185) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni li kellha l-Kummissjoni, ġie investigat jekk ir-Russja kellhiex kondizzjonijiet u struttura simili tas-suq għal dawk li jeżistu fil-Komunità, sabiex jiġi vverifikat jekk l-esportazzjonijiet lir-Russja humiex alternattiva attendibbli ta' prezzijiet probabbli ta' esportazzjoni lill-Komunità għall-finijiet ta' twaqqif ta' livell ġdid tal-miżura. |
(186) |
Min-naħa l-waħda, id-daqs tas-suq Russu għall-prodott konċernat, bħal dak tal-Komunità, jidher li huwa sinifikanti u t-tipi tal-prodott mibjugħa fiż-żewġ żoni huma ġeneralment simili. |
(187) |
Min-naħa l-oħra, ġew żvelati differenzi prominenti bejn iż-żewġ swieq. Ibda biex, jeżistu dazji sinifikanti ta' importazzjoni fir-Russja, b'kuntrast man-nuqqas ta' dazji bħal dawn fil-Komunità ( 9 ). Dan huwa rifless fl-ishma tal-importazzjoni li huma ħafna iktar baxxi milli fil-Komunità. Barra dan, is-settur tal-produzzjoni fir-Russja jidher li huwa ħafna aktar ikkonċentrat, bi ftit produtturi kbar li jgħoddu għall-biċċa l-kbira tal-attività – filwaqt li fil-Komunità, l-attività hija mifruxa fuq numru ikbar ta' produtturi. Minbarra dan, ir-rotot ta' distribuzzjoni jidhru li jinvolvu inqas operaturi bl-ingrossa milli fil-Komunità. Barra minn hekk, il-fatt li jeżisti dumping sinifikanti Russu fil-Komunità, jindika differenzi fil-kompożizzjoni tal-prezz u d-distorsjonijiet fis-suq domestiku Russu li mingħajr prassi bħal din ma jistgħux jeżistu. |
(188) |
Barra minn dan, l-eżistenza tad-dumping tindika li l-livelli domestiċi tal-prezzijiet fir-Russja huma ogħla mill-prezzijiet li fihom l-esportaturi probabbli jesportawhom lejn il-Komunità. Dan minħabba li l-prezzijiet prevalenti għal importaturi li għandhom preżenza qawwija fil-Komunità probabbli huma fl-istess livell bħal dawk tal-prezzijiet Russi ta' esportazzjoni u minħabba n-natura omoġena tal-prodott konċernat, li jimplika li esportaturi li jixtiequ jagħmlu progress fil-Komunità aktarx jeħtiġilhom jikkonformaw mal-livell ta' prezzijiet tal-irħas offerenti. |
(189) |
Il-punti li għadhom kemm issemmew jindikaw diskrepanzi li għandhom jaffettwaw il-kompożizzjoni tal-prezz u għalhekk il-livelli, u b'hekk jimplikaw li l-prezzijiet Russi ma jistgħux jintużaw għall-finijiet tat-twaqqif ta' livell ġdid tal-miżuri. |
(190) |
Il-Kummissjoni ulterjorment investigat jekk il-prezzijiet tal-esportazzjoni lil pajjiżi terzi ħlief ir-Russja setgħux jintużaw għal dan il-għan. L-ewwel ġie investigat jekk it-tieni l-ikbar suq mil-lat ta' esportazzjonijiet setax jittieħed bħala pajjiż ta' referenza. Minkejja dan, din l-alternattiva twarrbet, minħabba li l-Belarus mhijiex pajjiż b'ekonomija tas-suq. Bejgħ lil pajjiżi oħra ġie analizzat ukoll iżda l-volumi tagħhom ta' esportazzjoni kienu żgħar wisq biex jitqiesu bħala rappreżentattivi. |
(191) |
F'dawn iċ-ċirkostanzi, l-użu ta' prezzijiet ta' esportazzjoni mill-Ukraina lir-Russja (u lil pajjiżi terzi oħra fejn l-applikant esporta matul il-PI) ma jistax jitqies bħala rappreżentattiv tal-imġiba probabbli tal-prezz tal-esportazzjoni lill-Komunità u għalhekk twarrab. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, minflok tqies meħtieġ li jiġi applikat l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku għall-Interpipe Group. F'dan ir-rigward, tqies jekk il-medja bil-piż differenzjat tal-prezzijiet tal-esportazzjoni CIF lill-Komunità matul il-PI mill-produtturi kollha ta' esportazzjoni tal-Komunità fil-pajjiżi kollha konċernati mill-investigazzjoni, setgħetx tiġi kumulata fuq bażi ta' PCN u użata bħala referenza biex tistabbilixxi prezz tal-esportazzjoni għall-produttur esportatur Ukrain. |
(192) |
Dan il-metodu nstab li kien xieraq minħabba li huwa raġunevoli li wieħed jissoponi li jekk l-esportazzjonijiet mill-Ukraina jidħlu fis-suq tal-Komunità, huma ma jiddevjawx fi grad sinifikanti mix-xejra tal-prezz tal-kompetituri diretti tagħhom, jiġifieri l-esportaturi l-oħra lill-Komunità. |
(193) |
Kif spjegat fil-premessa (181), fl-istabbiliment tal-prezz tal-esportazzjoni, il-Kummissjoni użat biss id-dejta mis-sitt xhur tal-PI u tal-IIP. |
(194) |
Għalhekk intużaw il-prezzijiet identiċi ta' esportazzjoni tal-unità tal-PCN biex jistabbilixxu l-prezz tal-esportazzjoni tal-Interpipe group. |
(195) |
Wara l-iżvelar, l-uniku produttur esportatur Ukrain saħaq li fid-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni, ma għandu jsir ebda tnaqqis għall-ispejjeż tal-bejgħ, dawk amministrattivi u ġenerali u għall-profitt tal-kumpanija relatata, billi l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku mhuwiex applikabbli fil-każ preżenti. Ġie argumentat li l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku japplika biss għal importaturi relatati li jinsabu fil-Komunità billi kliemu jagħmel distinzjoni ċara bejn 'importazzjoni u bejgħ mill-ġdid'. Ġie argumentat ukoll li l-kumpanija relatata taġixxi bħala dipartiment tal-esportazzjoni. |
(196) |
Wieħed għandu jinnota li, għal bejgħ tal-prodott konċernat lill-Komunità, l-uniku produttur esportatur Ukrain ikkonsenja l-prodott konċernat direttament lill-Komunità, iffattura l-kumpanija relatata tiegħu fl-Iżvizzera għal kull konsenja u rċieva ħlas skont dan. Għalhekk, il-produttur esportatur iwettaq il-funzjonijiet kollha ta' esportatur. Il-kumpanija relatata fl-Iżvizzera nnegozjat il-kuntratti tal-bejgħ u ffatturat l-ewwel bejjiegħ indipendenti fil-Komunità. Il-kumpanija relatata organizzat ukoll it-twassil tal-prodotti mibjugħa. |
(197) |
Fir-rigward tal-kummenti tal-iżvelar li għamlet il-kumpanija Ukraina, qed jingħad li l-prezzijiet tal-esportazzjoni jistgħu jinbnew taħt l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku meta ma jkunx hemm prezz tal-esportazzjoni (l-ewwel għażla taħt l-Artikolu 2(9)). Għal darb'oħra taħt l-Artikolu 2(9), il-prezzijiet tal-esportazzjoni jistgħu jinbnew fuq kull bażi raġonevoli. Din il-bażi raġonevoli tikkunsidra wkoll tnaqqis tal-ispejjeż ġenerali, amministrattivi u tal-bejgħ kumpanija relata u profitt raġonevoli. Anki jekk jitqies li dawn l-elementi jiġu riflessi aħjar bħala “kummissjonijiet”-żidiet taħt l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku, quod non, il-marġni tad-dumping li jirriżulta jkun l-istess. Billi l-profitt tal-kumpanija relatata kien affettwat mill-fatt li xtrat f'kundizzjonijiet interkorporattivi, profitt raġonevoli ġie determinat fuq il-bażi tad-dejta miġbura minn importaturi/kummerċjanti indipendenti li kkooperaw fl-investigazzjoni. |
(198) |
Wara l-iżvelar, l-industrija Komunitara saħqet li r-Regolament Bażiku u l-liġi tad-WTO ma tippermettix il-kalkolu tal-marġni tad-dumping meta ma jsirux esportazzjonijiet lejn il-Komunità. Għal dawn ir-raġunijiet li ssemmew fil-premessi preċedenti, qed jerġa' jingħad li l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku jsemmi espliċitament li meta ma jkunx hemm prezz tal-esportazzjoni, dan il-prezz jista' jinbena fuq kwalunkwe bażi raġonevoli. Konsegwentement, il-klejm ġiet miċħuda. |
(199) |
Il-paragun bejn il-valur normali kkalkulat kif deskritt hawn fuq u l-prezz tal-esportazzjoni wkoll ikkalkulat kif deskritt hawn fuq, wera l-eżistenza ta' dumping. Il-marġni tad-dumping għall-grupp mill-Ukraina espress bħala perċentwali tal-prezz ta' importazzjoni CIF fil-fruntiera Komunitarja, bid-dazju mhux imħallas, huwa kif ġej: Interpipe Group (OJSC Interpipe Novomoskovsk Pipe Production Plant u OJSC Interpipe Nizhnedneprovsk tube rolling plant): 10,7 %. |
(200) |
Bħala konklużjoni, id-dumping mill-Interpipe Group instab li kien jeżisti fil-livell deskritt fil-premessa (199). Fir-rigward tal-produtturi l-oħra kollha fl-Ukraina, il-marġni residwi applikabbli tad-dumping mhux se jinbidlu. |
(201) |
Il-volumi esportati mill-pajjiż konċernat lill-UE naqsu drastikament minn 29 KT fl-2002 għal 17,2 KT fl-2005 għal kważi xejn fil-PI. |
(202) |
Żewġ produtturi biss mill-Ukraina jappartjenu għall-istess grupp (l-Interpipe Group) li ppreżentaw lilhom infushom u bagħtu tweġiba għal kwestjonarju, OJSC Interpipe Novomoskovsk Pipe Production Plant kif ukoll OJSC Interpipe Nizhnedneprovsk Tube Rolling Plant. |
(203) |
Ġie stabbilit li kien hemm mill-inqas 7 produtturi joperaw fl-Ukraina. Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, l-Interpipe Group jgħodd għal madwar 26 % tal-produzzjoni tal-Ukraina. F'dawn il-kondizzjonijiet, huwa meqjus li l-livell ta' kooperazzjoni kien baxx ħafna. |
(204) |
L-uniku grupp produttur Ukrain li koopera kellu esportazzjonijiet negliġibbli lejn il-Komunità matul il-PI. Il-livell baxx ħafna ta' esportazzjonijiet Ukraini tal-prodott konċernat lejn il-Komunità ma kienx rappreżentattiv u għalhekk ma jipprovdix bażi affidabbli u sinifikanti għall-istabbiliment ta' jekk hemmx kontinwazzjoni tad-dumping. Għalhekk, tqies xieraq li l-analiżi f'dan il-każ tiġi bbażata fuq il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping f'każ li jintemmu l-miżuri. |
(205) |
Kif deskritt fil-qosor fil-premessa (203), l-investigazzjoni wriet li kien hemm mill-inqas 7 produtturi tal-prodott konċernat fl-Ukraina matul il-PI u grupp wieħed biss ikkoopera fl-investigazzjoni. |
(206) |
Ġie investigat sa liema punt setgħet tintuża d-dejta minn grupp wieħed mill-Ukraina li kkoopera għall-fini ta' analiżi tas-sitwazzjoni globali għall-iżvilupp probabbli ta' esportazzjonijiet mill-Ukraina kif ukoll, iktar speċifikament, li sservi bħala standard mil-lat ta' indikaturi ta' prezzijiet domestiċi u dawk ta' esportazzjoni, spejjeż, kapaċitajiet ta' produzzjoni u użu tal-kapaċitajiet. |
(207) |
L-informazzjoni marbuta mal-ħażniet, il-livell u l-kapaċità tal-produzzjoni li ngħataw mill-kumpanija intużaw flimkien mad-dejta mill-kwerelant sabiex jiġu stabbiliti l-volum u l-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi mill-Ukraina. |
(208) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, tqiesu l-konsiderazzjonijiet li ġejjin waqt il-valutazzjoni tal-impatt probabbli kieku dawn il-miżuri kellhom jiġu rrevokati. |
(209) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, ġie stabbilit li l-kapaċità tal-produzzjoni tal-prodott konċernat fl-Ukraina taqbeż l-400 KT għal kull sena. |
(210) |
Fin-nuqqas ta' evidenza li turi li din il-kapaċità tista' tiġi assorbita mill-bejgħ domestiku miżjud, bejgħ lil pajjiżi terzi oħra jew il-produzzjoni tal-prodotti ħlief il-prodott konċernat, qed jiġi konkluż li jekk jiskadu l-miżuri, kapaċitajiet awżiljari sinifikanti probabbli jiġu diretti lejn il-Komunità, speċjalment minħabba l-attraenza tal-Komuita bħala suq ta' esportazzjoni. Dan huwa kkonfermat ukoll mill-kapaċità awżiljari sinifikanti li hemm fl-Interpipe Group. |
(211) |
Fid-dawl tal-fatt li s-suq tal-Komunità huwa wieħed mill-ikbar fid-dinja, id-daqs assolut tiegħu jagħmlu attraenti għal kwalunkwe produtur esportatur mill-Ukraina tal-prodott konċernat. |
(212) |
Qed jitfakkar li l-Interpipe Group iforni kojls mill-Ukraina lill-kumpanija ta' manifattura Mogilev fil-Belarus, li tittrasforma l-prodott fuq sistema ta' manifattura ta' xiri fiss fil-prodott konċernat, li mbagħad jinbiegħ mis-sussidjarju Żvizzeru ta' Interpipe lill-Komunità. Matul il-proċess, Interpipe jippreserva s-sjieda tal-prodott. Kif imsemmi hawn fuq, dawn l-esportazzjonijiet instabu li kienu l-oġġett ta' dumping. Speċjalment minħabba li huwa propost li jiġu imposti miżuri fuq il-Belarus, ma jistax jiġi eskluż li ċerti esportazzjonijiet li saru mill-grupp mill-Belarus jistgħu jinkisbu minflok mill-Ukraina. |
(213) |
Jekk dawn il-fatturi jittieħdu flimkien mal-livell attraenti ta' prezz fil-Komunità, fejn jeżistu rotot ta' distribuzzjoni żviluppati sewwa, huwa meqjus li, fin-nuqqas ta' miżuri, għandu jkun hemm inċentiv ekonomiku ċar għall-ċaqliq tal-esportazzjonijiet lil hinn minn swieq terzi bħalma huma r-Russja u l-Belarus u lejn il-Komunità. |
(214) |
B'mod ġenerali, f'dawn iċ-ċirkustanzi, huwa meqjus li kwalunkwe żieda fl-użu attwali tal-kapaċità probabbli tiġi diretta lejn l-esportazzjonijiet, u speċifikament għas-suq tal-Komunità. |
(215) |
Fil-kuntest ta' kooperazzjoni baxxa u tal-informazzjoni msemmija hawn fuq, huwa meqjus li l-allegazzjonijiet li saru fil-kwerela fir-rigward tal-probabbiltà tar-rikorrenza ta' dumping għandhom jiġu kkonfermati. Dan huwa sostnut ukoll minn fatturi addizzjonali. |
(216) |
Il-prezzijiet tal-esportazzjoni lil pajjiżi terzi oħra huma fl-istess livell bħal dak tal-prezzijiet prevalenti ta' importazzjoni fil-Komunità. Dan għandu jimplika li huwa probabbli li l-prezzijiet tal-esportazzjoni lil pajjiżi terzi oħra bħal dawn huma wkoll l-oġġett ta' dumping, li jindika xejra aktar ġenerali tal-imġiba bbażata fuq dumping. |
(217) |
Barra mill-prodott meqjus, li b'mod ġenerali huwa pjuttost omoġenju, bejjiegħa potenzjali tal-Ukraina probabbilment jipprovdu prodotti fil-prezzijiet prevalenti ta' importazzjonijiet oħra fil-Komunità. Kif ġie konkluż fit-taqsimiet hawn fuq, il-prezzijiet tal-importazzjoni ta' pajjiżi esportaturi oħra huma ġeneralment baxxi. Fid-dawl li l-prezzijiet potenzjali ta' esportazzjoni ta' produtturi esportaturi tal-Ukraina probabbilment se jkollhom jirriflettu dawn il-prezzijiet baxxi, u fid-dawl li l-istruttura tal-ispejjeż tal-prodott konċernat, li huwa bbażat ħafna fuq prezzijiet tal-kojls tal-azzar u ż-żingu li raw żidiet sinifikanti madwar id-dinja kollha, probabbilment il-prezzijiet tal-esportazzjoni jkunu l-oġġett ta' dumping f'madwar 10,7 % kif konkluż fil-premessa (199). |
(218) |
Għalhekk ammont sinifikanti ta' esportazzjonijiet mill-Ukraina probabbilment jinbiegħ fil-Komunita bi prezzijiet li jkunu l-oġġett ta' dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
(219) |
Fi ħdan il-Komunità, instab li l-prodott simili ġie mmanifatturat minn 17-il kumpanija li kkooperaw mal-investigazzjoni u appoġġaw il-kwerela u żewġ produtturi tal-Komunità li ma kkooperawx mal-investigazzjoni. Ma kien hemm l-ebda produttur tal-Komunità li ppreżenta lilu nnifsu u oppona l-investigazzjoni. |
(220) |
Fin-nuqqas tal-kooperazzjoni ta' żewġ produtturi fil-Komunità, il-produzzjoni tal-Komunità ġiet stabbilita fuq informazzjoni li tressqet fil-kwerela u l-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni mill-produtturi li kkooperaw. |
(221) |
Is-17-il-produttur tal-Komunità li kkooperaw kienu jagħmlu 95 % tal-produzzjoni totali fil-Komunità tal-prodott konċernat. Dawn tqiesu li jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Bażiku. |
(222) |
Il-produtturi tal-Komunità li ttieħdu bħala kampjun fl-investigazzjoni kienu jgħoddu għal madwar 67 % tal-produzzjoni tal-prodott simili tal-industrija Komunitarja matul il-perjodu tal-investigazzjoni. |
(223) |
Il-konsum tal-prodott konċernat fis-suq tal-Komunità ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volumi tal-bejgħ fis-suq tal-Komunità tal-produtturi kollha fil-Komunità flimkien mal-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati kif ukoll pajjiżi terzi. |
(224) |
Fir-rigward tal-produtturi tal-Komunità, il-volumi tal-bejgħ ġew aċċertati billi ntużat l-informazzjoni mit-tweġibiet tal-industrija Komunitarja flimkien mal-informazzjoni disponibbli fil-kwerela għall-bejgħ fil-Komunità taż-żewġ produtturi li ma kkooperawx. |
(225) |
F'dak li jirrigwarda l-volumi ta' importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati u pajjiżi terzi, ġew investigati s-sorsi ta' informazzjoni li ġejjin: — Dejta sħiħa tal-kodiċi tan-NM mill-Eurostat. — Informazzjoni oħra tal-istatistika ta' natura kunfidenzjali disponibbli għall-Kummissjoni. — Informazzjoni dwar importazzjoni disponibbli minn partijiet interessati. |
(226) |
Barra minn hekk, skont il-kwerelant, ma għandu jsir l-ebda tnaqqis lid-dejta tal-Kodiċi NM, biex ikopri l-prodotti li ma kinux il-prodott konċernat minħabba li ma kienx hemm kwantitajiet sinifikanti ta' prodotti oħra importati li jaqgħu taħt dawn il-kodiċi NM. |
(227) |
Fuq il-bażi ta' dan ġie konkluż li, għall-finijiet tal-istipular tal-volum u tax-xejriet tal-prezz għall-perjodu meqjus sħiħ, il-Kodiċi NM kollha kienu l-iktar sors xieraq. |
(228) |
Il-kummenti li ġejjin huma konvenjenti f'dan il-kuntest. Għall-Belarus, fin-nuqqas ta' informazzjoni oħra fir-rigward tal-prezzijiet u l-kopertura tal-perjodu meqjus sħiħ, u wara l-analiżi tal-livelli tal-prezz li joħorġu mill-Eurostat u dawk mill-operatur Ġermaniż imsemmi hawn fuq, huwa meqjus li l-istatistika tal-Eursotat hija l-iktar sors preċiż għax-xejriet fil-prezzijiet. |
(229) |
Għaċ-Ċina, l-investigazzjoni stabbiliet li l-importazzjonijiet lejn is-suq tal-UE mill-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu ogħla mill-istatistiċi tal-importazzjoni fit-tabella 2 (hawn taħt). Billi l-livelli tal-prezz kienu simili bejn iż-żewġ ġabriet ta' dejta, u sabiex ikun żgurat li ċ-ċifri ma jiġux eżaġerati, ġie deċiż li tintuża l-istatistika uffiċjali, speċjalment minħabba li dan l-approċċ ma kellux impatt materjali fuq l-analiżi tal-ħsara u l-kawża, meta mqabbel mad-dejta miksuba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw. |
(230) |
Jekk wieħed iqis li l-importazzjonijiet Torok mill-esportaturi li kkooperaw kienu ogħla milli muri mid-dejta tal-Eurostat, japplika raġunament simili għat-Turkija. Għal darb'oħra, dan l-approċċ ma għandux impatt materjali fuq l-analiżi tal-ħsara u l-kawża, meta mqabbel mal-użu tad-dejta miksuba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw. |
(231) |
Il-konsum stabbilit kif deskritt hawn fuq (“konsum tal-Komunità”) żdied b'9 % matul il-perjodu meqjus, jiġifieri minn 1 234 KT fl-2004 għal 1 342 matul il-PI. Iktar speċifikament, il-konsum tal-Komunità wera tnaqqis ta' 12 % fl-2005 qabel ma reġa' żdied fl-2006 u matul il-PI. It-tnaqqis fil-konsum għas-sena 2005 jista' jiġi attribwit għat-tnaqqis tal-istokk (u għalhekk, xiri inqas) mill-operaturi fl-2005 wara li kien żdied ix-xiri fl-2004.
Tabella 1
|
(232) |
Għall-pajjiżi tal-investigazzjoni anti-dumping, jiġifieri l-Belarus, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u r-Russja, ġie eżaminat jekk il-kundizjonijiet kinux tali li jippermettu analiżi tal-importazzjonijiet kollha li għandhom jiġu kumulati. B'dumping taħt id-de minimis, l-esportazzjonijiet mill-Bożnja Ħerzegovina minflok tqiesu taħt esportazzjonijiet oħra fit-Taqsima 3.4 kif ukoll f'kawżi oħra fit-Taqsima 4. L-importazzjonijiet mill-pajjiżi tar-reviżjoni tal-iskadenza u mit-Turkija (fil-kuntest tar-reviżjoni interim tat-Turkija) ġew analizzati separatament. F'dan il-kuntest qed jiġi mfakkar li l-livelli tad-dumping għat-Turkija kienu taħt il-livell de minimis u li l-volumi tal-importazzjonijiet fir-rigward tat-Tajlandja u l-Ukraina flimkien u separatament kienu wkoll de minimis. Madankollu, għall-aħħar żewġ pajjiżi, il-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dumping dannuż instabet, kif stipulat fit-Taqsima F hawn taħt. |
(233) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet bid-dumping tal-prodott konċernat li joriġinaw fil-Belarus, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u r-Russja, għandhomx jiġu evalwati kumulativament taħt l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. |
(234) |
L-Artikolu jipprevedi li l-effetti tal-importazzjonijiet minn żewġ pajjiżi jew aktar simultanjament soġġetti għall-istess investigazzjoni għandhom jiġu vvalutati b'mod kumulattiv meta (i) il-marġni tad-dumping stabbilit fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' kull pajjiż huwa aktar minn de minimis kif definit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku; (ii) il-volum tal-importazzjonijiet ta' kull pajjiż mhuwiex negliġibbli; u (iii) il-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni bejn il-prodotti importati u l-kondizzjoni ta' kompetizzjoni bejn il-prodotti importati u l-prodotti simili fil-Komunità jagħmlu valutazzjoni bħal din xierqa. |
(235) |
L-importazzjonijiet kollha mir-RPĊ, ir-Russja u l-Belaruss jissodisfaw ir-rekwiżiti (i) msemmija fil-premessa (234) hawn fuq. |
(236) |
Il-volumi ta' importazzjonijiet mir-RPĊ, ir-Russja u l-Belarus huma iktar minn de minimis u għalhekk mhux negliġibbli (kif jidher fit-tabella 2 hawn taħt). |
(237) |
Fir-rigward tal-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni, l-investigazzjoni wriet li l-prodott konċernat importat fi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiżi konċernati u l-prodott manifatturat u mibjugħ mill-industrija Komunitarja kienu simili fil-karatteristiċi essenzjali fiżiċi u tekniċi kollha tagħhom. L-istess japplika għal tqabbil tal-prodotti importati li huma l-oġġett ta' dumping mill-varjetà ta' pajjiżi konċernati. |
(238) |
Barra minn hekk, fuq dik il-bażi, dawn il-prodotti huma identiċi u kienu kkummerċjalizzati fil-Komunità matul il-perjodu meqjus permezz ta' rotot komparabbli ta' bejgħ, pereżempju operaturi bl-ingrossa u kummerċjanti. |
(239) |
Flimkien ma' dan, l-investigazzjoni stabbiliet li seħħet kompetizzjoni fi Stati Membri varji tal-Komunità u fit-tipi kollha varji tal-prodott konċernat inklużi prodotti galvanizzati, prodotti suwed u tubi bil-finitura esterna. Għalhekk, l-importazzjonijiet tat-tubi wweldjati tqiesu li jikkompetu ma' xulxin u ma' dawk prodotti fil-Komunità. |
(240) |
Ġiet investigata wkoll l-imġiba tal-ipprezzar tad-diversi pajjiżi kumulati. L-analiżi wriet li dawn il-pajjiżi kienu qed iqaċċtu l-prezz u jbiegħu taħt il-prezzijiet tal-industrija Komunitarja u, kif muri fil-premessa (244), il-prezzijiet kellhom xejriet simili. |
(241) |
Ċerti partijiet ressqu l-argument li l-importazzjonijiet li joriġinaw fir-Russja għandhom jiġu dekumulati mill-investigazzjoni minħabba li l-importazzjonijiet minn dan il-pajjiż juru xejra diverġenti f'volumi ta' importazzjoni u sehem mis-suq fejn id-domanda qed tiżdied. F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li l-volumi ta' importazzjonijiet lejn is-suq tal-Komunità baqgħu sostanzjali matul iż-żmien kollu f'dan il-perjodu meqjus. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping mit-tliet pajjiżi (il-Belarus, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u r-Russja) żdiedu sinifikantement f'dawn l-aħħar sentejn li ġew analizzati, u l-livelli ġenerali tal-prezzijiet segwew l-istess xejriet u kellhom l-istess daqs, partikolarment fil-PI kif jidher mid-dejta tal-kumpaniji individwali. Flimkien ma' dan, l-importazzjonijiet kumulati kollha waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija Komunitarja fil-PI. |
(242) |
Fuq il-bażi ta' hawn fuq, ġie konkluż li l-kondizzjonijiet kollha li jiġġustifikaw kumulazzjoni deskritti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku ġew sodisfatti. Għalhekk, ġie deċiż li l-importazzjonijiet tat-tubi wweldjati li joriġinaw fil-Belarus, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u r-Russja jiġu vvalutati kumulativament. Dawn il-pajjiżi se jiġu msemmija flimkien bħala “pajjiżi kumulati” u l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi se jiġu msemmija flimkien bħala “importazzjonijiet kumulati”.
Tabella 2 Volumi ta' importazzjonijiet (tunnellati)
Tabella 3 Is-Sehem mis-Suq ( %)
|
(243) |
L-importazzjonijiet kumulati żdiedu minn 76 644 tunnellati fl-2004 għal 250 559 tunnellati matul il-PI, jiġifieri b'iktar minn 200 %. Billi l-konsum tal-prodott konċernat matul il-perjdou meqjus żdied b'9 %, is-sehem tas-suq miżmum mill-importazzjonijiet kumulati tal-prodott konċernat żdied minn 6,2 % fl-2004 għal 18,7 % fil-PI. L-iżviluppi tal-importazzjonijiet u l-ishma tas-suq tal-prodott konċernat matul il-perjodu meqjus jidhru fit-Tabelli 2 u 3 hawn fuq. |
(244) |
Il-prezz medju bil-piż differenzjat tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati żviluppa kif ġej matul il-perjodu meqjus:
Tabella 4 Prezzijiet ta' importazzjoni (EUR/T)
|
(245) |
It-Tabella 4 inkisbet mid-database tal-Comext fil-livell sħiħ tal-Kodiċi tan-NM. Ix-xejra ġenerali tal-prezzijiet ta' importazzjoni lejn il-Komunità turi żieda skont iż-żieda ġenerali ta' prezzijiet għall-operaturi kollha fis-suq tal-UE. |
(246) |
Għad-determinazzjoni tat-tqaċċit tal-prezzijiet, il-Kummissjoni bbażat l-analiżi tagħha fuq l-informazzjoni ppreżentata fil-livell dettaljat tat-tip tal-prodott fl-andament tal-investigazzjoni mill-produtturi esportaturi li ttieħdu bħala kampjun għaċ-Ċina. Għar-Russja, intużat id-dejta tal-produttur esportatur li kkoopera. Għall-Belarus, intużat id-dejta mill-operatur Ġermaniż li kkoopera. |
(247) |
Din id-dejta tal-prezz tal-esportazzjoni tqabblet mal-prezz medju bil-piz differenzjat tal-produtturi tal-Komunità li ttieħdu bħala kampjun fl-istess livell iddettaljat tat-tip tal-prodott biex jiġi żgurat paragun ġust fl-istess livell ta' kummerċ. Fil-każijiet kollha, din l-analiżi qieset prezzijiet konkreti ta' esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fil-livell konfinali tal-Komunità CIF. Għan-naħa tal-industrija Komunitarja, il-prezzijiet relevanti ta' bejgħ kienu dawk lil klijenti indipendenti, aġġustati fejn meħtieġ għal-livell ex–works. Matul il-PI, fuq il-bażi tat-tipi differenti tal-prodott definiti fil-kwestjonarju, il-marġni medju ta' tqaċċit tal-prezz kien kif ġej:
Tabella 5 Tqaċċit fil-prezz
|
(248) |
Għall-Ukraina u t-Tajlanda, ġie mfakkar li l-volumi tal-importazzjonijiet kienu taħt il-livell de minimis u għalhekk tqies li l-prezzijiet u għalhekk il-kalkoli tal-evoluzzjoni tal-prezzijiet u t-tqaċċit tal-prezzijiet, ma jkunux affidabbli u sinifikanti. |
(249) |
Kif jidher fit-tabelli 2 u 3, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi inklużi dawk mill-Bożnja Ħerzegovina u mit-Turkija żdiedu ftit minn 222 096 tunnellati fl-2004 għal 238 441 tunnellati matul il-PI. Is-sehem mis-suq miżmum minn dawn l-importazzjonijiet baqa' madwar 18 % f'dan il-perjodu. |
(250) |
Taħt l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni investigat il-fatturi u l-indiċi ekonomiċi relevanti kollha li għandhom influwenza fuq l-istat tal-industrija Komunitarja. Din l-analiżi twettqet għad-disa' kumpaniji mittieħda bħala kampjun kif imsemmi fil-premessa (20) li wieġbu l-kwestjonarji b'mod sħiħ. Il-fatturi investigati għall-kumpaniji mittieħda bħala kampjun kienu jinkludu prezzijiet, impjieg u pagi, investimenti, profittabilità, dħul mill-investiment, likwidità u kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-kapital. Minkejja dan, għal uħud mill-indikaturi (analizzati hawn taħt bħala indikaturi macro) l-informazzjoni disponibbli u użata għas-17-il kumpanija kollha (inklużi l-kumpaniji kollha meħuda bħala kampjun) tal-industrija Komunitarja. Dawn l-indikaturi macro kienu sehem mis-suq, volum tal-bejgħ fil-Komunità, produzzjoni u kapaċità tal-produzzjoni. |
(251) |
Il-produzzjoni tal-industrija tal-Komunità naqset b'10 % mill-2004 sal-PI. Il-kapaċità ta' produzzjoni ġiet ikkalkulata skont metodoloġija standard applikata għall-industrija kollha tal-Komunità. Din il-metodoloġija qieset il-kapaċità effettiva fit-tul billi ppermettiet għal waqfien normali tal-produzzjoni bħall-manutenzjoni u kienet il-metodoloġija normalment użata fl-industrija Komunitarja. Il-kapaċità tal-produzzjoni għall-prodott konċernat naqset moderatament matul il-perjodu meqjus minn 2 218 597 tunnellata fl-2004 għal 2 132 322 (jew b'4 %) matul il-PI. |
(252) |
Il-kapaċità tal-utilizzazzjoni naqset ukoll, konsistentement mat-tnaqqis fil-produzzjoni, minn madwar 44 % għal 41 % fil-perjodu meqjus. F'dan ir-rigward madankollu għandu jiġi nnutat li dan il-fattur mhuwiex l-iktar indikatur relevanti ta' ħsara f'dan is-settur, billi jintużaw ukoll impjanti u tagħmir tal-produzzjoni għall-manifattura ta' tubi oħrajn u ta' prodotti oħrajn li mhumiex soġġetti għal din l-investigazzjoni.
Tabella 6 L-industrija Komunitarja
|
(253) |
Id-dejta fit-tabella 7 turi tnaqqis ċar fil-volum tal-bejgħ għall-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju. Din il-qagħda hija enfasizzata aktar bil-fatt li l-konsum globali, kif jidher fit-Tabella 1, żdied b'9 % matul l-istess perjodu. Wara li nżamm ċertu ammont ta' stabbilità fl-2004 u l-2005, is-sehem mis-suq tal-industrija Komunitarja naqas sewwa fl-2006 u fil-PI. Dan huwa f'paragun mal-ishma mis-suq kostanti jew li qed jikbru (ara l-premessa (243)) għall-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ, il-Belarus u r-Russja individwalment u sehem dejjem ikbar mis-suq tal-pajjiżi kumulati matul il-perjodu meqjus.
Tabella 7 L-industrija Komunitarja
|
(254) |
Il-livell ta' stokks tal-produtturi tal-Komunità meħuda bħala kampjun niżel bi 23 % bejn l-2004 u l-2005 u mbagħad kien kostanti minn hemm 'il quddiem. Kalkolu tar-rotazzjoni tal-istokks matul il-perjodu li qed jiġi analizzat wera li l-livell tal-ħażniet baqa' madwar 30 jum ta' bejgħ. L-investigazzjoni kkonfermat li l-livell ta' stokks mhuwiex meqjus bħala indikatur sinifikanti f'dan ir-rigward billi l-industrija Komunitarja normalment taħdem fuq bażi ta' produzzjoni skont l-ordni u għalhekk iżżomm relattivament ftit stokk.
Tabella 8
|
(255) |
Il-prezz medju ta' bejgħ tal-unità lil klijenti mhux relatati fil-Komunità żdied b'14,8 % matul il-perjodu meqjus. Iżda din ix-xejra li qed tiżdied trid tidher fil-kuntest ta' żieda sinifikanti tal-ispiża tal-produzzjoni matul l-istess perjodu. Iż-żieda fl-ispiża tal-produzzjoni kienet primarjament ir-riżultat taż-żieda sostanzjali fil-prezz tax-xiri tal-materji primi ewlenin, jiġifieri, l-kojls, iż-żingu u l-enerġija – kif spjegat fil-premessa (287). F'termini ġenerali, ma kienx hemm bdil sostanzjali fit-taħlita tal-prodotti matul il-perjdou meqjus li seta' jibdel ix-xejriet fil-prezzijiet tal-bejgħ murija fit-Tabella 9.
Tabella 9
|
(256) |
Iż-żieda tal-ispiża tal-produzzjoni matul il-perjodu meqjus ma qablitx ma' żieda korrispondenti tal-prezz tal-bejgħ; dan kien fil-biċċa l-kbira riżultat tal-pressjoni qawwija mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati. F'dawn iċ-ċirkustanzi l-industrija Komunitarja ma rnexxilhiex tgħaddi ż-żieda fil-prezz tal-materja prima lill-klijenti tagħha. |
(257) |
Għalhekk, il-prezzijiet tal-industrija Komunitarja ġew imrażżna, avolja l-prezzijiet żdiedu f'termini assoluti. Fi kliem ieħor, iż-żieda fil-prezz kienet tkun ħafna ikbar fin-nuqqas ta' importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping. |
(258) |
Barra dan, il-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Komunità twaqqgħu b'bejn 12 % u 43 % kif spjegat fil-premessa (246) u sussegwentement. |
(259) |
Il-profittabilità globali tal-produtturi meħuda bħala kampjun fir-rigward ral-prodott konċernat hija bbażata fuq profittabilità medja bil-piż differenzjat fuq il-fatturat nett tal-prodott konċernat mibjugħ lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-UE. Matul il-perjodu meqjus il-livell ta' profittabilità ddeterjora, u laħaq - 1,0 % matul il-PI. Flimkien ma' dan, il-livell ta' profittabilità jidher ċar li ma kienx biżżejjed matul il-perjodu meqjus u, fid-dawl tal-fatt li din il-qagħda ssuktat għal bosta snin, evidentement thedded l-eżistenza nnifisha ta' mill-inqas parti minn din l-industrija. |
(260) |
Il-livell ta' profittabilità qatt ma laħaq il-profitt immirat ta' 5 % msemmi fil-premessa (352) u sussegwentement.
Tabella 10 Il-profittabilità ( %)
|
(261) |
L-impjiegi tal-produtturi tal-Komunità meħuda bħala kampjun naqsu b'23,5 % matul il-perjodu meqjus minn 2 772 ħaddiem fl-2004 għal 2 123 matul il-PI. |
(262) |
Il-pagi kkalkulati fuq spiża medja għal kull impjegat żdiedu minn 15 668 EUR fl-2004 għal 21 558 EUR matul il-PI. Raġuni ewlenija waħda għal din iż-żieda fil-pagi għal kull ħaddiem hija spjegata miż-żieda qawwija tas-salarju tal-kumpaniji fl-industrija Komunitarja li jinsabu fl-10 pajjiżi li saru membri tal-KE fl-2004. |
(263) |
Madankollu din iz-zieda hija kumpensata tajjeb ħafna bl-effett magħqud tat-tnaqqis imsemmi qabel fil-ħaddiema u ż-żieda sinifikanti (17 %) fil-produttività. Dan jenfasizza l-isforzi kontinwi mill-industrija Komunitarja li żżid l-effiċjenza.
Tabella 11 Impjiegi
|
(264) |
L-investigazzjoni kkonfermat li ma twettqet l-ebda nefqa tal-kapital fir-rigward tal-attività globali tal-kumpaniji mill-produtturi tal-Komunità li ttieħdu bħala kampjun fin-negozju li jinvolvi l-prodott konċernat. Ma sar l-ebda investiment biex iżid il-kapaċità tal-produzzjoni kif muri fil-premessi (251) sa (252). Fil-kondizzjonijiet attwali tas-suq, l-industrija Komunitarja ma investietx f'żieda fil-kapaċità iżda minflok ħadet passi biex tippreserva u ssaħħaħ l-effiċjenza tat-tagħmir attwali tal-produzzjoni. Xi investimenti fl-attività tat-tubi wweldjati fir-rigward tal-kwistjonijiet marbuta mal-ambjent, is-saħħa u sikurezza. |
(265) |
Il-livell ta' dħul mill-investiment espress bħala r-relazzjoni bejn il-profitt nett tal-produtturi tal-Komunità li ttieħdu bħala kampjun u l-valur gross fuq il-karta tal-assi fissi tiegħu jirrifletti x-xejra ta' profittabilità kif spjegat fil-premessa (259). Il-livell tagħha huwa baxx ħafna u baqa' negattiv mis-sena 2005 'l hawn.
Tabella 12
|
(266) |
L-iżvilupp tal-likwidità ġġenerata mill-produtturi tal-Komunità li ttieħdu bħala kampjun fir-rigward tal-bejgħ tal-prodott konċernat fis-suq tal-UE rrifletta l-iżvilupp tal-profittabilità. Ta' min jinnota li filwaqt li l-likwidità hija baxxa, baqgħet pożittiva matul il-perjodu li qed jiġi analizzat bl-eċċezzjoni tas-sena 2005 meta kienet negattiva bi ftit li xejn. |
(267) |
L-investigazzjoni ma sabitx li l-industrija Komunitarja kienet qed tesperjenza diffikultajiet fil-kapaċità tagħha li tiġbor il-kapital. Madankollu, wieħed għandu jinnota li l-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-kapital tista' titqies bħala indikatur inqas sinifikanti għal din l-investigazzjoni. Dan minħabba li l-biċċa l-kbira tal-produtturi tal-prodott konċernat tal-industrija Komunitarja tagħmel parti minn gruppi korporattivi kbar. Għalhekk, il-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-kapital hija marbuta mill-qrib mal-prestazzjoni tal-grupp bħala entità sħiħa aktar milli mal-prestazzjoni individwali tal-prodott konċernat. Minkejja dan il-fatt li l-ebda wieħed minn dawn il-gruppi kbar ma ħa deċiżjonijiet li jinvesti f'faċilitajiet ġodda ta' produzzjoni juri li f'dawn l-aħħar snin id-dħul minn investimenti bħal dawn ma kienx xieraq.
Tabella 13
|
(268) |
Kif spjegat fil-premessa (253), għandu jiġi nnutat li s-sehem mis-suq tal-industrija Komunitarja niżel b'10,3 punti perċentwali filwaqt li l-livell tal-konsum Komunitarju żdied b'9 %. Dan jindika b'mod ċar li l-produtturi tal-Komunità ma rnexxilhomx jikbru b'mod sinifikanti fil-kondizzjonijiet osservati tas-suq fil-perjodu meqjus. |
(269) |
Fir-rigward tal-marġni sostanzjali tad-dumping li nstab matul il-PI għall-importazzjonijiet mir-RPĊ, il-Belarus u r-Russja u fid-dawl tal-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet involuti, l-impatt tad-daqs tal-marġni tad-dumping ma jistax jitqies li huwa negliġibbli. |
(270) |
Għall-Ukraina u t-Tajlandja qed jiġi mfakkar li l-esportazzjonijiet fil-PI kienu inqas mid-de minimis u għalhekk, ma tqisux bażi affidabbli u sinifikanti għat-twaqqif ta' marġni tad-dumping. Għalhekk, tqies xieraq li l-valutazzjoni tiġi bbażata fuq il-probabbiltà tar-rikorrenza tad-dumping dannuż, kif stipulat fit-Taqsima F hawn taħt. |
(271) |
L-irkupru mistenni tal-industrija Komunitarja mill-effetti tad-dumping fil-passat għadu ma seħħx għal kollox kif jidher mill-profitabbiltà baxxa u aspetti tal-inabilità li żżid il-volumi tal-bejgħ b'mod sinifikanti, flimkien ma' telf sinifikanti tas-sehem mis-suq. F'dawn l-aħħar snin, l-industrija ġiet iffaċċjata b'volumi sostanzjali ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ, ir-Russja u l-Belarus, li xekkel l-irkupru mistenni tagħha. |
(272) |
Kemm indivdwalment kif ukoll flimkien, il-volumi tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kumulati (kif definit fil-premessa (242)) żammew preżenza sinifikanti fis-suq Komunitarju matul il-perjodu meqjsus. Mill-2005 'l hawn, huma żdiedu konsiderevolment kemm f'termini assoluti kif ukoll f'termini relattivi. Flimkien, is-sehem mis-suq tagħhom żdied minn madwar 6 % fis-sena 2004 għal madwar 10 % fl-2005 u minn dak il-livell għal madwar 19 % fil-PI kif spjegat fil-premessa (243). Barra minn dan, l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn dawn il-pajjiżi wrew livell sinifikanti ta' tqaċċit tal-prezz. Il-marġnijiet tat-tqaċċit fil-prezz huma sostanzjali, u dan jirrifletti l-fatt li l-industrija Komunitarja qed iġarrab it-telf. |
(273) |
L-indikaturi tal-industrija Komunitarja wrew evoluzzjoni globali negattiva matul il-perjodu meqjus u wrew li seħħet ħsara sostanzjali. F'dan il-kuntest żviluppi apparentament pożittivi, bħalma huma ż-żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ, iridu jitqabblu maż-żieda aktar sinifikanti tal-ispejjeż tal-materja prima/komponenti ewlenin tal-materja prima li pattiet għal dawn ix-xejriet pożitiivi. |
(274) |
Fuq il-bażi tal-analiżi preċedenti, jidher li l-industrija Komunitarja tinsab f'qagħda ekonomika u finanzjarja diffiċli u ġarrbet ħsara sostanzjali fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku. Din il-konklużjoni tista' tiġi applikata lill-industrija Komunitarja bħala entità sħiħa, fid-dawl tal-livell għoli ta' rappreżentattività tal-produtturi tal-Komunità li ttieħdu bħala kampjun u l-fatt li l-indikaturi macro ġew analizzati għall-kumpaniji kollha tal-industrija Komunitarja kif spjegat fil-premessa (250) hawn fuq. |
(275) |
Taħt l-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolamenti bażiku, ġie investigat jekk il-ħsara sostanzjali mġarrba mill-industrija Komunitarja ġietx ikkawżata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiżi konċernati. Minbarra dan, fatturi magħrufa, ħlief l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping, li setgħu għamlu ħsara lill-industrija Komunitarja ġew investigati biex ikun żgurat li kwalunkwe ħsara kkawżata minn dawk il-fatturi ma kinitx attribwita għall-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping. |
(276) |
Kif spjegat hawn fuq, l-importazzjonijiet minn pajjiżi kumulati żdiedu b'aktar minn 200 % matul il-perjodu meqjus. F'termini ta' sehem mis-suq; Is-sehem tal-pajjiżi kumulati żdied minn 6,2 % għal 18,7 %. Barra minn hekk, hemm koinċidenza ċara fiz-zmien bejn id-deterjorazzjoni tal-qagħda tal-industrija Komunitarja u żieda importanti fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kumulati. Minkejja li t-Tabella 4 turi li l-prezzijiet ta' importazzjonijiet li joriġinaw mill-pajjiżi kumulati żdiedu matul il-perjodu meqjus, dan għandu jitqies fil-kuntest taż-żieda ekwivalenti fil-prezz ġenerali fis-suq tal-Komunità kif spjegat fil-premessa (255).
Tabella 14 Il-volum tal-importazzjonijiet
|
(277) |
L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kumulati żiedu l-penetrazzjoni tagħhom tas-suq tal-UE u rebħu ishma sinifikanti mis-suq li qabel kienu miżmuma minn pajjiżi li huma soġġetti għal reviżjoni tal-iskadenza (bl-eċċezzjoni tat-Turkija), kif ukoll dawk minn pajjiżi terzi li mhumiex soġġetti għall-investigazzjoni, u l-industrija Komunitarja. Fil-fatt, l-industrija tal-Komunità tilfet iktar minn 10 punti perċentwali ta' sehem mis-suq fil-perjodu meqjus. Kien f'dan l-istess perjodu li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kumulati kisbu iktar minn 10 punti perċentwali kif jidher fit-Tabella 14 hawn fuq. |
(278) |
Din il-penetrazzjoni kienet possibbli minħabba li dawn l-importazzjonijiet saru bi prezzijiet baxxi ħafna. L-importazzjonijiet minn pajjiżi kumulati kellhom prezzijiet ferm orħos minn dawk tal-produtturi tal-Komunità b'ammont sostanzjali kif muri fil-premessa (247). |
(279) |
L-impatt tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kumulati huwa l-qagħda ta' ħsara deskritta fit-taqsima 4 fejn pressjoni li tbaxxi l-prezzijiet irriżultat biex l-industrija Komunitarja ma kisbitx livelli xierqa tal-profitttabilità u telf uniformi. Barra dan, ġew identifikati xejriet negattivi għal bosta fatturi oħra ta' ħsara bħalma huma produzzjoni, impjiegi u sehem mis-suq. Kif jidher fil-premessa 273 kien hemm ukoll koinċidenza ċara fiż-żmien bejn iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi kumulati u x-xejriet negattivi li dehru fl-indikaturi tal-ħsara. |
(280) |
L-importazzjonijiet mill-Bożnija-Ħerzegovina ammontaw għal 33 000 tunnellata jew 2,5 % tal-konsum Komunitarju fis-suq tal-Komunità. Il-prezz medju ta' importazzjoni kien 576 EUR għal kull tunnellata li jagħti indikazzjoni li kienu ferm orħps mill-prezzijiet tal-industrija Komunitarja. Minkejja dan, fid-dawl tal-volumi involuti, ġie konkluż li parti żgħira biss tal-ħsara tista' tiġi attribwita lil dawn l-importazzjonijiet, u li dan ma jiksirx il-konnessjoni kawżali bejn il-ħsara mġarrba mill-industrija Komunitarja u l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kumulati. |
(281) |
Dawn l-importazzjonijiet ammontaw għal madwar 111 000 tunnellata jew 8,3 % tal-konsum Komunitarju fis-suq tal-Komunità matul il-PI. Il-prezz medju ta' importazzjoni kien 620 EUR għal kull tunnellata li kien ferm orħos mill-prezzijiet tal-industrija Komunitarja. Madankollu, kif jidher fit-Tabella 4, il-prezzijiet Torok kienu ogħla minn dawk fit-tliet pajjiżi kumulati. Id-differenza fil-prezz issir saħansitra iktar ovvja meta wieħed iqis il-fatt li l-produtturi Torok esportaw primarjament tubi suwed fis-suq Komunitarju (jiġifieri dawk bi spiża baxxa) filwaqt li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kumulati kienu primarjament tubi galvanizzati (jiġifieri bi spiża ogħla). Barra minn hekk, il-volumi tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kumulati huma 125 % ogħla minn dawk mit-Turkija. |
(282) |
Bla ma wieħed jinsa li l-volumi u t-tqaċċit fil-prezz involut, jidher li parti mhux insinifikanti tal-ħsara li ġġarrbet tista' tiġi attribwita lill-importazzjonijiet mit-Turkija. Madankollu, meta mqabbel mal-impatt tal-importazzjonijiet kumulati, kif jidher hawn fuq, parti ħafna ikbar tal-ħsara tista' tiġi attribwita għal importazzjonijiet mill-pajjiżi kumulati. Għalhekk, jista' jiġi konkluż li l-ħsara kkważata mill-importazzjonijiet mit-Turkija mhijiex tali li taqsam ir-rabta kawżali bejn il-ħsara li ġġarrbet mill-industrija Komunitarja u l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kumulati. |
(283) |
L-importazzjonijiet mill-Ukraina u t-Tajlandja kienu negliġibbli u għalhekk mhumiex meqjusa li kkawżaw ħsara sostanzjali lill-industrija Komunitarja. |
(284) |
Fl-2004, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra (minbarra l-Bożnja Ħerzegovina, it-Turkija, l-Ukraina u t-Tajlandja) ammontaw għal madwar 127 000 tunnellati jew 10,3 % tal-konsum Komunitarju fis-suq Komunitarju. Matul il-perjodu meqjus, dan il-livell ta' importazzjonijiet żdied u naqas iżda sal-PI reġa' lura għall-istess livell tal-konsum Komunitarju. Il-prezz medju tal-importazzjoni fil-PI kien 735 EUR għal kull tunnellata meta mqabbel ma' 586 EUR għall-2004. Fid-dawl li t-tip eżatt ta' dawn l-importazzjonijiet ma kienx magħruf, kien diffiċli li jitwettqu paraguni tal-prezz. Minkejja dan, jidher li l-prezzijiet minn pajjiżi terzi oħra huma ħafna ogħla minn dawk tal-pajjiżi kumulati u l-pajjiżi l-oħra konċernati. Dan jissuġġerixxi li importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra huma (l-iktar l-iktar) orħos mill-prezzijiet tal-industrija Komunitarja fi grad inqas mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping, jew inkella li mhumiex orħos bl-ebda mod. Għalhekk jista' jiġi konkluż li huma jikkontribwixxu sostanzjalment għall-ħsara mġarrba mill-industrija Komunitarja jew li jistgħu jkissru l-konnessjoni kawżali. |
(285) |
Il-produtturi tal-Komunità li ttieħdu bħala kampjun esperjenzaw waqa' fil-volum tal-bejgħ tal-esportazzjoni minn madwar 60 000 tunnellata għal madwar 20 000 tunnellata matul il-perjodu meqjus. Ġie vvalutat jekk it-tnaqqis ikkontribwixxiex għall-ħsara mġarrba mill-industrija Komunitarja. Il-volum ta' bejgħ fi swieq terzi qatt ma qabeż l-10 % tal-volum totali tal-bejgħ matul il-perjodu meqjus, u dan il-bejgħ kien jikkostitwixxi ammont limitat (madwar 5 %) tal-produzzjoni totali li jindika li l-bejgħ tal-esportazzjoni ma kienx kontributur sostanzjali għall-prestazzjoni tal-industrija Komunitarja. |
(286) |
Barra minn dan għandu jiġi nnutat li l-profittabilità kkwotata fil-premessa (259) tirrelata biss ma' bejgħ fis-suq tal-UE u għalhekk mhijiex affettwata mill-waqa' msemmija hawn fuq fil-volum ta' bejgħ ta' esportazzjoni. Ukoll, l-investigazzjoni wriet li l-profittabilità fil-bejgħ fis-suq tal-Komunità u fi swieq terzi kienet komparabbli kull sena mal-perjodu meqjus. Dan juri li ma kien hemm l-ebda differenza reali bejn il-prestazzjoni fis-swieq tal-UE u dawk ta' esportazzjoni. Għalhekk qed jiġi konkluż li, parti negliġibbli biss, jekk teżisti, tal-ħsara mġarrba mill-industrija Komunitarja tista' tiġi attribwita għal dan il-fattur, u li għalhekk din ma kinitx tali li tkisser il-konnessjoni kawżali. |
(287) |
L-ispiża tal-materja prima hija proporzjon maġġuri tal-ispiża totali ta' produzzjoni tal-prodott konċernat ('il fuq minn 75 % tal-ispiża tal-produzzjoni jekk tiġi inkluża l-enerġija). B'riżultat ta' dan, it-tubi wweldjati huma dipendenti ħafna fuq l-influwenza tal-ispejjeż tal-materja prima. L-iktar materja prima importanti kienu kojls, żingu u enerġija. Dawn il-komponenti żdiedu b'aktar minn 20 %, 200 % u 50 % rispettivament matul il-perjodu meqjus. |
(288) |
Kif spjegat fil-premessi (255) sa (256), il-prezzijiet tal-bejgħ żdiedu wkoll matul l-istess perjodu. Minkejja dan, dawn il-prezzijiet ma żdidux sal-punt meħtieġ biex jirriflettu ż-żidiet fl-ispiża minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet tal-bejgħ ta' kompetituri fis-suq u b'mod partikolari minħabba l-pressjoni ta' kummerċ inġust tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping. Għalhekk l-investigazzjoni kkonkludiet li l-prezzijiet tal-materja prima minnhom infushom ma kinux qed jikkaġunaw il-ħsara minħabba li fin-nuqqas ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping kellha tkun possibbli għall-industrija Komunitarja li tgħaddi dawn iż-żidiet fl-ispejjeż – jew għall-inqas parti sostanzjali minnhom – lill-klijenti tagħha. |
(289) |
Barra dan, huwa enfasizzat li żidiet bħal dawn fl-ispiża tal-kontribut mhumiex limitati għall-Komunità, u fid-dawl tan-natura tal-kontributi, il-livell u l-iżvilupp tagħhom għandu jiġi mistenni li huma simili fil-pajjiżi konċernati. |
(290) |
Ġie investigat jekk il-ħsara mġarrba mill-industrija Komunitarja rriżultatx minn nuqqas ta' kompetittività mill-industrija Komunitarja u/jew minn rati baxxi ta' użu tal-kapaċità. Sabiex tinvestiga dan, l-istruttura tal-ispiża tal-industrija Komunitarja tqabblet ma' dik tal-produtturi esportaturi. Fil-fatt, ġew identifikati xi differenzi fl-ispejjeż tal-manifattura bħalma huma rati tal-pagi, spejjeż tal-enerġija, spejjez tal-ambjent u s-saħħa u sigurtà. |
(291) |
Fir-rigward tal-użu tal-kapaċità, qed jitfakkar li dan l-indikatur ma għandux jiġi sovrastmat minħabba li l-industrija Komunitarja kienet kapaċi tipproduċi prodotti oħra bl-istess tagħmir. Barra minn hekk, huwa iktar probabbli li problemi mil-lat ta' użu tal-kapaċità jkunu marbuta mat-telf fis-sehem mis-suq tal-industrija Komunitarja li ġie kkawżat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping. |
(292) |
Uħud mill-partijiet ressqu l-argument li l-ispejjeż miżjuda ta' operat affettwaw il-kompetittività tal-industrija Komunitarja u kkawżaw il-ħsara deskritta hawn fuq fit-Taqsima 4. F'dan ir-rigward għandu jiġi enfasizzat li dawn l-ispejjeż awżiljari tal-operat mhumiex sostanzjali biżżejjed biex ikunu kkawżaw il-ħsara identifikata minn din l-investigazzjoni. |
(293) |
Għandu jitfakkar li l-ispiża tal-materja prima u l-enerġija rrappreżentaw aktar minn 75 % tal-ispiża totali ta' produzzjoni tat-tubi lesti. Għalhekk l-impatt potenzjali ta' kwalunkwe żidiet fl-ispejjeż tal-operat setgħu fi kwalunkwe każ kellhom effett fuq 25 % tal-ispiża totali tal-produzzjoni. Żidiet bħal dawn kienu modesti, b'mod li l-impatt tagħhom ma għandux ikun sinifikanti. |
(294) |
Matul l-investigazzjoni, ma ġiet żvelata l-ebda ineffiċjenza strutturali li tirrendi lill-industrija Komunitarja inkompetittiva. Għal kuntrarju, kif iddikjarat fit-Tabella 11, l-industrija Komunitarja tejbet il-produttività tagħha bi 17 % matul il-perjodu meqjus. |
(295) |
Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li s-suq tal-UE kien kompetittiv ħafna speċjalment b'konsegwenza ta' numru kbir ħafna ta' kumpaniji li joperaw fis-suq. Flimkien mad-19-il produttur tal-Komunità, għexieren ta' importaturi minn madwar id-dinja kkontribwew għall-kompetizzjoni qawwija fis-suq tal-UE. Għalhekk kif spjegat fil-premessa ta' hawn fuq, ġie konkluż li l-industrija Komunitarja kienet b'mod ġenerali kompetittiva ferm u li kwalunkwe nuqqas ta' kompetittività li seta' kien hemm, ma kkawżax il-ħsara mġarrba mill-industrija Komunitarja. |
(296) |
Uħud mill-partijiet interessati allegaw li l-ħsara mġarrba mill-industrija Komunitarja ġiet ikkawżata minn varjazzjonijiet fil-valuta li kellhom l-effett li jħeġġu importazzjonijiet lejn l-UE. |
(297) |
Huwa mfakkar li l-investigazzjoni għandha tinvestiga jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping (f'termini ta' prezzijiet u volumi) għamlux ħsara sostanzjali lill-industrija Komunitarja jew jekk ħsara sostanzjali bħal din saritx minħabba fatturi oħra. F'dan ir-rigward, għal dak li għandu x'jaqsam mal-prezzijiet, l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku jiddikjara li huwa meħtieġ li turi li l-livell tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping joħloq ħsara. Dan, għalhekk, jirreferi sempliċement għad-differenza bejn il-livelli tal-prezzijiet, u, għalhekk, m'hemmx il-ħtieġa għall-analiżi tal-fatturi li jaffettwaw il-livell ta' dawk il-prezzijiet. |
(298) |
Minkejja dan ta' hawn fuq, għal ħafna mill-pajjiżi esportaturi konċernati mill-investigazzjoni, il-bejgħ ġeneralment isir f'dollari Amerikani. Minkejja dan, il-varjazzjoni tal-USD mal-EUR matul il-perjodu meqjus kienet limitata biss għal 6 %. L-iktar deprezzment importanti fil-USD seħħ wara li spiċċa l-PI. Minn Lulju 2007 sa April 2008, il-USD iddeprezza b'16 % meta mqabbel mal-EUR. |
(299) |
Għalhekk ġie konkluż li varjazzjonijiet fil-valuta ma kkawżawx ħsara sostanzjali lill-produtturi tal-Komunità. |
(300) |
Uħud mill-partijiet interessati għamlu allegazzjoni ġenerali (mingħajr ma semmew kumpaniji jew perjodi ta' żmien involuti) li l-ħsara mġarrba mill-industrija Komunitarja ġiet ikkawżata minnha nfisha u rriżultat minn problemi b'azzjonijiet industrijali u strajkijiet relatati ma' wħud mill-produtturi fl-Istati Membri l-ġodda. F'dan ir-rigward għandu jitfakkar li ma tressqet l-ebda evidenza sostanzjata bħala sostenn ta' din id-dikjarazzjoni. Barra minn dan, l-akkuża kienet marbuta biss ma' parti mill-industrija Komunitarja. Minkejja dan, ix-xejriet simili ta' ħsara nstabu għal produtturi kemm tal-Istati Membri l-antiki kif ukoll għall-ġodda. Għalhekk jista' jiġi konkluż li anki fl-eventwalità li wħud mill-produtturi tal-industrija Komunitarja ġew affettwati bi strajkijiet u b'azzjoni industrijali, dan il-fatt ma kienx se jkun b'saħħtu biżżejjed biex ikisser il-konnessjoni kawżali bejn id-dumping u l-ħsara. |
(301) |
Ġie allegat li investimenti kbar mill-industrija Komunitarja kkontribwew għall-ħsara mġarrba. Kif iddikjarat fil-premessa (264), l-investigazzjoni wriet li ma sar l-ebda investiment kbir bħal dan matul il-perjodu meqjus. Wieħed għandu wkoll iżomm f'moħħu li, anki jekk l-allegazzjoni tiġi sostanzjata, il-proporzjon relattivament baxx tad-deprezzament f'termini tal-ispejjeż totali, fi kwalunkwe każ, jillimita l-impatt ta' din l-allegazzjoni, u għalhekk, ġie konkluż li l-investimenti kbar ma kkontribwewx għall-ħsara mġarrba mill-industrija Komunitarja. |
(302) |
Ġie allegat li n-natura ċiklika tal-industrija tal-azzar ikkontribwiet għall-ħsara mġarrba, jiġifieri huwa allegat li l-PI nzerta fl-iktar punt baxx taċ-ċiklu. L-ewwel nett, huwa enfasizzat li d-dumping dannuż jista' ċertament iseħħ fil-punti kollha taċ-ċiklu ekonomiku. Barra minn hekk, kif muri mill-analiżi tal-konsum fil-premessa (231), l-investigazzjoni ma tappoġġax dan l-argument. Tabilħaqq, il-konsum fil-PI kien b'saħħtu u bla dubju ma kienx fil-punt baxx taċ-ċiklu. Il-klejm kienet għalhekk miċħuda. |
(303) |
Il-koinċidenza fiż-żmien bejn, minn naħa waħda, iż-żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kumulati, iż-żieda tagħhom fis-sehem mis-suq, it-tqaċċit fil-prezzijiet u l-bejgħ li nstabu, u min-naħa l-oħra, id-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-industrija Komunitarja iwasslu għall-konklużjoni li l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping huma l-kawża tal-ħsara materjali mġarrba mill-industrija Komunitarja. |
(304) |
Wara l-analiżi tal-fatturi saljenti l-oħra magħrufa, flimkien mal-allegazzjonijiet li saru mill-partijiet interessati kif jidher fil-premessa (285) u wara, qed jiġi konkluż li dawn mhumiex tali li jiksru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-pajjiżi konċernati u l-ħsara materjali mġarrba mill-industrija Komunitarja. |
(305) |
Taħt l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet minn pajjiżi li bħalissa qed jiġu riveduti ġew evalwati sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx probabbiltà ta' tkomplija jew rikorrenza tal-ħsara. |
(306) |
Fir-rigward tal-effett li aktarx ikollha l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ fuq l-industrija Komunitarja, tqiesu l-fatturi li ġejjin f'konformità mal-elementi mogħtija fuq fir-rigward tal-probabbiltà tat-tkomplija jew ir-rikorrenza tad-dumping. |
(307) |
Kif spjegat fuq fil-premessa (223) u ta' wara, filwaqt li l-konsum żdied b'9 %, il-previżjoni tal-konsum dinji tal-prodott konċernat, għalkemm potenzjalment soġġett għal ċerta tendenza ċiklika, mhuwiex mistenni jindidel ħafna fil-futur prevedibbli. Il-prodotti alternattivi bħall-pajpijiet tal-plastik ma setgħux jissostitwixxu, fil-biċċa l-kbira, it-tubijiet iwweldjati u għalhekk, naqas il-konsum tagħhom. |
(308) |
Mindu ġew imposti l-miżuri, l-importazzjonijiet mill-Ukraina niżlu għal kwantitajiet de minimis. Madankollu, kif imsemmi fil-premessi (172) (u ta' wara), hemm indikazzjonijiet ċari li fin-nuqqas ta' miżuri sinifikanti, l-importazzjonijiet mill-Ukraina jerġgħu jidħlu fis-suq Komunitarju bi prezzijiet oġġett ta' dumping. Dawn il-prezzijiet aktarx ukoll ikunu inqas sewwa minn tal-industrija Komunitarja, fid-dawl tal-fatt li dawn il-prezzijiet aktarx jirriflettu dawk stabbiliti mill-appaltatur bl-orħos prezz fil-Komunità. |
(309) |
Il-premessa (119) (u ta' wara) kkonkludew li volumi sinifikanti aktarx jiġu esportati mit-Tajlandja lejn il-Komunità bi prezzijiet imqaċċta. Dawk il-prezzijiet aktarx ukoll ikunu inqas sewwa minn tal-industrija Komunitarja, fid-dawl tal-fatt li dawn il-prezzijiet aktarx jirriflettu dawk stabbiliti mill-appaltatur bl-orħos prezz fil-Komunità. |
(310) |
Fid-dawl tal-fatt li hawn fuq ġie konkluż li m'hemmx probabbiltà ta' tkomplija jew rikorrenza tad-dumping, mhi meħtieġa ebda analiżi ulterjuri hawnhekk dwar il-probabbiltà tat-tkomplija jew ir-rikorrenza tad-dumping. |
(311) |
Fir-rigward tal-kwistjonijiet tal-ħsara marbuta mar-reviżjoni interim (l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku) mhi meħtieġa ebda analiżi hawnhekk billi r-reviżjoni kkonkludiet li ma kienx hemm dumping jew probabbiltà ta' rikorrenza tad-dumping għal dan il-pajjiż. |
(312) |
Il-konsegwenza probabbli tat-tneħħija tal-miżuri għalhekk għandha tkun żieda kbira f'importazzjonijiet mill-Ukraina u t-Tajlanda bi prezzijiet ferm orħos minn dawk tal-industrija Komunitarja. Huwa probabbli ħafna li importazzjonijiet bħal dawn ikollhom effetti detrimentali fuq l-industrija Komunitarja. F'ċirkustanzi bħal dawn, l-industrija Komunitarja jkollha jew issegwi t-tnaqqis fil-prezzijiet sabiex tippreserva s-sehem mis-suq, jew inkella tippreserva l-prezzijiet tal-bejgħ fil-livell attwali u minflok titlef klijenti u bejgħ eventwali. Fl-ewwel każ, l-industrija Komunitarja jkollha topera b'telf u, fil-każ l-ieħor, it-telf tal-bejgħ innifsu jwassal eventwalment għal spejjeż miżjuda segwiti b'telf. |
(313) |
Barra minn hekk, l-industrija Komunitarja ġarrbet l-effetti tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping għal ħafna snin u bħalissa tinsab f'qagħda prekarja. Jekk din il-qagħda ta' ħsara tissokta/terġa' sseħħ l-eżistenza nnifisha tal-industrija tkun ipperikolata. |
(314) |
Għalhekk l-investigazzjoni żvelat li, għall-importazzjonijiet mill-Ukraina u t-Tajlanda, hemm probabbiltà ċara ta' rikorrenza u ssuktar ta' ħsara lil industrija Komunitarja li ilha ssofri l-konsegwenzi ta' dumping ta' ħsara għal ħafna snin. Fir-rigward tal-importazzjonijiet mit-Turkija, id-dumping dannuż mhux mistenni jkompli jew jerġa jseħħ. |
(315) |
Taħt l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie investigat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar id-dumping, jeżistux raġunijiet konvinċenti li jistgћu jwasslu gћall-konklużjoni li ma jkunx fl-interess tal-Komunità li timponi miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-pajjiżi konċernati jew li testendi l-miżuri fis-seħħ. |
(316) |
Sabiex tivvaluta l-impatt probabbli tal-impożizzjoni jew in-nuqqas ta' impożizzjoni tal-miżuri, u l-estensjoni jew l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ, il-Kummissjoni talbet informazzjoni mill-partijiet interessati kollha magħrufa. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil 116-il importatur, operaturi bl-ingrossa u utenti. Ma kien hemm l-ebda parti interessata oħra li ppreżentat ruħha qabel l-iskadenza taż-żmien. |
(317) |
Tnejn u tletin mill-importaturi mhux relatati li ġew ikkuntattjati, wieġbu. Minnhom, 16 iddikjaraw li ma kinux qed jimportaw mill-pajjiżi konċernati u tlieta li ma kinux għadhom attivi f'dan il-qasam ta' negozju. Mit-13-il importatur mhux relatati li fadal, tnejn biss ippreżentaw tweġiba kompluta għall-kwestjonarju. Għalhekk, ma kienx hemm għalfejn jittieħed kampjun. |
(318) |
Qed jitfakkar li ġie konkluż li l-industrija Komunitarja ġarrbet ħsara sostanzjali, kif stipulat fil-premessi (250) sa (274). |
(319) |
L-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping hija probabbli li tippermetti lill-Industrija Komunitarja żżid il-bejgħ tagħha, is-sehem tagħha mis-suq u l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha. L-industrija Komunitarja mbagħad tkun tista' tilħaq il-livelli ta' profittabilità li għandha tikseb fin-nuqqas ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping, u biex tgawdi mit-tkabbir fis-suq Komuitarju: dan għandu jħeġġeġ investimenti u kompetittività globali tal-industrija. |
(320) |
L-issuktar tal-miżuri fis-seħħ se jippermettu lill-Industrija Komunitarja tissokta topera fil-qafas ta' kompetizzjoni ġusta fir-rigward ta' importazzjonijiet mit-Tajlandja, u l-Ukraina. B'riżultat ta' dan, l-effetti pożittivi mill-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping ġodda mhumiex se jiġu mxekkla minn kompetizzjoni inġusta. |
(321) |
Jekk jiġu stabbiliti mill-ġdid kondizzjonijiet ta' suq ġust, l-industrija Komunitarja probabbli terġa ssir kompetittività u żżid il-marġni tagħha ta' profitt għal-livelli aktar xierqa. L-industrija Komunitarja fil-fatt tat prova li hija strutturalment vijabbli permezz tar-riżultati ekonomiċi tagħha f'dawn l-aħħar għaxar snin: minkejja kompetizzjoni inġusta kontinwa mill-importazzjonijiet ta' prodotti li huma l-oġġett ta' dumping, irnexxielha ttaffi t-telfa tagħha tas-sehem mis-suq. Barra dan, kif stipulat fil-premessa (295), l-Industrija Komunitarja hija kompetittiva u kapaċi żżid il-produttività tagħha. |
(322) |
Min-naħa l-oħra, jekk il-miżuri anti-dumping attwali ikollhom jiġu rrevokati jew jekk ma jiġux imposti miżuri anti-dumping ġodda, ikun hemm aktar distorsjoni tal-kummerċ li jwassal għall-irtirar progressiv tal-industrija Komunitarja mis-suq. Ir-revoka tal-miżuri attwali u l-kapaċità importanti tal-produzzjoni mill-pajjiżi konċernati, speċjalment mir-RPĊ, probabbilment iwasslu għal ammont miżjud ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping lejn is-suq tal-Komunità. F'dawn il-kondizzjonijiet, issir iktar u iktar diffiċli għall-industrija Komunitarja li tirkupra u tiddefendi s-sehem tagħha mis-suq. Barra dan in-nuqqas ta' investimenti fl-industrija Komunitarja tista' eventwalment twassal biex tipperikola s-sopravivenza tagħha fit-tul. |
(323) |
Qed jitfakkar li l-importaturi mhux relatati li kkooperaw kienu jirrappreżentaw inqas minn 5 % tal-volum totali ta' importazzjoni tal-prodott konċernat lejn il-Komunità matul il-PI. |
(324) |
Minkejja dan, numru ta' esportaturi ressqu l-argument li l-impatt ta' miżuri fuq importaturi/kummerċjanti għandu jkun sostanzjali minħabba li jkunu qed jiffaċċjaw spejjeż miżjuda għall-importazzjonijiet tagħhom mill-pajjiżi konċernati. |
(325) |
Jekk jiġu imposti miżuri anti-dumping, il-livell ta' importazzjonijiet li joriġinaw fil-pajjiżi konċernati aktarx jonqos. Barra minn hekk, żieda moderata fil-prezz tal-bejgħ tal-prodott konċernat fil-Komunità tista' fil-fatt isseħħ, u b'hekk taffettwa l-qagħda ekonomika tal-importaturi/l-operaturi tal-istokk, speċjalment dawk li sorsi tagħhom qegħdin fil-pajjiżi investigati. Dan iseħħ minħabba li l-prezzijiet ta' bejgħ mill-ġdid li setgħu joffru lill-klijenti tagħhom ikunu iżjed komparabbli ma' dawk tal-kompetituri li kellhom is-sorsi tagħhom fl-industrija Komunitarja wkoll. |
(326) |
Madankollu, dan l-impatt fuq il-qagħda tal-importaturi u l-kummerċjanti probabbli jkun moderat, billi l-prodott konċernat jirrappreżenta parti żgħira mill-attivitajiet kummerċjali globali tagħhom. Fuq il-bażi tal-informazzjoni mogħtija minn dawn l-importaturi/l-operaturi tal-istokk li bagħtu tweġibiet validi, jidher ċar li huma jbiegħu bosta prodotti oħra tal-azzar. Instab li l-prodott konċernat jirrappreżenta medja ta' anqas minn 4 % tal-fatturat totali. Barra minn hekk, fid-dawl tal-impatt relattivament żgħir tal-prodott konċernat fl-ispejjeż tal-utenti, l-importaturi/l-operaturi tal-istokk probabbli jirnexxilhom jgħaddu ż-żidiet fil-prezz lill-klijenti tagħhom. |
(327) |
Fuq din il-bażi, ġie konkluż li l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping u l-issuktar tal-miżuri fis-seħħ aktarx mhux se jħallu impatt negattiv serju fuq il-qagħda tal-importaturi/l-operaturi tal-isokk fil-Komunità |
(328) |
L-utent ewlieni tal-prodott konċernat fil-Komunità huwa l-industrija tal-kostruzzjoni. Id-domanda għall-prodott konċernat għalhekk tiddependi fuq il-qagħda ta' din l-industrija. |
(329) |
Kif stipulat fil-premessa (316), la l-utenti interessati u lanqas l-assoċjazzjonijiet rappreżentanti tagħhom ma ppreżentaw ruħhom matul din l-investigazzjoni. |
(330) |
Madankollu, numru ta' esportaturi oħra insistew li l-impatt fuq l-utenti/il-konsumaturi se jkun wieħed sostanzjali jekk jiġu imposti l-miżuri. B'mod partikolari ġie ddikjarat li miżuri jkunu detrimentali għall-kompetizzjoni u jwasslu għal żieda fl-ispejjeż għall-utenti/il-konsumaturi. |
(331) |
Kif stipulat fil-premessa (302) ma jistax jiġi eskluż li l-prezz tal-prodott konċernat fil-Komunità għandu jiżdied b'mod moderat. Minkejja dan, l-impatt negattiv tal-ispejjeż miżjuda fuq l-utenti/il-konsumaturi aktarx ikun baxx, billi l-effett fuq il-prezz tal-prodott konċernat fl-ispejjeż totali tal-utenti/konsumaturi huwa moderat. |
(332) |
F'dak li għandu x'jaqsam mad-dikjarazzjoni magħmula minn bosta esportaturi li l-impożizzjoni tal-miżuri lill-grupp ta' pajjiżi koperti bl-investigazzjoni ġdida effettivament tista' tfixkel il-kompetizzjoni fil-Komunità, l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping u l-preservazzjoni tal-miżuri fis-seħħ se jtejbu l-kondizzjoni tal-Industrija Komunitarja u għalhekk, flimkien mal-fornituri minn pajjiżi terzi mhux konċernati mill-miżuri, kif ukoll mal-esportaturi li ma jwettqux dumping mil-pajjiżi konċernati, jiżguraw il-preżenza ta' firxa wiesgħa ta' fornituri fis-suq tal-Komunità. |
(333) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, huwa konkluż li l-impożizzjoni ta' kwalunkwe miżura anti-dumping aktarx mhijiex se tikkawża ħsara konsiderevoli lill-qagħda ekonomika tal-utenti tal-prodott konċernat. |
(334) |
Il-materja prima ewlenija użata fil-produzzjoni tal-prodott konċernat hija kojls imremblin bis-sħana. |
(335) |
Kif stipulat fil-premessa (316), la l-produtturi avvanzati interessati tal-kojls imremblin bis-sħana u lanqas l-assoċjazzjonijiet rappreżentanti tagħhom ma ppreżentaw ruħhom matul din l-investigazzjoni. |
(336) |
Jekk ma jiġux imposti l-miżuri, il-produtturi tal-Komunità tal-kojls imremblin bis-sħana aktarx jiffaċċjaw tnaqqis fid-domanda, b'konsegwenza tal-attività mnaqqsa tal-produtturi tal-Komunità tal-prodott konċernat. |
(337) |
Fuq din il-bażi, ġie konkluż li l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping hija fl-interess tal-produtturi tal-materja prima ewlenija użata fil-produzzjoni tal-prodott konċernat fil-Komunità. |
(338) |
L-issuktar tal-miżuri fuq importazzjonijiet tal-prodott konċernat mit-Tajlandja u l-Ukraina u l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping fuq importazzjonijiet li joriġinaw mill-Belarus, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u r-Russja aktarx jippermettu lill-industrija Komunitarja li tieqaf titlef mill-ishma mis-suq, tirbaħ lura l-bejgħ mitluf u terga' lura għal profittabilità xierqa. Jekk, minkejja dan, il-miżuri fis-seħħ jiġu rrevokati u l-miżuri anti-dumping ma jiġux imposti, l-industrija Komunitarja aktarx tiffaċċja problema ta' kompetizzjoni inġusta miżjuda li għandha twassal li timbotta 'l barra ċerti produtturi Komunitarji mis-suq; spiża addizzjonali tkun l-għeluq jew il-konverżjoni mill-ġdid tal-makkinarji. |
(339) |
Xi effetti negattivi tal-impożizzjoni ta' miżuri tal-antidumping għandhom ikunu n-nuqqas fil-volum importat u żidiet moderati tal-ispejjeż għall-importaturi/l-operaturi bl-ingrossa u l-utenti/il-konsmaturi, minħabba l-prezz ta' bejgħ ogħla tal-prodott konċernat fil-Komunità. |
(340) |
Minkejja dan il-livell ta' żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ ma għandux ikun konsiderevoli billi għandha tibqa' l-kompetizzjoni fost il-produtturi Komunitarji, l-importazzjonijiet li joriġinaw fil-pajjiżi konċernati li jsiru bi prezzijiet li mhumiex l-oġġett ta' dumping jew li mhumiex ta' ħsara u importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra. |
(341) |
Fl-aħħarnett, tressaq l-argument minn parti interessata waħda li, skont il-letteratura ekonomika, il-miżuri anti-dumping jinvolvu 'spejjeż kritiċi tal-benesseri għall-pajjżi tal-importazzjoni'. Ma ngħatat l-ebda evidenza f'dan ir-rigward fil-kuntest tal-prodott u l-operaturi ekonomiċi konċernati b'dan il-każ. L-investigazzjoni attwali trid tqis il-każ skont il-merti tiegħu: skont din l-istrateġija, importaturi/operaturi bl-ingrossa u utenti/konsumaturi tal-prodott ikonċernat aktarx ma jsofrux konsegwenzi serji, fid-dawl tal-impatt verament baxx tal-prezz ta' ċerti tubi wweldjati fuq l-ispejjż finali għall-prodotti jew ix-xirjiet tagħhom. |
(342) |
L-industrija avvanzata probabbli se tgawdi mill-issuktar tal-miżuri fis-seħħ u mill-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping, fil-forma ta' domanda usa' ta' kojls imremblin bis-sħana fis-suq tal-Komunità. |
(343) |
B'kunsiderazzjoni għall-fatturi kollha ta' hawn fuq, il-konklużjoni hi li mhemmx raġunijiet konvinċenti kontra r-revoka tal-miżuri attwali jew biex ma jiġux imposti dazji anti-dumping ġodda. |
(344) |
Fid-dawl tas-sejbiet stipulati fil-premessi (52) u rispettivament minn (170) 'l quddiem, ġie konkluż li l-proċediment għandu jintemm fir-rigward tal-Bożnija u Ħerzegovina u tat-Turkija. |
(345) |
Żewġ produtturi esportaturi fir-Russja u l-uniku wieħed fil-Belarus offrew impenji fir-rigward tal-prezz taħt l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku. |
(346) |
Dawn l-offerti ġew eżaminati. L-investigazzjoni wriet li l-biċċa l-kbira mis-sejbiet u l-kunsiderazzjonijiet stipulati fir-Regolament 1697/2002 (ara l-premessi 77 u 78 (li wasslu għaċ-ċaħda tal-offerti kollha għal impriżi matul dik l-investigazzjoni, għandhom validi. Jiġifieri, l-investigazzjoni kkonfermat li: — il-prodott konċernat huwa prodott bażiku b'volatilità kbira fil-prezzijiet anki fil-qosor, u għalhekk mhux adatt għal impenju ta' prezz fiss; il-volatilità tirriżulta mill-varjazzjonijiet fil-prezz tal-materja prima, primarjament kojls irrumblati bis-sħana u ż-żingu, li huma komponenti maġġuri iżda varjanti tal-ispiża tal-produzzjoni. Mhux biss il-prezzijiet tal-materja prima jogħlew u jitbaxxew ħafna, iżda l-fluttwazzjonijiet ħafna drabi jiħraxu mill-fluttwazzjonijiet tar-rata tal-kambju bejn l-EUR u l-USD. Huwa nnutat li partikolarment iż-żingu, jiġi kkumerċjalizzat fuq bażi tal-USD. Tkun tintħieġ reviżjoni tal-prezzijiet kull xahar. Jekk il-prezzijiet minimi kellhom jiġu indiċjati mal-prezz tal-kojls irrumblati bis-sħana u ż-żingu, jkollhom jiġu stabbiliti formoli differenti ta' indiċjar skont il-grupp ta' sottoprodotti, billi l-enerġija u l-ħaddiema kull tunnellata jvarjaw skont id-daqs. Għal din ir-raġuni, jekk tiġi implimentata sistema ta' formoli, jkun jinħtieġ jiġu stabbiliti bejn 3 u 4 formoli sekondarji għal kull kategorija ta' prodott skond id-daqs. |
(347) |
Barra minn hekk, il-prodott konċernat huwa kkaratterizzat minn għadd konsiderevoli ta' tipi ta' prodotti b'xi karatteristiċi li ma jkunx faċli li jiġu distinti wieħed mill-ieħor fl-importazzjoni. Dan jagħmilha prattikament impossibbli li jiġu stabbiliti prezzijiet minimi tal-importazzjoni għal kull tip ta' prodott li jkunu sinifikanti u ssorveljati sewwa mill-Kummissjoni u mill-awtoritatjiet doganali tal-Istati Membri fl-importazzjoni. |
(348) |
Ġie nnutat ukoll li flimkien ma' dawk ir-raġunijiet marbutin mal-prodott, hemm raġunijiet speċifiċi għall-kumpaniji għaliex l-offerti tal-impenji ma għandhomx jiġu aċċettati. Fir-rigward tal-produttur tal-Belarus, qed jiġi mfakkar l-ewwel li l-Belarus mhijiex pajjiż b'ekonomija tas-suq kif stipulat fl-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku u li l-kumpanija ma applikatx għal trattament individwali (TI) kif stipulat fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, il-kooperazzjoni tagħha f'din l-investigazzjoni kienet biss parzjali kif imsemmi fil-premessi (101) sa (104) u, għalhekk, l-aċċettazzjoni ta' impenn tal-prezz tqies ukoll li mhux xieraq għal raġunijiet ta' politika ġenerali. Fir-rigward tal-uniku produttur esportatur Russu, qed jiġi nnutat li dan ibiegħ ukoll prodotti oħrajn barra l-prodott konċernat lill-istess klijenti fl-UE. Fuq din il-bażi, ir-riskju ta' kumpens minn oqsma oħra tqies li huwa kbir wisq. Fir-rigward tat-tieni produttur esportatur Russu, il-kumpanija kellha diffikultajiet biex tirrapporta dejta preċiża u affidabbli primarjament minħabba d-dgħufijiet tagħha fis-sistema tal-kontabilità. F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni qieset li l-kumpanija ma għandhiex l-infrastruttura neċessarja biex timplimenta impenn tal-prezz u biex ikollha sorveljanza effettiva. |
(349) |
Għalhekk, dawn l-offerti ta' impenn tal-prezz ma ġewx aċċettati. |
(350) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet ta' hawn fuq, il-miżuri fis-seħħ applikabbli għal importazzjonijiet tal-prodott konċernat li joriġinaw fit-Tajlandja u l-Ukraina għandhom jiġu ppreservati l-istess bħal fir-regolament preċedenti ħlief għal OJSC Interpipe li l-marġni tagħha huwa indikat hawn taħt:
|
(351) |
Minbarra dan, il-miżuri anti-dumping definittivi fuq importazzjonijiet tal-prodott konċernat li joriġina fir-RPĊ, ir-Russja u l-Belarus għandhom jiġu imposti kif deskritt hawn taħt. |
(352) |
Il-livell tal-miżuri anti-dumping definittivi għandu jkun biżżejjed biex tkun eliminata l-ħsara sostanzjali lill-industrija Komunitarja kkawżata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping, mingħajr ma jinqabżu l-marġni tad-dumping misjuba. Meta jkun ikkalkulat l-ammont ta' dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti ta' dumping li jagħmel il-ħsara sostanzjali, tqies li kwalunkwe miżura għandha tippermetti lill-industrija Komunitarja tkopri l-ispejjeż tagħha u tikseb profitt qabel it-taxxa li jista' jinkiseb b'mod raġonevoli f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta' importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping. |
(353) |
Ġie allegat mill-kwerelant matul l-investigazzjoni li għandu jintuża 10,8 % ta' profitt normali f'din l-investigazzjoni fuq id-dħul mill-fatturat li nkiseb fl-2004 għall-prodott konċernat. Id-dikjarazzjoni kienet ibbażata fuq ħames produtturi Komunitarji magħżula u s-sena 2004 ntagħżlet bħala rappreżentattiva minħabba li l-miżuri anti-dumping fis-seħħ kienu parzjalment effettivi biex ipattu għall-effett tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping. |
(354) |
Madankollu l-investigazzjoni wriet li r-rata ta' profittabilità li nkisbet anki minn dawn il-ħames produtturi Komunitarji magħżula kienet ħafna inqas mill-10,8 % ddikjarati. Barra minn hekk, l-2004 ma tqisetx bħala perjodu xieraq għal din il-valutazzjoni minħabba li f'dik il-ħabta kien qed iseħħ dumping ta' ħsara. |
(355) |
Fl-investigazzjoni preċedenti, tqies li l-marġni tal-profitt ta' 5 % tal-fatturat seta' jitqies bħala livell xieraq li l-industrija Komunitarja setgħet tiġi mistennija li tikseb fin-nuqqas ta' dumping ta' ħsara fuq il-bażi tad-dejta mill-1997 u l-1998. Billi din l-informazzjoni ma kenitx riċenti, intużaw sorsi oħra biex jinstab jekk kenitx għadha xierqa. L-ewwel nett, it-tubi wweldjati huma prodott matur ħafna, li għandu proċessi ta' produzzjoni li kważi ma nbidlux mill-1997. It-tieni, dejta riċenti disponibbli mid-database BACH għal firxa wiesgħa ta' kumpaniji ta' manifattura tal-metall tagħti livelli ta' profittabilità ta' madwar 5 %. |
(356) |
Għalhekk, ġie konkluż li l-livell ta' profittabilità ta' 5 % għadu xieraq għal dan il-prodott. |
(357) |
Il-prezz bla ħsara nkiseb billi żdied il-profitt normali kkalkulat hawn fuq mal-ispiża tal-produzzjoni ta' kull tip ta' prodott. Kwalunkwe differenza bejn il-prezz bla ħsara u l-prezz tal-esportazzjoni tal-istess tip ta' prodott imbagħad ġie espress bħala perċentwali tal-valur totali ta' importazzjoni CIF. |
(358) |
Għall-kumpaniji Ċiniżi ta' esportazzjoni li kkooperaw, għandu jitfakkar li l-ebda waħda minnhom ma ngħatat TES jew TI u għalhekk ġie kkalkulat marġni ta' ħsara għall-pajjiż sħiħ. Il-kalkolu kien ibbażat fuq il-produtturi esportaturi li kkooperaw. Id-dejta ta' wieħed mill-esportaturi Ċiniżi ġiet eskluża minn dan il-kalkolu billi ma ġietx irrappurtata dejta kompluta b'mod suffiċjenti lill-Kummissjoni. |
(359) |
F'dak li għandu x'jaqsam mal-Belarus, ġie ikkalkulat ukoll dazju għall-pajjiż kollu fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-importazzjoni tal-importatur Ġermaniż kif imsemmi fil-premessa (95) fin-nuqqas ta' biżżejjed kooperazzjoni. |
(360) |
Fir-rigward tar-Russja, il-produtturi esportaturi li kkooperaw ngħataw marġnijiet individwali tal-ħsara. Għal dawk li ma kkooperawx, fid-dawl tal-fatt li l-livell tal-kooperazzjoni kienet 'il fuq minn 80 %, il-marġni ta' ħsara għall-pajjiż kollu ġie stabbilit fil-livell tal-ogħla wieħed li kkoopera. |
(361) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ttieħdu hawn fuq, il-marġni ta' ħsara li ġejjin kienu kkalkulati:
|
(362) |
Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, u taħt l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, qed jitqies li l-miżuri anti-dumping definittivi għandhom jiġu imposti fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ, ir-Russja u l-Belarus fil-livell tal-iktar marġni baxx ta' dumping u ħsara, skont ir-regola tal-inqas dazju. |
(363) |
Fuq il-bażi ta' dan, id-dazji definittivi proposti huma kif ġej:
|
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Huwa b'dan impost dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' tubi u pajpijiet iwweldjati tal-ħadid jew azzar mhux illigat, ta' profil ċirkulari u ta' dijametru estern li ma jaqbiżx il-168,3 mm, ħlief katusi tat-tip użati għas-sensieli ta' katusi taż-żejt jew tal-gass, kejsing, u tubi ta' perforazzjoni mit-tip li jintużaw għat-tħaffir għaż-żejt jew il-gass, tubi ta' preċiżjoni u tubi u pajpijiet b'tagħmir imwaħħal magħhom adattati biex iwasslu gassijiet jew likwidi għall-użu f'vetturi tal-ajru ċivili, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex730630 41, ex730630 49, ex730630 72 u ex730630 77 (il-kodiċijiet TARIC 7306304120, 7306304920, 7306307280 u 7306307780) u li joriġinaw fil-Belarus, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Russja, it-Tajlandja, it-Turkija u l-Ukraina.
2. Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett bla ħlas fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji li ġejjin, għandha tkun kif ġej:
Il-Pajjiż |
Il-Kumpanija |
Id-dazju anti-dumping |
Il-kodiċi addiżjonali TARIC |
It-Tajlandja |
Saha Thai Steel Pipe Co. Ltd |
21,7 % |
A405 |
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
35,2 % |
A999 |
|
L-Ukraina |
►C1 OJSC Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant ◄ u OJSC Interpipe Novomoskovsk Pipe Production Plant |
10,7 % |
A345 |
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
44,1 % |
A999 |
|
Ir-RPĊ |
Il-kumpaniji kollha |
90,6 % |
— |
Ir-Russja |
TMK Group (Seversky Pipe Plant Open Joint Stock Company u Joint Stock Company Taganrog Metallurgical Works) |
16,8 % |
A892 |
OMK Group (Open Joint Stock Company Vyksa Steel Works u Joint Stock Company Almetjvesk Pipe Plant) |
10,1 % |
A893 |
|
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
20,5 % |
A999 |
|
Il-Belarus |
Il-kumpaniji kollha |
38,1 % |
— |
3. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieћor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji doganali li huma fis-seħħ.
Artikolu 2
Il-proċediment anti-dumping fir-rigward ta' importazzjonijiet tal-prodott konċernat li joriġinaw fil-Bożnija u Ħerzegovina huwa b'dan mitmum.
Artikolu 3
Il-proċediment anti-dumping fir-rigward ta' importazzjonijiet tal-prodott konċernat li joriġinaw fit-Turkija huwa b'dan mitmum
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.
( 2 ) ĠU L 259, 27.9.2002, p. 8, fl-1 ta' Mejju 2004, l-Unjoni Ewropea kibret biex tinkludi 10 Stati Membri ġodda, fosthom ir-Repubblika Ċeka u l-Polonja. Minn dik id-data, il-miżuri anti-dumping fis-seħħ fil-Komunità tal-15-il Stat Membru ġew awtomatikament estiżi u applikati wkoll fl-Istati Membri l-ġodda fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Il-miżuri kontra l-Istati Membri l-ġodda waqgħu awtomatikament fl-istess data.
( 3 ) ĠU C 226, 26.9.2007, p. 7.
( 4 ) ĠU C 226, 26.9.2007, p. 12.
( 5 ) ĠU L 17, 24.1.2008, p. 14.
( 6 ) Għal din il-kumpanija kif ukoll għal Yücel Boru ve Profil Endüstrisi AȘ u Noksel Çelik Boru Sanayi AȘ, Ankara, ara l-premessa 143.
( 7 ) Rapport tat-Tribunal tal-Appel fuq Mexico – Definitive Anti-Dumping Measures on Beef and Rice: Complaint with Respect to Rice (WT/DS295/AB/R) u r-Rapport tal-Bord (WT/DS295/R), kif modifikat mir-rapport tat-Tribunal tal-Appell.
( 8 ) Ir-Reġistru Federali/Vol. 73, Nru 10/it-Tlieta, 15 ta' Jannar, 2008/Avviżi, pġ. 2456; Ir-Reġistru Federali/Vol. 73, Nru 80/il-Ħamis, 24 ta' April, 2008/Avviżi, pġ. 22130;
( 9 ) Barra dan, għaddejja bħalissa investigazzjoni ta' salvagwardja fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. Jekk il-konklużjonijiet tagħha jkunu simili għall-miżuri ta' salvagwardja imposti fi tmiem l-2006 fuq pajpijiet ta' dijametru ikbar (dak iż-żmien ġie introdott dazju speċjali ta' 8 %), dan jintroduċi differenza strutturali ulterjuri meta mqabbel mal-Komunità.