2008R0826 — MT — 01.10.2016 — 008.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 826/2008

ta’ l-20 ta’ Awwissu 2008

li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ ċerti prodotti agrikoli

(ĠU L 223 21.8.2008, p. 3)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 138/2009 tat-18 ta’ Frar 2009

  L 48

3

19.2.2009

 M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 484/2010 tat-3 ta’ Ġunju 2010

  L 138

1

4.6.2010

 M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 557/2010 tal-24 ta’ Ġunju 2010

  L 159

13

25.6.2010

►M4

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 65/2013 tal-24 ta’ Jannar 2013

  L 22

6

25.1.2013

►M5

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1333/2013 tat-13 ta’ Diċembru 2013

  L 335

8

14.12.2013

 M6

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 501/2014 tal-11 ta' Marzu 2014

  L 145

14

16.5.2014

 M7

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2000 tad-9 ta' Novembru 2015

  L 292

4

10.11.2015

►M8

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1238 tat-18 ta' Mejju 2016

  L 206

15

30.7.2016


Ikkoreġut b'

 C1

Rettifika, ĠU L 288, 30.10.2008, p.  12 (826/2008)




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 826/2008

ta’ l-20 ta’ Awwissu 2008

li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ ċerti prodotti agrikoli

▼M8 —————




▼B




ANNESS III

RAPPURTAĠĠ TAD-DATA

A.   Żejt taż-żebbuġa

(a) Mhux iktar tard minn kull nhar ta’ Erbgħa, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni il-prezzijiet medji reġistrati fis-swieq rappreżentattivi tagħhom ewlenin il-ġimgħa ta’ qabel għall-kategoriji differenti ta’ żejt mniżżla fl-Anness XVI tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

▼M4

(b) Qabel il-15 ta’ Settembru, l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni, għas-sena tas-suq preċedenti, dwar il-produzzjoni definittiva u l-konsum intern totali taż-żejt taż-żebbuġa kif ukoll dwar il-ħażniet li jkun baqa’ fl-aħħar tas-sena.

▼M5

(c) Minn Ottubru sa Mejju ta’ kull sena tas-suq, sa mhux iktar tard mill-15-il jum tax-xahar, l-Istati Membri produtturi għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar:

(i) stima tal-kwantitajiet ta’ kull xahar taż-żejt taż-żebbuġa prodott mill-bidu tas-sena tas-suq sa u inkluż ix-xahar ta’ qabel;

(ii) stima tal-produzzjoni kollha u l-konsum intern kollu taż-żejt taż-żebbuġa għas-sena kollha tas-suq u stima tal-ħażniet fi tmiem is-sena tas-suq.

▼B

(d) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ kollezzjoni ta’ data li huma jiddeċiedu li hija l-iktar xierqa biex jiġbru u jippreparaw in-notifiki msemmija fil-punti (b) u (c) u għandhom jispeċifikaw, fejn xieraq, l-obbligi ta’ komunikazzjoni tad-data ta’ l-operaturi fis-settur taż-żebbuġ.

(e) Id-data msemmija fil-punti (a), (b) and (c) għandhom ikunu mibgħuta fuq il-formoli li tipprovdi l-Kummissjoni.

(f) Il-Kummissjoni tista’ tuża sorsi ta’ informazzjoni oħra.

▼M8 —————