02008R0692 — MT — 01.09.2019 — 013.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 692/2008 tal- 18 ta’ Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199 28.7.2008, p. 1) |
Emendat bi:
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 692/2008
tal- 18 ta’ Lulju 2008
li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Is-suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikoli 4, 5 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. “tip ta’ vettura rigward l-emissjonijiet u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura” tfisser grupp ta’ vetturi li ma jvarjawx fl-aspetti li ġejjin:
(a) l-inerzja ekwivalenti determinata b’relazzjoni għall-massa ta’ referenza kif inhu provdut fil-paragrafu 5.1. ta’ l-Anness tar-Regolament 83 tan-NU/ECE ( 1 );
(b) il-karatteristiċi tal-magna u tal-vettura kif stabbiliti fl-Appendiċi 3 ta’ l-Anness I;
2. “approvazzjoni tat-tip KE ta’ vettura rigward l-emissjonijiet u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura” tfisser approvazzjoni tat-tip KE ta’ vettura rigward l-emissjonijiet tagħha mit-tailpipe, emissjonijiet mill-crankcase, emissjonijiet evaporattivi, konsum tal-fjuwil u aċċess għall-OBD tal-vettura u għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura;
3. “inkwinanti gassużi” tfisser emissjonijiet tal-gass ta’ l-egżost bħall-monossidu tal-karbonju, l-ossidi tan-nitroġenu, espressi f’ekwivalent għad-dijossidu tan-nitroġenu (NO2), u għall-idrokarbonji bil-proporzjon li ġej:
(a) C1H1,89O0,016 għall-petrol (E5);
(b) C1H1,86O0,005 għad-diżil (B5);
(c) C1H2,525 għall-gass tal-petroleum likwifikat (LPG);
(d) CH4 għall-gass naturali (NG) u għall-bijometanu;
(e) C1H2,74O0,385 għall-etanol (E85);
4. “għajnuna biex tistartja” tfisser plaggs li jiddu (glow plugs), modifikazzjonijiet fil-ħin ta’ l-injezzjoni u tagħmir ieħor li jgħinu lill-magna biex tistartja mingħajr ma tkun arrikkita t-taħlita ta’ l-arja/tal-fjuwil tal-magna;
5. “kapaċità tal-magna” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:
(a) għall-magni bil-pistin li jirreċiproka, iċ-ċilindrata nominali tal-magna;
(b) għall-magni bil-pistin idur (Wankel), darbtejn iċ-ċilindrata nominali;
6. “sistema li tirriġenera perjodikament” tfisser konvertituri katalitiċi, filtri għall-partikulati jew tagħmir ieħor għall-kontroll tat-tniġġis li jeħtieġ proċess perjodiku ta’ riġenerazzjoni f’inqas minn 4 000 km ta’ ħidma normali tal-vettura;
7. “tagħmir sostitut oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis jew assemblaġġ ta’ tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis li t-tipi tiegħu ġew indikati fl-Appendiċi 4 ta’ l-Anness I ta’ dan ir-Regolament imma li jiġu offruti fuq is-suq bħala unitajiet tekniċi separati mid-detentur ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura;
8. “tip ta’ tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser kovertituri katalitiċi u filtri għall-partikulati li ma jvarjaw fl-ebda wieħed mill-aspetti essenzjali li ġejjin:
(a) in-numru ta’ sottostrati, l-istruttura u l-materjal;
(b) it-tip ta’ attività ta’ kull sottostrat;
(ċ) il-volum, il-proporzjon ta’ l-erja frontali u tat-tul tas-sottostrat;
(d) il-kontenut tal-materjal katalistiku;
(e) il-proporzjon tal-materjal katalitiku;
(f) id-densità taċ-ċelluli;
(g) id-dimensjonijiet u s-sura;
(h) il-protezzjoni termali;
9. “vettura li tieħu fjuwil wieħed” tfisser vettura li hija ddisinjata biex primarjament taħdem b’tip wieħed ta’ fjuwil;
10. “vettura li tieħu gass tal-fjuwil wieħed” tfisser vettura li tieħu fjuwil wieħed li primarjament taħdem bl-LPG, bl-NG/bil-bijometanu, jew bl-idroġenu imma jista’ anki jkollha sistema tal-petrol għal finijiet ta’ emerġenza jew biex tistartja biss, fejn it-tank tal-petrol ma jkunx jesa’ aktar minn 15-il litru ta’ petrol;
11. “vettura li tieħu żewġ fjuwils” tfisser vettura b’żewġ sistemi ta’ ħażna tal-fjuwil separati li tista’ taħdem part-time b’żewġ fjuwils differenti u hija ddisinjata biex taħdem bi fjuwil wieħed kull darba;
12. “vettura li tieħu żewġ gassijiet tal-fjuwil” tfisser vettura li tieħu żewġ fjuwils li tista’ taħdem bil-petrol u tista’ wkoll taħdem jew bl-LPG, jew bl-NG/bil-bijometanu jew bl-idroġenu;
13. “vettura flex fuel” tfisser vettura b’sistema ta’ ħażna tal-fjuwil waħda li tista’ taħdem b’taħlitiet differenti ta’ żewġ fjuwils jew aktar;
14. “vettura flex fuel li tieħu l-etanol” tfisser vettura flex fuel li tista’ taħdem bil-petrol jew taħlita ta’ petrol u ta’ etanol sa taħlita b’85 % ta’ l-etanol (E85);
15. “vettura flex fuel li tieħu l-bijodiżil” tfisser vettura flex fuel li tista’ taħdem bid-diżil minerali jew taħlita ta’ diżil minerali u ta’ bijodiżil;
16. “vettura ibrida elettrika” (HEV) tfisser vettura, inklużi vetturi li jieħdu l-enerġija minn fjuwil konsumabbli biss sabiex jiċċarġjaw mill-ġdid apparat għall-ħażna tal-enerġija elettrika/qawwa, li, għall-għan ta' propulsjoni mekkanika, tieħu l-enerġija miż-żewġ sorsi li ġejjin ta' enerġija/qawwa li jkun hemm maħżuna fuq il-vettura:
(a) fjuwil konsumabbli;
(b) batterija, kapasiter, flajwil/ġeneratur jew apparat ieħor għall-ħażna tal-enerġija/qawwa elettrika;
17. “miżmuma u użata b’mod xieraq” tfisser, għall-fini ta’ vettura tat-test, li tali vettura tissodisfa l-kriterji għall-aċċettazzjoni ta’ vettura magħżula stabbiliti fit-taqsima 2 ta’ l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness II;
18. “sistema għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet” tfisser, fil-kuntest tas-sistema OBD, il-kontrollur elettroniku tal-ġestjoni tal-magna u kwalunkwe komponent relatat ma’ l-emissjonijiet fis-sistema ta’ l-egżost jew fis-sistema evaporattiva li jipprovdi input għal jew jirċievi output minn dan il-kontrollur;
19. “indikatur ta’ ħsara (MI)” tfisser indikatur viżibbli jew li jinstema’ li jinforma b’mod ċar lis-sewwieq tal-vettura fil-każ ta’ ħsara fi kwalunkwe komponent relatat ma’ l-emissjonijiet konness mas-sistema OBD, jew tas-sistema OBD infisha;
20. “ħsara” tfisser il-ħsara ta’ komponent relatat ma’ l-emissjonijiet jew ta’ sistema relatata ma’ l-emissjonijiet li jwassal biex l-emissjonijiet jeċċedu l-limiti fit-taqsima 3.3.2 ta’ l-Anness XI jew jekk is-sistema OBD ma tkunx tista’ tissodisfa r-rekwiżiti bażiċi ta’ monitoraġġ stabbiliti fl-Anness XI;
21. “arja sekondarja” tfisser l-arja introdotta fis-sistema ta’ l-egżost permezz ta’ pompa jew ta’ valv ta’ aspiratur jew b’mezz ieħor li huwa maħsub biex jgħin fl-ossidazzjoni ta’ l-HC u tas-CO li jinsabu fil-kurrent tal-gass ta’ l-egżost;
22. “ċiklu ta'sewqan”, fejn għandhom x’jaqsmu s-sistemi OBD, jikkonsisti fl-istartjar tal-magna, fil-modalità tas-sewqan fejn tkun tiġi skoperta ħsara, jekk ikun hemm, u t-tifi tal-magna;
23. “aċċess għal informazzjoni” tfisser id-disponibbiltà ta’ l-informazzjoni kollha dwar l-OBD tal-vettura u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura, meħtieġa għall-ispezzjoni, għad-dijanjosi, għas-servis jew għat-tiswija tal-vettura;
24. “defiċjenza” tfisser, fil-kuntest tas-sistema OBD, li sa żewġ komponenti jew sistemi separati li jkunu monitorjati fihom karatteristiċi operattivi temporanji jew permanenti li jfixklu l-monitoraġġ mill-bqija effiċjenti ta’ l-OBD ta’ dawk il-komponenti jew is-sistemi jew ma jissodisfawx ir-rekwiżiti dettaljati l-oħra kollha għall-OBD;
25. “tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis iddeterjorat” tfisser tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis kif iddefinit fl-Artikolu 3(11) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 li għadda ż-żmien minn fuqu jew ġie deterjorat artifiċjalment sa tali punt li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 1 ta’ l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness XI tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE;
26. “informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura” tfisser informazzjoni relatata mas-sistema dijanjostika abbord għal kwalunkwe sistema elettronika fil-vettura;
27. “reaġent” tfisser kwalunkwe prodott għajr il-fjuwil li jinħażen fil-vettura u jiġi provdut lis-sistema tat-trattament ta’ wara ta’ l-egżost fuq it-talba tas-sistema għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet;
28. “massa tal-vettura lesta biex taħdem” tfisser il-massa deskritta fil-punt 2.6 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE;
29. “nuqqas ta’ qbid tal-magna” tfisser nuqqas ta’ kombustjoni fiċ-ċilindru ta’ magna positive-ignition minħabba nuqqas ta’ spark, kejl ħażin tal-fjuwil, kompressjoni ħażina jew kwalunkwe kawża oħra;
30. “sistema jew tagħmir li tistartja kiesħa” tfisser sistema li temporanjament tarrikixxi t-taħlita tal-fjuwil/ta’ l-ajra tal-magna biex b’hekk tgħin lill-magna tistartja;
31. “operazzjoni jew unità minn fejn tista’ tieħu l-enerġija” tfisser provvista ta’ output imħaddma permezz ta’ magna sabiex tingħata l-enerġija lil tagħmir awżiljari, immontat fuq il-vettura;
32. “manifatturi ta’ volum baxx” tfisser manifatturi tal-vetturi li l-produzzjoni dinjija annwali tagħhom hija inqas minn 10 000 unità;
33. “Power train elettrika” tfisser sistema li tikkonsisti minn apparat wieħed jew aktar li jaħżen/jaħżnu l-enerġija tal-elettriku, apparat wieħed jew aktar li jikkundizzjona/jikkondizzjonaw l-qawwa elettrika u magna/i elettriċi li jikkonvertu l-enerġija elettrika maħżuna għal enerġija mekkanika li tintbagħat fir-roti għall-propulsjoni tal-vettura;
34. “Vettura purament elettrika” tfisser vettura li taħdem bil-power train elettrika biss;
35. “Vettura flex fjuwil H2NG” tfisser vettura flex fjuwil li tista' taħdem b'taħlitiet differenti ta' idroġenu u NG/bijometan;
36. “Vettura biċ-ċellola tal-fjuwil tal-idroġenu” tfisser vettura mħaddma minn ċellola tal-fjuwil li tikkonverti l-enerġija kimika minn idroġenu f'enerġija elettrika, għall-propulsjoni tal-vettura;
37. “qawwa netta” tfisser il-qawwa miksuba fuq bank tat-test fit-tarf tal-krankxaft jew l-ekwivalenti tagħha fil-veloċità korrispondenti tal-magna jew tal-mutur bl-awżiljarji, ittestjati skont l-Anness XX (Kejl tal-qawwa netta tal-magna, il-qawwa netta u l-qawwa massima ta’ 30 minuta tas-sistema tat-trazzjoni elettrika), u stabbilita fil-kundizzjonijiet atmosferiċi ta’ referenza;
38. “qawwa netta massima” tfisser il-valur massimu tal-qawwa netta mkejla meta l-magna tkun mgħobbija b’tagħbija sħiħa;
39. “qawwa massima ta’ 30 minuta” tfisser il-qawwa massima netta ta’ sistema tat-trazzjoni elettrika b’vultaġġ DC kif stabbilit fil-paragrafu 5.3.2 tar-Regolament UNECE Nru 85 ( 2 );
40. “cold start” tfisser temperatura tal-likwidu li jkessaħ il-magna (jew temperatura ekwivalenti) fl-istartjar tal-magna daqs jew anqas minn 35 °C u anqas minn jew daqs 7 K ogħla mit-temperatura ambjentali (jekk disponibbli) fl-istartjar tal-magna;
41. “Emissjonijiet f' sewqan reali (RDE)” tfisser l-emissjonijiet minn vettura f'kundizzjonijiet normali tal-użu;
42. “Sistema portabbli għall-kejl tal-emissjonijiet” (minn hawn 'il quddiem imsejħa “PEMS”) tfisser sistema ta' kejl ta' emissjonijiet li tista' tinġarr li tissodisfa r-rekwiżiti speċifikati fl-Appendiċi 1 tal-Anness IIIA;
43. “Strateġija Bażi għall-Emissjonijiet” (minn hawn 'il quddiem imsejħa “BES”) tfisser strateġija għall-emissjonijiet li tkun attiva matul il-medda operattiva tal-veloċità u t-tagħbija tal-vettura sakemm ma tkunx ġiet attivata Strateġija Awżiljarja għall-Kontroll tal-Emissjonijiet;
44. “Strateġija Awżiljari għall-Kontroll tal-Emissjonijiet” (minn hawn 'il quddiem imsejħa “AES”) tfisser strateġija tal-emissjonijiet li ssir attiva u tieħu post jew li timmodifika Strateġija Bażi għall-Emissjonijiet għal skop speċifiku u bħala reazzjoni għal grupp speċifiku ta' kundizzjonijiet ambjentali jew operattivi u li tibqa' operattiva biss sakemm jibqgħu jeżistu dawn il-kundizzjonijiet;
45. “Sistema ta' Ħżin tal-Fjuwil” tfisser apparat li jippermetti l-ħżin tal-fjuwil, li jinkludi t-tank tal-fjuwil, il-bokka tal-mili tal-fjuwil, it-tapp tal-bokka u l-pompa tal-fjuwil;
46. “Fattur tal-Permeabbiltà (PF)” tfisser l-emissjonijiet tal-idrokarburi kif riflessi fil-permeabbiltà tas-sistema tal-ħżin tal-fjuwil;
47. “Tank b'saff wieħed” tfisser tank tal-fjuwil magħmul minn saff wieħed ta' materjal;
48. “Tank b'ħafna saffi” tfisser tank tal-fjuwil magħmul b'minn tal-inqas żewġ saffi differenti ta' materjal, u wieħed minnhom ikun impermeabbli għall-idrokarburi, inkluż l-etanol.
Artikolu 3
Ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip
1. Sabiex jirċievi approvazzjoni tat-tip tal-KE rigward l-emissjonijiet u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura, il-manifattur għandu juri li l-vetturi huma konformi mal-proċeduri tat-test speċifikati fl-Annessi III sa VIII, X sa XII, XIV, XVI u XX ta' dan ir-Regolament. Il-manifattur għandu jiżgura wkoll il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-fjuwils ta’ referenza stabbiliti fl-Anness IX ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-vetturi għandhom ikunu suġġetti għat-testijiet li ġew speċifikati fil-Figura I.2.4 ta’ l-Anness I.
3. Bħala alternattiva għar-rekwiżiti inklużi fl-Annessi I, II, V sa XI u XVI, il-manifatturi ta’ volum baxx jistgħu jitolbu li tip ta’ vettura li ġiet approvata minn awtorità ta’ pajjiż terz tingħata approvazzjoni tat-tip KE fuq il-bażi ta’ l-atti leġiżlattivi stabbiliti fit-Taqsima 2.1 ta’ l-Anness I.
It-testijiet ta’ l-emissjonijiet sabiex ikun żgurat li l-vettura tkun tajba għat-triq stabbiliti fl-Anness IV, jittestjaw il-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet tas-CO2 stabbiliti fl-Anness XI u r-rekwiżiti għall-aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u dwar it-tiswija u l-manuntenzjoni tal-vettura stabbiliti fl-Anness XIV xorta għandhom ikunu meħieġa sabiex tinkiseb l-approvazzjoni tat-tip KE rigward l-emissjonijiet u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura skond dan il-paragrafu.
L-awtorità ta’ l-approvazzjoni għandha tinforma lill-Kummissjoni biċ-ċirkostanzi ta’ kull approvazzjoni tat-tip mogħtija skond dan il-paragrafu.
4. Ir-rekwiżiti speċifiċi għad-daħliet għat-tankijiet tal-fjuwil u għas-sigurtà tas-sistema elettronika ġew stabbiliti fit-Taqsimiet 2.2 u 2.3 ta’ l-Anness I.
5. Il-manifattur għandu jieħu miżuri tekniċi sabiex jiżgura ruħu li l-emissjonijiet mit-tailpipe u l-emissjonijiet evaporattivi jkunu effettivament limitati, skond dan ir-Regolament, matul il-ħajja normali tal-vettura u f’kundizzjonijiet normali ta’ użu.
Dawn il-miżuri għandhom jinkludu li tkun żgurata s-sigurtà tal-pajpijiet, tal-ġonot u tal-konnessjonijiet, li jintużaw fi ħdan is-sistemi għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet, ikunu mibnija b’tali mod li jkunu konformi mal-ħsieb oriġinali tad-disinn.
6. Il-manifattur għandu jiżgura ruħu li r-riżultati tat-testijiet ta’ l-emissjonijiet ikunu konformi mal-valur ta’ limitu applikabbli fil-kundizzjonijiet speċifikati tat-test ta’ dan ir-Regolament.
7. Għat-test tat-Tip 2 stabbilit fl-Appendiċi 1 ta’ l-Anness IV, bl-idling speed normali tal-magna, il-manifattur tal-vettura għandu jiddikjara l-kontenut massimu permissibbli tal-monossidu tal-karbonju fil-gassijiet ta’ l-egżost. Madankollu, il-kontenut massimu tal-monossidu tal-karbonju m’għandux jeċċedi ż-0,3 % vol.
B’idling speed għoli, il-kontenut tal-monossidu tal-karbonju skond il-volum tal-gassijiet ta’ l-egżost m’għandux jeċċedi ż-0,2 %, bil-veloċità tal-magna tkun mill-inqas ta’ 2 000 min-1 u l-Lambda tkun 1 ± 0,03 jew skond l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur.
8. Il-manifattur għandu jiżgura ruħu li għat-test tat-Tip 3 stabbilit fl-Anness V, is-sistema ta’ ventilazzjoni tal-magna ma tippermetti l-emissjoni ta’ l-ebda gass mill-crankcase fl-atmosfera.
9. It-test tat-Tip 6 li jkejjel l-emissjonijiet f’temperaturi baxxi stabbilit fl-Anness VIII m’għandux japplika għall-vetturi diżil.
Madanakollu, meta japplikaw għall-approvazzjoni tat-tip, il-manifatturi għandhom jippreżentaw lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni informazzjoni li turi li t-tagħmir tat-trattament ta’ wara ta’ l-NOx jilħaq temperatura biżżejjed għolja għal ħidma effiċjenti fi ħdan 400 sekonda wara startjar kiesaħ f’temperatura ta’ – 7 °C kif ġie deskritt fit-test tat-Tip 6.
Barra minn hekk, il-manifattur għandu jipprovdi lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni b’informazzjoni dwar l-istrateġija operattiva tas-sistema ta’ riċirkolazzjoni tal-gassijiet ta’ l-egżost (EGR), inkluż il-funzjonament tagħha f’temperaturi baxxi.
Din l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll deskrizzjoni ta’ kwalunke effett fuq l-emissjonijiet.
L-awtorità ta’ l-approvazzjoni m’għandhiex tagħti l-approvazzjoni tat-tip jekk l-informazzjoni provduta ma tkunx biżżejjed biex jintwera li t-tagħmir tat-trattament ta’ wara effettivament jilħaq temperatura biżżejjed għolja għal ħidma effiċjenti fi ħdan il-perjodu ta’ żmien magħżul.
Fuq it-talba tal-Kummissjoni, l-awtorità ta’ l-approvazzjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar ir-rendiment tat-tagħmir tat-trattament ta’ wara ta’ l-NOx u tas-sistema EGR f’temperaturi baxxi.
10. Il-manifattur għandu jiżgura li, matul il-ħajja normali ta' vettura li hija approvata għat-tip skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007, l-emissjonijiet tagħha kif iddeterminat f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness IIIA ta' dan ir-Regolament u li jiġu emessi f'test tal-RDE imwettaq skont dak l-Anness, ma għandhomx jaqbżu l-valuri stabbiliti fih.
Approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tista' tinħareġ biss jekk il-vettura tkun parti minn familja tat-test tal-PEMS validat skont l-Appendiċi 7 tal-Anness IIIA.
Sa tliet snin wara d-dati speċifikati fl-Artikolu 10(4) u erba' snin wara d-dati speċifikati fl-Artikolu 10(5) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(a) ►M11 Ir-rekwiżiti ta' punt 2.1 tal-Anness IIIA ma għandhomx japplikaw. ◄
(b) Ir-rekwiżiti l-oħra tal-Anness IIIA, b'mod partikolari fir-rigward tat-testijiet tal-RDE li jridu jitwettqu u d-dejta li trid tiġi rreġistrata u ssir disponibbli, għandhom japplikaw biss għal approvazzjonijiet ġodda tat-tip skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 maħruġa wara l-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tal-Anness IIIA f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(c) Ir-rekwiżiti tal-Anness IIIA ma għandhomx japplikaw għal approvazzjonijiet tat-tip mogħtija lill-manifatturi ta' volum żgħir kif definit fl-Artikolu 2(32) ta' dan ir-Regolament.
(d) Meta r-rekwiżiti stabbiliti fl-Appendiċi 5 u 6 tal-Anness IIIA jkunu sodisfatti għal wieħed biss miż-żewġ metodi ta' evalwazzjoni tad-dejta deskritti f'dawk l-Appendiċi, wieħed għandu jimxi fuq il-proċeduri li ġejjin:
(i) għandu jsir test addizzjonali tal-RDE;
(ii) meta dawk ir-rekwiżiti huma għal darb'oħra sodisfatti għal metodu wieħed biss, l-analiżi tal-kompletezza u n-normalità għandha tiġi rreġistrata għaż-żewġ metodi u l-kalkolu meħtieġ skont il-punt 9.3 tal-Anness IIIA jista' jkun limitat għall-metodu li għalih ir-rekwiżiti tal-kompletezza u n-normalità huma sodisfatti.
Id-dejta taż-żewġ testijiet tal-RDE u tal-analiżi tal-kompletezza u n-normalità għandhom jiġu rreġistrati u jsiru disponibbli biex tiġi eżaminata d-differenza fir-riżultati taż-żewġ metodi ta' evalwazzjoni tad-dejta.
(e) Il-qawwa fuq ir-roti tal-vettura tat-test għandha tiġi ddeterminata jew permezz ta' kejl tat-torque fil-buttun tar-rota jew mill-fluss ta' massa ta' CO2 bl-użu tal-“Velines” skont il-punt 4 tal-Appendiċi 6 tal-Anness IIIA.
Artikolu 4
Ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip rigward is-sistema OBD
1. Il-manifattur għandu jiżgura li l-vetturi kollha jkunu mgħammra b’sistema OBD.
2. Is-sistema OBD għandha tkun iddisinjata, mibnija u installata fuq vettura sabiex tkun tista’ tidentifika tipi ta’ deterjorament jew ta’ ħsara tul il-ħajja kollha tal-vettura.
3. Is-sistema OBD għandha tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament waqt kundizzjonijiet ta’ użu normali.
4. Meta tiġi ttestjata b’komponent difettuż skond l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness XI, l-indikatur ta’ ħsara tas-sistema OBD għandu jiġi attivat.
L-indikatur ta’ ħsara tas-sistema OBD jista’ jiġi attivat ukoll waqt dan it-test f’livelli ta’ emissjonijiet taħt il-limiti ta’ limitu ta’ l-OBD speċifikati fl-Anness XI.
5. Il-manifattur għandu jiżgura ruħu li s-sistema OBD tkun konformi mar-rekwiżiti għal rendiment waqt l-użu stabbilit fit-taqsima 3 ta’ l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness XI ta’ dan ir-Regolament fil-kundizzjonijiet kollha ta’ sewqan li jkunu raġonevolment prevedibbli.
6. Il-manifattur għandu jagħmel faċilment disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali u għall-operaturi indipendenti bla ebda encryption id-data relatata mar-rendiment waqt l-użu li għandha tinħażen u tiġi rapportata minn sistema OBD ta’ vettura skond id-dispożizzjonijiet tal-punt 3.6 ta’ l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness XI.
▼M2 —————
Artikolu 5
L-applikazzjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE ta’ vettura rigward l-emissjonijiet u l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura
1. Il-manifattur għandu jressaq quddiem l-awtorità ta’ l-approvazzjoni applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE ta’ vettura rigward l-emissjonijiet u l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manuntenzjoni tal-vettura.
2. L-applikazzjoni li tissemma fil-paragrafu 1 għandha tiġi ppreparata skond il-mudell tad-dokument ta’ informazzjoni stabbilit fl-Appendiċi 3 ta’ l-Anness I.
3. Barra minn hekk, il-manifattur għandu jressaq l-informazzjoni li ġejja:
(a) fil-każ ta’ vetturi mgħammra b’magni positive-ignition, dikjarazzjoni mill-manifattur tal-perċentwali minima ta’ drabi meta l-magna ma qabditx minn numru totali ta’ drabi meta l-magna qabdet li jew jirriżultaw f’emissjonijiet li jeċċedu l-limiti mogħtija fit-taqsima 2.3 ta’ l-Anness XI jekk dik il-perċentwali ta’ drabi meta l-magna ma qabditx kienet preżenti mill-bidu ta’ test tat-tip 1 kif ġie deskritt fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament jew jistgħu jwasslu biex katalista jew katalisti ta’ l-egżost jisħnu żżejjed qabel ma jikkawżaw dannu irriversibbli;
(b) informazzjoni dettaljata bil-miktub li tiddeskrivi b’mod sħiħ il-karatteristiċi operattivi funzjonali tas-sistema OBD, inkluż elenku tal-partijiet rilevanti kollha tas-sistema għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet tal-vettura li jkunu monitorjati mis-sistema OBD;
(ċ) deskrizzjoni ta’ l-indikatur ta’ ħsara li jintuża mis-sistema OBD biex jindika l-preżenza ta’ ħsara lil sewwieq tal-vettura;
(d) dikjarazzjoni mill-manifattur li s-sistema OBD hija konformi mad-dispożizzjonijiet tat-taqsima 3 ta’ l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness XI fejn għandu x’jaqsam ir-rendiment waqt l-użu fil-kundizzjonijiet tas-sewqan kollha li jkunu raġonevolment prevedibbli;
(e) pjan li jiddeskrivi l-kriterji tekniċi dettaljati u l-ġustfikazzjoni sabiex jiġu inkrementati n-numeratur u d-denominatur ta’ kull moniter li jrid jissodisfa r-rekwiżiti tat-taqsimiet 3.2 u 3.3 ta’ l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness XI, kif ukoll biex jiġu diżattivati n-numeraturi, id-denominaturi u d-denominatur ġenerali fil-kundizzjonijiet deskritti fit-taqsima 3.7 ta’ l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness XI;
(f) deskrizzjoni tad-dispożizjonijiet li ttieħdu sabiex ikun ipprevenut li l-kompjuter għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet jiġi mbagħbas u modifikat;
(g) jekk ikun applikabbli, il-partikolaritajiet tal-familja tal-vetturi kif jissemmewa fl-Appendiċi 2 ta’ l-Anness XI;
(h) fejn ikun xieraq, kopji ta’ approvazzjonijiet tat-tip oħrajn bid-data rilevanti sabiex l-approvazzjonijiet jkunu jistgħu jiġu estiżi u jkunu jistgħu jiġu stabbiliti l-fatturi ta’ deterjorament.
4. Għall-finijiet tal-punt (d) tal-paragrafu 3, il-manifattur għandu juża l-mudell ta’ ċertifikata ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ rendiment waqt użu ta’ l-OBD tal-manifattur stabbilit fl-Appendiċi 7 ta’ l-Anness I
5. Għall-finijiet tal-punt (e) tal-paragrafu 3, l-awtorità ta’ l-approvazzjoni li tagħti l-approvazzjoni għandha tagħmel l-informazzjoni li tissemma f’dak il-punt disponibbli għall-awtoritajiet ta’ l-approvazzjoni jew għall-Kummissjoni meta tintalab tagħmel dan.
6. Għall-finijiet tal-punti (d) u (e) tal-paragrafu 3, l-awtoritajiet ta’ l-approvazzjoni m’għandhomx japprovaw vettura jekk l-informazzjoni mressqa mill-manifattur ma tkunx xierqa biex ikunu sodisfatti r-rekwiżiti tat-taqsima 3. ta’ l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness XI.
Fil-kundizzjonijiet kollha ta’ sewqan li jkunu raġonevolment prevedibbli għandu japplikaw it-taqsimiet 3.2., 3.3. u 3.7. ta’ l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness XI.
Għall-valutazzjoni ta’ l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel u t-tieni sottopragrafi, l-awtoritajiet ta’ l-approvazzjoni għandhom iqisu l-istat tat-teknoloġija.
7. Għall-finijiet tal-punt (f) tal-paragrafu 3, id-disopżizzjonijiet li ttieħdu sabiex ikun ipprevenut li l-kompjuter għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet jiġi mbagħbas u modifikat għandhom jinkludu l-faċilità biex isir l-aġġornament billi jintuża programm approvat jew kalibarazzjoni approvata mill-manifattur.
8. Għat-testijiet speċifikati fil-Figura I.2.4. ta’ l-Anness I, il-manifattur għandu jressaq quddiem is-servizz tekniku responsabbli mit-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip vettura rappreżentattiva tat-tip li għandu jkun approvat.
9. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi li jieħdu fjuwil wieħed, li jieħdu żewġ fjuwils u vetturi flex fuel għandha tkun konformi mar-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti fit-Taqsimiet 1.1 u 1.2. ta’ l-Anness I.
10. Il-bidliet fil-marka ta’ sistema, komponent jew unità teknika separata li jseħħu wara approvazzjoni tat-tip m’għandhomx awtomatikament jinvalidaw approvazzjoni tat-tip, ħlief jekk il-karatteristiċi oriġinali jew il-parametri tekniċi tagħha jinbidlu b’tali mod li l-funzjonalità tal-magna jew tas-sistema għall-kontroll tat-tniġġis tkun affettwata.
11. Il-manifattur għandu jipprovdi wkoll pakkett ta' dokumentazzjoni estiża bl-informazzjoni li ġejja:
(a) informazzjoni dwar l-operat tal-istrateġiji kollha AES u BES, inkluż deskrizzjoni tal-parametri modifikati minn kwalunkwe AES u tal-parametri li taħthom joperaw l-istrateġiji AES, u indikazzjoni tal-AES jew il-BES li x'aktarx ikunu attivi fil-kundizzjonijiet tal-proċeduri tat-testijiet stipulati f'dan ir-Regolament;
(b) deskrizzjoni tal-loġika ta' kontroll tas-sistema tal-fjuwil, tal-istrateġiji ta' sinkronizzazzjoni u tal-punti ta' swiċċjar fil-modalitajiet kollha ta' tħaddim;
12. Il-pakkett ta' dokumentazzjoni estiża msemmi fil-paragrafu 11 għandu jibqa' strettament kunfidenzjali. Dan jista' jinżamm mill-awtorità tal-approvazzjoni, jew, fid-diskrezzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni, mill-fabbrikant. Fil-każ li l-pakkett ta' dokumentazzjoni jinżamm mill-fabbrikant, il-pakkett għandu jiġi identifikat u datat mill-awtorità tal-approvazzjoni wara li jiġi rivedut u approvat. Għandu jkun disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtorità tal-approvazzjoni fiż-żmien tal-approvazzjoni jew f'kull żmien li fih l-approvazzjoni tkun valida.
Artikolu 6
Id-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjni tat-tip KE ta’ vettura rigward l-emissjonijiet u l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura
1. Jekk ir-rekwiżiti rilevanti kollha jiġu ssodisfatti, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip KE u għandha toħorġ numru tal-approvazzjoni tat-tip skont is-sistema ta’ numerazzjoni stabbilita fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE.
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE, it-Taqsima 3 tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip għandha titfassal skont l-Appendiċi 6 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
L-awtorità tal-approvazzjoni ma għandhiex tagħti l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura.
Ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għandhom jitqiesu ssodisfati jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) huma ssodisfatti r-rekwiżiti tal-Artikolu 3(10) ta’ dan ir-Regolament;
(b) huma ssodisfatti r-rekwiżiti tal-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament;
(c) il-vettura ġiet approvata skont ir-Regolamenti Nru 83 tan-NU/KEE, is-sensiela ta’ emendi 07; Nru 85 u s-supplimenti tiegħu, Nru 101, Reviżjoni 3 (li tinkludi s-sensiela ta’ emendi 01 u s-supplimenti tagħhom) u fil-każ ta’ vetturi ta’ tqabbid bil-kompressjoni Nru 24 Parti III, is-sensiela ta’ emendi 03.
(d) ir-rekwiżiti tal-Artikolu 5(11) u (12) huma ssodisfati.
2. Bħala deroga mill-paragrafu 1, fuq it-talba tal-manifattur, vettura b’sistema OBD tista’ tiġi aċċettata għall-approvazzjoni tat-tip rigward l-emissjonijiet u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura, anki jekk is-sistema tinkludi defiċjenza waħda jew aktar tant li r-rekwiżiti speċifiċi ta’ l-Anness XI ma jiġux sodisfatti għal kollox, sakemm ikun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet amministrattivi speċifiċi stabbiliti fit-Taqsima 3 ta’ dak l-Anness.
L-awtorità ta’ l-approvazzjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni li tagħti tali approvazzjoni tat-tip lill-awtoritajiet ta’ l-approvazzjoni kollha fl-Istati Membri l-oħra skond ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2007/46/KE.
3. Meta tagħti approvazzjoni tat-tip KE skond il-paragrafu 1, l-awtorità ta’ l-approvazzjoni għandha toħroġ ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE fejn tuża l-mudell stabbilit fl-Appendiċi 4 ta’ l-Anness I.
Artikolu 7
L-emendi għall-approvazzjonijiet tat-tip
Għal kwalunkwe emenda għall-approvazzjonijiet tat-tip, għandhom japplikaw l-Artikoli 13, 14 u 16 tad-Direttiva 2007/46/KE.
Fuq it-talba tal-manifattur, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġew speċifikati fit-Taqsima 3 ta’ l-Anness I mingħajr il-ħtieġa għal ittestjar addizzjonali biss għal vetturi ta’ l-istess tip.
Artikolu 8
Il-konformità tal-produzzjoni
1. Il-miżuri sabiex tkun żgurata l-konformità tal-produzzjoni għandhom jittieħdu skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2007/46/KE.
2. Il-konformità tal-produzzjoni għandha tkun ikkontrollata fuq il-bażi tad-deskrizzjoni fiċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip stabbilit fl-Appendiċi 4 ta’ l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
3. Id-dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-konformità tal-produzzjoni ġew stabbiliti fit-Taqsima 4 ta’ l-Anness I ta’ dan ir-Regolament u l-metodi statistiċi rilevanti fl-Appendiċi 1 u 2 ta’ dak l-Anness.
Artikolu 9
Il-konformità waqt is-servizz
1. Id-dispożizzjonijiet għall-konformità waqt is-servizz ġew stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament u, għal vetturi approvati għat-tip skond id-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE ( 3 ), fl-Anness XV ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-miżuri biex tkun żgurata konformità waqt is-servizz ta’ vetturi approvati għat-tip skond dan ir-Regolament jew id-Direttiva 70/220/KEE għandhom jittieħdu skond l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2007/46/KE.
3. Il-miżuri ta’ konformità waqt is-servizz għandhom ikunu xierqa sabiex jikkonfermaw il-funzjonalità tat-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis matul il-ħajja utli normali tal-vetturi f’kundizzjonijiet normali ta’ l-użu kif ġie speċifikat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
4. Il-miżuri ta’ konformità waqt is-servizz għandhom ikunu kontrollati għal perjodu sa 5 snin ta’ ħajjet il-vettura jew sa 100 000 km, liema minnhom tiġi l-ewwel.
5. Il-manifattur għandu jkun obbligat iwettaq verifika tal-konformità waqt is-servizz jekk in-numru ta’ vetturi mibjugħa jipprekludi l-kisba ta’ biżżejjed kampjuni sabiex isiru t-testijiet. Għalhekk, m’għandhiex tkun meħtieġa verifika jekk il-bejgħ annwali ta’ dak it-tip ta’ vettura jkun ta’ inqas minn 5 000 mal-Komunità kollha.
Madankollu, il-manifattur ta’ tali vetturi f’serje żgħira għandu jipprovdi lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni b’rapport dwar kwalunkwe garanzija u talba għal tiswijiet u ħsara fl-OBD relatati ma’ emissjonijiet kif ġie stabbilit fil-punt 2.3. ta’ l-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, l-awtorità ta’ l-approvazzjoni tat-tip tista’ teħtieġ li tali tipi ta’ vetturi jkunu ttestjati skond l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
6. Rigward il-vetturi approvati għat-tip skond dan ir-Regolament, fejn l-awtorità ta’ l-approvazzjoni ma tkunx sodisfatta bir-riżultati tat-testijiet skond il-kriterji definiti fl-Appendiċi 2 ta’ l-Anness I, il-miżuri ta’ rimedju li jissemmew fl-Artikolu 30(1) u fl-Anness X tad-Direttiva 2007/46/KE għandhom jiġu estiżi għal vetturi li qed jintużaw li jappartjenu għall-istess tip ta’ vetturi li probabbilment se jkunu affetwati mill-istess difetti skond it-taqsima 6 ta’ l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness I.
Il-pjan tal-miżuri rimedjali preżentati mill-manifattur skond it-taqsima 6.1 ta’ l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness II ta’ dan ir-Regolament għandu jkun approvat mill-awtorità ta’ l-approvazzjoni. Il-manifattur għandu jkun responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-pjan rimedjali approvat.
L-awtorità ta’ l-approvazzjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha fi żmien 30 jum. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-istess pjan ta’ miżuri rimedjali jiġi applikat għall-vetturi kollha ta’ l-istess tip irreġistrati fit-territorju tagħhom.
7. Jekk awtorità ta’ l-approvazzjoni tkun stabbiliet li tip ta’ vettura ma jikkonformax mar-rekwiżiti applikabbli għall-Appendiċi 1, għandha tinnotifika mingħajr dewmien lill-Istat Membru li ta l-approvazzjoni tat-tip oriġinali skond ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 30(3) tad-Direttiva 2007/46/KE.
Wara dik in-notifka u bla ħsara għad-dispożizzjoni ta’ l-Artikolu 30(6) tad-Direttiva 2007/46/KE, l-awtorità ta’ l-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip oriġinali għandha tinforma lill-manifattur li tip ta’ vettura ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u li l-manifattur mistenni jieħu ċerti miżuri. Fi żmien xahrejn wara din in-notifika, il-manifattur għandu jressaq quddiem dik l-awtorità pjan ta’ miżuri sabiex jegħleb id-difetti, li s-sustanza tiegħu għandha tikkorrispondi għar-rekwiżiti tat-taqsimiet 6.1 sa 6.8 ta’ l-Appendiċi 1. L-awtorità ta’ l-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip oriġinali, fi żmien xahrejn, għandha tikkonsulta lill-manifattur sabiex tiżgura ftehim dwar pjan ta’ miżuri u dwar it-twettiq tal-pjan. Jekk l-awtorità ta’ l-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip oriġinali tistabbilixxi li ma jista’ jintlaħaq l-ebda ftehim, għandha tinbeda l-proċedura skond l-Artikolu 30(3) u (4) tad-Direttiva 2007/46/KE.
Artikolu 10
It-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis
1. Il-manifattur għandu jiżgura li t-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis maħsub biex jitwaħħal fuq vetturi approvati għat-tip KE koperti mill-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 jkunu approvati għat-tip KE, bħala unitajiet tekniċi separati fit-tifsira ta’ l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2007/46/KE, skond l-Artikolu 12, l-Artikolu 13 u l-Anness XII ta’ dan ir-Regolament.
Il-konvertituri katalitiċi u l-filtri għall-partikulati għandhom jitqiesu bħala tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
Ir-rekwiżiti rilevanti għandhom jitqiesu li ġew sodisfatti jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) Jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-Artikolu 13;
(b) It-tagħmir ta’ kontroll tat-tniġġis ta’ sostituzzjoni jkun ġie approvat skont ir-Regolament Nru 103 tal-UN/ECE.
L-Artikolu 14 għandu japplika wkoll fil-każ imsemmi fit-tielet subparagrafu.
2. It-tagħmir oriġinali sostitut għall-kontroll tat-tniġġis, li jaqa’ fi ħdan it-tip kopert mill-punt 2.3 ta’ l-Addendum għall-Appendiċi 4 ta’ l-Anness I u huwa maħsub biex jitwaħħal fuq verttura li għaliha jirreferi d-dokument rilevant ta’ l-approvazzjoni tat-tip, m’hemmx għalfejn ikun konformi ma’ l-Anness XII sakemm jissodisfa r-rekwiżiti tal-punti 2.1 u 2.2 ta’ dak l-Anness.
3. Il-manifattur għandu jiżgura li t-tagħmir oriġinali għal-kontroll tat-tniġġis ikollu fuqu mmarkar ta’ identifikazzjoni.
4. L-immarkar ta’ identifikazzjoni li jissemma fil-paragrafu 3 għandu jinkludi dan li ġej:
(a) l-isem jew it-trejdmark tal-manifattur tal-magna jew tal-vettura;
(b) il-marka u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-parti tat-tagħmir oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis kif ġew irreġistrati fl-informazzjoni msemmija fil-punt 3.2.12.2. ta’ l-Appendiċi 3 ta’ l-Anness I.
Artikolu 11
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE ta’ tip ta’ tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis bħala unità teknika separata
1. Il-manifattur għandu jressaq quddiem l-awtorità ta’ l-approvazzjoni appplikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE ta’ tip ta’ tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis bħala unità teknika separata.
L-applikazzjoni għandha tiġi preparata skond il-mudell tad-dokument ta’ informazzjoni stabbilit fl-Appendiċi 1 ta’ l-Anness XIII.
2. Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1, għat-test ta’ l-approvazzjoni tat-tip, il-manifattur għandu jressaq quddiem is-servizz tekniku responsabbli dan li ġej:
(a) vettura jew vetturi ta’ tip approvat skond dan ir-Regolament mgħammra b’tagħmir oriġinali ġdid għall-kontroll tat-tniġġis
(b) kampjun wieħed tat-tip tat-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis
(ċ) kampjun addizzjonali tat-tip tat-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis, fil-każ ta’ tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis maħsub sabiex jitwaħħal fuq vettura mgħammra b’sistema OBD.
3. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 2, il-vetturi tat-test għandhom jintgħażlu mill-applikant bil-qbil tas-servizz tekniku.
Il-vetturi tat-test għandhom ikunu konfromi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 3.1. ta’ l-Anness 4 tar-Regolament 83 tan-NU/ECE.
Il-vetturi tat-test għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) m’għandu jkollhom l-ebda diffett fis-sistema għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet;
(b) kwalunkwe parti oriġinali relatata ma’ l-emissjonijiet li tkun immermra ż-żejjed jew ikollha xi ħsara għandha tissewwa jew tkun sostitwita;
(ċ) għandhom ikunu aġġustati b’mod xieraq u ssettjati skond l-ispeċifikazzjoni tal-manifattur qabel l-ittestjar għall-emissjonijiet.
4. Għall-finijiet tal-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2, il-kampjun għandu jkun immarkat b’mod ċar u li ma jitħassarx bl-isem kummerċjali jew bit-trejdmark ta’ l-applikant u bid-deżinjazzjoni kummerċjali tiegħu.
5. Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 2, il-kampjun għandu jkun ġie deterjorat kif ġie definit skond il-punt 25 ta’ l-Artikolu 2.
Artikolu 12
Id-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip KE tat-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis bħala unità teknika separata
1. Jekk ir-rekwiżiti kollha rilevanti jiġu sodisfatti, l-awtorità ta’ l-approvazzjoni tat-tip għandha tagħti approvazzjoni tat-tip KE għal tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis bħala unità teknika separata u għandha toħroġ numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip skond is-sistema ta’ numerazzjoni stabbilita fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE.
L-awtorità ta’ l-approvazzjoni m’għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ta’ tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis ieħor.
L-istess numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip jista’ jkopri l-użu ta’ dak it-tip ta’ tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis fuq numru ta’ tipi differenti ta’ vetturi.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtorità ta’ l-approvazzjoni għandha toħroġ ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE stabbilit skond il-mudell stabbilit fl-Appendiċi 2 ta’ l-Anness XIII.
3. Jekk l-applikant għal approvazzjoni tat-tip ikun jista’ juri lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni jew lis-servizz tekniku li t-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis huwa ta’ tip indikat fit-taqsima 2.3 ta’ l-Addendum għall-Appendiċi 4 ta’ l-Anness I, l-għotja ta’ l-approvazzjoni tat-tip m’għandhiex tkun tiddependi fuq il-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti speċifikati fit-taqsima 4 ta’ l-Anness XIII.
Artikolu 13
L-aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura
1. Il-manifatturi għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti u l-proċeduri meħtieġa, skond l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 u skond l-Anness XIV ta’ dan ir-Regolament, sabiex jiżguraw irwieħhom li l-informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura tkun faċilment aċċessibbli.
2. L-awtoritajiet ta’ l-approvazzjoni għandhom jagħti approvazzjoni tat-tip biss wara li jirċievu mingħand il-manifattura Ċertifikat ta’ Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vettura u dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vettura.
3. Iċ-Ċertifikat ta’ Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vettura u dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vettura għandu jagħmilha ta’ prova ta’ konformità ma’ l-Artikolu 6(7) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.
4. Iċ-Ċertifikat ta’ Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vettura u dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vettura għandu jiġi preparat skond il-mudell stabbilit fl-Appendiċi 1 ta’ l-Anness XIV.
5. Jekk l-informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura ma tkunx disponibbli, jew ma tkunx konformi ma’ l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 u ma’ l-Anness XIV ta’ dan ir-Regolament, meta ssir l-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip, il-manifattur għandu jipprovdi dik l-informazzjoni fi żmien sitt xhur mid-data rilevanti stabbilita fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 jew fi żmien sitt xhur mid-data ta’ l-approvazzjoni tat-tip, jew liema data tiġi aktar tard.
6. L-obbligi li l-informazzjoni tkun ipprovduta fi ħdan id-dati speċifikati fil-paragrafu 5 għandhom japplikaw biss, jekk wara l-approvazzjoni tat-tip, il-vettura titqiegħed fuq is-suq.
Meta l-vettura titqiegħed fis-suq iktar minn sitt xhur wara l-approvazzjoni tat-tip, l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta fid-data ta’ dak in-nhar li tqiegħdet fis-suq.
7. L-awtorità ta’ l-approvazzjoni tita’ tippreżumi li l-manifattur stabbilixxa arranġamenti u proċeduri sodisfaċenti rigward l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura, fuq il-bażi ta’ Ċertifikat mimli ta’ Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vettura u dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vettura, sakemm ma jsir l-ebda ilment, u li l-manifattur jipprovdi din l-informazzjoni fi ħdan il-perjodu stabbilit fil-paragrafu 5.
8. Minbarra r-rekwiżiti għall-aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD li ġew speċifikati fit-Taqsima 4 ta’ l-Anness XI, il-manifattur għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati l-informazzjoni li ġejja:
(a) informazzjoni rilevanti biex ikunu jistgħu jiġu żviluppati komponenti sostituti li jkunu kritiċi għall-funzjonament korrett tas-sistema OBD.
(b) informazzjoni sabiex ikunu jistħu jiġu żviluppati għodod dijanjostiċi ġeneriċi.
Għall-finijiet tal-punt (a), l-iżvilupp ta’ komponenti sostituti m’għandux ikun ristretti minn: in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ informazzjoni pertinenti, ir-rekwiżiti tekniċi relatati ma’ l-istrateġiji għall-indikazzjoni ta’ ħsarat jekk jinqabżu l-limiti ta’ l-OBD jew jekk is-sistema OBD ma tkunx tista’ tissodisfa r-rekwiżiti baċiżi ta’ monitoraġġ ta’ l-OBD ta’ dan ir-Regolament; modifikazzjonijiet speċifiċi fl-immaniġġjar ta’ l-informazzjoni dwar l-OBD sabiex it-tħaddim tal-vettura fuq il-petrol jew fuq il-gass ikun ittrattat b’mod indipendenti; u l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi alimentati bil-fjuwil li jinkludu numru limitat ta’ nuqqasijiet minuri.
Għall-finijiet tal-punt (b), fejn il-manifatturi jużaw għodod dijanjostiċi u tat-testijiet skond l-ISO 22900 Il-Kollegament Modulari tal-Komunikazzjonijiet tal-Vettura (MVCI — Modular Vehicle Communication Interface) u l-ISO 22901 L-Iskambju Miftuħ ta’ Data Dijanjostika (ODX — Open Diagnostic Data Exchange) fin-netwerks konċessjonarji tagħhom, il-fajls ODX għandhom ikunu aċċessibbli għall-operaturi indipendenti permezz tas-sit web tal-manifattur.
9. Il-Forum dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni dwar il-Vettura (“il-Forum”) huwa b’dan stabbilit.
Il-Forum għandu jqis jekk l-aċċess għall-informazzjoni jaffettwax l-avvanzi li saru biex jitnaqqas is-serq tal-vetturi u għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet sabiex jittejbu r-rekwiżiti relatati mal-aċċess għall-informazzjon. B’mod partikolari, il-Forum għandu jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni ta’ proċess għall-approvazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ operaturi indipendenti minn organizzazzjonijiet akkreditati sabiex jaċċedu għal informazzjoni dwar is-sigurtà tal-vetturi.
Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li żżomm id-diskussjonijiet u s-sejbiet ta’ dan il-Forum kunfidenzjali.
Artikolu 14
Il-konformità ma’ l-obbligi rigward l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura
1. Ikun meta jkun, awtorità ta’ l-approvazzjoni, kemm fuq inizjattiva tagħha stess, kif ukoll fuq il-bażi ta’ ilment, jew fuq il-bażi ta’ valutazzjoni min-naħa ta’ servizz tekniku, tista’ tikkontrolla l-konformità ta’ manifattur mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, ma’ dan ir-regolament, u mat-termini taċ-Ċertifikat ta’ Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vettura u dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vettura.
2. Fejn awtorità ta’ l-approvazzjoni ssib li l-manifattur naqas milli jikkonforma ma’ l-obbligi tiegħu rigward l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura, l-awtorità ta’ l-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip rilevanti għandha tieħu passi xierqa sabiex issib rimedju għas-sitwazzjoni.
3. Dawn il-passi jistgħu jinkludu l-irtirar jew is-sospensjoni ta’ approvazzjoni tat-tip, multi, jew miżuri oħra adottati skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.
4. L-awtorità ta’ l-approvazzjoni għandha tipproċedi għal verifika sabiex tivverifika l-konformità min-naħa tal-manifattur ma’ l-obbligi li jikkonċernaw informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u dwar it-tiswija u l-manifattura tal-vettura, jekk operatur indipendenti jew assoċjazzjoni kummerċjali li tirrappreżenta lill-operaturi indipendenti tressaq ilment quddiem l-awtorità ta’ l-approvazzjoni.
5. Meta twettaq il-verifika, l-awtorità ta’ l-approvazzjoni tista’ titlob lil servizz tekniku jew lil kwalunkwe espert indipendenti ieħor sabiex iwettaq valutazzjoni ħalli jivverifika jekk dawn l-obbligi hux qed jiġu sodisfatti.
Artikolu 15
Rekwiżiti speċjali rigward l-informazzjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip
1. B’deroga mill-Anness 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE ( 4 ) u sad-29 ta’ April 2009, ir-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti fl-Anness XVIII ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll.
2. B’deroga mill-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE u sad-29 ta’ April 2009, ir-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti fl-Anness XIX ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll.
Artikolu 16
L-emendi għar-Regolament (KE) Nru 715/2007
Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 qed jiġi emendat skond l-Anness XVII ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 16a
Dispożizzjonijiet transitorji
B’effett mill-1 ta’ Settembru 2017 fil-każ ta’ vetturi tal-kategoriji M1, M2 u tal-kategorija N1 tal-klassi I, u mill-1 ta’ Settembru 2018 fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija N1 tal-klassijiet II u III u ta’vetturi tal-kategorija N2, dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-finijiet ta’ valutazzjoni tar-rekwiżiti li ġejjin tal-vetturi tat-tip approvat skont dan ir-Regolament qabel dawk id-dati:
(a) il-konformità tal-produzzjoni skont l-Artikolu 8;
(b) il-konformità waqt is-servizz skont l-Artikolu 9;
(c) l-aċċess għall-OBD tal-vettura u għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura skont l-Artikolu 13;
(d) estensjonijiet għall-approvazzjonijiet tat-tip mogħtija skont dan ir-Regolament, sakemm isiru applikabbli rekwiżiti ġodda għal vetturi ġodda.
Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-finijiet tal-proċedura ta’ korrelazzjoni stabbilita fir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2017/1152 ( 5 ) u 2017/1153 ( 6 ).
Artikolu 17
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Madankollu, għall-approvazzjoni tat-tip ta’ tipi ġodda ta’ vetturi mill-1 ta’ Settembru 2011 għandhom japplikaw l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 4(5), 4(6), 5(3)(d) u 5(3)(e) u għall-vetturi l-ġodda kollha mibjugħa, irreġistrati jew użati fil-Komunità mill-1 ta’ Jannar 2014.
L-Anness VI kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1221 ( 7 ) japplika mill-1 ta' Settembru 2019 għall-vetturi l-ġodda kollha li jiġu rreġistrati f'dik id-data u warajha.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
LISTA TA’ ANNESSI
ANNESS I |
Id-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip KE |
Appendiċi 1 |
Il-verifika tal-konformità tal-produzzjoni (l-ewwel metodu statistiku) |
Appendiċi 2 |
Il-verifika tal-konformità tal-produzzjoni (it-tieni metodu statistiku) |
Appendiċi 3 |
Dokument mudell ta’ informazzjoni |
Appendiċi 4 |
Ċertifikat mudell ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE |
Appendiċi 5 |
L-informazzjoni relatata ma’ l-OBD |
Appendiċi 6 |
Is-sistema ta’ numerazzjoni taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE |
Appendiċi 7 |
Iċ-ċertifikat ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ rendiment waqt l-użu ta’ l-OBD tal-manifattur |
ANNESS II |
Il-konformità waqt is-servizz |
Appendiċi 1 |
Il-verifika tal-konformità waqt is-servizz |
Appendiċi 2 |
Il-proċedura statistika għall-ittestjar tal-konformità waqt is-servizz |
Appendiċi 3 |
Ir-responsabbiltajiet għall-konformità waqt is-servizz |
ANNESS III |
Il-verifika ta’ l-emissjonijiet medji ta’ l-egżost f’kundizzjonijiet ambjentali (it-test tat-Tip 1) |
ANNESS IIIA |
Verifika tal-emissjonijiet reali tas-sewqan |
Appendiċi 1 |
Proċedura tat-test għall-ittestjar tal-emissjonijiet tal-vetturi permezz ta' Sistema ta' Kejl tal-Emissjonijiet Portabbli (PEMS) |
Appendiċi 2 |
Speċifikazzjonijiet u kalibrazzjoni ta' komponenti u sinjali tal-PEMS |
Appendiċi 3 |
Validazzjoni tal-PEMS u r-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost mhux traċċabbli |
Appendiċi 4 |
Determinazzjoni tal-emissjonijiet |
Appendiċi 5 |
Verifika tal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-vjaġġ bil-metodu 1 (Tieqa tal-Medja Mobbli) |
Appendiċi 6 |
Verifika tal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-vjaġġ bil-metodu 2 (Power Binning) |
Appendiċi 7 |
L-għażla tal-vetturi għal testijiet tal-PEMS waqt l-approvazzjoni tat-tip inizjali |
Appendiċi 7a |
Verifika tad-dinamika ta' vjaġġ kumplessiv |
Appendiċi 7b |
Proċedura biex tiġi ddeterminata ż-żieda fl-elevazzjoni pożittiva kumulattiva ta' vjaġġ |
Appendiċi 8 |
Ir-rekwiżiti dwar l-iskambju tad-dejta u ta' rapportar |
Appendiċi 9 |
Iċ-ċertifikat ta' konformità tal-manifattur |
ANNESS IV |
Id-data dwar l-emissjonijiet meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip għal finijiet ta’ kontroll ta’ kemm il-vettura tkun tajba għat-triq |
Appendiċi 1 |
Il-kejl ta’ l-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju f’idling speeds (test tat-Tip 2) |
Appendiċi 2 |
Il-kejl ta’ l-opaċità tad-duħħan |
ANNESS V |
Il-verifika ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet mill-crankase (test tat-Tip 3) |
ANNESS VI |
Introduzzjoni |
ANNESS VI |
Il-verifika tad-durabbiltà tat-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis (test tat-Tip 5) |
Appendiċi 1 |
Iċ-Ċiklu standard tal-bank (SBC) |
Appendiċi 2 |
Iċ-Ċiklu standard tal-bank għad-Diżil (SDBC) |
Appendiċi 3 |
Iċ-Ċiklu Standard tat-Triq (SRC) |
ANNESS VII |
Il-verifika ta’ l-emissjonijiet medji ta’ l-egżost f’temperaturi ambjentali baxxi (test tat-tip 6) |
ANNESS IX |
L-ispeċifikazzjonijiet tal-fjuwils ta’ referenza |
ANNESS X |
Il-proċedura tat-test ta’ l-emissjonijiet għall-vetturi elettriċi ibridi (HEV) |
ANNESS XI |
Id-dijanjostika abbord (OBD) għall-vetturi bil-mutur |
Appendiċi 1 |
L-aspetti funzjonali tas-sistemi OBD |
Appendiċi 2 |
Il-karatteristiċi essenzjali tal-familja tal-vetturi |
ANNESS XI |
Id-determinazzjoni ta’ l-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil |
ANNESS XII |
Id-determinazzjoni tal-emissjonijiet tad-CO2, il-konsum tal-fjuwil, il-konsum tal-enerġija elettrika u l-firxa elettrika |
Appendiċi 1 |
Dokument mudell ta’ informazzjoni |
Appendiċi 2 |
Ċertifikat mudell ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE |
Appendiċi 3 |
Marka mudell ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE |
ANNESS XIV |
L-aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura |
Appendiċi 1 |
Iċ-ċertifikat ta’ konformità |
ANNESS XV |
Il-konformità waqt is-servizz ta’ vetturi approvati għat-tip skond id-Direttiva 70/220/KE |
Appendiċi 1 |
Il-kontroll tal-konformità waqt is-servizz |
Appendiċi 2 |
Il-proċedura statistika għall-ittestjar tal-konformità waqt is-servizz |
ANNESS XVI |
Ir-rekwiżiti għall-vetturi li jużaw reaġent għas-sistema ta’ trattament ta’ wara ta’ l-egżost |
ANNESS XVII |
L-emendi għar-Regolament (KE) Nru 715/2007 |
ANNESS XVIII |
Id-Dispożizzjonijiet Speċjali Rigward l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE |
ANNESS XIX |
Id-Dispożizzjonijiet Speċjali Rigward l-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE |
ANNESS XX |
Kejl tal-qawwa netta tal-magna |
ANNESS I
ID-DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE
1. IR-REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦALL-GĦOTJA TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP KE
1.1. Ir-rekwiżiti addizzjonali għall-vetturi li jieħdu gass tal-fjuwil wieħed, għall-vetturi li jieħdu żewġ gassijiet tal-fjuwil u għall-vetturi flex fjuwil H2NG
1.1.1. |
Għall-finijiet tat-taqsima 1.1 għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
1.1.2. |
Fil-każ ta’ vetturi li jużaw l-LPG, l-NG/il-bijometan, tingħata l-approvazzjoni tat-tip tal-KE bla ħsara għar-rekwiżiti li ġejjin:
|
1.1.3. |
►M3
Għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura li tieħu gass tal-fjuwil wieħed u ta’ vetturi li jieħdu żewġ gassijiet ta' fjuwil li qed jaħdmu f’modalità ta’ gass, bl-LPG jew bl-NG/bijometan, bħala membru tal-familja, għandu jitwettaq test tat-tip 1 bi fjuwil tal-gass ta’ referenza wieħed. Dan il-fjuwil ta’ referenza jista’ jkun kwalunkwe wieħed mill-fjuwils tal-gass ta’ referenza. Il-vettura titqies li hija konformi jekk jiġu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin: ◄(a) il-vettura tkun konformi mad-definizzjoni ta’ membru tal-familja kif ġiet stabbilita fit-taqsima 1.1.1.3; (b) jekk il-fjuwil tat-test huwa l-fjuwil ta’ referenza A għal-LPG jew G20 għall-NG/Bijometanu, ir-riżultat ta’ l-emissjoni għal kull inkwinanti għandu jkun immultiplikat bil-fattur rilevanti “r” ikkalkulat fit-taqsima 1.1.2.4. jekk r > 1; jekk r < 1, ma tkun meħtieġa l-ebda korrezzjoni; (ċ) jekk il-fjuwil tat-test ikun il-fjuwil ta’ referenza B għal-LPG jew G25 għall-NG/Bijometanu, ir-riżultat ta’ l-emissjoni għal kull inkwinanti għandu jkun diviż bil-fattur rilevanti “r” ikkalkulat fit-taqsima 1.1.2.4. jekk r < 1; jekk r > 1, ma tkun meħtieġa l-ebda korrezzjoni; (d) fuq it-talba tal-manifattur, it-test tat-tip 1 jista’ jitwettaq fuq iż-żewġ fjuwils ta’referenza, biex ma tkun meħtieġa l-ebda korrezzjoni; (e) il-vettura għandha tkun konformi mal-limiti ta’ emissjoni validi għall-kategorija rilevanti kemm għall-emissjonijiet imkejla kif ukoll għal dawk ikkalkulati; (f) jekk isiru testijiet ripetuti fuq l-istess magna, l-ewwel għandha tiġi kkalkulata l-medja tar-riżultati bil-fjuwil ta’ referenza G20, jew A, u dawk bil-fjuwil ta’ referenza G25, jew B, l; imbagħad minn dawn ir-riżulatati li kienet ikkalkulata l-medja tagħhom għandu jiġi kalkulat il-fattur “r”; (g) matul it-test tat-tip 1, meta taħdem f’modalità ta’ gass, il-vettura għandha tuża biss petrol għal massimu ta’ 60 sekonda. |
1.1.4. |
Għall-approvazzjoni tat-tip ta' vettura flex fjuwil H2NG bħala membru tal-familja, għandhom jitwettqu żewġ testijiet tat-tip 1, l-ewwel test bil-100 % ta' jew G20 jew G25, u t-tieni test bit-taħlita ta' idroġenu u l-istess fjuwil tal-NG/bijometan li ntuża waqt l-ewwel test, bil-persentaġġ massimu ta' idroġenu speċifikat mill-manifattur. Il-vettura ttestjata skont l-ewwel paragrafu għandha titqies konformi jekk, minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (e) u (g) tal-punt 1.1.3, jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin: (a) jekk il-fjuwil tal-NG/bijometan huwa l-fjuwil ta' referenza G20, ir-riżultat tal-emissjonijiet għal kull sustanza li tniġġes għandu jiġi mmultiplikat bil-fatturi rilevanti (r1 għall-ewwel test u r2 għat-tieni test), ikkalkulati fit-taqsima 1.1.2.5, jekk il-fattur rilevanti jkun > 1; jekk il-fattur korrispondenti rilevanti jkun < 1, ma tkun meħtieġa l-ebda korrezzjoni; (b) jekk il-fjuwil tal-NG/bijometan huwa l-fjuwil ta' referenza G25, ir-riżultat ta' emissjonijiet għal kull sustanza li tniġġes għandu jiġi diviż bil-fattur korrispondenti rilevanti (r1 għall-ewwel test u r2 għat-tieni test), ikkalkulat skont il-punt 1.1.2.5, jekk il-fattur korrispondenti rilevanti jkun < 1; jekk il-fattur korrispondenti rilevanti jkun > 1, ma tkun meħtieġa l-ebda korrezzjoni; (c) fuq it-talba tal-manifattur, it-test tat-tip 1 jista’ jitwettaq bl-erba' kumbinazzjonijiet possibbli ta' fjuwils ta’ referenza, skont it-taqsima 1.1.2.5 biex ma tkun meħtieġa l-ebda korrezzjoni; (d) jekk isiru testijiet ripetuti fuq l-istess magna, l-ewwel għandha tiġi kkalkulata l-medja tar-riżultati bil-fjuwil ta’ referenza G20, jew H2G20, u dawk bil-fjuwil ta’ referenza G25, jew H2G25 bil-persentaġġ ta' idroġenu massimu speċifikat mill-manifattur; imbagħad minn dawn ir-riżultati li kienet ikkalkulata l-medja tagħhom għandhom jiġu kalkulat il-fatturi “r1” u “r2” |
1.2. Ir-rekwiżiti addizzjonali għall-vetturi flex fuel.
1.2.1. |
Għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura flex fuel ta’ l-etanol jew tal-bijodiżil, il-manifattur tal-vettura għandu jiddeskrivi l-kapaċità ta-vettura li tadatta ruħha għal kwalunkwe taħlita ta’ petrol u ta’ fjuwil ta’ l-etanol (sa 85 % ta’ taħlita ta’ l-etanol) jew ta’ diżil u bijodiżil li jista’ jkun hemm fuq is-suq. |
1.2.2. |
Għall-vetturi flex fuel, it-tranżizzjoni minn fjuwil ta’ referenza wieħed għall-ieħor bejn it-testijiet għandha ssir mingħajr aġġustament manwali tas-settings tal-magna. |
2. IR-REKWIŻITI TEKNIĊI U T-TESTIJIET ADDIZZJONALI
2.1. Il-manifatturi ta’ volum baxx
2.1.1. |
Lista ta’ atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 3(3):
|
2.2. Il-fetħiet għat-tankijiet tal-fjuwil
2.2.1. |
Ħalq id-daħla tat-tank tal-petrol jew ta’ l-etanol għandu jkun iddisinjat b’tali mod li ma jħalliex li t-tank jimtela minn żennuna ta’ pajp tal-pompa tal-fjuwil li jkollha dijametru estern ta’ 23,6 mm jew aktar. |
2.2.2. |
It-taqsima 2.2.1 m’għandhiex tapplika għal vettura li tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin: (a) il-vettura hija ddisinjata u mibnija b’tali mod li l-ebda tagħmir iddisinjat sabiex jikkontrolla l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi ma jkun affetwat b’mod ħażin minn petrol biċ-ċomb, u (b) il-vettura hija mmarkata b’mod li jidher, li jista’ jinqara u li ma jitħassarx bis-simbolu għall-petrol bla ċomb speċifikat fl-ISO 2575:2004 f’pożizzjoni immedjatament viżibbli lil persuna li qed timla t-tank tal-fjuwil. Huwa permess immarkar addizzjonali. |
2.2.3. |
Għandu jkun hemm dispożizzjoni biex ikunu prevenuti l-emissjonijiet evaporattivi eċċessivi u t-tixrid tal-fjuwil eċċessiv ikkawżati minn tapp nieqes tal-filler tal-fjuwil. Dan jista’ jinkiseb billi jintuża wieħed minn dawn li ġejjin: (a) tapp tal-filler tal-fjuwil li ma jitneħħiex, li jiftaħ u jagħlaq awtomatikament, (b) karatteristiċi tad-disinn li jevitaw emissjonijiet evaporattivi eċċessivi fil-każ ta’ tapp tal-filler tal-fjuwil nieqes, (ċ) kwalunkwe dispożizzjoni oħra li jkollha l-istess effett. Eżempji jistgħu jinkludu, imma m’humiex limitati għal, tapp tal-filler marbut b’ħabel, tapp tal-filler marbut b’katina jew wieħed li juża l-istess ċavetta tas-sokra għat-tapp tal-filler kif ukoll għall-ignixin tal-vettura. F’dan il-każ, iċ-ċavetta għandha tkun tista’ titneħħa mit-tapp tal-filler biss fil-kundizzjoni ta’ sokra. |
2.3. Id-dispożizzjonijiet għas-sigurtà tas-sistema elettronika
2.3.1. |
Kwalunkwe vettura li jkollha kompjuter għall-kontroll tal-emissjonijiet għandha tinkludi karatteristiċi li jipprevjenu l-modifikazzjoni, ħlief kif awtorizzat mill-manifattur. Il-manifattur għandu jawtorizza l-modifikazzjonijiet jekk dawn il-modifikazzjonijiet huma meħtieġa għal dijanjosi, servis, spezzjoni, konverżjoni jew tiswija tal-vettura. Kwalunkwe kodiċi tal-kompjuter jew parametru operattiv riprogrammabbli għandu jkun reżistenti għat-tbagħbis u jippermetti livell ta’ protezzjoni għall-inqas daqs kemm huma tajbin id-dispożizzjonijiet fl-ISO 15031-7; li jġib id-data tal-15 ta’ Marzu 2001 (SAE J2186 bid-data ta’ Ottubru 1996). Kwalunkwe ċippa ta’ kalibrazzjoni tal-memorja li tista’ titneħħa għandha tiġi preservata, tingħalaq f’kontenitur issiġġillat jew tiġi protetta permezz ta’ algoritmi elettroniċi u m’għandhiex titbiddel mingħajr ma jintużaw għodod u proċeduri speċjalizzati. Jistgħu jiġu protetti b’dan il-mod biss komponenti direttament assoċjati mal-kalibrazzjoni tal-emissjonijiet jew mal-prevenzjoni tas-serq tal-vettura. |
2.3.2. |
Il-parametri operattivi ta’ magna kodifikata bil-kompjuter m’għandhomx jitbiddlu mingħajr ma jintużaw għodod u proċeduri speċjalizzati (eż. komponenti tal-kompjuter issaldjati jew ippreservati jew kontenituri ssiġġillati (jew issaldjati) tal-kompjuter. |
2.3.3. |
Fil-każ tal-pompi mekkaniċi għall-injezzjoni tal-fjuwil imwaħħla ma’ magni compression-ignition, il-manifatturi għandhom jieħdu passi adegwati biex jipproteġu s-setting tal-konsenja massima tal-fjuwil mit-tbagħbis waqt li l-vettura tkun qed tintuża. |
2.3.4. |
Il-manifatturi jistgħu japplikaw għand l-awtorità ta’ l-approvazzjoni għal eżenzjoni minn waħda mir-rekwiżiti tat-Taqsima 2.3 għal dawk il-vetturi li huwa improbabbli li jeħtieġ protezzjoni. Il-kriterji li għandha tevalwa l-awtorità ta’ l-approvazzjoni meta tqis eżenzjoni għandhom jinkludu id-disponibbiltà kurrenti taċ-ċippi ta’ rendiment, il-kapaċità ta’ rendiment għoli tal-vettura u l-volum tal-bejgħ projettat tal-vettura. |
2.3.5. |
Il-manifatturi li jużaw sistemi programmabbli ta’ kodiċijiet tal-kompjuter (eż. memorja elettrika li tinqara biss, programmabbli, u li tista’ titħassar, EEPROM — electrical erasable programmable read-only memory) għandhom jiskoraġġixxu riprogrammazzjoni mhux awtorizzata. Il-manifatturi għandhom jinkludu strateġiji mtejba għal protezzjoni mit-tbagħbis u karatteristiċi għal protezzjoni mill-kitba li jeħtieġu aċċess elettroniku għal kompjuter f’post ieħor li jieħu ħsiebu l-manifattur, li għalih l-operaturi indipendenti wkoll għandu jkollhom aċċess billi jużaw il-protezzjoni li jagħtu t-Taqsimiet 2.3.1 u 2.2. ta’ l-Anness XIV. Metodi li jagħtu livell adegwat ta’ protezzjoni mit-tbagħbis għandhom ikunu approvati mill-awtorità ta’ l-approvazzjoni. |
2.4. Applikazzjoni tat-testijiet
2.4.1. |
Il-grafika I.2.4 turi l-applikazzjoni tat-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip ta' vettura. Il-proċeduri speċifiċi tat-test huma deskritti fl-Annesi II, III, IV, V, VI, VII, VIII, X, XI, XII, XVI ( 8 ) u XX.
Grafika I.2.4 Applikazzjoni tar-rekwiżiti tat-test għall-approvazzjonijiet tat- tip-u l- estensjonijiet
Nota ta' spjegazzjoni: Id-dati tal-applikazzjoni tal-fjuwils ta’ referenza E10 u B7 għall-vetturi ġodda kollha ġew stabbiliti sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun ix-xogħol tal-ittestjar. Jekk, madankollu, ikun hemm evidenza teknika għal vetturi ċċertifikati bil-fjuwils ta' referenza E5 jew B5 li juru emissjonijiet ogħla ferm meta ttestjati bil-fjuwils E10 jew B7, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta biex dawn id-dati tal-introduzzjoni jitressqu ’l quddiem. |
3. L-ESTENSJONIJIET GĦALL-APPROVAZZJONIJIET TAT-TIP
3.1. L-estensjonijiet għall-emissjonijiet mit-tailpipe (testijiet tat-tip 1, tat-tip 2 u tat-tip 6)
3.1.1. |
Il-vetturi b’mases ta’ referenza differenti
|
3.1.2. |
Il-vetturi bi proporzjonijiet globali ta’ ingranaġġ differenti
|
3.1.3. |
Il-vetturi b’mases ta’ referenza u bi proporzjonijiet ta’ ingranaġġ differenti L-approvazzjoni tat-tip għandha tkun estiża għal vetturi b’mases ta’ referenza u bi proporzjonijiet ta’ ingranaġġ differenti, sakemm il-kundizzjonijiet kollha preskritti fi 3.1.1 u 3.1.2 jiġu sodisfatti. |
3.1.4. |
Il-vetturi b’sistemi li jirriġeneraw perjodikament L-approvazzjoni tat-tip ta’ tip ta’ vettura mgħammmar b’sistema li tirriġenera perjodikament għandha tkun estiża għal vetturi oħra b’sistemi li jirriġeneraw perjodikament, li l-parametri tagħhom li ġew deskritti aktar ‘l isfel huma identiċi jew fi ħdan it-tolleranzi dikjarati. L-estensjoni għandha tkun relatata biss mal-qisien speċifiċi għas-sistema li tirriġenera perjodikament iddefinita.
|
3.1.5. |
L-applikazzjoni ta’ l-estensjonijiet għal vetturi oħra Meta tkun ingħatat estensjoni skond 3.1.1 sa 3.1.4, tali approvazzjoni tat-tip għandha tkun estiża aktar għal vetturi oħra. |
3.2. L-estensjonijiet għall-emissjonijiet evaporattivi (test tat-tip 4)
3.2.1. |
L-approvazzjoni tat-tip għandha tkun estiża għall-vetturi mgħammra b’sistema ta’ kontroll għall-emissjonijiet evaporattivi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
3.2.2. |
L-approvazzjoni tat-tip għandha tkun estiża għal vetturi bi:
|
3.3. L-estensjonijiet għad-durabbiltà tat-tagħmir għall-kontra tat-tniġġis (test tat-tip 5)
3.3.1. |
L-approvazzjoni tat-tip għandha tkun estiża għal tipi differenti ta’ vetturi, sakemm il-parametri tal-vettura, tal-magna jew tas-sistema għall-kontroll tat-tniġġis li ġew speċifikati aktar ‘l isfel ikunu identiċi jew jibqgħu fi ħdan it-tolleranzi preskritti:
|
3.4. L-estensjonijiet għad-dijanjostika abbord
3.4.1. |
L-approvazzjoni tat-tip għandha tkun estiża għal tipi differenti ta’ vetturi b’sistemi identiċi tal-magna u għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet kif ġew iddefiniti fl-Appendiċi 2 ta’ l-Anness XI. L-approvazzjoni tat-tip għandha tkun estiża irrispettivament mill-karatteristiċi li ġejjin tal-vettura: (a) l-aċċessorji tal-magna; (b) it-tajers; (ċ) l-inerzja ekwivalenti; (d) is-sistema tat-tkessiħ; (e) il-proporzjon globali ta’ ingranaġġ; (f) it-tip ta’ ingranaġġ; u (g) it-tip ta’ qafas. |
3.5. L-estensjonijiet għall-emissjonijiet tas-CO2 u għall-konsum tal-fjuwil
3.5.1. |
Il-vetturi li jaħdmu b’magna b’kombustjoni interna biss, ħlief il-vetturi mgħammra b’sistema għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet li tirriġenera perjodikament.
|
3.5.2. |
Il-vetturi li jaħdmu b’magna b’kombustjoni interna biss u mgħammra b’sistema għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet li tirriġenera perjodikament
|
3.5.3. |
Il-vetturi li jaħdmu b’power train elettrika biss L-estensjonijiet għandhom jingħataw wara qbil mas-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet. |
3.5.4. |
Il-vetturi li jaħdmu b’power train elettrika ibrida L-approvazzjoni tat-tip għandha tiġi estiża għal vetturi li jvarjaw rigward il-karatteristiċi li ġejjin, jekk l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum ta’ l-enerġija elettrika mkejla mis-servizz tekniku ma jeċċedux b’aktar minn 4 % il-valur tat-tip approvat għall-vetturi tal-kategorija M u b’aktar minn 6 % għall-vetturi tal-kategorija N: — il-massa ta’ referenza, — il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli, — it-tip ta’ qafas kif ġie definit fit-taqsima C ta’ l-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE, — Rigward bidla fi kwalunkwe karatteristika oħra, jistgħu jingħataw estensjonijiet wara ftehim mas-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet. |
3.5.5. |
L-estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi tal-kategorija N fi ħdan familja:
|
3.6. L-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi tal-kategorij N fi ħdan familja għall-konsum tal-fjuwil u għall-emissjonijiet tas-CO2
Il-vetturi tal-kategorija N għandhom jiġu approvati għat-tip fi ħdan familja kif ġie definit fil-punt 3.6.1 billi jintuża wieħed miż-żewġ metodi alternattivi deskritti fil-punti 3.6.2 u 3.6.3.
3.6.1. |
Il-vetturi N jistgħu jiġu ggruppati flimkien f’familja għall-finijiet tal-kejl tal-konsum tal-fjuwil u ta’ l-emissjonijiet tas-CO2 jekk il-parametri li ġejjin ikunu identiċi jew fi ħdan il-limiti speċifikati:
|
3.6.2. |
Familja ta’ vetturi, kif ġiet iddefinita fil-punt 3.6.1, tista’ tiġi approvata b’data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil li jkunu komuni għall-membri kollha tal-familja. Is-servizz tekniku għandu jagħżel għall-ittestjar il-membru tal-familja li s-servizz iqis li għandu l-akbar emissjoni ta’ CO2. Il-kejl għandu jsir kif ġie deskritt fl- Anness XII, u r-riżultati skond il-metodu deskritt fit-taqsima 5.5 tar-Regolament Nru. 101 tan-NU/ECE għandhom jintużaw bħala valuri ta’ l-approvazzjoni tat-tip li jkunu komuni għall-membri kollha tal-familja. |
3.6.3. |
Il-vetturi li jkunu ggruppati f’familja kif ġie definit fil-punt 3.6.1 jistgħu jiġu approvati b’data individwali dwar l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil għal kull wieħed mill-membri tal-familja. Is-servizz tekniku għandu jagħżel għall-ittestjar iż-żewġ vetturi, li s-servizz iqis li għandhom l-akbar u l-inqas emissjonijiet tas- CO2 rispettivament. Il-kejl għandu jsir kif ġie deskritt fl-Anness XII. Jekk id-data tal-manifattur għal dawn iż-żewġ vetturi taqa’ fi ħdan il-limiti ta’ tolleranza deskritti fit-taqsima 5.5 tar-Regolament Nru 101 tan-NU/ECE, l-emissjonijiet tas-CO2 iddikjarati mill-manifattur għall-membri kollha tal-familja tal-vetturi jistgħu jintużaw bħala valuri ta’ l-approvazzjoni tat-tip. Jekk id-data tal-manifattur ma taqax fi ħdan il-limiti ta’ tolleranza, ir-riżultati skond il-metodu deskritt fit-taqsima 5.5 tar-Regolament Nru 101 tan-NU/ECE għandhom jintużaw bħala valuri ta’ l-approvazzjoni tat-tip u s-servizz tekniku għandu jagħżel numru xieraq ta’ membri oħra tal-familja għal testijiet addizzjonali. |
4. IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
4.1. Introduzzjoni
4.1.1. |
Fejn ikun applikabbli, it-testijiet tat-tipi 1, 2, 3, 4, it-test għall-OBD, it-test għall-emissjonijiet tas-CO2 u għall-konsum tal-fjuwil u t-test għall-opaċità tad-duħħan għandhom jitwettqu, kif ġie deskritt fit-taqsima 2.4. Il-proċeduri speċifiċi għall-konformità tal-produzzjoni ġew stabbiliti fit-taqsimiet 4.2 sa 4.10. |
4.2. Il-kontroll tal-konformità tal-vettura għal test tat-tip 1
4.2.1. |
It-test tat-tip 1 għandu jitwettaq fuq vettura ta’ l-istess speċifikazzjoni kif ġie deskritt fiċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip. Meta test tat-tip 1 għandu jitwettaq għal approvazzjoni tat-tip ta’ vettura li jkollha estensjoni waħda jew diversi estensjonijiet, it-testijiet tat-tip 1 għandhom jitwettqu jew fuq il-vettura deskritta fil-pakkett ta’ l-informazzjoni inizjali jew fuq il-vettura deskritta fil-pakkett ta’ l-informazzjoni relatat ma’ l-estensjoni rilevanti. |
4.2.2. |
Wara li ssir l-għażla mill-awtorità ta’ l-approvazzjoni, il-manifattur m’għandu jagħmel l-ebda aġġustament fuq il-vetturi magħżula.
|
4.2.3. |
Minkejja r-rekwiżiti ta’ l-Anness III, it-testijiet għandhom isiru fuq vetturi li jkun għadhom kemm ġejjin mil-linja tal-produzzjoni.
|
4.3. Il-kontroll tal-konformità tal-vettura għall-emissjonijiet tas-CO2
4.3.1. |
Jekk tip ta’ vettura jkollu estensjoni waħda jew diversi estensjonijiet, it-testijiet għandhom jitwettqu fuq il-vettura/i deskritta/i fil-pakkett ta’informazzjoni li akkumpanja l-ewwel applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip, jew fuq il-vettura deskritta fil-pakkett ta’ informazzjoni li akkumpanja l-estensjoni rilevanti. |
4.3.2. |
Jekk l-awtorità ta’ l-approvazzjoni ma tkunx sodisfatta bil-proċedura ta’ verifika tal-manifattur, għandhom japplikaw il-punti 3.3 u 3.4 ta’ l-Anness X tad-Direttiva 2007/46/KE. |
4.3.3. |
Għall-fini ta’ din it-taqsima u ta’ l-Appendiċi 1 u 2, it-terminu “inkwinant” għandu jinkludi l-inkwinanti regolati (mogħtija fit-Tabelli 1 u 2 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007) u l-emissjoni tas-CO2 |
4.3.4. |
Il-konformità tal-vettura għall-emissjonijiet tas-CO2 għandha tkun iddeterminata skond il-proċedura deskritta fil-punt 4.2.2. bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:
|
4.3.5. |
Vettura mgħammra b’innovazzjonijiet ekoloġiċi
|
4.4. Il-vetturi li jaħdmu b’power train elettrika biss
Il-miżuri biex tkun żgurata l-konformità tal-produzzjoni rigward il-konsum ta’ l-enerġija elettrika għandhom ikunu kontrollati fuq il-bażi tad-deskrizzjoni fiċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip stabbilit fl-Appendiċi 4 ta’ dan l-Anness.
4.4.1. |
B’mod partikolari, id-detentur ta’ l-approvazzjoni għandu:
|
4.4.2. |
L-awtoritajiet ta’ l-approvazzjoni jistgħu jivverifikaw fi kwalunkwe ħin il-metodi li jiġu applikati f’kull unità ta’ produzzjoni.
|
4.5. Il-vetturi li jaħdmu b’power train elettrika ibrida
4.5.1. |
Il-miżuri biex tkun żgurata l-konformità tal-produzzjoni rigward l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum ta’ l-enerġija elettrika minn vetturi elettriċi ibridi għandhom jiġu kontrollati fuq il-bażi tad-deskrizzjoni fiċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip li jikkonforma mal-mudell fl-Appendiċi 4. |
4.5.2. |
Il-kontroll tal-konformità tal-produzzjoni hija bbażata fuq valutazzjoni tal-proċedura ta’ verifika tal-manifattur, li saret mill-awtorità ta’ l-approvazzjoni, biex tkun żgurata l-konformità tat-tip ta’ vettura rigward l-emissjoni tas-CO2 u l-konsum ta’ l-enerġija elettrika. |
4.5.3. |
Jekk l-awtorità ta’ l-approvazzjoni mhix sodisfatta bl-istandard tal-proċedura ta’ verifika tal-manifattur, għandha teħtieġ li t-testijiet ta’ verifika jitwettqu fuq vetturi li qed jiġu prodotti. |
4.5.4. |
Il-konformità għall-emissjonijiet tas-CO2 tiġi kontrollata billi jintużaw il-proċeduri statistiċi li ġew deskritti fit-Taqsima 4.3 u fl-Appendiċi 1 u 2. Il-vetturi għandhom jiġu ttestjati skond il-proċedura li ġiet deskritta fl-Anness XII. |
4.6. Il-kontroll tal-konformità tal-vettura għal test tat-tip 3
4.6.1. |
Jekk se jitwettaq test tat-tip 3, għandu jsir fuq il-vetturi kollha magħżula għat-test tat-tip 1 tal-konformità tal-produzzjoni stabbilit fit-taqsima 4.2. Għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness V. |
4.7. Il-kontroll tal-konformità tal-vettura għal test tat-tip 4
4.7.1. |
Jekk se jitwettaq test tat-tip 4, għandu jsir skond l-Anness VI. |
4.8. Il-kontroll tal-konformità tal-vettura għad-Dijanjostika Abbord (OBD)
4.8.1. |
Jekk se titwettaq verifika tar-rendiment tas-sistema OBD, għandha ssir skond ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
4.9. Il-kontroll tal-konformità ta’ vettura li taħdem bl-LPG, bil-gass naturali jew bl-H2NG
4.9.1. |
It-testijiet għall-konformità tal-produzzjoni jistgħu jsiru bi fjuwil kummerċjali li l-proporzjon ta’ C3/C4 tiegħu jinsab bejn dawk tal-fjuwils ta’ referenza, fil-każ tal-LPG, jew li l-indiċi Wobbe tiegħu jinsab bejn dawk tal-fjuwils ta’ referenza estremi fil-każ tal-NG jew tal-H2NG. F’dak il-każ għandha tiġi preżentata analiżi tal-fjuwil lill-awtorità tal-approvazzjoni. |
4.10. Il-kontroll tal-konformità ta’ vettura għall-opaċità tad-duħħan
4.10.1. |
Il-konformità tal-vettura mat-tip approvat rigward l-emissjoni ta’ inkwinanti minn magni compression-ignition għandha tkun ivverifikata fuq il-bażi tar-riżultati elenkati fl-Addendum għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip stabbilit fil-punt 2.4 ta’ l-Appendiċi 4. |
4.10.2. |
Minbarra l-punt 10.1, fejn kontroll jitwettaq fuq vettura meħuda mis-serje, it-testijiet għandhom jitwettqu kif ġej: 4.10.2.1 Vettura li ma sariliex it-tħaddim tal-bidu għandha tkun suġġetta għat-test fl-aċċelerazzjoni ħielsa deskritta fit-taqsima 4.3 ta’ l-Appendiċi 2 ta’ l-Anness IV. Il-vettura għandha titqies li hija konformi mat-tip approvat jekk il-koeffiċjent ta’ assorbiment iddeterminat ma jeċċedix b’aktar minn 0,5 m –1 il-figura murija fil-marka ta’ approvazzjoni. 4.10.2.2 Jekk il-figura determinata fit-test li jissemma fil-punt 4.10.2.1. teċċedi b’aktar minn 0,5 m –1 il-figura murija fil-marka ta’ approvazzjoni, vettura tat-tip meqjus jew il-magna tagħha għandha tkun suġġetta għat-test b’veloċitajiet stabbli tul il-kurva tat-tagħbija sħiħa, kif ġie deskritt fit-taqsima 4.2 ta’ l-Appendiċi 2 ta’ l-Anness IV. Il-livelli ta’ emissjoni m’għandhomx jeċċedu l-limiti preskritti fl-Anness 7 tar-Regolament Nru 24 tan-NU/ECE ( 10 ). |
Appendiċi 1
Il-verifika tal-konformità tal-produzzjoni — L-ewwel metodu statistiku
1. |
L-ewwel metodu statistiku għandu jintuża sabiex tkun ivverifikata l-konformità tal-produzzjoni għat-test tat-tip 1 meta d-devjazzjoni standard tal-produzzjoni tal-manifattur tkun sodisfaċenti. Il-metodu statistiku applikabbli ġie stabbilit fl-Appendiċi 1 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE. L-eċċezzjonijiet għal dawn il-proċeduri huma dawn li ġejjin:
|
Appendiċi 2
Il-verifika tal-konformità tal-produzzjoni — It-tieni metodu statistiku
1. |
It-tieni metodu statistiku għandu jintuża sabiex ikunu verifikati r-rekwiżiti tal-konformità tal-produzzjoni għat-test tat-tip 1 meta l-evidenza tal-manifattur tad-devjazzjoni standard tal-produzzjoni jew ma tkunx sodisfaċenti jew ma tkunx disponibbli. Il-metodu statistiku applikabbli ġie stabbilit fl-Appendiċi 2 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE. L-eċċezzjonijiet għal dawn il-proċeduri huma dawn li ġejjin:
|
Appendiċi 3
MUDELL
DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI Nru…
relatat ma’ l-approvazzjoni tat-tip KE ta’ vettura rigward l-emissjonijiet u l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura
Jekk ikun applikabbli, l-informazzjoni li ġejja trid tkun ipprovduta fi tliet kopji u trid tinkludi werrej. Kwalunkwe tpinġija trid tkun ipprovduta fi skala xierqa u b’biżżejjed dettall fuq daqs A4 jew f’folder b’format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, iridu juru biżżejjed dettall.
Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhom il-kontrolli elettroniċi, trid tingħata informazzjoni rigward ir-rendiment tagħhom.
0. ĠENERALI
0.1. |
Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): |
0.2. |
It-tip:
|
0.3. |
Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura ( 11 ) ( 12 )
|
0.4. |
Il-kategorija tal-vettura ( 13 ): |
0.5. |
L-isem u l-indirizz tal-manifattur: |
0.8. |
L-isem/ismijiet u l-indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ assemblaġġ: |
0.9. |
L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm) |
1. IL-KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KOSTRUZZJONI TAL-VETTURA
1.1. |
Ir-ritratti u/jew it-tpinġijijiet ta’ vettura rappreżentattiva: |
1.3.3. |
Il-fusien imħaddma b’enerġija mekkanika (in-numru, il-pożizzjoni, l-interkonnessjoni): |
2. IL-MASES U D-DIMENSJONIJIET ( 14 ) (f’kg u f’mm)
(Fejn ikun applikabbli, irreferi għat-tpinġija)
2.6. |
Il-massa tal-vettura bi-qafas u, fil-każ ta’ vettura ta’ l-irmonk ta’ kategorija għajr M1, b’tagħmir għall-akkoppjar, jekk imwaħħal mill-manifattur, lesta biex taħdem, jew il-massa tax-xażi jew tax-xażi b’kabina, mingħajr il-qafas u/jew it-tagħmir ta’ l-akkoppjar jekk il-manifattur ma jwaħħalx il-qafas u/jew it-tagħmir ta’ l-akkoppjar (inklużi l-likwidi, l-għodod, l-istepni, jekk imwaħħal u s-sewwieq u, għall-karozzi tal-linja u għall-kowċis, membru ta’ l-ekwipaġġ jekk ikun hemm sit għall-ekwipaġġ fil-vettura) ( 15 ) (massimu u minimu għal kull varjant): |
2.8. |
Il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli dikjarata mill-manifattur ( 16 ) ( *1 ) |
2.17. |
Vettura ppreżentata għall-approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji (fil-każ biss ta’ vetturi mhux kompluti jew ikkompletati tal-kategorija N1 fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2007: iva/le (11)
|
3. KONVERTITUR TAL-ENERĠIJA TAL-PROPULSJONI (k)
3.1. |
Il-manifattur:
|
3.2. |
Magna b’kombustjoni interna
|
3.3. |
Magna elettrika
|
3.4. |
Kombinamenti ta' konvertituri tal-enerġija tal-propulsjoni
|
3.5. |
Il-valuri ddikjarati mill-manifattur għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta’ CO2/konsum ta’ fjuwil/konsum elettriku/awtonomija elettrika u dettalji tal-ekoinnovazzjonijiet (fejn applikabbli) ( 24 )
▼M8 —————
|
3.6. |
It-temperaturi permessi mill-manifattur
|
3.8. |
Is-sistema ta’ lubrikazzjoni
|
4. L-INGRANAĠĠ ( 33 )
4.3. |
Il-mument ta’ l-inerzja tal-volant tal-magna:
|
4.4. |
Klaċċ(ijiet)
|
4.5. |
Il-gerboks
|
4.6. |
Il-proporzjonijiet tal-gerijiet
|
6. IS-SUSPENXIN
6.6. |
Tajers u roti
|
9. IL-QAFAS.
9.1. |
Tip ta' karozzerija bl-użu tal-kodiċijiet definiti fil-Parti C tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE: |
9.10.3. |
Is-sits
|
16. L-AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR IT-TISWIJA U L-MANUTENZJONI TAL-VETTURA
16.1. |
L-indirizz tas-sit web prinċipali għal aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura:..
|
16.2. |
It-termini u l-kundizzjonijiet ta’ aċċess għas-sit web li jissemmew fit-Taqsima 16.1: |
16.3. |
Il-format ta’ l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni aċċessibbli permezz tas-sit web li jissemma fit-Taqsima 16.1.: |
Appendiċi għad-dokument ta’ informazzjoni
INFORMAZZJONI DWAR IL-KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST
1. L-ispark plaggs
1.1. |
Il-marka: |
1.2. |
It-tip: |
1.3. |
Is-setting ta’ l-ispazju fl-ispark plagg: |
2. Il-kojl ta’ l-ignixin
2.1. |
Il-marka: |
2.2. |
It-tip: |
3. Il-lubrikant użat
3.1. |
Il-marka: |
3.2. |
It-tip: (iddikjara l-perċentwali ta’ żejt fit-taħlita jekk il-lubrikant u l-fjuwil ikunu mħallta) |
4. L-informazzjoni dwar is-setting tat-tagħbija tad-dinamometru (irrepeti l-informazzjoni għal kull test tad-dinamometru)
4.1. |
It-tip ta’ qafas tal-vettura (varjant/verżjoni) |
4.2. |
It-tip ta’ gerboks (manwali/awtomatika/CVT) |
4.3. |
L-informazzjoni dwar is-setting tad-dinamometru tal-kurva tat-tagħbija fissa (jekk jintuża)
|
4.4. |
L-informazzjoni dwar is-setting tad-dinamometru tal-kurva tat-tagħbija aġġustabbli (jekk jintuża)
|
Appendiċi 4
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE
(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))
IĊ-ĊERTIFIKAT TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE
Komunikazzjoni li tikkonċerna:
— l-approvazzjoni tat-tip KE ( 34 ),
— l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE (34) ,
— ir-rifjut ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE (34) ,
— l-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE (34) ,
— ta’ tip ta’ sistema/ta’ tip ta’ vettura rigward sistema (34) rigward ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 ( 35 ) u r-Regolament (KE) Nru 692/2008 ( 36 )
In-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE:
Ir-raġuni għall-estensjoni:
TAQSIMA I
0.1. |
Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): |
0.2. |
It-tip:
|
0.3. |
Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip jekk ikun immarkat fuq il-vettura ( 37 )
|
0.4. |
Il-kategorija tal-vettura ( 38 ) |
0.5. |
L-isem u l-indirizz tal-manifattur: |
0.8. |
L-isem/ismijiet u l-indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ assemblaġġ: |
0.9. |
Ir-rappreżentant tal-manifattur: |
TAQSIMA II
1. |
Informazzjoni addizzjonali (fejn ikun applikabbli): (ara l-addendum) |
2. |
Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet: |
3. |
Id-data tar-rapport tat-test: |
4. |
In-numru tar-rapport tat-test: |
5. |
Rimarki (jekk ikun hemm): (ara l-addendum) |
6. |
Post: |
7. |
Data: |
8. |
Firma: |
Dokumenti mehmuża: |
Pakkett ta’ informazzjoni. Ir-rapport tat-test. |
Addendum għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE Nru…
li jikkonċerna l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura rigward l-emissjonijiet u l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura skond ir-Regolament (KE) Nru 715/2007
1. Informazzjoni addizzjonali
1.1. |
Il-massa tal-vettura lesta biex taħdem: |
1.2. |
Il-massa massima: |
1.3. |
Il-massa ta’ referenza: |
1.4. |
In-numru ta’ sits: |
1.6. |
It-tip ta’ qafas:
|
1.7. |
Ir-roti tas-sewqan: quddiem, wara, 4 x 4 (39) |
1.8. |
Vettura purament elettrika: iva/le (39) |
1.9. |
Vettura elettrika ibrida: iva/le (39)
|
1.10. |
L-identifikazzjoni tal-magna:
|
1.11. |
Il-power train (għal vettura purament elettrika jew għal vettura elettrika ibrida) (39)
|
1.12. |
Il-batterija tat-trazzjoni (għal vettura purament elettrika jew għal vettura elettrika ibrida)
|
1.13. |
L-ingranaġġ: …,
|
1.14. |
It-tajers: , …,… It-tip: … Id-dimensjonijiet Iċ-ċirkonferenza tat-tidwir meta mgħobbija: Iċ-ċirkonferenza tat-tidwir tat-tajers li ntużaw għat-test tat-Tip 1 |
2. Ir-riżultati tat-test:
2.1. |
Ir-riżultat tat-testijiet ta’ l-emissjonijiet mit-tailpipe Il-klassifikazzjoni ta’ l-emissjonijiet: Euro 5/Euro 6 (39) Ir-riżultati tat-test tat-Tip 1, fejn ikun applikabbli In-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip jekk ma tkunx il-vettura ta’ l-oriġini (39) :
L-informazzjoni dwar l-istrateġija ta’ riġenerazzjoni D — in-numru ta’ ċikli operattivi bejn 2 ċikli fejn iseħħu l-fażijiet riġenerattivi: d — in-numru ta’ ċikli operattivi meħtieġa għar-riġenerazzjoni: It-tip 2: … % It-tip 3:… It-tip 4: … g/test
|
2.2. |
Id-data dwar l-emissjonijiet meħtieġa għall-ittestajr biex ikun ivverifikat jekk il-vettura tkunx tajba għat-triq
|
2.3. |
Il-konvertituri katalitiċi iva/le (39)
|
2.4. |
Ir-riżultati tat-test ta’ l-opaċità tad-duħħan (39)
|
2.5. |
Ir-riżultati tat-test ta’ l-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil
|
2.6. |
Ir-riżultati tat-test tal-innovazzjonijiet ekoloġiċi (
44
) (
45
)
2.6.1. Il-kodiċi ġenerali tal-innovazzjoni(jiet) ekoloġika(ekoloġiċi) ( 46 ): … |
3. |
L-informazzjoni dwar it-tiswija tal-vettura
|
4. |
Kejl tal-qawwa Qawwa netta massima tal-magna ta’ magna bil-kombustjoni interna, il-qawwa netta u l-qawwa massima ta’ 30 minuta tas-sistema tat-trazzjoni elettrika. 4.1. Il-qawwa netta ta’ magna bil-kombustjoni interna
4.2. Ingranaġġ(i) tal-elettriku:
|
5. |
Rimarki: |
Appendiċi 5
Informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura
1. |
L-informazzjoni meħtieġa f’dan l-Appendiċi għandha tkun ipprovduta mill-manifattur tal-vettura sabiex ikunu jistgħu jiġu manifatturati partijiet ta’ sosituzzjoni jew ta’ servizz kif ukoll għodod dijanjostiċi u tagħmir tat-testijiet kompatibbli ma’ l-OBD. |
2. |
Meta tintalab, l-informazzjoni li ġejja għandha tkun disponibbli għal kwalunkwe manifattur interessat ta’ komponenti, għodod dijanjostiċi jew tagħmir tat-testijiet, fuq bażi mhux diskriminatorja.
|
3. |
L-informazzjoni meħtieġa għall-manifattura ta’ l-għodod dijanjostiċi Sabiex tkun iffaċilitata l-provvista ta’ għodod dijanjostiċi ġeneriċi għal sewwejja ta’ ħafna marki, il-manifatturi tal-vetturi għandhom jagħmlu disponibbli l-informazzjoni li tissemma fil-punti 3.1 sa 3.3. permezz tas-siti web ta’ informazzjoni dwar it-tiswija tagħhom. Din l-informazzjoni għandha tinkludi l-funzjonijiet kollha ta’ l-għodod dijanjostiċi u l-links kollha għal informazzjoni dwar it-tiswija u għal struzzjonijiet biex issolvi l-problemi. L-aċċess għal din l-informazzjoni jista’ jkun suġġett għall-pagament ta’ ammont raġonevoli. 3.1. L-informazzjoni dwar il-Protokoll ta’ Komunikazzjoni L-informazzjoni li ġejja għandha tkun meħtieġa f’forma indiċjata skond il-marka, il-mudell u l-varjant tal-vettura jew definizzjoni oħra ta’ ħidma bħall-VIN jew bħal identifikazzjoni tal-mudell u tas-sistemi: (a) Kwalunkwe sistema addizzjonali ta’ informazzjoni dwar il-protokoll meħtieġa sabiex tkun ikkompletata d-dijanjostika flimkien ma’ l-istandards preskritti fit- Taqsima 4 ta’ l-Anness XI, inkluż kwalunkwe informazzjoni dwar il-protokoll ta’ ħardwer jew ta’ softwer, identifikazzjoni tal-parametri, funzjonijiet ta’ trasferiment, rekwiżiti “biex tinżamm attiva” (“keep alive”) jew kundizzjonijiet għal żbalji; (b) Id-dettalji ta’ kif jinkisbu u jiġu interpretati l-kodiċijiet kollha ta’ ħsara mhux skond l-istandards preskritti fit-Taqsima 4 ta’ l-Anness XI: (ċ) Lita tal-parametri kollha disponibbli tad-data attiva inkluża informazzjoni dwar skalar u aċċess; (d) Lista tat-testijiet funzjonali disponibbli kollha li jinkludu l-attivazzjoni jew il-kontroll tat-tagħmir u l-mezz biex ikunu implimentati; (e) Id-dettalji ta’ kif tinkiseb l-informazzjoni kollha dwar il-komponenti u l-istatus, it-timbri skond il-ħin, id-DTC pendenti u l-frejms iffriżati; (f) L-issettjar mill-ġdid tal-parametri adattabbli tat-tagħlim, tal-kodifikazzjoni tal-varjanti u ta’ l-arranġament tal-komponenti sostituti u tal-preferenzi tal-klijent; (g) L-identifikazzjoni ta’ l-ECU u l-kodifikazzjoni tal-varjanti; (h) Id-dettalji ta’ kif jiġu ssettjati mill-ġdid id-dwal tas-servizz; (i) Il-post tal-konnettur dijanjostiku u d-dettalji tal-konnettur; (j) L-idenitifikazzjoni tal-kodiċi tal-magna. 3.2. It-test u d-dijanjosi tal-komponenti monitorjati mill-OBD Għandha tkun meħtieġa l-informazzjoni li ġejja: (a) Deskrizzjoni tat-testijiet biex tkun ikkonfermata l-funzjonalità tagħha, fuq il-komponent jew fuq it-tagħmir li jikkontrolla ċ-ċaqliq (b) Il-proċedura tat-test inklużi l-parametri tat-test u l-informazzjoni dwar il-komponenti (ċ) Id-dettalji tal-konnessjoni inklużi l-input u l-output u l-valuri tas-sewqan u tat-tagħbija minimi u massimi (d) Il-valuri mistennija f’ċerti kundizzjonijiet ta’ sewqan inkluż l-idling (e) Il-valuri elettriċi għall-komponent fl-istati statiċi u dinamiċi tiegħu (f) Il-valuri tal-modalità tal-ħsara għal kull wieħed mix-xenarji t’aktar ‘il fuq (g) Is-sekwenzi dijanjostiċi tal-modalità tal-ħsara inklużi l-arbli tal-ħsarat u l-eliminazzjoni dijanjostika ggwidata. 3.3. Id-data meħtieġa sabiex issir tiswija Għandha tkun meħtieġa l-informazzjoni li ġejja: (a) L-inizjalizzazzjoni ta’ l-ECU u tal-komponent (fil-każ li jitwaħħlu sostituti) (b) L-inizjalizzazzjoni ta’ l-ECUs il-ġodda jew sostituti, fejn ikun rilevanti, permezz tat-tekniki tar-(ri-)programmazzjoni pass-through. |
Appendiċi 6
Is-Sistema ta’ Numerazzjoni taċ-Certifikazzjoni ta’ l-Approvazzjoni tat-Tip KE
1. |
It-Taqsima 3 tan-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE li jinħareġ skond l-Artikolu 6(1) għandha tkun magħmula min-numru ta’ l-att regolatorju implimentattiv jew mill-aktar att regolatorju li jemenda reċenti applikabbli għall-approvazzjoni tat-tip KE. ►M2 Dan in-numru għandu jkun segwit minn karattru wieħed jew aktar li jirrifletti l-kategoriji differenti tal-vetturi skont it-tabella 1 hawn taħt. ◄ Dawn il-karattri alfabetiċi għandhom ukoll jagħmlu distinzjoni bejn il-valuri ta’ limitu ta’ l-emissjonijiet Euro 5 u 6 li ngħatawlhom l-approvazzjoni.
Tabella 1
|
2. |
Eżempji ta’ numri ta’ ċertifikazzjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip
|
Appendiċi 7
ANNESS II
IL-KONFORMITÀ WAQT IS-SERVIZZ
1. INTRODUZZJONI
1.1. |
Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-konformità waqt is-servizz tal-emissjonijiet mit-tailpipe u OBD (inkluż IUPRM) għal vetturi approvati għat-tip skont dan ir-Regolament. |
2. IL-VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ WAQT IS-SERVIZZ
2.1. |
Il-verifika tal-konformità waqt is-servizz mill-awtorità tal-approvazzjoni għandha titwettaq fuq il-bażi ta’ kwalunkwe informazzjoni rilevanti li jkollu l-manifattur, skont l-istess proċeduri bħal dawk għall-konformità tal-produzzjoni definiti fl-Artikolu 12(1) u (2) tad-Direttiva 2007/46/KE u fil-punti 1 u 2 tal-Anness X ta’ dik id-Direttiva. L-informazzjoni mill-ittestjar ta’ sorveljanza tal-awtorità tal-approvazzjoni u tal-Istat Membru tista’ tikkomplementa r-rapporti ta’ monitoraġġ waqt is-servizz ipprovduti mill-manifattur. |
2.2. |
Il-figura li tissemma fil-punt 9 tal-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness u l-Figura 4/2 tal-Appendiċi 4 tar-Regolament Nru 83 tal-UN/ECE (għal emissjonijiet mit-tailpipe biss) jispjegaw il-proċedura għalll-kontroll tal-konformità waqt is-servizz. Il-proċess għall-konformità waqt is-servizz huwa deskritt fl-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness. |
2.3. |
Bħala parti mill-informazzjoni pprovduta għall-kontroll tal-konformità waqt is-servizz, fuq it-talba tal-awtorità tal-approvazzjoni, il-manifattur għandu jirrapporta lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip dwar talbiet għal garanzija, xogħlijiet ta’ tiswija bil-garanzija u ħsarat fl-OBD irreġistrati waqt is-servis, skont format miftiehem waqt l-approvazzjoni tat-tip. L-informazzjoni għandha tispjega fid-dettall il-frekwenza u s-sustanza tal-ħsarat għall-komponenti u għas-sistemi relatati mal-emissjonijiet. Ir-rapporti għandhom jiġu preżentati mill-inqas darba fis-sena għal kull mudell ta’ vettura sakemm idum il-perjodu definit fl-Artikolu 9(4) ta’ dan ir-Regolament. |
2.4. |
Il-parametri li jiddefinixxu l-familja ta’ waqt is-servizz tal-emissjonijiet mit-tailpipe
Il-familja ta’ waqt is-servizz tista’ tiġi definita permezz tal-parametri bażiċi tad-disinn li għandhom ikunu komuni għall-vetturi fi ħdan il-familja. Għaldaqstant, it-tipi ta’ vetturi jistgħu jitqiesu bħala li jappartjenu għall-istess familja ta’ waqt is-servizz jekk ikollhom komuni, jew fi ħdan it-tolleranzi dikjarati, il-parametri li ġejjin: 2.4.1. il-proċess kombustibbli (two stroke, four stroke, rotatorju); 2.4.2. in-numru ta’ ċilindri; 2.4.3. il-konfigurazzjoni tal-blokka taċ-ċilindru (allinjata, V, radjali, orizzontalment opposta, oħrajn. L-inklinazzjoni jew l-orjentazzjoni taċ-ċilindri mhix kriterju); 2.4.4. il-metodu tal-alimentazzjoni tal-magna (eż. injezzjoni indiretta jew diretta); 2.4.5. it-tip tas-sistema ta’ tkessiħ (arja, ilma, żejt); 2.4.6. il-metodu tal-aspirazzjoni (aspirat naturalment, iċċarġjat bil-pressjoni); 2.4.7. il-fjuwil li għalih hija ddiżinjata l-magna (petrol, diżil, NG, LPG, eċċ). Vetturi li jieħdu żewġ fjuwils jistgħu jiġu ggruppati mal-vetturi li jieħdu fjuwil speċifiku sakemm wieħed mill-fjuwils ikun komuni; 2.4.8. it-tip ta’ konvertitur katalitiku (katalista three-way, nasba rqiqa għall-NOx, SCR, katalista rqiqa tal-NOx jew ieħor (oħrajn)); 2.4.9. it-tip ta’ nasba għall-partikulati (biha jew mingħajrha); 2.4.10. ir-riċirkolazzjoni tal-gassijiet tal-egżost (biha jew mingħajrha, imkessħa jew mhux imkessħa); u 2.4.11. il-kapaċità taċ-ċilindri tal-magna tal-akbar magna fi ħdan il-familja neħħi 30 %. |
2.5. |
Ir-rekwiżiti tal-informazzjoni
Il-verifika tal-konformità waqt is-servizz se ssir mill-awtorità tal-approvazzjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-manifattur. Tali informazzjoni għandha tinkludi b’mod partikolari dan li ġej: 2.5.1. l-isem u l-indirizz tal-manifattur; 2.5.2. l-isem, l-indirizz, in-numri tat-telefon u tal-faks u l-indirizz elettroniku tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu fi ħdan l-oqsma koperti mill-informazzjoni tal-manifattur; 2.5.3. l-isem/ismijiet tal-mudell(i) tal-vetturi inkluż(i) fl-informazzjoni tal-manifattur; 2.5.4. fejn xieraq, il-lista tat-tipi ta’ vetturi koperti mill-informazzjoni tal-manifattur, jiġifieri għal emissjonijiet mit-tailpipe, il-grupp tal-familja ta’ waqt is-servizz skont il-punt 2.4, u għall-OBD u IUPRM, il-familja OBD skont l-Appendiċi 2 tal-Anness XI; 2.5.5. il-kodiċijiet tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura (VIN) applikabbli għal dawn it-tipi ta’ vetturi fi ħdan il-familja (il-prefiss tal-VIN); 2.5.6. in-numri tal-approvazzjonijiet tat-tip applikabbli għal dawn it-tipi ta’ vetturi fi ħdan il-familja ta’ waqt is-servizz, inklużi, fejn applikabbli, in-numri tal-estensjonijiet kollha u tat-tiswijiet li jsiru fil-post/irtirar ta’ prodott difettuż (mudelli ġodda); 2.5.7. id-dettalji tal-estensjonijiet, tat-tiswijiet fil-post/irtirar ta’ prodott difettuż għal dawk l-approvazzjonijiet tat-tip għall-vetturi koperti mill-informazzjoni tal-manifattur (jekk ikunu mitluba mill-awtorità tal-approvazzjoni); 2.5.8. il-perjodu ta’ żmien li matulu nġabret l-informazzjoni tal-manifattur; 2.5.9. il-perjodu tal-bini tal-vettura kopert mill-informazzjoni tal-manifattur (eż. il-vetturi manifatturati matul is-sena kalendarja 2007); 2.5.10. il-proċedura tal-manifattur għall-kontroll tal-konformità waqt is-servizz, inklużi: (i) il-metodu biex tinstab il-vettura; (ii) il-kriterji għall-għażla u għaċ-ċaħda tal-vettura; (iii) it-tipi ta’ testijiet u l-proċeduri użati għall-programm; (iv) il-kriterji tal-manifattur għall-aċċettazzjoni/għaċ-ċaħda għall-grupp tal-familja; (v) iż-żona(i) ġeografika/ċi li fihom il-manifattur ġabar l-informazzjoni; (vi) id-daqs tal-kampjun u l-pjan għat-teħid tal-kampjuni użat; 2.5.11. ir-riżultati mill-proċedura tal-manifattur għall-konformità waqt is-servizz, inklużi: (i) l-identifikazzjoni tal-vetturi inklużi fil-programm (kemm jekk ittestjati u kemm jekk le). L-identifikazzjoni għandha tinkludi dan li ġej: — l-isem tal-mudell, — in-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura (VIN), — in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-vettura, — id-data tal-manifattura, — ir-reġjun ta’ użu (meta jkun magħruf), — it-tajers imwaħħla (emissjonijiet mit-tailpipe biss); (ii) ir-raġuni(jiet) għalfejn vettura ġiet miċħuda mill-kampjun; (iii) l-istorja tas-servizz għal kull vettura fil-kampjun (inkluż kull xogħol li kellu jsir iżjed minn darba); (iv) l-istorja tat-tiswijiet għal kull vettura fil-kampjun (fejn tkun magħrufa); (v) id-dejta tat-test, inkluża din li ġejja: — id-data tat-test/tniżżil, — il-post fejn sar it-test/tniżżil, — id-distanza indikata fuq l-odometru tal-vettura; (vi) id-dejta tat-test għal emissjonijiet mit-tailpipe biss: — l-ispeċifikazzjonijiet tal-fjuwil użat għat-test (eż. il-fjuwil ta’ referenza użat għat-test jew il-fjuwil fis-suq), — il-kundizzjonijiet tat-test (it-temperatura, l-umdità, il-piż tal-inerzja tad-dinamometru), — is-settings tad-dinamometru (eż. is-setting tal-qawwa), — ir-riżultati tat-test (minn għallinqas tliet vetturi differenti għal kull familja); (vii) id-dejta tat-test għal IUPRM biss; — id-dejta kollha metħieġa mniżżla mill-vettura; — għal kull moniter li jrid jiġi rrappurtat il-proporzjon tal-prestazzjoni waqt l-użu IUPRM; 2.5.12. ir-rekords ta’ indikazzjoni mis-sistema OBD; 2.5.13. għat-teħid ta’ kampjuni IUPRM, dan li ġej: — Il-medja tal-proporzjonijiet tal-prestazzjoni waqt l-użu IUPRM tal-vetturi magħżula kollha għal kull moniter skont il-punti 3.1.4. u 3.1.5. tal-Appendiċi 1 tal-Anness XI; — Il-perċentwali tal-vetturi magħżula, li għandhom IUPRM ikbar jew daqs il-valur minimu applikabbli għall-moniter skont il-punti 3.1.4. u 3.1.5. tal-Appendiċi 1 tal-Anness XI. |
3. L-GĦAŻLA TAL-VETTURI GĦALL-KONFORMITÀ WAQT IS-SERVIZZ
3.1. |
L-informazzjoni miġbura mill-manifattur għandha tkun komprensiva biżżejjed biex tiżgura li r-rendiment waqt is-servizz tista’ tkun ivvalutata għall-kundizzjonijiet normali tal-użu. It-teħid tal-kampjuni tal-manifattur għandu jsir minn għallinqas żewġ Stati Membri b’kundizzjonijiet operattivi tal-vetturi li jkunu sostanzjalment differenti (sakemm mhux mibjugħa biss fi Stat Membru wieħed). Fl-għażla tal-Istati Membri għandhom jitqiesu fatturi bħad-differenzi fil-fjuwils, il-kundizzjonijiet ambjentali, il-veloċitajiet medji fit-triq, u l-qasma bejn is-sewqan urban/fl-awtostrada. Għal ittestjar tal-OBD IUPRM għandhom jiġu inklużi fil-kampjun tat-test biss dawk il-vetturi li jissodisfaw il-kriterji tal-punt 2.2.1. tal-Appendiċi 1. |
3.2. |
Fl-għażla tal-Istati Membri għat-teħid tal-kampjuni tal-vetturi, il-manifattur jista’ jagħżel vetturi minn Stat Membru li jitqies bħala partikolarment rappreżentattiv. F’dan il-każ, il-manifattur għandu juri lill-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip li l-għażla hija rappreżentattiva (eż. billi s-suq ikollu l-akbar bejgħ annwali ta’ familja ta’ vetturi fl-Unjoni). Meta familja teħtieġ li aktar minn lott ta’ kampjun wieħed jiġi ttestjat, kif ġie definit fil-punt 3.5, il-vetturi fit-tieni u fit-tielet lottijiet tal-kampjun għandhom jirriflettu kundizzjonijiet operattivi tal-vetturi differenti minn dawk magħżula għall-ewwel kampjun. |
3.3. |
L-ittestjar tal-emissjonijiet jista’ jsir f’faċilità tat-testijiet li tinsab f’suq jew f’reġjun differenti minn fejn intgħażlu l-vetturi. |
3.4. |
It-testijiet ta’ konformità waqt is-servizz, tal-emissjonijiet mit-tailpipe, mill-manifattur għandhom jitwettqu b’mod kontinwu fejn jirriflettu ċ-ċiklu ta’ produzzjoni tat-tipi applikabbli tal-vetturi fi ħdan familja partikolari ta’ vetturi ta’ waqt is-servizz. Il-perjodu massimu ta’ żmien bejn il-bidu ta’ żewġ kontrolli ta’ konformità waqt is-servizz m’għandux jeċċedi t-18-il xahar. Fil-każ ta’ tipi ta’ vetturi koperti minn estensjoni għall-approvazzjoni tat-tip li ma kinitx teħtieġ test tal-emissjonijiet, dan il-perjodu jista’ jiġi estiż għal 24 xahar. |
3.5. |
Daqs tal-kampjun
3.5.1. Meta tiġi applikata l-proċedura statistika definita fl-Appendiċi 2 (jiġifieri għal emissjonijiet mit-tailpipe), in-numru tal-lottijiet tal-kampjuni għandu jiddependi mill-volum ta’ bejgħ annwali ta’ familja ta’ waqt is-servizz fl-Unjoni, kif ġie definit fit-tabella li ġejja:
3.5.2. Għal IUPR, in-numru ta’ lottijiet tal-kampjun li għandu jittieħed huwa deskritt fit-tabella fil-punt 3.5.1 u huwa bbażat fuq in-numru ta’ vetturi ta’ familja OBD li huma approvati b’IUPR (suġġett għat-teħid tal-kampjuni). Għall-ewwel perjodu tat-teħid tal-kampjuni ta’ familja OBD, it-tipi kollha tal-vettura fil-familja li huma approvati b’IUPR għandhom jitqiesu bħala suġġetti għat-teħid tal-kampjuni. Għall-perjodi sussegwenti tat-teħid tal-kampjuni, huma biss it-tipi ta’ vetturi li ma kinux ġew ittestjati qabel jew li huma koperti minn approvazzjonijiet tal-emissjonijiet li ġew estiżi mill-perjodu tat-teħid tal-kampjuni preċedenti li għandhom jitqiesu bħala suġġetti għat-teħid tal-kampjuni. Għal familji magħmula minn inqas minn 5 000 reġistrazzjoni UE li huma suġġetti għat-teħid tal-kampjuni fil-perjodu tat-teħid tal-kampjuni n-numru minimu ta’ vetturi f’lott tal-kampjun huwa sitta. Għall-familji l-oħra kollha, in-numru minimu ta’ vetturi f’lott tal-kampjun huwa ħmistax. Kull lott tal-kampjun għandu jirrappreżenta adegwatament ix-xejra tal-bejgħ, jiġifieri għall-inqas tipi ta’ vetturi b’volum għoli (≥ 20 % tat-total tal-familja) għandhom jiġu rappreżentati. |
4. |
Fuq il-bażi tal-verifika msemmija fit-taqsima 2 l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tadotta waħda mid-deċiżjonijiet u mill-azzjonijiet li ġejjin: (a) tiddeċiedi li l-konformità waqt is-servizz ta’ tip ta’ vettura, ta’ familja ta’ vetturi waqt is-servizz jew ta’ familja OBD ta’ vettura hija sodisfaċenti u li m’hemmx għalfejn tieħu azzjoni ulterjuri; (b) tiddeċiedi li d-dejta pprovduta mill-manifattur mhix biżżejjed biex tittieħed deċiżjoni u titlob informazzjoni jew dejta tat-testijiet addizzjonali mingħand il-manifattur; (c) tiddeċiedi li fuq il-bażi tad-dejta mill-programmi tal-ittestjar tas-sorveljanza tal-awtorità tal-approvazzjoni jew tal-Istat Membru, dik l-informazzjoni pprovduta mill-manifattur mhix biżżejjed sabiex tittieħed deċiżjoni u tintalab informazzjoni jew dejta tat-test addizjonali mingħand il-manifattur; (d) tiddeċiedi li l-konformità waqt is-servizz ta’ tip ta’ vettura li hija parti minn familja ta’ waqt is-servizz, jew ta’ familja OBD, mhix sodisfaċenti u tipproċedi biex tali tip ta’ vettura jew familja OBD jiġi ttestjat skont l-Appendiċi 1. Jekk skont il-verifika tal-IUPRM il-kriterji tat-test tal-punt 6.1.2 (a) jew (b) tal-Appendiċi 1 jintlaħqu għal vetturi f’lott kampjun, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip trid tieħu l-azzjoni ulterjuri deskritta fil-punt (d) ta’ dan il-punt.
|
Appendiċi 1
Il-verifika tal-konformità waqt is-servizz
1. INTRODUZZJONI
1.1. Dan l-Appendiċi jistabbilixxi l-kriterji li jissemmew fit-taqsima 4 rigward l-għażla ta’ vetturi biex jiġu ttestjati u l-proċeduri għall-kontroll tal-konformità waqt is-servizz.
2. IL-KRITERJI TAL-GĦAŻLA
Il-kriterji biex tiġi aċċettata vettura magħżula huma definiti għal emissjonijiet mit-tailpipe fil-punti 2.1 sa 2.8 u għall-IUPRM fit-Taqsimiet 2.1 sa 2.5.
2.1. Il-vettura għandha tappartjeni għal tip ta’ vettura li tkun approvata għat-tip skont dan ir-Regolament u li tkun koperta b’ċertifikat ta’ konformità skont id-Direttiva 2007/46/KE. Għall-kontroll tal-IUPRM, il-vettura għandha tkun approvata għall-istandards OBD Euro 5+, Euro 6- plus IUPR jew aktar tard. Għandha tkun irreġistrata u tkun ġiet użata fl-Unjoni.
2.2. Il-vettura għandha tkun ilha taħdem għal mill-inqas 15 000 km jew 6 xhur, liema minnhom jiġi l-aktar tard, u għal mhux aktar minn 100 000 km jew 5 snin, liema minnhom jiġi l-ewwel.
2.2.1. Għall-kontroll tal-IUPRM, il-kampjun tat-test għandu jinkludi biss vetturi li:
(a) ġabru dejta suffiċjenti dwar l-operat tal-vettura għall-moniter li jrid jiġi ttestjat.
Għal moniters li jeħtieġ li jissodisfaw il-proporzjon ta’ rendiment waqt l-użu tal-moniter u li jintraċċaw u jirrapportaw dejta dwar il-proporzjon skont il-punt 3.6.1 tal-Appendiċi 1 tal-Anness XI, dejta suffiċjenti dwar l-operat tal-vettura għandha tfisser li d-denominatur jissodisfa l-kriterji stipulati hawn taħt. Id-denominatur, kif definit fil-punti 3.3 u 3.5 tal-Appendiċi 1 tal-Anness XI, għall-moniter li jrid jiġi ittestjat irid ikollu valur ugwali għal jew ikbar minn wieħed mill-valuri li ġejjin:
(i) 75 għal moniters tas-sistema evaporattiva, moniters tas-sistema tal-arja sekondarja, u monitors li jutilizzaw denominatur inkrementat skont il-punti (a), (b) jew (c) tal-punt 3.3.2 tal-Appendiċi 1 tal-Anness XI (eż. moniters tal-istartjar kiesaħ, moniters tas-sistema tal-arja kundizzjonata, eċċ.), jew
(ii) 25 għal moniters tal-filtri tal-partikulati u moniters tal-katalista ta’ ossidazzjoni li jutilizzaw denominatur inkrementat skont il-punt (d) tal-punt 3.3.2 tal-Appendiċi 1 tal-Anness XI, jew
(iii) 150 għal moniters tal-katalista, tas-sensur tal-ossiġnu, tal-EGR, tal-VVT, u tal-komponenti l-oħra kollha;
(b) ma jkunux ġew imbagħbsa jew mgħammra b’partijiet miżjuda jew modifikati li jwasslu biex is-sistema OBD ma tikkonformax mar-rekwiżiti tal-Anness XI.
2.3. Għandu jkun hemm rekord ta’ manutenzjoni li juri li l-vettura inżammet sew (eż. sarilha s-servis skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur).
2.4. Il-vettura m’għandha turi l-ebda indikazzjoni ta’ abbuż (eż. tlielaq, tagħbija żejda, alimentazzjoni bi fjuwil ħażin, jew użu ħażin ieħor), jew fatturi oħra (eż. tbagħbis) li jistgħu jaffettwaw ir-rendiment tal-emissjonijiet. Għandhom jitqiesu l-kodiċi tal-ħsara u l-informazzjoni dwar il-mili maħżuna fil-kompjuter. Vettura m’għandhiex tingħażel għall-ittestjar jekk l-informazzjoni maħżuna fil-kompjuter turi li l-vettura ħadmet wara li nħażen kodiċi tal-ħsara u ma saritx tiswija pjuttost fil-pront.
2.5. M’għandha tkun saret l-ebda tiswija kbira mhux awtorizzata tal-magna jew l-ebda tiswija kbira tal-vettura.
2.6. Il-kontenut taċ-ċomb u tal-kubrit ta’ kampjun tal-fjuwil meħud mit-tank tal-vettura għandu jissodisfa l-istandards applikabbli stabbiliti fid-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 48 ) u m’għandu jkun hemm l-ebda evidenza ta’ alimentazzjoni bi fjuwil ħażin. Jistgħu jsiru kontrolli fit-tailpipe.
2.7. M’għandu jkun hemm l-ebda indikazzjoni ta’ kwalunkwe problema li tista’ tipperikola s-sikurezza tal-persunal tal-laboratorju.
2.8. Il-komponenti kollha tas-sistema ta’ kontra t-tniġġis li hemm fuq il-vettura għandhom ikunu konformi mal-approvazzjoni tat-tip applikabbli.
3. ID-DIJANJOSI U L-MANUTENZJONI
Id-dijanjosi u kwalunkwe manutenzjoni normali meħtieġa għandhom jitwettqu fuq vetturi aċċettati għall-ittestjar, qabel ma jitkejlu l-emissjonijiet mill-egżost, skont il-proċedura stabbilita fil-punti 3.1 sa 3.7.
3.1. Għandhom isiru l-kontrolli li ġejjin: kontrolli tal-filtru tal-arja, taċ-ċintorini tas-sewqan kollha, tal-livelli tal-fluwidi kollha, tat-tapp tar-radjatur, tal-pajpijiet tal-vakwu kollha u tal-wajers tad-dawl relatati mas-sistema ta’ kontra t-tniġġis kollha; kontrolli tal-ignixin, tal-kejl tal-fjuwil u tal-komponenti tat-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis. Id-diskrepanzi kollha għandhom jiġu reġistrati.
3.2. Is-sistema OBD għandha tkun ikkontrollata sabiex ikun ivverifikat li qed taħdem sew. Kwalunkwe indikazzjoni ta’ ħsara għandha tiġi reġistrata fil-memorja tal-OBD u għandhom isiru t-tiswijiet meħtieġa. Jekk l-indikatur ta’ ħsara fl-OBD jindika ħsara waqt ċiklu tal-prekundizzjonament, il-ħsara tista’ tiġi identifikata u msewwija. It-test jista’ jerġa’ jsir u jintużaw ir-riżultati ta’ dik il-vettura msewwija.
3.3. Is-sistema tal-ignixin għandha tiġi kontrollata u l-komponenti difettużi sostitwiti, pereżempju l-ispark plaggs, il-kejbils, eċċ.
3.4. Il-kompressjoni għandha tiġi kontrollata. Jekk ir-riżultat ma jkunx sodisfaċenti, il-vettura għandha tiġi miċħuda.
3.5. Il-parametri tal-magna għandhom jiġu kontrollati skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur u, jekk ikun meħtieġ, għandhom jiġu aġġustati.
3.6. Jekk il-vettura jonqosha 800 km għal servis ta’ manutenzjoni skedat, dak is-servis għandu jitwettaq skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Irrispettivament mill-qari tal-odometru, il-filtri taż-żejt u tal-arja jistgħu jinbidlu fuq it-talba tal-manifattur.
3.7. Kif tiġi aċċettata l-vettura, il-fjuwil għandu jiġi sostitwit bil-fjuwil ta’ referenza tat-test tal-emissjonijiet xieraq, sakemm il-manifattur ma jaċċettax li jintuża l-fjuwil tas-suq.
4. L-ITTESTJAR WAQT IS-SERVIZZ
4.1. Meta jitqies li jkun meħtieġ kontroll fuq il-vetturi, għandhom jitwettqu t-testijiet tal-emissjonijiet skont l-Anness III fuq vetturi prekundizzjonati magħżula skont ir-rekwiżiti tat-Taqsimiet 2 u 3 ta’ dan l-Appendiċi. Dan it-test għandu jinkludi biss il-kejl tal-emissjonijiet tan-numru tal-partikuli għal vetturi approvati għall-istandards tal-emissjonijiet Euro 6 fil-kategoriji W, X u Y kif definiti fit-Tabella 1 tal-Appendiċi 6 tal-Anness I. Ċikli prekundizzjonati addizzjonali għal dawk speċifikati fil-punt 5.3 tal-Anness 4 tar-Regolament Nru 83 tal-UN/ECE jiġu permessi biss jekk huma rappreżentattivi tas-sewqan normali.
4.2. Vetturi mgħammra b’sistema OBD jistgħu jiġu kontrollati għall-funzjonalità xierqa waqt is-servizz tal-indikatur ta’ ħsara, eċċ., b’relazzjoni għal-livelli tal-emissjonijiet (eż. il-limiti tal-indikazzjoni tal-ħsara definiti fl-Anness XI) għall-ispeċifikazzjonijiet approvati għat-tip.
4.3. Is-sistema OBD tista’ tiġi kontrollata, pereżempju, għal-livelli ta’ emissjonijiet ‘il fuq mill-valuri ta’ limitu applikabbli bl-ebda indikazzjoni ta’ ħsara, attivazzjoni sistematika żbaljata tal-indikazzjoni ta’ ħsara u komponenti difettużi jew deterjorati indikati fis-sistema OBD.
4.4. Jekk komponent jew sistema taħdem b’mod mhux kopert mill-partikolaritajiet fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u/jew mill-pakkett ta’ informazzjoni għal tali tipi ta’ vetturi u tali devjazzjoni ma ġietx awtorizzata skont l-Artikolu 13(1) jew (2) tad-Direttiva 2007/46/KE, bl-ebda indikazzjoni tal-ħsara mill-OBD, il-komponent jew is-sistema m’għandux jiġi sostitwit qabel l-ittestjar tal-emissjonijiet, sakemm ma jkunx iddeterminat li l-komponent jew is-sistema ġie mbagħbas jew abbużat b’tali mod li l-OBD ma jiskoprix il-ħsara li rriżultat.
5. L-EVALWAZZJONI TAR-RIŻULTATI TAT-TESTIJIET DWAR L-EMISSJONIJIET
5.1. Ir-riżultati tat-test għandhom jitressqu għall-proċedura ta’ evalwazzjoni skont l-Appendiċi 2.
5.2. Ir-riżultati tat-test m’għandhomx jiġu multiplikati b’fatturi ta’ deterjorament.
6. IL-PJAN TAL-MIŻURI RIMEDJALI
6.1. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha titlob lill-manifattur biex iressaq pjan ta’ miżuri rimedjali biex jirrimedja għan-nuqqas ta’ konformità meta:
6.1.1. Għal emissjonijiet mit-tailpipe, jinstab li aktar minn vettura waħda tkun qed tagħmel emissjonijiet aktar milli suppost u tissodisfa kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3.2.3. tal-Appendiċi 4 tar-Regolament Nru 83 tal-UN/ECE u kemm l-awtorità tal-approvazzjoni kif ukoll il-manifattur jaqblu li l-emissjoni żejda hija minħabba l-istess raġuni, jew
(b) tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3.2.4 tal-Appendiċi 4 tar-Regolament Nru 83 tal-UN/ECE fejn l-awtorità tal-approvazzjoni ddeterminat li l-emissjoni żejda hija minħabba l-istess raġuni.
6.1.2. Għall-IUPRM ta’ moniter partikolari M il-kundizzjonijiet statistiċi li ġejjin huma sodisfatti f’kampjun tat-test, li d-daqs tiegħu huwa ddeterminat skont il-punt 3.5. ta’ dan l-Anness:
(a) Għal vetturi ċertifikati għal proporzjon ta’ 0,1 skont il-punt 3.1.5. tal-Appendiċi 1 tal-Anness XI, id-dejta miġbura mill-vetturi tindika għal mill-inqas moniter wieħed M fil-kampjun tat-test jew li l-proporzjon medju ta’ prestazzjoni waqt l-użu tal-kampjun tat-test huwa inqas minn 0,1 jew li 66 fil-mija jew aktar tal-vetturi fil-kampjun tat-test għandhom proporzjon tal-prestazzjoni waqt l-użu tal-moniter ta’ inqas minn 0,1.
(b) Għal vetturi ċertifikati għal proporzjonijiet sħaħ skont il-punt 3.1.4 tal-Appendiċi 1 tal-Anness XI, id-dejta miġbura mill-vetturi tindika għal mill-inqas moniter wieħed M fil-kampjun tat-test jew li l-proporzjon medju ta’ rendiment waqt l-użu tal-kampjun tat-test huwa inqas mill-valur Testmin(M) jew li 66 fil-mija jew aktar tal-vetturi fil-kampjun tat-test għandhom proporzjon tal-prestazzjoni waqt l-użu ta’ inqas minn Testmin(M). Il-valur ta’ Testmin(M) għandu jkun:
Il-valur tat- Testmin(M) għandu jkun:
(i) 0,230 jekk il-moniter M jeħtieġ li jkollu proporzjon waqt l-użu ta’ 0,26;
(ii) 0,460 jekk il-moniter M jeħtieġ li jkollu proporzjon waqt l-użu ta’ 0,52;
(iii) 0,297 jekk il-moniter M jeħtieġ li jkollu proporzjon waqt l-użu ta’ 0,336,
skont il-punt 3.1.4. tal-Appendiċi 1 tal-Anness XI.
6.2. Il-pjan tal-miżuri rimedjali għandu jiġi preżentat lill-awtorità tal-approvazzjoni mhux aktar tard minn 60 jum ta’ xogħol mid-data tan-notifika msemmija fil-punt 6.1. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, fi żmien 30 jum ta’ xogħol, għandha tiddikjara l-approvazzjoni jew id-diżapprovazzjoni tagħha rigward il-pjan tal-miżuri rimedjali. Madankollu, tingħata estensjoni meta l-manifattur jista’ juri, għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni kompetenti, li jinħtieġ aktar żmien biex jiġi investigat in-nuqqas ta’ konformità sabiex jitressaq pjan tal-miżuri rimedjali.
6.3. Il-miżuri rimedjali għandhom japplikaw għall-vetturi kollha li probabbilment ikunu affetwati mill-istess difett. Għandha tkun ivvalutata l-ħtieġa li jiġu emendati d-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip.
6.4. Il-manifattur għandu jipprovdi kopja tal-komunikazzjonijiet kollha relatati mal-pjan tal-miżuri rimedjali, u għandu wkoll iżomm rekord tal-kampanja ta’ rtirar ta’ prodott difettuż, eċċ., u jipprovdi rapporti ta’ status regolari lill-awtorità tal-approvazzjoni.
6.5. Il-pjan tal-miżuri rimedjali għandu jinkludi r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 6.5.1 sa 6.5.11. Il-manifattur għandu jassenja isem jew numru ta’ identifikazzjoni uniku lill-pjan tal-miżuri rimedjali.
6.5.1. Deskrizzjoni ta’ kull tip ta’ vettura inkluż fil-pjan tal-miżuri rimedjali.
6.5.2. Deskrizzjoni tal-modifikazzjonijiet, tal-alterazzjonijiet, tat-tiswijiet, tal-korrezzjonijiet, tal-aġġustamenti, jew ta’ bidliet speċifiċi oħra li jridu jsiru biex il-vetturi jsiru konformi inkluż sommarju qasir tad-dejta u tal-istudji tekniċi li jappoġġjaw id-deċiżjoni tal-manifattur rigward il-miżuri partikolari li għandhom jittieħdu biex ikun korrett in-nuqqas ta’ konformità.
6.5.3. Deskrizzjoni tal-metodu li permezz tiegħu l-manifattur jinforma lis-sidien tal-vetturi.
6.5.4. Deskrizzjoni tal-manutenzjoni xierqa jew tal-użu xieraq, jekk ikun hemm, li l-manifattur jistipula bħala kundizzjoni ta’ eliġibbiltà għal tiswija skont il-pjan tal-miżuri rimedjali, u spjegazzjoni tar-raġunijiet għaliex il-manifattur impona kwalunkwe kundizzjoni bħal din. L-ebda kundizzjoni għall-manutenzjoni jew għall-użu ma tista’ tiġi imposta sakemm ma jkunx jista’ jintwera li hija marbuta man-nuqqas ta’ konformità u mal-miżuri rimedjali.
6.5.5. Deskrizzjoni tal-proċedura li għandhom isegwu s-sidien tal-vetturi biex jiksbu korrezzjoni tan-nuqqas ta’ konformità. Din għandha tinkludi data li warajha jistgħu jittieħdu l-miżuri rimedjali, iż-żmien stmat biex il-ħanut tax-xogħol iwettaq it-tiswijiet u fejn jistgħu jsiru. It-tiswija għandha ssir b’mod xieraq, fi żmien raġonevoli wara l-konsenja tal-vettura.
6.5.6. Kopja tal-informazzjoni trażmessa lil sid il-vettura.
6.5.7. Deskrizzjoni qasira tas-sistema li l-manifattur juża biex jiżgura provvista adegwata ta’ komponenti jew ta’ sistemi biex iwettaq l-azzjoni rimedjali. Għandu jkun indikat meta se jkun hemm provvista adegwata ta’ komponenti jew sistemi biex tinbeda l-kampanja.
6.5.8. Kopja tal-istruzzjonijiet kollha li għandhom jintbagħtu lil dawk il-persuni li se jwettqu t-tiswija.
6.5.9. Deskrizzjoni tal-impatt tal-miżuri rimedjali proposti fuq l-emissjonijiet, il-konsum tal-fjuwil, il-kumdità fis-sewqan, u s-sikurezza ta’ kull tip ta’ vettura, koperta mill-pjan tal-miżuri rimedjali bid-dejta u bl-istudji tekniċi li jappoġġjaw dawn il-konklużjonijiet.
6.5.10. Kwalunkwe informazzjoni, rapport jew dejta oħra li l-awtorità tal-approvazzjoni tista’ raġonevolment tiddetermina li tkun meħtieġa biex jiġi evalwat il-pjan tal-miżuri rimedjali.
6.5.11. Fejn il-pjan tal-miżuri rimedjali jinkludi rtirar ta’ prodott difettuż għandha titressaq deskrizzjoni tal-metodu għar-reġistrazzjoni tat-tiswija quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. Jekk tintuża tikketta, għandu jitressaq eżempju tagħha.
6.6. Il-manifattur jista’ jkun meħtieġ iwettaq testijiet raġonevolment iddisinjati u meħtieġa fuq komponenti u vetturi billi jinkorpora bidla, tiswija, jew modifikazzjoni proposta biex juri l-effikaċja tal-bidla, tat-tiswija, jew tal-modifikazzjoni.
6.7. Il-manifattur huwa responsabbli miż-żamma ta’ rekord ta’ kull vettura rtirata minħabba difett, u msewwija, u tal-ħanut tax-xogħol li wettaq it-tiswija. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkollha aċċess għar-rekord meta titolbu għal perjodu ta’ 5 snin mill-implimentazzjoni tal-pjan tal-miżuri rimedjali.
6.8. It-tiswija u l-modifikazzjoni jew iż-żieda ta’ tagħmir ġdid għandhom jiġu reġistrati f’ċertifikat ipprovdut mill-manifattur lil sid il-vettura.
Appendiċi 2
Il-proċedura statistika għall-ittestjar tal-konformità waqt is-servizz
1. Din il-proċedura għandha tintuża biex ikunu verifikati r-rekwiżiti tal-konformità waqt is-servizz għat-test tat-tip 1. Il-metodu statistiku applikabbli għandu jkun dak stabbilit fl-Appendiċi 4 tar-Regolament Nru 83 tal-UN/ECE, bl-eċċezzjonijiet deskritti fit-Taqsimiet 2 sa 9 ta’ dan l-Appendiċi.
2. In-nota 1 m’għandhiex tapplika.
3. Il-punt 3.2 għandu jinftiehem kif ġej:
Vettura tingħad li tkun tagħmel emissjonijiet aktar milli suppost (outlying emitter) meta jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet mogħtija fil-punt 3.2.2.
4. Il-punt 3.2.1 m’għandux japplika.
5. Fil-punt 3.2.2, ir-referenza għar-ringiela B tat-tabella fil-punt 5.3.1.4 għandha tinftiehem bħala referenza għat-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għall-vetturi Euro 5 u għat-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għall-vetturi Euro 6.
6. Fil-punti 3.2.3.2.1 u 3.2.4.2, ir-referenza għat-taqsima 6 tal-Appendiċi 3 għandha tinftiehem bħala referenza għat-taqsima 6 tal-Appendiċi 1 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
7. Fin-noti 2 u 3, ir-referenza għar-ringiela A tat-tabella fil-punt 5.3.1.4 għandha tinftiehem bħala referenza għat-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għall-vetturi Euro 5 u għat-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għall-vetturi Euro 6.
8. Fil-punt 4.2, ir-referenza għall-punt 5.3.1.4 għandha tinftiehem bħala referenza għat-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għall-vetturi Euro 5 u għat-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għall-vetturi Euro 6.
9. Il-figura 4/1 għandha tiġi sostitwita bil-figura li ġejja:
“Figura 4/1
Appendiċi 3
Ir-responsabbiltajiet għall-konformità waqt is-servizz
1. Il-proċess biex jiġi kontrollat il-kontroll tal-konformità waqt is-servizz ġie spjegat fil-Figura 1
2. Il-manifattur għandu jikkompila l-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness. L-awtorità tal-approvazzjoni tista’ wkoll tqis informazzjoni mill-programmi ta’ sorveljanza.
3. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha twettaq il-proċeduri u t-testijiet kollha meħtieġa sabiex ikun żgurat li r-rekwiżiti rigward il-konformità waqt is-servizz qed jiġu sodisfatti (il-Fażijiet 2 sa 4).
4. Fil-każ ta’ diskrepanzi jew ta’ nuqqas ta’ qbil fil-valutazzjoni tal-informazzjoni pprovduta, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha titlob kjarifika mingħand is-servizz tekniku li wettaq it-test tal-approvazzjoni tat-tip.
5. Il-manifattur għandu jistabbilixxi u jimplimenta pjan ta’ miżuri rimedjali. Dan il-pjan għandu jkun approvat mill-awtorità tal-approvazzjoni qabel ma jkun implimentat (il-Fażi 5).
Figura 1
Spjegazzjoni tal-proċess ta’ konformità waqt is-servizz
ANNESS III
IL-VERIFIKA TA’ L-EMISSJONIJIET MEDJI TA’ L-EGŻOST F’KUNDIZZJONIJIET AMBJENTALI
(IT-TEST TAT-TIP 1)
1. INTRODUZZJONI
Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura għat-test tat-tip 1 li jivverifika l-emissjonijiet medji ta’ l-egżost f’kundizzjoinjiet ambjentali.
2. IR-REKWIŻITI ĠENERALI
2.1. |
Ir-rekwiżiti ġenerali għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-paragrafu 5.3.1. tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE, bl-eċċezzjonijiet deskritti fit-taqsimiet 2.2. sa 2.5. |
2.2. |
Il-vetturi li huma suġġetti għat-test stabbilit fil-paragrafu 5.3.1.1. għandu jinftiehem li huma l-vetturi kollha koperti mill-ambitu ta’ dan ir-Regolament. |
2.3. |
L-inkwinanti speċifikati fil-paragrafu 5.3.1.2.4. għandu jinftiehem li huma dawk kollha koperti mit-Tabelli 1 u 2 ta’ l-Anness 1 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007. |
2.4. |
Ir-referenza għall-fatturi ta’ deterjorament mill-paragrafu 5.3.6. fil-paragrafu 5.3.1.4. għandha tinftiehem bħala li hija referenza għall-fatturi ta’ deterjorament speċifikati fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament. |
2.5. |
Il-limiti ta’ emissjoni li jissemmew fil-paragrafu 5.3.1.4 għandu jinftiehem li huma referenza għal-limiti ta’ emissjoni stabbiliti fit-Tabella 1 ta’ l-Anness 1 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għall-vetturi Euro 5 u għat-Tabella 2 ta’ l-Anness 1 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għall-vetturi Euro 6. |
2.6. |
Ir-rekwiżiti għall-vetturi alimentati bl-LPG, bil-gass naturali jew bil-bijometanu
|
3. IR-REKWIŻITI TEKNIĊI
3.1. |
Ir-rekwiżiti tekniċi għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness 4 tar-Regolament Nru 83 tal-UN/ECE bl-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-punti 3.2 sa 3.12. Mid-dati stipulati fit-tieni sentenza tal-Artikolu 10(6) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 il-massa ta’ materja f’partikuli (PM) u n-numru tal-partikuli (P) għandhom jiġu determinati skont il-proċedura tat-test tal-emissjoni stipulata fit-taqsima 6 tal-Anness 4a tar-Regolament Nru 83 tal-UN/ECE, sensiela ta’ emendi 05, supplement 07, bl-użu tat-tagħmir tal-ittestjar deskritt fil-punti 4.4 u 4.5 tiegħu, rispettivament. |
3.2. |
Il-fjuwils ta’ referenza speċifikati fil-paragrafu 3.2. għandu jinftiehem li huma referenza għall-ispeċifikazzjoni xierqa tal-fjuwil ta’ referenza fl-Anness IX ta’ dan ir-Regolament. |
3.3. |
Il-gassijiet tal-egżost imsemmija fil-paragrafu 4.3.1.1. għandhom jinftiehmu bħala li jinkludu l-metan, l-ilma u l-idroġenu: “…(HFID). Għandu jkun ikkalibrat bil-gass tal-propan espress bħala ekwivalenti għall-atomi tal-karbonju (C1). Analiżi tal-metan (CH4): L-analizzatur se jkun jew kromatografu tal-gass ikkombinat b'tip ta' jonizzazzjoni bi fjamma (FID) jew jonizzazzjoni bi fjamma (FID) b'tip ta' taljatur mhux tal-metan, ikkalibrat b'gass tal-metan espress bħala ekwivalenti għall-atomi tal-karbonju (C1). Analiżi tal-ilma (H2O): L-analizzatur għandu jkun tat-tip tal-assorbiment tal-infraaħmar mhux dispersiv (NDIR). L-NDIR għandu jiġi kkalibrat jew bil-fwar tal-ilma jew bil-propilen (C3H6). Jekk l-NDIR jiġi kkalibrat bil-fwar, għandu jkun żgurat li ma jista' jkun hemm l-ebda kondensazzjoni tal-ilma fit-tubi u l-konnessjonijiet waqt il-proċess tal-kalibrazzjoni. Jekk l-NDIR jiġi kkalibrat bil-propilen, il-manufattur tal-analizzatur għandu jipprovdi l-informazzjoni biex il-konċentrazzjoni tal-propilen tiġi kkonvertita għall-konċentrazzjoni korrespondenti tagħha tal-fwar tal-ilma. Il-valuri għall-konverżjoni għandhom jiġu vverifikati perjodikament mill-manifattur tal-analizzatur, mill-inqas darba fis-sena. Analiżi tal-idroġenu (H2): L-analizzatur għandu jkun tat-tip tal-ispettrometrija tal-massa tas-sector field, kkalibrat bl-idroġenu. Ossidu tan-nitroġenu (NOx)…” |
3.3.a. |
Il-gassijiet puri msemmija fil-paragrafu 4.5.1. qed jinftiehmu li jinkludu l-propilen: “…propan: (purità minima ta' 99,5 fil-mija). propilen: (purità minima ta' 99,5 fil-mija).” |
3.4. |
Il-proporzjonijiet tal-idrokarburi fil-paragrafu 8.2 għandhom jinftiehmu kif ġej:
A tirrappreżenta l-kwantità ta' NG/bijometan fit-taħlita tal-H2NG, espressa f'perċentwali tal-volum. |
3.5. |
Mid-dati rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 10(4) u 10(5) tar-Regolament (KE) Nru. 715/2007, il-paragrafu 4.1.2. ta’ l-Appendiċi 3 ta’ l-Anness 4 għandu jinftiehem kif ġej: “It-tajers L-għażla tat-tajers għandha tkun ibbażata fuq ir-reżistenza tat-tidwir. Għandhom jintgħażlu t-tajers bl-ogħla reżistenza tat-tidwir, imkejla skond l-ISO 28580. Jekk ikun hemm aktar minn tliet reżistenzi għat-tidwir tat-tajers, għandu jintgħażel it-tajer bit-tieni l-ogħla reżistenza għat-tidwir. Il-karatteristiċi ta’ reżistenza tat-tidwir tat-tajers imwaħħla fuq vetturi ta’ produzzjoni għandhom jirriflettu dawk tat-tajers li ntużaw għall-approvazzjoni tat-tip” |
3.6. |
Il-paragrafu 2.2.2. ta’ l-Appendiċi 5 ta’ l-Anness 4 għandu jinftiehem bħala li jkopri: “… konċentrazzjonijiet ta’ CO2, CO, THC, CH4 u NOx …” |
3.7. |
Il-paragrafu 1 ta’ l-Appendiċi 8 ta’ l-Anness 4 għandu jiġi emendat biex jistabbilixxi: “… M'hemm l-ebda korrezzjoni għall-umdità għat-THC, għas-CH4 u għas-CO, …” |
3.8. |
It-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.3. tal-Appendiċi 8 tal-Anness 4 għandu jinftiehem bħala: “… Il-fattur ta' dilwizzjoni hu kkalkulat kif ġej: Għal kull fjuwil ta’ referenza, minbarra l-idroġenu
Għal fjuwil bil-kompożizzjoni CxHyOz, il-formola ġenerali hija:
B'mod partikulari, għall-H2NG, il-formola hija:
Għall-idroġenu, il-fattur ta' dilwizzjoni hu kkalkulat kif ġej:
Għall-fjuwils ta’ referenza inklużi fl-Anness IX, il-valuri ta’ ‘X’ huma kif ġej.
F’dawn l-ekwazzjonijiet:
|
3.9. |
Minbarra r-rekwiżiti tal-paragrafu 1.3. ta’ l-Appendiċi 8 ta’ l-Anness 4, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin: Il-konċentrazzjoni ta’ l-idrokarbonji li m’humiex metanu tiġi kalkulata kif ġej: CNMHC = CTHC — (Rf CH4 × CCH4) fejn:
|
3.10. |
Il-paragrafu 1.5.2.3 ta’ l-Appendiċi 8 ta’ l-Anness 4 għandu jinftiehem bħala li jinkludi dan li ġej:
|
3.11. |
Fil-paragrafi li ġejjin, ir-referenzi għall-HC għandhom jinftiehmu bħala referenzi għat-THC: (a) Il-paragrafu 4.3.1.1; (b) Il-paragrafu 4.3.2; (ċ) Il-paragrafu 2.2 ta’ l-Appendiċi 6; (d) Il-paragrafu 1.3 ta’ l-Appendiċi 8; (e) Il-paragrafu 1.5.1.3 ta’ l-Appendiċi 8; (f) Il-paragrafu 1.5.2.3 ta’ l-Appendiċi 8; (g) Il-paragrafu 2.1 ta’ l-Appendiċi 8. |
3.12. |
Ir-referenzi għall-idrokarbonji għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-idrokarbonji totali fil-paragrafi li ġejjin: (a) Il-paragrafu 4.3.1.1; (b) Il-paragrafu 4.3.2; (ċ) Il-paragrafu 7.2.8. |
3.13. |
Ir-rekwiżiti tekniċi għal vettura mgħammra b’sistema li tirriġenera perjodikament
|
3.14. |
Mid-dati stipulati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/89/KE ( 49 ) il-bozoz tas-sewqan binhar tal-vettura kif definiti fit-taqsima 2 tar-Regolament Nru 48 tal-UN/ECE ( 50 ) għandhom jinxtegħlu waqt iċ-ċiklu tat-test. Il-vettura ttestjata għandha tkun mgħammra bis-sistema tal-bozoz tas-sewqan binhar li għandha l-ogħla konsum ta’ enerġija elettrika fost is-sistema tal-bozoz tas-sewqan binhar, li huma mwaħħla mill-manifattur fuq vetturi fil-grupp rappreżentat mill-vettura approvata tat-tip. Il-manifattur għandu jissupplixxi d-dokumentazzjoni teknika xierqa lill-awtoritajiet għall-approvazzjoni tat-tip f’dan ir-rigward. |
ANNESS IIIA
VERIFIKA TAL-EMISSJONIJIET REALI TAS-SEWQAN
1. INTRODUZZJONI, DEFINIZZJONIJIET U ABBREVJAZZJONIJIET
1.1. Introduzzjoni
Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura ta' verifika tal-prestazzjoni tal-Emissjonijiet tas-Sewqan Reali (RDE) ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali.
1.2. Definizzjonijiet
1.2.1. |
“Akkuratezza” tfisser id-devjazzjoni bejn valur imkejjel jew ikkalkulat u valur ta' referenza traċċabbli. |
1.2.2. |
“Analizzatur” tfisser kull tagħmir ta' kejl li mhuwiex parti mill-vettura iżda li huwa installat sabiex jiddetermina l-konċentrazzjoni jew l-ammont ta' gassijiet jew partikuli li jniġġsu. |
1.2.3. |
“Interċetta tal-assi” ta' rigressjoni lineari (a0) tfisser:
fejn:
|
1.2.4. |
“Kalibrazzjoni” tfisser il-proċess ta' ssettjar tar-reazzjoni ta' analizzatur, strument li jkejjel il-fluss, sensur, jew sinjal b'tali mod li l-output tiegħu jaqbel ma' sinjal wieħed jew diversi sinjali ta' referenza. |
1.2.5. |
“Koeffiċjent ta' determinazzjoni” (r 2) tfisser:
fejn:
|
1.2.6. |
“Koeffiċjent ta' korrelazzjoni” (r) tfisser:
fejn:
|
1.2.7. |
“Ħin ta' dewmien” tfisser il-ħin minn meta jinxtegħel il-fluss tal-gass (t0) sakemm ir-reazzjoni tilħaq għaxra (10) fil-mija (t10) tal-kejl finali. |
1.2.8. |
“Unità ta' kontroll tal-magna (ECU) sinjali jew dejta”tfisser kwalunkwe informazzjoni dwar il-vettura u sinjal irreġistrati min-netwerk tal-vettura bl-użu tal-protokolli kif speċifikat fil-punt 3.4.5. tal-Appendiċi 1. |
1.2.9. |
“Unità ta' kontroll tal-magna” tfisser l-unità elettronika li tikkontrolla diversi azzjonaturi biex tkun żgurata l-prestazzjoni ottimali tas-sistema tal-motopropulsjoni. |
1.2.10. |
“Emissjonijiet” magħrufa wkoll bħala “komponenti”, jew “komponenti li jniġġsu” jew “emissjonijiet li jniġġsu” tfisser il-kostitwenti gassużi jew tal-partikuli regolati tal-egżost. |
1.2.11. |
“Egżost”, imsejjaħ ukoll gass tal-egżost, tfisser it-total tal-komponenti gassusi u tal-partikuli emissi fl-iżbokk tal-egżost jew tal-pajp tal-egżost bħala riżultat tal-kombustjoni tal-fjuwil fil-magna b'kombustjoni interna tal-vettura. |
1.2.12. |
“Emissjonijiet tal-egżost” tfisser l-emissjonijiet ta' partikuli, ikkaratterizzati bħala materja partikolata u l-għadd ta' partikuli, u ta' komponenti gassużi mill-egżost ta' vettura. |
1.2.13. |
“Skala sħiħa” tfisser il-firxa sħiħa ta' analizzatur, ta' strument jew sensur li jkejjel il-fluss kif speċifikat mill-manifattur tal-apparat. Jekk għall-kejl tintuża medda sekondarja tal-analizzatur, tal-istrument jew sensur li jkejjel il-fluss, skala sħiħa għandha tinftiehem bħala l-qari massimu. |
1.2.14. |
“Fattur ta' reazzjoni tal-idrokarbur” ta' speċi partikolari ta' idrokarbur tfisser il-proporzjon bejn il-qari ta' FID u l-konċentrazzjoni tal-ispeċi ta' idrokarbur ikkunsidrat fiċ-ċilindru tal-gass ta' referenza, espress bħala ppmC1. |
1.2.15. |
“Manutenzjoni maġġuri” tfisser l-aġġustament, it-tiswija jew is-sostituzzjoni ta' analizzatur, ta' strument jew sensur li jkejjel il-fluss, li tista' taffettwa l-akkuratezza tal-kejl. |
1.2.16. |
“Storbju” tfisser il-medja kwadratika ta' għaxar devjazzjonijiet standard multiplikata bi tnejn, kull waħda kkalkulata mir-reazzjonijiet ta' valur ta' żero mkejla f'temperatura kostanti ta' frekwenza ta' reġistrazzjoni ta' mill-inqas 1,0 Hz matul perjodu ta' 30 sekonda. |
1.2.17. |
“Idrokarburi mhux metaniċi (NMHC)” tfisser l-idrokarburi totali (THC) eskluż il-metan (CH4). |
1.2.18. |
“Għadd ta' partikuli (PN)” tfisser l-għadd totali ta' partikuli solidi emessi mill-vettura tal-egżost kif iddefinit mill-proċedura ta' kejl stipulata bir-Regolament għall-evalwazzjoni tal-limitu ta' emissjoni Euro 6 rispettiv iddefinit fit-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007. |
1.2.19. |
“Preċiżjoni” tfisser id-devjazzjoni standard ta' għaxar (10) reazzjonijiet ripetittivi multiplikata b'darbtejn u nofs (2,5) għal ċertu valur standard traċċabbli. |
1.2.20. |
“Qari” tfisser il-valur numeriku muri minn analizzatur, strument li jkejjel il-fluss, sensur jew kwalunkwe tagħmir ta' kejl ieħor applikati fil-kuntest tal-kejl tal-emissjonijiet tal-vetturi. |
1.2.21. |
“Ħin ta' reazzjoni” (t90) tfisser is-somma tal-ħin tad-dewmien u l-ħin ta' reazzjoni inizjali. |
1.2.22. |
“Ħin ta' reazzjoni inizjali” tfisser il-ħin bejn l-għaxra (10) fil-mija u d-disgħin (90) fil-mija tar-reazzjoni (t90 – t10) tal-qari finali. |
1.2.23. |
“Medja kwadratika” (xrms) tfisser l-għerq kwadrat tal-medja aritmetika tal-kwadrati tal-valuri u definita bħala:
fejn:
|
1.2.24. |
“Sensur” tfisser kull tagħmir ta' kejl li mhuwiex parti mill-vettura nnifisha iżda li huwa installat sabiex jiġu ddeterminati l-parametri għajr il-konċentrazzjoni ta' gassijiet jew partikuli li jniġġsu u l-fluss tal-massa tal-egżost. |
1.2.25. |
“Regolar” tfisser il-kalibrazzjoni ta' analizzatur, ta' strument li jkejjel il-fluss, jew ta' sensur sabiex jagħtu reazzjoni preċiża għal standard li jaqbel kemm jista' jkun mal-valur massimu mistenni li jseħħ waqt it-test tal-emissjonijiet attwali. |
1.2.26. |
“Reazzjoni tar-regolar” tfisser ir-reazzjoni medja għal sinjal tar-regolar matul intervall ta' ħin ta' mill-inqas 30 sekonda. |
1.2.27. |
“Deriva tar-reazzjoni tar-regolar” tfisser id-differenza bejn ir-reazzjoni medja għal sinjal tar-regolar u s-sinjal tar-regolar reali li jitkejjel f'perjodu ta' żmien definit wara li analizzatur, strument li jkejjel il-fluss jew sensur jkun ġie soġġett għal regolar b'mod preċiż. |
1.2.28. |
“Inklinazzjoni grafika” ta' regressjoni lineari (a 1) tfisser:
fejn:
|
1.2.29. |
“Errur standard ta' stima” (SEE) tfisser:
fejn:
|
1.2.30. |
“Idrokarburi totali” (THC) tfisser is-somma tal-komposti volatili kollha mkejla b'individwatur tal-jonizzazzjoni bi fjamma (FID). |
1.2.31. |
“Traċċabbli” tfisser il-kapaċità li tirrelata kejl jew qari permezz ta' katina mhux interrotta ta' tqabbiliet ma' standard magħruf u maqbul b'mod komuni. |
1.2.32. |
“Linja ta' trasformazzjoni” tfisser id-differenza fil-ħin bejn bidla ta' konċentrazzjoni jew fluss (t 0) fil-punt ta' referenza u reazzjoni tas-sistema ta' 50 fil-mija tal-qari finali (t 50). |
1.2.33. |
“Tip ta' analizzatur” tfisser grupp ta' analizzaturi prodotti mill-istess manifattur li japplikaw l-istess prinċipju sabiex tkun determinata l-konċentrazzjoni ta' komponent gassuż speċifiku wieħed jew l-għadd ta' partikuli. |
1.2.34. |
“Tip ta' miter tal-fluss tal-massa tal-egżost” tfisser grupp ta' miters tal-fluss tal-massa tal-egżost prodotti mill-istess manifattur bl-istess dijametru ta' ġewwa tat-tubi u li jiffunzjonaw fuq l-istess prinċipju sabiex jiddeterminaw ir-rata tal-fluss tal-massa tal-gass tal-egżost. |
1.2.35. |
“Validazzjoni” tfisser il-proċess ta' evalwazzjoni tal-installazzjoni korretta u l-funzjonalità ta' Sistema ta' Kejl tal-Emissjonijiet Portabbli u tal-korrettezza tal-kejl tar-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost kif miksuba minn miter wieħed jew diversi tal-fluss tal-massa tal-egżost mhux traċċabbli jew kif ikkalkulata minn sensuri jew sinjali tal-ECU. |
1.2.36. |
“Verifika” tfisser il-proċess ta' valutazzjoni dwar jekk il-prestazzjoni mkejla jew ikkalkulata ta' analizzatur, strument li jkejjel il-fluss, sensur jew sinjal taqbilx ma' sinjal ta' referenza fi ħdan limitu wieħed predeterminat għall-aċċettazzjoni jew aktar. |
1.2.37. |
“Żero” tfisser il-kalibrar ta' analizzatur, strument li jkejjel il-fluss jew sensur sabiex jagħti reazzjoni preċiża għal sinjal ta' żero. |
1.2.38. |
“Reazzjoni Żero” tfisser ir-reazzjoni medja għal sinjal żero fuq intervall ta' ħin ta' mill-inqas 30 sekonda. |
1.2.39. |
“Deriva tar-reazzjoni żero” tfisser id-differenza bejn ir-reazzjoni medja għal sinjal żero u s-sinjal żero attwali li jitkejjel fuq perjodu ta' żmien definit wara li analizzatur, strument li jkejjel il-fluss jew sensur jkun ġie soġġett għal kalibrazzjoni żero b'mod preċiż. |
1.3. Abbrevjazzjonijiet
L-abbrevjazzjonijiet jirreferu b'mod ġeneriku kemm għall-forom fis-singular kif ukoll fil-plural tat-termini abbrevjati.
CH4 |
— |
Metan |
CLD |
— |
Ditekter ta' Kemiluminixxenza |
CO |
— |
Monossidu tal-Karbonju |
CO2 |
— |
Diossidu tal-Karbonju |
CVS |
— |
Apparat li jieħu l-kampjuni b'Volum Kostanti |
DCT |
— |
Trażmissjoni bi Klaċċ Doppju |
ECU |
— |
Unità ta' Kontroll tal-Magna |
EFM |
— |
Miter tal-Fluss tal-Massa tal-Egżost |
FID |
— |
Individwatur tal-Jonizzazzjoni bi Fjamma |
FS |
— |
Skala sħiħa |
GPS |
— |
Sistema ta' Pożizzjonament Globali |
H2O |
— |
Ilma |
HC |
— |
Idrokarburi |
HCLD |
— |
Ditekter ta' Kemiluminixxenza bis-Sħana |
HEV |
— |
Vettura Elettrika Ibrida |
ICE |
— |
Magna b'Kombustjoni Interna |
ID |
— |
numru jew kodiċi ta' identifikazzjoni |
LPG |
— |
Gass Likwidu miż-Żejt |
MAW |
— |
Tieqa tal-Medja Mobbli |
max |
— |
valur massimu |
N2 |
— |
Nitroġenu |
NDIR |
— |
Raġġi Infraħomor Mhux Dispersivi |
NDUV |
— |
Raġġi Ultravjola Mhux Dispersivi |
NEDC |
— |
Ċiklu ta' Sewqan Ewropew Ġdid |
NG |
— |
Gass Naturali |
NMC |
— |
Eliminatur ta' Idrokaruri Mhux Metaniċi |
NMC-FID |
— |
Eliminatur ta' Idrokarburi Mhux Metaniċi flimkien ma' Individwatur tal-Jonizzazzjoni bi Fjamma |
NMHC |
— |
Idrokarburi Mhux tal-Metan |
NO |
— |
Monossidu tan-Nitroġenu |
No. |
— |
numru |
NO2 |
— |
Diossidu tan-Nitroġenu |
NOX |
— |
Ossidi tan-Nitroġenu |
NTE |
— |
Li ma għandux jaqbeż (Not-to-exceed) |
O2 |
— |
Ossiġnu |
OBD |
— |
Dijanjostika Abbord |
PEMS |
— |
Sistema ta' Kejl ta' Emissjonijiet Portabbli |
PHEV |
— |
Vettura Elettrika Ibrida Rikarigabbli |
PN |
— |
għadd ta' partikuli |
RDE |
— |
Emissjonijiet ta' Sewqan Reali (Real Driving Emissions) |
SCR |
— |
Tnaqqis Katalitiku Selettiv |
SEE |
— |
Errur Standard ta' Stima |
THC |
— |
Idrokarburi Totali |
UE/ECE |
— |
Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa |
VIN |
— |
Numru ta' Identifikazzjoni tal-Vettura |
WLTC |
— |
Ċiklu ta' Ttestjar għall-Vetturi Żgħar armonizzat fuq Livell Dinji |
WWH-OBD |
— |
Sistema Dijanjostika Abbord Armonizzata fuq Livell Mondjali |
2. REKWIŻITI ĠENERALI
2.1 Limiti ta' emissjoni li ma għandhomx jinqabżu
L-emissjonijiet ta' vettura approvata għat-tip skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 kif determinat skont ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness u emessi fi kwalunkwe test possibbli tal-RDE mwettaq skont ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness, matul il-ħajja normali tagħha, ma għandhomx ikunu ogħla minn dawn il-valuri li ġejjin li ma għandhomx jinqabżu (not-to-exceed — NTE):
NTEpollutant = CFpollutant × TF(p1, …, pn) × EURO-6
fejn EURO- 6 huwa l-limitu tal-emissjonijiet applikabbli ta' Euro 6 stabbilit fit-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.
2.1.1 Fatturi ta' Konformità Finali
Il-fattur ta' konformità CF pollutant għas-sustanza niġġiesa rispettiva huwa speċifikat kif ġej:
Sustanza niġġiesa |
Massa ta' ossidi tan-nitroġenu (NOx) |
Numru ta' partikoli (PN) |
Massa ta' monossidu tal-karbonju (CO) (1) |
Massa ta' idrokarburi totali (THC) |
Massa kombinata ta' idrokarburi totali u ossidi tan-nitroġenu (THC + NOx) |
CFpollutant |
1 + marġini b' marġini = 0,5 |
għandha tiġi ddeterminata |
— |
— |
— |
(1) L-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju għandhom jitkejlu u jiġu rreġistrati fit-testijiet tal-RDE. |
il-marġini huwa parametru li jqis l-inċertezzi addizzjonali tal-kejl li jkunu ġejjin mit-tagħmir tal-PEMS, li huma suġġetti għal reviżjoni annwali u jistgħu jiġu riveduti bħala riżultat tal-kwalità mtejba tal-proċedura tal-PEMS jew tal-progress tekniku.
2.1.2 Fatturi ta' Konformità Temporanja
B'eċċezzjoni għad-dispożizzjonijiet tal-punt 2.1.1, matul perjodu ta' ħames (5) snin u erba' (4) xhur wara d-dati speċifikati fl-Artikolu 10(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 u fuq talba tal-manifattur, il-fatturi ta' konformità temporanja li ġejjin jistgħu japplikaw:
Sustanza niġġiesa |
Massa ta' ossidi tan-nitroġenu (NOx) |
Numru ta' partikoli (PN) |
Massa ta' monossidu tal-karbonju (CO) (1) |
Massa ta' idrokarburi totali (THC) |
Massa kombinata ta' idrokarburi totali u ossidi tan-nitroġenu (THC + NOx) |
CFpollutant |
2,1 |
għandha tiġi ddeterminata |
— |
— |
— |
(1) L-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju għandhom jitkejlu u jiġu rreġistrati fit-testijiet tal-RDE. |
L-applikazzjoni tal-fatturi ta' konformità temporanji għandhom jiġu reġistrati fiċ-ċertifikat ta' konformità tal-vettura.
2.1.3 Funzjonijiet ta' trasferiment
Il-funzjoni ta' trasferiment TF(p1, …, pn ) imsemmija fil-punt 2.1 hija ssettjata fuq 1 għall-medda kollha ta' parametri pi (i = 1, …, n).
Jekk il-funzjoni ta' trasferiment TF(p1, …, pn) tiġi emendata, dan għandu jsir b'mod li ma jagħmilx ħsara lill-impatt ambjentali u l-effikaċja tal-proċeduri tat-test tal-RDE. B'mod partikolari għandha tibqa' din il-kundizzjoni:
∫ TF (p1, …, pn) * Q (p1, …, pn) dp = ∫ Q (p1, …, pn) dp
Fejn:
— dp tirrappreżenta l-integrali fuq l-ispazju kollu tal-parametri pi (i = 1, …, n)
— Q(p1, …, pn), hija d-densità ta' probabilità ta' avveniment li tikkorrispondi għall-parametri pi (i = 1, …, n) fis-sewqan reali.
2.2. |
Il-manifattur għandu jikkonferma l-konformità mal-punt 2.1, billi jimla ċ-ċertifikat stabbilit fl-Appendiċi 9. |
2.3. |
It-testijiet tal-RDE meħtieġa minn dan l-Anness waqt l-approvazzjoni tat-tip u matul il-ħajja ta' vettura jipprovdu preżunzjoni ta' konformità mar-rekwiżit stabbilit fil-punt 2.1. Il-preżunzjoni ta' konformità tista' tiġi evalwata mill-ġdid permezz ta' testijiet tal-RDE addizzjonali. |
2.4. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vetturi jistgħu jiġu ttestjati b'sistemi ta' kejl tal-emissjonijiet portabbli — PEMS — fuq toroq pubbliċi, skont il-proċeduri tal-liġi nazzjonali tagħhom stess, filwaqt li l-leġiżlazzjoni tat-traffiku lokali u r-rekwiżiti ta' sikurezza jibqgħu mħarsa. |
2.5. |
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-vetturi jistgħu jiġu ttestjati bil-PEMS minn parti indipendenti fuq toroq pubbliċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt 2.4, pereżempju billi jagħmlu disponibbli adapters xierqa għall-pajpijiet tal-egżost, jagħtu aċċess għas-sinjali tal-ECU u jagħmlu l-arranġamenti amministrattivi meħtieġa. Jekk it-test tal-PEMS rispettiv ma jkunx meħtieġ skont dan ir-Regolament, il-manifattur jista' jitlob ħlas raġonevoli kif stabbilit fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007. |
3. TEST TAL-RDE LI GĦANDU JIĠI MWETTAQ
3.1. |
Ir-rekwiżiti li ġejjin japplikaw għal testijiet tal-PEMS imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(10).
|
4. REKWIŻITI ĠENERALI
4.1. |
Il-prestazzjoni tal-RDE għandha tiġi murija billi l-vetturi jiġu ttestjati fit-triq, imħaddma skont il-mudelli ta' sewqan normali tagħhom, il-kundizzjonijiet u l-piżijiet tat-tagħbija. It-test tal-RDE għandu jkun rappreżentattiv għal vetturi mħaddma fuq ir-rotot ta' sewqan reali tagħhom bit-tagħbija li hija normali għalihom. |
4.2. |
Il-manifattur għandu juri lill-awtorità tal-approvazzjoni li l-vettura magħżula, il-mudelli ta' sewqan, il-kundizzjonijiet u l-piżijiet tat-tagħbija huma rappreżentattivi għall-grupp ta' vettura. Ir-rekwiżiti tat-tagħbija u tal-altitudni, kif speċifikati fil-punti 5.1 u 5.2, għandhom jintużaw ex ante biex jiġi ddeterminat jekk il-kundizzjonijiet humiex aċċettabbli għall-ittestjar tal-RDE. |
4.3. |
L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tipproponi vjaġġ għall-ittestjar f'ambjenti urbani, rurali u fuq l-awtostrada b'konformità mar-rekwiżiti tal-punt 6. Għall-fini tal-għażla tal-vjaġġ, id-definizzjoni ta' operazzjoni urbana, rurali u ta' fuq l-awtostrada għandha tkun ibbażata fuq mappa topografika. |
4.4. |
Jekk għal vettura partikolari l-ġbir tad-dejta tal-ECU jinfluwenza l-emissjonijiet jew il-prestazzjoni tal-vettura il-grupp kollu ta' testijiet tal-PEMS li minnu tifforma parti l-vettura kif definit fl-Appendiċi 7 għandu jitqies bħala li mhumiex konformi. Din il-funzjonalità għandha titqies bħala “tagħmir ta' riduzzjoni” kif definit fl-Artikolu 3(10) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007. |
5. KUNDIZZJONIJIET TAL-KONFINI
5.1. Tagħbija tal-vettura u massa tat-test
5.1.1. |
It-tagħbija tal-vettura bażika għandha tinkludi s-sewwieq, xhud tat-test (jekk applikabbli) u l-apparat tat-test, inkluż it-tagħmir tal-immuntar u tal-provvista tal-elettriku. |
5.1.2. |
Għall-iskop ta' ttestjar tista' tiżdied xi tagħbija artifiċjali sakemm il-massa totali ta' tagħbija bażika u artifiċjali ma taqbiżx id-90 % tas-somma tal-“massa tal-passiġġieri” u l-“massa utli (pay-mass)” definiti fil-punti 19 u 21 tal- Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 ( 51 ). |
5.2. Kundizzjonijiet ambjentali
5.2.1. |
It-test għandu jitwettaq f'kundizzjonijiet ambjentali stabbiliti f'din it-taqsima. Il-kundizzjonijiet ambjentali jsiru “estiżi” meta mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet tat-temperatura u l-altitudni tiġi estiża. |
5.2.2. |
Kundizzjonijiet ta' altitudni moderati: Altitudni ta' 700 metru jew inqas 'il fuq mil-livell tal-baħar. |
5.2.3. |
Kundizzjonijiet ta' altitudni estiżi: Altitudni ogħla minn 700 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar u 1 300 metru jew inqas'il fuq mil-livell tal-baħar. |
5.2.4. |
Kundizzjonijiet ta' temperatura moderati: 273K (0 °C) jew aktar u 303K (30 °C) jew inqas |
5.2.5. |
Kundizzjonijiet ta' temperatura estiżi: 266 K (– 7 °C) jew ogħla u anqas minn 273K (0 °C) jew ogħla minn 303K (30 °C) u 308 K (35 °C) jew anqas |
5.2.6. |
B'deroga mid-dispożizzjonijiet tal-punti 5.2.4 u 5.2.5, it-temperatura aktar baxxa għall-kundizzjonijiet moderati għandha tkun 276 K (3 °C) jew ogħla u t-temperatura aktar baxxa għall-kundizzjonijiet estiżi għandha tkun 271 K (– 2 °C) jew ogħla bejn il-bidu tal-applikazzjoni tal-limiti tal-emissjonijiet tal-NTE vinkolanti kif definiti fit-taqsima 2.1 u sa ħames snin wara d-dati li ngħataw fil-paragrafi 4 u 5 tal-Artikolu 10 tar- Regolament (KE) Nru 715/2007. |
▼M11 —————
5.4. Kundizzjonijiet dinamiċi
Il-kundizzjonijiet dinamiċi jinkludu l-effett tal-grad tat-triq, id-dinamika tar-riħ minn faċċata u tas-sewqan (żieda u tnaqqis ta' veloċità) u s-sistemi awżiljari mal-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet tal-vettura tat-test. Il-verifika tan-normalità tal-kundizzjonijiet dinamiċi għandha ssir wara li t-test ikun tlesta, bl-użu tad-dejta tal-PEMS rreġistrata. Din il-verifika għandha ssir f'żewġ (2) fażijiet:
5.4.1 |
L-eċċess jew in-nuqqas ġenerali tad-dinamika tas-sewqan matul il-vjaġġ għandhom jiġu vverifikati bl-użu tal-metodi deskritti fl-Appendiċi 7a ta' dan l-Anness. |
5.4.2 |
Jekk il-vjaġġ jirriżulta validu wara l-verifiki skont il-punt 5.4.1, iridu jiġu applikati l-metodi għall-verifika tan-normalità tal-kundizzjonijiet dinamiċi u li ġew stabbiliti fl-Appendiċijiet 5 u 6 ta' dan l-Anness. Kull metodu jinkludi referenza għall-kundizzjonijiet dinamiċi, il-meded ta' madwar ir-referenza u rekwiżiti ta' kopertura minimi sabiex jinkiseb test validu. |
5.5. Kundizzjoni u tħaddim tal-vettura
5.5.1. |
Sistemi awżiljari Is-sistema ta' kundizzjonament tal-arja jew tagħmir ieħor awżiljari għandhom ikunu operati b'mod li jikkorrispondi mal-użu possibbli tagħhom minn konsumatur f'sewqan reali fit-triq. |
5.5.2. |
Vetturi mgħammra b'sistemi li jirriġeneraw perjodikament
|
6. REKWIŻITI TAL-VJAĠĠ
6.1. |
Il-proporzjonijiet ta' sewqan f'żoni urbani, rurali u fuq l-awtostrada, ikklassifikati skont il-veloċità istantanja kif deskritt fil-punti 6.3 sa 6.5, għandhom jiġu espressi bħala perċentwali tad-distanza totali tal-vjaġġ. |
6.2. |
Is-sekwenza tal-vjaġġ għandha tikkonsisti f'sewqan f'żoni urbani segwit minn sewqan f'żoni rurali u fuq l-awtostrada skont il-proporzjonijiet speċifikati fil-punt 6.6. L-operazzjoni urbana, rurali u ta' fuq l-awtostrada għandha titħaddem kontinwament. L-operazzjoni rurali tista' tiġi interrotta minn perjodi qosra ta' operazzjoni urbana waqt sewqan minn żoni urbani. L-operazzjoni fuq l-awtostrada tista' tiġi interrotta minn perjodi qosra ta' operazzjoni urbana jew rurali, pereżempju, fl-istazzjonijiet tan-nolijiet jew f'sezzjonijiet tat-toroq fejn ikunu qed isiru xogħlijiet. F'każ li tiġi ġġustifikata ordni oħra ta' ttestjar għal raġunijiet prattiċi, l-ordni ta' operazzjoni urbana, rurali u ta' fuq l-awtostrada tista' tinbidel, wara li tinkiseb l-approvazzjoni mill-awtorità ta' approvazzjoni. |
6.3. |
L-operazzjoni urbana hija kkaratterizzata minn veloċitajiet tal-vettura ta' aktar minn 60 km/siegħa. |
6.4. |
L-operazzjoni rurali hija kkaratterizzata minn veloċitajiet tal-vettura bejn 60 u 90 km/siegħa, |
6.5. |
L-operazzjoni fuq l-awtostrada hija kkaratterizzata minn veloċitajiet ta' aktar minn 90 km/siegħa. |
6.6. |
Il-vjaġġ għandu jikkonsisti minn operazzjoni urbana ta' bejn wieħed u ieħor 34 %, operazzjoni rurali ta' 33 % u operazzjoni fuq l-awtostrada ta' 33 % klassifikati skont il-veloċità kif deskritt fil-punti 6.3 sa 6.5 iktar 'il fuq. “Bejn wieħed u ieħor” għandha tfisser l-intervall ta' ± 10 punti perċentwali madwar il-perċentwalijiet iddikjarati. L-operazzjoni urbana madankollu qatt ma għandha tkun inqas minn 29 % tad-distanza totali tal-vjaġġ. |
6.7. |
Il-veloċità tal-vettura normalment ma għandhiex taqbeż il-145 km/siegħa. Din il-veloċità massima tista' tinqabeż b'tolleranza ta' 15 km/siegħa għal mhux aktar minn 3 % tal-perjodu tal-ħin tas-sewqan fuq l-awtostrada. Il-limiti ta' veloċità tas-sewqan lokali jibqgħu fis-seħħ f'test tal-PEMS, minkejja konsegwenzi legali oħra. Il-ksur ta' limiti ta' veloċità tas-sewqan lokali per se ma jinvalidax ir-riżultati ta' test tal-PEMS. |
6.8. |
Il-veloċità medja (inkluż il-waqfien) tal-parti tal-vjaġġ tas-sewqan urban għandha tkun bejn 15 u 40 km/siegħa. Il-perjodi ta' waqfien, iddefiniti bħala l-veloċità tal-vettura ta' inqas minn 1 km/siegħa, għandhom jirrappreżentaw minn 6-30 % tal-perjodu ta' ħin tal-operazzjoni urbana. L-operazzjoni urbana għandu jkun fiha diversi perjodi ta' waqfien ta' 10 s jew aktar. Jekk perjodu ta' waqfien idum aktar minn 180 s, l-avvenimenti ta' emissjoni matul l-180 s wara perjodu ta' waqfien eċċessivament twil bħal dan għandhom jiġu esklużi mill-evalwazzjoni. |
6.9. |
Il-medda ta' veloċità tas-sewqan fuq l-awtostrada għandha tkopri sewwa medda ta' bejn 90 u mill-inqas 110 km/siegħa. Il-veloċità tal-vettura għandha tkun aktar minn 100 km/siegħa għal mill-inqas 5 minuti. |
6.10. |
It-tul ta' żmien tal-vjaġġ għandu jkun bejn 90 u 120 minuta. |
6.11. |
Il-bidu u t-tmiem tal-vjaġġ ma għandhomx ivarjaw fl-elevazzjoni tagħhom b'aktar minn 100m 'il fuq mil-livell tal-baħar. Barra minn hekk, iż-żieda fl-għoli pożittiva kumulattiva u proporzjonali għandha tkun inqas minn 1 200 m/100 km u għandha tiġi ddeterminata skont l-Appendiċi 7b. |
6.12. |
Id-distanza minima ta' kull operazzjoni urbana, rurali u ta' fuq l-awtostrada għandha tkun ta' 16 km. |
7. REKWIŻITI OPERAZZJONALI
7.1. |
Il-vjaġġ għandu jintgħażel b'tali mod li ma jkun hemm l-ebda interruzzjoni fl-ittestjar u fir-reġistrazzjoni kontinwa tad-dejta biex jintlaħaq it-tul minimu tat-test definit fil-punt 6.10. |
7.2. |
L-enerġija elettrika għall-apparat tal-PEMS għandha tiġi pprovduta permezz ta' unità ta' provvista esterna ta' enerġija u mhux minn sors li jieħu l-enerġija tiegħu direttament jew indirettament mill-magna tal-vettura li tkun qed tiġi ttestjata. |
7.3. |
L-installazzjoni tal-apparat tal-PEMS għandha ssir b'tali mod li tinfluwenza l-emissjonijiet jew il-prestazzjoni tal-vettura jew it-tnejn li huma kemm jista' jkun mill-inqas. Għandha tingħata attenzjoni biex tiġi minimizzata l-massa tal-apparat installat u l-modifikazzjonijiet aerodinamiċi potenzjali tal-vettura tat-test. It-tagħbija tal-vettura għandha tkun skont il-punt 5.1. |
7.4. |
It-testijiet tal-RDE għandhom isiru fil-jiem tax-xogħol kif definit għall-Unjoni fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 ( 52 ). |
7.5. |
It-testijiet tal-RDE għandhom isiru fuq toroq asfaltati (pereżempju, operazzjoni off-road mhiex permessa). |
7.6. |
It-tħaddim fit-tul tal-magna mhux fuq ger għandu jiġi evitat wara l-ewwel startjar tal-magna ta' kombustjoni fil-bidu tat-test tal-emissjonijiet. Jekk il-magna tieqaf waqt it-test, tista' tiġi startjata mill-ġdid, iżda t-teħid ta' kampjuni ma għandux jiġi interrott. |
8. ŻEJT TA' LUBRIFIKAZZJONI, FJUWIL U REAĠENT
8.1. |
Il-fjuwil, il-lubrikant u r-reaġent (jekk applikabbli) użati għall-ittestjar tal-RDE għandhom ikunu fi ħdan l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti mill-manifattur għat-tħaddim tal-vettura mill-klijent. |
8.2. |
Kampjuni ta' fjuwil, lubrikant u reaġent (jekk applikabbli) għandhom jittieħdu u jinżammu għal mill-inqas (1) sena. |
9. EMISSJONIJIET U EVALWAZZJONI TA' VJAĠĠ
9.1. |
It-test għandu jsir skont l-Appendiċi 1 ta' dan l-Anness. |
9.2. |
Il-vjaġġ għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 4 sa 8. |
9.3. |
Ma għandux ikun permess li dejta ta' vjaġġi differenti tingħaqad flimkien jew li tiġi modifikata dejta relatata ma' vjaġġ. |
9.4. |
Wara li tiġi stabbilita l-validità ta' vjaġġ skont il-Punt 9.2, ir-riżultati tal-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkulati bl-użu tal-metodi stabbiliti fl-Appendiċi 5 u l-Appendiċi 6 ta' dan l-Anness. |
9.5. |
Jekk matul intervall ta' ħin partikolari l-kundizzjonijiet ambjentali jiġu estiżi skont il-punt 5.2, l-emissjonijiet matul dan l-intervall ta' ħin ikkalkulat skont l-Appendiċi 4 għandhom jiġi diviżi b'valur ta' 1.6 qabel ma jiġu evalwati għall-konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness. |
9.6. |
L-istartjar kiesaħ huwa definit skont il-punt 4 tal-Appendiċi 4 ta' dan l-Anness. Sakemm jiġu applikati rekwiżiti speċifiċi għall-emissjonijiet tal-istartjar ta' magna kiesħa, dawn tal-aħħar għandhom jiġu rreġistrati iżda esklużi mill-evalwazzjoni tal-emissjonijiet. |
Appendiċi 1
Proċedura tat-test għall-ittestjar tal-emissjonijiet tal-vetturi permezz ta' Sistema ta' Kejl tal-Emissjonijiet Portabbli (PEMS)
1. INTRODUZZJONI
Din l-Appendiċi tiddeskrivi l-proċedura tat-test biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet tal-egżost ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali bl-użu ta' Sistema ta' Kejl ta' Emissjonijiet Portabbli.
2. SIMBOLI
≤ |
— |
iżgħar jew daqs |
# |
— |
għadd |
#/m3 |
— |
għadd għal kull metru kubu |
% |
— |
fil-mija |
°C |
— |
gradi ċentigradi |
g |
— |
gramma |
g/s |
— |
gramma kull sekonda |
h |
— |
siegħa |
Hz |
— |
hertz |
K |
— |
kelvin |
kg |
— |
kilogramma |
kg/s |
— |
kilogramma kull sekonda |
km |
— |
kilometru |
km/siegħa |
— |
kilometru fis-siegħa |
kPa |
— |
kilopascal |
kPa/min |
— |
kilopaskal kull minuta |
l |
— |
litru |
l/min |
— |
litru kull minuta |
m |
— |
metru |
m3 |
— |
metru kubu |
mg |
— |
milligramma |
min |
— |
minuta |
p e |
— |
pressjoni evakwata [kPa] |
qvs |
— |
rata ta' fluss ta' volum tas-sistema [l/min] |
ppm |
— |
partijiet għal kull miljun |
ppmC1 |
— |
partijiet għal kull miljun ta' ekwivalenti ta' karbonju |
rpm |
— |
rotazzjonijiet kull minuta |
s |
— |
sekonda |
V s |
— |
volum tas-sistema [l] |
3. REKWIŻITI ĠENERALI
3.1. PEMS
It-test għandu jitwettaq b'apparat tal-PEMS kompost minn komponenti speċifikati fil-punti 3.1.1 sa 3.1.5. Jekk applikabbli, tista' tiġi stabbilita konnessjoni mal-ECU tal-vettura biex jiġu ddeterminati l-parametri rilevanti tal-magna u tal-vettura kif speċifikat fil-punt 3.2.
3.1.1. |
Analizzaturi sabiex tiġi determinata l-konċentrazzjoni ta' sustanzi li jniġġsu fil-gass tal-egżost. |
3.1.2. |
Strument jew sensur wieħed jew diversi strumenti jew sensuri li jkejlu jew li jiddeterminaw il-fluss tal-massa tal-egżost. |
3.1.3. |
Sistema ta' Pożizzjonament Globali li tiddetermina l-pożizzjoni, l-altitudni u l-veloċità tal-vettura. |
3.1.4. |
Jekk applikabbli, sensuri u tagħmir ieħor li ma jkunx parti mill-vettura, pereżempju, li jkejjlu t-temperatura ambjentali, il-pressjoni tal-arja, l-umdità relattiva, u l-veloċità tal-vettura. |
3.1.5. |
Sors ta' enerġija indipendenti mill-vettura li jipprovdi l-enerġija lill-PEMS. |
3.2. Parametri tat-Test
Il-parametri tat-test kif speċifikat fit-Tabella 1 ta' dan l-Anness għandhom jitkejlu, jiġu rreġistrati f'frekwenza kostanti ta' 1,0 Hz jew aktar u rrappurtati skont ir-rekwiżiti tal-Appendiċi 8. Jekk jinkisbu l-parametri tal-ECU, dawn għandhom ikunu disponibbli f'frekwenza sostanzjalment ogħla mill-parametri reġistrati mill-PEMS biex jiġi żgurat teħid ta' kampjuni eżatt. L-analizzaturi tal-PEMS, l-istrumenti li jkejlu l-fluss u s-sensuri għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Appendiċijiet 2 u 3 ta' dan l-Anness.
Tabella 1
Parametri tat-Test
Parametru |
Unità rakkomandata |
Sors (8) |
ppm |
Analizzatur |
|
ppm |
Analizzatur |
|
ppm |
Analizzatur (6) |
|
ppm |
Analizzatur |
|
Konċentrazzjoni ta' CO2 (1) |
ppm |
Analizzatur |
ppm |
Analizzatur (7) |
|
Konċentrazzjoni ta' PN (4) |
#/m3 |
Analizzatur |
Rata ta' massa ta' fluss ta' egżost |
kg/s |
EFM, kwalunkwe metodu deskritt fil-punt 7 tal-Appendiċi 2 |
Umdità ambjentali |
% |
Sensur |
Temperatura ambjentali |
K |
Sensur |
Pressjoni ambjentali |
kPa |
Sensur |
Veloċità tal-vettura |
km/siegħa |
Sensur, GPS, jew ECU (3) |
Latitudni tal-vettura |
Grad |
GPS |
Lonġitudni tal-vettura |
Grad |
GPS |
M |
GPS jew Sensur |
|
Temperatura tal-gass tal-egżost (5) |
K |
Sensur |
Temperatura tal-fluwidu berried tal-magna (5) |
K |
ECU jew Sensur |
Veloċità tal-magna (5) |
rpm |
ECU jew Sensur |
Torque tal-magna (5) |
Nm |
ECU jew Sensur |
Torque fuq il-fus attiv (5) |
Nm |
Miter tat-torque tar-rimm |
Pożizzjoni tal-pedala (5) |
% |
ECU jew Sensur |
Fluss tal-fjuwil tal-magna (2) |
g/s |
ECU jew Sensur |
Fluss tal-arja li tidħol tal-magna (2) |
g/s |
ECU jew Sensur |
Status ta' ħsara (5) |
— |
ECU |
Temperatura tal-fluss tal-arja li tidħol |
K |
ECU jew Sensur |
Status ta' riġenerazzjoni (5) |
— |
ECU |
Temperatura taż-żejt tal-magna (5) |
K |
ECU jew Sensur |
Ger attwali (5) |
# |
ECU |
Ger mixtieq (eż. Indikatur tat-tibdil tal-ger) (5) |
# |
ECU |
Dejta oħra tal-vettura (5) |
mhux speċifikat |
ECU |
(1) Kejl fuq bażi umda jew b'korrezzjoni kif deskritt fil-punt 8.1 tal-Appendiċi 4 (2) Iddeterminat biss jekk jintużaw metodi indiretti għall-kalkolu tar-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost kif deskritt fil-paragrafi 10.2 u 10.3 tal-Appendiċi 4 (3) Il-metodu biex tiġi determinata l-veloċità tal-vettura għandu jintgħażel skont il-punt 4.7 (4) Il-parametru huwa obbligatorju biss jekk isir il-kejl meħtieġ mit-Taqsima 2.1 tal-Anness IIIA. (5) Għandu jiġi ddeterminat biss jekk ikun meħtieġ li jiġu vverifikati l-istatus u l-kundizzjonijiet operattivi tal-vettura (6) Jista' jiġi kkalkulat mill-konċentrazzjonijiet tat-THC u tas-CH4 skont il-punt 9.2 tal-Appendiċi 4 (7) Jista' jiġi kkalkulat mill-konċentrazzjonijiet imkejla tal-NO u l-NO2 (8) Jistgħu jintużaw sorsi multipli ta' parametri. (9) Is-sors preferibbli huwa s-sensur tal-pressjoni ambjentali. |
3.3. Preparazzjoni tal-vettura
Il-preparazzjoni tal-vettura għandha tinkludi verifika ġenerali teknika u operazzjonali.
3.4. Installazzjoni ta' PEMS
3.4.1. Ġenerali
L-installazzjoni tal-PEMS għandha ssegwi l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-PEMS u r-regolamenti lokali dwar is-saħħa u s-sikurezza. Il-PEMS għandha tiġi installata b'mod li matul it-test jiġu minimizzati interferenzi elettromanjetiċi kif ukoll l-espożizzjoni għal xokkijiet, vibrazzjonijiet, trab u varjabilità fit-temperatura. L-installazzjoni u t-tħaddim tal-PEMS għandhom iseħħu mingħajr tnixxijiet u bl-inqas telf ta' sħana. L-installazzjoni u t-tħaddim tal-PEMS ma għandhomx ibiddlu n-natura tal-gass tal-egżost u lanqas ma jżidu għal xejn b'xjen it-tul tal-parti ta' wara tal-pajp. Sabiex tiġi evitata l-ġenerazzjoni ta' partiċelli, il-konnetturi għandhom ikunu termalment stabbli fit-temperaturi tal-gass tal-egżost mistennija matul it-test. Huwa rrakkomandat li ma jintużawx konnetturi elastomeri bħala konnessjoni bejn l-iżbokk tal-egżost tal-vettura u t-tubu li jgħaqqad. Il-konnetturi elastomeri, jekk jintużaw, għandu jkollhom espożizzjoni minima għall-gass tal-egżost biex jiġu evitati artifatti f'tagħbija għolja tal-magna.
3.4.2. Kontropressjoni permissibbli
L-installazzjoni u l-użu tal-PEMS ma għandhomx għal xejn b'xejn iżidu l-pressjoni statika fl-iżbokk tal-egżost. Jekk teknikament fattibbli, kwalunkwe estensjoni biex jiġu ffaċilitati t-teħid ta' kampjuni jew il-konnessjoni mal-miter tal-fluss tal-massa tal-egżost għandu jkollha l-istess sezzjoni trażversali, jew waħda akbar, bħall-pajp tal-egżost.
3.4.3. Miter tal-fluss tal-massa tal-egżost
Kull meta jintuża, il-miter tal-fluss tal-massa tal-egżost għandu jitqabbad mal-pajp/pajpijiet tal-egżost tal-vettura skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur tal-EFM. Il-medda ta' kejl tal-EFM għandha taqbel mal-medda tar-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost mistennija matul it-test. L-installazzjoni tal-EFM u kwalunkwe adapter tal-pajp tal-egżost jew punti ta' konġunzjoni ma għandhomx jaffettwaw b'mod negattiv it-tħaddim tal-magna jew is-sistema ta' posttrattament tal-egżost. Talanqas erba' dijametri ta' tubi jew tul ta' 150 mm ta' tubi dritti, skont liema minnhom ikun l-akbar, għandhom jitqiegħdu waħda fuq kull naħa tal-element li jħoss il-fluss. Meta tkun qed tiġi ttestjata magna b'ħafna ċilindri b'manifold tal-egżost b'ħafna friegħi, huwa rrakkomandat li l-manifolds jingħaqdu flimkien fil-parti ta' fuq mill-miter li jkejjel il-fluss tal-massa tal-egżost u li tiżdied is-sezzjoni trażversali tal-pajpijiet b'mod xieraq biex tonqos kemm jista' jkun il-kontropressjoni fl-egżost. Jekk dan ma jkunx fattibbli, għandhom jiġu kkunsidrati diversi kejlijiet tal-fluss tal-egżost b'diversi miters tal-fluss tal-massa tal-egżost. Il-varjetà wiesgħa ta' konfigurazzjonijiet tal-pajp tal-egżost, id-dimensjonijiet u r-rati tal-fluss tal-massa tal-egżost mistennija, jistgħu jeħtieġu kompromessi, bil-gwida ta' ġudizzju inġineristiku tajjeb, meta jsiru l-għażla u l-installazzjoni tal-EFM(s). Jekk l-akkuratezza tal-kejl tkun teħtieġ, huwa permissibbli li jiġi installat EFM b'dijametru iżgħar minn dak tal-iżbokk tal-egżost jew tas-sezzjoni trażversali totali tal-iżbokki multipli, kemm-il darba dan ma jaffettwax b'mod negattiv it-tħaddim jew ta' posttrattament tal-egżost kif speċifikat fil-punt 3.4.2.
3.4.4. Sistema ta' Pożizzjonament Globali
L-antenna tal-GPS għandha tiġi mmuntata, pereżempju fl-ogħla post possibbli, b'mod li jiġi żgurat sinjal qawwi tas-satellita. L-antenna mmuntata tal-GPS għandha tfixkel kemm jista' jkun mill-inqas it-tħaddim tal-vettura.
3.4.5. Konnessjoni mal-Unità ta' Kontroll tal-Magna
Jekk ikun mixtieq, il-parametri rilevanti tal-vettura u tal-magna elenkati fit-Tabella 1 jistgħu jiġu rreġistrati bl-użu ta' tagħmir elettroniku għar-reġistrazzjoni tad-dejta konness mal-ECU jew man-netwerk tal-vettura skont l-istandardspereżempju ISO 15031-5 jew SAE J1979, EOBD jew WWH-OBD. Jekk ikun applikabbli, il-manifatturi għandhom jiżvelaw it-tikketti tal-parametri biex jistgħu jiġu identifikati l-parametri meħtieġa.
3.4.6. Sensuri u apparat awżiljarju
Sensuri tal-veloċità tal-vettura, sensuri tat-temperatura, termokoppji tal-fluwidu berried jew kwalunkwe tagħmir ieħor ta' kejl mhux parti mill-vettura għandhom jiġu installati sabiex ikejlu l-parametru li jkunu qed jiġu kkunsidrati b'mod rappreżentattiv, affidabbli u preċiż mingħajr tfixkil bla bżonn tat-tħaddim tal-vettura u l-funzjonament ta' analizzaturi oħrajn, strumenti li jkejlu l-fluss, sensuri u sinjali. Is-sensuri u l-apparat awżiljari għandhom jitħaddmu b'mod indipendenti mill-vettura.
Huwa permess li jingħata kurrent lil kull illuminazzjoni marbuta mas-sikurezza ta' tagħmir u installazzjonijiet ta' komponenti tal-PEMS barra mill-kabina tal-vettura permezz tal-batterija tal-vettura.
3.5. It-teħid ta' kampjuni tal-emissjonijiet
It-teħid ta' kampjuni tal-emissjonijiet għandu jkun rappreżentattiv u mwettaq f'postijiet fejn l-egżost huwa mħallat sew u fejn l-influwenza tal-arja ambjentali iktar 'l isfel mill-punt tat-teħid ta' kampjuni hija minima. Jekk ikun applikabbli, għandhom jittieħdu kampjuni tal-emissjonijiet 'l isfel mill-miter li jkejjel il-fluss tal-massa tal-egżost, filwaqt li tinżamm distanza ta' mill-inqas 150 mm mill-element li jħoss il-fluss. Is-sondi tal-kampjunar għandhom jitwaħħlu tal-inqas 200 mm jew tliet darbiet id-dijametru tal-pajp tal-egżost, skont liema minnhom ikun l-ikbar, 'il fuq mill-ħruġ tal-iżbokk tal-egżost tal-vettura, li huwa l-punt fejn l-egżost joħroġ mill-installazzjoni ta' kampjonatura tal-PEMS għal ġo l-ambjent. Jekk il-PEMS jalimenta fluss lura lejn il-pajp tal-ħruġ, dan għandu jseħħ 'l isfel mis-sonda tal-kampjunar b'mod li ma jaffettwax waqt it-tħaddim tal-magna n-natura tal-gass tal-egżost fil-punt(i) ta' teħid ta' kampjuni. Jekk it-tul tal-linja tat-teħid tal-kampjuni jinbidel, il-ħinijiet tat-trasport tas-sistema għandhom jiġu verifikati u rettifikati, jekk ikun meħtieġ.
Jekk il-magna tkun mgħammra b'sistema ta' posttrattament tal-egżost, il-kampjun tal-egżost għandu jittieħed 'l isfel mis-sistema ta' posttrattament tal-egżost. Meta tkun qed tiġi ttestjata magna b'diversi ċilindri b'manifold tal-egżost b'diversi friegħi, il-bokka tas-sonda tal-kampjunar għandha titqiegħed 'l isfel biżżejjed sabiex jiġi żgurat li l-kampjun ikun rappreżentattiv tal-emissjonijiet medji tal-egżost miċ-ċilindri kollha. F'magni li għandhom diversi ċilindri li għandhom gruppi distinti ta' manifolds, bħal fil-konfigurazzjoni ta' magna “V”, il-manifolds għandhom jingħaqdu flimkien 'il fuq mis-sonda tal-kampjunar. Jekk dan ma jkunx teknikament vijabbli, għandhom jiġu kkunsidrati diversi punti ta' teħid ta' kampjuni f'postijiet ta' egżost imħallat sew, ħieles mill-arja ambjentali. F'dan il-każ, in-numru u l-pożizzjoni tas-sondi tal-kampjunar għandhom jikkorrispondu kemm jista' jkun ma dawk tal-miters tal-fluss tal-massa tal-egżost. Fil-każ ta' flussi tal-egżost mhux ugwali, għandhom jiġu kkunsidrati teħid ta' kampjuni proporzjonali jew teħid ta' kampjuni b'għadd ta' analizzaturi multipli.
Jekk jitkejlu l-partikuli, għandu jittieħed kampjun tal-egżost miċ-ċentru tal-kurrent tal-egżost. Jekk jintużaw diversi sondi tal-kampjunar tal-emissjonijiet, is-sonda tal-kampjunar tal-partikuli għandha titqiegħed 'il fuq mis-sondi tal-kampjunar l-oħra.
Jekk jitkejlu l-idrokarburi, il-linja tat-teħid ta' kampjuni għandha tissaħħan sa 463 ± 10 K (190 ± 10 °C). Għall-kejl ta' komponenti gassużi oħra bi jew mingħajr tkessiħ il-linja tal-ikkampjonar għandha tinżamm fuq mill-inqas 333 K (60 °C) sabiex tkun evitata l-kondensazzjoni u biex jiġu żgurati effiċjenzi ta' penetrazzjoni xierqa tal-gassijiet varji. Għal sistemi ta' teħid ta' kampjuni bi pressjoni baxxa, it-temperatura tista' titbaxxa b'mod korrispondenti mat-tnaqqis ta' pressjoni kemm-il darba s-sistema tat-teħid ta' kampjuni tiżgura effiċjenza ta' penetrazzjoni ta' 95 % għall-inkwinanti gassużi regolati kollha. Jekk jittieħdu kampjuni tal-partikuli, il-linja ta' teħid ta' kampjuni mill-punt tal-kampjun tal-egżost mhux trattat għandha tissaħħan għal temperatura minima ta' 373 K (100 °C). Il-ħin ta' permanenza tal-kampjun fil-linja ta' teħid ta' kampjuni tal-partikuli għandha tkun ta' inqas minn 3 sekondi sakemm tintlaħaq l-ewwel dilwizzjoni jew il-miter tal-partikuli.
4. PROĊEDURI TA' QABEL IT-TEST
4.1. Verifika tat-tnixxija tal-PEMS
Wara li l-installazzjoni tal-PEMS tkun kompluta, għandha ssir verifika tat-tnixxija mill-inqas darba għal kull installazzjoni ta' PEMS fuq vettura kif preskritt mill-manifattur tal-PEMS jew kif ġej. Is-sonda għandha tiġi skonnettjata minn mas-sistema tal-egżost u t-tarf jiġi magħluq. Għandha tinxtegħel il-pompa tal-analizzatur. Wara perjodu inizjali ta' stabbilizzazzjoni l-miters kollha tal-fluss għandhom juru valuri ta' bejn wieħed u ieħor fuq żero fl-assenza ta' tnixxija. Jekk le, il-linji ta' teħid ta' kampjuni għandhom jiġu vverifikati u d-difett għandu jissewwa.
Ir-rata massima permessa ta' tnixxija fuq in-naħa tal-vakwu ma għandhiex tkun aktar minn 0,5 fil-mija tar-rata tal-fluss waqt l-użu għall-parti tas-sistema li tkun qed tiġi vverifikata. Il-flussi tal-analizzatur u l-flussi tal-bypass jistgħu jintużaw sabiex jiġu stmati r-rati tal-fluss waqt l-użu.
Alternattivament, is-sistema tista' tiġi evakwata għal pressjoni ta' mill-inqas 20 kPa vakwu (80 kPa assolut). Wara perjodu inizjali ta' stabbilizzazzjoni ż-żieda ta' pressjoni Dp (kPa/min) fis-sistema m'għandhiex taqbeż:
Alternattivament, bidla sinifikanti tal-konċentrazzjoni fil-bidu tal-linja tat-teħid ta' kampjuni għandha tiġi introdotta permezz ta' bidla minn żero għall-gass ta' regolar filwaqt li jinżammu l-istess kundizzjonijiet ta' pressjoni skont it-tħaddim normali tas-sistema. Jekk għal analizzatur ikkalibrat b'mod korrett wara perjodu ta' ħin adegwat il-qari jkun ≤ 99 fil-mija meta mqabbel mal-konċentrazzjoni introdotta, il-problema tat-tnixxija għandha tiġi rettifikata.
4.2. Startjar u stabbilizzar tal-PEMS
Il-PEMS għandu jinxtegħel, jissaħħan u jiġi stabbilizzat skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur tal-PEMS, pereżempju, sakemm il-pressjonijiet, it-temperaturi u l-flussi jilħqu l-punti operattivi stabbiliti tagħhom.
4.3. Preparazzjoni tas-sistema ta' teħid ta' kampjuni
Is-sistema ta' teħid ta' kampjuni, li tikkonsisti f'sonda tal-kampjunar, il-linji ta' teħid ta' kampjuni u l-analizzaturi, għandhom jiġu ppreparati għall-ittestjar skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-PEMS. Għandu jiġi żgurat li s-sistema ta' teħid ta' kampjuni hija nadifa u mingħajr umdità ta' kondensazzjoni.
4.4. Preparazzjoni tal-EFM
Jekk jintuża għall-kejl tal-fluss tal-massa tal-egżost, l-EFM għandu jitnaddaf u jitħejja għat-tħaddim f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur tal-EFM. Din il-proċedura għandha, jekk ikun applikabbli, tneħħi l-kondensazzjoni u d-depożiti mil-linji u l-portijiet tal-kejl assoċjati.
4.5. Verifika u kalibrazzjoni tal-analizzaturi għall-kejl tal-emissjonijiet gassużi
L-aġġustamenti għall-kalibrazzjoni taż-żero u r-regolar tal-analizzaturi għandhom jitwettqu billi jintużaw gassijiet ta' kalibrazzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt 5 tal-Appendiċi 2. Il-gassijiet ta' kalibrazzjoni għandhom jintgħażlu biex jikkorrispondu mal-firxa ta' konċentrazzjonijiet ta' sustanzi niġġiesa mistennija matul it-test tal-emissjonijiet.
Biex tiġi minimzzata d-deriva tal-analizzaturi, wieħed għandu jwettaq il-kalibrazzjoni fuq iz-żero u l-kalibrazzjoni fuq il-firxa tal-analizzaturi f'temperatura tal-ambjent li tixbaħ, kemm jista' jkun, it-temperatura li l-apparat tat-test ikun fiha matul il-vjaġġ tal-RDE.
4.6. Verifika tal-analizzatur għall-kejl tal-emissjonijiet tal-partikuli
Il-livell żero tal-analizzatur għandu jiġi rreġistrat permezz ta' kampjunar tal-arja ambjentali ffiltrata bil-filtru HEPA. Is-sinjal għandu jiġi rreġistrat f'frekwenza kostanti ta' mill-inqas 1.0 Hz fuq perjodu ta' 2 minuti u tinstab il-medja; il-valur tal-konċentrazzjoni permissibbli għandu jiġi ddeterminati ladarba l-apparat adattat tal-kejl isir disponibbli.
4.7. Kejl tal-veloċità tal-vettura
Il-veloċità tal-vettura għandha tiġi ddeterminata tal-inqas b'wieħed mill-metodi li ġejjin:
(a) GPS; jekk il-veloċità tal-vettura hija ddeterminata permezz ta' GPS, id-distanza totali tal-vjaġġ għandha tiġi vverifikata mal-kejlijiet ta' metodu ieħor skont il-punt 7 tal-Appendiċi 4.
(b) sensur (eż., sensur ottiku jew bi frekwenza mikro); jekk il-veloċità tal-vettura hija ddeterminata b'sensur, il-kejl tal-veloċità għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-punt 8 tal-Appendiċi 2, jew alternattivament, id-distanza totali tal-vjaġġ stabbilita bis-sensur għandha titqabbel ma' distanza ta' referenza miksuba minn mappa diġitali jew topografika tan-netwerk tat-toroq. Id-distanza totali tal-vjaġġ determinata bis-sensur ma għandhiex tiddevja b'aktar minn 4 % mid-distanza ta' referenza.
(c) l-ECU; jekk il-veloċità tal-vettura hija ddeterminata bl-ECU, id-distanza totali tal-vjaġġ għandha tiġi vvalidata skont il-punt 3 tal-Appendiċi 3 u s-sinjal tal-veloċità tal-ECU għandu jiġi aġġustat, jekk ikun meħtieġ biex jissodisfa r-rekwiżiti tal-punt 3.3 tal-Appendiċi 3. Alternattivament, id-distanza totali tal-vjaġġ kif determinata bl-ECU għandha titqabbel ma' distanza ta' referenza miksuba minn minn mappa diġitali jew topografika tan-netwerk tat-toroq. Id-distanza totali tal-vjaġġ determinata bl-ECU ma għandhiex tiddevja b'aktar minn 4 % mid-distanza ta' referenza.
4.8. Verifika tal-istabbiliment tal-PEMS
Il-korrettezza tal-konnessjonijiet mas-sensuri kollha u, jekk applikabbli l-ECU, għandhom jiġu vverifikati. Jekk jinġabru l-parametri tal-magna, għandu jkun żgurat li l-ECU jirrapporta l-valuri b'mod korrett (eż. veloċità tal-magna żero [rpm] filwaqt li l-magna tal-kombustjoni tkun fi stat ta' ċavetta mixgħula magna mitfija). Il-PEMS għandu jiffunzjona mingħajr sinjali ta' twissija u indikazzjoni ta' errur.
5. TEST TAL-EMISSJONIJIET
5.1. Bidu tat-test
It-teħid ta' kampjuni, il-kejl u r-reġistrazzjoni ta' parametri għandhom jibdew qabel ma tiġi startjata l-magna. Biex l-allinjament tal-ħin jiġi ffaċilitat, huwa rrakkomandat lijiġu rreġistrati l-parametrili huma soġġetti għall-allinjament tal-ħin jew permezz ta' tagħmir wieħed ta' reġistrazzjoni tad-dejta jew b'timbru tal-ħin sinkronizzat. Qabel, kif ukoll direttament wara l-istartjar tal-magna, għandu jiġi kkonfermat li l-parametri meħtieġa kollha jiġu rreġistrati b'dan it-tagħmir elettroniku għar-reġistrazzjoni tad-dejta.
5.2. Test
It-teħid ta' kampjuni, il-kejl u r-reġistrazzjoni ta' parametri għandhom jissoktaw matul it-test fuq it-triq tal-vettura kollu. Il-magna tista' tiġi mitfija u startjata, iżda t-teħid ta' kampjuni tal-emissjonijiet u l-parametru ta' reġistrazzjoni għandhom jissoktaw. Kwalunkwe sinjal ta' twissija, li jissuġġerixxu nuqqas ta' funzjonament tal-PEMS, għandu jiġi dokumentat u verifikat. Ir-reġistrazzjoni tal-parametri għandha tilħaq kompletezza tad-dejta ta' aktar minn 99 %. Il-kejl u r-reġistrazzjoni ta' dejta jistgħu jiġu interrotti għal inqas minn 1 % tat-tul totali tal-vjaġġ iżda għal mhux aktar minn perjodu konsekuttiv ta' 30 sekonda biss fil-każ ta' telf ta' sinjal mhux intenzjonat jew għall-fini ta' manutenzjoni tas-sistema tal-PEMS. L-interruzzjonijiet jistgħu jiġu rreġistrati direttament mill-PEMS iżda mhux permissibbli li jiġu introdotti interruzzjonijiet fil-parametru reġistrat permezz tal-ipproċessar minn qabel, l-iskambju jew il-postproċessar ta' dejta. Jekk isir, l-awtoażżerar għandu jitwettaq fl-isfond traċċabbli ta' żero standard simili għal dak użat għall-ażżerar tal-analizzatur. Huwa rrakkomandat b'mod qawwi li jingħata bidu għall-manutenzjoni tas-sistema tal-PEMS matul perjodi ta' veloċità żero tal-vettura.
5.3. Tmiem tat-test
Tmiem it-test jintlaħaq meta l-vettura tkun ikkompletat il-vjaġġ u l-magna tal-kombustjoni tkun mitfija. Ir-reġistrazzjoni ta' dejta għandha tissokta sakemm il-ħin ta' reazzjoni tas-sistemi ta' teħid ta' kampjuni jkun għadda.
6. PROĊEDURA TA' WARA T-TEST
6.1. Verifika tal-analizzaturi għall-kejl tal-emissjonijiet gassużi
Iż-żero u r-regolar tal-analizzaturi tal—komponenti gassużi għandhom jiġu vverifikati bl-użu ta' gassijiet ta' kalibrazzjoni identiċi għal dawk applikati skont il-punt 4.5 biex tiġi evalwata d-deriva tar-reazzjoni tal-analizzatur meta bi tqabbil mal-kalibrazzjoni ta' qabel it-test. Huwa permissibbli li jiġi ażżerat l-analizzatur qabel verifika tad-deriva tar-regolar, jekk id-deriva taż-żero ġiet iddeterminata li tinsab ġewwa l-medda permissibbli. Verifika tad-deriva ta' wara t-test għandha titlesta malajr kemm jista' jkun wara t-test u qabel ma jiġu mitfija jew jitqiegħdu f'modalità nonoperattiva l-PEMS, jew l-analizzaturi jew is-sensuri individwali. Id-differenza bejn ir-riżultati ta' qabel it-test u r-riżultati ta' wara t-test għandha tikkonforma mar-rekwiżiti speċifikati fit-Tabella 2.
Tabella 2
Deriva permissibbli tal-analizzatur matul test tal-PEMS
Sustanza li tniġġes |
Deriva ta' reazzjoni ta' żero |
Deriva ta' reazzjoni ta' regolar (1) |
CO2 |
≤ 2 000 ppm għal kull test |
≤ 2 % tal-qari jew ≤ 2 000 ppm għal kull test, skont liema minnhom ikun l-ikbar |
CO |
≤ 75 ppm għal kull test |
≤ 2 % tal-qari jew ≤ 75 ppm għal kull test, skont liema minnhom ikun l-ikbar |
NO2 |
≤ 5 ppm għal kull test |
≤ 2 % tal-qari jew ≤ 5 ppm għal kull test, skont liema minnhom ikun l-ikbar |
NO/NOX |
≤ 5 ppm għal kull test |
≤ 2 % tal-qari jew ≤ 5 ppm għal kull test, skont liema minnhom ikun l-ikbar |
CH4 |
≤ 10 ppmC1 għal kull test |
≤ 2 % tal-qari jew ≤10 ppmC1 għal kull test, skont liema minnhom ikun l-ikbar |
THC |
≤ 10 ppmC1 għal kull test |
≤ 2 % tal-qari jew ≤10 ppmC1 għal kull test, skont liema minnhom ikun l-ikbar |
(1) Jekk id-deriva żero hija fi ħdan il-medda permissibbli, l-ażżerar tal-analizzatur huwa permissibbli qabel il-verifika tad-deriva tar-regolar. |
Jekk id-differenza bejn ir-riżultati ta' qabel it-test u r-riżultati ta' wara t-test għad-deriva taż-żero u tar-regolar hija ogħla milli huwa permess, ir-riżultati tat-test kollha għandhom jiġu annullati u t-test jiġi ripetut.
6.2. Verifika tal-analizzatur għall-kejl tal-emissjonijiet tal-partikuli
Il-livell żero tal-analizzatur għandu jiġi rreġistrat permezz ta' kampjunar tal-arja ambjentali ffiltrata bil-filtru HEPA. Is-sinjal għandu jiġi rreġistrat fuq perjodu ta' 2 minuti u għandha tiġi kkalkulata l-medja; il-konċentrazzjoni finali permissibbli għandha tiġi ddefinita ladarba jsir disponibbli l-apparat adattat tal-kejl. Jekk id-differenza bejn il-verifika taż-żero u tar-regolar ta' qabel it-test u ta' wara t-test hija ogħla milli huwa permess, ir-riżultati tat-test kollha għandhom jiġu annullati u t-test jiġi ripetut.
6.3. Verifika tal-kejl tal-emissjonijiet fuq it-triq
Il-medda kkalibrata tal-analizzaturi għandha tirrappreżenta mill-inqas 90 % tal-valuri ta' konċentrazzjoni miksuba minn 99 % tal-kejlijiet tal-partijiet validi tat-test tal-emissjonijiet. Huwa permissibbli li 1 % tal-għadd totali tal-kejlijiet użati għall-evalwazzjoni jaqbżu l-medda kkalibrata tal-analizzaturi sa fattur ta' tnejn. Jekk dawn ir-rekwiżiti ma jiġux sodisfatti, it-test għandu jiġi annullat.
Appendiċi 2
Speċifikazzjonijiet u kalibrazzjoni ta' komponenti u sinjali tal-PEMS
1. INTRODUZZJONI
Dan l-appendiċi jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet u l-kalibrazzjoni ta' komponenti u sinjali tal-PEMS.
2. SIMBOLI
> |
— |
akbar minn |
≥ |
— |
akbar minn jew daqs |
% |
— |
fil-mija |
≤ |
— |
iżgħar minn jew daqs |
A |
— |
konċentrazzjoni ta' CO2 mhux dilwita [%] |
a 0 |
— |
interċetta tal-assi y tal-linja ta' rigressjoni lineari |
a 1 |
— |
inklinazzjoni grafika tal-linja ta' rigressjoni lineari |
B |
— |
konċentrazzjoni ta' CO2 dilwita [%] |
C |
— |
konċentrazzjoni ta' NO dilwita [ppm] |
c |
— |
reazzjoni tal-analizzatur fit-test ta' interferenza tal-ossiġenu |
c FS,b |
— |
konċentrazzjoni ta' HC tal-iskala sħiħa fl-istadju (b) [ppmC1] |
c FS,d |
— |
konċentrazzjoni ta' HC tal-iskala sħiħa fl-istadju (d) [ppmC1] |
c HC(w/NMC) |
— |
konċentrazzjoni ta' HC b'CH4 jew C2H6 li jgħaddu mill-NMC [ppmC1] |
c HC(w/o NMC) |
— |
konċentrazzjoni ta' HC b'CH4 jew C2H6 li ma jgħaddux mill-NMC [ppmC1] |
c m,b |
— |
konċentrazzjoni ta' HC imkejla fl-istadju (b) [ppmC1] |
c m,d |
— |
konċentrazzjoni ta' HC imkejla fl-istadju (d) [ppmC1] |
c ref,b |
— |
konċentrazzjoni ta' HC ta' referenza fl-istadju (b) [ppmC1] |
c ref,d |
— |
konċentrazzjoni ta' HC ta' referenza fl-istadju (d) [ppmC1] |
°C |
— |
gradi ċentigradi |
D |
— |
konċentrazzjoni ta' NO mhux dilwita [ppm] |
D e |
— |
konċentrazzjoni ta' NO dilwita mistennija [ppm] |
E |
— |
pressjoni operazzjonali assoluta [kPa] |
E CO2 |
— |
koeffiċjent ta' estinzjoni bis-CO2 f'perċentwali |
E E |
— |
effiċjenza tal-etan |
E H2O |
— |
koeffiċjent ta' estinzjoni bl-ilma f'perċentwali |
E M |
— |
effiċjenza tal-metan |
EO2 |
— |
interferenza tal-ossiġenu |
F |
— |
temperatura tal-ilma [K] |
G |
— |
pressjoni tal-fwar tal-ilma ta' saturazzjoni [kPa] |
g |
— |
gramma |
gH2O/kg |
— |
grammi ta' ilma kull kilogramma |
h |
— |
siegħa |
H |
— |
konċentrazzjoni tal-fwar tal-ilma [%] |
H m |
— |
konċentrazzjoni massima tal-fwar tal-ilma [%] |
Hz |
— |
hertz |
K |
— |
kelvin |
kg |
— |
kilogramma |
km/siegħa |
— |
kilometru fis-siegħa |
kPa |
— |
kilopascal |
massimu |
— |
valur massimu |
NOX,dry |
— |
konċentrazzjoni medja tar-registrazzjonijiet tal-NOX stabbilizzati rettifikata għall-umdità |
NOX,m |
— |
konċentrazzjoni medja tar-registrazzjonijiet tal-NOX stabbilizzati |
NOX,ref |
— |
konċentrazzjoni medja ta' referenza tar-registrazzjonijiet tal-NOX stabbilizzati |
ppm |
— |
partijiet għal kull miljun |
ppmC1 |
— |
partijiet ta' ekwivalenti ta' karbonju għal kull miljun |
r2 |
— |
koeffiċjent ta' determinazzjoni |
s |
— |
sekonda |
t0 |
— |
mument tal-kommutazzjoni tal-fluss ta' gass [s] |
t10 |
— |
mument tar-reazzjoni ta' 10 % tal-qari finali |
t50 |
— |
mument tar-reazzjoni ta' 50 % tal-qari finali |
t90 |
— |
mument tar-reazzjoni ta' 90 % tal-qari finali |
x |
— |
varjabbli indipendenti jew valur ta' referenza |
χmin |
— |
valur minimu |
y |
— |
varjabbli dipendenti jew valur imkejjel |
3. VERIFIKA TAL-LINEARITÀ
3.1. Ġenerali
Il-linearità tal-analizzaturi, tal-istrumenti li jkejlu l-fluss, is-sensuri u s-sinjali, għandu jkollha referenza fi standards nazzjonali jew internazzjonali. Kwalunkwe sensur jew sinjal li mhux direttament traċċabbli, pereżempju strumenti li jkejlu l-fluss simplifikati, għandu jkun ikkalibrat b'mod alternattiv ma' apparat tal-laboratorju bħal xażi dinamometriku li jkun ġie kkalibrat skont standards nazzjonali jew internazzjonali.
3.2. Rekwiżiti ta' linearità
L-analizzaturi kollha, l-istrumenti li jkejlu l-fluss, is-sensuri u s-sinjali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' linearità mogħtija fit-Tabella 1. Jekk il-fluss tal-arja, il-fluss tal-fjuwil, il-proporzjon tal-arja għall-fjuwil jew ir-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost jinkisbu minn ECU, ir-rata ta' fluss tal-massa tal-egżost ikkalkulata għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta' linearità speċifikati fit-Tabella 1.
Tabella 1
Rekwiżiti ta' linearità tal-parametri u tas-sistemi ta' kejl
Parametru/strument tal-kejl |
|
inklinazzjoni grafika a1 |
Errur standard SEE |
Koeffiċjent ta' determinazzjoni r2 |
Rata tal-fluss tal-fjuwil (1) |
≤ 1 % mass |
0,98 – 1,02 |
≤ 2 % mass |
≥ 0,990 |
Rata tal-fluss tal-arja (1) |
≤ 1 % mass |
0,98 – 1,02 |
≤ 2 % mass |
≥ 0,990 |
Rata tal-massa tal-fluss ta' egżost |
≤ 2 % mass |
0,97 – 1,03 |
≤ 2 % mass |
≥ 0,990 |
Analizzaturi tal-gass |
≤ 0,5 % mass |
0,99 – 1,01 |
≤ 1 % mass |
≥ 0,998 |
Torque (2) |
≤ 1 % mass |
0,98 – 1,02 |
≤ 2 % mass |
≥ 0,990 |
Analizzaturi tal-PN (3) |
tbd |
tbd |
tbd |
tbd |
(1) fakultattiva biex jiġi ddeterminat il-fluss tal-massa tal-egżost (2) parametru fakultattiv (3) jiġu deċiżi ladarba l-apparat isir disponibbli |
3.3. Frekwenza tal-verifika tal-linearità
Ir-rekwiżiti ta' linearità skont il-punt 3.2 għandhom jiġu vverifikati:
(a) għal kull analizzatur mill-anqas kull tliet xhur jew kull meta ssir tiswija tas-sistema jew tibdil li jista' jinfluwenza l-kalibrar;
(b) għal strumenti oħra rilevanti, bħal miters tal-fluss tal-massa tal-egżost u sensuri kkalibrati traċċabbli, kull meta tiġi osservata l-ħsara, kif mitlub mill-proċeduri ta' verifika interni, mill-manifattur tal-istrument jew skont ISO 9000 iżda mhux aktar minn sena qabel it-test reali.
Ir-rekwiżiti ta' linearità skont il-punt 3.2 għal sensuri jew sinjali tal-ECU li mhumiex direttament traċċabbli għandhom isiru darba għal kull arranġament tal-PEMS b'tagħmir ta' kejl ikkalibrat traċċabbli fuq ix-xażi dinamometriku
3.4. Proċedura tal-verifika tal-linearità
3.4.1. Rekwiżiti ġenerali
L-analizzaturi rilevanti, l-istrumenti u s-sensuri għandhom jinġiebu fil-kundizzjoni tat-tħaddim normali tagħhom skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur tagħhom. L-analizzaturi, l-istrumenti u s-sensuri għandhom jitħaddmu bit-temperaturi, bil-pressjonijiet u bil-flussi speċifikati tagħhom.
3.4.2. Proċedura ġenerali
Il-linearità għandha tiġi vverifikata għal kull medda ta' tħaddim normali billi jitwettqu l-passi li ġejjin:
(a) L-analizzatur, l-istrument li jkejjel il-fluss jew is-sensur għandhom jiġu ssettjati fuq żero billi jiġi introdott is-sinjal taż-żero. Għall-analizzaturi tal-gass għandhom jiġu introdotti l-arja sintetika ppurifikata jew in-nitroġenu fil-bokka tal-analizzatur permezz ta' mogħdija ta' gass li tkun diretta u qasira kemm jista' jkun.
(b) L-analizzatur, l-istrument li jkejjel il-fluss jew is-sensur għandhom jiġu kkalibrati billi jiġi introdott sinjal ta' regolar. Għall-analizzaturi tal-gass għandu jiġi introdott gass ta' regolar xieraq fil-bokka tal-analizzatur permezz ta' mogħdija ta' gass li tkun diretta u qasira kemm jista' jkun.
(c) Il-proċedura żero ta' (a) għandha tiġi ripetuta.
(d) Il-verifika għandha tiġi stabbilita billi jiġu introdotti mill-inqas għaxar (10) valuri ta' referenza (inkluż iż-żero), bejn wieħed u ieħor spazjati b'mod ugwali u validi. Il-valuri ta' referenza fir-rigward tal-konċentrazzjoni tal-komponenti, ir-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost jew kwalunkwe parametru rilevanti ieħor għandhom jintgħażlu biex jaqblu mal-medda ta' valuri mistennija matul it-test tal-emissjonijiet. Għal kejl tal-fluss tal-massa tal-egżost, jistgħu jiġu esklużi mill-verifika tal-linearità l-punti ta' referenza ta' inqas minn 5 % tal-ogħla valur ta' kalibrazzjoni.
(e) Għall-analizzaturi tal-gass, għandhom jiġu introdotti fil-bokka tal-analizzatur il-konċentrazzjonijiet tal-gass magħrufa skont il-punt 5. Għandu jitħalla biżżejjed ħin għall-istabbilizzazzjoni tas-sinjal.
(f) Il-valuri li jkunu qed jiġu evalwati u, jekk ikun meħtieġ, il-valuri ta' referenza għandhom jiġu rreġistrati bi frekwenza kostanti ta' mill-inqas 1,0 Hz fuq perjodu ta' 30 sekonda.
(g) Il-valuri aritmetiċi medji tul il-perjodu ta' 30 sekonda għandhom jintużaw biex jiġu kkalkulati l-parametri ta' rigressjoni lineari bil-metodu tal-minimi kwadrati, skont l-ekwazzjoni ta' interpolazzjoni ottimali bil-forma ta':
y = a 1 x + a 0
fejn:
y |
huwa l-valur attwali tas-sistema ta' kejl |
a 1 |
huwa l-inklinazzjoni grafika tal-linja ta' rigressjoni |
x |
huwa l-valur ta' referenza |
a 0 |
hija l-interċetta y tal-linja ta' rigressjoni |
L-errur standard tal-istima (SEE) ta' y fuq x u l-koeffiċjent ta' determinazzjoni (r2) għandhom jiġu kkalkulati għal kull parametru u sistema ta' kejl.
(h) Il-parametri ta' rigressjoni lineari għandhom jilħqu r-rekwiżiti speċifikati fit-Tabella 1.
3.4.3. Rekwiżiti għal verifika tal-linearità fuq xażi dinamometriku
L-istrumenti li jkejlu l-fluss, is-sensuri jew is-sinjali tal-ECU mhux traċċabbli li ma jistgħux ikunu direttament kkalibrati skont standards traċċabbli, għandhom jiġu kkalibrati fuq ix-xażi dinamometriku Il-proċedura għandha ssegwi sa fejn ikun applikabbli, ir-rekwiżiti tal-Anness 4a tar-Regolament NU/KEE Nru 83. Jekk ikun meħtieġ, l-istrument jew is-sensur li jridu jiġu kkalibrati għandhom jiġu installati fuq il-vettura tat-test u għandhom jitħaddmu skont ir-rekwiżiti tal-Appendiċi 1. Il-proċedura ta' kalibrazzjoni għandha ssegwi, kull meta jkun possibbli, ir-rekwiżiti tal-punt 3.4.2; għall-inqas għaxar (10) valuri ta' referenza xierqa għandhom jintgħażlu b'tali mod li jkun żgurat li tal-anqas 90 % tal-valur massimu mistenni li jseħħ matul it-test tal-emissjonijiet huwa kopert.
Jekk ma jkunux direttament traċċabbli, l-istrument li jkejjel il-fluss, is-sensur jew is-sinjal tal-ECU għad-determinazzjoni tal-fluss tal-egżost iridu jiġu kkalibrati, u miter tal-fluss tal-massa tal-egżost ta' referenza kkalibrat jew is-CVs għandhom jitwaħħlu mal-pajp tal-egżost tal-vettura. Għandu jiġi żgurat li l-egżost tal-vettura jitkejjel b'mod preċiż permezz tal-miter tal-fluss tal-massa tal-egżost skont il-punt 3.4.3 tal-Appendiċi 1. Il-vettura għandha titħaddem bl-applikazzjoni ta' aċċellerazzjoni kostanti, bil-ger magħżul li jibqa' kostanti u tagħbija kostanti tax-xażi dinamometriku.
4. ANALIZZATURI GĦALL-KEJL TAL-KOMPONENTI GASSUŻI
4.1. Tipi ta' analizzaturi permissibbli
4.1.1. Analizzaturi standard
Il-komponenti gassużi għandhom jiġu mkejla bl-analizzaturi speċifikati fil-punti 1.3.1 sa 1.3.5 tal-Appendiċi 3, l-Anness 4A tar-Regolament NU/KEE Nru 83, is-serje 07 tal-emendi. Jekk analizzatur tal-NDUV ikejjel kemm l-NO kif ukoll l-NO2, mhux meħtieġ konvertitur NO2,/NO.
4.1.2. Analizzaturi alternattivi
Kwalunkwe analizzatur li ma jissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn tal-punt 4.1.1 huwa permess sakemm jissodisfa r-rekwiżiti tal-punt 4.2. Il-manifattur għandu jiżgura li l-analizzatur alternattiv jikseb prestazzjoni ekwivalenti jew ogħla meta mqabbel ma' analizzatur standard tul il-medda ta' konċentrazzjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu u l-gassijiet koeżistenti li jistgħu jkunu mistennija minn vetturi mħaddma bi fjuwils permissibbli taħt kundizzjonijiet moderati u estiżi ta' ttestjar validu fuq it-triq kif speċifikat fil-punti 5, 6 u 7. Fuq talba, il-manifattur tal-analizzatur għandu jissottometti informazzjoni supplimentari bil-miktub, li turi li l-prestazzjoni ta' kejl tal-analizzatur alternattiv hija konformi mal-prestazzjoni ta' kejl tal-analizzaturi standard, b'mod konsistenti u affidabbli. L-informazzjoni supplimentari għandha tinkludi:
(a) deskrizzjoni tal-bażi teoretika u l-komponenti tekniċi tal-analizzatur alternattiv;
(b) prova ta' ekwivalenza mal-analizzatur standard rispettiv speċifikat fil-punt 4.1.1 tul il-medda mistennija ta' konċentrazzjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu u b'kundizzjonijiet ambjentali tal-ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip definiti fl-Anness 4a tar-Regolament NU/KEE Nru 83, is-serje 07 tal-emendi kif ukoll test ta' validazzjoni kif deskritt fil-punt 3. tal-Appendiċi 3 għal vetturi mgħammra b'magni tat-tqabbid bi spark u dawk mgħammra b'magni tat-tqabbid bil-kompressjoni; il-manifattur tal-analizzatur għandu juri l-importanza tal-ekwivalenza fi ħdan it-tolleranzi permissibbli mogħtija fil-punt 3.3 tal-Appendiċi 3.
(c) prova ta' ekwivalenza mal-analizzatur standard rispettiv speċifikat fil-punt 4.1.1 fir-rigward tal-influwenza tal-pressjoni atmosferika fuq il-prestazzjoni tal-kejl tal-analizzatur; it-test ta' prova għandu jiddetermina r-reazzjoni għall-gass ta' regolar b'konċentrazzjoni fi ħdan il-medda tal-analizzatur biex tiġi vverifikata l-influwenza tal-pressjoni atmosferika taħt kundizzjonijiet moderati u estiżi ta' altitudni ddefiniti fil-punt 5.2. Test bħal dan jista' jsir f'kamra tat-testijiet f'ambjent ta' altitudni.
(d) prova ta' ekwivalenza mal-analizzatur rispettiv standard speċifikat fil-punt 4.1.1 fuq mill-inqas tliet testijiet fuq it-triq li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness.
(e) prova li l-influwenza tal-vibrazzjonijiet, l-aċċelerazzjonijiet u t-temperatura ambjentali fuq fil-qari tal-analizzatur ma taqbiżx ir-rekwiżiti tal-ħoss għall-analizzaturi stabbiliti fil-punt 4.2.4.
L-awtoritajiet tal-approvazzjoni jistgħu jitolbu aktar informazzjoni biex tiġi ssostanzjata l-ekwivalenza jew jirrifjutaw approvazzjoni jekk il-kejl juri li analizzatur alternattiv mhuwiex ekwivalenti għal analizzatur standard.
4.2. Speċifikazzjonijiet tal-analizzaturi
4.2.1. Ġenerali
Minbarra r-rekwiżiti ta' linearità definiti għal kull analizzatur fil-punt 3, il-konformità tat-tipi ta' analizzaturi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punti 4.2.2 sa 4.2.8 għandha tiġi ppruvata mill-manifattur tal-analizzatur. L-analizzaturi għandu jkollhom firxa ta' kejl u ħin ta' reazzjoni xierqa biex ikejlu b'akkuratezza adegwata l-konċentrazzjonijiet tal-komponenti tal-gass tal-egżost fuq standard ta' emissjonijiet applikabbli taħt kundizzjonijiet ta' stat tranżitorji u stabbli. Is-sensittività tal-analizzaturi għal xokkijiet, vibrazzjonijiet, avarija, varjabbiltà f'temperaturi u pressjoni tal-arja kif ukoll interferenzi elettromanjetiċi u impatti oħra marbuta mat-tħaddim tal-vettura u tal-analizzatur għandha tkun limitata kemm jista' jkun.
4.2.2. Akkuratezza
L-akkuratezza, iddefinita bħala d-devjazzjoni tal-qari tal-analizzatur mill-valur ta' referenza, ma għandhiex tkun akbar minn 2 % tal-qari jew 0,3 % tal-iskala sħiħa, skont liema jkun l-akbar.
4.2.3. Preċiżjoni
Il-preċiżjoni, definita bħala 2,5 darbiet id-devjazzjoni standard ta' għaxar (10) reazzjonijiet ripetittivi għal gass partikolari ta' regolar jew ta' kalibrazzjoni, ma għandhiex tkun akbar minn 1 % tal-iskala sħiħa tal-konċentrazzjoni għal firxa ta' kejl ugwali jew ogħla minn 155 ppm (jew ppmC1) u 2 % tal-iskala sħiħa tal-konċentrazzjoni għal medda ta' kejl ta' anqas minn 155 ppm (jew ppmC1).
4.2.4. Storbju
L-istorbju, iddefinit bħala l-medja kwadratika ta' għaxar devjazzjonijiet standard multiplikata bi tnejn, kull waħda kkalkulata mir-reazzjonijiet ta' valur ta' żero mkejla f'frekwenza kostanti ta' reġistrazzjoni ta' mill-inqas 1,0 Hz matul perjodu ta' 30 sekonda, ma għandux jaqbeż 2 % tal-iskala sħiħa. Kull wieħed mill-għaxar (10) perjodi ta' kejl għandhom jitqassmu b'intervall ta' 30 sekonda li fihom l-analizzatur jiġi espost għal gass ta' regolar xieraq. Qabel kull perjodu ta' teħid ta' kampjuni u qabel kull perjodu ta' regolar, għandu jingħata żmien biżżejjed biex l-analizzatur u l-linji ta' teħid ta' kampjuni jitnaddfu.
4.2.5. Deriva tar-reazzjoni ta' żero
Id-deriva tar-reazzjoni ta' żero, iddefinita bħala r-reazzjoni medja għall-gass żero matul intervall ta' ħin ta' mill-inqas 30 sekonda, għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fit-Tabella 2.
4.2.6. Deriva tar-reazzjoni ta' regolar
Id-deriva tar-reazzjoni ta' regolar, iddefinita bħala r-reazzjoni medja għall-gass ta' regolar matul intervall ta' ħin ta' mill-inqas 30 sekonda, għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fit-Tabella 2.
Tabella 2
Deriva ta' reazzjoni ta' żero u reazzjoni ta' regolar permissibbli ta' analizzaturi għall-kejl tal-komponenti gassużi f'kundizzjonijiet tal-laboratorju
Sustanza li tniġġes |
Deriva tar-reazzjoni ta' żero |
Deriva tar-reazzjoni ta' regolar |
CO2 |
≤ 1 000 ppm 'l fuq minn 4 sigħat |
≤ 2 % tal-qari jew ≤ 1 000 ppm 'l fuq minn 4 sigħat, skont liema minnhom ikun l-ikbar |
CO |
≤ 50 ppm 'l fuq minn 4 sigħat |
≤ 2 % tal-qari jew ≤ 50 ppm 'l fuq minn 4 sigħat, skont liema minnhom ikun l-ikbar |
NO2 |
≤ 5 ppm 'l fuq minn 4 sigħat |
≤ 2 % tal-qari jew ≤ 5 ppm 'l fuq minn 4 sigħat, skont liema minnhom ikun l-ikbar |
NO/NOX |
≤ 5 ppm 'l fuq minn 4 sigħat |
≤ 2 % tal-qari jew ≤ 5 ppm 'l fuq minn 4 sigħat, skont liema minnhom ikun l-ikbar |
CH4 |
≤ 10 ppmC1 |
≤ 2 % tal-qari jew ≤ 10 ppmC1 'l fuq minn 4 sigħat, skont liema minnhom ikun l-ikbar |
THC |
≤ 10 ppmC1 |
≤ 2 % tal-qari jew ≤ 10 ppmC1 'l fuq minn 4 sigħat, skont liema minnhom ikun l-ikbar |
4.2.7. Ħin ta' reazzjoni inizjali
Il-ħin ta' reazzjoni inizjali huwa ddefinit bħala l-ħin bejn l-għaxra (10) fil-mija u d-disgħin (90) fil-mija ta' reazzjoni tal-qari finali (t 90 – t 10; ara l-punt 4.4). Il-ħin ta' reazzjoni tal-analizzaturi PEMS mgħandux jaqbeż 3 sekondi.
4.2.8. Tnixxif tal-gass
Il-gassijiet tal-egżost jistgħu jitkejlu umdi jew xotti. L-istrument ta' tnixxif tal-gass, jekk jintuża, għandu jkollu effett minimu fuq il-kompożizzjoni tal-gassijiet imkejla. Sustanzi kimiċi li jnixxfu mhumiex permessi.
4.3. Rekwiżiti addizzjonali
4.3.1. Ġenerali
Id-dispożizzjonijiet fil-punt 4.3.2 sa 4.3.5 jiddefinixxu r-rekwiżiti addizzjonali ta' prestazzjoni għal tipi speċifiċi ta' analizzatur u japplikaw biss għal każijiet, fejn l-analizzatur inkonsiderazzjoni jintuża għall-kejl tal-emissjoni tal-PEMS.
4.3.2. Test tal-effiċjenza għal konvertituri tan-NOX
Jekk jiġi applikat konvertitur tan-NOX, pereżempju biex l-NO2 jiġi konvertit f'NO għal analiżi b'analizzatur kemiluminixxenti, l-effiċjenza tiegħu għandha tiġi ttestjata skont ir-rekwiżiti tal-punt 2.4 tal-Appendiċi 3 tal-Anness 4a tar-Regolament NU/KEE Nru 83, is-serje 07 tal-emendi. L-effiċjenza tal-konvertitur tan-NOX għandha tiġi vverifikata sa mhux aktar minn xahar qabel it-test tal-emissjonijiet.
4.3.3. Aġġustament tal-Individwatur tal-Jonizzazzjoni bi Fjamma
(a) Ottimizzazzjoni tar-reazzjoni tal-individwatur
Jekk jitkejlu l-idrokarburi, l-individwatur tal-jonizzazzjoni bi fjamma għandu jiġi aġġustat f'intervalli speċifikati mill-manifattur tal-analizzatur skont il-punt 2.3.1 tal-Appendiċi 3 tal-Anness 4a tar-Regolament NU/KEE Nru 83, is-serje 07 tal-emendi. Għandu jintuża gass ta' regolar ta' propan fl-arja jew propan fin-nitroġenu biex titjieb ir-reazzjoni fuq l-aktar medda komuni tat-tħaddim.
(b) Fatturi ta' reazzjoni tal-idrokarburi
Jekk jitkejlu l-idrokarburi, il-fattur tar-reazzjoni l-individwatur tal-jonizzazzjoni bi fjamma għandu jiġi vverifikat skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 2.3.3 tal-Appendiċi 3 tal-Anness 4a tar-Regolament NU/ECE Nru 83, is-serje 07 tal-emendi, bl-użu tal-propan fl-arja jew propan fin-nitroġenu bħala gassijiet ta' regolar u arja sintetika purifikata jew nitroġenu bħala gassijiet żero, rispettivament.
(c) Verifika tal-interferenza tal-ossiġnu
Il-verifika tal-interferenza tal-ossiġnu għandha ssir l-ewwel darba li jibda s-servizz tiegħu analizzatur u wara l-intervalli ta' manutenzjoni ewlenin tiegħu. Għandha tintgħażel medda ta' kejl fejn il-gassijiet ta' verifika tal-interferenza tal-ossiġnu jaqgħu fl-ogħla 50 fil-mija. It-test għandu jitwettaq bit-temperatura tal-forn issettjata kif meħtieġ. L-ispeċifikazzjonijiet tal-gassijiet ta' verifika tal-interferenza tal-ossiġnu huma deskritti fil-punt 5.3.
Tapplika l-proċedura li ġejja:
(i) L-analizzatur għandu jiġi ssettjat fuq żero;
(ii) L-analizzatur għandu jiġi kkalibrat b'taħlita ta' 0 fil-mija ta' ossiġnu għall-magni li jaqbdu bl-ispark u b'taħlita tal-ossiġnu ta' 21 fil-mija għal magni li jaqbdu bil-kompressjoni;
(iii) Ir-reazzjoni żero għandha tiġi vverifikata mill-ġdid. Jekk tkun inbidlet b'aktar minn 0.5 fil-mija tal-iskala sħiħa, il-punti (i) u (ii) għandhom jiġu ripetuti;
(iv) Għandhom jiddaħħlu l-gassijiet ta' verifika tal-interferenza tal-ossiġnu ta' ħamsa (5) fil-mija u ta' għaxra (10) fil-mija;
(v) Ir-reazzjoni żero għandha tiġi vverifikata mill-ġdid. Jekk tkun inbidlet b'aktar minn ± 1 fil-mija tal-iskala sħiħa, it-test għandu jiġi ripetut;
(vi) L-interferenza tal-ossiġnu EO2 għandha tiġi kkalkulata għal kull gass ta' verifika tal-interferenza tal-ossiġnu fil-punt (d) kif ġej:
fejn ir-reazzjoni tal-analizzatur hija:
fejn:
c ref,b |
hija l-konċentrazzjoni HC ta' referenza fil-punt (b) [ppmC1] |
c ref,d |
hija l-konċentrazzjoni HC ta' referenza fil-punt (d) [ppmC1] |
c FS,b |
hija l-konċentrazzjoni HC tal-iskala sħiħa fil-punt (b) [ppmC1] |
c FS,d |
hija l-konċentrazzjoni HC tal-iskala sħiħa fil-punt (d) [ppmC1] |
c m,b |
hija l-konċentrazzjoni HC imkejla fil-punt (b) [ppmC1] |
c m,d |
hija l-konċentrazzjoni HC imkejla fil-punt (d) [ppmC1] |
(vii) L-interferenza tal-ossiġnu E O2 għandha tkun anqas minn ± 1,5 fil-mija għall-gassijiet kollha ta' verifika ta' interferenza tal-ossiġnu.
(viii) Jekk l-interferenza tal-ossiġnu E O2 tkun akbar minn ± 1,5 fil-mija, tista' tittieħed azzjoni korrettiva billi jiġi aġġustat b'mod inkrementali l-fluss tal-arja ('l fuq u 'l isfel mill-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur) il-fluss tal-fjuwil u l-fluss tal-kampjun.
(ix) Il-verifika tal-interferenza tal-ossiġnu għandha tiġi ripetuta għal kull settjatura ġdida.
4.3.4. Effiċjenza tal-konverżjoni tal-eliminatur tal-idrokarburi mhux metaniċi (NMC)
Jekk jiġu analizzati l-idrokarburi, jista' jintuża eliminatur tal-idrokarburi mhux metaniċi biex jitneħħew l-idrokarburi mhux metani mill-kampjun ta' gass bl-ossidazzjoni tal-idrokarburi kollha għajr il-metan. Idealment, il-konverżjoni għall-metan tkun ta' 0 fil-mija, u għall-idrokarburi l-oħra rappreżentati mill-etan tkun ta' 100 fil-mija. Għall-kejl preċiż tal-idrokarburi mhux metaniċi, iż-żewġ effiċjenzi għandhom jiġu determinati u użati għall-kalkolu tal-emissjonijiet NMHC (ara l-punt 9.2 tal-Appendiċi 4). Mhuwiex meħtieġ li tiġi ddeterminata l-effiċjenza tal-konverżjoni tal-metan f'każ li NMC-FID jiġi kkalibrat skont il-metodu (b) fil-punt 9.2 tal-Appendiċi 4 billi wieħed jgħaddi l-gass tal-kalibrazzjoni tal-metanu/arja mill-NMC.
(a) Effiċjenza tal-konverżjoni tal-metan
Il-gass ta' kalibrazzjoni tal-metan għandu jiġi mgħoddi mill-FID kemm bl-evitar tal-NMC kif ukoll mingħajr l-evitar tan-NMC; Iż-żewġ konċentrazzjonijiet għandhom jiġu rreġistrati. L-effiċjenza tal-metan għandha tiġi ddeterminat bħala:
fejn:
cHC(w/NMC) |
hija l-konċentrazzjoni ta' HC bis-CH4 għaddejja mill-NMC [ppmC1] |
cHC(w/o NMC) |
hija l-konċentrazzjoni ta' HC bis-CH4 li mhux għaddejja mill-NMC [ppmC1] |
(b) Effiċjenza tal-konverżjoni tal-etan
Il-gass ta' kalibrazzjoni tal-etan għandu jiġi mgħoddi mill-FID kemm bl-evitar tal-NMC kif ukoll mingħajr l-evitar tan-NMC; iż-żewġ konċentrazzjonijiet għandhom jiġu rreġistrati. L-effiċjenza tal-etan għandha tiġi ddeterminat bħala:
fejn:
c HC(w/NMC) |
hija l-konċentrazzjoni ta' HC bis-C2H6 għaddejja mill-NMC [ppmC1] |
c HC(w/o NMC) |
hija l-konċentrazzjoni ta' HC bis-C2H6 li mhux għaddejja mill-NMC [ppmC1] |
4.3.5. Effetti tal-interferenza
(a) Ġenerali
Gassijiet oħra għajr dak li jkunu qed jiġu analizzati jistgħu jaffettwaw il-qari tal-analizzatur. Verifika tal-effetti tal-interferenza u tal-funzjonalità korretta tal-analizzaturi għandhom jitwettqu mill-manifattur tal-analizzatur qabel l-introduzzjoni fis-suq mill-inqas darba għal kull tip ta' analizzatur jew tagħmir indirizzata fil-punti (b) sa (f).
(b) Verifika tal-interferenza tal-analizzatur tal-CO
L-ilma u s-CO2 jistgħu jinterferixxu mal-kejl tal-analizzatur tas-CO. Għaldaqstant għandu jiġi mgħoddi b'effervexxenza mill-ilma f'temperatura ambjentali l-gass ta' regolar tas-CO2 li jkollu konċentrazzjoni ta' 80 sa 100 fil-mija tal-iskala sħiħa tal-firxa operattiva massima tal-analizzatur tal-CO użata matul l-ittestjar u għandha tiġi rreġistrata r-reazzjoni tal-analizzatur. Ir-reazzjoni tal-analizzatur ma għandhiex tkun aktar minn 2 fil-mija tal-konċentrazzjoni medja ta' CO mistennija waqt l-ittestjar normali fuq it-triq jew ± 50 ppm, skont liema jkun l-akbar. Il-verifika tal-interferenza tal-H2O u tas-CO2 tista' ssir f'żewġ proċeduri separati. Jekk il-livelli ta' H2O u CO2 li jintużaw għall-verifika tal-interferenza jkunu ogħla mil-livelli massimi mistennija waqt l-ittestjar, kull valur ta' interferenza li jiġi osservat għandu jitnaqqas billi l-interferenza osservata tiġi mmultiplikata bil-proporzjon tal-valur massimu mistenni ta' konċentrazzjoni matul it-test u l-valur tal-konċentrazzjoni attwali użat matul din il-verifika. Jistgħu jsiru verifiki separati tal-interferenza għal konċentrazzjonijiet ta' H2O li jkunu iżjed baxxi mil-livelli massimi mistennija waqt l-ittestjar u l-interferenza li tiġi osservata tal-H2O għandha tiżdied billi l-interferenza osservata tiġi mmultiplikata bil-valur tal-konċentrazzjoni massima ta' H2O mistenni matul it-test u l-valur proprju ta' konċentrazzjoni li jintuża waqt din il-verifika. It-total taż-żewġ valuri skalati tal-interferenza għandu jissodisfa t-tolleranza speċifikata f'dan il-paragrafu.
(c) Verifika tal-estinzjoni tal-analizzatur tal-NOX
Iż-żewġ gassijiet ikkunsidrati għall-analizzaturi CLD u HCLD huma l-CO2 u l-fwar tal-ilma. Ir-reazzjoni ta' estinzjoni għal dawn il-gassijiet hija proporzjonali għall-konċentrazzjonijiet ta' gass. Test għandu jiddetermina l-estinzjoni fl-ogħla konċentrazzjonijiet mistennija matul it-test. Jekk l-analizzaturi CLD u HCLD jużaw algoritmi għall-kumpens tal-estinzjoni li jużaw analizzaturi ta' kejl tal-H2O u/jew CO2, l-estinzjoni għandha tiġi evalwata b'dawn l-analizzaturi attivi u bl-algoritmi ta' kumpens applikati.
(i) Verifika tal-estinzjoni bis-CO2
Gass ta' estinzjoni bis-CO2 li jkollu konċentrazzjoni ta' 80 sa 100 fil-mija tal-medda operattiva massima għandu jiġi mgħoddi mill-analizzatur NDIR; il-valur tas-CO2 għandu jiġi rreġistrat bħala A. Il-gass ta' estinzjoni CO2 għandu mbagħad jiġi dilwit b'bejn wieħed u ieħor 50 fil-mija b'gass ta' estinzjoni NO u mgħoddi mill-NDIR u s-CLD jew l-HCLD; il-valuri tas-CO2 u l-NO għandhom jiġu rreġistrati bħala B u C, rispettivament. Il-fluss tal-gass tas-CO2 għandu mbagħad jingħalaq u l-gass ta' estinzjoni NO biss għandu jkun mgħoddi mis-CLD jew l-HCLD; il-valur NO għandu jiġi rreġistrat bħala D. Il-perċentwali tal-estinzjoni għandha tiġi kkalkulata kif ġej:
fejn:
A |
hija l-konċentrazzjoni ta' CO2 mhux dilwita mkejla bl-NDIR [%] |
B |
hija l-konċentrazzjoni ta' CO2 dilwita mkejla bl-NDIR [%] |
C |
hija l-konċentrazzjoni dilwita ta' NO mkejla bis-CLD jew bl-HCLD [ppm] |
D |
hija l-konċentrazzjoni mhux dilwita ta' NO mkejla bis-CLD jew bl-HCLD [ppm] |
Jistgħu jintużaw metodi alternattivi ta' dilwizzjoni u ta' kwantifikazzjoni tal-valuri tal-gass ta' regolar CO2 u NO bħat-taħlit dinamiku bl-approvazzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni.
(ii) Verifika tal-estinzjoni bl-ilma
Din il-verifika tapplika għall-kejlijiet ta' konċentrazzjonijiet ta' gass niedi biss. Il-kalkolu tal-estinzjoni bl-ilma għandu jqis id-dilwizzjoni tal-gass ta' regolar NO bil-fwar tal-ilma u l-iskalar tal-konċentrazzjoni tal-fwar tal-ilma fit-taħlita tal-gass għal livelli ta' konċentrazzjoni li huma mistennija li jseħħu waqt test tal-emissjonijiet. Gass ta' regolar NO li jkollu konċentrazzjoni ta' 80 sa 100 fil-mija tal-iskala kollha tal-medda operattiva normali għandu jiġi mgħoddi mis-CLD jew l-HCLD; il-valur NO għandu jiġi rreġistrat bħala D. Il-gass ta' regolar NO mbagħad għandu jiġi mgħoddi b'effervexxenza mill-ilma f'temperatura tal-kamra u mgħoddi mis-CLD jew l-HCLD; il-valur NO għandu jiġi rreġistrat bħala C. Il-pressjoni operattiva assoluta tal-analizzatur u t-temperatura tal-ilma għandhom jiġu determinati u rreġistrati bħala E u F, rispettivament. Il-pressjoni tal-fwar ta' saturazzjoni tat-taħlita li tikkorrispondi għat-temperatura tal-ilma tal-apparat F fejn issir l-effervexxenza għandha tiġi ddeterminata u rreġistrata bħala G. Il-konċentrazzjoni tal-fwar tal-ilma H [%] tat-taħlita ta' gass għandha tiġi kkalkulata bħala:
Il-konċentrazzjoni mistennija tal-gass ta' regolar NO-fwar tal-ilma dilwita għandha tiġi rreġistrata bħala De wara li jiġi kkalkulat bħala:
Għall-egżost tad-diżil, il-konċentrazzjoni massima tal-fwar tal-ilma fil-gass tal-egżost (f'perċentwali) mistennija matul it-test għandha tiġi rreġistrata bħala Hm wara li tiġi stmata, bis-suppożizzjoni ta' proporzjon H/C tal-fjuwil ta' 1.8/1, mill-konċentrazzjoni massima ta' CO2 fil-gass tal-egżost A kif ġej:
Il-perċentwali tal-estinzjoni bl-ilma għandha tiġi kkalkulata bħala:
fejn:
D e |
hija l-konċentrazzjoni NO dilwita mistennija [ppm] |
C |
hija l-konċentrazzjoni dilwita mkejla ta' NO [ppm] |
H m |
hija l-konċentrazzjoni massima tal-fwar tal-ilma [%] |
H |
hija l-konċentrazzjoni proprja tal-fwar tal-ilma [%] |
(iii) Estinzjoni massima permessa
L-estinzjoni kombinata ta' CO2 u ilma ma għandhiex taqbeż it-tnejn (2) fil-mija tal-iskala sħiħa.
(d) Kontroll tal-estinzjoni għall-analizzaturi NDUV
L-idrokarburi u l-ilma jistgħu jinterferixxu pożittivament mal-analizzatur NDUV billi jikkawżaw reazzjoni simili għal dik tal-NOX. Il-manifattur tal-analizzatur NDUV għandu juża l-proċedura li ġejja biex jivverifika li l-effetti tal-estinzjoni huma limitati:
(i) L-analizzatur u l-kessieħ għandhom jiġu stabbiliti skont l-istruzzjonijiet ta' tħaddim tal-manifattur; għandhom isiru aġġustamenti biex tiġi ottimizzata l-prestazzjoni tal-analizzatur u tal-kessieħ.
(ii) Kalibrazzjoni ta' żero u kalibrazzjoni tar-regolar fil-valuri ta' konċentrazzjoni mistennija matul l-ittestjar tal-emissjonijiet għandhom isiru għall-analizzatur.
(iii) Gass ta' kalibrazzjoni tal-NO2 għandu jintgħażel li jaqbel kemm jista' jkun mal-massimu ta' konċentrazzjoni ta' NO2 mistennija waqt l-ittestjar tal-emissjonijiet.
(iv) Il-gass ta' kalibrazzjoni tal-NO2 għandu jfur fis-sonda tas-sistema ta' teħid ta' kampjuni tal-gass sakemm ir-reazzjoni tal-NOX tal-analizzatur tkun stabbilizzata.
(v) Il-konċentrazzjoni medja tar-reġistrazzjonijiet tal-NOX stabbilizzati fuq perjodu ta' 30 sekonda għandha tiġi kkalkulata u rreġistrata bħala NOX,ref.
(vi) Il-fluss tal-gass ta' kalibrazzjoni tal-NO2 għandu jitwaqqaf u s-sistema ta' teħid ta' kampjuni tiġi saturata billi jsir tifwir bl-output ta' ġeneratur b'punt ta' kondensazzjoni, issettjat f'punt ta' kondensazzjoni ta' 50 °C. L-output tal-ġeneratur b'punt ta' kondensazzjoni għandu jitteħidlu kampjun permezz tas-sistema ta' teħid ta' kampjuni u l-kessieħ għal mill-inqas għaxar (10) minuti sakemm ikun mistenni li l-kessieħ ineħħi rata kostanti ta' ilma.
(vii) Mat-tlestija ta' (iv), is-sistema tat-teħid ta' kampjuni għandha terġa' tiġi mfawra bil-gass ta' kalibrazzjoni tal-NO2 użat biex jiġi stabbilit il-valur ta' NOX,ref sakemm ir-reazzjoni totali tal-NOx tkun stabilizzata.
(viii) Il-konċentrazzjoni medja tar-reġistrazzjonijiet tal-NOX stabbilizzati fuq perjodu ta' 30 sekonda għandha tiġi kkalkulata u rreġistrata bħala NOX,m.
(ix) NOX,m għandu jiġi rettifikat għall-NOX,dry abbażi tal-fwar tal-ilma residwu li jkun għadda mill-kessieħ fit-temperatura u fil-pressjoni tal-iżbokk tal-kessieħ.
L-NOX,dry kkalkulat għandu mill-inqas jammonta għal 95 % tal-NOX,ref.
(e) Apparat għat-tnixxif tal-kampjun
Apparat għat-tnixxif tal-kampjun ineħħi l-ilma, li altrimenti jista' jinterferixxi mal-kejl tal-NOX. Għal analizzaturi CLD xotti, għandu jintwera li fl-ogħla konċentrazzjoni mistennija tal-fwar tal-ilma H m l-apparat li jnixxef il-kampjun iżomm l-umdità tas-CLD ta' ≤ 5 g ta' ilma/kg ta' arja xotta (jew madwar 0,8 fil-mija H2O), li hija 100 fil-mija umdità relattiva f'3,9 °C u 101,3 kPa jew madwar 25 fil-mija ta' umdità relattiva f'25 °C u 101,3 kPa. Dan jista' jintwera billi t-temperatura tiġi mkejla fl-iżbokk tal-apparat għat-tnixxif tal-kampjun termali jew billi l-umdità tiġi mkejla f'punt ftit 'il fuq mis-CLD. Tista' titkejjel ukoll l-umdità tal-egżost tas-CLD sakemm l-uniku fluss fis-CLD ikun il-fluss mill-apparat għat-tnixxif tal-kampjun.
(f) Penetrazzjoni ta' NO2 fl-apparat għat-tnixxif tal-kampjun
L-ilma likwidu li jibqa' f'apparat ta' tnixxif tal-kampjun mhux iddisinjat tajjeb jista' jneħħi l-NO2 mill-kampjun. Jekk jintuża apparat ta' tnixxif tal-kampjuni flimkien ma' analizzatur NDUV mingħajr konvertitur tal-NO2/NO aktar 'il fuq fis-sistema, l-ilma jista' għalhekk ineħħi l-NO2 mill-kampjun qabel ma jsir il-kejl tal-NOX. L-apparat ta' tnixxif tal-kampjuni għandu jippermetti kejl ta' mill-anqas 95 fil-mija tal-NO2 li jinsab f'gass li jkun saturat bil-fwar tal-ilma u li jikkonsisti mill-massimu ta' konċentrazzjoni tal-NO2 mistennija li sseħħ waqt test ta' vettura.
4.4. Verifika tal-ħin ta' reazzjoni tas-sistema analitika
Għall-verifika tal-ħin ta' reazzjoni, is-settings tas-sistema analitika għandhom ikunu eżattament l-istess bħal matul it-test tal-emissjonijiet (jiġifieri l-pressjoni, ir-rati tal-fluss, is-settings tal-filtri fl-analizzaturi u l-parametri kollha l-oħrajn li jinfluwenzaw il-ħin ta' reazzjoni). Il-ħin ta' reazzjoni għandu jiġi determinat bil-bdil dirett tal-gassijiet fil-bokka tas-sonda tal-kampjuni. Il-bdil tal-gass għandu jseħħ f'inqas minn 0,1 sekondi. Il-gassijiet użati għat-test għandhom iwasslu għal bidla ta' konċentrazzjoni ta' mill-inqas 60 fil-mija tal-iskala sħiħa tal-analizzatur.
Għandha tiġi rreġistrata t-traċċa ta' konċentrazzjoni ta' kull komponent waħdieni tal-gass. Il-ħin ta' dewmien huwa definit bħala l-ħin mill-bdil tal-gass (t0) sakemm ir-reazzjoni tkun 10 fil-mija tal-qari finali (t10). Il-ħin ta' reazzjoni inizjali huwa ddefinit bħala l-ħin bejn l-għaxra (10) fil-mija u d-disgħin (90) fil-mija ta' reazzjoni tal-qari finali (t 90 – t 10). Il-ħin ta' reazzjoni tas-sistema (t90) jikkonsisti fil-ħin ta' dewmien sad-ditekter tal-kejl u fil-ħin ta' reazzjoni inizjali tad-ditekter.
Għall-allinjament tal-ħin tal-analizzatur u s-sinjali tal-fluss tal-egżost, il-ħin tat-trasformazzjoni huwa definit bħala l-ħin mill-bdil (t0) sakemm ir-reazzjoni tkun 50 fil-mija tal-qari finali (t 50).
Il-ħin ta' reazzjoni tas-sistema għandu jkun ≤ ta' 12-il sekonda b'ħin ta' żieda ta' ≤ tliet (3) sekondi għall-komponenti kollha u l-meded kollha użati. Meta jintuża NMC għall-kejl tal-NMHC, il-ħin ta' reazzjoni tas-sistema jista' jaqbeż 12-il sekonda.
5. GASSIJIET
5.1. Ġenerali
Il-perjodu ta' konservazzjoni tal-gassijiet tal-kalibrazzjoni u tar-regolar għandu jiġi rispettat. Il-gassijiet tal-kalibrazzjoni u tar-regolar puri u mħallta għandhom jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-punti 3.1 u 3.2 tal-Appendiċi 3 tal-Anness 4A tar-Regolament NU/KEE Nru 83, is-serje 07 tal-emendi. Barra minn hekk, l-NO2 bħala gass ta' kalibrazzjoni huwa permissibbli. Il-konċentrazzjoni tal-gass ta' kalibrazzjoni NO2 għandha tkun fi ħdan tnejn fil-mija tal-valur ta' konċentrazzjoni ddikjarat. L-ammont ta' NO li jinsab fil-gass ta' kalibrazzjoni NO2 m'għandux jaqbeż 5 fil-mija tal-kontenut ta' NO2
5.2. Diviżuri tal-gass
Diviżuri tal-gass, jiġifieri, tagħmir ta' taħlit bi preċiżjoni li jiddilwixxi bl-N2 purifikat jew b'arja sintetika, jistgħu jintużaw biex jinkisbu gassijiet tal-kalibrazzjoni u tar-regolar. L-akkuratezza tad-diviżur tal-gass għandha tkun tali li l-konċentrazzjoni tal-gassijiet tal-kalibrazzjoni mħallta tkun eżatta fil-limiti ta' ± 2 fil-mija. Il-verifika għandha ssir f'perċentwali ta' bejn 15 u 50 fil-mija tal-iskala sħiħa għal kull kalibrazzjoni li tinkorpora diviżur tal-gass. Tista' ssir verifika addizzjonali billi jintuża gass ta' kalibrazzjoni ieħor, jekk l-ewwel verifika ma tirnexxix.
B'mod mhux obbligatorju, id-diviżur tal-gass jista' jiġi vverifikat bi strument li min-natura tiegħu huwa lineari, eż. bl-użu tal-gass NO flimkien ma' CLD. Il-valur tar-regolar tal-istrument għandu jiġi aġġustat bil-gass ta' regolar direttament konness mal-istrument. Id-diviżur tal-gass għandu jiġi vverifikat fis-settings tipikament użati u l-valur nominali għandu jiġi paragunat mal-konċentrazzjoni mkejla mill-istrument. Id-differenza f'kull punt għandha tkun fil-limitu ta' ±1 fil-mija tal-valur ta' konċentrazzjoni nominali.
5.3. Gassijiet ta' verifika tal-interferenza tal-ossiġnu
Il-gassijiet ta' verifika tal-interferenza tal-ossiġnu huma taħlita ta' propan, ossiġnu u nitroġenu u għandu jkun fihom il-propan b'konċentrazzjoni ta' 350 ± 75 ppmC1. Il-konċentrazzjoni għandha tiġi determinata b'metodi gravimetriċi, taħlit dinamiku jew l-analiżi kromatografika tat-total tal-idrokarburi biż-żjieda tal-impuritajiet. Il-konċentrazzjonijiet ta' ossiġnu tal-gassijiet ta' verifika tal-interferenza tal-ossiġnu għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti mniżżla fit-Tabella 3; il-bqija tal-gass ta' verifika tal-interferenza tal-ossiġnu għandu jikkonsisti f'nitroġenu purifikat.
Tabella 3
Gassijiet ta' verifika tal-interferenza tal-ossiġnu
|
Tip ta' magna |
|
Tqabbid bil-kompressjoni |
Tqabbid bl-ispark plaggs |
|
Konċentrazzjoni ta' O2 |
21 ± 1 % |
10 ± 1 % |
10 ± 1 % |
5 ± 1 % |
|
5 ± 1 % |
0,5 ± 0,5 % |
6. ANALIZZATURI GĦALL-KEJL TA' EMISSJONIJIET TA' PARTIKULI
Din it-taqsima se tiddefinixxi r-rekwiżiti futuri għall-analizzaturi għall-kejl tal-emissjonijiet tal-partikuli, ġaladarba l-kejl tagħhom isir obbligatorju.
7. STRUMENTI GĦALL-KEJL TAL-FLUSS TAL-MASSA TAL-EGŻOST
7.1. Ġenerali
Strumenti, sensuri jew sinjali biex titkejjel ir-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost għandu jkollhom medda ta' kejl u ħin ta' reazzjoni xierqa għall-akkuratezza meħtieġa sabiex titkejjel ir-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost taħt kundizzjonijiet ta' stat tranżitorji u stabbli. Is-sensittività tal-istrumenti, is-sensuri u s-sinjali għal xokkijiet, vibrazzjonijiet, avarija, varjabbiltà f'temperaturi u pressjoni tal-arja, kif ukoll interferenzi elettromanjetiċi u impatti oħra marbuta mat-tħaddim tal-vettura u tal-istrument għandha tkun fuq livell li jitnaqqsu kemm jista' jkun l-erruri addizzjonali.
7.2. Speċifikazzjonijiet tal-istrument
Ir-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost għandha tiġi determinata permezz ta' metodu ta' kejl dirett applikat f'wieħed mill-istrumenti li ġejjin:
(a) tagħmir ta' fluss ibbażat fuq it-tubu ta' pitot;
(b) Tagħmir għad-differenzjali tal-pressjoni, bħal żennuna tal-fluss, (għad-dettalji ara ISO 5167)
(c) Miter tal-fluss ultrasoniku;
(d) Miter tal-fluss f'vortiċi
Kull miter individwali għall-kejl tal-fluss tal-massa tal-egżost għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta' linearità stabbiliti fil-punt 3. Barra minn hekk, il-manifattur tal-istrument għandu juri l-konformità ta' kull tip ta' miter tal-fluss tal-massa tal-egżost mal-ispeċifikazzjonijiet fil-punti 7.2.3 sa 7.2.9.
Huwa permissibbli li tiġi kkalkulata r-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost ibbażata fuq kejl tal-fluss tal-arja u tal-fluss tal-fjuwil miksub minn sensuri kkalibrati b'mod traċċabbli jekk dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' linearità tal-punt 3, ir-rekwiżiti ta' akkuratezza tal-punt 8 u jekk ir-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost li tirriżulta hija vvalidata skont il-punt 4 ta' Appendiċi 3.
Barra minn hekk, metodi oħra li jiddeterminaw ir-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost abbażi ta' strumenti u sinjali mhux direttament traċċabbli, bħal miters tal-fluss tal-massa tal-egżost issimplifikati jew sinjali ECU, huma permissibbli jekk ir-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost li tirriżulta tissodisfa r-rekwiżiti ta' linearità tal-punt 3 u tkun ivvalidata skont il-punt 4 tal-Appendiċi 3.
7.2.1. Standards ta' kalibrazzjoni u verifika
Il-prestazzjoni tal-kejl tal-miters tal-fluss tal-massa tal-egżost għandha tkun ivverifikata b'arja jew b'gass tal-egżost skont standard rintraċċabbli bħal, pereżempju, miter ikkalibrat għall-kejl tal-fluss tal-massa tal-egżost jew mina ta' dilwizzjoni bi fluss sħiħ.
7.2.2. Frekwenza tal-verifika
Il-konformità tal-miters tal-fluss tal-massa tal-egżost mal-punti 7.2.3 u 7.2.9 għandha tkun ivverifikata mhux aktar minn sena qabel it-test reali.
7.2.3. Akkuratezza
L-akkuratezza, definita bħala d-devjazzjoni tal-qari tal-EFM mill-valur tal-fluss ta' referenza, ma għandhiex taqbeż ± 2 fil-mija tal-qari, 0,5 % tal-iskala sħiħa jew ± 1.0 fil-mija tal-fluss massimu li miegħu l-EFM ikun ġie kkalibrat, skont liema minnhom ikun l-akbar.
7.2.4. Preċiżjoni
Il-preċiżjoni, definita bħala 2,5 darbiet id-devjazzjoni standard ta' għaxar (10) reazzjonijiet ripetittivi għal fluss nominali speċifiku, bejn wieħed u ieħor f'nofs il-medda tal-kalibrazzjoni, ma għandhiex tkun akbar minn ± 1 fil-mija tal-fluss massimu li miegħu l-EFM ikun ġie kkalibrat.
7.2.5. Storbju
L-istorbju, iddefinit bħala l-medja kwadratika ta' għaxar devjazzjonijiet standard multiplikata bi tnejn, kull waħda kkalkulata mir-reazzjonijiet ta' valur ta' żero mkejla f'frekwenza kostanti ta' reġistrazzjoni ta' mill-inqas 1,0 Hz matul perjodu ta' 30 sekonda, ma għandux jaqbeż 2 % tal-valur massimu tal-fluss ikkalibrat. Bejn kull wieħed mill-għaxar (10) perjodi ta' kejl irid jitħalla intervall ta' 30 sekonda li fihom l-EFM jiġi espost għall-fluss massiku kkalibrat.
7.2.6. Deriva ta' reazzjoni ta' żero
Reazzjoni żero hija ddefinita bħala r-reazzjoni medja għall-fluss ta' żero fuq intervall ta' ħin ta' mill-inqas 30 sekonda. Id-deriva ta' reazzjoni żero tista' tiġi vverifikata abbażi tas-sinjali primarji rrappurtati, pereżempju, il-pressjoni. Id-deriva tas-sinjali primarji matul perjodu ta' erba' (4) sigħat għandha tkun inqas minn ± 2 fil-mija tal-valur massimu tas-sinjal primarju rreġistrat fil-fluss li miegħu l-EFM ġie kkalibrat.
7.2.7. Deriva ta' reazzjoni ta' regolar
Ir-reazzjoni ta' regolar hija ddefinita bħala r-reazzjoni medja għall-fluss ta' regolar matul intervall ta' ħin ta' mill-inqas 30 sekonda. Id-deriva ta' reazzjoni ta' regolar tista' tiġi vverifikata abbażi tas-sinjali primarji rrappurtati, pereżempju, il-pressjoni. Id-deriva tas-sinjali primarji matul perjodu ta' erba' (4) sigħat għandha tkun inqas minn ± 2 fil-mija tal-valur massimu tas-sinjal primarju rreġistrat fil-fluss li miegħu l-EFM ġie kkalibrat.
7.2.8. Ħin ta' reazzjoni inizjali
Il-ħin ta' reazzjoni inizjali tal-istrumenti u l-metodi tal-fluss tal-egżost għandhom jikkorrispondu kemm jista' jkun mal-ħin ta' reazzjoni inizjali tal-analizzaturi tal-gass kif speċifikat fil-punt 4.2.7, iżda m'għandux jaqbeż (1) sekonda.
7.2.9. Verifika tal-ħin ta' reazzjoni
Il-ħin ta' reazzjoni tal-miters tal-fluss tal-massa tal-egżost għandu jiġi ddeterminat billi jiġu applikati parametri simili għal dawk applikati għall-emissjonijiet tat-test (jiġifieri pressjoni, rati ta' fluss, settings ta' filtru u influwenzi oħra tal-ħin ta' reazzjoni). Id-determinazzjoni tal-ħin ta' reazzjoni għandha ssir bil-bdil dirett tal-gassijiet fil-bokka tal-miter tal-fluss tal-massa tal-egżost. Il-bdil tal-fluss ta' gass għandu jseħħ malajr kemm jista' jkun, iżda huwa rrakkomandat ħafna li jseħħ f'inqas minn 0,1 sekondi. Ir-rata tal-fluss ta' gass użata għat-test għandha twassal għal bidla ta' konċentrazzjoni ta' mill-inqas 60 fil-mija tal-iskala sħiħa tal-miter tal-fluss tal-massa tal-egżost. Il-fluss tal-gass għandu jiġi rreġistrat. Il-ħin ta' dewmien huwa ddefinit bħala l-ħin mill-bdil tal-fluss tal-gass (t0) sakemm ir-reazzjoni tkun 10 fil-mija tal-qari finali (t10). Il-ħin ta' reazzjoni inizjali huwa ddefinit bħala l-ħin bejn l-għaxra (10) fil-mija u d-disgħin (90) fil-mija ta' reazzjoni tal-qari finali (t 90 – t 10). Il-ħin ta' reazzjoni (t90) huwa ddefinit bħala s-somma tal-ħin tad-dewmien u l-ħin ta' reazzjoni inizjali. Il-ħin ta' reazzjoni tal-miter tal-fluss tal-massa tal-egżost (t90 ) għandu jkun ta' ≤ tliet (3) sekondi b'ħin ta' reazzjoni inizjali (t 90 – t 10) ta' ≤ 1 sekonda skont il-punt 7.2.8.
8. SENSURI U APPARAT AWŻILJARJU
Kwalunkwe sensur u apparat awżiljarju li jintuża biex jiddetermina, pereżempju, it-temperatura, il-pressjoni atmosferika, l-umdità ambjentali, il-veloċità tal-vettura, il-fluss tal-arja li tidħol jew il-fluss tal-fjuwil m'għandux ibiddel jew jaffettwa b'mod mhux dovut il-prestazzjoni tal-magna tal-vettura u s-sistema ta' trattament ta' wara tal-egżost. L-akkuratezza tas-sensuri u l-apparat awżiljarju għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-Tabella 4. Il-konformità mar-rekwiżiti tat-Tabella 4 għandha tintwera f'intervalli speċifikati mill-manifattur tal-istrument, kif mitlub mill-proċeduri ta' verifika interni jew skont ISO 9000.
Tabella 4
Rekwiżiti ta' akkuratezza għall-parametri tal-kejl
Parametru tal-kejl |
Akkuratezza |
Fluss tal-fjuwil (1) |
± 1 % tal-qari (3) |
Fluss tal-arja (1) |
± 2 % tal-qari |
Veloċità tal-vettura fuq l-art (2) |
± 1,0 km/h assolut |
Temperaturi ≤ 600 K |
± 2K assolut |
Temperaturi > 600 K |
± 0,4 % tal-qari f'Kelvin |
Pressjoni ambjentali |
± 0,2 kPa assolut |
Umdità relattiva |
± 5 % assolut |
Umdità assoluta |
± 10 % tal-qari jew 1 gH2O/kg ta' arja xotta, skont liema minnhom ikun l-ikbar |
(1) mhux obbligatorju biex jiġi ddeterminat il-fluss tal-massa tal-egżost (2) ►M11 Dan ir-rekwiżit ġenerali japplika għas-sensur tal-veloċità biss; jekk tintuża l-veloċità tal-vettura biex jiġu ddeterminati parametri bħall-aċċellerazzjoni, il-prodott tal-veloċità u l-aċċellerazzjoni pożittiva, jew l-RPA, is-sinjal tal-veloċità għandu jkollu eżattezza ta' 0,1 % 'il fuq minn 3 km/h u frekwenza ta' kampjonatura ta' 1 Hz. Dan ir-rekwiżit ta' eżattezza jista' jiġi sodisfatt bl-użu tas-sinjal ta' sensur tal-veloċità rotativa ta' rota. ◄ (3) L-akkuratezza għandha tkun ta' 0.02 fil-mija tal-qari biex tiġi kkalkulata r-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost u tal-arja mill-fluss tal-fjuwil skont il-punt 10 ta' Appendiċi 4. |
Appendiċi 3
Validazzjoni tal-PEMS u r-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost mhux traċċabbli
1. INTRODUZZJONI
Din l-appendiċi tiddeskrivi r-rekwiżiti għall-validazzjoni b'kundizzjonijiet tranżitorji tal-funzjonalità tal-PEMS installat kif ukoll tal-korrettezza tar-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost miksuba minn miters tal-fluss tal-massa tal-egżost mhux traċċabbli jew ikkalkulata minn sinjali tal-ECU.
2. SIMBOLI
% |
— |
fil-mija |
#/km |
— |
numru kull kilometru |
a 0 |
— |
interċetta y tal-linja ta' rigressjoni |
a 1 |
— |
inklinazzjoni grafika tal-linja ta' rigressjoni |
g/km |
— |
grammi kull kilometru |
Hz |
— |
hertz |
km |
— |
kilometru |
m |
— |
metru |
mg/km |
— |
milligrammi kull kilometru |
r2 |
— |
koeffiċjent ta' determinazzjoni |
x |
— |
valur reali tas-sinjal ta' referenza |
y |
— |
valur proprju tas-sinjal li qed jiġi vvalidat |
3. PROĊEDURA TA' VALIDAZZJONI GĦAL PEMS
3.1. Frekwenza ta' validazzjoni tal-PEMS
Huwa rrakkomandat li l-PEMS installat jiġi vvalidat darba għal kull kombinazzjoni ta' PEMS-vettura jew qabel it-test, jew, alternattivament, wara t-tlestija ta' test fuq it-triq. L-installazzjoni tal-PEMS għandha tinżamm l-istess fil-perjodu ta' żmien bejn it-test fuq it-triq u l-validazzjoni.
3.2. Proċedura ta' validazzjoni tal-PEMS
3.2.1. Installazzjoni tal-PEMS
Il-PEMS għandu jiġi installat u ppreparat skont ir-rekwiżiti tal-Appendiċi 1. Wara t-tlestija tat-test ta' validazzjoni sakemm jibda' t-test fit-triq l-installazzjoni tal-PEMS ma għandhiex tinbidel.
3.2.2. Kundizzjonijiet tat-test
It-test ta' validazzjoni għandu jitwettaq fuq xażi dinamometriku, sa fejn applikabbli, skont il-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip bit-tħaris tar-rekwiżiti tal-Anness 4a tar-Regolament NU/KEE Nru 83, is-serje 07 tal-emendi jew kwalunkwe metodu ta' kejl adegwat ieħor. Huwa rrakkomandat li t-test ta' validazzjoni jitwettaq biċ-Ċiklu tat-Test Dinji Armonizzat għall-Vetturi Ħfief (WLTC) kif speċifikat fl-Anness 1 tar-Regolament Tekniku Globali NU/KEE Nru 15. It-temperatura ambjentali għandha tkun fi ħdan il-medda speċifikata fil-punt 5.2 ta' dan l-Anness.
Huwa rrakkomandat li l-fluss tal-egżost estratt mill-PEMS matul it-test ta' validazzjoni jintefa' lura fis-CVS. Jekk dan mhux fattibbli, ir-riżultati tas-CVS għandhom jiġu rettifikati għall-massa ta' egżost estratta. Jekk ir-rata tal-massa tal-egżost tiġi vvalidata b'miter tal-fluss tal-massa tal-egżost, huwa rrakkomandat li l-kejl tar-rata tal-fluss tal-massa jiġi kontroverifikat mad-dejta miksuba minn sensur jew mill-ECU.
3.2.3. Analiżi tad-dejta
L-emissjonijiet totali speċifiċi għad-distanza [g/km] imkejla b'tagħmir tal-laboratorju għandhom jiġu kkalkulati skont l-Anness 4a tar-Regolament NU/KEE Nru 83, is-serje 07 tal-emendi. L-emissjonijiet kif imkejla bil-PEMS għandhom jiġu kkalkulati skont il-punt 9 tal-Appendiċi 4, magħduda biex jinkiseb it-total tal-massa ta' emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu [g] u mbagħad diviżi bid-distanza tat-test [km] kif miksuba minn fuq ix-xażi dinamometriku. Il-massa totali ta' sustanzi li jniġġsu speċifiċi għad-distanza [g/km], kif iddeterminat mill-PEMS u s-sistema tal-laboratorju ta' referenza, għandha tiġi mqabbla u evalwata skont ir-rekwiżiti speċifikati fil-punt 3.3. Għall-validazzjoni tal-kejl tal-emissjonijiet tal-NOX, il-korrezzjoni tal-umdità għandha tiġi applikata skont il-punt 6.6.5 tal-Anness 4a tar-Regolament NU/KEE Nru 83, is-serje 07 tal-emendi.
3.3. Tolleranzi permissibbli għall-validazzjoni tal-PEMS
Ir-riżultati tal-validazzjoni tal-PEMS għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti mogħtija fit-Tabella 1. Jekk xi tolleranza permissibbli ma tintlaħaqx, għandha tittieħed azzjoni korrettiva u l-validazzjoni tal-PEMS għandha tiġi ripetuta.
Tabella 1
Tolleranzi permissibbli
Parametru [Unità] |
Tolleranza permissibbli |
Distanza [km] (1) |
± 250 m tal-laboratorju ta' referenza |
THC (2) [mg/km] |
± 15 mg/km jew 15 % tal-laboratorju ta' referenza, skont liema minnhom tkun l-ikbar |
CH4 (2) [mg/km] |
± 15 mg/km jew 15 % tal-laboratorju ta' referenza, skont liema minnhom tkun l-ikbar |
NMHC (2) [mg/km] |
± 20 mg/km jew 20 % tal-laboratorju ta' referenza, skont liema minnhom tkun l-ikbar |
PN (2) [#/km] |
|
CO (2) [mg/km] |
± 150 mg/km jew 15 % tal-laboratorju ta' referenza, skont liema minnhom tkun l-ikbar |
CO2 [g/km] |
± 10 g/km jew 10 % tal-laboratorju ta' referenza, skont liema minnhom tkun l-ikbar |
NOx (2) [mg/km] |
± 15 mg/km jew 15 % tal-laboratorju ta' referenza, skont liema minnhom tkun l-ikbar |
(1) applikabbli biss jekk il-veloċità tal-vettura hija ddeterminata mill-ECU; biex tintlaħaq it-tolleranza permissibbli huwa permess li jiġu aġġustati l-kejlijiet tal-veloċità tal-vettura abbażi tal-eżitu tat-test ta' validazzjoni (2) il-parametru huwa obbligatorju biss jekk il-kejl ikun meħtieġ skont it-Taqsima 2.1 tal-Anness IIIA. (3) għad irid jiġi determinat |
4. PROĊEDURA TA' VALIDAZZJONI GĦAR-RATA TAL-FLUSS TAL-MASSA TAL-EGŻOST DETERMINATA MINN STRUMENTI U SENSURI MHUX TRAĊĊABBLI
4.1. Frekwenza ta' validazzjoni
Minbarra li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta' linearità tal-punt 3 tal-Appendiċi 2 taħt kundizzjonijiet ta' stat stabbli, il-linearità tal-miters tal-fluss tal-massa tal-egżost mhux traċċabbli jew ir-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost ikkalkulata minn sensuri mhux traċċabbli jew sinjali ECU għandhom jiġu vvalidati taħt kundizzjonijiet tranżitorji għal kull vettura tat-test gir-rigward ta' miter tal-kejl tal-fluss tal-massa tal-egżost ikkalibrat jew is-CVS. Il-proċedura tal-validazzjoni tat-test tista' sseħħ mingħajr l-installazzjoni tal-PEMS iżda għandha ġeneralment isegwi r-rekwiżiti definiti fl-Anness 4a tar-Regolament NU/KEE Nru 83, is-serje 07 tal-emendi u r-rekwiżiti rilevanti għall-miters tal-fluss tal-massa tal-egżost definiti fl-Appendiċi 1.
4.2. Proċedura ta' validazzjoni
It-test tal-validazzjoni għandu jitwettaq fuq xażi dinamometriku sa fejn applikabbli, skont il-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip bit-tħaris tar-rekwiżiti tal-Anness 4a tar-Regolament NU/KEE Nru 83, is-serje 07 tal-emendi. Iċ-ċiklu tat-test għandu jkun iċ-Ċiklu tat-Test Dinji Armonizzat għall-Vetturi Ħfief (WLTC) kif speċifikat fl-Anness 1 tar-Regolament Tekniku Globali NU/KEE Nru 15. Bħala referenza, għandu jintuża miter tal-fluss traċċabbli kkalibrat. It-temperatura ambjentali tista' tkun kwalunkwe waħda fi ħdan il-medda speċifikata fil-punt 5.2 ta' dan l-Anness. L-installazzjoni tal-miter tal-fluss tal-massa tal-egżost u t-twettiq tat-test għandhom jissodisfaw ir-rekwiżit tal-punt 3.4.3 tal-Appendiċi 1 ta' dan l-Anness.
Biex tiġi vvalidata l-linearità, wieħed irid iwettaq il-fażijiet ta' kalkolu li ġejjin:
(a) Is-sinjal oġġett ta' validazzjoni u s-sinjal ta' referenza għandhom jiġu rettifikati, sa fejn applikabbli, skont ir-rekwiżiti tal-punt 3 ta' Appendiċi 4.
(b) Punti taħt l-10 % tal-valur tal-fluss massimu għandhom jiġu esklużi mill-analiżi ulterjuri.
(c) F'frekwenza kostanti ta' mill-inqas 1,0 Hz, is-sinjal oġġett ta' validazzjoni u s-sinjal ta' referenza għandhom ikunu kkorrelati bl-użu tal-ekwazzjoni li toqgħod l-aħjar li għandha din il-forma:
y = a 1 x + a 0
fejn:
y |
huwa l-valur proprju tas-sinjal li qed jiġi vvalidat |
a 1 |
huwa l-inklinazzjoni grafika tal-linja ta' rigressjoni |
x |
huwa l-valur attwali tas-sinjal ta' referenza |
a 0 |
hija l-interċetta y tal-linja ta' rigressjoni |
L-errur standard tal-istima (SEE) ta' y fuq x u l-koeffiċjent ta' determinazzjoni (r2) għandhom jiġu kkalkulati għal kull parametru u sistema ta' kejl.
(d) Il-parametri ta' rigressjoni lineari għandhom jilħqu r-rekwiżiti speċifikati fit-Tabella 2.
4.3. Rekwiżiti
Ir-rekwiżiti ta' linearità li jidhru fit-Tabella 2 għandhom jiġu sodisfatti: Jekk xi tolleranza permissibbli ma tintlaħaqx, għandha tittieħed azzjoni korrettiva u l-validazzjoni tiġi ripetuta.
Tabella 2
Rekwiżiti ta' linearità tal-fluss tal-massa tal-egżost kkalkulati u mkejla
Sistema/parametru tal-kejl |
a0 |
inklinazzjoni grafika a1 |
Errur standard SEE |
Koeffiċjent ta' determinazzjoni r2 |
Fluss tal-massa tal-egżost |
0,0 ± 3,0 kg/h |
1,00 ± 0,075 |
≤ 10 % mass |
≥ 0,90 |
Appendiċi 4
Determinazzjoni tal-emissjonijiet
1. INTRODUZZJONI
Din l-appendiċi tiddeskrivi l-proċedura biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet ta' massa istantanja u n-numru ta' partiċelli [g/s; #/s] li għandhom jintużaw għall-evalwazzjoni ta' wara ta'vjaġġ b'test u l-kalkolu tar-riżultat aħħari kif deskritt fl-Appendiċi 5 u 6.
2. SIMBOLI
% |
— |
fil-mija |
< |
— |
inqas minn |
#/s |
— |
numru kull sekonda |
α |
— |
proporzjon ta' idroġenu molari (H/C) |
β |
— |
proporzjon ta' karbonju molari (C/C) |
γ |
— |
proporzjon ta' kubrit molari (S/C) |
δ |
— |
proporzjon ta' nitroġenu molari (N/C) |
Δtt,i |
— |
ħin ta' trasformazzjoni t tal-analizzatur [s] |
Δtt,m |
— |
ħin ta' trasformazzjoni t tal-miter tal-fluss tal-massa tal-egżost [s] |
ε |
— |
proporzjon ta' ossiġnu molari (O/C) |
r e |
— |
densità tal-egżost |
r gas |
— |
densità tal-“gass” komponent tal-egżost |
l |
— |
proporzjon ta' arja żejda |
l i |
— |
proporzjon istantanju ta' arja żejda |
A/F st |
— |
proporzjon arja/fjuwil stojkjometriku [kg/kg] |
°C |
— |
gradi ċentigradi |
c CH4 |
— |
konċentrazzjoni ta' metan |
c CO |
— |
konċentrazzjoni CO fix-xott [%] |
c CO2 |
— |
konċentrazzjoni CO2 fix-xott [%] |
c dry |
— |
konċentrazzjoni ta' sustanza li tniġġes f'ppm jew volum % fix-xott |
c gas,i |
— |
konċentrazzjoni istantanja tal-“gass” komponent tal-egżost [ppm] |
c HCw |
— |
konċentrazzjoni HC fl-umdu (ppm) |
c HC(w/NMC) |
— |
konċentrazzjoni HC b'CH4 jew C2H6 li jgħaddu mill-NMC [ppmC1] |
c HC(w/oNMC) |
— |
konċentrazzjoni HC b'CH4 jew C2H6 li ma jgħaddux mill-NMC [ppmC1] |
c i,c |
— |
konċentrazzjoni ta' komponent i korretta għall-ħin [ppm] |
c i,r |
— |
konċentrazzjoni ta' komponent i [ppm] fl-egżost |
c NMHC |
— |
konċentrazzjoni ta' idrokarburi mhux metani |
c wet |
— |
konċentrazzjoni ta' sustanza li tniġġes f'ppm jew volum % fl-umdu |
E E |
— |
effiċjenza tal-etan |
E M |
— |
effiċjenza tal-metan |
g |
— |
gramma |
g/s |
— |
gramma kull sekonda |
H a |
— |
umdità tal-arja tal-bokka, [g ilma għal kull kg ta' arja xotta] |
i |
— |
numru tal-kejl |
kg |
— |
kilogramm |
kg/h |
— |
kilogramm fis-siegħa |
kg/s |
— |
kilogramma kull sekonda |
k w |
— |
fatturi ta' korrezzjoni xott-umdu |
m |
— |
miter |
m gas,i |
— |
massa tal-“gass” komponent tal-egżost [g/s] |
qm aw,i |
— |
rata tal-fluss istantanja tal-massa tal-arja tal-bokka [kg/s] |
q m,c |
— |
rata tal-fluss tal-massa tal-egżost korretta għall-ħin [kg/s] |
qm ew,i |
— |
rata tal-fluss istantanja tal-massa tal-egżost [kg/s] |
qm f,i |
— |
rata tal-fluss istantanja tal-massa tal-fjuwil [kg/s] |
q m,r |
— |
rata tal-fluss mhux ipproċessata tal-massa tal-egżost [kg/s] |
r |
— |
koeffiċjent ta' korrelazzjoni |
r2 |
— |
koeffiċjent ta' determinazzjoni |
rh |
— |
fattur ta' reazzjoni tal-idrokarbur |
rpm |
— |
rotazzjonijiet kull minuta |
s |
— |
sekonda |
ugas |
— |
valur u tal-“gass” komponent tal-egżost |
3. KORREZZJONI TA' PARAMETRI GĦALL-ĦIN
Għal kalkolu korrett tal-emissjonijiet speċifiċi għad-distanza, it-traċċi reġistrati tal-konċentrazzjonijiet tal-komponenti, ir-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost, il-veloċità tal-vettura, u dejta oħra tal-vettura għandhom jiġu korretti għall-ħin. Biex tiġi ffaċilitata il-korrezzjoni għall-ħin, id-dejta li hija soġġetta għal allinjament tal-ħin għandha tiġi rreġistrata jew f'tagħmir ta' reġistrazzjoni tad-dejta uniku jew b'kronogramma sinkronizzata skont il-punt 5.1 tal-Appendiċi 1. Il-korrezzjoni għall-ħin u l-allinjament tal-parametri għandhom jitwettqu skont is-sekwenza deskritta fil-punti 3.1 sa 3.3.
3.1. Korrezzjoni għall-ħin ta' konċentrazzjonijiet ta' komponenti
It-traċċi tal-konċentrazzjonijiet tal-komponenti kollha rreġistrati għandhom jiġu korretti għall-ħin bi treġġija lura skont il-ħinijiet ta' trasformazzjoni tal-analizzaturi rispettivi. Il-ħin ta' trasformazzjoni tal-analizzaturi għandu jiġi ddeterminat skont il-punt 4.4 tal-Appendiċi 2:
c i,c (t – Δt t,i )=c i,r (t)
fejn:
c i,c |
hija l-konċentrazzjoni korretta għall-ħin tal-komponent i bħala funzjoni ta' ħin t |
c i,r |
hija l-konċentrazzjoni mhux ipproċessata tal-komponent i bħala funzjoni ta' ħin t |
Δtt,i |
huwa l-ħin ta' trasformazzjoni t tal-analizzatur li jkejjel il-komponent i |
3.2. Korrezzjoni għall-ħin tar-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost
Ir-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost imkejla b'miter tal-fluss tal-egżost għandha tiġi korretta għall-ħin bi treġġigħ lura skont il-ħin ta' trasformazzjoni tal-miter tal-fluss tal-massa tal-egżost. Il-ħin ta' trasformazzjoni tal-miter tal-fluss tal-massa għandu jiġi ddeterminat skont il-punt 4.4.9 tal-Appendiċi 2:
q m,c (t – Δt t,m ) = qm ,r (t)
fejn:
q m,c |
hija r-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost korretta għall-ħin bħala funzjoni ta' ħin t |
q m,r |
hija r-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost mhux ipproċessata bħala funzjoni ta' ħin t |
Δtt,m |
huwa l-ħin ta' trasformazzjoni t tal-miter tal-fluss tal-massa tal-egżost |
F'każ li r-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost tiġi ddeterminata minn dejta tal-ECU jew sensur, ħin ta' trasformazzjoni addizzjonali għandu jiġi kkunsidrat u miksub permezz ta' korrelazzjoni bejn ir-rata ta' fluss tal-massa tal-egżost ikkalkulata u r-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost imkejla skont il-punt 4 tal-Appendiċi 3.
3.3. Allinjament għall-ħin tad-dejta tal-vettura
Dejta oħra miksuba minn sensur jew l-ECU għandha tkun allinjata għall-ħin permezz ta' korrelazzjoni ma' dejta xierqa dwar l-emissjonijiet (pereżempju, il-konċentrazzjonijiet ta' komponent).
3.3.1. Veloċità tal-vettura minn sorsi differenti
Biex il-veloċità tal-vettura tiġi allinjata għall-ħin mar-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost, l-ewwel nett huwa meħtieġ li tiġi stabbilita traċċa waħda ta' veloċità valida. F'każ li l-veloċità tal-vettura tinkiseb minn sorsi multipli (eż, il-GPS, sensur jew l-ECU), il-valuri tal-veloċità għandhom ikunu allinjati għall-ħin permezz ta' korrelazzjoni.
3.3.2. Veloċità tal-vettura mar-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost
Il-veloċità tal-vettura għandha tiġi allinjata għall-ħin mar-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost permezz ta' korrelazzjoni bejn ir-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost u l-prodott tal-veloċità tal-vettura u l-aċċellerazzjoni pożittiva.
3.3.3. Sinjali ulterjuri
L-allinjament għall-ħin ta' sinjali li l-valuri tagħhom jinbidlu bil-mod u f'limitu ta' valur żgħir fl-iskala, e.g. temperatura ambjentali, jista' jitħalla barra.
4. STARTJAR TA' MAGNA KIESĦA
Il-perjodu tal-istartjar ta' magna kiesħa jkopri l-ewwel 5 minuti wara l-istartjar tal-magna tal-kombustjoni. Jekk it-temperatura tal-likwidu li jkessaħ tista' tiġi ddeterminata b'mod affidabbli, il-perjodu tal-istartjar ta' magna kiesħa jintemm ladarba l-fluwidu berried tal-magna ikun laħaq temperatura ta' 343 K (70 °C) għall-ewwel darba, iżda mhux aktar tard minn 5 minuti wara li tkun ġiet startjata l-magna inizjalment. L-emissjonijiet minn startjar ta' magna kiesħa għandhom jiġu rreġistrati.
5. KEJL TAL-EMISSJONIJIET WAQT WAQFIEN TAL-MAGNA
Kull kejl tal-fluss tal-egżost jew emissjonijiet istantanji miksuba waqt li l-magna tal-kombustjoni tkun diżattivata għandu jiġi rreġistrat. F'fażi għaliha, il-valuri rreġistrati għandhom imbagħad jiġu ssettjati fuq zero bil-post ipproċessar tad-dejta. Il-magna tal-kombustjoni għandha titqies bħala diżattivata jekk tnejn minn dawn il-kriterji li ġejjin japplikaw: il-veloċità rreġistrata tal-magna hija < 50 rpm; ir-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost tinsab li hija < 3 kg/h; ir-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost imkejla taqa' għal < 15 % tar-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost fi stat stabbli bil-magna mhux ingranata.
6. VERIFIKA TAL-KONSISTENZA TAL-ALTITUDNI TAL-VETTURA
F'każ li hemm dubji raġunati sew li vjaġġ ikun sar 'il fuq mill-altitudni permissibbli kif speċifikat fil-punt 5.2 tal-Anness IIIa u fil-każ l-altitudni tkun ġiet mkejla biss b'GPS, id-dejta tal-altitudini tal-GPS għandha tiġi verifikata għall-konsistenza u, jekk ikun meħtieġ, tiġi korretta. Il-konsistenza tad-dejta għandha tiġi vverifikata billi titqabbel id-dejta tal-latitudni, tal-lonġitudni u tal-altitudni miksuba mill-GPS mal-altitudni indikata minn mudell diġitali tat-terren jew mappa topografika ta' skala xierqa. Il-kejl li jiddevja b'aktar minn 40 m mill-altitudni murija fil-mappa topografika għandu jiġi kkorrett manwalment u mmarkat.
7. VERIFIKA TAL-KONSISTENZA TAL-VELOĊITÀ TAL-VETTURA SKONT IL-GPS
Il-veloċità tal-vettura kif iddeterminata mill-GPS għandha tiġi vverifikata għall-konsistenza billi tiġi kkalkulata u mqabbla d-distanza totali tal-vjaġġ mal-kejl ta' referenza miksub jew minn sensur, mill-ECU vvalidat jew, alternattivament, minn netwerk diġitali tat-triq jew mappa topografika. Huwa obbligatorju li d-dejta tal-GPS tiġi korretta għal żbalji ovvji, pereżempju, bl-applikazzjoni ta' sensur ta' navigazzjoni stimata qabel il-verifika tal-konsistenza. Il-fajl tad-dejta oriġinali u li ma jkunx ġie korrett għandu jinżamm u kull dejta li tkun ġiet korretta għandha tiġi mmarkata. Id-dejta rettifikata ma għandhiex taqbeż perjodu ta' żmien mhux interrott ta' 120 s jew total ta' 300 s. Id-distanza totali tal-vjaġġ kif ikkalkulata mid-dejta tal-GPS rettifikata għandha tiddevja b'mhux iktar minn 4 % mir-referenza. Jekk id-dejta tal-GPS ma tissodisfawx dawn ir-rekwiżiti u l-ebda sors affidabbli ieħor tal-veloċità huwa disponibbli, ir-riżultati tat-test għandhom jiġu annullati.
8. KORREZZJONI TA' EMISSJONIJIET
8.1. Korrezzjoni xott-umdu
Jekk l-emissjonijiet jitkejlu fuq bażi xotta, il-konċentrazzjoni mkejla għandha tiġi konvertita għal bażi umda:
c wet= k w· c dry
fejn:
c wet |
hija l-konċentrazzjoni umda ta' sustanza li tniġġes f'ppm jew volum % |
c dry |
hija l-konċentrazzjoni ta' sustanza li tniġġes f'ppm jew volum % fix-xott |
k w |
huwa l-fattur ta' korrezzjoni xott-umdu |
Għandha tintuża l-ekwazzjoni li ġejja għall-kalkolu ta' k w:
fejn:
fejn:
H a |
huwa l-umdità tal-arja li tidħol, [g ilma għal kull kg ta' arja xotta] |
c CO2 |
hija l-konċentrazzjoni CO2 fix-xott [%] |
c CO |
hija l-konċentrazzjoni CO fix-xott [%] |
α |
huwa l-proporzjon ta' idroġenu molari |
8.2. Korrezzjoni tal-NOX għall-umdità u t-temperatura ambjentali
L-emissjonijiet tal-NOX ma għandhomx jiġu rettifikati għat-temperatura u l-umdità ambjentali.
9. DETERMINAZZJONI TAL-KOMPONENTI GASSUŻI TAL-EGŻOST ISTANTANJI
9.1. Introduzzjoni
Il-komponenti fil-gass tal-egżost mhux ipproċessat għandhom jitkejlu bl-analizzaturi ta' kejl u ta' teħid ta' kampjuni deskritti fl-Appendiċi 2. Il-konċentrazzjonijiet ta' komponenti rilevanti mhux ipproċessati għandhom jitkejlu skont l-Appendiċi 1. Id-dejta għandha tiġi korretta għall-ħin u allinjata f'konformità mal-punt 3.
9.2. Kalkolu ta' konċentrazzjonijiet ta' NMHC u CH4
Għall-kejl tal-metan bl-NMC-FID, il-kalkolu tan-NMHC jiddependi fuq il-gass tal-kalibrazzjoni/metodu użat għal aġġustament tal-kalibrazzjoni taż-żero/tar-regolar. Meta FID jintuża għall-kejl tat-THC mingħajr l-NMC, huwa għandu jiġi kkalibrat bil-propan/arja jew propan/N2 bil-mod normali. Għall-kalibrazzjoni tal-FID f'serje b'NMC, huma permessi l-metodi li ġejjin:
(a) il-gass ta' kalibrazzjoni li jikkonsisti f'propan/arja ma jgħaddix mill-NMC;
(b) il-gass ta' kalibrazzjoni li jikkonsisti f'metan/arja jgħaddi mill-NMC.
Huwa rrakkomandat b'mod qawwi li l-FID sensibbli għall-metan jiġi kkalibrat bil-metan/arja mill-NMC.
Fil-metodu (a), il-konċentrazzjoni ta' NMHC u CH4 għandha tiġi kkalkulata kif ġej:
Fil-każ (b), il-konċentrazzjoni ta' NMHC u CH4 għandha tiġi kkalkulata kif ġej:
fejn:
c HC(w/oNMC) |
hija l-konċentrazzjoni ta' HC bis-CH4 jew is-C2H6 li ma jgħaddux mill-NMC [ppmC1] |
c HC(w/NMC) |
hija l-konċentrazzjoni ta' HC bis-CH4 jew is-C2H6 li jgħaddi mill-NMC [ppmC1] |
r h |
huwa l-fattur tar-reazzjoni tal-idrokarbur kif determinat fil-punt 4.3.3.(b) tal-Appendiċi 2 |
E M |
hija l-effiċjenza tal-metan kif ddeterminata fil-punt 4.3.4. (a) tal-Appendiċi 2 |
E E |
hija l-effiċjenza tal-etan kif ddeterminata fil-punt 4.3.4.(b) tal-Appendiċi 2 |
Jekk l-FID sensibbli għall-metan jiġi kkalibrat permezz tal-eliminatur (il-metodu B), l-effiċjenza tal-konverżjoni tal-metan kif ddeterminata fil-punt 4.3.4.(a) tal-Appendiċi 2 hija żero. Id-densità użata għal kalkoli tal-massa tal-NMHC għandha tkun ugwali għal dik tal-idrokarburi totali f'273.15 K u 101.325 kPa u tiddependi mill-fjuwils.
10. DETERMINAZZJONI TAL-FLUSS TAL-MASSA TAL-EGŻOST
10.1. Introduzzjoni
Il-kalkolu tal-emissjonijiet istantanji tal-massa skont il-punti 11 u 12 jeħtieġ li tiġi ddeterminata r-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost. Ir-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost għandha tiġi ddeterminata permezz ta' wieħed mill-metodi ta' kejl dirett speċifikati fil-punt 7.2 tal-Appendiċi 2. Alternattivament, huwa permissibbli li tiġi kkalkulata r-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost kif deskritt fil-punti 10.2 sa 10.4.
10.2. Metodu ta' kalkolu bl-użu tar-rata tal-fluss tal-massa tal-arja u r-rata tal-fluss tal-massa tal-fjuwil
Ir-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost istantanju tista' tiġi kkalkulata mir-rata tal-fluss tal-massa tal-arja u r-rata tal-fluss tal-massa tal-fjuwil kif ġej:
q mew,i = q maw,i + q mf,i
fejn:
qm ew,i |
hija r-rata tal-fluss istantanja tal-massa tal-egżost [kg/s] |
qm aw,i |
hija r-rata tal-fluss istantanja tal-massa tal-arja li tidħol [kg/s] |
qm f,i |
hija r-rata tal-fluss istantanja tal-massa tal-fjuwil [kg/s] |
Jekk ir-rata tal-fluss tal-massa tal-arja u r-rata tal-fluss tal-massa tal-fjuwil jew ir-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost jiġu ddeterminati minn reġistrazzjoni tal-ECU, ir-rata tal-fluss istantanja tal-massa tal-egżost ikkalkulata għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta' linearità speċifikati għar-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost fil-punt 3 tal-Appendiċi 2 u r-rekwiżiti ta' validazzjoni speċifikati fil-punt 4.3 tal-Appendiċi 3.
10.3. Metodu ta' kalkolu bl-użu tal-fluss tal-massa tal-arja u tal-proporzjon tal-arja u l-fjuwil
Ir-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost istantanja tista' tiġi kkalkulata mir-rata tal-fluss tal-massa tal-arja u l-proporzjon tal-arja u l-fjuwil kif ġej:
fejn:
fejn:
qm aw,i |
hija r-rata tal-fluss istantanja tal-massa tal-arja li tidħol [kg/s] |
A/F st |
huwa l-proporzjon arja/fjuwil stojkjometriku [kg/kg] |
l i |
huwa l-proporzjon istantanju tal-arja żejda |
c CO2 |
hija l-konċentrazzjoni CO2 fix-xott [%] |
c CO |
hija l-konċentrazzjoni ta' CO fix-xott [ppm] |
c HCw |
hija l-konċentrazzjoni ta' HC fl-umdu [ppm] |
α |
huwa l-proporzjon molari tal-idroġenu (H/C) |
β |
huwa l-proporzjon molari tal-karbonju (C/C) |
γ |
huwa l-proporzjon molari tal-kubrit (S/C) |
δ |
huwa l-proporzjon molari tan-nitroġenu (N/C) |
ε |
huwa l-proporzjon molari tal-ossiġnu (O/C) |
Il-koeffiċjenti jirreferu għal fjuwil Cβ Hα Oε Nδ Sγ b' β = 1 għall-fjuwils abbażi tal-karbonju. Il-konċentrazzjoni tal-emissjonijiet HC hija tipikament baxxa u tista' titħalla barra meta jiġi kkalkulat li.
Jekk ir-rata tal-fluss tal-massa tal-arja u l-proporzjon tal-arja u l-fjuwil jiġu ddeterminati minn reġistrazzjoni tal-ECU, ir-rata tal-fluss istantanja tal-massa tal-egżost ikkalkulata għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta' linearità speċifikati għar-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost fil-punt 3 tal-Appendiċi 2 u r-rekwiżiti ta' validazzjoni speċifikati fil-punt 4.3 tal-Appendiċi 3.
10.4. Metodu ta' kalkolu bl-użu tal-fluss tal-massa tal-fjuwil u l-proporzjon tal-arja u l-fjuwil
Ir-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost istantanja tista' tiġi kkalkulata mill-fluss tal-fjuwil u l-proporzjon ta' arja u l-fjuwil (ikkalkulat b'A/Fst u l i skont il-punt 10.3) kif ġej:
q mew,i = q mf,i × (1 + A/F st × λ i)
Ir-rata tal-fluss innstantanja tal-massa tal-egżost ikkalkulata għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta' linearità speċifikati għar-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost fil-punt 3 tal-Appendiċi 2 u r-rekwiżiti ta' validazzjoni speċifikati fil-punt 4.3 tal-Appendiċi 3.
11. KALKOLU TAL-EMISSJONIJIET TAL-MASSA ISTANTANJI
L-emissjonijiet tal-massa istantanji [g/s] għandhom jiġu ddeterminati billi tiġi mmultiplikata l-konċentrazzjoni istantanja tas-sustanza li tniġġes kkonċernata [ppm] bir-rata tal-fluss tal-massa istantanja tal-egżost [kg/s], it-tnejn li huma korretti u allinjati għall-ħin ta' trasformazzjoni, u l-valur rispettiv u tat-Tabella 1. Jekk titkejjel fuq bażi xotta, il-korrezzjoni xott/niedi skont il-paragrafu 8.1. għandha tiġi applikata għall-konċentrazzjonijiet istantanji tal-komponenti qabel ma jsir xi kalkolu ieħor. Jekk applikabbli, il-valuri tal-emissjonijiet istantanji negattivi għandhom ikunu parti mill-evalwazzjonijiet ta' dejta kollha sussegwenti. Iċ-ċifri sinifikanti kollha ta' riżultati intermedji għandhom ikunu parti mill-kalkolu tal-emissjonijiet istantanji. Għandha tiġi applikata l-ekwazzjoni li ġejja:
m gas,i = u gas · c gas,i · q mew,i
fejn:
m gas,i |
hija l-massa tal-“gass” komponent tal-egżost [g/s] |
u gas |
huwa l-proporzjon tad-densità tal-komponent tal-“gass” fl-egżost u d-densità ġenerali tal-egżost kif elenkat fit-Tabella 1 |
c gas,i |
hija l-konċentrazzjoni mkejla tal-komponent tal-“gass” f fl-egżost [ppm] |
qm ew,i |
hija r-rata tal-fluss istantanja tal-massa tal-egżost imkejla [kg/s] |
gass |
huwa l-komponent rispettiv |
i |
numru tal-kejl |
Tabella 1
Valuri tal-gass tal-egżost mhux ipproċessat u li juru l-proporzjon bejn id-densitajiet tal-komponent tal-egżost jew is-sustanza li tniġġes i [kg/m3] u d-densità tal-gass tal-egżost [kg/m3] (6)
Fjuwil |
ρ e [kg/m3] |
Komponent jew sustanza li tniġġes i |
|||||
NOx |
CO |
HC |
CO2 |
O2 |
CH4 |
||
ρ gas [kg/m3] |
|||||||
2,053 |
1,250 |
1,9636 |
1,4277 |
0,716 |
|||
Diżil (B7) |
1,2943 |
0,001586 |
0,000966 |
0,00482 |
0,001517 |
0,001103 |
0,000553 |
Etanol (ED95) |
1,2768 |
0,001609 |
0,000980 |
0,000780 |
0,001539 |
0,001119 |
0,000561 |
CNG (3) |
1,2661 |
0,001621 |
0,000987 |
0,000528 (4) |
0,001551 |
0,001128 |
0,000565 |
Propan |
1,2805 |
0,001603 |
0,000976 |
0,000512 |
0,001533 |
0,001115 |
0,000559 |
Butan |
1,2832 |
0,001600 |
0,000974 |
0,000505 |
0,001530 |
0,001113 |
0,000558 |
LPG (5) |
1,2811 |
0,001602 |
0,000976 |
0,000510 |
0,001533 |
0,001115 |
0,000559 |
Petrol (E10) |
1,2931 |
0,001587 |
0,000966 |
0,000499 |
0,001518 |
0,001104 |
0,000553 |
Etanol (E85) |
1,2797 |
0,001604 |
0,000977 |
0,000730 |
0,001534 |
0,001116 |
0,000559 |
(1) skont il-fjuwil (2) f'l 2, arja xotta, 273 K, 101.3 kPa (3) valuri u eżatti fi ħdan 0,2 fil-mija għall-kompożizzjoni tal-massa ta': C = 66-76 %; H = 22 – 25 %; N = 0 – 12 % (4) NMHC fuq il-bażi ta' CH2.93 (għal THC għandu jintuża l-koeffiċjent u gas ta' CH4) (5) u eżatt fi ħdan 0,2 fil-mija għall-kompożizzjoni tal-massa ta': C3 = 70 – 90 %; C4 = 10 – 30 % (6) ugas huwa parametru mingħajr unità; il-valuri ugas jinkludu unitajiet ta' konverżjonijiet biex jiġi żgurat li l-emissjonijiet istantanji jinkisbu fl-unità fiżika speċifikata, jiġifieri, g/s |
12. KALKOLU TAL-EMISSJONIJIET TAN-NUMRU TAL-PARTIKULI ISTANTANJI
Din it-taqsima se tiddefinixxi r-rekwiżiti futuri għall-analizzaturi għall-kejl tal-emissjonijiet tal-partikuli, ġaladarba l-kejl tagħhom isir obbligatorju.
13. RAPPURTAR U SKAMBJU TAD-DEJTA
Id-dejta għandha tiġi skambjata bejn is-sistemi ta' kejl u s-softwer tal-evalwazzjoni tad-dejta permezz ta' fajl ta' rappurtar standardizzat kif speċifikat fil-punt 2 tal-Appendiċi 8. Kull ipproċessar minn qabel ta' dejta (eż. korrezzjoni għall-ħin skont il-punt 3 jew il-korrezzjoni tas-sinjal tal-veloċità tal-vettura tal-GPS skont il-punt 7) għandu jsir bis-softwer ta' kontroll tas-sistemi ta' kejl u għandu jitlesta qabel jiġi ġġenerat il-fajl tar-rappurtar tad-dejta. Jekk id-dejta tiġi korretta jew ipproċessata qabel ma tidħol fil-fajl tar-rappurtar tad-dejta, id-dejta oriġinali mhux ipproċessata għandha tinżamm għall-assigurazzjoni tal-kwalità u l-kontroll. Tqarrib ta' valuri intermedji mhuwiex permess. Minflok, il-valuri intermedji għandhom ikunu parti mill-kalkolu tal-emissjonijiet istantanji [g/s; #/s] kif irrappurtati mill-analizzatur, mill-istrument tal-kejl tal-fluss, mis-sensur jew mill-ECU.
Appendiċi 5
Verifika tal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-vjaġġ bil-metodu 1 (Tieqa tal-Medja Mobbli)
1. INTRODUZZJONI
Il-Metodu tat-Tieqa tal-Medja Mobbli jipprovdi ħarsa fil-fond lejn l-emissjonijiet ta' sewqan reali (RDE) li jseħħu matul it-test fi skala speċifika. It-test huwa maqsum f'sottotaqsimijiet (twieqi) u t-trattament statistiku sussegwenti għandu l-għan li jidentifika liema twieqi huma xierqa biex issir stima tar-rendiment tal-RDE tal-vettura.
In-“normalità” tat-twieqi tiġi kkalkulata bit-tqabbil tal-emissjonijiet tas-CO2 tagħhom speċifiċi għad-distanza ( 53 ) ma' kurva ta' referenza. It-test huwa komplut meta t-test jinkludi għadd suffiċjenti ta' twieqi normali, b'żoni ta' veloċità differenti li jiġu koperti (urbani, rurali, awtostrada).
Stadju 1. |
Segmentazzjoni tad-dejta u esklużjoni ta' emissjonijiet ta' magni kiesħa |
Stadju 2. |
Kalkolu tal-emissjonijiet permezz ta' sottosettijiet jew “twieqi” (punt 3.1); |
Stadju 3. |
Identifikazzjoni tat-twieqi normali; (punt 4) |
Stadju 4. |
Verifika tal-kompletezza u n-normalità tat-test (punt 5); |
Stadju 5. |
Kalkolu tal-emissjonijiet bl-użu tat-twieqi normali (punt 6). |
2. SIMBOLI, PARAMETRI U UNITAJIET
L-indiċi (i) jirreferi għall-fażi tal-ħin
L-indiċi (j) jirreferi għat-tieqa
L-indiċi (k) jirreferi għall-kategorija (t=totali, u=urban, r=rurali, m=awtostrada) jew il-kurva karatteristika tas-CO2 (cc)
L-indiċi “gass” jirreferi għall-komponenti tal-gassijiet tal-egżost regolamentati (pereżempju NOx, CO, PN)
Δ |
— |
differenza |
≥ |
— |
iktar jew indaqs |
# |
— |
għadd |
% |
— |
fil-mija |
≤ |
— |
inqas jew indaqs |
a 1, b 1 |
— |
koeffiċjenti tal-kurva karatteristika tas-CO2 |
a 2, b 2 |
— |
koeffiċjenti tal-kurva karatteristika tas-CO2 |
dj |
— |
distanza koperta mit-tieqa j [km] |
fk |
— |
fatturi ta' ponderazzjoni għall-kwoti urbani, rurali u tal-awtostrada |
h |
— |
distanza tat-twieqi sal-kurva karatteristika tas-CO2 [%] |
hj |
— |
distanza tat-twieqa j sal-kurva karatteristika tas-CO2 [%] |
|
— |
indiċi ta' severità għall-kwoti urbani, rurali u tal-awtostrada u l-vjaġġ komplut |
k 11, k 12 |
— |
koeffiċjenti tal-funzjoni ta' ponderazzjoni |
k 21, k 21 |
— |
koeffiċjenti tal-funzjoni ta' ponderazzjoni |
M CO2,ref |
— |
referenza tal-massa ta' CO2 [g] |
Mgas |
— |
massa jew numru ta' partikuli tal-komponent tal-“gass” fl-egżost [g] jew [#] |
Mgas,j |
— |
massa jew għadd ta' partikuli tal-komponent tal-“gass” fl-egżost fit-tieqa j [g] jew [#] |
Mgas,d |
— |
emissjoni speċifika għad-distanza tal-komponent tal-“gass” fl-egżost [g/km] jew [#/km] |
Mgas,d,j |
— |
emissjoni speċifika għad-distanza tal-komponent tal-“gass” fl-egżost fit-tieqa j [g/km] jew [#/km] |
N k |
— |
għadd ta' twieqi għall-kwoti urbani, rurali u tal-awtostrada |
P 1, P 2, P 3 |
— |
punti ta' referenza |
t |
— |
ħin [s] |
t 1,j |
— |
l-ewwel sekonda tal-j tieqa tal-medja [s] |
t 2,j |
— |
l-aħħar sekonda tal-j tieqa tal-medja [s] |
ti |
— |
ħin totali fil-fażi i [s] |
t i,j |
— |
ħin totali fil-fażi i meqjusa t-tieqa j [s] |
tol 1 |
— |
tolleranza primarja għall-kurva karatteristika tas-CO2 tal-vettura [%] |
tol 2 |
— |
tolleranza sekondarja għall-kurva karatteristika tas-CO2 tal-vettura [%] |
tt |
— |
il-ħin li jieħu test [s] |
v |
— |
veloċità tal-vettura [km/h] |
|
— |
veloċità medja tat-twieqi [km/h] |
vi |
— |
veloċità proprja tal-vettura fil-fażi ta' ħin i [km/h] |
|
— |
veloċità medja tal-vettura fit-tieqa j [km/h] |
|
— |
veloċità medja tal-fażi tal-Veloċità Baxxa taċ-ċiklu WLTP |
|
— |
veloċità medja tal-fażi tal-Veloċità Għolja taċ-ċiklu WLTP |
|
— |
veloċità medja tal-fażi tal-Veloċità Ekstra Għolja taċ-ċiklu WLTP |
w |
— |
fattur ta' ponderazzjoni għat-twieqi |
wj |
— |
fattur ta' ponderazzjoni tat-tieqa j |
3. TWIEQI TAL-MEDJA MOBBLI
3.1. Definizzjoni ta' twieqi tal-medja
L-emissjonijiet istantanji kkalkulati skont l-Appendiċi 4 għandhom jiġu integrati bl-użu tal-metodu tat-tieqa tal-medja mobbli, abbażi tal-massa ta' referenża tas-CO2. Il-prinċipju tal-kalkolu huwa kif ġej: L-emissjonijiet ta' massa ma jiġux kkalkulati għas-sett kollu tad-dejta, iżda għas-sottosettijiet tas-sett kollu tad-dejta, u t-tul ta' dawn is-sottosettijiet jiġi ddeterminat sabiex jaqbel mal-massa ta' CO2 emessa mill-vettura tul iċ-ċiklu ta' referenza tal-laboratorju. Il-kalkoli tal-medja mobbli jseħħu b'żieda fil-ħin li tikkorrispondi għall-frekwenza tat-teħid ta' kampjuni tad-dejta. Dawn is-sottosettijiet użati biex issir il-medja tad-dejta tal-emissjonijiet jissejjħu “twieqi tal-medja”. Il-kalkolu deskritt fil-punt preżenti jista' jseħħ mill-aħħar punt (lura) jew mill-ewwel punt ('l quddiem).
Id-dejta li ġejja ma għandhiex titqies għall-kalkolu tal-massa ta' CO2, l-emissjonijiet u d-distanza tat-twieqi tal-medja:
— Il-verifika minn żmien għal żmien tal-istrumenti u/jew wara l-verifiki tad-deriva żero;
— L-emissjonijiet tal-istartjar bil-magna kiesħa, kif definit fil-punt 4.4 tal-Appendiċi 4;
— Il-veloċità tal-vettura mal-art < 1 km/h;
— Kull taqsima tat-test li matulha l-magna tal-kombustjoni tintefa';
L-emissjonijiet tal-massa (jew l-għadd ta' partikuli) M gas,j għandhom jiġu ddeterminati bl-integrazzjoni tal-emissjonijiet istantanji f' g/s (jew #/s għall-PN) ikkalkulati kif speċifikat fl-Appendiċi 4.
Figura 1
Veloċità tal-vettura kontra l-ħin — Medji tal-emissjonijiet tal-vettura kontra l-ħin, mill-ewwel tieqa tal-medja
Figura 2
Definizzjoni ta' twieqi tal-medja abbażi tal-massa ta' CO2
Il-ħin (t2,j – t1,j ) li tieħu l-j tieqa tal-medja huwa ddeterminat minn:
Fejn:
hija l-massa ta' CO2 imkejla bejn il-bidu tat-test u l-ħin (ti,j), [g];
hija n-nofs tal-massa ta' CO2 [g] emessa mill-vettura tul iċ-ċiklu tad-WLTP (Test tat-Tip I, inkluż startjar bil-magna kiesħa);
t 2,j għandu jintgħażel bħal:
Fejn Δt huwa l-perjodu ta' teħid ta' kampjuni tad-dejta.
Il-mases ta' CO2 jiġu kkalkulati fit-twieqi bl-integrazzjoni tal-emissjonijiet istantanji kkalkulati kif speċifikat fl-Appendiċi 4 ta' dan l-Anness.
3.2. Kalkolu tal-emissjonijiet tat-twieqi u tal-medji
Dan li ġej għandu jiġi kkalkulat għal kull tieqa ddeterminata skont il-punt 3.1.,
— L-emissjonijiet speċifiċi għad-distanza Mgas,d,j għas-sustanzi li jniġġsu kollha speċifikati f'dan l-anness;
— L-emissjonijiet ta' CO2 speċifiċi għad-distanza MCO2,d,j ;
— Il-veloċità medja tal-vettura
4. EVALWAZZJONI TAT-TWIEQI
4.1. Introduzzjoni
Il-kundizzjonijiet dinamiċi ta' referenza tal-vettura tat-test jiġu stabbiliti mill-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura fil-konfront tal-veloċità medja mkejla waqt l-approvazzjoni tat-tip u msemmija “kurva karatteristika tas-CO2 tal-vettura”.
Biex jinkisbu l-emissjonijiet ta' CO2 speċifiċi għad-distanza, il-vettura għandha tiġi ttestjata bl-użu tal-valuri tat-tagħbija fuq it-triq stipulati fir-Regolament Tekniku Globali Nu. 15 tal-UNEKE — Proċedura armonizzata għall-Ittestjar Dinji għall-Vetturi Ħfief (ECE/TRANS/180/Add.15).
4.2. Punti ta' referenza tal-kurva karatteristika tas-CO2
Il-punti ta' referenza P 1, P 2 u P 3 meħtieġa biex tiġi ddefinita l-kurva għandhom jiġu stabbiliti kif ġej:
4.2.1. Punt P1
(veloċità medja tal-fażi tal-Veloċità Baxxa taċ-ċiklu WLTP)
= Emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura tul il-fażi tal-Veloċità Baxxa taċ-ċiklu WLTP × 1,2 [g/km]
4.2.2. Punt P2
4.2.3. |
(veloċità medja tal-fażi tal-Veloċità Għolja taċ-ċiklu WLTP) = Emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura tul il-fażi tal-Veloċità Għolja taċ-ċiklu WLTP × 1,1 [g/km] |
4.2.4. |
Punt P3 |
4.2.5. |
(veloċità medja tal-fażi tal-Veloċità Ekstra Għolja taċ-ċiklu WLTP) = Emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura tul il-fażi tal-Veloċità Għolja taċ-ċiklu WLTP × 1,05 [g/km] |
4.3. Definizzjoni tal-kurva karatteristika tas-CO2
Bl-użu tal-punti ta' referenza ddefiniti fil-punt 4.2, l-emissjonijiet tal-kurva karatteristika tas-CO2 jiġu kkalkulati bħala funzjoni tal-veloċità medja bl-użu ta' żewġ taqsimiet lineari (P 1, P 2) u (P 2, P 3). It-taqsima (P 2, P 3) hija limitata għal 145 km/h fuq il-fus tal-veloċità tal-vettura. Il-kurva karatteristika hija ddefinita b'ekwazzjonijiet kif ġej:
Għat-taqsima (P 1, P 2):
with
and
Għat-taqsima (P 2, P 3):
Figura 3
with
and
Kurva karatteristika tas-CO2 tal-vettura
4.4. Twieqi urbani, rurali u tal-awtostrada
4.4.1. |
It-twieqi urbani huma kkaratterizzati minn veloċitajiet medji tal-vettura mal-art inqas minn 45 km/h, |
4.4.2. |
It-twieqi rurali huma kkaratterizzati minn veloċitajiet medji tal-vettura mal-art ta' iktar minn jew ugwali għal 45 km/h u inqas minn 80 km/h, |
4.4.3. |
It-twieqi tal-awtostrada huma kkaratterizzati minn veloċitajiet medji tal-vettura mal-art ta' iktar minn jew ugwali għal 80 km/h u inqas minn 145 km/h |
Figura 4
Kurva karatteristika tas-CO2 tal-vettura: definizzjonijiet ta' sewqan urban, rurali u tal-awtostrada
5. VERIFIKA TAL-KOMPLETEZZA U N-NORMALITÀ TAL-VJAĠĠ
5.1. Tolleranzi madwar il-kurva karatteristika tas-CO2 tal-vettura
It-tolleranza primarja u t-tolleranza sekondarja tal-kurva karatteristika tas-CO2 tal-vettura huma tol 1= 25 % u tol2 = 50 % rispettivament.
5.2. Verifika tal-kompletezza tat-test
It-test huwa komplut meta jkun fih talinqas 15 % tat-twieqi urbani, rurali u tal-awtostrada, mill-għadd totali ta' twieqi.
5.3. Verifika tan-normalità tat-test
It-test huwa normali meta tal-inqas 50 % tat-twieqi urbani, rurali u tal-awtostrada jinsabu ġewwa t-tolleranza primarja ddefinita għall-kurva karatteristika.
Jekk ir-rekwiżit minimu speċifikat ta' 50 % ma jintlaħaqx, it-tolleranza pożittiva ta' fuq tol 1 tista' tiżdied b'1 % kull darba sa kemm tintlaħaq il-mira ta' 50 % ta' twieqi normali. Meta jintuża dan il-mekkaniżmu, tol1 ma għandha qatt taqbeż it-30 %.
6. KALKOLU TAL-EMISSJONIJIET
6.1. Kalkolu tal-emissjonijiet ponderati speċifiċi għad-distanza
L-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkulati bħala medja ponderata tal-emissjonijiet tat-twieqi speċifiċi għad-distanza b'mod separat għall-kategoriji urbani, rurali u tal-awtostrada u l-vjaġġ komplut.
Il-fattur ponderat w j għal kull tieqa għandu jiġi ddeterminat kif ġej:
Jekk
Mela w j = 1
Jekk
Mela wj = k11hj + k12
Bi k11 = 1/(tol1 – tol2)
u k12: tol2/(tol2-tol1)
Jekk
Mela wj = k21hj + K22
bi k21 = 1/(tol2 – tol1)
u k22 = k21 = tol2/(tol2– tol1)
Jekk
Jew
Mela w j = 0
Fejn:
Figura 5
Funzjoni ta' ponderazzjoni tat-tieqa tal-medja
6.2. Kalkolu tal-indiċijiet ta' severità
L-indiċijiet ta' severità għandhom jiġu kkalkulati b'mod separat għall-kategoriji urbani, rurali u tal-awtostrada.
u l-vjaġġ komplut:
Fejn fu, fr fm huma ugwali għal 0,34, 0,33 u 0,33 rispettivament.
6.3. Kalkolu tal-emissjonijiet għall-vjaġġ totali
Bl-użu tal-emissjonijiet ponderati speċifiċi għad-distanza kkalkulati fil-punt 6.1, l-emissjonijiet speċifiċi għad-distanza f'[mg/km] għandhom jiġu kkalkukati għall-vjaġġ kollu, u kull sustanza gassuża li tniġġes fil-mod li ġej:
U għall-għadd ta' partikuli:
Fejn fu, fr fm huma ugwali għal 0,34, 0,33 u 0,33 rispettivament.
7. EŻEMPJI NUMERIĊI
7.1. Kalkoli tat-tieqa tal-medja
Tabella 1
Konfigurazzjonijiet ewlenin tal-kalkoli
[g] |
610 |
Direzzjoni għall-kalkolu tat-tieqa tal-medja |
'Il quddiem |
Frekwenza ta' Akkwist [Hz] |
1 |
Il-Figura 6 turi kif jiġu ddefiniti t-twieqi tal-medja abbażi tad-dejta rreġistrata matul test imwettaq fuq it-triq bil-PEMS. Għal kwistjonijiet ta' ċarezza, l-ewwel 1 200 sekonda biss tal-vjaġġ jidhru minn hawn 'l quddiem.
Is-sekondi minn 0 sa 43 kif ukoll is-sekondi min 81 sa 86 jiġu esklużi minħabba tħaddim taħt veloċità tal-vettura ta' żero.
L-ewwel tieqa tal-medja li tidher tibqa b' t 1,1 = 0s u tispiċċa bis-sekonda t 2,1 = 524s (Tabella 3). Il-veloċità tal-vettura tat-tieqa tal-medja u l-mases ta' CO u NOx [g] integrati u emessi u li jikkorrispondu għad-dejta valida tul l-ewwel tieqa tal-medja huma elenkati fit-Tabella 4.
Figura 6
Emissjonijiet istantanji ta' CO2 rreġistrati matul test fuq ir-triq bil-PEMS, bħala funzjoni ta' ħin. L-oqfsa rettangolari juru t-tul ta' ħin tal-j tieqa. Is-sensiela ta' dejta “Validu=100 / Mhux validu=0” turi dejta sekonda b'sekonda li trid tiġi eskluża mill-analiżi
7.2. Evalwazzjoni tat-twieqi
Tabella 2
Konfigurazzjonijiet ta' kalkolu għall-kurva karatteristika tas-CO2
CO2 Veloċità Baxxa WLTC (P1) [g/km] |
154 |
CO2 Veloċità Għolja WLTC (P2) [g/km] |
96 |
CO2 Veloċità Ekstra Għolja WLTC (P3) [g/km] |
120 |
Punt ta' Referenza |
|
|
P 1 |
|
|
P 2 |
|
|
P 3 |
|
|
Id-definizzjoni tal-kurva karatteristika tas-CO2 hija kif ġej:
Għat-taqsima (P 1, P 2):
bi
u b1 = 154 – (– 1,543)x19,0 = 154 + 29,317 = 183,317
Għat-taqsima (P 2, P 3):
bi
u b2 = 96 — 0,672 × 56,6 = 96 — 38,035 = 57,965
Eżempji ta' kalkolu għall-fatturi ta' ponderazzjoni u l-kategorizzazzjoni tat-twieqi bħala urbani, rurali jew tal-awtostrada:
Għat-tieqa #45:
Għall-kurva karatteristika:
Verifika ta':
124,498 × (1 – 25/100) ≤ 122,62 ≤ 124,498 × (1 + 25/100)
93,373 ≤ 122,62 ≤ 155,622
Twassal għal: w 45= 1
Għat-tieqa #556:
Għall-kurva karatteristika:
Verifika ta':
105,982 × (1 – 50/100) ≤ 72,15 ≤ 105,982 × (1 + 25/100)
52,991 ≤ 72,15 ≤ 79,487
Twassal għal:
w 556 = k 21 h 556 + k 22 = 0,04 · (– 31,922) + 2 = 0,723
with k 21 = 1/(tol 2 – tol 1) = 1/(50 – 25) = 0,04
and k 22 = k 21 = tol 2/(tol 2 – tol 1) = 50/(50 – 25) = 2
Tabella 3
Dejta numerika tal-emissjonijiet
Tieqa [#] |
t 1,j [s] |
t 2,j – Δt [s] |
t 2,j [s] |
[g] |
[g] |
1 |
0 |
523 |
524 |
609,06 |
610,22 |
2 |
1 |
523 |
524 |
609,06 |
610,22 |
… |
… |
|
… |
… |
… |
43 |
42 |
523 |
524 |
609,06 |
610,22 |
44 |
43 |
523 |
524 |
609,06 |
610,22 |
45 |
44 |
523 |
524 |
609,06 |
610,22 |
46 |
45 |
524 |
525 |
609,68 |
610,86 |
47 |
46 |
524 |
525 |
609,17 |
610,34 |
… |
… |
|
… |
… |
… |
100 |
99 |
563 |
564 |
609,69 |
612,74 |
… |
… |
|
… |
… |
… |
200 |
199 |
686 |
687 |
608,44 |
610,01 |
… |
… |
|
… |
… |
… |
474 |
473 |
1 024 |
1 025 |
609,84 |
610,60 |
475 |
474 |
1 029 |
1 030 |
609,80 |
610,49 |
|
… |
|
… |
… |
… |
556 |
555 |
1 173 |
1 174 |
609,96 |
610,59 |
557 |
556 |
1 174 |
1 175 |
609,09 |
610,08 |
558 |
557 |
1 176 |
1 177 |
609,09 |
610,59 |
559 |
558 |
1 180 |
1 181 |
609,79 |
611,23 |
Tabella 4
Dejta numerika tat– tieqa
Tieqa [#] |
t1,j [s] |
t2,j [s] |
dj [km] |
[km/h] |
MCO2,j [g] |
MCO,j [g] |
MNOx,j [g] |
MCO2,d,j [g/km] |
MCO,d,j [g/km] |
MNOx,d,j [g/km] |
MCO2,d,cc( [g/km] |
Tieqa (U/R/M) |
hj [%] |
wj [%] |
1 |
0 |
524 |
4,98 |
38,12 |
610,22 |
2,25 |
3,51 |
122,61 |
0,45 |
0,71 |
124,51 |
URBANI |
– 1,53 |
1,00 |
2 |
1 |
524 |
4,98 |
38,12 |
610,22 |
2,25 |
3,51 |
122,61 |
0,45 |
0,71 |
124,51 |
URBANI |
– 1,53 |
1,00 |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
43 |
42 |
524 |
4,98 |
38,12 |
610,22 |
2,25 |
3,51 |
122,61 |
0,45 |
0,71 |
124,51 |
URBANI |
– 1,53 |
1,00 |
44 |
43 |
524 |
4,98 |
38,12 |
610,22 |
2,25 |
3,51 |
122,61 |
0,45 |
0,71 |
124,51 |
URBANI |
– 1,53 |
1,00 |
45 |
44 |
524 |
4,98 |
38,12 |
610,22 |
2,25 |
3,51 |
122,62 |
0,45 |
0,71 |
124,51 |
URBANI |
– 1,51 |
1,00 |
46 |
45 |
525 |
4,99 |
38,25 |
610,86 |
2,25 |
3,52 |
122,36 |
0,45 |
0,71 |
124,30 |
URBANI |
– 1,57 |
1,00 |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
100 |
99 |
564 |
5,25 |
41,23 |
612,74 |
2,00 |
3,68 |
116,77 |
0,38 |
0,70 |
119,70 |
URBAN |
– 2,45 |
1,00 |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
200 |
199 |
687 |
6,17 |
46,32 |
610,01 |
2,07 |
4,32 |
98,93 |
0,34 |
0,70 |
111,85 |
RURALI |
– 11,55 |
1,00 |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
474 |
473 |
1 025 |
7,82 |
52,00 |
610,60 |
2,05 |
4,82 |
78,11 |
0,26 |
0,62 |
103,10 |
RURALI |
– 24,24 |
1,00 |
475 |
474 |
1 030 |
7,87 |
51,98 |
610,49 |
2,06 |
4,82 |
77,57 |
0,26 |
0,61 |
103,13 |
RURALI |
– 24,79 |
1,00 |
|
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
556 |
555 |
1 174 |
8,46 |
50,12 |
610,59 |
2,23 |
4,98 |
72,15 |
0,26 |
0,59 |
105,99 |
RURALI |
– 31,93 |
0,72 |
557 |
556 |
1 175 |
8,46 |
50,12 |
610,08 |
2,23 |
4,98 |
72,10 |
0,26 |
0,59 |
106,00 |
RURALI |
– 31,98 |
0,72 |
558 |
557 |
1 177 |
8,46 |
50,07 |
610,59 |
2,23 |
4,98 |
72,13 |
0,26 |
0,59 |
106,08 |
RURALI |
– 32,00 |
0,72 |
559 |
558 |
1 181 |
8,48 |
49,93 |
611,23 |
2,23 |
5,00 |
72,06 |
0,26 |
0,59 |
106,28 |
RURALI |
– 32,20 |
0,71 |
7.3. Twieqi urbani, rurali u tal-awtostrada — Kompletezza tal-vjaġġ
F'dan l-eżempju numeriku, il-vjaġġ jikkonsisti minn 7 036 tieqa tal-medja. It-Tabella 5 telenka l-għadd ta' twieqi kklassifikati f'urbani, rurali u tal-awtostrada skont il-veloċità medja tal-vettura tagħhom u maqsumin f'reġjunijiet għal dik li hija d-distanza tagħhom sal-kurva karatteristika tas-CO2. Il-vjaġġ huwa komplut peress li fih talinqas 15 % tat-twieqi urbani, rurali u tal-awtostrada mill-għadd totali ta' twieqi. Barra minn hekk, il-vjaġġ huwa kkaratterizzat bħala normali peress li tal-inqas 50 % tat-twieqi urbani, rurali u tal-awtostrada jinsabu ġewwa t-tolleranza primarja ddefinita għall-kurva karatteristika.
Tabella 5
Verifika tal-kompletezza u n-normalità tal-vjaġġ
Kundizzjonijiet ta' sewqan |
Numri |
Perċentwali ta' twieqi |
It-twieqi Kollha |
||
Urbani |
1 909 |
1 909 /7 036 × 100 = 27,1 > 15 |
Rurali |
2 011 |
2 011 /7 036 × 100 = 28,6 > 15 |
Awtostrada |
3 116 |
3 116 /7 036 × 100 = 44,3 > 15 |
Totali |
1 909 + 2 011 + 3 116 = 7 036 |
|
Twieqi Normali |
||
Urbani |
1 514 |
1 514 /1 909 × 100 = 79,3 > 50 |
Rurali |
1 395 |
1 395 /2 011 × 100 = 69,4 > 50 |
Awtostrada |
2 708 |
2 708 /3 116 × 100 = 86,9 > 50 |
Totali |
1 514 + 1 395 + 2 708 = 5 617 |
|
Appendiċi 6
Verifika tal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-vjaġġ bil-metodu 2 (Power Binning)
1. INTRODUZZJONI
Dan l-Appendiċi jiddeskrivi l-evalwazzjoni tad-dejta skont il-metodu tal-power binning, li f'dan l-appendiċi tissejjaħ “evalwazzjoni permezz tan-normalizzazzjoni għal distribuzzjoni ta' frekwenza tal-potenza standardizzata (SPF)”
2. SIMBOLI, PARAMETRI U UNITAJIET
▼M11 —————
aref |
Aċċellerazzjoni ta' referenza għal Pdrive, [0,45 m/s2] |
DWLTC |
interċetta għall-Veline minn WLTC |
f0, f1, f2 |
Koeffiċjenti tar-reżistenza fis-sewqan |
i |
fażi ta' ħin għal kejlijiet istantanji, riżoluzzjoni minima ta' 1 Hz, |
j |
Klassi ta' potenza fir-roti, j=1 sa 9 |
kWLTC |
Inklinazzjoni grafika għall-Veline minn WLTC |
mgas, i |
Massa istantanja tal-komponent tal-“gass” fl-egżost fil-fażi ta' ħin i, [g/s] |
mgas, 3s, k |
medja mobbli ta' 3 sekondi tal-massa tal-fluss tal-komponent “gass” fl-egżost fil-fażi tal-ħin k, mogħtija f'riżoluzzjoni ta' 1 Hz [g/s] |
|
Il-valur medju tal-emissjonijiet ta' komponent fil-gass tal-egżost fil-klassi ta' potenza fir-roti j, g/s |
Mgas,d |
Emissjonijiet speċifiċi għad-distanza għall-komponent “gass” fl-egżost [g/km] |
|
Il-valur ipponderat tal-emissjoni ta' komponent tal-egżost tal-gass “gass” għas-subkampjun tas-sekondi kollha i b'vi < 60 km/h, g/s |
Mw,gas,d,U |
Emissjonijiet speċifiċi għad-distanza pponderati għall-komponent tal-egżost tal-gass “gass” għas-subkampjun tas-sekondi kollha i b'vi < 60 km/h, g/km |
|
Veloċità pponderata tal-vettura fil-klassi ta' potenza fir-roti j, km/h |
p |
fażi tal-WLTC (baxxa, medja, għolja u għolja ħafna), p=1-4 |
Pdrag |
Potenza tar-reżistenza tal-magna fl-approċċ tal-Veline meta l-injezzjoni tal-fjuwil tkun żero, [kW] |
Prated |
Potenza nominali massima tal-magna, kif dikjarata mill-manifattur, [kW] |
Prequired,i |
Potenza biex tingħeleb it-tagħbija mit-triq u l-inerzja tal-vettura f'fażi ta' ħin i, [kW] |
Pr,,i |
L-istess bħal Prequired,i definita hawn fuq, użata f'ekwazzjonijiet itwal |
Pwot(nnorm) |
Kurva ta' potenza b'tagħbija massima, [kW] |
Pc,j |
Limiti tal-klassi tal-potenza fir-roti għan-numru tal-klassi j, [kW] (Pc,j, lower bound tirrappreżenta l-limitu t'isfel u Pc,j, upper bound il-limitu ta' fuq) |
Pc,norm, j |
Limiti tal-klassi tal-potenza fir-roti għall-klassi j bħala valur ta' potenza normalizzat, [-] |
Pr, i |
Domanda ta' potenza fir-roti tal-vettura biex jingħelbu r-reżistenzi tas-sewqan fil-fażi ta' ħin i [kW] |
Pw,3s,k |
Medja mobbli ta' 3 sekondi tad-domanda ta' potenza fir-roti tal-vettura biex jingħelbu r-reżistenzi tas-sewqan fil-fażi ta' ħin k f'riżoluzzjoni ta' 1 Hz [kW] |
Pdrive |
Id-domanda ta' potenza fil-buttun tar-rota għal vettura b'veloċità ta' referenza u aċċellerazzjoni ta' referenza [kW] |
Pnorm |
Domanda normalizzata għall-potenza fil-buttun tar-rota [-] |
ti |
Ħin totali fil-fażi i [s] |
tc,j |
Sehem tal-ħin tal-klassi tal-potenza fir-roti j, [ %] |
ts |
Il-ħin tal-bidu ta' fażi p tad-WLTC, [s] |
te |
Il-ħin tat-tmiem ta' fażi p tad-WLTC, [s] |
TM |
Massa tat-test tal-vettura, [kg]; għandha tiġi speċifikata għal kull sezzjoni: il-piż reali f'test tal-PEMS, piż tal-klassi tal-inerzja NEDC jew mases WLTP (TML, TMH jew TMind) |
SPF |
Distribuzzjoni tal-Frekwenza tal-Potenza Standardizzata |
vi |
veloċità reali tal-vettura fil-fażi ta' ħin i [km/h] |
|
Veloċità medja tal-vettura fil-klassi ta' potenza fir-roti j, km/h |
vref |
Veloċità ta' referenza għal Pdrive, [70 km/h] |
v3s,k |
medja mobbli ta' 3 sekondi tal-veloċità tal-vettura f'fażi ta' ħin k, [km/h] |
3. EVALWAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET IMKEJLA BL-UŻU TA' DISTRIBUZZJONI TAL-FREKWENZA TAL-POTENZA FIR-ROTI STANDARDIZZATA
Il-metodu tal-power binning juża l-emissjonijiet istantanji tas-sustanzi li jniġġsu, mgas, i (g/s) ikkalkulati skont l-Appendiċi 4.
Il-valuri mgas, i għandhom jiġu kklassifikati skont il-potenza korrispondenti fir-roti u l-medja tal-emissjonijiet klassifikati għal kull klassi ta' enerġija għandha tiġi pponderata biex jinkisbu l-valuri tal-emissjonijiet għal test b'distribuzzjoni normali tal-enerġija skont il-punti li ġejjin.
3.1. Sorsi għall-potenza reali fir-roti
Il-potenza reali fir-roti Pr,i hija l-potenza totali biex jingħelbu r-reżistenza tal-arja, ir-reżistenza mit-triq, l-inklinazzjonijiet tat-triq, l-inerzja lonġitudinali tal-vettura u l-inerzja rotazzjonali tar-roti.
Meta jiġi mkejjel u rreġistrat, is-sinjal ta' potenza mir-rota, għandu juża sinjal tat-torque li jissodisfa r-rekwiżiti ta' linearità stabbiliti fil-punt 3.2 tal-Appendiċi 2.
Bħala alternattiva, il-potenza reali fir-roti tista' tiġi ddeterminata mill-emissjonijiet istantaji tas-CO2 skont il-proċedura stabbilita fil-punt 4 ta' dan l-Appendiċi.
3.2 Klassifikazzjoni tal-medji mobbli għas-sewqan urban, rurali u fuq l-awtostrada
Il-frekwenzi tal-potenza standard huma ddefiniti għas-sewqan urban u għall-vjaġġ totali (ara l-paragrafu 3.4) u evalwazzjoni separata tal-emissjonijiet għandha ssir għall-vjaġġ totali u għall-parti urbana. Il-medji mobbli ta' tliet sekondi, ikkalkulati skont il-paragrafu 3.3 għandhom għalhekk jiġu allokati aktar tard għal kundizzjonijiet ta' sewqan urban u ekstraurban skont is-sinjal tal-veloċità (vi) mis-sekonda reali i kif deskritt fit-Tabella 1-1.
Tabella 1-1
Meded ta' veloċità għall-allokazzjoni ta' dejta tat-test għal kundizzjonijiet urbani, rurali u tal-awtostrada fil-metodu tal-power binning
|
Urban |
Rurali |
Awtostrada |
vi [km/h] |
0 sa < 60 |
> 60 sa < 90 |
90 |
3.3. Kalkolu tal-medji mobbli tad-dejta istantanja tat-test
Il-medji mobbli ta' tliet sekondi għandhom jiġu kkalkulati mid-dejta kollha rilevanti istantanja tat-test sabiex jitnaqqsu l-influwenzi tal-imperfezzjonijiet li jistgħu jirriżultaw fl-allinjament tal-ħin bejn il-fluss tal-massa ta' emissjonijiet u l-potenza fir-roti. Il-valuri tal-medji mobbli għandhom jiġu kkalkulati fi frekwenza ta' 1 Hz:
Fejn
k |
fażi ta' ħin għal valuri ta' medji mobbli |
i |
fażi ta' ħin minn dejta istantanja tat-test |
3.4. Stabbiliment tal-klassijiet tal-potenza fir-roti għall-klassifikazzjoni tal-emissjonijiet
3.4.1. |
Il-klassijiet tal-potenza u l-ishma ta' ħinijiet korrispondenti tal-klassijiet tal-potenza f'sewqan normali għall-valuri ta' potenza normalizzata, huma ddefiniti bħala rappreżentattivi għal kwalunkwe LDV (Tabella 1-2).
Tabella 1-2 Frekwenzi tal-potenza normalizzata standardizzata għas-sewqan urban u għal medja ponderata għal vjaġġ totali li jikkonsisti f'distanza ta' 1/3 urbana, 1/3 triq, 1/3 awtostrada
Il-kolonni Pc,norm fit-Tabella 1-2 għandhom jiġu de-normalizzati permezz ta' moltiplikazzjoni b'Pdrive, fejn Pdrive hija l-potenza reali fir-roti tal-karozza ttestjata fil-konfigurazzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip fuq ix-xażì dinamometriku f' vref u aref. Pc,j [kW] = Pc,norm, j × Pdrive
Fejn: — j hija l-indiċi tal-klassi tal-potenza skont it-Tabella 1-2 — Il-koeffiċjenti tar-reżistenza mis-sewqan f0, f1, f2 għandhom jiġu kkalkulati b'analiżi tar-rigressjoni tal-least squares mid-definizzjoni li ġejja: — PCorrected/v = f0 + f1 × v + f2 × v2 — fejn (PCorrected/v) hija l-forza tat-tagħbija mit-triq meta l-veloċità tal-vettura tkun v għaċ-ċiklu tat-test NEDC definit fil-punt 5.1.1.2.8 tal-Appendiċi 7 tal-Anness 4a tar-Regolament tan-NUKEE 83 — serje ta' emendi 07. — TMNEDC hija l-klassi tal-inerzja tal-vettura fit-test għall-approvazzjoni tat-tip, [kg] |
3.4.2. |
Korrezzjoni tal-klassijiet tal-potenza fir-roti
Il-klassi ta' qawwa massima fir-roti li għandha titqies hija l-ogħla klassi fit-Tabella 1-2, li tinkludi (Prated × 0,9). L-ishma tal-ħin tal-klassijiet esklużi kollha għandhom jiġu miżjuda mal-ogħla klassi li jifdal. Għal kull Pc,norm,j, il-Pc,j korrispondenti għandu jiġi kkalkulat sabiex jiġu ddefiniti l-limiti ta' isfel u ta' fuq f'kW għal kull klassi ta' potenza fir-roti għall-vettura ttestjata kif muri fil-Grafika 1. Grafika 1 Stampa skematika għall-konverżjoni tal-frekwenza tal-potenza normalizzata standardizzata fi frekwenza ta' potenza speċifika għal vettura Eżempju għal din id-denormalizzazzjoni jidher hawn taħt. Eżempju għal dejta tal-input:
Riżultati korrispondenti: Pdrive = 70 [km/h]/3,6 × (79,19 + 0,73 [N/(km/h)] × 70 [km/h] + 0,03 [N/(km/h)2] × (70 [km/h])2 + 1 470 [kg] × 0,45 [m/s2]) × 0,001 Pdrive = 18,25 kW
Tabella 2 Il-valuri standard denormalizzati tal-frekwenzi tal-potenza mit-Tabella 1-2 (għall-Eżempju 1)
Tabella 3 Il-valuri standard denormalizzati tal-frekwenzi tal-potenza mit-Tabella 1-2 (għall-Eżempju 2)
|
3.5. Il-klassifikazzjoni tal-valuri medji mobbli
Kull valur medju mobbli kkalkulat skont il-punt 3.2 għandu jiġi kkategorizzat fil-klassi ta' potenza denormalizzata fir-roti li fiha toqgħod il-potenza fir-roti medja mobbli ta' 3 sekondi reali Pw,3s,k. Il-limiti tal-klassi tal-potenza denormalizzata fir-roti għandhom jiġu kkalkulati skont il-punt 3.3.
Il-klassifikazzjoni għandha ssir għal kull medja mobbli ta' tliet sekondi għad-dejta valida kollha tal-vjaġġ kif ukoll għall-partijiet kollha tal-vjaġġ urban. Barra minn hekk, il-medji mobbli kollha klassifikati bħala urbani skont il-limiti tal-veloċità stipulati fit-tabella 1-1 għandhom jiġu kklassifikati f'sett wieħed ta' klassijiet urbani ta' potenza indipendentement mil-ħin li fih tkun dehret il-medja mobbli matul il-vjaġġ.
Imbagħad, il-medja tal-valuri kollha tal-medji mobbli ta' tliet sekondi fi klassi waħda ta' potenza fir-roti, għandha tiġi kkalkulata għal kull parametru tal-klassi ta' potenza fir-roti. L-ekwazzjonijiet huma deskritti hawn taħt u għandhom jiġu applikati darba għas-sett ta' dejta urbana u darba għas-sett ta' dejta totali.
Il-klassifikazzjoni tal-valuri tal-medji mobbli ta' 3 sekondi fil-klassi ta' potenza j (j = 1 sa 9):
if
imbagħad: l-indiċi tal-klassi għall-emissjonijiet u l-veloċità = j
L-għadd ta' medji mobbli ta' 3 sekondi għandu jingħadd għal kull klassi ta' potenza:
if
imbagħad: countsj = n + 1 (countsj huwa l-għadd tal-valur ta' medji mobbli ta' 3 sekondi għall-emissjonijiet fi klassi ta' potenza biex aktar tard jiġu vverifikati d-domandi tal-kopertura minima)
3.6. Verifika tal-kopertura ta' klassi ta' potenza u tan-normalità tad-distribuzzjoni tal-potenza
Għal test validu, l-ishma tal-ħin għall-klassijiet uniċi tal-potenza fir-roti għandhom ikunu fil-meded elenkati fit-Tabella 4.
Tabella 4
Ishma minimi u massimi għal kull klassi ta' potenza għal test validu
|
Pc,norm,j [-] |
Total tal-vjaġġ |
Partijiet tal-vjaġġ urban |
|||
Numru tal-klassi ta' potenza |
Minn > |
sa ≤ |
limitu ta' isfel |
limitu ta' fuq |
limitu ta' isfel |
limitu ta' fuq |
Somma 1+2 (1) |
|
0,1 |
15 % |
60 % |
5 % (1) |
60 % |
3 |
0,1 |
1 |
35 % |
50 % |
28 % |
50 % |
4 |
1 |
1,9 |
7 % |
25 % |
0,7 % |
25 % |
5 |
1,9 |
2,8 |
1,0 % |
10 % |
>5 għaddiet |
5 % |
6 |
2,8 |
3,7 |
> 5 għaddiet |
2,5 % |
0 % |
2 % |
7 |
3,7 |
4,6 |
0 % |
1,0 % |
0 % |
1 % |
8 |
4,6 |
5,5 |
0 % |
0,5 % |
0 % |
0,5 % |
9 |
5,5 |
|
0 % |
0,25 % |
0 % |
0,25 % |
(1) Jirrappreżenta t-total tal-kundizzjonijiet ta' sewqan u ta' potenza baxxa. |
Minbarra r-rekwiżiti fit-Tabella 4, kopertura minima ta' 5 għaddiet hija mitluba għall-vjaġġ totali f'kull klassi ta' potenza fir-roti sal-klassi li fiha 90 % tal-potenza nominali sabiex jiġi pprovdut kampjun kbir biżżejjed.
Kopertura minima ta' 5 għaddiet hija meħtieġa għall-parti urbana tal-vjaġġ f'kull klassi tal-potenza fir-roti, sal-klassi Nru 5. Jekk l-għaddiet il-parti urbana tal-vjaġġ fi klassi ta' potenza fir-roti, ogħla min-numru 5 ikunu inqas minn 5, il-valur medju għall-emissjonijiet tal-klassi għandu jiġi stabbilit għal żero.
3.7. Ksib tal-medja tal-valuri mkejla għal klassi ta' potenza fir-roti
Il-medja kumplessiva tal-medji mobbli, imqassma f'kull klassi ta' potenza fir-roti, għandha tiġi kkalkulata kif ġej:
Fejn
j |
klassijiet 1 sa 9 tal-potenza fir-roti skont it-Tabella 1 |
|
valur medju tal-emissjonijiet ta' komponent tal-gass tal-egżost fi klassi ta' potenza fir-roti (valur separat għad-dejta totali tal-vjaġġ u għall-partijiet urbani tal-vjaġġ), [g/s] |
|
veloċità medja fi klassi ta' potenza fir-roti (valur separat għad-dejta totali tal-vjaġġ u għall-partijiet urbani tal-vjaġġ), [km/h] |
k |
fażi ta' ħin għal valuri ta' medji mobbli |
3.8. Ponderazzjoni tal-valuri medji skont il-klassi tal-potenza fir-roti
Il-valuri medji ta' kull klassi ta' potenza fir-roti għandhom jiġu moltiplikati mas-sehem ta' ħin, tC,j għal kull klassi skont it-Tabella 1-2 u magħduda flimkien biex jiġi kkalkulat il-valur medju ponderat għal kull parametru. Dan il-valur jirrappreżenta r-riżultat ponderat għal vjaġġ bil-frekwenzi ta' potenza standardizzati. Għandhom jiġu kkalkulati l-medji ponderati għall-parti urbana tad-dejta bl-użu tal-ishma tal-ħin għad-distribuzzjoni tal-potenza urbana kif ukoll għall-vjaġġ totali bl-użu tal-ishma tal-ħin għat-total.
L-ekwazzjonijiet huma deskritti hawn taħt u għandhom jiġu applikati darba għas-sett ta' dejta urbana u darba għas-sett ta' dejta totali.
3.9 Kalkolu ta' valur ponderat tal-emissjonijiet speċifiku għad-distanzi
Il-medji ponderati abbażi tal-ħin tal-emissjonijiet fit-test għandhom jiġu kkonvertiti f'emissjonijiet abbażi tad-distanza, darba għas-sett ta' dejta urbana u darba għas-sett ta' dejta totali, kif ġej:
Bl-użu ta' dawn il-formuli, il-medji pponderati għandhom jiġu kkalkulati għal dawn is-sustanzi niġġiesa għall-vjaġġ kollu u għall-parti urbana tal-vjaġġ:
Mw,NOx,d |
riżultat ponderat tat-test għan-NOx f'[mg/km] |
Mw,NOx,d,U |
riżultat ponderat tat-test għan-NOx f'[mg/km] |
Mw,CO,d |
riżultat ponderat tat-test għas-CO f'[mg/km] |
Mw,CO,d,U |
riżultat ponderat tat-test għas-CO f'[mg/km] |
4. VALUTAZZJONI TAL-POTENZA FIR-ROTI MILL-FLUSS ISTANTANJU TA' MASSA TA' CO2
Il-potenza fir-roti (Pw,i) tista' tiġi kkalkulata mill-massa ta' fluss ta' CO2 mkejla fi frekwenza ta' 1 Hz. Għal dan il-kalkolu, għandhom jintużaw linji ta' CO2 speċifiċi għall-vettura (“Veline”).
Il-Veline għandhom jiġu kkalkulati mit-test tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura fid-WLTC skont il-proċedura tat-test deskritta fir-Regolament Globali Tekniku Nru 15 tal-UNECE — Proċedura armonizzata għall-Ittestjar Dinji għall-Vetturi Ħfief (ECE/TRANS/180/Add.15).
Il-potenza medja fir-roti għal kull fażi tal-WLTC għandha tiġi kkalkulata f'1 Hz mill-veloċità misjuqa u mill-konfigurazzjonijiet tax-xażì dinamometriku. Il-valuri kollha tal-potenza fir-roti, aktar baxxi mill-potenza tar-reżistenza (drag power) għandhom jiġu ffissati għall-valur tal-potenza tar-reżistenza (drag power).
Fejn
f0, f1, f2 |
il-koeffiċjenti ta' tagħbija mit-triq użati fit-test tad-WLTP magħmul fuq il-vettura |
TM |
il-massa tat-test tal-vettura fit-test tad-WLTP magħmul fuq il-vettura f'[kg] |
P drag = – 0,04 × P rated
if Pw,i < Pdrag then Pw,i = Pdrag
Il-potenza medja għal kull fażi tad-WLTC hija kkalkulata mill-potenza fir-roti 1 Hz skont:
Fejn
p |
fażi tal-WLTC (baxxa, medja, għolja u għolja ħafna) |
ts |
Il-ħin tal-bidu ta' fażi p tad-WLTC, [s] |
te |
Il-ħin tat-tmiem ta' fażi p tad-WLTC, [s] |
Imbagħad rigressjoni lineari għandha ssir bi fluss ta' massa ta' CO2 mill-valuri tal-borża tad-WLTC fuq l-assi y u mill-potenza medja fir-roti Pw,p għal kull fażi fuq l-assi x kif muri fil-Figura 2.
L-ekwazzjoni tal-Veline li tirriżulta tiddefinixxi l-fluss ta' massa ta' CO2 bħala funzjoni tal-potenza fir-roti:
|
CO2 fi [g/h] |
Fejn
kWLTC |
inklinazzjoni grafika tal-Veline mid-WLTC [g/kWh] |
DWLTC |
interċetta tal-Veline mid-WLTC [g/h] |
Grafika 2
Stampa skematika għall-istabbiliment ta' Veline speċifika għal vettura mir-riżultati tat-test tas-CO2, fl-4 fażijiet tad-WLTC
Il-potenza reali fir-roti għandha tiġi kkalkulata mill-fluss tal-massa ta' CO2 imkejjel, skont:
Fejn
CO2 fi [g/h]
PW,j f' [kW]
L-ekwazzjoni t'hawn fuq tista' tintuża biex jiġi pprovdut PWi għall-klassifikazzjoni tal-emissjonijiet imkejla kif deskritt fil-punt 3 b'dawn il-kondizzjonijiet addizzjonali li ġejjin fil-kalkolu
jekk vi < 0,5 u jekk ai < 0 mela P w,i = 0 |
v f'[m/s] |
jekk CO2i < 0,5 X DWLTC mela P w,i = Pdrag |
v f'[m/s] |
Appendiċi 7
L-għażla tal-vetturi għal testijiet tal-PEMS waqt l-approvazzjoni tat-tip inizjali
1. INTRODUZZJONI
Minħabba l-karatteristiċi partikolari tagħhom, it-testijiet tal-PEMS m'għandhomx għalfejn isiru għal kull “tip ta' vettura rigward l-emissjonijiet u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura” kif definit fl-Artikolu 2(1) ta' dan ir-Regolament, imsejħa “vettura tat-tip tal-emissjonijiet”. Diversi tipi ta' vetturi fir-rigward tal-emissjonijiet jistgħu jinġabru flimkien mill-manifattur tal-vetturi biex jiffurmaw “familja tat-test tal-PEMS” skont ir-rekwiżiti tal-punt 3 li għandhom jiġu vvalidati skont ir-rekwiżiti tal-punt 4.
2. SIMBOLI, PARAMETRI U UNITAJIET
N |
— |
Għadd minimu ta' tipi ta' vetturi fir-rigward tal-emissjonijiet |
NT |
— |
Għadd minimu ta' tipi ta' vetturi fir-rigward tal-emissjonijiet |
PMRH |
— |
l-ogħla proporzjon ta' potenza għall-massa mill-vetturi kollha fil-familja tat-test tal-PEMS |
PMRL |
— |
l-iċken proporzjon ta' potenza għall-massa mill-vetturi kollha fil-familja tat-test tal-PEMS |
V_eng_max |
— |
l-ogħla volum tal-magna tal-vetturi kollha fil-familja tat-test tal-PEMS |
3. STRUTTURAR TAL-FAMILJA TAT-TEST TAL-PEMS
Familja tat-test tal-PEMS għandha tinkludi vetturi b'karatteristiċi simili fir-rigward tal-emissjonijiet. Fuq l-għażla tal-manifattur, tipi ta' vetturi fir-rigward tal-emissjonijiet jistgħu jiġu inklużi biss f'familja tat-test tal-PEMS jekk dawn huma identiċi fir-rigward tal-karatteristiċi fil-punti 3.1. u 3.2.
3.1. Kriterji amministrattivi
3.1.1. |
L-awtorità tal-approvazzjoni li toħroġ approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 |
3.1.2. |
Manifattur wieħed tal-vetturi. |
3.2. Kriterji tekniċi
3.2.1. |
Tip ta' propulsjoni (eż. ICE, HEV, PHEV) |
3.2.2. |
Tip(i) ta' fjuwil(s) (eż. petrol, diżil, LPG, NG...). Vetturi bifjuwil jew flexfjuwil jistgħu jiġu raggruppati ma' vetturi oħra, li jaħdmu b'wieħed mill-istess fjuwils tal-vetturi tat-test. |
3.2.3. |
Il-proċess tal-kombustjoni (eż. two stroke, four stroke) |
3.2.4. |
Għadd ta' ċilindri |
3.2.5. |
Il-konfigurazzjoni tal-blokka taċ-ċilindru (eż. f'linja waħda, V, radjali, orizzontalment opposta). |
3.2.6. |
Volum tal-magna Il-manifattur tal-vettura għandu jispeċifika valur v_eng_max (= Il-volum massimu tal-magna tal-vetturi kollha fl-familja tat-test tal-PEMS). Il-volumi tal-magni ta' vetturi fil-familja tat-test tal-PEMS m'għandhomx jiddevjaw aktar minn – 22 % minn V_eng_max jekk V_eng_max ≥ 1 500 ccm u – 32 % minn V_eng_max jekk V_eng_max < 1 500 ccm. |
3.2.7. |
Il-metodu tal-alimentazzjoni tal-magna (eż injezzjoni indiretta jew diretta jew kombinata) |
3.2.8. |
It-tip ta' sistema ta' tkessiħ (arja, ilma, żejt) |
3.2.9. |
Metodu ta' aspirazzjoni bħal aspirazzjoni naturali, b'karga tal-pressjoni, tip ta' karga tal-pressjoni (eż. alimentazzjoni esterna, turbo singolu jew multiplu, ġeometriji varjabbli...) |
3.2.10. |
Tipi u sekwenzi ta' komponenti ta' post-trattament tal-egżost (eż. konvertitur katalitiku tridirezzjonali, katalist tal-ossidazzjoni, filtru tan-NOx, SCR, katalist tan-NOx, filtru tal-partikoli). |
3.2.11. |
Riċirkolazzjoni tal-gass tal-egżost (bis-sistema jew mingħajrha, interna/esterna, imkessħa/mhux imkessħa, pressjoni baxxa/għolja) |
3.3. Estensjoni ta' familja tat-test tal-PEMS
Familja eżistenti tat-test tal-PEMS tista' tiġi estiża billi jiżdidulha tipi ġodda ta' vetturi fir-rigward tal-emissjonijiet. Familja estiża tat-test tal-PEMS u l-validazzjoni tagħhom għandhom ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punti 3 u 4. B'mod partikolari, dan jista' jirrikjedi ttestjar tal-PEMS fuq vetturi addizzjonali biex tiġi vvalidata l-familja estiża tat-test tal-PEMS skont il-punt 4.
3.4. Familja alternattiva tat-test tal-PEMS
Bħala alternattiva għad-dispożizzjonijiet tal-punti 3.1 sa 3.2 il-manifattur tal-vettura jista' jiddefinixxi familja tat-test tal-PEMS li tkun identika għal tip wieħed ta' vettura fir-rigward tal-emissjonijiet. Hawnhekk, ir-rekwiżit tal-punt 4.1.2 għall-validazzjoni tal-familja tat-test tal-PEMS tal-familja m'għandux japplika.
4. VALIDAZZJONI TA' FAMILJA TAT-TEST TAL-PEMS
4.1. Rekwiżiti ġenerali għall-validazzjoni tal-familja tat-test tal-PEMS
4.1.1. |
Il-manifattur tal-vettura jippreżenta vettura rappreżentattiva ta' familja tat-test tal-PEMS lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. Il-vettura għandha tkun suġġetta għal test tal-PEMS li jsir minn servizz tekniku biex tintwera l-konformità ta' vettura rappreżentattiva mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness. |
4.1.2. |
L-awtorità responsabbli għall-ħruġ tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tagħżel vetturi addizzjonali skont ir-rekwiżiti tal-punt 4.2 ta' dan l-Appendiċi għal Testijiet tal-PEMS magħmula minn servizz tekniku biex tintwera l-konformità ta' vetturi magħżula mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness. Il-kriterji tekniċi għall-għażla ta' vettura addizzjonali skont il-punt 4.2 ta' dan l-Appendiċi. għandhom jiġu rreġistrati mar-riżultati tat-test. |
4.1.3. |
Bi qbil mal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, test tal-PEMS jista' jiġi esegwit ukoll minn operatur differenti, bix-xhieda ta' servizz tekniku, sakemm mill-inqas it-testijiet tal-vetturi meħtieġa minn dan l-Appendiċi 4.2.2 u 4.2.6. u total ta' mill-anqas 50 % tat-testijiet tal-PEMS meħtieġa minn dan l-Appendiċi għall-validazzjoni tal-familja tat-test tal-PEMS jinsaqu minn servizz tekniku. F'każ bħal dan is-servizz tekniku jibqa' responsabbli għat-twettiq tajjeb tat-testijiet tal-PEMS kollha skont ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness. |
4.1.4. |
Ir-riżultati tat-test tal-PEMS ta' vettura speċifika jistgħu jintużaw għall-validazzjoni ta' familji differenti tat-test tal-PEMS skont ir-rekwiżiti ta' dan l-Appendiċi taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin: — il-vetturi inklużi fil-familji kollha tat-test tal-PEMS huma approvati minn awtorità waħda skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 u din l-awtorità taqbel mal-użu ta' testijiet tal-PEMS ta' vetturi speċifiċi għall-validazzjoni ta' familji differenti tat-test tal-PEMS; — kull familja tat-test tal-PEMS li għandha tiġi validata tinkludi tip ta' vettura fir-rigward tal-emissjonijiet, li tinkludi l-vettura speċifika; Għal kull validazzjoni, ir-responsabbiltajiet applikabbli jitqies li għandhom jiġġarbu mill-manifattur tal-vetturi fil-familja rispettiva, irrispettivament minn jekk dan il-manifattur kienx involut f'test tal-PEMS ta' dan it-tip speċifiku ta' vettura fir-rigward tal-emissjonijiet. |
4.2. L-għażla tal-vetturi għall-ittestjar tal-PEMS għall-validazzjoni ta' familja tat-test tal-PEMS
Permezz tal-għażla ta' vetturi minn familja tat-test tal-PEMS, għandu jiġi żgurat li dawn il-karatteristiċi tekniċi li ġejjin rilevanti għall-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu jkunu koperti minn test tal-PEMS. Vettura waħda magħżula għall-ittestjar tista' tkun rappreżentattiva għal karatteristiċi tekniċi differenti. Għall-validazzjoni ta familja tat-test tal-PEMS, il-vetturi għandhom jintagħżlu għall-ittestjar tal-PEMS b'dan il-mod:
4.2.1. |
Għal kull kombinazzjoni ta' fjuwils (eż. petrol-LPG, petrol-NG, petrol biss), li biha jistgħu joperaw xi vetturi tal-familja tat-test tal-PEMS, għall-inqas vettura waħda li tista' topera b'din il-kombinazzjoni ta' fjuwils għandha tintagħżel għat-test tal-PEMS. |
4.2.2. |
Il-manifattur għandu jispeċifika valur PMRH (= l-ogħla proporzjon ta' potenza għall-massa għall-vetturi kollha fil-familja tat-test tal-PEMS) u valur PMRL (= l-iżgħar proporzjon ta' potenza għall-massa għall-vetturi kollha fil-familja tat-test tal-PEMS). Hawnhekk “proporzjon ta' potenza għall-massa” tikkorrispondi għall-proporzjon ta' potenza massima netta tal-magna ta' kombustjoni interna kif indikat fil-punt 3.2.1.8 tal-Appendiċi 3 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament u tal-massa ta' referenza kif definit fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007. Għandhom jintagħżlu għall-ittestjar talanqas konfigurazzjoni waħda ta' vettura rappreżentattiva għall-PMRH speċifikat u konfigurazzjoni waħda ta' vettura rappreżentattiva PMRL ta' familja tat-test tal-PEMS. Jekk il-proporzjon bejn il-potenza u l-massa ta' vettura tiddevja b'mhux aktar minn 5 % mill-valur speċifikat għal PMRH, jew PMR, il-vettura għandha titqies bħala rappreżentattiva għal dan il-valur. |
4.2.3. |
Għallinqas vettura waħda għal kull tip ta' trażmissjoni (pereżempju manwali, awtomatika, DCT) stallat f'vetturi ta' familja tat-test tal-PEMS għandha tintagħżel għall-ittestjar. |
4.2.4. |
Mill-inqas vettura waħda bi trazzjoni fuq erba' roti (vettura 4 × 4) għandha tintgħażel għall-ittestjar jekk dawn il-vetturi huma parti mill-familja tat-test tal-PEMS. |
4.2.5. |
Għal kull volum tal-magna li jokkorri f'vettura fil-familja tat-test tal-PEMS, għandha tiġi ttestjata għall-inqas vettura waħda rappreżentattiva. |
4.2.6. |
Għandha tintgħażel għall-ittestjar għallinqas vettura waħda għal kull għadd ta' komponenti stallati tal-posttrattament tal-egżost. |
4.2.7. |
Minkejja d-dispożizzjonijiet fil-punti 4.2.1 sa 4.2.6, għandhom jintgħażlu għall-ittestjar mill-inqas in-numru li ġej ta' tipi ta' vetturi fir-rigward tal-emissjonijiet minn familja partikolari ta' testjar tal-PEMS.
|
5. RAPPORTAR
5.1. |
Il-manifattur tal-vettura jipprovdi deskrizzjoni sħiħa tal-familja tat-test tal-PEMS, li tinkludi, b'mod partikolari, il-kriterji tekniċi deskritti fil-punt 3.2 u jressaqha lill-awtorità responsabbli tal-approvazzjoni tat-tip. |
5.2. |
Il-manifattur jattribwixxi numru ta' identifikazzjoni uniku bil-format MS-OEM-X-Ylill-familja tat-test PEMS u jikkomunikah lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. Hawnhekk MS huwa n-numru li jiddistingwi lill-Istat Membru li jkun qed joħroġ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ( 54 ), OEM hu l-manifattur fi 3 karattri, X huwa numru sekwenzjali li jidentifika l-familja tat-test tal-PEMS u Y huwa n-numru sekwenzjali għall-estensjonijiet tagħha (jibda b'0 għal familja tat-test tal-PEMS li tkun għadha ma ġietx estiża). |
5.3. |
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip u l-manifattur tal-vettura għandhom iżommu lista ta' tipi ta' vetturi fir-rigward tal-emissjonijiet li jkunu parti minn familja partikolari tat-test tal-PEMS abbażi tan-numri tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet. Għal kull tip ta' emissjoni għandhom ikunu pprovduti wkoll il-kombinazzjonijiet kollha korrispondenti tan-numri, it-tipi, il-varjanti u l-verżjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi, kif definiti fis-sezzjonijiet 0.10 u 0.2 taċ-ċertifikat ta' konformità tal-KE tal-vettura. |
5.4. |
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip u l-manifattur tal-vettura għandhom iżommu lista ta' tipi ta' vetturi fir-rigward tal-emissjonijiet magħżula għal testijiet tal-PEMS sabiex jivvalidaw familja tat-test tal-PEMS f'konformità mal-punt 4, li tipprovdi wkoll l-informazzjoni meħtieġa dwar kif il-kriterji ta' għażla tal-punt 4.2 huma koperti. Din il-lista għandha tindika wkoll jekk id-dispożizzjonijiet tal-punt 4.1.3 ġewx applikati għal test tal-PEMS partikolari. |
Appendiċi 7a
Verifika tad-dinamika ta' vjaġġ kumplessiv
1. INTRODUZZJONI
Din l-Appendiċi tiddeskrivi l-proċeduri ta' kalkolu biex tiġi vverifikata d-dinamika ta' vjaġġ kumplessiv, biex jiġi ddeterminat l-eċċess jew in-nuqqas kumplessiv tad-dinamika waqt sewqan urban, rurali u fuq l-awtostrada.
2. SIMBOLI
APR |
Aċċelerazzjoni Pożittiva Relattiva |
“reżoluzzjoni tal-aċċellerazzjoni ares ” |
aċċellerazzjoni minima > 0 imkejla f'm/s2 |
T4253H |
livellatur tad-dejta komposta |
“aċċellerazzjoni pożittiva apos ” |
aċċellerazzjoni [m/s2] li tkun aktar minn 0,1 m/s2 |
L-indiċi (i) jirreferi għall-fażi ta' ħin
L-indiċi (j) jirreferi għall-fażi ta' ħin tas-settijiet ta' dejta tal-aċċelerazzjoni pożittiva
L-indiċi (k) jirreferi għall-kategorija (t = total, u = urban, r = rurali, m = awtostrada)
Δ |
— |
differenza |
> |
— |
iktar |
≥ |
— |
iktar jew daqs |
% |
— |
fil-mija |
< |
— |
iżgħar |
≤ |
— |
iżgħar jew daqs |
a |
— |
aċċellerazzjoni [m/s2] |
ai |
— |
aċċellerazzjoni fil-fażi ta' ħin i [m/s2] |
apos |
— |
aċċellerazzjoni pożittiva iktar minn 0,1 m/s2 [m/s2] |
apos,i,k |
— |
aċċellerazzjoni pożittiva iktar minn 0,1 m/s2 fil-fażi ta' ħin i, meqjusa d-distanzi urbani, rurali u tal-awtostrada [m/s2] |
ares |
— |
riżoluzzjoni tal-aċċellerazzjoni [m/s2] |
di |
— |
distanza koperta fil-fażi ta' ħin i [m] |
di,k |
— |
distanza koperta fil-fażi ta' ħin i, meqjusa d-distanzi urbani, rurali u tal-awtostrada [m] |
Mk |
— |
għadd ta' kampjuni għad-distanzi urbani, rurali u tal-awtostrada b' aċċellerazzjoni pożittiva iktar minn 0,1 m/s2 |
Nk |
— |
għadd totali ta' kampjuni għad-distanzi urbani, rurali u tal-awtostrada u għall-vjaġġ kollu |
RPAk |
— |
aċċellerazzjoni pożittiva relattiva għad-distanzi urbani, rurali u tal-awtostrada [m/s2 jew kWs/(kg × km)] |
tk |
— |
tul ta' ħin tad-distanzi urbani, rurali u tal-awtostrada u tal-vjaġġ/i kollu/kollha |
v |
— |
veloċità tal-vettura [km/h] |
vi |
— |
veloċità reali tal-vettura fil-fażi ta' ħin i [km/h] |
vi,k |
— |
veloċità reali tal-vettura fil-fażi ta' ħin i, meqjusa d-distanzi urbani, rurali u tal-awtostrada [km/h] |
(v · a)i |
— |
veloċità reali tal-vettura għal kull aċċelerazzjoni fil-fażi ta' ħin i [m2/s3 jew W/kg] |
(v · apos)j,k |
— |
veloċità reali tal-vettura għal kull aċċellerazzjoni pożittiva ikbar minn 0,1 m/s2 fil-fażi ta' ħin j meqjusa d-distanzi urbani, rurali u tal-awtostrada [m2/s3 jew W/kg]. |
(v · apos)k _[95] |
— |
il-95 perċentil tal-prodott tal-veloċità tal-vettura għal kull aċċellerazzjoni pożittiva iktar minn 0,1 m/s2 għad-distanzi urbani, rurali u tal-awtostrada [m2/s3 jew W/kg]. |
|
— |
veloċità medja ta' vettura għad-distanzi ta' żoni urbani, rurali u tal-awtostrada [km/h] |
3. INDIKATURI TAL-VJAĠĠ
3.1. Kalkoli
3.1.1. Ipproċessar minn qabel ta' dejta
Il-parametri dinamiċi bħall-aċċelerazzjoni, v · apos jew l-RPA għandhom jiġu determinati b'sinjal tal-veloċità ta' preċiżjoni ta' 0,1 % 'l fuq minn 3 km/h u frekwenza ta' teħid ta' kampjuni ta' 1 Hz. Dan ir-rekwiżit ta' preċiżjoni ġeneralment jintlaħaq permezz ta' sinjali ta' veloċità (rotazzjonali) tar-roti.
It-traċċa tal-veloċità għandha tiġi kkontrollata għal taqsimiet difettużi jew mhux plawsibbli. It-traċċa tal-veloċità tal-vettura ta' dawn it-taqsimiet hija kkaratterizzata permezz tal-passi, tal-qbiż, tat-traċċi ta' veloċità mtarġin jew tal-valuri nieqsa. Sezzjonijiet difettużi qosra għandhom jiġu rettifikati, pereżempju bl-interpolazzjoni tad-dejta jew bil-valutazzjoni komparattiva fuq sinjal tal-veloċità sekondarju. Alternattivament, vjaġġi qosra li fihom sezzjonijiet difettużi jistgħu jiġu esklużi mill-analiżi sussegwenti tad-dejta. Fit-tieni stadju, il-valuri tal-aċċelerazzjoni għandhom jiġu kklassifikati f'ordni axxendenti, sabiex tiġi ddeterminata r-riżoluzzjoni tal-aċċelerazzjoni ares = (valur ta' aċċellerazzjoni minimu > 0).
Jekk ares ≤ 0,01 m/s2, il-kejl tal-veloċità tal-vettura huwa preċiż biżżejjed.
Jekk 0,01 < ares ≤ rmax m/s2, irid isir il-livellament bl-użu tal-filtru Hanning T4253.
Jekk ares > rmax m/s2, il-vjaġġ ikun invalidu.
Il-filtru Hanning T4253 iwettaq il-kalkoli li ġejjin: Il-livellatur jibda b'medjana kurrenti ta' 4, li tiġi ċċentrata b'medjana kurrenti ta' 2. Imbagħad jillivella mill-ġdid dawn il-valuri bl-applikazzjoni ta' medjana kurrenti ta' 5, medjana kurrenti ta' 3, u hanning (medji ponderati kurrenti). Ir-residwi jiġu kkomputati billi titnaqqas is-serje livellata mis-serje oriġinali. Dan il-proċess kollu mbagħad jiġi ripetut fuq ir-residwi kkomputati. Fl-aħħar nett, ir-residwi livellati jiġu kkomputati billi jitnaqqsu l-valuri approssimati miksuba għall-ewwel darba permezz tal-proċess.
It-traċċa tal-veloċità korretta tibni l-bażi għal aktar kalkoli u binning kif deskritt fil-paragrafu 3.1.2.
3.1.2. Kalkolu tad-distanza, l-aċċelerazzjoni u v · a
Il-kalkoli li ġejjin għandhom isiru matul it-traċċa tal-veloċità kollha abbażi tal-ħin (riżoluzzjoni 1 Hz) mill-ewwel (1) sekonda għas-sekonda tt (l-aħħar sekonda).
Iż-żieda fid-distanza għal kull kampjun ta' dejta għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
di = vi /3,6, i = 1 to Nt
Fejn:
di hija d-distanza koperta fil-fażi ta' ħin i [m]
v i hija l-veloċità proprja tal-vettura fil-fażi ta' ħin i [km/h]
N t huwa n-numru totali ta' kampjuni
L-aċċellerazzjoni għandha tiġi kkalkulata kif ġej:
ai = (v i + 1 – v i – 1)/(2 · 3,6), i = 1 to Nt
Fejn:
ai hija l-aċċellerazzjoni fil-fażi ta' ħin i [m/s2] Għal i = 1: vi – 1 = 0, għal i = Nt : vi + 1 = 0.
Il-prodott tal-veloċità tal-vettura għal kull aċċelerazzjoni għandu jkun ikkalkulat kif ġej:
(v · a)i = vi · ai /3,6, i = 1 to Nt
Fejn:
(v · a)i huwa l-prodott tal-veloċità reali tal-vettura għal kull aċċelerazzjoni fil-fażi ta' ħin i [m2/s3 jew W/kg].
3.1.3. Binning tar-riżultati
Wara l-kalkolu ta' ai u (v · a)i , il-valuri vi , di , ai u (v · a)i għandhom jiġu kklassifikati f'ordni axxendenti tal-veloċità tal-vettura.
Is-settijiet ta' dejta b' vi ≤ 60 km/h kollha jappartjenu għat-taqsima tal-veloċità “urbana”, is-settijiet ta' dejta b' 60 km/h < vi ≤ 90 km/h kollha jappartjenu għat-taqsima tal-veloċità “rurali” u s-settijiet ta' dejta b' vi > 90 km/h kollha jappartjenu għat-taqsima tal-veloċità “awtostrada”.
L-għadd ta' settijiet ta' dejta b'valuri ta' aċċelerazzjoni ai > 0,1 m/s 2 għandu jkun ikbar jew daqs 150 f'kull taqsima tal-veloċità.
Għal kull taqsima tal-veloċità, il-veloċità medja tal-vettura
għandha tiġi kkalkulata kif ġej:
, i = 1 to Nk,k = u,r,m
Fejn:
Nk huwa l-għadd totali ta' kampjuni tad-distanzi urbani, rurali u tal-awtostrada.
3.1.4. Kalkolu ta' v · apos_[95] għal kull taqsima tal-veloċità
Il-95 perċentil tal-valuri v · apos għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
Il-valuri (v · a)i,k ta' kull taqsima tal-veloċità għandhom ikunu kklassifikati f'ordni axxendenti għas-settijiet kollha ta' dejta b' ai,k ≥ 0,1 m/s2 u għandu jiġi ddeterminat Mk l-għadd totali ta' dawn il-kampjuni.
Il-valuri perċentili jiġu mbagħad assenjati lill-valuri (v · apos)j,k b' ai,k ≥ 0,1 m/s2 kif ġej:
Lill-valur v · apos l-iktar baxx jingħata l-perċentil 1/Mk , lit-tieni l-iktar baxx 2/Mk , lit-tielet l-iktar baxx 3/Mk u lill-ogħla valur Mk /Mk = 100 %.
(v · apos)k _[95] huwa l-valur (v · apos)j,k , b' j/Mk = 95 %. Jekk j/Mk = 95 % ma jistax jintlaħaq, (v · apos)k _[95] għandu jiġi kkalkulat b'interpolazzjoni lineari bejn kampjuni konsekuttivi j u j + 1 b' j/Mk < 95 % u (j + 1)/Mk > 95 %.
L-aċċelerazzjoni pożittivi relattiva għal kull taqsima tal-veloċità għandha tiġi kkalkulata kif ġej:
RPAk = Σj(Δt · (v · apos ) j,k )/Σ idj,k , j = 1 to Mk,i = 1 to Nk,k = u,r,m
Fejn:
RPAk hija l-aċċellerazzjoni pożittiva relattiva għad-distanzi urbani, rurali u tal-awtostrada [m/s2 jew kWs/(kg*km)]
Δt |
id-differenza tal-ħin ugwali għal 1 sekonda |
Mk |
l-għadd ta' kampjuni għad-distanzi urbani, rurali u tal-awtostrada b'aċċelerazzjoni pożittiva |
Nk |
huwa l-għadd totali ta' kampjuni għad-distanzi urbani, rurali u tal-awtostrada. |
4. VERIFIKA TAL-VALIDITÀ TAL-VJAĠĠ
4.1.1. Verifika ta' v*apos_[95] għal kull taqsima tal-veloċità (b'v f'[km/h])
Jekk
u
huma sodisfatti, il-vjaġġ huwa invalidu.
Jekk
u
huma sodisfatti, il-vjaġġ huwa invalidu.
4.1.2. Verifika tal-RPA għal kull taqsima tal-veloċità
Jekk
u
huma sodisfatti, il-vjaġġ huwa invalidu.
Jekk
u RPAk
< 0,025 huma sodisfatti, il-vjaġġ huwa invalidu.
Appendiċi 7b
Proċedura biex tiġi ddeterminata ż-żieda fl-elevazzjoni pożittiva kumulattiva ta' vjaġġ
1. INTRODUZZJONI
Din l-Appendiċi tiddeskrivi l-proċedura li permezz tagħha tiġi ddeterminata ż-żieda ta' elevazzjoni kumulattiva ta' vjaġġ RDE.
2. SIMBOLI
d(0) |
— |
distanza fil-bidu ta' vjaġġ [m] |
d |
— |
distanza kumulattiva koperta fil-punt tat-triq individwali kkunsidrat [m] |
d0 |
— |
distanza kumulattiva koperta sal-kejl direttament quddiem il-punt tat-triq d [m] rispettiv |
d1 |
— |
distanza kumulattiva koperta sal-kejl direttament wara l-punt tat-triq d [m] rispettiv |
da |
— |
punt tat-triq ta' referenza fi d(0) [m] |
de |
— |
distanza kumulattiva koperta sal-aħħar punt tat-triq individwali [m] |
di |
— |
distanza istantanja [m] |
dtot |
— |
distanza totali tat-test [m] |
h(0) |
— |
għoli tal-vettura wara l-iskrinjar u l-verifika tal-prinċipju ta' il-kwalità tad-dejta fil-bidu ta' vjaġġ [m fuq il-livell tal-baħar] |
h(t) |
— |
għoli tal-vettura wara l-iskrinjar u l-verifika tal-prinċipju ta' il-kwalità tad-dejta fil-punt t [m fuq il-livell tal-baħar] |
h(d) |
— |
għoli tal-vettura fil-punt tat-triq d [m fuq il-livell tal-baħar] |
h(t – 1) |
— |
għoli tal-vettura wara l-iskrinjar u l-verifika tal-prinċipju ta' il-kwalità tad-dejta fil-punt t – 1 [m fuq il-livell tal-baħar] |
hcorr(0) |
— |
għoli rettifikat direttament qabel il-punt tat-triq rispettiv d [m fuq il-livell tal-baħar] |
hcorr(1) |
— |
għoli rettifikat direttament wara l-punt tat-triq rispettiv d [m fuq il-livell tal-baħar] |
hcorr(t) |
— |
għoli tal-vettura istantanju rettifikat fil-punt tad-dejta t [m fuq il-livell tal-baħar] |
hcorr(t – 1) |
— |
għoli tal-vettura istantanju rettifikat fil-punt tad-dejta t – 1 [m fuq il-livell tal-baħar] |
hGPS,i |
— |
għoli tal-vettura istantanju mkejjel bil-GPS [m fuq il-livell tal-baħar] |
hGPS(t) |
— |
għoli tal-vettura mkejjel b'GPS fil-punt tad-dejta t [m fuq il-livell tal-baħar] |
hint(d) |
— |
għoli interpolat fil-punt tat-triq individwali kkunsidrat d [m fuq il-livell tal-baħar] |
hint,sm,1(d) |
— |
għoli interpolat livellat, wara l-ewwel ċiklu ta' livellament fil-punt tat-triq individwali kkunsidrat d [m fuq il-livell tal-baħar] |
hmap(t) |
— |
għoli tal-vettura abbażi ta' mappa topografika fil-punt tad-dejta t [m fuq il-livell tal-baħar] |
Hz |
— |
hertz |
km/siegħa |
— |
kilometru fis-siegħa |
m |
— |
metru |
roadgrade,1(d) |
— |
grad tat-triq livellat fil-punt tat-triq individwali kkunsidrat d wara l-ewwel ċiklu ta' livellament [m/m] |
roadgrade,2(d) |
— |
grad tat-triq livellat fil-punt tat-triq individwali kkunsidrat d wara t-tieni ċiklu ta' livellament [m/m] |
sin |
— |
funzjoni trigonometrika sinusojdali |
t |
— |
ħin mill-bidu tat-test [s] |
t0 |
— |
ħin mill-kejl li jinsab direttament qabel il-punt tat-triq rispettiv d [s] |
vi |
— |
veloċità tal-vettura istantanja [km/h] |
v(t) |
— |
veloċità tal-vettura tal-punt tad-dejta t [km/h] |
3. REKWIŻITI ĠENERALI
Iż-żieda ta' elevazzjoni kumulattiva pożittiva ta' vjaġġ RDE għandha tiġi determinata abbażi ta' tliet parametri: l-għoli istantanju tal-vettura hGPS,i [m fuq il-livell tal-baħar] kif imkejjel bil-GPS, il-veloċità istantanja tal-vettura v i [km/h] reġistrata f'frekwenza ta' 1 Hz u l-ħin korrispondenti t [s] mill-bidu tat-test.
4. KALKOLU TAŻ-ŻIEDA TA' ELEVAZZJONI KUMULATTIVA POŻITTIVA
4.1. Ġenerali
Iż-żieda ta' elevazzjoni pożittiva kumulattiva ta' vjaġġ RDE għandha tiġi kkalkulata bħala proċedura fi tliet stadji, magħmula minn (i) l-iskrinjar u l-verifika tal-prinċipju tal-kwalità tad-dejta, (ii) ir-rettifika tad-dejta tal-altitudini istantanja tal-vettura, u (iii) il-kalkolu taż-żieda tal-elevazzjoni pożittiva kumulattiva.
4.2. Skrinjar u verifika tal-prinċipju tal-kwalità tad-dejta
Id-dejta tal-veloċità istantanja tal-vettura għandha tiġi verifikata għall-kompletezza. Tista' ssir ir-rettifika ta' dejta nieqsa jekk jibqa' l-vojt fi ħdan ir-rekwiżiti speċifikati fil-punt 7 tal-Appendiċi 4; jekk mhux il-każ, ir-riżultati tat-test għandhom jiġu annullati. Id-dejta istantanja tal-għoli għandha tiġi verifikata għall-kompletezza. Il-vojt fid-dejta jrid jimtela permezz tal-interpolazzjoni tad-dejta. Il-korrettezza tal-interpolazzjoni tad-dejta għandha tiġi vverifikata permezz ta' mappa topografika. Huwa rrakkomandat li tiġi rettifikata d-dejta interpolata jekk ikun hemm il-kundizzjoni li ġejja:
|hGPS(t) – hmap(t)| > 40 m
Ir-rettifika tal-altitudni għandha tiġi applikata b'tali mod li:
h(t) = hmap(t)
fejn:
h(t) |
— |
għoli tal-vettura wara l-iskrinjar u l-verifika tal-prinċipju ta' kwalità tad-data fil-punt tad-dejta t [m fuq il-livell tal-baħar] |
hGPS(t) |
— |
għoli tal-vettura mkejjel b'GPS fil-punt tad-dejta t [m fuq il-livell tal-baħar] |
hmap(t) |
— |
għoli tal-vettura abbażi ta' mappa topografika fil-punt tad-dejta t [m fuq il-livell tal-baħar] |
4.3. Rettifika tad-dejta tal-għoli istantanju tal-vettura
L-għoli h(0) fil-bidu ta' vjaġġ f'd(0) għandu jinkiseb permezz tal-GPS u vverifikat għall-korrettezza bl-informazzjoni minn mappa topografika. Id-devjazzjoni ma għandhiex tkun akbar minn 40 m. Kull dejta tal-altitudini istantanja h(t) għandha tiġi rettifikata jekk ikun hemm il-kundizzjoni li ġejja:
|h(t) – h(t – 1)| > (v(t)/3,6 * sin45°)
Ir-rettifika tal-altitudni għandha tiġi applikata b'tali mod li:
hcorr(t) = hcorr (t-1)
fejn:
h(t) |
— |
għoli tal-vettura wara l-iskrinjar u l-verifika tal-prinċipju ta' kwalità tad-dejta fil-punt tad-dejta t [m fuq il-livell tal-baħar] |
h(t-1) |
— |
għoli tal-vettura wara l-iskrinjar u l-verifika tal-prinċipju ta' kwalità tad-dejta fil-punt tad-dejta t-1 [m fuq il-livell tal-baħar] |
v(t) |
— |
veloċità tal-vettura tal-punt tad-dejta t [km/h] |
hcorr(t) |
— |
għoli tal-vettura istantanju rettifikat fil-punt tad-dejta t [m fuq il-livell tal-baħar] |
hcorr(t – 1) |
— |
għoli tal-vettura istantanju rettifikat fil-punt tad-dejta t – 1 [m fuq il-livell tal-baħar] |
Wara t-tlestija tal-proċedura ta' rettifika jiġi stabbilit sett ta' dejta tal-għoli validu. Dan is-sett ta' dejta għandu jintuża għall-kalkolu finali taż-żieda tal-elevazzjoni pożittiva kumulattiva kif deskritt fil-punt 4.4.
4.4. Kalkolu finali taż-żieda ta' elevazzjoni kumulattiva pożittiva
4.4.1. Stabbiliment ta' riżoluzzjoni spazjali uniformi
Id-distanza totali dtot [m] koperta minn vjaġġ għandha tiġi ddeterminata bħala s-somma tad-distanzi istantanji d i. Id-distanza istantanja d i għandha tiġi ddeterminata bħala:
Fejn:
di |
— |
distanza istantanja [m] |
vi |
— |
veloċità tal-vettura istantanja [km/h] |
Iż-żieda tal-elevazzjoni kumulattiva għandha tiġi kkalkulata mid-dejta ta' riżoluzzjoni spazjali kostanti ta' 1 m mill-ewwel kejl fil-bidu ta' vjaġġ d(0). Il-punti ta' dejta individwali f'riżoluzzjoni ta' 1 m jissejħu punti tat-triq, ikkaratterizzati minn valur ta' distanza speċifika d (eż. 0, 1, 2. 3 m …) u l-għoli korrispondenti tagħhom h(d) [m fuq il-livell tal-baħar].
L-għoli ta' kull punt tat-triq individwali d għandu jiġi kkalkulat permezz tal-interpolazzjoni tal-għoli istantanju hcorr(t) bħala:
Fejn:
hint(d) |
— |
għoli interpolat fil-punt tat-triq individwali kkunsidrat d [m fuq il-livell tal-baħar] |
hcorr(0) |
— |
għoli rettifikat direttament qabel il-punt tat-triq rispettiv il-punt d [m fuq il-livell tal-baħar] |
hcorr(1) |
— |
għoli rettifikat direttament wara l-punt tat-triq rispettiv il-punt d [m fuq il-livell tal-baħar] |
d |
— |
distanza kumulattiva koperta sal-punt tat-triq individwali kkunsidrat d [m] |
d0 |
— |
distanza kumulattiva koperta sal-kejl li jinsab direttament quddiem il-punt tat-triq d [m] rispettiv |
d1 |
— |
distanza kumulattiva koperta sal-kejl li jinsab direttament wara l-punt tat-triq d [m] rispettiv |
4.4.2. Livellament ta' dejta addizzjonali
Id-dejta tal-għoli miksuba għal kull punt tat-triq individwali għandha tiġi livellata bl-applikazzjoni ta' proċedura f'żewġ stadji; d a u d e huma l-ewwel u l-aħħar punt tad-dejta rispettivament (Figura 1). L-ewwel ċiklu ta' livellament għandu jiġi applikat kif ġej:
for d ≤ 200 m
for 200 m < d < (de – 200 m)
for d ≥ (de – 200 m)
h int,sm,1(d) = h int,sm,1(d – 1 m) + road grade,1(d), d= da + 1 to de
h int,sm,1(da ) = hint (da ) + road grade,1(da )
Fejn:
roadgrade,1(d) |
— |
grad tat-triq livellat fil-punt tat-triq individwali kkunsidrat wara l-ewwel ċiklu ta' livellament [m/m] |
hint(d) |
— |
għoli interpolat fil-punt tat-triq individwali kkunsidrat d [m fuq il-livell tal-baħar] |
hint,sm,1(d) |
— |
għoli interpolat livellat, wara l-ewwel ċiklu ta' livellament fil-punt tat-triq individwali kkunsidrat d [m fuq il-livell tal-baħar] |
d |
— |
distanza kumulattiva koperta fil-punt tat-triq individwali kkunsidrat [m] |
da |
— |
punt tat-triq ta' referenza f'distanza ta' metri żero [m] |
de |
— |
distanza kumulattiva koperta sal-aħħar punt tat-triq individwali [m] |
It-tieni ċiklu ta' livellament għandu jiġi applikat kif ġej:
for d ≤ 200 m
for 200 m < d < (de – 200 m)
for d ≥ (de – 200 m)
Fejn:
roadgrade,2(d) |
— |
grad tat-triq livellat fil-punt tat-triq individwali kkunsidrat wara t-tieni ċiklu ta' livellament [m/m] |
hint,sm,1(d) |
— |
għoli interpolat livellat, wara l-ewwel ċiklu ta' livellament fil-punt tat-triq individwali kkunsidrat d [m fuq il-livell tal-baħar] |
d |
— |
distanza kumulattiva koperta fil-punt tat-triq individwali kkunsidrat [m] |
da |
— |
punt tat-triq ta' referenza f'distanza ta' metri żero [m] |
de |
— |
distanza kumulattiva koperta sal-aħħar punt tat-triq individwali [m] |
Figura 1
Rappreżentazzjoni tal-proċedura ta' livellament tas-sinjali tal-għoli interpolati
4.4.3. Kalkolu tar-riżultat finali
Iż-żieda tal-elevazzjoni kumulattiva pożittiva ta' vjaġġ għandha tiġi kkalkolata billi jiġu integrati l-inklinazzjonijiet interpolati pożittivi u livellati kollha, jiġifieri roadgrade,2(d). Ir-riżultat għandu jiġi normalizzat permezz tad-distanza totali tat-test d tot u espress f'metri ta' żieda fl-elevazzjoni kumulattiva għal kull mitt kilometru ta' distanza.
5. EŻEMPJU NUMERIKU
It-Tabelli 1 u 2 juru l-istadji biex tiġi kkalkulata ż-żieda tal-elevazzjoni pożittiva fuq il-bażi ta' dejta rreġistrata waqt test fit-triq bil-PEMS. Għall-qosor qed jiġi ppreżentat hawnhekk estratt ta' 800 m u 160 s.
5.1. Skrinjar u verifika tal-prinċipju tal-kwalità tad-dejta
L-iskrinjar u l-verifika tal-prinċipju tal-kwalità tad-dejta jikkonsistu f'żewġ stadji. L-ewwel, tiġi ċċekkjata l-kompletezza tad-dejta tal-veloċità tal-vettura. Ma jinstab ebda vojt ta' dejta marbuta mal-veloċità tal-vettura f'dan il-kampjun ta' dejta (ara t-Tabella 1). It-tieni, tiġi verifikata għall-kompletezza d-dejta tal-għoli; fil-kampjun tad-dejta, id-dejta tal-għoli marbuta mas-sekondi 2 u 3 huma nieqsa. Il-vojt jimtela billi jiġi interpolat is-sinjal tal-GPS. Barra minn hekk, l-għoli tal-GPS jiġi vverifikat permezz ta' mappa topografika; din il-verifika tinkludi l-għoli h(0) fil-bidu tal-vjaġġ. Id-dejta tal-għoli marbuta mas-sekondi 112-114 tiġi rettifikata abbażi tal-mappa topografika biex tkun sodisfatta l-kundizzjoni li ġejja:
hGPS(t) – hmap(t) < – 40 m
Bħala riżultat tal-verifika tad-dejta applikata tinkiseb id-dejta fil-ħames kolonna h(t).
5.2. Rettifika tad-dejta tal-għoli istantanju tal-vettura
Bħala l-istadju li jmiss, id-dejta tal-għoli h(t) tas-sekondi 1 sa 4, 111 sa 112 u 159 sa 160 jiġu rettifikati u jieħdu l-forma tal-valuri tal-għoli tas-sekondi 0, 110 u 158 rispettivament peress li jkun hemm il-kundizzjoni li ġejja:
|h(t) – h(t – 1)| > (v(t)/3,6 * sin45°)
Bħala riżultat tar-rettifika tad-dejta applikata tinkiseb id-dejta fis-sitt kolonna hcorr(t). L-effett tal-istadji tal-verifika u r-rettifika applikati fuq id-dejta tal-għoli jidher fil-Figura 2.
5.3. Kalkolu taż-żieda ta' elevazzjoni kumulattiva pożittiva
5.3.1. Stabbiliment ta' riżoluzzjoni spazjali uniformi
Id-distanza istantanja di tiġi kkalkulata billi l-veloċità istantanja tal-vettura mkejla f'km/h tiġi diviża b'3.6 (Kolonna 7 fit-Tabella 1). Bil-kalkolu mill-ġdid tad-dejta tal-għoli biex tinkiseb riżoluzzjoni spazjali uniformi ta' 1 m, wieħed jasal sal-punti tat-triq individwali d (Kolonna 1 fit-Tabella 2) u l-valuri tal-għoli korrispondenti hint(d) (Kolonna 7 fit-Tabella 2). L-għoli ta' kull punt tat-triq individwali d jiġi kkalkulat permezz tal-interpolazzjoni tal-għoli istantanju mkejjel hcorr bħala:
5.3.2. Livellament ta' dejta addizzjonali
Fit-Tabella 2, l-ewwel u l-aħħar punti tat-triq individwali huma: d a = 0 m u d e = 799 m, rispettivament. Id-dejta tal-għoli ta' kull punt tat-triq individwali tiġi livellata bl-applikazzjoni ta' proċedura f'żewġ stadji. L-ewwel ċiklu ta' livellament jikkonsisti minn:
chosen to demonstrate the smoothing for d ≤ 200 m
chosen to demonstrate the smoothing for 200 m < d < (599 m)
chosen to demonstrate the smoothing for d ≥ (599 m)
L-għoli livellat u interpolat jiġi kkalkulat bħala:
h int,sm,1(0) = hint (0) + road grade,1(0) = 120,3 + 0,0033 ≈ 120,3033 m
h int,sm,1(799) = h int,sm,1(798) + road grade,1(799) = 121,2550 – 0,0220 = 121,2330 m
It-tieni ċiklu ta' livellament:
chosen to demonstrate the smoothing for d ≤ 200 m
chosen to demonstrate the smoothing for 200 m < d < (599)
chosen to demonstrate the smoothing for d ≥ (599 m)
1.3.3. Kalkolu tar-riżultat finali
Iż-żieda tal-elevazzjoni kumulattiva pożittiva ta' vjaġġ tiġi kkalkolata billi jiġu integrati l-inklinazzjonijiet interpolati pożittivi u livellati kollha, jiġifieri roadgrade,2(d). Fl-eżempju ppreżentat, id-distanza totali koperta kienet dtot = 139,7 km u l-inklinazzjonijiet interpolati u livellati pożittivi kollha kienu ta' 516 m. Għalhekk inkisbet żieda ta' elevazzjoni pożittiva kumulattiva ta' 516 × 100/139,7 = 370 m/100 km.
Tabella 1
Rettifika tad-dejta tal-għoli istantanju tal-vettura
Ħin t [s] |
v(t) [km/h] |
hGPS(t) [m] |
hmap(t) [m] |
h(t) [m] |
hcorr(t) [m] |
di [m] |
Cum. d [m] |
0 |
0,00 |
122,7 |
129,0 |
122,7 |
122,7 |
0,0 |
0,0 |
1 |
0,00 |
122,8 |
129,0 |
122,8 |
122,7 |
0,0 |
0,0 |
2 |
0,00 |
- |
129,1 |
123,6 |
122,7 |
0,0 |
0,0 |
3 |
0,00 |
- |
129,2 |
124,3 |
122,7 |
0,0 |
0,0 |
4 |
0,00 |
125,1 |
129,0 |
125,1 |
122,7 |
0,0 |
0,0 |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
18 |
0,00 |
120,2 |
129,4 |
120,2 |
120,2 |
0,0 |
0,0 |
19 |
0,32 |
120,2 |
129,4 |
120,2 |
120,2 |
0,1 |
0,1 |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
37 |
24,31 |
120,9 |
132,7 |
120,9 |
120,9 |
6,8 |
117,9 |
38 |
28,18 |
121,2 |
133,0 |
121,2 |
121,2 |
7,8 |
125,7 |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
46 |
13,52 |
121,4 |
131,9 |
121,4 |
121,4 |
3,8 |
193,4 |
47 |
38,48 |
120,7 |
131,5 |
120,7 |
120,7 |
10,7 |
204,1 |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
56 |
42,67 |
119,8 |
125,2 |
119,8 |
119,8 |
11,9 |
308,4 |
57 |
41,70 |
119,7 |
124,8 |
119,7 |
119,7 |
11,6 |
320,0 |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
110 |
10,95 |
125,2 |
132,2 |
125,2 |
125,2 |
3,0 |
509,0 |
111 |
11,75 |
100,8 |
132,3 |
100,8 |
125,2 |
3,3 |
512,2 |
112 |
13,52 |
0,0 |
132,4 |
132,4 |
125,2 |
3,8 |
516,0 |
113 |
14,01 |
0,0 |
132,5 |
132,5 |
132,5 |
3,9 |
519,9 |
114 |
13,36 |
24,30 |
132,6 |
132,6 |
132,6 |
3,7 |
523,6 |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
|
149 |
39,93 |
123,6 |
129,6 |
123,6 |
123,6 |
11,1 |
719,2 |
150 |
39,61 |
123,4 |
129,5 |
123,4 |
123,4 |
11,0 |
730,2 |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
|
157 |
14,81 |
121,3 |
126,1 |
121,3 |
121,3 |
4,1 |
792,1 |
158 |
14,19 |
121,2 |
126,2 |
121,2 |
121,2 |
3,9 |
796,1 |
159 |
10,00 |
128,5 |
126,1 |
128,5 |
121,2 |
2,8 |
798,8 |
160 |
4,10 |
130,6 |
126,0 |
130,6 |
121,2 |
1,2 |
800,0 |
- tirrappreżenta vojt fid-dejta |
Tabella 2
Kalkolu tal-pendenza tat-triq
d [m] |
t0 [s] |
d0 [m] |
d1 [m] |
h0 [m] |
h1 [m] |
hint(d) [m] |
roadgrade,1(d) [m/m] |
hint,sm,1(d) [m] |
roadgrade,2(d) [m/m] |
0 |
18 |
0,0 |
0,1 |
120,3 |
120,4 |
120,3 |
0,0035 |
120,3 |
– 0,0015 |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
120 |
37 |
117,9 |
125,7 |
120,9 |
121,2 |
121,0 |
– 0,0019 |
120,2 |
0,0035 |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
200 |
46 |
193,4 |
204,1 |
121,4 |
120,7 |
121,0 |
– 0,0040 |
120,0 |
0,0051 |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
320 |
56 |
308,4 |
320,0 |
119,8 |
119,7 |
119,7 |
0,0288 |
121,4 |
0,0088 |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
520 |
113 |
519,9 |
523,6 |
132,5 |
132,6 |
132,5 |
0,0097 |
123,7 |
0,0037 |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
720 |
149 |
719,2 |
730,2 |
123,6 |
123,4 |
123,6 |
– 0,0405 |
122,9 |
– 0,0086 |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
798 |
158 |
796,1 |
798,8 |
121,2 |
121,2 |
121,2 |
– 0,0219 |
121,3 |
– 0,0151 |
799 |
159 |
798,8 |
800,0 |
121,2 |
121,2 |
121,2 |
– 0,0220 |
121,3 |
– 0,0152 |
Figura 2
L-effett tal-verifika u r-rettifika tad-dejta — Il-profil tal-għoli mkejjel permezz ta' GPS hGPS(t), il-profil tal-għoli pprovdut mill-mappa topografika hmap(t), il-profil tal-għoli miksub wara l-iskrinjar u l-verifika tal-prinċipju tal-kwalità tad-dejta h(t) u r-rettifika hcorr(t) tad-dejta elenkata fit-Tabella 1.
Figura 3
Paragun bejn il-profil tal-għoli rettifikat hcorr(t) u l-għoli livellat u interpolat hint,sm,1
Tabella 2
Kalkolu taż-żieda ta' elevazzjoni pożittiva
d [m] |
t0 [s] |
d0 [m] |
d1 [m] |
h0 [m] |
h1 [m] |
hint(d) [m] |
roadgrade,1(d) [m/m] |
hint,sm,1(d) [m] |
roadgrade,2(d) [m/m] |
0 |
18 |
0,0 |
0,1 |
120,3 |
120,4 |
120,3 |
0,0035 |
120,3 |
– 0,0015 |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
120 |
37 |
117,9 |
125,7 |
120,9 |
121,2 |
121,0 |
– 0,0019 |
120,2 |
0,0035 |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
200 |
46 |
193,4 |
204,1 |
121,4 |
120,7 |
121,0 |
– 0,0040 |
120,0 |
0,0051 |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
320 |
56 |
308,4 |
320,0 |
119,8 |
119,7 |
119,7 |
0,0288 |
121,4 |
0,0088 |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
520 |
113 |
519,9 |
523,6 |
132,5 |
132,6 |
132,5 |
0,0097 |
123,7 |
0,0037 |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
720 |
149 |
719,2 |
730,2 |
123,6 |
123,4 |
123,6 |
– 0,0405 |
122,9 |
– 0,0086 |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
798 |
158 |
796,1 |
798,8 |
121,2 |
121,2 |
121,2 |
– 0,0219 |
121,3 |
– 0,0151 |
799 |
159 |
798,8 |
800,0 |
121,2 |
121,2 |
121,2 |
– 0,0220 |
121,3 |
– 0,0152 |
Appendiċi 8
Ir-rekwiżiti dwar l-iskambju tad-dejta u ta' rapportar
1. INTRODUZZJONI
Dan l-Appendiċi jiddeskrivi r-rekwiżiti għall-iskambju tad-dejta bejn is-sistemi ta' kejl u s-softwer tal-evalwazzjoni tad-dejta u għar-rapportar u l-iskambju tar-riżultati intermedji u finali wara t-tlestija tal-evalwazzjoni tad-dejta.
L-iskambju u r-rapportar ta' parametri mandatorji u fakultattivi għandhom isiru skont r-rekwiżiti tal-punt 3.2 tal-Appendiċi 1. Id-dejta speċifikata fil-fajls tal-iskambju u tar-rapportar fil-punt 3 għandha tiġi rrappurtata sabiex tiġi żgurata traċċabilità kompleta tar-riżultati finali.
2. SIMBOLI, PARAMETRI U UNITAJIET
a 1 |
— |
koeffiċjent tal-kurva karatteristika tas-CO2 |
b 1 |
— |
koeffiċjent tal-kurva karatteristika tas-CO2 |
a 2 |
— |
koeffiċjent tal-kurva karatteristika tas-CO2 |
b 2 |
— |
koeffiċjent tal-kurva karatteristika tas-CO2 |
k 11 |
— |
koeffiċjent tal-funzjoni ta' ponderazzjoni |
k 12 |
— |
koeffiċjent tal-funzjoni ta' ponderazzjoni |
k 21 |
— |
koeffiċjent tal-funzjoni ta' ponderazzjoni |
k 22 |
— |
koeffiċjent tal-funzjoni ta' ponderazzjoni |
tol 1 |
— |
tolleranza primarja |
tol 2 |
— |
tolleranza sekondarja |
3. FORMAT GĦALL-ISKAMBJU TAD-DEJTA U GĦAR-RAPPORTAR
3.1. Ġenerali
Il-valuri tal-emissjonijiet, kif ukoll kwalunkwe parametri rilevanti oħra, għandhom jiġu rrappurtati u skambjati bħala fajls tad-dejta fil-format csv. Il-valuri tal-parametri għandhom ikunu separati b'virgola, ASCII-Code #h2C. Il-marka deċimali tal-valuri numeriċi għandha tkun punt, ASCII-Code #h2E. Il-linji għandhom jintemmu permezz ta' carriage return, ASCII-Code #h0D. M'għandhomx jintużaw separaturi għall-eluf.
3.2. Skambju ta' dejta
Id-dejta għandha tiġi skambjata bejn is-sistemi ta' kejl u s-softwer tal-evalwazzjoni tad-dejta permezz ta' fajl ta' rapportar standardizzat li jkun fih sett minimu ta' parametri mandatorji u fakultattivi. Il-fajl tal-iskambju tad-dejta għandu jkollu l-istruttura li ġejja: L-ewwel 195 linji għandhom ikunu riżervati għal intestatura li tipprovdi informazzjoni speċifika dwar, pereżempju, il-kundizzjonijiet tat-test, l-identità u l-kalibrazzjoni tat-tagħmir tal-PEMS (Tabella 1). Il-linji 198-200 għandu jkun fihom it-tikketti u l-unitajiet tal-parametri. Il-linja 201 u l-linji tad-dejta kollha ta' warajha għandhom jinkludu l-korp tal-fajl tal-iskambju tad-dejta u juru l-valuri tal-parametri (Tabella 2). Il-korp tal-fajl tal-iskambju tad-dejta għandu jkun fih mill-inqas għadd ta' linji tad-dejta daqs it-tul tat-test f'sekondi, immultiplikat bil-frekwenza tar-reġistrazzjoni f'Hertz.
3.3. Ir-riżultati intermedji u finali
Il-manifatturi għandhom jirreġistraw parametri sommarji ta' riżultati intermedji, strutturati kif muri fit-Tabella 3. L-informazzjoni fit-Tabella 3 għandha tinkiseb qabel jiġu applikati l-metodi ta' evalwazzjoni tad-dejta stabbiliti fl-Appendiċijiet 5 u 6.
Il-manifattur tal-vettura għandu jirreġistra r-riżultati taż-żewġ metodi ta' evalwazzjoni tad-dejta f'fajls separati. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni tad-dejta bil-metodu deskritt fl-Appendiċi 5 għandhom ikunu rrappurtati skont it-Tabelli 4, 5 u 6. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni tad-dejta bil-metodu deskritt fl-Appendiċi 6 għandhom ikunu rrappurtati skont it-Tabelli 7, 8 u 9. L-intestatura tal-fajl tar-rapportar tad-dejta għandha tkun magħmula minn tliet partijiet. L-ewwel 95 linja għandhom ikunu riżervati għal informazzjoni speċifika dwar il-konfigurazzjoni tal-metodu ta' evalwazzjoni tad-dejta. Il-linji 101-195 għandhom jirrappurtaw ir-riżultati tal-metodu ta' evalwazzjoni tad-dejta. Il-linji 201-490 għandhom ikunu riżervati għar-rapportar tar-riżultati finali tal-emissjonijiet. Il-linja 501 u l-linji tad-dejta kollha konsekuttivi għandhom jinkludu l-korp tal-fajl tar-rapportar tad-dejta u għandu jkun fihom ir-riżultati dettaljati tal-evalwazzjoni tad-dejta.
4. TABELLI TA' RAPPORTAR TEKNIKU
4.1. Skambju ta' dejta
Tabella 1
Header tal-fajl tal-iskambju tad-dejta
Linja |
Parametru |
Deskrizzjoni/unità |
1 |
ID TAT-TEST |
[kodiċi] |
2 |
Data tat-test: |
[jum.xahar.sena] |
3 |
Organizzazzjoni li tissorvelja tat-test |
[isem l-organizzazzjoni] |
4 |
Post tat-test |
[belt, pajjiż] |
5 |
Persuna li tissorvelja tat-test |
[isem is-superviżur prinċipali] |
6 |
Sewwieq tal-vettura |
[isem is-sewwieq] |
7 |
It-tip tal-vettura |
[isem tal-vettura] |
8 |
Manifattur tal-vettura |
[isem] |
9 |
Is-sena tal-mudell tal-vettura |
[sena] |
10 |
ID tal-vettura |
[Kodiċi VIN] |
11 |
Numru muri fuq l-odometru fil-bidu tat-test |
[km] |
12 |
Numru muri fuq l-odometru fi tmiem it-test |
[km] |
13 |
Kategorija tal-vettura |
[kategorija] |
14 |
Limitu tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet |
[Euro X] |
15 |
Tip ta' magna |
[eż. tqabbid bi spark, tqabbid bil-kompressjoni] |
16 |
Qawwa nominali tal-magna |
[kW] |
17 |
Torque massimu |
[Nm] |
18 |
Ċilindrata tal-magna |
[ccm] |
19 |
Is-sistema ta' trażmissjoni |
[pereżempju, manwali, awtomatika] |
20 |
Numru ta' gerijiet għal mixi 'l quddiem |
[#] |
21 |
Fjuwil |
[pereżempju, petrol, diżil] |
22 |
Lubrikant |
[it-tikketta tal-prodott] |
23 |
Daqs tat-tajers |
[wisa'/għoli/dijametru tar-rimm] |
24 |
Pressjoni tat-tajers tal-fus ta' quddiem u ta' wara |
[bar; bar] |
25 |
Parametri tat-tagħbija mit-triq |
[F0, F1, F2] |
26 |
Ċiklu tat-test tal-approvazzjoni tat-tip |
[NEDC, WLTC] |
27 |
Emissjonijiet ta' CO2 tal-approvazzjoni tat-tip |
[g/km] |
28 |
l-emissjonijiet ta' CO2 fil-modalità Baxxa tad-WLTC |
[g/km] |
29 |
l-emissjonijiet ta' CO2 fil-modalità Medja tad-WLTC |
[g/km] |
30 |
l-emissjonijiet ta' CO2 fil-modalità Għolja tad-WLTC |
[g/km] |
31 |
l-emissjonijiet ta' CO2 fil-modalità Għolja Ħafna tad-WLTC |
[g/km] |
32 |
Il-massa tat-test tal-vettura (1) |
[kg;% (2)] |
33 |
Manifattur tal-PEMS |
[isem] |
34 |
Tip tal-PEMS |
[isem tal-PEMS] |
35 |
In-numru tas-serje tal-PEMS |
[numru] |
36 |
Provvista tal-enerġija PEMS |
[pereżempju tip ta' batterija] |
37 |
Manifattur tal-analizzatur tal-gass |
[isem] |
38 |
Tip tal-analizzatur tal-gass |
[Tip] |
39 |
In-numru tas-serje tal-analizzatur tal-gass |
[numru] |
40-50 (3) |
… |
… |
51 |
Manifattur tal-EFM (4) |
[isem] |
52 |
It-tip ta' sensor tal-EFM (4) |
[Prinċipju funzjonali] |
53 |
In-numru tas-serje tal-EFM (4) |
[numru] |
54 |
Sors tar-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost |
[EFM/ECU/sensor] |
55 |
Sensor tal-pressjoni tal-arja |
[tip, manifattur] |
56 |
Data tat-test: |
[jum.xahar.sena] |
57 |
Il-ħin tal-bidu tal-proċedura ta' qabel it-test |
[h:min] |
58 |
Il-ħin tal-bidu tal-vjaġġ |
[h:min] |
59 |
Il-ħin tal-bidu tal-proċedura ta' wara t-test |
[h:min] |
60 |
Il-ħin tat-tmiem tal-proċedura ta' qabel it-test |
[h:min] |
61 |
Il-ħin tat-tmiem tal-vjaġġ |
[h:min] |
62 |
Il-ħin tat-tmiem tal-proċedura ta' wara t-test |
[h:min] |
63-70 (5) |
… |
… |
71 |
Korrezzjoni tal-ħin: Bidla THC |
[s] |
72 |
Korrezzjoni tal-ħin: Bidla CH4 |
[s] |
73 |
Korrezzjoni tal-ħin: Bidla NMHC |
[s] |
74 |
Korrezzjoni tal-ħin: Bidla O2 |
[s] |
75 |
Korrezzjoni tal-ħin: Bidla PN |
[s] |
76 |
Korrezzjoni tal-ħin: Bidla CO |
[s] |
77 |
Korrezzjoni tal-ħin: Bidla CO2 |
[s] |
78 |
Korrezzjoni tal-ħin: Bidla NO |
[s] |
79 |
Korrezzjoni tal-ħin: Bidla NO2 |
[s] |
80 |
Korrezzjoni tal-ħin: Bidla fir-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost |
[s] |
81 |
Il-valur ta' referenza tal-kalibrazzjoni THC |
[ppm] |
82 |
Il-valur ta' referenza tal-kalibrazzjoni CH4 |
[ppm] |
83 |
Il-valur ta' referenza tal-kalibrazzjoni NMHC |
[ppm] |
84 |
Il-valur ta' referenza tal-kalibrazzjoni O2 |
[%] |
85 |
Il-valur ta' referenza tal-kalibrazzjoni PN |
[#] |
86 |
Il-valur ta' referenza tal-kalibrazzjoni CO |
[ppm] |
87 |
Il-valur ta' referenza tal-kalibrazzjoni CO2 |
[%] |
88 |
Il-valur ta' referenza tal-kalibrazzjoni NO |
[ppm] |
89 |
Il-valur ta' referenza tal-kalibrazzjoni NO2 |
[ppm] |
90-95 (5) |
… |
… |
96 |
Ir-rispons żero ta' qabel it-test THC |
[ppm] |
97 |
Ir-rispons żero ta' qabel it-test CH4 |
[ppm] |
98 |
Ir-rispons żero ta' qabel it-test NMHC |
[ppm] |
99 |
Ir-rispons żero ta' qabel it-test O2 |
[%] |
100 |
Ir-rispons żero ta' qabel it-test PN |
[#] |
101 |
Ir-rispons żero ta' qabel it-test CO |
[ppm] |
102 |
Ir-rispons żero ta' qabel it-test CO2 |
[%] |
103 |
Ir-rispons żero ta' qabel it-test NO |
[ppm] |
104 |
Ir-rispons żero ta' qabel it-test NO2 |
[ppm] |
105 |
Ir-rispons tal-kalibrazzjoni ta' qabel it-test THC |
[ppm] |
106 |
Ir-rispons tal-kalibrazzjoni ta' qabel it-test CH4 |
[ppm] |
107 |
Ir-rispons tal-kalibrazzjoni ta' qabel it-test NMHC |
[ppm] |
108 |
Ir-rispons tal-kalibrazzjoni ta' qabel it-test O2 |
[%] |
109 |
Ir-rispons tal-kalibrazzjoni ta' qabel it-test PN |
[#] |
110 |
Ir-rispons tal-kalibrazzjoni ta' qabel it-test CO |
[ppm] |
111 |
Ir-rispons tal-kalibrazzjoni ta' qabel it-test CO2 |
[%] |
112 |
Ir-rispons tal-kalibrazzjoni ta' qabel it-test NO |
[ppm] |
113 |
Ir-rispons tal-kalibrazzjoni ta' qabel it-test NO2 |
[ppm] |
114 |
Ir-rispons żero ta' wara t-test THC |
[ppm] |
115 |
Ir-rispons żero ta' wara t-test CH4 |
[ppm] |
116 |
Ir-rispons żero ta' wara t-test NMHC |
[ppm] |
117 |
Ir-rispons żero ta' wara t-test O2 |
[%] |
118 |
Ir-rispons żero ta' wara t-test PN |
[#] |
119 |
Ir-rispons żero ta' wara t-test CO |
[ppm] |
120 |
Ir-rispons żero ta' wara t-test CO2 |
[%] |
121 |
Ir-rispons żero ta' wara t-test NO |
[ppm] |
122 |
Ir-rispons żero ta' wara t-test NO2 |
[ppm] |
123 |
Ir-rispons tal-kalibrazzjoni ta' wara t-test THC |
[ppm] |
124 |
Ir-rispons tal-kalibrazzjoni ta' wara t-test CH4 |
[ppm] |
125 |
Ir-rispons tal-kalibrazzjoni ta' wara t-test NMHC |
[ppm] |
126 |
Ir-rispons tal-kalibrazzjoni ta' wara t-test O2 |
[%] |
127 |
Ir-rispons tal-kalibrazzjoni ta' wara t-test PN |
[#] |
128 |
Ir-rispons tal-kalibrazzjoni ta' wara t-test CO |
[ppm] |
129 |
Ir-rispons tal-kalibrazzjoni ta' wara t-test CO2 |
[%] |
130 |
Ir-rispons tal-kalibrazzjoni ta' wara t-test NO |
[ppm] |
131 |
Ir-rispons tal-kalibrazzjoni ta' wara t-test NO2 |
[ppm] |
132 |
validazzjoni tal-PEMS — riżultati THC |
[mg/km;%] (6) |
133 |
validazzjoni tal-PEMS — riżultati CH4 |
[mg/km;%] (6) |
134 |
validazzjoni tal-PEMS — riżultati NMHC |
[mg/km;%] (6) |
135 |
validazzjoni tal-PEMS — riżultati PN |
[#/km;%] (6) |
136 |
validazzjoni tal-PEMS — riżultati CO |
[mg/km;%] (6) |
137 |
validazzjoni tal-PEMS — riżultati CO2 |
[g/km;%] (6) |
138 |
validazzjoni tal-PEMS — riżultati NOX |
[mg/km;%] (6) |
… (7) |
… (7) |
… (7) |
(1) Massa tal-vettura kif ittestjata fit-triq, inkluża l-massa tas-sewwieq u komponenti tal-PEMS kollha. (2) Il-perċentwal għandu jindika devjazzjoni mill-piż gross tal-vettura. (3) Spazji riżervati għal informazzjoni addizzjonali dwar il-manifattur u n-numru tas-serje tal-analizzatur fil-każ li jintużaw diversi analizzaturi. L-għadd ta' ringieli riżervati huwa biss indikattiv; fil-fajl komplut tar-rapportar tad-dejta m'għandux ikun hemm ringieli vojta (4) Mandatorju jekk ir-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost hija determinata permezz ta' EFM. (5) Jekk ikun meħtieġ, tista' tiddaħħal informazzjoni addizzjonali hawnhekk. (6) Il-validazzjoni tal-PEMS hija fakultattiva; emissjonijiet speċifiċi għad-distanza, kif imkejla mill-PEMS; Il-perċentwal għandu jindika d-devjazzjoni mir-referenza tal-laboratorju (7) Parametri addizzjonali jistgħu jiġu miżjuda sa linja 195 biex jikkaratterizzaw u jittikkettaw it-test. |
Tabella 2
Korp tal-fajl tal-iskambju tad-dejta; ir-ringieli u l-kolonni ta' din it-tabella għandhom jiġu trasposti fil-korp tal-fajl tal-iskambju tad-dejta
Linja |
198 |
199 (1) |
200 |
201 |
|
Ħin |
vjaġġ |
[s] |
|
|
Veloċità tal-vettura (3) |
Sensor |
[km/h] |
|
|
Veloċità tal-vettura (3) |
GPS |
[km/h] |
|
|
Veloċità tal-vettura (3) |
ECU |
[km/h] |
|
|
Latitudni |
GPS |
[deg:min:s] |
|
|
Lonġitudni |
GPS |
[deg:min:s] |
|
|
Altitudni (3) |
GPS |
[m] |
|
|
Altitudni (3) |
Sensor |
[m] |
|
|
Pressjoni ambjentali |
Sensor |
[kPa] |
|
|
Temperatura ambjentali |
Sensor |
[K] |
|
|
Umdità ambjentali |
Sensor |
[g/kg; %] |
|
|
Konċentrazzjoni ta' THC |
Analizzatur |
[ppm] |
|
|
Konċentrazzjoni ta' CH4 |
Analizzatur |
[ppm] |
|
|
Konċentrazzjoni ta' NMHC |
Analizzatur |
[ppm] |
|
|
Konċentrazzjoni ta' CO |
Analizzatur |
[ppm] |
|
|
Konċentrazzjoni ta' CO2 |
Analizzatur |
[ppm] |
|
|
Konċentrazzjoni ta' NOX |
Analizzatur |
[ppm] |
|
|
Konċentrazzjoni ta' NO |
Analizzatur |
[ppm] |
|
|
Konċentrazzjoni ta' NO2 |
Analizzatur |
[ppm] |
|
|
Konċentrazzjoni ta' O2 |
Analizzatur |
[ppm] |
|
|
Konċentrazzjoni ta' PN |
Analizzatur |
[#/m (3)] |
|
|
Rata tal-massa tal-fluss ta' egżost |
EFM |
[kg/s] |
|
|
Temperatura tal-egżost fl-EFM |
EFM |
[K] |
|
|
Rata tal-massa tal-fluss ta' egżost |
Sensor |
[kg/s] |
|
|
Rata tal-massa tal-fluss ta' egżost |
ECU |
[kg/s] |
|
|
Massa ta' THC |
Analizzatur |
[g/s] |
|
|
Massa ta' CH4 |
Analizzatur |
[g/s] |
|
|
Massa ta' NMHC |
Analizzatur |
[g/s] |
|
|
Massa ta' CO |
Analizzatur |
[g/s] |
|
|
Massa ta' CO2 |
Analizzatur |
[g/s] |
|
|
Massa ta' NOX |
Analizzatur |
[g/s] |
|
|
Massa ta' NO |
Analizzatur |
[g/s] |
|
|
Massa ta' NO2 |
Analizzatur |
[g/s] |
|
|
Massa ta' O2 |
Analizzatur |
[g/s] |
|
|
PN |
Analizzatur |
[#/s] |
|
|
Kejl attiv tal-gass |
PEMS |
[attiv (1); mhux attiv (0); żball (> 1)] |
|
|
Veloċità tal-magna |
ECU |
[rpm] |
|
|
Torque tal-magna |
ECU |
[Nm] |
|
|
Torque fuq il-fus attiv |
Sensor |
[Nm] |
|
|
Veloċità rotazzjonali tar-roti |
Sensor |
[rad/s] |
|
|
Rata tal-fluss tal-fjuwil |
ECU |
[g/s] |
|
|
Fluss tal-fjuwil tal-magna |
ECU |
[g/s] |
|
|
Fluss tal-arja li tidħol tal-magna |
ECU |
[g/s] |
|
|
It-temperatura tal-likwidu berried |
ECU |
[K] |
|
|
Temperatura taż-żejt |
ECU |
[K] |
|
|
Status ta' riġenerazzjoni |
ECU |
— |
|
|
Pożizzjoni tal-pedala |
ECU |
[%] |
|
|
Status tal-vettura |
ECU |
[żball (> 1) normali (0)] |
|
|
Perċentwal tat-torque |
ECU |
[%] |
|
|
Perċentwal tat-torque tal-frizzjoni |
ECU |
[%] |
|
|
Stat ta' charge |
ECU |
[%] |
|
|
… (4) |
… (4) |
… (4) |
|
(1) Din il-kolonna tista' titħalla barra jekk is-sors tal-parametru huwa parti mit-tikketta fil-kolonna 198. (2) Valuri reali biex jiġu inklużi mil-linja 201'il quddiem sal-aħħar tad-dejta (3) Għandu jiġi determinat b'għallinqas metodu wieħed (4) Parametri addizzjonali jistgħu jiġu miżjuda biex jikkaratterizzaw il-vettura u l-kundizzjonijiet tat-test. |
4.2. Ir-riżultati intermedji u finali
4.2.1. Riżultati intermedji
Tabella 3
Fajl #1 tar-rapportar — parametri sommarji tar-riżultati intermedji
Linja |
Parametru |
Deskrizzjoni/unità |
1 |
Distanza totali tal-vjaġġ |
[km] |
2 |
Durata totali tal-vjaġġ |
[h:min:s] |
3 |
Il-ħin tal-waqfien totali |
[min:s] |
4 |
Il-veloċità medja tal-vjaġġ |
[km/h] |
5 |
Il-veloċità massima tal-vjaġġ |
[km/h] |
6 |
Konċentrazzjoni medja ta' THC |
[ppm] |
7 |
Konċentrazzjoni medja ta' CH4 |
[ppm] |
8 |
Konċentrazzjoni medja ta' NMHC |
[ppm] |
9 |
Konċentrazzjoni medja ta' CO |
[ppm] |
10 |
Konċentrazzjoni medja ta' CO2 |
[ppm] |
11 |
Konċentrazzjoni medja ta' NOX |
[ppm] |
12 |
Konċentrazzjoni medja ta' PN |
[#/m3] |
13 |
Medja tar-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost |
[kg/s] |
14 |
Temperatura medja tal-egżost |
[K] |
15 |
Temperatura massima tal-egżost |
[K] |
16 |
Massa kumulata ta' THC |
[g] |
17 |
Massa kumulata ta' CH4 |
[g] |
18 |
Massa kumulata ta' NMHC |
[g] |
19 |
Massa kumulata ta' CO |
[g] |
20 |
Massa kumulata ta' CO2 |
[g] |
21 |
Massa kumulata ta' NOX |
[g] |
22 |
PN kumulat |
[#] |
23 |
Emissjonijiet totali ta' THC tal-vjaġġ |
[mg/km] |
24 |
Emissjonijiet totali ta' CH4 tal-vjaġġ |
[mg/km] |
25 |
Emissjonijiet totali ta' NMHC tal-vjaġġ |
[mg/km] |
26 |
Emissjonijiet totali ta' CO tal-vjaġġ |
[mg/km] |
27 |
Emissjonijiet totali ta' CO2 tal-vjaġġ |
[g/km] |
28 |
Emissjonijiet totali ta' NOX tal-vjaġġ |
[mg/km] |
29 |
Emissjonijiet totali ta' PN tal-vjaġġ |
[#/km] |
30 |
Distanza tal-parti urbana |
[km] |
31 |
Durata tal-parti urbana |
[h:min:s] |
32 |
Il-ħin ta' waqfien tal-parti urbana |
[min:s] |
33 |
Il-veloċità medja tal-parti urbana |
[km/h] |
34 |
Il-veloċità massima tal-parti urbana |
[km/h] |
35 |
Konċentrazzjoni medja ta' THC tal-parti urbana |
[ppm] |
36 |
Konċentrazzjoni medja ta' CH4 tal-parti urbana |
[ppm] |
37 |
Konċentrazzjoni medja ta' NMHC tal-parti urbana |
[ppm] |
38 |
Konċentrazzjoni medja ta' CO tal-parti urbana |
[ppm] |
39 |
Konċentrazzjoni medja ta' CO2 tal-parti urbana |
[ppm] |
40 |
Konċentrazzjoni medja ta' NOX tal-parti urbana |
[ppm] |
41 |
Konċentrazzjoni medja ta' PN tal-parti urbana |
[#/m3] |
42 |
Medja tar-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost tal-parti urbana |
[kg/s] |
43 |
Temperatura medja tal-egżost tal-parti urbana |
[K] |
44 |
Temperatura massima tal-egżost tal-parti urbana |
[K] |
45 |
Massa kumulata ta' THC tal-parti urbana |
[g] |
46 |
Massa kumulata ta' CH4 tal-parti urbana |
[g] |
47 |
Massa kumulata ta' NMHC tal-parti urbana |
[g] |
48 |
Massa kumulata ta' CO tal-parti urbana |
[g] |
49 |
Massa kumulata ta' CO2 tal-parti urbana |
[g] |
50 |
Massa kumulata ta' NOX tal-parti urbana |
[g] |
51 |
Massa kumulata ta' PN tal-parti urbana |
[#] |
52 |
Emissjonijiet urbani ta' THC |
[mg/km] |
53 |
Emissjonijiet urbani ta' CH4 |
[mg/km] |
54 |
Emissjonijiet urbani ta' NMHC |
[mg/km] |
55 |
Emissjonijiet urbani ta' CO |
[mg/km] |
56 |
Emissjonijiet urbani ta' CO2 |
[g/km] |
57 |
Emissjonijiet urbani ta' NOX |
[mg/km] |
58 |
Emissjonijiet urbani ta' PN |
[#/km] |
59 |
Distanza tal-parti rurali |
[km] |
60 |
Durata tal-parti rurali |
[h:min:s] |
61 |
Il-ħin ta' waqfien tal-parti rurali |
[min:s] |
62 |
Il-veloċità medja tal-parti rurali |
[km/h] |
63 |
Il-veloċità massima tal-parti rurali |
[km/h] |
64 |
Konċentrazzjoni medja ta' THC tal-parti rurali |
[ppm] |
65 |
Konċentrazzjoni medja ta' CH4 tal-parti rurali |
[ppm] |
66 |
Konċentrazzjoni medja ta' NMHC tal-parti rurali |
[ppm] |
67 |
Konċentrazzjoni medja ta' CO tal-parti rurali |
[ppm] |
68 |
Konċentrazzjoni medja ta' CO2 tal-parti rurali |
[ppm] |
69 |
Konċentrazzjoni medja ta' NOX tal-parti rurali |
[ppm] |
70 |
Konċentrazzjoni medja ta' PN tal-parti rurali |
[#/m3] |
71 |
Medja tar-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost tal-parti rurali |
[kg/s] |
72 |
Temperatura medja tal-egżost tal-parti rurali |
[K] |
73 |
Temperatura massima tal-egżost tal-parti rurali |
[K] |
74 |
Massa kumulata ta' THC tal-parti rurali |
[g] |
75 |
Massa kumulata ta' CH4 tal-parti rurali |
[g] |
76 |
Massa kumulata ta' NMHC tal-parti rurali |
[g] |
77 |
Massa kumulata ta' CO tal-parti rurali |
[g] |
78 |
Massa kumulata ta' CO2 tal-parti rurali |
[g] |
79 |
Massa kumulata ta' NOX tal-parti rurali |
[g] |
80 |
Massa kumulata ta' PN tal-parti rurali |
[#] |
81 |
Emissjonijiet ta' THC fil-parti rurali |
[mg/km] |
82 |
Emissjonijiet ta' CH4 fil-parti rurali |
[mg/km] |
83 |
Emissjonijiet ta' NMHC fil-parti rurali |
[mg/km] |
84 |
Emissjonijiet ta' CO fil-parti rurali |
[mg/km] |
85 |
Emissjonijiet ta' CO2 fil-parti rurali |
[g/km] |
86 |
Emissjonijiet ta' NOX fil-parti rurali |
[mg/km] |
87 |
Emissjonijiet ta' PN fil-parti rurali |
[#/km] |
88 |
Distanza tal-parti fuq l-awtostrada |
[km] |
89 |
Durata tal-parti fuq l-awtostrada |
[h:min:s] |
90 |
Il-ħin ta' waqfien tal-parti fuq l-awtostrada |
[min:s] |
91 |
Il-veloċità medja tal-parti fuq l-awtostrada |
[km/h] |
92 |
Il-veloċità massima tal-parti fuq l-awtostrada |
[km/h] |
93 |
Konċentrazzjoni medja ta' THC tal-parti fuq l-awtostrada |
[ppm] |
94 |
Konċentrazzjoni medja ta' CH4 tal-parti fuq l-awtostrada |
[ppm] |
95 |
Konċentrazzjoni medja ta' NMHC tal-parti fuq l-awtostrada |
[ppm] |
96 |
Konċentrazzjoni medja ta' CO tal-parti fuq l-awtostrada |
[ppm] |
97 |
Konċentrazzjoni medja ta' CO2 tal-parti fuq l-awtostrada |
[ppm] |
98 |
Konċentrazzjoni medja ta' NOX tal-parti fuq l-awtostrada |
[ppm] |
99 |
Konċentrazzjoni medja ta' PN tal-parti fuq l-awtostrada |
[#/m3] |
100 |
Medja tar-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost tal-parti fuq l-awtostrada |
[kg/s] |
101 |
Temperatura medja tal-egżost tal-parti fuq l-awtostrada |
[K] |
102 |
Temperatura massima tal-egżost tal-parti fuq l-awtostrada |
[K] |
103 |
Massa kumulata ta' THC tal-parti fuq l-awtostrada |
[g] |
104 |
Massa kumulata ta' CH4 tal-parti fuq l-awtostrada |
[g] |
105 |
Massa kumulata ta' NMHC tal-parti fuq l-awtostrada |
[g] |
106 |
Massa kumulata ta' CO tal-parti fuq l-awtostrada |
[g] |
107 |
Massa kumulata ta' CO2 tal-parti fuq l-awtostrada |
[g] |
108 |
Massa kumulata ta' NOX tal-parti fuq l-awtostrada |
[g] |
109 |
Massa kumulata ta' PN tal-parti fuq l-awtostrada |
[#] |
110 |
Emissjonijiet ta' THC fuq l-awtostrada |
[mg/km] |
111 |
Emissjonijiet ta' CH4 fuq l-awtostrada |
[mg/km] |
112 |
Emissjonijiet ta' NMHC fuq l-awtostrada |
[mg/km] |
113 |
Emissjonijiet ta' CO fuq l-awtostrada |
[mg/km] |
114 |
Emissjonijiet ta' CO2 fuq l-awtostrada |
[g/km] |
115 |
Emissjonijiet ta' NOX fuq l-awtostrada |
[mg/km] |
116 |
Emissjonijiet ta' PN fuq l-awtostrada |
[#/km] |
… (1) |
… (1) |
… (1) |
(1) Parametri addizzjonali jistgħu jiġu miżjuda biex jikkaratterizzaw elementi addizzjonali. |
4.2.2. Riżultati tal-evalwazzjoni tad-dejta
Tabella 4
Header tal-fajl tar-rapportar #2 — Konfigurazzjoni għall-kalkolu tal-metodu tal-evalwazzjoni tad-dejta skont l-Appendiċi 5
Linja |
Parametru |
Unità |
1 |
Massa ta' CO2 ta' referenza |
[g] |
2 |
Koeffiċjent a 1 tal-kurva karatteristika tas-CO2 |
|
3 |
Koeffiċjent b 1 tal-kurva karatteristika tas-CO2 |
|
4 |
Koeffiċjent a 2 tal-kurva karatteristika tas-CO2 |
|
5 |
Koeffiċjent b 2 tal-kurva karatteristika tas-CO2 |
|
6 |
Koeffiċjent k 11 tal-funzjoni ta' ponderazzjoni |
|
7 |
Koeffiċjent k 12 tal-funzjoni ta' ponderazzjoni |
|
8 |
Koeffiċjent k 22 = k 21 tal-funzjoni ta' ponderazzjoni |
|
9 |
Tolleranza primarja tol 1 |
[%] |
10 |
Tolleranza sekondarja tol 2 |
[%] |
11 |
Softwer għall-kalkolazzjoni u l-verżjoni |
(pereżempju EMROAD 5.8) |
… (1) |
… (1) |
… (1) |
(1) Parametri addizzjonali jistgħu jiġu miżjuda sa linja 95 biex jikkaratterizzaw il-konfigurazzjoni tal-kalkoli. |
Tabella 5a
Header tal-fajl tar-rapportar # 2 — Riżultati tal-metodu tal-evalwazzjoni tad-dejta skont l-Appendiċi 5
Linja |
Parametru |
Unità |
101 |
Għadd ta' twieqi |
|
102 |
Għadd ta' twieqi urbani |
|
103 |
Għadd ta' twieqi rurali |
|
104 |
Għadd ta' twieqi fuq l-awtostrada |
|
105 |
Sehem ta' twieqi urbani |
[%] |
106 |
Sehem ta' twieqi rurali |
[%] |
107 |
Sehem ta' twieqi fuq l-awtostrada |
[%] |
108 |
Sehem ta' twieqi urbani akbar minn 15 % |
(1 = Iva, 0 = Le) |
109 |
Sehem ta' twieqi rurali akbar minn 15 % |
(1 = Iva, 0 = Le) |
110 |
Sehem ta' twieqi fuq l-awtostrada akbar minn 15 % |
(1 = Iva, 0 = Le) |
111 |
Għadd ta' twieqi f' ± tol 1 |
|
112 |
Għadd ta' twieqi urbani f' ± tol 1 |
|
113 |
Għadd ta' twieqi rurali f' ± tol 1 |
|
114 |
Għadd ta' twieqi fuq l-awtostrada f' ± tol 1 |
|
115 |
Għadd ta' twieqi f' ± tol 2 |
|
116 |
Għadd ta' twieqi urbani f' ± tol 2 |
|
117 |
Għadd ta' twieqi rurali f' ± tol 2 |
|
118 |
Għadd ta' twieqi fuq l-awtostrada f' ± tol 2 |
|
119 |
Sehem ta' twieqi urbani f' ± tol 1 |
[%] |
120 |
Sehem ta' twieqi rurali f' ± tol 1 |
[%] |
121 |
Sehem ta' twieqi fuq l-awtostrada f' ± tol 1 |
[%] |
122 |
Sehem ta' twieqi urbani f' ± tol 1 akbar minn 50 % |
(1 = Iva, 0 = Le) |
123 |
Sehem ta' twieqi rurali f' ± tol 1 akbar minn 50 % |
(1 = Iva, 0 = Le) |
124 |
Sehem ta' twieqi fuq l-awtostrada f' ± tol 1 akbar minn 50 % |
(1 = Iva, 0 = Le) |
125 |
L-indiċi tal-gravità medja tat-twieqi kollha |
[%] |
126 |
L-indiċi tal-gravità medja tat-twieqi urbani |
[%] |
127 |
L-indiċi tal-gravità medja tat-twieqi rurali |
[%] |
128 |
L-indiċi tal-gravità medja tat-twieqi fuq l-awtostrada |
[%] |
129 |
Emissjonijiet ponderati ta' THC fit-twieqi urbani |
[mg/km] |
130 |
Emissjonijiet ponderati ta' THC fit-twieqi rurali |
[mg/km] |
131 |
Emissjonijiet ponderati ta' THC fit-twieqi fuq l-awtostrada |
[mg/km] |
132 |
Emissjonijiet ponderati ta' CH4 fit-twieqi urbani |
[mg/km] |
133 |
Emissjonijiet ponderati ta' CH4 fit-twieqi rurali |
[mg/km] |
134 |
Emissjonijiet ponderati ta' CH4 fit-twieqi fuq l-awtostrada |
[mg/km] |
135 |
Emissjonijiet ponderati ta' NMHC fit-twieqi urbani |
[mg/km] |
136 |
Emissjonijiet ponderati ta' NMHC fit-twieqi rurali |
[mg/km] |
137 |
Emissjonijiet ponderati ta' NMHC fit-twieqi fuq l-awtostrada |
[mg/km] |
138 |
Emissjonijiet ponderati ta' CO fit-twieqi urbani |
[mg/km] |
139 |
Emissjonijiet ponderati ta' CO fit-twieqi rurali |
[mg/km] |
140 |
Emissjonijiet ponderati ta' CO fit-twieqi fuq l-awtostrada |
[mg/km] |
141 |
Emissjonijiet ponderati ta' NOx fit-twieqi urbani |
[mg/km] |
142 |
Emissjonijiet ponderati ta' NOx fit-twieqi rurali |
[mg/km] |
143 |
Emissjonijiet ponderati ta' NOx fit-twieqi fuq l-awtostrada |
[mg/km] |
144 |
Emissjonijiet ponderati ta' NO fit-twieqi urbani |
[mg/km] |
145 |
Emissjonijiet ponderati ta' NO fit-twieqi rurali |
[mg/km] |
146 |
Emissjonijiet ponderati ta' NO fit-twieqi fuq l-awtostrada |
[mg/km] |
147 |
Emissjonijiet ponderati ta' NO2 fit-twieqi urbani |
[mg/km] |
148 |
Emissjonijiet ponderati ta' NO2 fit-twieqi rurali |
[mg/km] |
149 |
Emissjonijiet ponderati ta' NO2 fit-twieqi fuq l-awtostrada |
[mg/km] |
150 |
Emissjonijiet ponderati ta' PN fit-twieqi urbani |
[#/km] |
151 |
Emissjonijiet ponderati ta' PN fit-twieqi rurali |
[#/km] |
152 |
Emissjonijiet ponderati ta' PN fit-twieqi fuq l-awtostrada |
[#/km] |
… (1) |
… (1) |
… (1) |
(1) Parametri addizzjonali jistgħu jiġu miżjuda sa linja 195. |
Tabella 5b
Header tal-fajl tar-rapportar # 2 — Riżultati finali tal-emissjonijiet skont l-Appendiċi 5
Linja |
Parametru |
Unità |
201 |
Emissjonijiet totali ta' THC tal-vjaġġ |
[mg/km] |
202 |
Emissjonijiet totali ta' CH4 tal-vjaġġ |
[mg/km] |
203 |
Emissjonijiet totali ta' NMHC tal-vjaġġ |
[mg/km] |
204 |
Emissjonijiet totali ta' CO tal-vjaġġ |
[mg/km] |
205 |
Emissjonijiet totali ta' NOX tal-vjaġġ |
[mg/km] |
206 |
Emissjonijiet totali ta' PN tal-vjaġġ |
[#/km] |
… (1) |
… (1) |
… (1) |
(1) Jistgħu jiżdiedu parametri addizzjonali. |
Tabella 6
Korp tal-fajl tar-rapportar # 2 — Riżultati dettaljati tal-metodu tal-evalwazzjoni tad-dejta skont l-Appendiċi 5; ir-ringieli u l-kolonni ta' din it-tabella għandhom jiġu trasposti fil-korp tal-fajl tar-rapportar tad-dejta
Linja |
498 |
499 |
500 |
501 |
|
Ħin tal-Bidu tat-Tieqa |
|
[s] |
|
|
Ħin tat-Tmiem tat-Tieqa |
|
[s] |
|
|
Durata tat-Tieqa |
|
[s] |
|
|
Distanza tat-Tieqa |
Sors (1 = GPS, 2 = ECU, 3 = Sensor) |
[km] |
|
|
Emissjonijiet ta' THC tat-tieqa |
|
[g] |
|
|
Emissjonijiet ta' CH4 tat-tieqa |
|
[g] |
|
|
Emissjonijiet ta' NMHC tat-tieqa |
|
[g] |
|
|
Emissjonijiet ta' CO tat-tieqa |
|
[g] |
|
|
Emissjonijiet ta' CO2 tat-tieqa |
|
[g] |
|
|
Emissjonijiet ta' NOX tat-tieqa |
|
[g] |
|
|
Emissjonijiet ta' NO tat-tieqa |
|
[g] |
|
|
Emissjonijiet ta' NO2 tat-tieqa |
|
[g] |
|
|
Emissjonijiet ta' O2 tat-tieqa |
|
[g] |
|
|
Emissjonijiet ta' PN tat-tieqa |
|
[#] |
|
|
Emissjonijiet ta' THC tat-tieqa |
|
[mg/km] |
|
|
Emissjonijiet ta' CH4 tat-tieqa |
|
[mg/km] |
|
|
Emissjonijiet ta' NMHC tat-tieqa |
|
[mg/km] |
|
|
Emissjonijiet ta' CO tat-tieqa |
|
[mg/km] |
|
|
Emissjonijiet ta' CO2 tat-tieqa |
|
[g/km] |
|
|
Emissjonijiet ta' NOX tat-tieqa |
|
[mg/km] |
|
|
Emissjonijiet ta' NO tat-tieqa |
|
[mg/km] |
|
|
Emissjonijiet ta' NO2 tat-tieqa |
|
[mg/km] |
|
|
Emissjonijiet ta' O2 tat-tieqa |
|
[mg/km] |
|
|
Emissjonijiet ta' PN tat-tieqa |
|
[#/km] |
|
|
Distanza tat-tieqa għall-kurva karatteristika ta' CO2 h j |
|
[%] |
|
|
Fattur ta' ponderazzjoni tat-tieqa w j |
|
[-] |
|
|
Veloċità Medja tal-Vettura għat-Tieqa |
Sors (1 = GPS, 2 = ECU, 3 = Sensor) |
[km/h] |
|
|
… (2) |
… (2) |
… (2) |
|
(1) Valuri reali li għandhom jiġu inklużi mil-linja 501'il quddiem sal-aħħar tad-dejta (2) Parametri addizzjonali jistgħu jiġu miżjuda biex jikkaratterizzaw elementi tat-tieqa |
Tabella 7
Header tal-fajl tar-rapportar #3 — Konfigurazzjoni għall-kalkolu tal-metodu tal-evalwazzjoni tad-dejta skont l-Appendiċi 6
Linja |
Parametru |
Unità |
1 |
Sors tat-torque għall-potenza fir-roti |
Sensor/ECU/“Veline” |
2 |
Inklinazzjoni grafika tal-Veline |
[g/kWh] |
3 |
Interċetta tal-Veline |
[g/h] |
4 |
Durata tal-medja mobbli |
[s] |
5 |
Veloċità ta' referenza għad-denormalizzazzjoni tal-goal pattern |
[km/h] |
6 |
Aċċelerazzjoni ta' referenza |
[m/s2] |
7 |
Id-domanda ta' potenza fil-buttun tar-rota għal vettura b'veloċità ta' referenza u aċċellerazzjoni ta' referenza |
[kW] |
8 |
Għadd ta' klassijiet tal-potenza, fosthom id-90 % ta' Prated |
— |
9 |
Tqassim tal-goal pattern |
(imġebbed/mixrub) |
10 |
Softwer għall-kalkolazzjoni u l-verżjoni |
(pereżempju CLEAR 1.8) |
… (1) |
… (1) |
… (1) |
(1) Parametri addizzjonali jistgħu jiġu miżjuda sa linja 95 biex jikkaratterizzaw il-konfigurazzjoni tal-kalkoli. |
Tabella 8 a
Header tal-fajl tar-rapportar # 3 — Riżultati tal-metodu tal-evalwazzjoni tad-dejta skont l-Appendiċi 6
Linja |
Parametru |
Unità |
101 |
Kopertura tal-klassi tal-potenza (għadd > 5) |
(1 = Iva, 0 = Le) |
102 |
Normalità tal-klassi ta' potenza |
(1 = Iva, 0 = Le) |
103 |
Vjaġġ totali — Medja ponderata tal-emissjonijiet ta' THC |
[g/s] |
104 |
Vjaġġ totali — Medja ponderata tal-emissjonijiet ta' CH4 |
[g/s] |
105 |
Vjaġġ totali — Medja ponderata tal-emissjonijiet ta' NMHC |
[g/s] |
106 |
Vjaġġ totali — Medja ponderata tal-emissjonijiet ta' CO |
[g/s] |
107 |
Vjaġġ totali — Medja ponderata tal-emissjonijiet ta' CO2 |
[g/s] |
108 |
Vjaġġ totali — Medja ponderata tal-emissjonijiet ta' NOX |
[g/s] |
109 |
Vjaġġ totali — Medja ponderata tal-emissjonijiet ta' NO |
[g/s] |
110 |
Vjaġġ totali — Medja ponderata tal-emissjonijiet ta' NO2 |
[g/s] |
111 |
Vjaġġ totali — Medja ponderata tal-emissjonijiet ta' O2 |
[g/s] |
112 |
Vjaġġ totali — Medja ponderata tal-emissjonijiet ta' PN |
[#/s] |
113 |
Vjaġġ totali — Veloċità medja ponderata tal-vettura |
[km/h] |
114 |
Parti urbana — Medja ponderata tal-emissjonijiet ta' THC |
[g/s] |
115 |
Parti urbana — Medja ponderata tal-emissjonijiet ta' CH4 |
[g/s] |
116 |
Parti urbana — Medja ponderata tal-emissjonijiet ta' NMHC |
[g/s] |
117 |
Parti urbana — Medja ponderata tal-emissjonijiet ta' CO |
[g/s] |
118 |
Parti urbana — Medja ponderata tal-emissjonijiet ta' CO2 |
[g/s] |
119 |
Parti urbana — Medja ponderata tal-emissjonijiet ta' NOX |
[g/s] |
120 |
Parti urbana — Medja ponderata tal-emissjonijiet ta' NO |
[g/s] |
121 |
Parti urbana — Medja ponderata tal-emissjonijiet ta' NO2 |
[g/s] |
122 |
Parti urbana — Medja ponderata tal-emissjonijiet ta' O2 |
[g/s] |
123 |
Parti urbana — Medja ponderata tal-emissjonijiet ta' PN |
[#/s] |
124 |
Parti urbana — Veloċità medja ponderata tal-vettura |
[km/h] |
… (1) |
… (1) |
… (1) |
(1) Parametri addizzjonali jistgħu jiġu miżjuda sa linja 195. |
Tabella 8b
Header tal-fajl tar-rapportar # 3 — Riżultati finali tal-emissjonijiet skont l-Appendiċi 6
Linja |
Parametru |
Unità |
201 |
Emissjonijiet totali ta' THC tal-vjaġġ |
[mg/km] |
202 |
Emissjonijiet totali ta' CH4 tal-vjaġġ |
[mg/km] |
203 |
Emissjonijiet totali ta' NMHC tal-vjaġġ |
[mg/km] |
204 |
Emissjonijiet totali ta' CO tal-vjaġġ |
[mg/km] |
205 |
Emissjonijiet totali ta' NOX tal-vjaġġ |
[mg/km] |
206 |
Emissjonijiet totali ta' PN tal-vjaġġ |
[#/km] |
… (1) |
… (1) |
… (1) |
(1) Jistgħu jiżdiedu parametri addizzjonali. |
Tabella 9
Korp tal-fajl tar-rapportar # 3 — Riżultati dettaljati tal-metodu tal-evalwazzjoni tad-dejta skont l-Appendiċi 6; ir-ringieli u l-kolonni ta' din it-tabella għandhom jiġu trasposti fil-korp tal-fajl tar-rapportar tad-dejta
Linja |
498 |
499 |
500 |
501 |
|
Vjaġġ totali — Numru tal-klassi ta' potenza (1) |
|
— |
|
|
Vjaġġ totali — Limitu l-aktar baxx tal-klassi ta' potenza (1) |
|
[kW] |
|
|
Vjaġġ totali — Limitu l-aktar għoli tal-klassi ta' potenza (1) |
|
[kW] |
|
|
Vjaġġ totali — Goal pattern użat (distribuzzjoni) (1) |
|
[%] |
|
|
Vjaġġ totali — Okkorrenza tal-klassi ta' potenza (1) |
|
— |
|
|
Vjaġġ totali — Kopertura tal-klassi ta' potenza > 5 għaddiet (1) |
|
— |
(1 = Iva, 0 = Le) (2) |
|
Vjaġġ totali — Normalità tal-klassi ta' potenza (1) |
|
— |
(1 = Iva, 0 = Le) (2) |
|
Vjaġġ totali — Medja tal-emissjonijiet ta' THC tal-klassi ta' potenza (1) |
|
[g/s] |
|
|
Vjaġġ totali — Medja tal-emissjonijiet ta' CH4 tal-klassi ta' potenza (1) |
|
[g/s] |
|
|
Vjaġġ totali — Medja tal-emissjonijiet ta' NMHC tal-klassi ta' potenza (1) |
|
[g/s] |
|
|
Vjaġġ totali — Medja tal-emissjonijiet ta' CO tal-klassi ta' potenza (1) |
|
[g/s] |
|
|
Vjaġġ totali — Medja tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-klassi ta' potenza (1) |
|
[g/s] |
|
|
Vjaġġ totali — Medja tal-emissjonijiet ta' NOX tal-klassi ta' potenza (1) |
|
[g/s] |
|
|
Vjaġġ totali — Medja tal-emissjonijiet ta' NO tal-klassi ta' potenza (1) |
|
[g/s] |
|
|
Vjaġġ totali — Medja tal-emissjonijiet ta' NO2 tal-klassi ta' potenza (1) |
|
[g/s] |
|
|
Vjaġġ totali — Medja tal-emissjonijiet ta' O2 tal-klassi ta' potenza (1) |
|
[g/s] |
|
|
Vjaġġ totali — Medja tal-emissjonijiet ta' PN tal-klassi ta' potenza (1) |
|
[#/s] |
|
|
Vjaġġ totali — Veloċità medja tal-vetturi fil-klassi ta' potenza (1) |
Sors (1 = GPS, 2 = ECU, 3 = Sensor) |
[km/h] |
|
|
Vjaġġ urban — Numru tal-klassi ta' potenza (1) |
|
— |
|
|
Vjaġġ urban — Limitu l-aktar baxx tal-klassi ta' potenza (1) |
|
[kW] |
|
|
Vjaġġ urban — Limitu l-aktar għoli tal-klassi ta' potenza (1) |
|
[kW] |
|
|
Vjaġġ urban — Goal pattern użat (distribuzzjoni) (1) |
|
[%] |
|
|
Vjaġġ urban — Okkorrenza tal-klassi ta' potenza (1) |
|
— |
|
|
Vjaġġ urban — Kopertura tal-klassi ta' potenza > 5 għaddiet (3) |
|
— |
(1 = Iva, 0 = Le) (2) |
|
Vjaġġ urban — Normalità tal-klassi ta' potenza (1) |
|
— |
(1 = Iva, 0 = Le) (2) |
|
Vjaġġ urban — Medja tal-emissjonijiet ta' THC tal-klassi ta' potenza (1) |
|
[g/s] |
|
|
Vjaġġ urban — Medja tal-emissjonijiet ta' CH4 tal-klassi ta' potenza (1) |
|
[g/s] |
|
|
Vjaġġ urban — Medja tal-emissjonijiet ta' NMHC tal-klassi ta' potenza (1) |
|
[g/s] |
|
|
Vjaġġ urban — Medja tal-emissjonijiet ta' CO tal-klassi ta' potenza (1) |
|
[g/s] |
|
|
Vjaġġ urban — Medja tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-klassi ta' potenza (1) |
|
[g/s] |
|
|
Vjaġġ urban — Medja tal-emissjonijiet ta' NOX tal-klassi ta' potenza (1) |
|
[g/s] |
|
|
Vjaġġ urban — Medja tal-emissjonijiet ta' NO tal-klassi ta' potenza (1) |
|
[g/s] |
|
|
Vjaġġ urban — Medja tal-emissjonijiet ta' NO2 tal-klassi ta' potenza (1) |
|
[g/s] |
|
|
Vjaġġ urban — Medja tal-emissjonijiet ta' O2 tal-klassi ta' potenza (1) |
|
[g/s] |
|
|
Vjaġġ urban — Medja tal-emissjonijiet ta' PN tal-klassi ta' potenza (1) |
|
[#/s] |
|
|
Vjaġġ urban — Veloċità medja tal-vettura fil-klassi ta' potenza (1) |
Sors (1 = GPS, 2 = ECU, 3 = Sensor) |
[km/h] |
|
|
… (4) |
… (4) |
… (4) |
|
(1) Ir-riżultati rrappurtati għal kull klassi, li jibdew mill-klassi ta' potenza #1 sa l-klassi ta' potenza li tinkludi 90 % ta' Prated (2) Valuri reali li għandhom jiġu inklużi mil-linja 501'il quddiem sal-aħħar tad-dejta (3) Ir-riżultati rrappurtati għal kull klassi, li jibdew mill-klassi ta' potenza #1 sa l-klassi ta' potenza #5 (4) Jistgħu jiżdiedu parametri addizzjonali |
4.3. Deskrizzjoni tal-vettura u tal-magna
Il-manifattur għandu jipprovdi deskrizzjoni tal-vettura u tal-magna skont l-Appendiċi 4 tal-Anness I.
Appendiċi 9
Iċ-ċertifikat ta' konformità tal-manifattur
Iċ-ċertifikat ta' konformità tal-manifattur mar-rekwiżiti tal-Emissjonijiet tas-Sewqan Reali
(Il-Manifattur):
(L-indirizz tal-manifattur):
Jikkonferma li
It-tipi ta' vetturi elenkati fid-dokument mehmuż ma' dan iċ-Ċertifikat huma konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2.1 tal-Anness IIIA tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 li għandhom x'jaqsmu ma' emissjonijiet tas-sewqan reali għat-testijiet kollha possibbli tal-RDE, li huma skont ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness.
Magħmul fi […(Post)]
Fil-[…(Data)]
(Timbru u firma tar-rappreżentat tal-manifattur)
Anness:
— Lista ta' tipi ta' vetturi li għalihom japplika dan iċ-ċertifikat
ANNESS IV
ID-DATA TA’ L-EMISSJONIJIET MEĦTIEĠA FL-APPROVAZZJONI TAT-TIP GĦAL FINIJIET BIEX IKUN VERIFIKAT KEMM IL-VETTURA TKUN TAJBA GĦAT-TRIQ
Appendiċi 1
IL-KEJL TA’ L-EMISSJONI TAL-MONOSSIDU TAL-KARBONJU F’IDLING SPEEDS
(IT-TEST TAT-TIP 2)
1. INTRODUZZJONI
1.1. |
Dan l-Appendiċi jiddeskrivi l-proċedura għal test tat-tip 2, li jkejjel l-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju f’idling speeds (normali u għoljin). |
2. IR-REKWIŻITI ĠENERALI
2.1. |
Ir-rekwiżiti ġenerali għandhom ikunu dawk speċifikati fil-paragrafi 5.3.7.1. sa 5.3.7.4. tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE, bl-eċċezzjonijiet stabbiliti fit-taqsimiet 2.2., 2.3. u 2.4. |
2.2. |
Il-proporzjonijiet atomiċi speċifikati fit-taqsima 5.3.7.3. għandhom jinftiehmu kif ġej:
|
2.3. |
It-tabella fit-taqsima 2.2 ta’ l-Appendiċi 4 ta’ l-Anness I ta’ dan ir-Regolament għandha timtela fuq il-bażi tar-rekwiżiti stabbiliti fit-taqsimiet 2.2. u 2.4 ta’ dan l-Anness. |
2.4. |
Il-manifattur għandu jikkonferma l-preċiżjoni tal-valur Lambda reġistrat fi żmien l-approvazzjoni tat-tip fil-paragrafu 2.1 ta’ dan l-Appendiċi bħala li hija rappreżentattiva tal-vetturi tipiċi tal-produzzjoni fi żmien 24 xahar mid-data ta’ l-għoti ta’ l-approvazzjoni tat-tip mis-servizz tekniku. Għandha ssir valutazzjoni fuq il-bażi tas-servejs u ta’ l-istudji tal-vetturi tal-produzzjoni. |
3. IR-REKWIŻITI TEKNIĊI
3.1. |
Ir-rekwiżiti tekniċi għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness 5 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE, bl-eċċezzjonijiet stabbiliti fit-taqsima 3.2. |
3.2. |
Il-fjuwils ta’ referenza speċifikati fil-paragrafu 2.1 ta’ l-Anness 5 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu għall-ispeċifikazzjonijiet xierqa tal-fjuwil ta’ referenza fl-Anness IX ta’ dan ir-Regolament. |
Appendiċi 2
IL-KEJL TA’ L-OPAĊITÀ TAD-DUĦĦAN
1. INTRODUZZJONI
1.1. |
Dan l-Appendiċi jiddeskrivi r-rekwiżiti biex titkejjel l-opaċità ta’ l-emissjonijiet mill-egżost. |
2. IS-SIMBOLU TAL-KOEFFIĊJENT KORRETT TA’ ASSORBIMENT
2.1. |
Simbolu tal-koeffiċjent korrett ta’ assorbiment għandu jitwaħħal fuq kull vettura li tikkonforma ma’ tip ta’ vettura li għalih japplika t-test. Is-simbolu għandu jkun rettangolu jdawwar figura li tesprimi f’m–1 il-koeffiċjent korrett ta’ assorbiment miksub, fi żmien l-approvazzjoni, mit-test b’aċċelerazzjoni ħielsa. Il-metodu tat-test qd jiġi deskritt fit-taqsima 4. |
2.2. |
Is-simbolu għandu jkun jista’ jinqara b’mod ċar u m’għandux ikun jista’ jitħassar. Għandu jitwaħħal f’post li jidher u li jkun faċilment aċċessibbli, li pożizzjoni tiegħu għandha tkun speċifikata fl-Addendum għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip muri fl-Appendiċi 4 ta’ l-Anness I. |
2.3. |
Il-figura IV.2.1 tagħti eżempju tas-simbolu. Figura IV.2.1 Is-simbolu t’hawn fuq juri li l-koeffiċjent korrett ta’ assorbiment huwa ta’ 1,30 m–1. |
3. L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET U T-TESTIJIET
3.1. |
L-ispeċifikazzjonijiet u t-testijiet għandhom ikunu dawk stabbiliti fit-taqsima 24 tal-Parti III tar-Regolament Nru. 24 tan-NU/ECE, bl-eċċezzjoni ta’ dawn il-proċeduri stabbiliti fit-taqsima 3.2. |
3.2. |
Ir-referenza ta’ l-Anness 2 fil-paragrafu 24.1 tar-Regolament Nru. 24 tan-NU/ECE għandha tinftiehem bħala referenza għall-Appendiċi 2 ta’ l-Anness X ta’ dan ir-Regolament. |
4. IR-REKWIŻITI TEKNIĊI
4.1. |
Ir-rekwiżiti tekniċi għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Annessi 4, 5, 7, 8, 9 u 10 tar-Regolament Nru. 24 tan-NU/ECE, bl-eċċezzjonijiet stabbiliti fit-taqsimiet 4.2., 4.3 u 4.4. |
4.2. |
It-test b’veloċitajiet stabbli fuq il-kurva tat-tagħbija sħiħa
|
4.3. |
It-test taħt aċċelerazzjoni ħielsa
|
4.4. |
Il-metodu “ECE” għall-kejl tal-qawwa netta tal-magni compression-ignition
|
ANNESS V
IL-VERIFIKA TA’ L-EMISSJONIJIET TAL-GASSIJIET MILL-CRANKCASE
(IT-TEST TAT-TIP 3)
1. INTRODUZZJONI
1.1. |
Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura għall-verifika ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet mill-crankcase tat-test tat-tip 3. |
2. IR-REKWIŻITI ĠENERALI
2.1. |
Ir-rekwiżiti ġenerali għat-twettiq tat-test tat-tip 3 għandhom ikunu dawk stabbiliti fit-taqsima 2 ta’ l-Anness 6 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE. |
3. IR-REKWIŻITI TEKNIĊI
3.1. |
Ir-rekwiżiti tekniċi għandhom ikunu dawk stabbiliti fit-taqsimiet 3 sa 6 ta’ l-Anness 6 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE. |
ANNESS VI
1. Introduzzjoni
1.1. |
Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura għat-test tat-Tip 4, li jiddetermina l-emissjoni tal-idrokarburi bl-evaporazzjoni mis-sistemi tal-fjuwil ta' vetturi b'magni positive ignition. |
2. Rekwiżiti tekniċi
2.1. Introduzzjoni
Il-proċedura tinkludi test tal-emissjonijiet evaporattivi u żewġ testijiet addizzjonali, wieħed għat-tiqdim tal-kaxxetta tal-karbonju, kif deskritt fil-punt 5.1, u wieħed għall-permeabbiltà tas-sistema tal-ħżin tal-fjuwil, kif deskritt fil-punt 5.2.
It-test tal-emissjonijiet evaporattivi (il-Figura 1) huwa ddisinjat biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet evaporattivi tal-idrokarburi bħala konsegwenza tal-flutwazzjoni tat-temperaturi ta' binhar, tal-immersjonijiet sħan waqt l-ipparkjar, u tas-sewqan urban.
2.2. |
It-test tal-emissjonijiet evaporattivi jikkonsisti minn: (a) Test fit-triq inkluż ċiklu ta' sewqan urban (l-Ewwel Parti) u extraurban (it-Tieni Parti), segwit minn żewġ ċikli ta' sewqan urban (l-Ewwel Parti), (b) Determinazzjoni tat-telf f'immersjoni sħuna, (c) Determinazzjoni tat-telf binhar. L-emissjonijiet tal-massa ta' idrokarburi mill-fażijiet tat-telf f'immersjoni sħuna u tat-telf binhar jiġu magħduda flimkien mal-fattur tal-permeabbiltà biex jipprovdu riżultat globali għat-test. |
3. Il-vettura u l-fjuwil
3.1. Il-vettura
3.1.1. |
Il-vettura għandha tkun f'kundizzjoni mekkanika tajba, ikun sarilha r-running in u tkun nsaqet għal minn tal-inqas 3 000 km qabel it-test. Għall-fini tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet evaporattivi, l-għadd ta' mili u l-età tal-vettura li ntużaw għaċ-ċertifikazzjoni għandhom jiġu rreġistrati. Is-sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet evaporattivi għandha tkun konnessa u tkun ilha tiffunzjona tajjeb tul il-perjodu tar-running in u l-kaxxetti tal-karbonju għandhom ikunu ġew soġġetti għall-użu normali, mingħajr ma jkunu tnaddfu jew ġew mgħobbija b'mod mhux normali. Il-kaxxetti tal-karbonju mqaddma skont il-Proċedura stabbilita fil-punt 5.1 għandhom jiġu konnessi kif deskritt fil-Figura 1. |
3.2. Il-fjuwil
3.2.1. |
Għandu jintuża l-fjuwil ta' referenza E10 tat-Tip I speċifikat fl-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 692/2008. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ir-referenza E10 għandha tfisser il-fjuwil ta' referenza tat-Tip I, għajr għat-tiqdim tal-kaxxetta, kif stabbilit fil-punt 5.1. |
4. It-tagħmir tat-test għat-test evaporattiv
4.1. Ix-xażi dinamometriku
Ix-xażi dinamometriku għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-Appendiċi 1 tal-Anness 4a tar-Regolament Nru 83 tan-NU/KEE.
4.2. Il-kompartiment tat-tagħmir tal-kejl tal-emissjonijiet evaporattivi
Il-kompartiment tat-tagħmir tal-kejl tal-emissjonijiet evaporattivi għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-punt 4.2 tal-Anness 7 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/KEE.
Figura 1
Determinazzjoni tal-emissjonijiet evaporattivi
perjodu ta' running in ta' 3 000 km (l-ebda tindif/tagħbija eċċessiv/a)
Użu tal-kaxxetta/i mqaddma
Tindif tal-vettura bil-fwar (jekk ikun meħtieġ)
Tnaqqis jew tneħħija ta' sorsi ta' emissjonijiet tal-isfond li ma jkunux tal-fjuwil (jekk ikun hemm qbil)
1. Familji ta' kontroll tal-emissjonijiet evaporattivi — bħal fil-punt 3.2 tal-Anness I
2. L-emissjonijiet tal-egżost jistgħu jitkejlu waqt it-test fit-triq tat-Tip I iżda dawn ma jintużawx għal finijiet leġiżlattivi. It-test leġiżlattiv dwar l-emissjonijiet tal-egżost jibqa' separat.
4.3. Is-sistemi analitiċi
Is-sistemi analitiċi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt 4.3 tal-Anness 7 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/KEE.
4.4. L-irreġistrar tat-temperatura
L-irreġistrar tat-temperatura għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-punt 4.5 tal-Anness 7 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/KEE.
4.5. Ir-reġistrazzjoni tal-pressjoni
Ir-reġistrazzjoni tal-pressjoni għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-punt 4.6 tal-Anness 7 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/KEE.
4.6. Il-fannijiet
Il-fannijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt 4.7 tal-Anness 7 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/KEE.
4.7. Il-gassijiet
Il-gassijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt 4.8 tal-Anness 7 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/KEE.
4.8. Tagħmir Addizzjonali
It-tagħmir addizzjonali għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-punt 4.9 tal-Anness 7 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/KEE.
5. Il-proċedura tat-test
5.1. It-tiqdim tal-kaxxetta/i fuq il-bank
Qabel ma jsiru s-sekwenzi tat-telf f'immersjoni sħuna u tat-telf binhar, il-kaxxetta/i trid/jridu jitqaddmu skont il-proċedura li ġejja, deskritta fil-Figura 2.
Figura 2
Proċedura tat-tiqdim tal-kaxxetta/i fuq il-bank
5.1.1. It-test tal-kundizzjonament bit-temperatura
F'kompartiment b'temperatura apposta, il-kaxxetta/i hija tiġi/jiġu mgħoddija minn ċikli b'temperaturi minn – 15-il °C sa 60 °C, bi 30 min ta' stabbilizzazzjoni f'temperaturi ta' – 15-il °C u 60 °C. Kull ċiklu għandu jdum 210 minuta bħal fil-Figura 3. Il-gradjent tat-temperatura għandu jkun kemm jista'jkun qrib il-1 °C/min. Ma għandu jgħaddi l-ebda fluss sfurzat tal-arja mill-kaxxetta/i.
Iċ-ċiklu jiġi ripetut għal 50 darba wara xulxin. B'kollox, din l-operazzjoni ddum 175 siegħa.
Figura 3
Ċiklu tal-kundizzjonament bit-temperatura
5.1.2. It-test tal-kundizzjonament tal-vibrazzjoni tal-kaxxetta
Wara l-proċedura tat-tiqdim bit-temperatura, il-kaxxetta/i tiġi/jiġu mħarrka tul l-assi vertikali mal-kaxxetta/i mmuntata/i skont l-orjentazzjoni tagħha/tagħhom fil-vettura b'Grms ( 55 ) globali > 1,5 m/sec2 bi frekwenza ta' 30 ± 10 Hz. It-test għandu jdum 12-il siegħa.
5.1.3. It-test tat-tiqdim tal-fjuwil tal-kaxxetta
5.1.3.1. It-tiqdim tal-fjuwil għal 300 ċiklu
5.1.3.1.1. |
Wara t-test tal-kundizzjonament bit-temperatura u t-test tal-vibrazzjoni, it-tiqdim tal-kaxxetta/i jsir b'taħlita ta' fjuwil E10 tas-suq tat-Tip I, kif speċifikat fil-punt 5.1.3.1.1.1 ta' hawn taħt, u ta' nitroġenu jew ta' arja b'volum ta' fwar tal-fjuwil ta' 50 ± 15 fil-mija. Ir-rata tal-mili tal-fwar tal-fjuwil trid tinżamm bejn 60 ± 20 g/h. Il-kaxxetta/i tiġi/jiġu mgħobbija sal-mument korrispondenti meta tfaqqa'/jfaqqgħu. Il-mument meta l-kaxxetta tfaqqa' għandu jitqies bħala l-punt li fih il-kwantità kumulattiva tal-emissjonijiet tal-idrokarburi tkun daqs żewġ (2) grammi. Bħala alternattiva, it-tagħbija titqies lesta meta l-livell ekwivalenti ta' konċentrazzjoni fit-toqba għall-arja jilħaq it-3 000 ppm.
|
5.1.3.1.2. |
Il-kaxxetta/i għandha/għandhom titnaddaf/jitnaddfu skont il-proċedura tal-paragrafu 5.1.3.8 tal-Anness 7 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/KEE. Il-kundizzjonijiet standard huma 273,2 K u 101,33 kPa. Il-kaxxetta trid titnaddaf bejn ħames (5) minuti sa massimu ta' siegħa (1) wara t-tagħbija. |
5.1.3.1.3. |
Il-passi tal-proċedura stabbilita fil-punti 5.1.3.1.1 u 5.1.3.1.2 għandhom jiġu ripetuti 50 darba, imbagħad titkejjel il-Kapaċità ta' Assorbiment tal-Butan (BWC), imfissra bħala l-kapaċità ta' kaxxetta tal-karbonju attivat li tassorbi u tiddesorbi l-butan mill-arja xotta f'kundizzjonijiet speċifikati, f'ħames (5) ċikli bil-butan, kif deskritt fil-punt 5.1.3.1.4 ta' hawn taħt. It-tiqdim tal-fwar tal-fjuwil ikompli sakemm jintlaħqu 300 ċiklu. Wara t-300 ċiklu, titkejjel il-BWC f'ħames (5) ċikli bil-butan, kif stabbilit fil-punt 5.1.3.1.4. |
5.1.3.1.4. |
Wara 50 u 300 ċiklu tat-tiqdim tal-fjuwil, titkejjel il-BWC. Dan il-kejl jikkonsisti mit-tagħbija tal-kaxxetta skont il-paragrafu 5.1.6.3 tal-Anness 7 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/KEE sal-mument meta l-kaxxetta tfaqqa'. Il-BWC tiġi rreġistrata. Imbagħad, il-kaxxetta/i għandha/għandhom titnaddaf/jitnaddfu skont il-proċedura tal-paragrafu 5.1.3.8 tal-Anness 7 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/KEE. Il-kaxxetta trid titnaddaf bejn ħames (5) minuti sa massimu ta' siegħa (1) wara t-tagħbija. L-operazzjoni tat-tagħbija tal-butan tiġi ripetuta ħames (5) darbiet. Il-BWC tiġi rreġistrata wara kull pass ta' tagħbija tal-butan. Il-BWC50 tiġi kkalkolata bħala l-medja tal-ħames (5) BWC u tiġi rreġistrata. B'kollox, il-kaxxetti jitqaddmu b'300 ċiklu ta' tiqdim tal-fjuwil + 10 ċikli bil-butan u jitqiesu li jkunu stabbilizzati. |
5.1.3.2. |
Jekk il-kaxxetta/i tiġi/jiġu pprovduti mill-Fornituri, il-Manifatturi għandhom jinfurmaw lill-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip bil-quddiem sabiex ikunu jistgħu jkunu preżenti fi kwalunkwe parti tat-tiqdim fil-faċilitajiet tal-Fornitur. |
5.1.3.3. |
Il-manifattur għandu jipprovdi rapport tat-test lill-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jkun jinkludi minn tal-inqas l-elementi li ġejjin: — Tip ta' karbonju attivat, — Rata tat-tagħbija, — Speċifikazzjonijiet tal-fjuwil, — Kejl tal-BWC |
5.2. Determinazzjoni tal-Fattur tal-Permeabbiltà tas-Sistema tal-Fjuwil (il-Figura 4)
Figura 4
Determinazzjoni tal-Fattur tal-Permeabbiltà
Is-sistema tal-ħżin tal-fjuwil li tkun tirrappreżenta familja, tintgħażel u titwaħħal ma' bank tat-test, imbagħad issirilha immersjoni bil-fjuwil ta' referenza E10 għal 20 ġimgħa f'temperaturi ta' 40 °C ± 2 °C. L-orjentazzjoni tas-sistema tal-ħżin tal-fjuwil fuq il-bank tat-test trid tkun simili għall-orjentazzjoni oriġinali fuq il-vettura.
5.2.1. |
It-tank jimtela b'fjuwil ta' referenza E10 ġdid f'temperatura ta' 18-il °C ± 8 °C. It-tank jimtela sa 40 % ± 2 % tal-kapaċità nominali tat-tank. Imbagħad, il-bank tat-test bis-sistema tal-fjuwil jitqiegħed f'kamra speċifika u sigura b'temperatura kkontrollata ta' 40 °C ± 2 °C għal tliet ġimgħat. |
5.2.2. |
Fi tmiem it-tielet ġimgħa, it-tank jitbattal u jerġa' jimtela b'fjuwil ta' referenza E10 ġdid f'temperatura ta' 18-il °C ± 8 °C sa 40 % ± 2 % tal-kapaċità nominali tat-tank. Bejn sitt (6) sigħat u 36 siegħa, bl-aħħar sitt (6) sigħat f'temperatura ta' 20 °C ± 2 °C li l-bank tat-test bis-sistema tal-fjuwil jitqiegħed f'VT-SHED, titwettaq proċedura binhar matul perjodu ta' 24 siegħa, skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 5.7 tal-Anness 7 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/KEE. Is-sistema tal-fjuwil ikollha toqba għall-arja li tagħti għal barra l-VT-SHED sabiex tiġi eliminata l-possibbiltà li l-emissjonijiet li jiġu rrilaxxati mit-tank jiġu magħduda bħala permeazzjoni. L-emissjonijiet tal-idrokarburi (HC) jitkejlu u l-valur jiġi rreġistrat bħala HC3 W. |
5.2.3. |
Il-bank tat-test bis-sistema tal-fjuwil jerġa' jitqiegħed f'kamra speċifika u sigura b'temperatura kkontrollata ta' 40 °C ± 2 °C għas-17-il ġimgħa li jkun fadal. |
5.2.4. |
Fi tmiem is-17-il ġimgħa, it-tank jitbattal u jerġa' jimtela b'fjuwil ta' referenza ġdid f'temperatura ta' 18-il °C ± 8 °C sa 40 % ± 2 % tal-kapaċità nominali tat-tank. Bejn sitt (6) sigħat u 36 siegħa, bl-aħħar sitt (6) sigħat f'temperatura ta' 20 °C ± 2 °C li l-bank tat-test bis-sistema tal-fjuwil jitqiegħed f'VT-SHED, titwettaq proċedura binhar matul perjodu ta' 24 siegħa, skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 5.7 tal-Anness 7 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/KEE. Is-sistema tal-fjuwil ikollha toqba għall-arja li tagħti għal barra l-VT-SHED sabiex tiġi eliminata l-possibbiltà li l-emissjonijiet li jiġu rrilaxxati mit-tank jiġu magħduda bħala permeazzjoni. L-emissjonijiet tal-idrokarburi (HC) jitkejlu u l-valur jiġi rreġistrat bħala HC20 W. |
5.2.5. |
Il-Fattur tal-Permeabbiltà huwa d-differenza bejn HC20 W u HC3 W fi g/24 h bi tliet (3) ċifri. |
5.2.6. |
Jekk il-Fattur tal-Permeabbiltà jiġi ddeterminat mill-Fornituri, il-Manifatturi għandhom jinfurmaw lill-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip bil-quddiem sabiex ikunu jistgħu jkunu preżenti u jwettqu kontroll fil-faċilitajiet tal-Fornitur. |
5.2.7. |
Il-manifattur għandu jipprovdi rapport tat-test lill-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jkun fih minn tal-inqas l-elementi li ġejjin: (a) deskrizzjoni sħiħa dwar is-sistema tal-ħżin tal-fjuwil li tkun ġiet ittestjata, inkluża informazzjoni dwar it-tip ta' tank li jkun ġie ttestjat, jekk it-tank ikunx b'saff wieħed jew b'diversi saffi u liema tipi ta' materjali jkunu ntużaw għat-tank u għal partijiet oħra tas-sistema tal-ħżin tal-fjuwil, (b) it-temperaturi medji ta' kull ġimgħa li fihom ikun twettaq it-tiqdim, (c) l-HC imkejla fit-tielet (3) ġimgħa (HC3 W), (d) l-HC imkejla fl-20 ġimgħa (HC20 W), (e) il-Fattur tal-Permeabbiltà (PF) li jirriżulta |
5.2.8. |
Bħala eċċezzjoni għall-punti 5.2.1 sa 5.2.7 ta' hawn fuq, il-Manifatturi li jużaw tankijiet b'diversi saffi jistgħu jagħżlu li jużaw il-Fattur Assenjat tal-Permeabbiltà (APF) minflok il-proċedura kompleta ta' kejl imsemmija hawn fuq: tank b'diversi saffi b'APF = 120 mg/24h
|
5.3. Sekwenza ta' kejl tat-telf f'immersjoni sħuna u tat-telf binhar
Il-vettura tiġi ppreparata skont il-paragrafi 5.1.1 u 5.1.2 tal-Anness 7 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/KEE. Fuq talba tal-manifattur u bl-approvazzjoni tal-awtorità responsabbli, is-sorsi ta' emissjonijiet tal-isfond li ma jkunux tal-fjuwil jistgħu jitneħħew jew jitnaqqsu qabel l-ittestjar (eż. il-ħami tat-tajer jew tal-vettura, it-tneħħija tal-fluwidu għall-ħasil tal-windskrin).
5.3.1. Immersjoni
Il-vettura tiġi pparkjata għal minimu ta' 12-il siegħa u għal massimu ta' 36 siegħa fiż-żona ta' immersjoni. It-temperaturi taż-żejt tal-magna u tal-fluwidu berried għandhom ikunu laħqu t-temperatura taż-żona jew sa ± 3 °C tagħha fi tmiem il-perjodu.
5.3.2. It-tbattil u l-mili mill-ġdid tal-fjuwil
It-tbattil u l-mili mill-ġdid tal-fjuwil jitwettaq skont il-proċedura tal-paragrafu 5.1.7 tal-Anness 7 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/KEE.
5.3.3. Sewqan ta' prekundizzjonament
Sa siegħa minn meta jitlesta t-tbattil u l-mili mill-ġdid tal-fjuwil, il-vettura titqiegħed fuq ix-xażi dinamometriku u tinsaq għal ċiklu wieħed tas-sewqan tal-Ewwel Parti u għal żewġ ċikli tas-sewqan tat-Tieni Parti tat-Tip I skont l-Anness 4a tar-Regolament Nru 83 tan-NU/KEE.
Waqt din l-operazzjoni ma jsirx teħid ta' kampjuni tal-emissjonijiet tal-egżost.
5.3.4. Immersjoni
Sa ħames minuti minn meta titlesta l-operazzjoni tal-prekundizzjonament, il-vettura tiġi pparkjata għal minimu ta' 12-il siegħa u għal massimu ta' 36 siegħa fiż-żona ta' immersjoni. It-temperaturi taż-żejt tal-magna u tal-fluwidu berried għandhom ikunu laħqu t-temperatura taż-żona jew sa ± 3 °C tagħha fi tmiem il-perjodu.
5.3.5. Il-mument meta l-kaxxetta tfaqqa'
Il-kaxxetta/i mqaddma skont is-sekwenza deskritta fil-punt 5.1 tiġi mgħobbija sal-mument meta l-kaxxetta/i tfaqqa'/jfaqqgħu, skont il-proċedura tal-paragrafu 5.1.4 tal-Anness 7 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/KEE.
5.3.6. It-test tad-dinamometru
5.3.6.1. |
Sa siegħa minn meta titlesta t-tagħbija tal-kaxxetta, il-vettura titqiegħed fuq ix-xażi dinamometriku u tinsaq għal ċiklu wieħed tas-sewqan tal-Ewwel Parti u għal ċiklu wieħed tas-sewqan tat-Tieni Parti tat-Tip I skont l-Anness 4a tar-Regolament Nru 83 tan-NU/KEE. Imbagħad, il-magna tiġi mitfija. Waqt din l-operazzjoni jista' jsir teħid ta' kampjuni tal-emissjonijiet tal-egżost, iżda r-riżultati ma għandhomx jintużaw għall-fini tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet tal-egżost. |
5.3.6.2. |
Sa żewġ minuti minn meta jitlesta t-Test fit-triq tat-Tip I, speċifikat fil-punt 5.3.6.1, il-vettura tinsaq għal sewqan ta' kundizzjonament ieħor li jkun jikkonsisti minn żewġ ċikli tal-ittestjar tal-Ewwel Parti (bi startjar sħun) tat-Tip I. Imbagħad, il-magna terġa' tiġi mitfija. Waqt din l-operazzjoni ma hemmx għalfejn isir teħid ta' kampjuni tal-emissjonijiet tal-egżost. |
5.3.7. Immersjoni Sħuna
Wara t-test tad-dinamometru, jitwettaq test tal-emissjonijiet evaporattivi b'immersjoni sħuna skont il-paragrafu 5.5 tal-Anness 7 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/KEE. Ir-riżultat tat-telf f'immersjoni sħuna jiġi kkalkolat skont il-punt 6 tal-Anness 7 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/KEE u jiġi rreġistrat bħala MHS.
5.3.8. Immersjoni
Wara t-test tal-emissjonijiet evaporattivi b'immersjoni sħuna, titwettaq immersjoni skont il-paragrafu 5.6 tal-Anness 7 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/KEE.
5.3.9. Test binhar
5.3.9.1. |
Wara l-immersjoni sħuna, jitwettaq l-ewwel kejl ta' Telf Binhar matul 24 siegħa skont il-punt 5.7 tal-Anness 7 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/KEE. L-emissjonijiet jiġu kkalkolati skont il-paragrafu 6 tal-Anness 7 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/KEE. Il-valur li jinkiseb jiġi rreġistrat bħala MD1. |
5.3.9.2. |
Wara l-ewwel test binhar waqt 24 siegħa, jitwettaq it-tieni kejl ta' Telf Binhar matul 24 siegħa skont il-punt 5.7 tal-Anness 7 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/KEE. L-emissjonijiet jiġu kkalkolati skont il-punt 6 tal-Anness 7 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/KEE. Il-valur li jinkiseb jiġi rreġistrat bħala MD2. |
5.3.10. Il-kalkolu
Ir-riżultat ta' MHS + MD1 + MD2 + 2PF għandu jkun inqas mil-limitu ddefinit fit-Tabella 3 tal-Anness 1 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.
5.3.11. |
Il-manifattur għandu jipprovdi rapport tat-test lill-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jkun fih minn tal-inqas l-elementi li ġejjin: (a) deskrizzjoni tal-perjodi ta' immersjoni, inkluż il-ħin u t-temperaturi medji (b) deskrizzjoni tal-kaxxetta mqaddma li tintuża u referenza għar-rapport eżatt dwar it-tiqdim (c) it-temperatura medja waqt it-test b'immersjoni sħuna (d) il-kejl waqt test b'immersjoni sħuna, HSL (e) il-kejl tal-ewwel test binhar, DLl-ewwel jum (f) il-kejl tat-tieni test binhar, DLit-tieni jum (g) ir-riżultat tat-test evaporattiv finali, ikkalkolat bħala “MHS + MD1 + MD2 + 2PF” |
ANNESS VII
IL-VERIFIKA TAD-DURABBILTÀ TAT-TAGĦMIR GĦALL-KONTROLL TAT-TNIĠĠIS
(IT-TEST TAT-TIP 5)
1. INTRODUZZJONI
1.1. |
Dan l-Anness jiddeskrivi t-testijiet biex tkun ivverifikata d-durabbiltà tat-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis. Ir-rekwiżiti ta’ durabbiltà għandhom jintwerew billi tintuża waħda mit-tliet possibbiltajiet stabbiliti fil-punti 1.2, 1.3. u 1.4. |
1.2. |
It-test kollu tad-durabbiltà tal-vettura jirrappreżenta test ta’ tiqdim ta’ 160 000 kilometru misjuq fuq mogħdija tat-test, fuq it-triq, jew fuq dinamometru tax-xażi. |
1.3. |
Il-manifattur jista’ jagħżel li juża test tad-durabbiltà tat-tiqdim fuq il-bank. |
1.4. |
Bħala alternattiva għall-ittestjar tad-durabbiltà, manifattur jista’ jagħżel li japplika l-fatturi ta’ deterjorament assenjati mit-tabella li ġejja.
|
1.5. |
Fuq it-talba tal-manifattur, is-servizz tekniku jista’ jwettaq it-test tat-tip 1 qabel ma jkun ġie kkompletat it-test tad-durabbiltà tat-tiqdim fuq il-bank jew fuq il-vettura sħiħa billi jintużaw il-fatturi ta’ deterjorament assenjati fit-tabella t’hawn fuq. Meta jiġi kkompletat it-test tad-durabbiltà tat-tiqdim fuq il-vettura sħiħa jew fuq il-bank, is-servizz tekniku jista’ mbagħad jemenda r-riżultati ta’ l-approvazzjoni tat-tip irreġistrati fl-Appendiċi 4 ta’ l-Anness I billi jissostitwixxi l-fatturi ta’ deterjorament assenjati fit-tabella t’hawn fuq b’dawk imkejla fit-test tad-durabbiltà tat-tiqdim fuq il-vettura sħiħa jew fuq il-bank. |
1.6. |
Fin-nuqqas tal-fatturi ta’ deterjorament assenjati lill-vetturi compression-ignition Euro 6, il-manifatturi għandhom jużaw il-proċeduri tat-test tad-durabbiltà tat-tiqdim fuq il-vettura sħiħa jew fuq il-bank sabiex jistabbilixxu l-fatturi ta’ deterjorament. |
1.7. |
Il-fatturi ta’ deterjorament jiġu determinati billi tintuża kwalunke waħda mill-proċeduri stabbiliti fil-punti 1.2 u 1.3 jew billi jintużaw il-valuri assenjati fit-tabella li tinsab fil-punt 1.4. Il-fatturi ta’ deterjorament jintużaw sabiex tkun stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti tal-limiti xierqa ta’ emissjoni stabbiliti fit-Tabelli 1 u 2 ta’ l-Anness 1 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 matul il-ħajja utli tal-vettura. |
2. IR-REKWIŻITI TEKNIĊI
2.1. |
Ir-rekwiżiti u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom ikunu dawk stabbiliti fit-taqsimiet 2 sa 6 ta’ l-Anness 9 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE, bl-eċċezzjonijiet stabbiliti fis-sottotaqsimiet 2.1.1. to 2.1.4.
|
2.2. |
It-Test tad-Durabbiltà tat-Tiqdim fuq il-Bank
|
2.3.1. Il-Vetturi b’Magni Positive-Ignition
2.3.1.1. |
Il-proċedura tat-tiqdim fuq il-bank li ġejja għandha tkun applikabbli għall-vetturi positive-ignition inklużi l-vetturi ibridi li jużaw katalista bħala t-tagħmir prinċipali għall-kontroll tat-tniġġis ta’ wara t-trattament. Il-proċedura tat-tiqdim fuq il-bank teħtieġ l-installazzjoni tas-sistema tal-katalista flimkien mas-sensur ta’ l-ossiġnu fuq bank tat-tiqdim tal-katalista. It-tiqdim fuq il-bank għandu jitwettaq billi jiġi segwit iċ-ċiklu standard tal-bank (SBC) għall-perjodu ta’ ħin ikkalkulat mill-ekwazzjoni tal-ħin tat-tiqdim fuq il-bank (BAT). L-ekwazzjoni tal-BAT teħtieġ, bħala input, data tal-ħin f’temperatura tal-katalista imkejla fuq iċ-Ċiklu Standard tat-Triq (SRC), deskritt fl-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness. |
2.3.1.2. |
Iċ-ċiklu standard tal-bank (SBC). It-tiqdim tal-katalista standard fuq il-bank għandu jitwettaq billi jiġi segwit l-SBC. L-SBC għandu jitwettaq għall-perjodu ta’ ġin ikkalkulat mill-ekwazzjoni tal-BAT. L-SBC ġie deskritt fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness. |
2.3.1.3. |
Id-data tal-ħin f’temperatura tal-katalista. It-temperatura tal-katalista għandha titkejjel waqt mill-inqas żewġ ċikli sħaħ ta’ l-SCR kif ġie deskritt fl-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness. It-temperatura tal-katalista għandha titkejjel fil-post ta’ l-ogħla temperatura fil-katalista l-aktar sħuna fuq il-vettura tat-test. Alternattivament, it-temperatura tista’ titkejjel f’post ieħor sakemm tkun aġġustata sabiex tirrappreżenta t-temperatura mkejla fil-post l-aktar sħun billi jintuża ġudizzju inġineristiku tajjeb. It-temperatura tal-katalista għandha titkejjel b’rata minima ta’ 1 hertz (kejl wieħed f’kull sekonda). Ir-riżultati mkejla tat-temperatura tal-katalista għandhom jiġu tabulati f’istogramma bi gruppi ta’ temperaturi li ma jkunux ikbar minn 25 °C. |
2.3.1.4. |
Il-ħin tat-tiqdim fuq il-bank. Il-ħin tat-tiqdim fuq il-bank għandu jiġi kalkulat billi tintuża l-ekwazzjoni tal-ħin tat-tiqdim fuq il-bank (BAT) kif ġej: te għal firxa ta’ temperaturi = th e((R/Tr)-(R/Tv)) te totali = Is-somma tat-te fuq il-gruppi kollha tat-temperaturi Il-Ħin tat-Tiqdim fuq il-Bank = A (te totali) Fejn:
|
2.3.1.5. |
It-temperatura effettiva ta’ referenza fuq l-SBC. It-temperatura effettiva ta’ referenza taċ-ċiklu standard tal-bank (SBC) għandha tkun iddeterminata għad-disinn effettiv tas-sistema tal-katalisti u għall-bank tat-tiqdim effettiv li se jintużaw permezz tal-proċeduri li ġejjin: (a) Kejjel id-data tal-ħin f’temperatura fis-sistema katalista fuq il-bank tat-tiqdim katalista billi jsegwi l-SBC. It-temperatura tal-katalista għandha titkejjel fil-post bl-ogħla temperatura ta’ l-aktar katalista sħuna fis-sistema. Alternattivament, it-temperatura tista’ titkejjel f’post ieħor sakemm tiġi aġġustata biex tirrappreżenta t-temperatura mkejla fl-aktar post sħun. It-temperatura tal-katalista għandha titkejjel b’rata minima ta’ 1 hertz (kejl wieħed f’kull sekonda) waqt mill-inqas 20 minuta ta’ tiqdim fuq il-bank. Ir-riżultati tat-temperatura mkejla tal-katalista għandhom jiġu tabulati f’istogramma bi gruppi ta’ temperaturi li ma jkunux ikbar minn 10 °C. (b) L-ekwazzjoni tal-BAT għandha tintuża sabiex tkun ikkalkulata t-temperatura effettiva ta’ referenza b’bidliet ripetuti fit-temperatura ta’ referenza (Tr) sakemm il-ħin ikkalkulat tat-tiqdim ikun daqs jew jeċċedi l-ħin effettiv irrappreżentat fl-istogramma tat-temperaturi tal-katalista. It-temperatura li tirriżulta hija t-temperatura effettiva ta’ referenza fuq l-SBC għal dik is-sistema tal-katalisti u għall-bank tat-tiqdim. |
2.3.1.6. |
Il-Bank tat-Tiqdim tal-Katalista. Il-bank tat-tiqdim tal-katalista għandu jsegwi l-SBC u jipprovdi l-fluss ta’ l-egżost, il-kostitwenti ta’ l-egżost u t-temperatura ta’ l-egżost fil-wiċċ tal-katalista xierqa. It-tagħmir u l-proċeduri kollha tat-tiqdim fuq il-bank għandhom jirreġistraw informazzjoni xierqa (bħal proporzjonijiet imkejla ta’ A/F u ħin f’temperatura fil-katalista) sabiex ikun żgurat li effettivament ikun seħħ biżżejjed tiqdim. |
2.3.1.7. |
L-Ittestjar Meħtieġ. Biex jiġu kalkulati l-fatturi ta’ deterjorament fuq il-vettura tat-test għandhom jitwettqu mill-inqas żewġ testijiet tat-Tip 1 qabel it-tiqdim fuq il-bank tal-ħardwer għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet u mill-inqas żewġ testijiet tat-Tip 1 wara li l-ħardwer ta’ l-emissjonijijiet mxejjaħ fuq il-bank jiġi installat mill-ġdid. Il-manifattur jista’ jwettaq ittestjar addizzjonali. Il-kalkolu tal-fatturi ta’ deterjorament jrid isir skond il-metodu ta’ kalkolu kif ġie speċifikat fil-paragrafu 6 ta’ l-Anness 9 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE kif ġie emendat minn dan ir-Regolament. |
2.3.2. Il-Vetturi b’Magni Compression-Ignition
2.3.2.1. |
Il-proċedura tat-tiqdim fuq il-bank li ġejja hija applikabbli għal vetturi compression-ignition inklużi l-vetturi ibridi. Il-proċedura tat-tiqdim fuq il-bank teħtieġ l-installazzjoni tas-sistema tat-trattament ta’ wara fuq bank tat-tiqdim tas-sistema tat-trattament ta’ wara. It-tiqdim fuq il-bank jitwettaq billi jkun segwit iċ-ċiklu standard tal-bank tad-diżil (SDBC) għan-numru ta’ riġenerazzjonijiet/tneħħijiet ta’ kubrit ikkalkulati mill-ekwazzjoni tat-tul tat-tiqdim fuq il-bank (BAD). |
2.3.2.2. |
Iċ-Ċiklu Standard tal-Bank għad-Diżil (SDBC). It-tiqdim standard fuq il-bank jitwettaq billi tkun segwita l-SDBC. L-SDBC għandha titwettaq għall-perjodu ta’ ħin ikkalkulat mill-ekwazzjoni tat-tul tat-tiqdim fuq il-bank (BAD). L-SDBC ġie deskritt fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness. |
2.3.2.3. |
Id-data ta’ riġenerazzjoni. L-intervalli ta’ riġenerazzjoni għandhom jitkejlu matul mill-inqas 10 ċikli sħaħ ta’ l-SRC kif ġie deskritt fl-Appendiċi 3. Bħala alternattiva, jistgħu jintużaw l-intervalli mid-determinazzjoni tal-Ki. Jekk ikun applikabbli, l-intervalli tat-tneħħija tal-kubrit għandhom jitqiesu wkoll fuq il-bażi tad-data tal-manifattur. |
2.3.2.4. |
It-tul tat-tiqdim fuq il-bank tad-diżil. It-tul tat-tiqdim fuq il-bank jiġi kalkulat billi tintuża l-ekwazzjoni tal-BAD kif ġej: It-Tul tat-Tiqdim fuq il-Bank = in-numru ta’ ċikli ta’ riġenerazzjoni/tneħħija ta’ kubrit (liema minnhom tkun l-itwal) ekwivalenti għal 160 000 km ta’ sewqan |
2.3.2.5. |
Il-Bank tat-Tiqdim. Il-bank tat-tiqdim għandu jsegwi l-SDBC u jipprovdi fluss ta’ l-egżost, kostitwenti ta’ l-egżost u temperatura ta’ l-egżost xierqa lid-daħla tas-sistema tat-trattament ta’ wara. Il-manifattur għandu jirreġistra n-numru ta’ riġenerazzjonijiet/tneħħija ta’ kubrit (jekk ikun applikabbli) sabiex ikun żgurat li jkun effettivament seħħ tiqdim biżżejjed. |
2.3.2.6. |
L-Ittestjar Meħtieġ. Biex jiġu kalkulati l-fatturi ta’ deterjorament fuq il-vettura tat-test għandhom jitwettqu mill-inqas żewġ testijiet tat-Tip 1 qabel it-tiqdim fuq il-bank tal-ħardwer għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet u mill-inqas żewġ testijiet tat-Tip 1 wara li l-ħardwer ta’ l-emissjonijiet imxejjaħ fuq il-bank jiġi installat mill-ġdid. Il-manifattur jista’ jwettaq ittestjar addizzjonali. Il-kalkolu tal-fatturi ta’ deterjorament għandu jsir skond il-metodu ta’ kalkolu stabbilit fil-paragrafu 6 ta’ l-Anness 9 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE u skond ir-rekwiżiti inklużi f’dan ir-Regolament. |
Appendiċi 1
Iċ-Ċiklu Standard tal-Bank (SBC)
1. Introduzzjoni
Il-proċedura standard tad-durabbiltà tat-tiqdim tikkonsisti mit-tiqdim ta’ sistema ta’ katalista/sensur ta’ l-ossiġnu fuq bank tat-tiqdim li jsegwi ċ-ċiklu standard tal-bank (SBC) deskritt f’dan l-Appendiċi. L-SBC jeħtieġ l-użu ta’ bank tat-tiqdim b’magna bħala s-sors tal-gass ta’ alimentazzjoni għall-katalista. L-SBC huwa ċiklu ta’ 60 sekonda li jiġi ripetut kif ikun meħtieġ fuq il-bank tat-tiqdim sabiex jitwettaq it-tiqdim għall-perjodu meħtieġ ta’ ħin. L-SBC jiġi definit fuq il-bażi ta-temperatura tal-katalista, tal-proporzjon ta’ arja/fjuwil tal-magna (A/F), u l-ammont ta’ injezzjoni ta’ l-arja sekondarja li tiġi miżjuda qabel l-ewwel katalista.
2. Il-Kontroll tat-Temperatura tal-Katalista
2.1. |
It-temperatura tal-katalista għandha titkejjel fis-saff tal-katalisti fil-post fejn ikun hemm l-ogħla temperatura fl-aktar katalista sħuna. Alternattivament, it-temperatura tal-gass ta’ alimentazzjoni tista’ titkejjel u tiġi konvertita għat-temperatura tas-saff tal-katalisti billi tintuża trasformazzjoni lineari kalkulata mid-data ta’ korrelazzjoni miġbura dwar id-disinn tal-katalista u l-bank tat-tiqdim li għandhom jintużaw fil-proċess tat-tiqdim. |
2.2. |
Ikkontrolla t-temperatura tal-katalista f’operazzjoni stojkometrika (01 sa 40 sekonda fuq iċ-ċiklu) għal minimu ta’ 800 °C (± 10 °C) billi tagħżel il-veloċità tal-magna, it-tagħbija u l-ħin ta’ l-ispark għall-magna xierqa. Ikkontrolla t-temperatura massima tal-katalista li sseħħ matul iċ-ċiklu sa 890 °C (± 10 °C) billi tagħżel il-proporzjon ta’ l-A/F xieraq tal-magna waqt il-fażi “rikka” deskritta fit-tabella t’aktar ‘l isfel. |
2.3. |
Jekk tintuża temperatura ta’ kontroll baxxa għajr it-800 °C, it-temperatura ta’ kontroll għolja għandha tkun 90 °C ogħla mit-temperatura ta’ kontroll baxxa.
Iċ-Ċiklu Standard tal-Bank (SBC)
|
3. It-Tagħmir u l-Proċeduri tal-Bank tat-Tiqdim
3.1. |
Il-Konfigurazzjoni tal-Bank tat-Tiqdim. Il-bank tat-tiqdim għandu jipprovdi r-rata tal-fluss ta’ l-egżost, it-temperatura, il-proporzjoni ta’ l-arja u tal-fjuwil, il-kostitwenti ta’ l-egżost u l-injezzjoni ta’ l-arja sekondarja fil-wiċċ tad-daħla tal-katalista xierqa. Il-bank standard tat-tiqdim jikkonsisti minn magna, kontrollur tal-magna u dinamometru tal-magna. Konfigurazzjonijiet oħrajn jistgħu jkunu aċċettabbli (eż. vettura sħiħa fuq dinamometru, jew berner li jipprovdi l-kundizzjonijiet korretti ta’ l-egżost), sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet tad-daħla tal-katalista u l-karatteristiċi ta’ kontroll speċifikati f’dan l-Appendiċi. Bank wieħed tat-tiqdim jista’ jkollu l-fluss ta’ l-egżost maqsum f’diversi kurrenti sakemm kull kurrent ta’ l-egżost jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan l-appendiċi. Jekk il-bank ikollu aktar minn kurrent wieħed ta’ l-egżost, sistemi multipli tal-katalisti jistgħu jixxejħu fl-istess ħin. |
3.2. |
L-Installazzjoni tas-Sistema ta’ l-Egżost. Is-sistema kollha tal-katalista/i flimkien mas-sensur(i) ta’ l-ossiġnu, flimkien mal-pajpijiet kollha ta’ l-egżost li jikkonnettjaw dawn il-komponenti, se jkunu installati fuq il-bank. Għall-magni b’kurrenti multipli ta’ l-egżost (bħal uħud mill-magni V6 u V8), kull bank tas-sistema ta’ l-egżost se jkun installat separatament fuq il-bank b’mod parallel. Għas-sistemi ta’ l-egżost li fihom katalisti multipli allineati, is-sistema kollha tal-katalisti inklużi l-katalisti kollha, is-sensuri ta’ l-ossiġnu kollha u l-pajpijiet ta’ l-eżgost assoċjati se tkun installata bħala unità għat-tiqdim. Alternattivament, kull katalista individwali tista’ tixxejjaħ separatament għal perjodu xieraq ta’ ħin. |
3.3. |
Il-Kejl tat-Temperatura. It-temperatura tal-katalista għandha titkejjel billi tintuża ta’ termokoppja mqiegħda fis-saff tal-katalisti fil-post fejn ikun hemm l-ogħla temperatura fl-aktar katalista sħuna. Alternattiva, it-temperatura tal-gass ta’ alimentazzjoni eżattament qabel ma jista’ jitkejjel il-wiċċ tad-daħla tal-katalista u jiġi konvertit għat-temperatura tas-saff tal-katalisti billi tintuża trasformazzjoni lineari kalkulata mid-data ta’ korelazzjoni miġbura fuq id-disinn tal-katalista u tal-bank tat-tiqdim li għandhom jintużaw fil-proċess tat-tiqdim. It-temperatura tal-katalista għandha tinħażen b’mod diġitali bil-veloċità ta’ 1 hertz (kejl wieħed f’kull sekonda). |
3.4. |
Il-Kejl ta’ l-Arja/tal-Fjuwil. Għandhom isiru provvedimenti għall-kejl tal-proporzjon ta’ l-arja/tal-fjuwil (A/F) (bħal sensur ta’ l-ossiġnu għal firxa wiesgħa) kemm jista’ jkun qrib id-daħla tal-katalista u l-flanġijiet tal-ħruġ. L-informazzjoni minn dawn is-sensuri għandha tinħażen b’mod diġitali bil-veloċità ta’ 1 hertz (kejl wieħed f’kull sekonda). |
3.5. |
Il-Bilanċ tal-Fluss ta’ l-Egżost. Għandhom isiru provvedimenti sabiex ikun żgurat li l-ammont xieraq ta’ l-egżost (imkejjel fi grammi/sekonda fl-istojkometrija, b’tolleranza ta’ ± 5 grammi/sekonda) jgħaddi minn kull sistema tal-katalisti li qed tixxejjaħ fuq il-bank. Ir-rata xierqa tal-fluss tiġi determinata fuq il-bażi tal-fluss ta’ l-egżost li għandu jkun hemm fil-magna oriġinali tal-vettura bil-veloċità tal-magna fi stat stabbli u bit-tagħbija magħżula għat-tiqdim fuq il-bank fil-paragrafu 3.6. ta’ dan l-Appendiċi. |
3.6. |
L-arranġament. Il-veloċità tal-magna, it-tagħbija u l-ħin ta’ l-ispark jintgħażlu sabiex tintlaħaq temperatura tas-saff tal-katalisti ta’ 800 °C (± 10 °C) b’operazzjoni stojkometrika fi stat stabbli. Is-sistema ta’ l-injezzjoni ta’ l-arja hija ssettjata sabiex tipprovdi l-fluss meħtieġa ta’ l-arja sabiex ikun prodott 3,0 % (± 0,1 %) ta’ ossiġnu fil-kurrent ta’ l-egżost stojkometriku fi stat stabbli eżattament quddiem l-ewwel katalista. Qari tipiku fil-punt ‘il fuq mill-punt tal-kejl ta’ l-A/F (meħtieġ fil-paragrafu 5) huwa lambda 1,16 (li bejn wieħed u ieħor 3 % ta’ ossiġnu). Bl-injezzjoni ta’ l-arja mixgħula, issettjata għal “Rikka”, il-proporzjon ta’ l-A/F biex tkun prodotta temperatura tas-saff tal-katalisti ta’ 890 °C (± 10 °C). Valur tipiku ta’ l-A/F għal dan il-pass huwa lambda 0,94 (bejn wieħed u ieħor 2 % ta’ CO). |
3.7. |
Iċ-Ċiklu tat-Tiqdim. Il-proċeduri standard tat-tiqdim fuq il-bank jużaw iċ-ċiklu standard tal-bank (SBC). L-SBC jiġi ripetut sakemm jintlaħaq l-ammont ta’ tiqdim ikkakulat mill-ekwazzjoni tal-ħin tat-tiqdim fuq il-bank (BAT). |
3.8. |
L-Assigurazzjoni ta’ Kwalita. Matul it-tiqdim, it-temperaturi u l-proporzjon ta’ l-A/F fil-paragrafi 3.3. u 3.4. ta’ dan l-Appendiċi għandhom jiġu riveduti perjodikament (mill-inqas kull 50 siegħa). Għandhom isiru l-aġġustamenti meħtieġa sabiex ikun żgurat li l-SBC qed ikun segwit b’mod xieraq matul il-proċess kollu tat-tiqdim. Wara li jkun ġie kkompletat it-tiqdim, il-ħin f’temperatura tal-katalista miġbur matul il-proċess ta’ tiqdim għandu jkun tabulat f’istogramma bi gruppi ta’ temperaturi li ma jkunux ikbar minn 10 °C. L-ekwazzjoni tal-BAT u t-temperatura kalkulata u effettiva ta’ referenza għaċ-ċiklu tat-tiqdim, skond il-Paragrafu 2.3.1.4. ta’ l-Anness VII se jintużaw biex ikun iddeterminat jekk l-ammont ta’ tiqdim termali tal-katalista xieraq seħħx tabilħaqq. It-tiqdim fuq il-bank se jkun estiż jekk l-effett termali tal-ħin tat-tiqdim ikkalkulat ma jkunx mill-inqas ta’ 95 % tat-tiqdim termali fil-mira. |
3.9. |
L-Istartjar u t-Tfigħ. Għandha tingħata attenzjoni sabiex ikun żgurat li t-temperatura massima tal-katalista għal deterjorament rapidu (eż., 1 050 °C) ma sseħħx waqt l-istartjar jew it-tfigħ. Jistgħu jintużaw proċeduri speċjali f’temperatura baxxa għall-istartjar u għat-tfigħ sabiex jittaffa dan it-tħassib. |
4. Id-Determinazzjoni Sperimentali tal-Fattur R għall-Proċeduri tad-Durabbiltà tat-Tiqdim fuq il-Bank
4.1. |
Il-Fattur R huwa l-koeffiċjent tar-reattività termali tal-katalista li ntuża fl-ekwazzjoni tal-ħin tat-tiqdim fuq il-bank (BAT). Il-manifatturi jistgħu jiddeterminaw il-valur ta’ R b’mod sperimentali billi jużaw il-proċeduri li ġejjin.
|
Appendiċi 2
Iċ-Ċiklu Standard tal-Bank tad-Diżil (SDBC)
1. Introduzzjoni
Għall-filtri għall-partikulati, in-numru ta’ riġenerazzjonijiet huwa kritiku għall-proċess tat-tiqdim. Għal sistemi li jeħtieġu ċikli biex jitneħħa l-kubrit (eż. il-katalisti għall-ħażna ta’ l-NOx), dan il-proċess huwa sinifikanti wkoll.
Il-proċedura standard tad-durabbiltà tat-tiqdim fuq il-bank tad-diżil tikkonsisti minn tiqdim ta’ sistema ta’ trattament ta’ wara fuq bank tat-tiqdim li ssegwi ċ-ċiklu standard tal-bank (SDBC) deskritt f’dan l-Appendiċi. L-SDBC jeħtieġ l-użu ta’ bank tat-tiqdim b’magna bħala s-sors tal-gass ta’ alimentazzjoni għas-sistema.
Matul l-SDBC, l-istrateġiji ta’ riġenerazzjoni/tneħħija tal-kubrit tas-sistema għandhom jibqgħu f’kundizzjoni operattiva normali.
2. |
Iċ-Ċiklu Standard tal-Bank tad-Diżil jirriproduċi l-kundizzjonijiet tal-veloċità tal-magna u tat-tagħbija li wieħed isib fl-SRC kif ikun xieraq għall-perjodu li d-durabilità trid tiġi determinata għalih. Sabiex ikun aċċelerat il-proċess tat-tiqdim, is-settings tal-magna fuq il-bank tat-test jistgħu jiġu modifikati sabiex jitnaqqsu l-ħinijiet tat-tagħbija tas-sistema. Pereżempju, l-istrateġija tal-ħin ta’ l-injezzjoni tal-fjuwil jew l-istrateġija ta’ l-EGR tista’ tiġi modifikata. |
3. |
It-tagħmir u l-Proċeduri tal-Bank tat-Tiqdim
|
Appendiċi 3
Iċ-Ċiklu Standard tat-Triq (SRC)
Introduzzjoni
Iċ-ċiklu standard tat-triq (SRC) huwa ċiklu ta’ akkumulazzjoni tal-kilometri. Il-vettura tista’ titħaddem fuq korsa għall-ittestjar jew fuq dinamometru ta’ l-akkumulazzjoni tal-kilometri.
Iċ-ċiklu jikkonsisti minn 7 dawriet ma’ korsa ta’ 6 km. It-tul tad-dawra jista’ jitbiddel sabiex ikun akkomodat it-tul tal-korsa għall-ittestjar ta’ akkumulazzjoni ta’ mili.
Iċ-Ċiklu Standard tat-Triq
Dawra |
Deskrizzjoni |
Rata tipika ta’ aċċelerazzjoni m/s2 |
1 |
(startja l-magna) idle għal 10 sekondi |
0 |
1 |
Aċċelerazzjoni moderata għal 48 km/h |
1,79 |
1 |
Veloċità moderata ta’ 48 km/h għal 1/4 dawra |
0 |
1 |
Deċelerazzjoni moderata għal 32 km/h |
– 2,23 |
1 |
Aċċelerazzjoni moderata għal 48 km/h |
1,79 |
1 |
Veloċità moderata ta’ 48 km/h għal 1/4 dawra |
0 |
1 |
Deċelerazzjoni moderata sal-waqfien |
– 2,23 |
1 |
Idle għal 5 sekondi |
0 |
1 |
Aċċelerazzjoni moderata għal 56 km/h |
1,79 |
1 |
Veloċità moderata ta’ 56 km/h għal 1/4 dawra |
0 |
1 |
Deċelerazzjoni moderata għal 40 km/h |
– 2,23 |
1 |
Aċċelerazzjoni moderata għal 56 km/h |
1,79 |
1 |
Veloċità moderata ta’ 56 km/h għal 1/4 dawra |
0 |
1 |
Deċelerazzjoni moderata sal-waqfien |
– 2,23 |
2 |
Idle għal 10 sekondi |
0 |
2 |
Aċċelerazzjoni moderata għal 64 km/h |
1,34 |
2 |
Veloċità moderata ta’ 64 km/h għal 1/4 dawra |
0 |
2 |
Deċelerazzjoni moderata għal 48 km/h |
– 2,23 |
2 |
Aċċelerazzjoni moderata għal 64 km/h |
1,34 |
2 |
Veloċità moderata ta’ 64 km/h għal 1/4 dawra |
0 |
2 |
Deċelerazzjoni moderata sal-waqfien |
– 2,23 |
2 |
Idle għal 5 sekondi |
0 |
2 |
Aċċelerazzjoni moderata għal 72 km/h |
1,34 |
2 |
Veloċità moderata ta’ 72 km/h għal 1/4 dawra |
0 |
2 |
Deċelerazzjoni moderata għal 56 km/h |
– 2,23 |
2 |
Aċċelerazzjoni moderata għal 72 km/h |
1,34 |
2 |
Veloċità moderata ta’ 72 km/h għal 1/4 dawra |
0 |
2 |
Deċelerazzjoni moderata sal-waqfien |
– 2,23 |
3 |
Idle għal 10 sekondi |
0 |
3 |
Aċċelerazzjoni f’daqqa għal 88 km/h |
1,79 |
3 |
Veloċità moderata ta’ 88 km/h għal 1/4 dawra |
0 |
3 |
Deċelerazzjoni moderata għal 72 km/h |
– 2,23 |
3 |
Aċċelerazzjoni moderata għal 88 km/h |
0,89 |
3 |
Veloċità moderata ta’ 88 km/h għal 1/4 dawra |
0 |
3 |
Deċelerazzjoni moderata għal 72 km/h |
– 2,23 |
3 |
Aċċelerazzjoni moderata għal 97 km/h |
0,89 |
3 |
Veloċità moderata ta’ 97 km/h għal 1/4 dawra |
0 |
3 |
Deċelerazzjoni moderata għal 80 km/h |
– 2,23 |
3 |
Aċċelerazzjoni moderata għal 97 km/h |
0,89 |
3 |
Veloċità moderata ta’ 97 km/h għal 1/4 dawra |
0 |
3 |
Deċelerazzjoni moderata sal-waqfien |
– 1,79 |
4 |
Idle għal 10 sekondi |
0 |
4 |
Aċċelerazzjoni f’daqqa għal 129 km/h |
1,34 |
4 |
Sewqan mingħajr saħħa għal 113 km/h |
– 0,45 |
4 |
Veloċità moderata ta’ 113 km/h għal 1/2 dawra |
0 |
4 |
Deċelerazzjoni moderata għal 80 km/h |
– 1,34 |
4 |
Aċċelerazzjoni moderata għal 105 km/h |
0,89 |
4 |
Veloċità moderata ta’ 105 km/h għal 1/2 dawra |
0 |
4 |
Deċelerazzjoni moderata għal 80 km/h |
– 1,34 |
5 |
Aċċelerazzjoni moderata għal 121 km/h |
0,45 |
5 |
Veloċità moderata ta’ 121 km/h għal 1/2 dawra |
0 |
5 |
Deċelerazzjoni moderata għal 80 km/h |
– 1,34 |
5 |
Aċċelerazzjoni ħafifa għal 113 km/h |
0,45 |
5 |
Veloċità moderata ta’ 113 km/h għal 1/2 dawra |
0 |
5 |
Deċelerazzjoni moderata għal 80 km/h |
– 1,34 |
6 |
Aċċelerazzjoni moderata għal 113 km/h |
0,89 |
6 |
Sewqan mingħajr saħħa għal 97 km/h |
– 0,45 |
6 |
Veloċità moderata ta’ 97 km/h għal 1/2 dawra |
0 |
6 |
Deċelerazzjoni moderata għal 80 km/h |
– 1,79 |
6 |
Aċċelerazzjoni moderata għal 104 km/h |
0,45 |
6 |
Veloċità moderata ta’ 104 km/h għal 1/2 dawra |
0 |
6 |
Deċelerazzjoni moderata sal-waqfien |
– 1,79 |
7 |
Idle għal 45 sekondi |
0 |
7 |
Aċċelerazzjoni f’daqqa għal 88 km/h |
1,79 |
7 |
Veloċità moderata ta’ 88 km/h għal 1/4 dawra |
0 |
7 |
Deċelerazzjoni moderata għal 64 km/h |
– 2,23 |
7 |
Aċċelerazzjoni moderata għal 88 km/h |
0,89 |
7 |
Veloċità moderata ta’ 88 km/h għal 1/4 dawra |
0 |
7 |
Deċelerazzjoni moderata għal 64 km/h |
– 2,23 |
7 |
Aċċelerazzjoni moderata għal 80 km/h |
0,89 |
7 |
Veloċità moderata ta’ 80 km/h għal 1/4 dawra |
0 |
7 |
Deċelerazzjoni moderata għal 64 km/h |
– 2,23 |
7 |
Aċċelerazzjoni moderata għal 80 km/h |
0,89 |
7 |
Veloċità moderata ta’ 80 km/h għal 1/4 dawra |
0 |
7 |
Deċelerazzjoni moderata sal-waqfien |
– 2,23 |
Iċ-ċiklu standard tat-triq qed jiġi rappreżentat grafikament fil-figura li ġejja:
ANNESS VIII
IL-VERIFIKA TA’ L-EMISSJONIJIET MEDJI F’TEMPERATURI AMBJENTALI BAXXI
(IT-TEST TAT-TIP 6)
1. INTRODUZZJONI
1.1. |
Dan l-Anness jiddeskrivi t-tagħmir meħtieġ u l-proċedura għat-test tat-Tip 6 sabiex ikunu verifikati l-emissjonijiet f’temperaturi kesħin. |
2. IR-REKWIŻITI ĠENERALI
2.1. |
Ir-rekwiżiti ġenerali għat-test tat-Tip 6 huma dawk stabbiliti fil-paragrafi 5.3.5.1.1. sa 5.3.5.3.2. tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE bl-eċċezzjonijiet speċifikati hawn taħt. |
2.2. |
Ir-referenza għal “idrokarbons” f’5.3.5.1.4. tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE għandha tinqara bħala “idrokarbonji totali” |
2.3. |
Il-valuri ta’ limitu msemmija fil-punt 5.3.5.2 tar-Regolament Nru 83 tal-UN/ECE huma relatati mal-valuri ta’ limitu mniżżla fl-Anness 1, Tabella 4, tar-Regolament (KE) Nru 715/2007. |
3. IR-REKWIŻITI TEKNIĊI
3.1. |
Ir-rekwiżiti u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi huma dawk stabbiliti fit-taqsimiet 2 sa 6 ta’ l-Anness 8 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE bl-eċċezzjonijiet deskritti fit-taqsimiet li ġejjin. |
3.2. |
Ir-referenza għall-paragrafu 3. ta’ l-Anness 10 fil-paragrafu 3.4.1. ta’ l-Anness 8 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE għandha tinftiehem bħala referenza għat-Taqsima B ta’ l-Anness IX ta’ dan ir-Regolament. |
3.3. |
Ir-referenzi għall-“idrokarbons” għandhom jinqraw bħala “idrokarbonji totali” fit-taqsimiet li ġejjin ta’ l-Anness 8 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE: Il-paragrafu 2.4.1 Il-paragrafu 5.1.1 |
ANNESS IX
L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-FJUWILS TA’ REFERENZA
A. IL-FJUWILS TA’ REFERENZA
1. Id-data teknika dwar il-fjuwils għall-vetturi ta’ l-ittestjar b’magni positive-ignition
It-tip: Petrol (E5)
Parametru |
Unità |
Limiti (1) |
Metodu tat-test |
|
Minimu |
Massimu |
|||
In-numru ottan ta’ riċerka, RON |
|
95,0 |
— |
EN 25164 prEN ISO 5164 |
In-numru ottan tal-mutur, MON |
|
85,0 |
— |
EN 25163 prEN ISO 5163 |
Id-densità fi 15 °C |
kg/m3 |
743 |
756 |
EN ISO 3675 EN ISO 12185 |
Il-pressjoni tal-fwar |
kPa |
56,0 |
60,0 |
EN ISO 13016-1 (DVPE) |
Il-kontenut ta’ ilma |
% v/v |
|
0,015 |
ASTM E 1064 |
Id-distillazzjoni: |
|
|
|
|
— Evaporata f’70 °C |
% v/v |
24,0 |
44,0 |
EN-ISO 3405 |
— evaporata f’100 °C |
% v/v |
48,0 |
60,0 |
EN-ISO 3405 |
— evaporata fi 150 °C |
% v/v |
82,0 |
90,0 |
EN-ISO 3405 |
— il-punt tat-togħlija finali |
°C |
190 |
210 |
EN-ISO 3405 |
Ir-residwu |
% v/v |
— |
2,0 |
EN-ISO 3405 |
L-analiżi ta’ l-idrokarbonji: |
|
|
|
|
— l-olefini |
% v/v |
3,0 |
13,0 |
ASTM D 1319 |
— l-aromatiċi |
% v/v |
29,0 |
35,0 |
ASTM D 1319 |
— il-benżin |
% v/v |
— |
1,0 |
EN 12177 |
— is-saturati |
% v/v |
Rapport |
ASTM 1319 |
|
Il-proporzjon tal-karbonju/ta’ l-idroġenu |
|
Rapport |
|
|
Il-proporzjon tal-karbonju/ta’ l-ossiġnu |
|
Rapport |
|
|
Il-perjodu ta’ induzzjoni (2) |
minuti |
480 |
— |
EN-ISO 7536 |
Il-kontenut ta’ ossiġnu (3) |
% m/m |
Rapport |
EN 1601 |
|
Il-gomma eżistenti |
mg/ml |
— |
0,04 |
EN-ISO 6246 |
Il-kontenut ta’ kubrit (4) |
mg/kg |
— |
10 |
EN ISO 20846 EN ISO 20884 |
Il-korrużjoni tar-ram |
|
— |
Klassi 1 |
EN-ISO 2160 |
Il-kontenut ta’ ċomb |
mg/l |
— |
5 |
EN 237 |
Il-kontenut ta’ fosfru (5) |
mg/l |
— |
1,3 |
ASTM D 3231 |
L-etanol (3) |
% v/v |
4,7 |
5,3 |
EN 1601 EN 13132 |
(1) Il-valuri kwotati fl-ispeċifikazzjonijiet huma “valuri veri”. Fl-istabbiliment tal-valuri ta’ limitu tagħhom, ġew applikati t-termini ta’ l-ISO 4259 Prodotti tal-petroleum — Id-determinazzjoni u l-applikazzjoni ta’ data ta’ preċiżjoni b’relazzjoni għall-metodi tat-test u fl-iffissar ta’ valur minimu, tqieset differenza minima ta’ 2R ‘il fuq miż-żero; fl-iffissar ta’ valur massimu u minimu, id-differenza minima hija ta’ 4R (R = riproduċibbiltà). Minkejja din il-miżura, li hija meħtieġa għal raġunijiet tekniċi, il-manifattur tal-fjuwils madankollu għandu jimmira għal valur ta’ żero fejn il-valur massimu stipulat huwa ta’ 2R u għall-valur intermedju fil-każ ta’ kwotazzjonijiet ta’ limiti massimi u minimi. Jekk ikun meħtieġ li jiġi ċċarat jekk fjuwil jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ l-ispeċifikazzjonijiet, għandhom jiġu applikati t-termini ta’ l-ISO 4259. (2) Il-fjuwil jista’ jkun fih inibituri ta’ l-ossidazzjoni u deattivaturi tal-metall li normalment jintużaw sabiex ikunu stabbilizzati l-kurrenti tal-petrol tar-raffineriji, imma m’għandhomx jiġu miżjuda addittivi tad-deterġenti/dispersivi u żjut solventi. (3) L-etanol li jissodisfa l-ispeċifikazzjoni ta’ l-EN 15376 huwa l-uniku ossiġenat li għandu jiġi miżjud intenzjonalment mal-fjuwil ta’ referenza. (4) Il-kontenut effettiv tal-kubrit tal-fjuwil li ntuża għat-test tat-Tip 1 għandu jiġi rapportat. (5) Ma’ dan il-fjuwil ta’ referenza m’għandu jkun hemm l-ebda żieda intenzjonali ta’ komposti li fihom il-fosfru, il-ħadid, il-manganiż, jew iċ-ċomb. |
Tip: Petrol (E10):
Parametru |
Unità |
Limiti (1) |
Metodu tat-test |
|
Minimu |
Massimu |
|||
In-numru ta' ottan ta’ riċerka, (2) |
|
95,0 |
98,0 |
EN ISO 5164 |
Numru ta' ottan tal-mutur, MON (2) |
|
85,0 |
89,0 |
EN ISO 5163 |
Id-densità fi 15 °C |
kg/m3 |
743,0 |
756,0 |
EN ISO 12185 |
Il-pressa tal-fwar (DVPE) |
kPa |
56,0 |
60,0 |
EN 13016-1 |
Kontenut ta’ ilma |
|
massimu 0.05. Dehra f’ -7 °C: Trasparenti u jixgħel |
EN 12937 |
|
Distillazzjoni: |
|
|
|
|
— evapora f’70°C |
% v/v |
34,0 |
46,0 |
EN ISO 3405 |
— evapora f’100 °C |
% v/v |
54,0 |
62,0 |
EN ISO 3405 |
— evapora f’150 °C |
% v/v |
86,0 |
94,0 |
EN ISO 3405 |
— it-temperatura finali meta jiftaħ jagħli |
°C |
170 |
195 |
EN ISO 3405 |
Residwu |
% v/v |
— |
2,0 |
EN ISO 3405 |
Analiżi tal-idrokarburi: |
|
|
|
|
— olefini |
% v/v |
6,0 |
13,0 |
EN 22854 |
— aromatiċi |
% v/v |
25,0 |
32,0 |
EN 22854 |
— benżin |
% v/v |
— |
1,00 |
EN 22854 EN 238 |
— saturati |
% v/v |
irrapporta |
EN 22854 |
|
Proporzjon ta’ karbonju/idroġenu |
|
irrapporta |
|
|
Proporzjon ta’ karbonju/ossiġnu |
|
irrapporta |
|
|
Numru ta' ottan tal-mutur (3) |
minuti |
480 |
— |
EN ISO 7536 |
Kontenut ta’ ossiġnu (4) |
% m/m |
3,3 |
3,7 |
EN 22854 |
Gomma maħsula bis-solvent (Kontenut eżistenti tal-gomma) |
mg/100ml |
— |
4 |
EN ISO 6246 |
Kontenut tal-kubrit (5) |
mg/kg |
— |
10 |
EN ISO 20846 EN ISO 20884 |
Korrużjoni tar-ram 3 sigħat, 50 °C |
|
— |
klassi 1 |
EN ISO 2160 |
Kontenut ta’ ċomb |
mg/l |
— |
5 |
EN 237 |
Kontenut tal-fosfru (6) |
mg/l |
— |
1,3 |
ASTM D 3231 |
Etanol (4) |
% v/v |
9,0 |
10,0 |
EN 22854 |
(1) Il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjonijiet huma “valuri veri”. Fl-istabbiliment tal-valuri ta’ limitu tagħhom, ġew applikati t-termini tal-ISO 4259 Prodotti tal-petroleum – Id-determinazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dejta ta’ preċiżjoni b’relazzjoni għall-metodi tat-test u fl-iffissar ta’ valur minimu, tqieset differenza minima ta’ 2R ’il fuq miż-żero; fl-iffissar ta’ kejl massimu u minimu, id-differenza minima hija ta’ 4R (R = riproduċibbiltà). Minkejja din il-miżura, li hi meħtieġa għal raġunijiet tekniċi, il-manifattur tal-fjuwils għandu xorta waħda jimmira lejn valur ta’ żero meta l-valur massimu stipulat ikun 2R u lejn il-valur medju fil-każ ta’ kwotazzjonijiet tal-limiti massimi u minimi. Jekk ikun meħtieġ li jiġu ċċarati l-mistoqsijiet dwar jekk il-fjuwil jilħaqx ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet, għandhom jiġu applikati t-termini tal-ISO 4259. (2) Għandu jitnaqqas fattur ta’ korrezzjoni ta’ 0,2 għall-MON u r-RON għall-kalkolu tar-riżultat finali b’konformità ma’ EN 228:2008. (3) Il-fjuwil jista' jkun fih inibituri tal-ossidazzjoni u d-deattivaturi tal-metall li normalment jintużaw biex ikunu stabbilizzati l-kurrenti tal-petrol tar-raffineriji, imma m’għandhomx jiġu miżjuda addittivi tad-deterġenti/dispersivi u żjut solventi. (4) L-etanol huwa l-uniku ossiġenat li għandu jiġi miżjud intenzjonalment mal-fjuwil ta’ referenza. L-etanol użat għandu jkun konformi ma’ EN 15376. (5) Għandu jiġi rappurtat il-kontenut proprju tal-kubrit fil-fjuwil li jintuża għat-test tat-Tip 1. (6) M’għandu jkun hemm l-ebda żieda intenzjonali ta’ komposti li fihom il-fosfru, ħadid, manganiż jew ċomb, ma’ dan il-fjuwil ta’ referenza. (2) Metodi EN/ISO ekwivalenti għandhom jiġu adottati meta jinħarġu għall-karatteristiċi elenkati hawn fuq. |
It-tip: L-etanol (E85)
Parametru |
Unità |
Limiti (1) |
Metodu tat-test (2) |
|
Minimu |
Massimu |
|||
In-numru ottan ta’ riċerka, RON |
|
95,0 |
— |
EN ISO 5164 |
In-numru ottan tal-mutur, MON |
|
85,0 |
— |
EN ISO 5163 |
Id-densità fi 15 °C |
kg/m3 |
Rapport |
ISO 3675 |
|
Il-pressjoni tal-fwar |
kPa |
40,0 |
60,0 |
EN ISO 13016-1 (DVPE) |
mg/kg |
— |
10 |
EN ISO 20846 EN ISO 20884 |
|
L-istabbiltà ta’ l-ossidazzjoni |
minuti |
360 |
|
EN ISO 7536 |
Il-kontenut ta’ gomma eżistenti (maħsula bis-solvent) |
mg/100 ml |
— |
5 |
EN-ISO 6246 |
Dehra Din għandha tkun iddeterminata f’temperatura ambjentali jew fi 15 °C liema minnhom tkun l-ogħla. |
|
Ċara u brillanti, viżibilment ħielsa minn kontaminanti sospiżi jew preċipatati |
Spezzjoni viżwali |
|
L-etanol u l-alkoħols ogħla (7) |
% (V/V) |
83 |
85 |
EN 1601 EN 13132 EN 14517 |
L-alkoħols ogħla (C3-C8) |
% (V/V) |
— |
2,0 |
|
Il-metanol |
% (V/V) |
|
0,5 |
|
Il-petrol (5) |
% (V/V) |
Balance |
EN 228 |
|
Il-fosfru |
mg/l |
0,3 (6) |
ASTM D 3231 |
|
Il-kontenut ta’ ilma |
% (V/V) |
|
0,3 |
ASTM E 1064 |
Il-kontenut ta’ kloridi inorganiċi |
mg/l |
|
1 |
ISO 6227 |
pHe |
|
6,5 |
9,0 |
ASTM D 6423 |
Il-korrużjoni ta’ l-istrixxa tar-ram (3h at 50 °C) |
Klassifikazzjoni |
Klassi 1 |
|
EN ISO 2160 |
L-aċidità, (bħala aċidu aċetiku CH3COOH) |
% (m/m) (mg/l) |
— |
0,005(40) |
ASTM D 1613 |
Il-proporzjon tal-karbonju/ta’ l-idroġenu |
|
rapport |
|
|
Il-proporzjon tal-karbonju/ta’ l-ossiġnu |
|
rapport |
|
|
(1) Il-valuri kwotati fl-ispeċifikazzjonijiet huma “valuri veri”. Fl-istabbiliment tal-valuri ta’ limitu tagħhom, ġew applikati t-termini ta’ l-ISO 4259 Prodotti tal-petroleum — Id-determinazzjoni u l-applikazzjoni ta’ data ta’ preċiżjoni b’relazzjoni għall-metodi tat-test u fl-iffissar ta’ valur minimu, tqieset differenza minima ta’ 2R ‘il fuq miż-żero; fl-iffissar ta’ valur massimu u minimu, id-differenza minima hija ta’ 4R (R = riproduċibbiltà). Minkejja din il-miżura, li hija meħtieġa għal raġunijiet tekniċi, il-manifattur tal-fjuwils madankollu għandu jimmira għal valur ta’ żero fejn il-valur massimu stipulat huwa ta’ 2R u għall-valur intermedju fil-każ ta’ kwotazzjonijiet ta’ limiti massimi u minimi. Jekk ikun meħtieġ li jiġi ċċarat jekk fjuwil jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ l-ispeċifikazzjonijiet, għandhom jiġu applikati t-termini ta’ l-ISO 4259. (2) F’każi ta’ tilwim, għandhom jintużaw il-proċeduri biex tiġi solvuta t-tilwima u l-intepretazzjoni tar-riżultati bbażata fuq il-preċiżjoni tal-metodu tat-test, deskritti fl-EN ISO 4259. (3) F’każi ta’ tilwima nazzjonali rigward il-kontenut tal-kubrit, għandu jsir użu jew mill-EN ISO 20846 jew mill-EN ISO 20884 b’mod simili għar-referenza fl-anness nazzjonali għall-EN 228. (4) Għandu jiġi rapportat il-kontenut effettiv tal-kubrit tal-fjuwil li jintuża għat-test tat-Tip 1. (5) Il-kontenut tal-petrol bla ċomb jista’ jiġi determinat bħala 100 mingħajr is-somma tal-kontenut f’perċentwali ta’ ilma u ta’ alkoħols. (6) Ma’ dan il-fjuwil ta’ referenza, m’għandu jkun hemm l-ebda żieda intenzjonali ta’ komposti li fihom il-fosfru, il-ħadid, il-manganiż, jew iċ-ċomb. (7) L-etanol li jissodisfa l-ispeċifikazzjoni ta’ l-EN 15376 huwa l-uniku ossiġenat li għandu jiġi miżjud intenzjonalment ma’ dan il-fjuwil ta’ referenza. |
It-tip: L-LPG
Parametru |
Unità |
Fjuwil A |
Fjuwil B |
Metodu tat-test |
Il-kompożizzjoni: |
|
|
|
ISO 7941 |
Il-kontenut ta’ C3 |
% vol |
30 ± 2 |
85 ± 2 |
|
Il-kontenut ta’ C4 |
% vol |
Bilanċ |
Bilanċ |
|
< C3, > C4 |
% vol |
Massimu 2 |
Massimu 2 |
|
L-olefini |
% vol |
Massimu 12 |
Massimu 15 |
|
Ir-residwu ta’ l-evaporazzjoni |
mg/kg |
Massimu 50 |
Massimu 50 |
prEN 15470 |
L-ilma f’0 °C |
|
Ħieles |
Ħieles |
prEN 15469 |
Il-kontenut totali ta’ kubrit |
mg/kg |
Massimu 10 |
Massimu 10 |
ASTM 6667 |
Il-hydrogen sulphide |
|
Xejn |
Xejn |
ISO 8819 |
Il-korrużjoni ta’ l-istrixxa tar-ram |
Klassifikazzjoni |
Klassi 1 |
Klassi 1 |
ISO 6251 (1) |
Ir-riħa |
|
Karatteristika |
Karatteristika |
|
In-numru ottan tal-mutur |
|
Minimu 89 |
Minimu 89 |
EN 589 Anness B |
(1) Dan il-metodu jista’ ma jiddeterminax b’mod preċiż il-preżenza ta’ materjali korrożivi jekk il-kampjun fih inibituri tal-korrużjoni jew kimiċi oħra li jnaqqsu l-korrożività tal-kampjun għall-istrixxa tar-ram. Għalhekk, iż-żieda ta’ tali komposti għall-uniku fini li jkun ippreġudikat il-metodu tat-test hija projbita. |
It-tip: L-NG/il-Bijometanu
Karatteristiċi |
Unitajiet |
Bażi |
Limiti |
Metodu tat-test |
|
minimu |
massimu |
||||
Il-fjuwil ta’ referenza G20 |
|||||
Il-kompożizzjoni: |
|
|
|
|
|
Il-metanu |
% mole |
100 |
99 |
100 |
ISO 6974 |
Bilanċ (1) |
% mole |
— |
— |
1 |
ISO 6974 |
L-N2 |
% mole |
|
|
|
ISO 6974 |
Il-kontenut ta’ kubrit |
mg/m3 (2) |
— |
— |
10 |
ISO 6326-5 |
L-Indiċi Wobbe (nett) |
MJ/m3 (3) |
48,2 |
47,2 |
49,2 |
|
Il-fjuwil ta’ referenza G25 |
|||||
Il-kompożizzjoni: |
|
|
|
|
|
Il-metanu |
% mole |
86 |
84 |
88 |
ISO 6974 |
Bilanċ (1) |
% mole |
— |
— |
1 |
ISO 6974 |
L-N2 |
% mole |
14 |
12 |
16 |
ISO 6974 |
Il-kontenut ta’ kubrit |
mg/m3 (2) |
— |
— |
10 |
ISO 6326-5 |
L-Indiċi Wobbe (nett) |
MJ/m3 (3) |
39,4 |
38,2 |
40,6 |
|
(1) L-inerti (differenti mill-N2) + C2 + C2+. (2) Il-valur għandu jiġi determinat f’293.2 K (20 °C) u f’101.3 kPa. (3) Il-valur għandu jiġi determinat f’273.2 K (0 °C) u f’101.3 kPa. |
It-tip: Idroġenu għal magni ta' kombustjoni interni
Il-karatteristiċi |
L-unitajiet |
Il-limiti |
Il-metodu tat-test |
|
minimu |
massimu |
|||
Il-purità tal-idroġenu |
% mole |
98 |
100 |
ISO 14687-1 |
L-idrokarburi totali |
μmol/mol |
0 |
100 |
ISO 14687-1 |
L-ilma (1) |
μmol/mol |
0 |
ISO 14687-1 |
|
L-ossiġnu |
μmol/mol |
0 |
ISO 14687-1 |
|
L-argon |
μmol/mol |
0 |
ISO 14687-1 |
|
In-nitroġenu |
μmol/mol |
0 |
ISO 14687-1 |
|
CO |
μmol/mol |
0 |
1 |
ISO 14687-1 |
Il-kubrit |
μmol/mol |
0 |
2 |
ISO 14687-1 |
Il-partikoli permanenti (3) |
|
|
|
ISO 14687-1 |
(1) M'għandux jiġi kkundensat (2) L-ilma, l-ossiġnu, in-nitroġenu u l-argon ikkumbinati: 1 900 μmol/mol (3) L-idroġenu m'għandux ikun fih trab, ramel, ħmieġ, gomom, żjut, jew sustanzi oħra f'ammont kbir biżżejjed biex jikkawża ħsara lill-apparat tal-istazzjon tal-fjuwil tal-vettura (magna) li qed tieħu l-fjuwil. |
It-Tip: Idroġenu għal vetturi biċ-ċelloli tal-fjuwil
Il-karatteristiċi |
Parametru |
Limiti |
Il-metodu tat-test |
|
minimu |
massimu |
|||
Il-fjuwil tal-idroġenu (1) |
% mole |
99,99 |
100 |
ISO 14687-2 |
Il-gassijiet totali (2) |
μmol/mol |
0 |
100 |
|
L-idrokarburi totali |
μmol/mol |
0 |
2 |
ISO 14687-2 |
L-ilma |
μmol/mol |
0 |
5 |
ISO 14687-2 |
L-ossiġnu |
μmol/mol |
0 |
5 |
ISO 14687-2 |
L-Elju (He), in-Nitroġenu (N2), l-Argon (Ar) |
μmol/mol |
0 |
100 |
ISO 14687-2 |
CO2 |
μmol/mol |
0 |
2 |
ISO 14687-2 |
CO |
μmol/mol |
0 |
0,2 |
ISO 14687-2 |
Il-komposti totali tal-kubrit |
μmol/mol |
0 |
0,004 |
ISO 14687-2 |
Il-formaldeid (HCHO) |
μmol/mol |
0 |
0,01 |
ISO 14687-2 |
L-aċidu formiku (HCOOH) |
μmol/mol |
0 |
0,2 |
ISO 14687-2 |
L-ammonja (NH3) |
μmol/mol |
0 |
0,1 |
ISO 14687-2 |
Il-komposti aloġenati totali |
μmol/mol |
0 |
0,05 |
ISO 14687-2 |
Id-daqs tal-partikoli |
μm |
0 |
10 |
ISO 14687-2 |
Il-konċentrazzjoni tal-partikoli |
μg/l |
0 |
1 |
ISO 14687-2 |
(1) L-indiċi tal-fjuwil tal-idroġenu huwa ddeterminat billi jitnaqqas il-kontenut totali tal-kostitwenti gassużi mhux tal-idroġenu elenkati fit-tabella (Il-gassijiet totali), espressi fil-perċentwali ta’ mole, minn 100 perċentwali ta’ mole. L-indiċi huwa inqas mis-somma tal-limiti massimi ammissibbli tal-konstitwenti li mhumiex idroġeni murija fit-Tabella. (2) Il-valur tal-gassijiet totali huwa s-somma tal-valuri tal-kostitwenti li mhumiex idroġenu elenkati fit-tabella, minbarra l-partikoli. |
It-tip: H2NG
Il-fjuwils tal-idroġenu u tal-NG/bijometan li jikkomponu taħlita H2NG, għandhom jikkonformaw separatament mal-karatteristiċi korrispondenti tagħhom, espressi f'dan l-Anness.
2. Id-data teknika dwar il-fjuwils għall-vetturi ta’ l-ittestjar b’magni compression-ignition
It-tip: Id-diżil (B5)
Parametru |
Unità |
Limiti (1) |
Metodu tat-test |
|
Minimu |
Massimu |
|||
In-numru tas-cetane (2) |
|
52,0 |
54,0 |
EN-ISO 5165 |
Id-densità fi 15 °C |
kg/m3 |
833 |
837 |
EN-ISO 3675 |
Id-distillazzjoni: |
|
|
|
|
— il-punt ta’ 50 % |
°C |
245 |
— |
EN-ISO 3405 |
— il-punt ta’ 95 % |
°C |
345 |
350 |
EN-ISO 3405 |
— il-punt finali tat-togħlija |
°C |
— |
370 |
EN-ISO 3405 |
It-temperatura li fiha l-fwar taż-żejt jista’ jaqbad (flash point) |
°C |
55 |
— |
EN 22719 |
Is-CFPP |
°C |
— |
– 5 |
EN 116 |
Il-viskożità f’40 °C |
mm2/s |
2,3 |
3,3 |
EN-ISO 3104 |
L-idrokarbonji poliċikliċi aromatiċi |
% m/m |
2,0 |
6,0 |
EN 12916 |
Il-kontenut ta’ kubrit (3) |
mg/kg |
— |
10 |
EN ISO 20846/EN ISO 20884 |
Il-korrużjoni tar-ram |
|
— |
Class 1 |
EN-ISO 2160 |
Ir-residwu tal-karbonju Conradson (10 % DR) |
% m/m |
— |
0,2 |
EN-ISO 10370 |
Il-kontenut ta’ rmied |
% m/m |
— |
0,01 |
EN-ISO 6245 |
Il-kontenut ta’ ilma |
% m/m |
— |
0,02 |
EN-ISO 12937 |
In-numru ta’ newtralizzazzjoni (aċidu qawwi) |
mg KOH/g |
— |
0,02 |
ASTM D 974 |
L-istabbiltà ta’ l-ossidazzjoni (4) |
mg/ml |
— |
0,025 |
EN-ISO 12205 |
Il-lubriċità (id-dijametru skenjat ta’ kemm ittiekel l-HFRR f’60 °C) |
μm |
— |
400 |
EN ISO 12156 |
h |
20,0 |
|
EN 14112 |
|
Il-FAME (5) |
% v/v |
4,5 |
5,5 |
EN 14078 |
(1) Il-valuri kwotati fl-ispeċifikazzjonijiet huma “valuri veri”. Fl-istabbiliment tal-valuri ta’ limitu tagħhom, ġew applikati t-termini ta’ l-ISO 4259 Prodotti tal-petroleum — Id-determinazzjoni u l-applikazzjoni ta’ data ta’ preċiżjoni b’relazzjoni għall-metodi tat-test u fl-iffissar ta’ valur minimu, tqieset differenza minima ta’ 2R ‘il fuq miż-żero; fl-iffissar ta’ valur massimu u minimu, id-differenza minima hija ta’ 4R (R = riproduċibbiltà). Minkejja din il-miżura, li hija meħtieġa għal raġunijiet tekniċi, il-manifattur tal-fjuwils madankollu għandu jimmira għal valur ta’ żero fejn il-valur massimu stipulat huwa ta’ 2R u għall-valur intermedju fil-każ ta’ kwotazzjonijiet ta’ limiti massimi u minimi. Jekk ikun meħtieġ li jiġi ċċarat jekk fjuwil jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ l-ispeċifikazzjonijiet, għandhom jiġu applikati t-termini ta’ l-ISO 4259. (2) Il-firxa għan-numru tas-cetane mhix skond ir-rekwiżiti ta’ firxa minima ta’ 4R. Madankollu, fil-każ ta’ tilwima bejn dak il-fornitur tal-fjuwil u l-utent tal-fjuwil, it-termini ta’ l-ISO 4259 jistgħu jintużaw biex isolvu tali tilwim sakemm isir kejl ripetut, ta’ numru biżżejjed biex tiġi arkivjata l-preċiżjoni meħtieġa, fejn jiġu preferuti d-determinazzjonijiet waħdanija. (3) Il-kontenut effettiv ta’ kubrit tal-fjuwil użat għat-test tat-Tip I għandu jiġi rappurtat. (4) Anki jekk l-istabbilità ta’ l-ossidazzjoni tkun ikkontrollata, huwa probabbli li l-perjodu ta’ konservabbiltà se jkun limitat. Wieħed għandu jieħu parir mingħand il-fornitur dwar il-kundizzjonijiet tal-ħżin u għal kemm iservu. (5) Il-kontenut ta’ FAME għandu jissodisfa l-ispeċifikazzjoni ta’ l-EN 14214 (6) L-istabbiltà ta’ l-ossidazzjoni tista’ tintwera bl-EN-ISO 12205 jew bl-EN 14112. Dan ir-rekwiżit għandu jiġi rivedut fuq il-bażi ta’ l-evalwazzjonijiet CEN/TC19 tar-rendiment u tal-limiti tat-test ta’ l-istabbiltà ossidattiva. |
Tip: Diżil (B7):
Parametru |
Unità |
Limiti (1) |
Metodu tat-test |
|
Minimu |
Massimu |
|||
L-indiċi tal-ketan |
|
46,0 |
|
EN ISO 4264 |
Numru tal-ketan (2) |
|
52,0 |
56,0 |
EN ISO 5165 |
Id-densità fi 15 °C |
kg/m3 |
833,0 |
837,0 |
EN ISO 12185 |
Distillazzjoni: |
|
|
|
|
— il-punt ta’ 50 % |
°C |
245,0 |
— |
EN ISO 3405 |
— il-punt ta’ 95 % |
°C |
345,0 |
360,0 |
EN ISO 3405 |
— it-temperatura finali meta jiftaħ jagħli |
°C |
— |
370,0 |
EN ISO 3405 |
Il-punt ta’ fjammabbiltà |
°C |
55 |
— |
EN ISO 2719 |
Il-punt meta ma jibqax trasparenti |
°C |
— |
– 10 |
EN 23015 |
Viskożità f’40 °C |
mm2/s |
2,30 |
3,30 |
EN ISO 3104 |
Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi |
% m/m |
2,0 |
4,0 |
EN 12916 |
Kontenut tal-kubrit |
mg/kg |
— |
10,0 |
EN ISO 20846 EN ISO 20884 |
Korrużjoni tar-ram 3 sigħat, 50 °C |
|
— |
Klassi 1 |
EN ISO 2160 |
Fdal ta’ karbonju conradson (10 % DR) |
% m/m |
— |
0,20 |
EN ISO 10370 |
Kontenut ta’ rmied |
% m/m |
— |
0,010 |
EN ISO 6245 |
Kontaminazzjoni totali |
mg/kg |
- |
24 |
EN 12662 |
Kontenut ta’ ilma |
mg/kg |
— |
200 |
EN ISO 12937 |
Numru tal-aċidità |
mg KOH/g |
— |
0,10 |
EN ISO 6618 |
Lubriċità (dijametru tal-użu HFRR f’60 °C) |
μm |
— |
400 |
EN ISO 12156 |
Stabbilità tal-ossidazzjoni @ 110 °C (3) |
h |
20,0 |
|
EN 15751 |
FAME (4) |
% v/v |
6,0 |
7,0 |
EN 14078 |
(1) Il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjonijiet huma “valuri veri”. Fl-istabbiliment tal-valuri ta’ limitu tagħhom, ġew applikati t-termini tal-ISO 4259 Prodotti tal-petroleum – Id-determinazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dejta ta’ preċiżjoni b’relazzjoni għall-metodi tat-test u fl-iffissar ta’ valur minimu, tqieset differenza minima ta’ 2R ’il fuq miż-żero; fl-iffissar ta’ kejl massimu u minimu, id-differenza minima hija ta’ 4R (R = riproduċibbiltà). Minkejja din il-miżura, li hi meħtieġa għal raġunijiet tekniċi, il-manifattur tal-fjuwils għandu xorta waħda jimmira lejn valur ta’ żero meta l-valur massimu stipulat ikun 2R u lejn il-valur medju fil-każ ta’ kwotazzjonijiet tal-limiti massimi u minimi. Jekk ikun meħtieġ li jiġu ċċarati l-mistoqsijiet dwar jekk il-fjuwil jilħaqx ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet, għandhom jiġu applikati t-termini tal-ISO 4259. (2) Il-firxa għan-numru tal-ketan mhix skont ir-rekwiżiti ta’ firxa minima ta’ 4R. Madankollu, fil-każ ta’ tilwima bejn dak li jissupplixxi l-fjuwil u min juża l-fjuwil, jistgħu jintużaw it-termini ta’ ISO 4259 biex jirrisolvu dak it-tilwim bil-kundizzjoni li kejlijiet repliċi, ta’ numru suffiċjenti biex tinħażen il-preċiżjoni meħtieġa, isiru b’referenza għal determinazzjonijiet waħdanija. (3) Anki jekk l-istabbilità tal-ossidazzjoni tkun kkontrollata, huwa probabbli li t-tul taż-żmien ta’ ħżin se jkun limitat. Wieħed għandu jieħu parir mingħand il-fornitur dwar il-kundizzjonijiet tal-ħżin u kemm iservu. (4) Kontenut ta’ FAME sabiex tintlaħaq l-ispeċifikazzjoni ta’ EN 14214. |
B. IL-FJUWILS TA’ REFERENZA GĦALL-ITTESTJAR TA’ L-EMISSJONIJIET F’TEMPERATURI AMBJENTALI BAXXI — IT-TEST TAT-TIP 6
It-tip: Il-petrol (E5)
Parametru |
Unità |
Limiti (1) |
Metodu tat-test |
|
Minimu |
Massimu |
|||
In-numru ottan ta’ riċerka, RON |
|
95,0 |
— |
EN 25164 prEN ISO 5164 |
In-numru ottan tal-mutur, MON |
|
85,0 |
— |
EN 25163 prEN ISO 5163 |
Id-densità fi 15 °C |
kg/m3 |
743 |
756 |
ISO 3675 EN ISO 12185 |
Il-pressjoni tal-fwar |
kPa |
56,0 |
95,0 |
EN ISO 13016-1 (DVPE) |
Il-kontenut ta’ ilma |
% v/v |
|
0,015 |
ASTM E 1064 |
Id-distillazzjoni: |
|
|
|
|
— evaporata f’70 °C |
% v/v |
24,0 |
44,0 |
EN-ISO 3405 |
— evaporata f’100 °C |
% v/v |
50,0 |
60,0 |
EN-ISO 3405 |
— evaporata fi 150 °C |
% v/v |
82,0 |
90,0 |
EN-ISO 3405 |
— il-punt tat-togħlija finali |
°C |
190 |
210 |
EN-ISO 3405 |
Ir-residwu |
% v/v |
— |
2,0 |
EN-ISO 3405 |
L-analiżi ta’ l-idrokarbonji: |
|
|
|
|
— l-olefini |
% v/v |
3,0 |
13,0 |
ASTM D 1319 |
— l-aromatiċi |
% v/v |
29,0 |
35,0 |
ASTM D 1319 |
— il-benżin |
% v/v |
— |
1,0 |
EN 12177 |
— is-saturati |
% v/v |
Rapport |
ASTM D 1319 |
|
Il-proporzjon tal-karbonju/ta’ l-idroġenu |
|
Rapport |
|
|
Il-proporzjon tal-karbonju/ta’ l-ossiġnu |
|
Rapport |
|
|
Il-perjodu ta’ induzzjoni (2) |
minuti |
480 |
— |
EN-ISO 7536 |
Il-kontenut ta’ ossiġnu (3) |
% m/m |
Rapport |
EN 1601 |
|
Il-gomma eżistenti |
mg/ml |
— |
0,04 |
EN-ISO 6246 |
Il-kontenut ta’ kubrit (4) |
mg/kg |
— |
10 |
EN ISO 20846 EN ISO 20884 |
Il-korrużjoni tar-ram |
|
— |
Klassi 1 |
EN-ISO 2160 |
Il-kontenut ta’ ċomb |
Mg/l |
— |
5 |
EN 237 |
Il-kontenut ta’ fosfru (5) |
Mg/l |
— |
1,3 |
ASTM D 3231 |
L-etanol (3) |
% v/v |
4,7 |
5,3 |
EN 1601 EN 13132 |
(1) Il-valuri kwotati fl-ispeċifikazzjonijiet huma “valuri veri”. Fl-istabbiliment tal-valuri ta’ limitu tagħhom, ġew applikati t-termini ta’ l-ISO 4259 Prodotti tal-petroleum — Id-determinazzjoni u l-applikazzjoni ta’ data ta’ preċiżjoni b’relazzjoni għall-metodi tat-test u fl-iffissar ta’ valur minimu, tqieset differenza minima ta’ 2R ‘il fuq miż-żero; fl-iffissar ta’ valur massimu u minimu, id-differenza minima hija ta’ 4R (R = riproduċibbiltà). Minkejja din il-miżura, li hija meħtieġa għal raġunijiet tekniċi, il-manifattur tal-fjuwils madankollu għandu jimmira għal valur ta’ żero fejn il-valur massimu stipulat huwa ta’ 2R u għall-valur intermedju fil-każ ta’ kwotazzjonijiet ta’ limiti massimi u minimi. Jekk ikun meħtieġ li jiġi ċċarat jekk fjuwil jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ l-ispeċifikazzjonijiet, għandhom jiġu applikati t-termini ta’ l-ISO 4259. (2) Il-fjuwil jista’ jkun fih inibituri ta’ l-ossidazzjoni u deattivaturi tal-metalli li normalment jintużaw sabiex ikunu stabbilizzati l-kurrenti tal-petrol tar-raffineriji, imma m’għandhomx jiġu miżjuda addittivi tad-deterġenti/dispersivi u żjut solventi. (3) L-etanol li jissodisfa l-ispeċifikazzjoni ta’ l-EN 15376 huwa l-uniku ossiġenat li għandu jiġi miżjud intenzjonalment ma’ dan il-fjuwil ta’ referenza. (4) Il-kontenut effettiv tal-kubrit tal-fjuwil li ntuża għat-test tat-Tip 6 għandu jiġi rapportat. (5) Ma’ dan il-fjuwil ta’ referenza, m’għandu jkun hemm l-ebda żieda intenzjonali ta’ komposti li fihom il-fosfru, il-ħadid, il-manganiż, jew iċ-ċomb. |
Tip: Petrol (E10):
Parametru |
Unità |
Limiti (1) |
Metodu tat-test |
|
Minimu |
Massimu |
|||
In-numru ta' ottan ta’ riċerka, RON (2) |
|
95,0 |
98,0 |
EN ISO 5164 |
Numru ta' ottan tal-mutur, MON (2) |
|
85,0 |
89,0 |
EN ISO 5163 |
Id-densità fi 15 °C |
kg/m3 |
743,0 |
756,0 |
EN ISO 12185 |
Il-pressa tal-fwar (DVPE) |
kPa |
56,0 |
95,0 |
EN 13016-1 |
Kontenut ta’ ilma |
|
massimu 0.05. Dehra f’ -7 °C: trasparenti u jixgħel |
EN 12937 |
|
Distillazzjoni: |
|
|
|
|
— evapora f’70°C |
% v/v |
34,0 |
46,0 |
EN ISO 3405 |
— evapora f’100 °C |
% v/v |
54,0 |
62,0 |
EN ISO 3405 |
— evapora f’150 °C |
% v/v |
86,0 |
94,0 |
EN ISO 3405 |
— it-temperatura finali meta jiftaħ jagħli |
°C |
170 |
195 |
EN ISO 3405 |
Residwu |
% v/v |
— |
2,0 |
EN ISO 3405 |
Analiżi tal-idrokarburi: |
|
|
|
|
— olefini |
% v/v |
6,0 |
13,0 |
EN 22854 |
— aromatiċi |
% v/v |
25,0 |
32,0 |
EN 22854 |
— benżin |
% v/v |
— |
1,00 |
EN 22854 EN 238 |
— saturati |
% v/v |
irrapporta |
EN 22854 |
|
Proporzjon ta’ karbonju/idroġenu |
|
irrapporta |
|
|
Proporzjon ta’ karbonju/ossiġnu |
|
irrapporta |
|
|
Numru ta' ottan tal-mutur (3) |
minuti |
480 |
— |
EN ISO 7536 |
Kontenut ta’ ossiġnu (4) |
% m/m |
3,3 |
3,7 |
EN 22854 |
Gomma maħsula bis-solvent (Kontenut eżistenti tal-gomma) |
mg/100ml |
— |
4 |
EN ISO 6246 |
Kontenut tal-kubrit (5) |
mg/kg |
— |
10 |
EN ISO 20846 EN ISO 20884 |
Korrużjoni tar-ram 3 sigħat, 50 °C |
|
— |
klassi 1 |
EN ISO 2160 |
Kontenut ta’ ċomb |
mg/l |
— |
5 |
EN 237 |
Kontenut tal-fosfru (6) |
mg/l |
— |
1,3 |
ASTM D 3231 |
Etanol (4) |
% v/v |
9,0 |
10,0 |
EN 22854 |
(1) Il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjonijiet huma “valuri veri”. Fl-istabbiliment tal-valuri ta’ limitu tagħhom, ġew applikati t-termini tal-ISO 4259 Prodotti tal-petroleum – Id-determinazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dejta ta’ preċiżjoni b’relazzjoni għall-metodi tat-test u fl-iffissar ta’ valur minimu, tqieset differenza minima ta’ 2R ’il fuq miż-żero; fl-iffissar ta’ kejl massimu u minimu, id-differenza minima hija ta’ 4R (R = riproduċibbiltà). Minkejja din il-miżura, li hi meħtieġa għal raġunijiet tekniċi, il-manifattur tal-fjuwils għandu xorta waħda jimmira lejn valur ta’ żero meta l-valur massimu stipulat ikun 2R u lejn il-valur medju fil-każ ta’ kwotazzjonijiet tal-limiti massimi u minimi. Jekk ikun meħtieġ li jiġu ċċarati l-mistoqsijiet dwar jekk il-fjuwil jilħaqx ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet, għandhom jiġu applikati t-termini tal-ISO 4259. (2) Għandu jitnaqqas fattur ta’ korrezzjoni ta’ 0,2 għall-MON u r-RON għall-kalkolu tar-riżultat finali b’konformità ma’ EN 228:2008. (3) Il-fjuwil jista' jkun fih inibituri tal-ossidazzjoni u d-deattivaturi tal-metall li normalment jintużaw biex ikunu stabbilizzati l-kurrenti tal-petrol tar-raffineriji, imma m’għandhomx jiġu miżjuda addittivi tad-deterġenti/dispersivi u żjut solventi. (4) L-etanol huwa l-uniku ossiġenat li għandu jiġi miżjud intenzjonalment mal-fjuwil ta’ referenza. L-etanol użat għandhom ikunu konformi ma’ EN 15376. (5) Għandu jiġi rappurtat il-kontenut proprju tal-kubrit fil-fjuwil li jintuża għat-test tat-Tip 6. (6) M’għandu jkun hemm l-ebda żieda intenzjonali ta’ komposti li fihom il-fosfru, ħadid, manganiż jew ċomb, ma’ dan il-fjuwil ta’ referenza. (2) Metodi EN/ISO ekwivalenti għandhom jiġu adottati meta jinħarġu għall-karatteristiċi elenkati hawn fuq. |
It-tip: L-etanol (E75)
Parametru |
Unità |
Limiti (1) |
Metodu tat-test (2) |
|
Minimu |
Massimu |
|||
In-numru ottan ta’ riċerka, RON |
|
95 |
— |
EN ISO 5164 |
In-numru ottan tal-mutur, MON |
|
85 |
— |
EN ISO 5163 |
Id-densità fi 15 °C |
kg/m3 |
rapport |
EN ISO 12185 |
|
Il-pressjoni tal-fwar |
kPa |
50 |
60 |
EN ISO 13016-1 (DVPE) |
mg/kg |
— |
10 |
EN ISO 20846 EN ISO 20884 |
|
L-istabbiltà tal-ossidazzjoni |
minuti |
360 |
— |
EN ISO 7536 |
Il-kontenut ta’ gomma eżistenti (maħsula bis-solvent) |
mg/100 ml |
— |
4 |
EN ISO 6246 |
Id-dehra għandha tkun iddeterminata f’temperatura ambjentali jew fi 15 °C liema minnhom tkun l-ogħla |
|
Ċara u brillanti, viżibbilment ħielsa minn kontaminanti sospiżi jew preċipitati |
Spezzjoni viżwali |
|
L-etanol u l-alkoħols ogħla (7) |
% (V/V) |
70 |
80 |
EN 1601 EN 13132 EN 14517 |
L-alkoħols ogħla (C3 - C8) |
% (V/V) |
— |
2 |
|
Il-metanol |
|
— |
0,5 |
|
Il-petrol (5) |
% (V/V) |
Bilanċ |
EN 228 |
|
Il-fosfru |
mg/l |
0,30 (6) |
ASTM D 3231 EN 15487 |
|
Il-kontenut ta’ ilma |
% (V/V) |
— |
0,3 |
ASTM E 1064 EN 15489 |
Il-kontenut ta’ kloridi inorganiċi |
mg/l |
— |
1 |
ISO 6227 - EN 15492 |
pHe |
|
6,50 |
9 |
ASTM D 6423 EN 15490 |
Il-korrużjoni tal-istrixxa tar-ram (3h f’50 °C) |
Klassifikazzjoni |
Klassi 1 |
|
EN ISO 2160 |
L-aċidità (bħala aċidu aċetiku CH3COOH) |
% (m/m) |
|
0,005 |
ASTM D1613 EN 15491 |
mg/l |
|
40 |
||
Il-proporzjon tal-karbonju/tal-idroġenu |
|
rapport |
|
|
Il-proporzjon tal-karbonju/tal-ossiġnu |
|
rapport |
|
|
(1) Il-valuri msemmija fl-ispeċifikazzjonijiet huma “valuri veri”. Fl-istabbiliment tal-valuri ta’ limitu, ġew applikati t-termini tal-ISO 4259 Prodotti tal-petroleum — Determinazzjoni u applikazzjoni ta’ data ta’ preċiżjoni b’relazzjoni għall-metodi tat-test. Fl-iffissar ta’ valur minimu, tqieset differenza minima ta’ 2R 'il fuq miż-żero. Fl-iffissar ta' valur massimu u minimu, id-differenza minima użata kienet ta’ 4R (R = riproduċibbiltà). Minkejja din il-proċedura, li hija meħtieġa għal raġunijiet tekniċi, il-manifatturi tal-fjuwil għandhom jimmiraw għal valur ta’ żero fejn il-valur massimu stipulat huwa ta’ 2R u għall-valur intermedju għal kwotazzjonijiet ta’ limiti massimi u minimi. Jekk ikun meħtieġ li jiġi ċċarat jekk fjuwil jissodisfax ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet, għandhom jiġu applikati t-termini tal-ISO 4259. (2) F’każi ta’ tilwim, għandhom jintużaw il-proċeduri biex tiġi solvuta t-tilwima u l-intepretazzjoni tar-riżultati bbażata fuq il-preċiżjoni tal-metodu tat-test, deskritti fl-EN ISO 4259. (3) F’każi ta’ tilwima nazzjonali rigward il-kontenut tal-kubrit, għandu jsir użu jew mill-EN ISO 20846 jew mill-EN ISO 20884 b’mod simili għar-referenza fl-anness nazzjonali għall-EN 228. (4) Għandu jiġi rapportat il-kontenut effettiv tal-kubrit tal-fjuwil li jintuża għat-test tat-Tip 6. (5) Il-kontenut tal-petrol bla ċomb jista’ jiġi determinat bħala 100 mingħajr is-somma tal-kontenut f’perċentwali ta’ ilma u ta’ alkoħols. (6) Ma’ dan il-fjuwil ta’ referenza m’għandu jkun hemm l-ebda żieda intenzjonali ta’ komposti li fihom il-fosfru, il-ħadid, il-manganiż, jew iċ-ċomb. (7) L-etanol li jissodisfa l-ispeċifikazzjoni tal-EN 15376 huwa l-uniku ossiġenat li għandu jiġi miżjud intenzjonalment ma’ dan il-fjuwil ta’ referenza. |
ANNESS X
IL-PROĊEDURA TAT-TEST TA’ L-EMISSJONIJIET GĦALL-VETTURI ELETTRIĊI IBRIDI (HEV)
1. INTRODUZZJONI
1.1. |
Dan l-anness jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet speċifiċi addizzjonali rigward l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura elettrika ibrida (HEV). |
2. IR-REKWIŻITI TEKNIĊI
2.1. |
Ir-rekwiżiti u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness 14 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE bl-eċċezzjonijiet deskritta fit-taqsima li ġejja. |
2.2. |
Ir-referenzi għall-paragrafu 5.3.1.4. fit-taqsimiet 3.1.2.6., 3.1.3.5., 3.2.2.7. u 3.2.3.5. ta’ l-Anness 14 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għat-Tabella 1 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għall-vetturi Euro 5 u għat-Tabella 2 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għall-vetturi Euro 6. |
ANNESS XI
ID-DIJANJOSTIKA ABBORD (OBD) GĦAL VETTURI BIL-MUTUR
1. INTRODUZZJONI
1.1. |
Dan l-Anness jistabbilixxi l-aspetti funzjonali tas-sistemi dijanjostiċi abbord (OBD) għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet mill-vetturi bil-mutur. |
2. IR-REKWIŻITI U T-TESTIJIET
2.1. |
Ir-rekwiżiti u t-testijiet għas-sistemi OBD huma dawk speċifikati fit-Taqsima 3 ta’ l-Anness 11 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE. L-eċċezzjonijiet għal dawn ir-rekwiżiti kif ukoll ir-rekwiżiti addizzjonali ġew deskritti fit-taqsimiet li ġejjin. |
2.2. |
Id-distanza ta’ durabbiltà li tissemma fit-taqsimiet 3.1. u 3.3.1. ta’ l-Anness 11 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE għandha tinftiehem bħala referenza għar-rekwiżiti ta’ l-Anness VII ta’ dan ir-Regolament. |
2.3. |
Il-limiti ta’ limitu speċifikati fit-taqsima 3.3.2 ta’ l-Anness 11 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE għandhom jiġu mifhuma bħala referenza għat-tabelli t’aktar ‘l isfel:
|
2.4. |
Minbarra d-dispożizzjonijiet tat-taqsima 3.2.1 ta’ l-Anness 11 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE, il-manifattur jista’ temporanjament jiddiżattiva s-sistema OBD fil-kundizzjonijiet li ġejjin: (a) Għal vetturi flex fuel jew li jieħdu gass tal-fjuwil wieħed jew tnejn, matul 1 minuta wara alimentazzjoni mill-ġdid sabiex ikun hemm ħin għar-rikonoxximent tal-kwalità u tal-kompożizzjonijiet tal-fjuwil mill-ECU; (b) Għal vetturi li jieħdu żewġ fjuwils matul 5 sekondi wara l-bidla tal-fjuwil sabiex ikun hemm ħin għal aġġustament mill-ġdid tal-parametri tal-magna. Il-manifattur jista’ jiddevja minn dawn limiti ta’ ħin jekk jista’ juri li l-istabilizzazzjoni tas-sistema ta’ alimentazzjoni wara l-alimentazzjoni mill-ġdid jew wara l-bidla tal-fjuwil tieħu aktar ħin minħabba raġunijiet tekniċi ġustifikati. Ikun xi jkun il-każ, is-sistema OBD għandha terġa’ tiġi attivata hekk kif jew il-kwalità u l-kompożizzjoni tal-fjuwil jiġu rikonoxxuti jew il-parametri tal-magna jiġu aġġustati mill-ġdid. |
2.5. |
It-taqsima 3.3.3.1 tal-Anness 11 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE għandha tiġi mifhuma bħala: Is-sistema OBD għandha timmonitorja t-tnaqqis fl-effiċjenza tal-konvertitur katalitiku fir-rigward tal-emissjonijiet tat-NMHC u ta’ l-NOx. Il-manifatturi jistgħu jimmonitorjaw il-katalista ta’ quddiem biss jew flimkien mal-katalista/i sussegwenti. Kull katalista jew kull kombinazzjoni ta’ katalisti mmonitorjata għandha titqies li tkun bil-ħsara meta l-emissjonijiet jeċċedu l-limiti tal-NMHC jew tal-NOx previsti fit-taqsima 2.3 ta’ dan l-Anness. B'deroga, ir-rekwiżit tal-monitoraġġ tat-tnaqqis fl-effiċjenza tal-konvertitur katalitiku fir-rigward tal-emissjonijiet tal-NOx għandu japplika biss mid-dati stabbiliti fl-Artikolu 17. |
2.6. |
It-taqsima 3.3.3.3 ta’ l-Anness 11 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE għandha tfisser li għandu jiġi monitorjat id-deterjorament tas-sensuri kollha ta’ l-ossiġnu mwaħħla u użati għall-monitoraġġ tal-ħsarat tal-konvertitur katalitiku skond ir-rekwiżiti ta’ dan l-Anness. |
2.7. |
Minbarra r-rekwiżiti tat-taqsima 3.3.3 ta’ l-Anness 11 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE, għal magni positive-ignition b’injezzjoni diretta għandha tiġi monitorjata kwalunkwe ħsara, li tista’ twassal biex l-emissjonijiet jeċċedu l-limiti ta’ limitu tal-partikulati provduti mit-taqsima 2.3 ta’ dan l-Anness u li trid tiġi monitorjata skond ir-rekwiżiti ta’ dan l-Anness għal magni compression-ignition. |
2.8. |
Minbarra r-rekwiżiti tat-taqsima 3.3.4 ta’ l-Anness 11 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE, għandhom jiġu monitorjati l-ħsarat u t-tnaqqis fl-effiċjenza tas-sistema EGR. |
2.9. |
Minbarra r-rekwiżiti tat-taqsima 3.3.4 ta’ l-Anness 11 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE, għandhom jiġu monitorjati l-ħsarat u t-tnaqqis fl-effiċjenza tas-sistema tat-trattament ta’ wara ta’ l-NOx li tuża reaġent u s-sistema ta’ dożaġġ tar-reaġent. |
2.10. |
Minbarra r-rekwiżiti tat-taqsima 3.3.4 ta’ l-Anness 11 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE, għandhom jiġu monitorjati l-ħsarat u t-tnaqqis fl-effiċjenza tas-sistema tat-trattament ta’ wara ta’ l-NOx li ma tużax reaġent. |
2.11. |
Minbarra r-rekwiżiti tat-taqsima 6.3.2 ta’ l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness 11 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE, il-manifattur għandu juri li l-ħsarat tal-fluss u tal-kuler ta’ l-EGR jiġu skoperti mis-sistema OBD waqt it-test ta’ l-approvazzjoni tagħha. |
2.12. |
Ir-referenzi fit-taqsima 6.4.1.2 ta’ l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness 11 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE għall-“HC” (idrokarbonji) għandhom jinqraw bħala “NMHC” (idrokarbonji li m’humiex metanu). |
2.13. |
Minbarra r-rekwiżiti tat-taqsima 6.5.1.3 ta’ l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness 11 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE, id-data kollha li jeħtieġ li tinħażen b’relazzjoni għar-rendiment waqt l-użu ta’ l-OBD skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 3.6 ta’ l-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness għandha tkun disponibbli permezz tal-port serjali tad-data fuq il-konnettur standardizzat tal-link tad-data skond l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fit-taqsima 6.5.3 ta’ l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness 11 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE. |
2.14. |
Għall-kuntrarju ta’ punt 3.3.5 tal-Anness 11 tar-Regolament tal-UN/ECE Nru 83, it-tagħmir li ġeh għandu jkun immonitorjat għal nuqqas totali jew tneħħija jekk tal-aħħar ikun irriżulta f’qabża mil-limiti tal-emissjoni applikabbli: — mill-1 ta’ Settembru 2011, imaqbad tal-partiċelli li huma ffittjati biex jikkompressaw magni tal-ignition bħala unità separata jew integrata f’tagħmir komuni tal-kontroll tal-emissjoni; — għal vetturi ċertifikati jew kontra il-limitu tal-limiti tal-OBD li jidhru fit-tabelli stipulati fil-punti 2.3.3 jew 2.3.4, sistemi ta’ wara t-trattament ta’ NOx iffittjati biex jikkompressaw magni tal-ignition bħala unità separata jew integrata f’tagħmir komuni tal-kontroll tal-emissjoni; — għal vetturi ċertifikati kontra jew il-limiti tal-limitu tal-OBD li jidhru fit-tabelli stipulati fil-punti 2.3.3 jew 2.3.4, katalizzatur tal-ossidazzjoni tad-diżil (DOC) iffittja għal magni tal-ignition b’kompressjoni bħala unità separata jew integrata f’tagħmir komuni tal-kontroll tal-emissjoni. It-tagħmir imsemmi fl-ewwel paragrafu għandu jkun immonitorjat ukoll għal xi nuqqas li jista’ jwassal għal qabża tal-limiti tal-limitu OBD applikabbli. |
3. ID-DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI GĦAD-DEFIĊJENZI FIS-SISTEMI OBD
3.1. |
Meta titqies it-talba għall-għotja ta’ l-approvazzjoni tat-tip lil vettura b’defiċjenza jew b’defiċjenzi kif ġie stabbilit fl-Artikolu 6(2), l-awtorità ta’ l-approvazzjoni għandha tiddetermina jekk il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness mhix fattibbli jew raġonevoli. |
3.2. |
L-awtorità ta’ l-approvazzjoni għandha tqis id-data mingħand il-manifattur li tiddeskrivi fid-dettall tali fatturi bħal, iżda mhix limitata għall-fattibbiltà teknika, il-ħin mill-bidu sa l-aħħar tal-proċess tal-produzzjoni u ċ-ċikli ta’ produzzjoni inkluża l-introduzzjoni jew it-tneħħija gradwali ta’ magni jew ta’disinji ta’ vetturi u aġġornamenti programmati tal-kompjuters, sakemm is-sistema OBD li tirriżulta se tkun effettiva biex tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u sakemm il-manifattur ikun wera livell aċċettabbli ta’ sforz lejn konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. |
3.3. |
L-awtorità tal-approvazzjoni ma għandha taċċetta l-ebda talba minħabba defiċjenza li tinkludi n-nuqqas sħiħ ta’ moniter dijanjostiku meħtieġ jew ta’ reġistrazzjoni u rapportaġġ mandatorju ta’ data relatata ma’ moniter. |
3.4. |
L-awtorità ta’ l-approvazzjoni mhi se taċċetta l-ebda talba minħabba defiċjenza li ma tirrispettax il-limiti ta’ limitu ta’ l-OBD fit-Taqsima 2.3. |
3.5. |
Fid-determinazzjoni ta’ l-ordni identifikat tad-defiċjenzi, għandhom jiġu identifikati l-ewwel id-defiċjenzi relatati mat-taqsimiet 3.3.3.1., 3.3.3.2. u 3.3.3.3. ta’ l-Anness 11 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE għall-magni positive-ignition u t-taqsimiet 3.3.4.1., 3.3.4.2. u 3.3.4.3. ta’ l-Anness 11 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE għall-magni compression-ignition. |
3.6. |
Qabel ma jew meta ssir l-approvazzjoni tat-tip, m’għandha tingħata l-ebda defiċjenza rigward ir-rekwiżiti tat-taqsima 6.5, ħlief it-taqsima 6.5.3.4 ta’ l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness 11 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE. |
3.6. |
Il-perjodu ta’ defiċjenza
|
3.7. |
L-awtorità ta’ l-approvazzjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha li tissodisfa talba minħabba defiċjenza kollha skond l-Artikolu 6(2). |
4. L-AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR L-OBD
4.1. |
Ir-rekwiżiti għal aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD ġew speċifikati fit-taqsima 5 ta’ l-Anness 11 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE. L-eċċezzjonijiet għal dawn ir-rekwiżiti ġew deskritti fit-taqsimiet li ġejjin. |
4.2. |
Ir-referenzi għall-Appendiċi 1 ta’ l-Anness 2 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Appendiċi 5 ta’ l-Anness I ta’ dan ir-Regolament |
4.3. |
Ir-referenzi għat-taqsima 4.2.11.2.7.6. ta’ l-Anness 1 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għat-taqsima 3.2.12.2.7.6. ta’ l-Appendiċi 3 ta’ l-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
4.4. |
Ir-referenzi għal “partijiet kontraenti” għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal “Stati Membri”. |
4.5. |
Ir-referenzi għall-approvazzjoni mogħtija skond ir-Regolament 83 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-approvazzjoni tat-tip mogħtija skond dan ir-Regolament u skond id-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE ( 56 ). |
4.6. |
Approvazzjoni tat-tip tan-NU/ECE għandha tinftiehem bħala approvazzjoni tat-tip KE. |
Appendiċi 1
L-ASPETTI FUNZJONALI TAS-SISTEMI DIJANJOSTIĊI ABBORD (OBD)
1. INTRODUZZJONI
1.1. |
Dan l-Appendiċi jiddeskrivi l-proċedura tat-test skond it-taqsima 2 ta’ dan l-Anness. |
2. IR-REKWIŻITI TEKNIĊI
2.1. |
Ir-rekwiżiti u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Appendiċi 1 ta’ l-Anness 11 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE bl-eċċezzjonijiet u bir-rekwiżiti addizzjonali kif ġie deskritt fit-taqsimiet li ġejjin. |
2.2. |
Ir-referenzi għal-limiti ta’ limitu ta’ l-OBD stabbiliti fil-paragrafu 3.3.2 ta’ l-Anness 11 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal-limiti stabbiliti fit-taqsima 2.3 ta’ dan l-Anness. |
2.3. |
Il-fjuwils ta’ referenza speċifikati fil-paragrafu 3.2 ta’ l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness 11 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE għandhom jinftiehmu bħala referenza għall-ispeċifikazzjonijiet xierqa tal-fjuwils ta’ referenza fl-Anness IX ta’ dan ir-Regolament. |
2.4. |
Ir-referenza ta’ l-Anness 11 fil-paragrafu 6.5.1.4 ta’ l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness 11 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE għandha tinftiehem bħala referenza ta’ l-Anness XI ta’ dan ir-Regolament. |
2.5. |
Għall-vetturi approvati skond il-valuri ta’ limitu Euro 6 li jinsabu fit-Tabella 2 ta’ l-Anness 1 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, it-Taqsima 6.5.3.1 ta’ l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness 11 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej: “Għall-dijanjostika relatata ma’ l-emissjonijiet, bħala link ta’ komunikazzjoni bejn abbord u mhux abbord għandu jintuża l-istandard li ġej: ISO 15765-4 ‘Il-vetturi fit-triq — Id-dijanjostika dwar in-Netwerk taż-Żona tal-Kontrollur (CAN) — Parti 4: Ir-rekwiżiti għas-sistemi relatati ma’ l-emissjonijiet’ li jġib id-data ta’ l-10 ta’ Jannar 2005” |
3. IR-RENDIMENT WAQT L-UŻU
3.1. Ir-Rekwiżiti Ġenerali.
3.1.1. |
Kull moniter tas-sistema OBD għandu jitwettaq mill-inqas darba għal kull ċiklu ta’ sewqan fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ monitoraġġ, kif ġie speċifikat fit-taqsima 3.2. Il-manifatturi jistgħu ma jużawx il-proporzjon ikkalkulat (jew kwalunkwe element tiegħu) jew kwalunkwe indikazzjoni oħra ta’ frekwenza ta’ moniters bħala kundizzjoni ta’ monitoraġġ għal kwalunkwe moniter. |
3.1.2. |
Il-proporzjon tar-rendiment waqt l-użu (IUPR) ta’ moniter speċifiku M tas-sistema OBD li jissemma fl-Artikolu 5(3) għandu jkun: IUPRM = NumeraturM/DenominaturM |
3.1.3. |
Il-paragun tan-Numeratur u tad-Denominatur jagħti indikazzjoni ta’ kemm ta’ spiss moniter speċifiku qed jopera relattivament għat-tħaddim tal-vettura. Sabiex ikun żgurat li l-manifatturi kollha qed jintraċċaw l-IUPRM bl-istess mod, qed jingħataw rekwiżiti dettaljati għad-definizzjoni u għall-inkrementazzjoni ta’ dawn il-kalkulaturi. |
3.1.4. |
Jekk, skond ir-rekwiżiti ta’ dan l-Anness, il-vettura hija mgħammra b’moniter speċifiku M, l-IUPRM għandu jkun ikbar jew daqs il-valuri minimi li ġejjin: (i) 0,260 għal moniters tas-sistema ta’ l-arja sekondarja u moniters oħra relatati ma’ startjar kiesaħ (ii) 0,520 għal moniters tal-kontroll tat-tindif ta’ l-emissjonijiet evaporattivi (iii) 0,336 għall-moniters l-oħra kollha |
3.1.5. |
Il-vetturi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-taqsima 3.1.4 għal numru ta’ mili li mill-inqas ilaħħqu l-160 000 km. Bħala deroga, il-vetturi approvati għat-tip, irreġistrati, mibjugħa jew li bdew jintużaw qabel id-dati rilevanti mogħtija fl-Artikolu 10(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, għandu jkollhom IUPRM ikbar jew daqs 0.1 għall-moniters M kollha. ►M2 Għal approvazzjonijiet ġodda tat-tip u vetturi ġodda, il-monitoraġġ meħtieġ mill-punt 2.9 ta’ dan l-Anness għandu jkollu IUPR akbar jew daqs 0,1 sa tliet snin wara d-dati speċifikati fl-Artikolu 10(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 rispettivament. ◄ |
3.1.6. |
Ir-rekwiżiti ta’ din it-taqsima jitqies li ġew sodisfatti għal moniter M partikolari, jekk għall-vetturi kollha ta’ familja partikolari ta’ l-OBD manifatturata f’sena kalendarja partikolari, japplikaw il-kundizzjonijiet statistiċi li ġejjin: (a) L-IUPRM medju huwa daqs jew ‘il fuq mill-valur minimu applikabbli għall-moniter (b) Aktar minn 50 % tal-vetturi kollha għandhom IUPRM daqs jew ‘il fuq mill-valur minimu applikabbli għall-moniter. |
3.1.7. |
Il-manifattur għandu juri lill-awtorità tal-approvazzjoni u meta mitlub lill-Kummissjoni li dawn il-kundizzjonijiet statistiċi qed jiġu sodisfatti għall-moniters kollha li jeħtieġ li jiġu rapportati mis-sistema OBD skont il-punt 3.6 ta’ dan l-Appendiċi mhux aktar tard minn 18-il xahar wara t-tpoġġija fis-suq tal-ewwel tip ta’ vettura b’IUPR f’familja tal-OBD u darba kull 18-il xahar wara dan. Għal dan il-għan, għal familji tal-OBD magħmula minn aktar minn 1 000 reġistrazzjoni fl-Unjoni li huma suġġetti għat-teħid ta’ kampjuni fil-perjodu ta’ teħid ta’ kampjuni għandu jintuża l-proċess deskritt fl-Anness II mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-punt 3.1.9 ta’ dan l-Appendiċi. Minbarra r-rekwiżiti stipulati fl-Anness II u irrispettivament mir-riżultat tal-verifika deskritta fit-taqsima 2 tal-Anness II, l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni għandha tapplika l-kontroll tal-konformità waqt is-servizz għall-IUPR deskritt fl-Appendiċi 1 tal-Anness II f’għadd xieraq ta’ każijiet determinati b’mod każwali. F’għadd xieraq ta’ każijiet determinati b’mod każwali tfisser, li din il-miżura għandha effett disważiv fuq in-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tat-taqsima 3 ta’ dan l-Anness jew il-forniment ta’ data manipulata, falza jew mhux rappreżentattiva għall-verifika. Jekk ebda ċirkustanzi speċjali ma japplikaw u jistgħu jiġu murija mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip, l-applikazzjoni każwali tal-kontroll tal-konformità waqt is-servizzi ta’ 5 % tal-familji tal-OBD approvati tat-tip għandha titqies bħala suffiċjenti għall-konformità ma’ dan ir-rekwiżit. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip jistgħu jsibu arranġamenti mal-manifattur għat-tnaqqis tal-ittestjar doppju ta’ familja tal-OBD speċifika sakemm dawn l-arranġamenti ma jxekklux l-effett disważiv tal-kontroll tal-konformità waqt is-servizz tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip infisha għal nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tat-taqsima 3 ta’ dan l-Anness. Id-dejta miġbura mill-Istati Membri waqt il-programmi ta’ ttestjar ta’ sorveljanza tista’ tintuża għall-kontrolli tal-konformità waqt is-servizz. Meta mitluba, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jipprovdu d-dejta dwar il-verifiki u l-kontrolli tal-konformità waqt is-servizz imwettqa, inkluża l-metodoloġija użata għall-identifikazzjoni ta’ dawk il-każijiet, li huma suġġetti għall-kontroll tal-konformità waqt is-servizz każwali, lill-Kummissjoni u lil awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip oħra. |
3.1.8. |
Għall-kampjun kollu tat-test tal-vetturi, il-manifattur irid jirrapporta lill-awtoritajiet rilevanti d-dejta kollha tal-prestazzjoni waqt l-użu li għandha tiġi rrapurtata mis-sistema OBD skont il-punt 3.6 ta’ dan l-Appendiċi flimkien mal-identifikazzjoni tal-vettura li tkun qed tiġi ttestjata u l-metodoloġija użata għall-għażla tal-vetturi ttestjati mill-flotta. Fuq talba, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tagħti l-approvazzjoni għandha tagħmel din id-dejta u r-riżultati tal-evalwazzjoni statistika disponibbli għall-Kummissjoni u għal awtoritajiet tal-approvazzjoni oħra. |
3.1.9. |
L-awtoritajiet pubbliċi u d-delegati tagħhom jistgħu jagħmlu aktar testijiet fuq vetturi jew jiġbru data xierqa reġistrata minn vetturi sabiex tkun ivverifikata l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness. |
3.1.10. |
In-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-punt 3.1.6 stabbiliti mit-testijiet deskritti fil-punti 3.1.7 jew 3.1.9 għandha titqies bħala ksur suġġett għall-penali stipulati fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007. Din ir-referenza ma tillimitax l-applikazzjoni ta’ tali penali għal ksur ieħor ta’ dispożizzjonijiet oħra tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 jew dan ir-Regolament, li ma jirreferux b’mod espliċitu għall-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007. |
3.2. In-numeraturM
3.2.1. |
In-numeratur ta’ moniter speċifiku huwa kalkulatur li jkejjel in-numru ta’ drabi li tħaddmet vettura b’tali mod li l-vettura tiġi suġġetta għall-kundizzjonijiet ta’ monitoraġġ meħtieġa biex il-moniter speċifiku jiskopri ħsara sabiex iwissi lis-sewwieq, hekk kif ġew implimentati mill-manifattur. In-numeratur m’għandux ikun inkrementat aktar minn darba għal kull ċiklu ta’ sewqan, sakemm ikun hemm ġustifikazzjoni teknika raġunata. |
3.3. Id-denominaturM
3.3.1. |
Il-fini tad-denominatur huwa li jipprovdi kalkulatur li jindika n-numru ta’ avvenimenti ta’ sewqan tal-vettura, fejn jitqiesu l-kundizzjonijiet speċjali għal moniter speċifiku. Id-denominatur għandu jkun inkrementat mill-inqas darba għal kull ċiklu ta’ sewqan, jekk matul dan iċ-ċiklu ta’ sewqan tali kundizzjonijiet jiġu sodisfatti u d-denominatur ġenerali jiġi inkrementat kif ġie speċifikat fit-taqsima 3.5 sakemm id-denominatur ma jiġix diżattivat skond it-taqsima 3.7 ta’ dan l-Appendiċi. |
3.3.2. |
Minbarra r-rekwiżiti tat-taqsima 3.3.1: (a) Id-denominatur(i) tal-moniter tas-sistema ta’ l-arja sekondarja għandu/hom jiġi/u inkrementat(i) jekk l-operazzjoni ikkmandata biex tinxtegħel is-sistema ta’ l-arja sekondarja sseħħ għal ħin aktar minn jew daqs 10 sekondi. Sabiex jiġi determinat dan il-ħin tal-kmand biex tinxtegħel is-sistema, is-sistema OBD ma tistax tinkludi ħin waqt l-operazzjoni invażiva tas-sistema ta’ l-arja sekondarja biss għall-finijiet ta’ monitoraġġ; (b) Id-denominaturi tal-moniters ta’ sistemi li jkunu attivi biss waqt startjar kiesaħ għandhom ikunu inkrementat jekk il-komponent jew l-istrateġija jiġi kmandat jixgħel għal ħin aktar minn jew daqs 10 sekondi; (ċ) Id-denominatur(i) għall-moniters tal-Ħin Varjabbli tal-Valvs (VVT) u/jew tas-sistemi ta’ kontroll għandu/hom jiġi/u inkrementat(i) jekk il-komponent jiġi kmandat jiffunzjona (eż., ikkmandat jinxtegħel, jinfetaħ, jingħalaq, jissakkar, eċċ), f’żewġ okkazzjonijiet jew aktar matul iċ-ċiklu ta’ sewqan jew għal ħin aktar minn jew daqs 10 sekondi, liema minnhom iseħħ l-ewwel; (d) Għall-moniters li ġejjin, id-denominatur(i) għandu/hom jiġi/u inkrementat(i) b’wieħed jekk, minbarra li jissodisfa(w) ir-rekwiżiti ta’ din it-taqsima f’mill-inqas ċiklu ta’ sewqan wieħed, ġew esperjenzati mill-inqas 800 kilometru kumulattiv ta’ tħaddim tal-vettura mill-aħħar darba li kien inkrementat id-denominatur: (i) Il-katalista ta’ ossidazzjoni tad-diżil (ii) Il-filtru għall-partikulati tad-diżil; (e) Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti għall-inkrement tad-denominaturi ta’ moniters oħra, id-denominaturi tal-moniters tal-komponenti li ġejjin għandhom jiġu inkrementati jekk u biss jekk iċ-ċiklu tas-sewqan ikun inbeda bi startjar kiesaħ: (i) Sensuri likwidi (żejt, likwidu li jkessaħ il-magna, fjuwil, reaġent SCR) tat-temperatura; (ii) Sensuri ta’ ajra nadifa (arja ambjentali, arja tal-intake, arja taċ-ċarġ, manifold tal-intake) tat-temperatura; (iii) Sensuri tal-egżost (ċirkolazzjoni mill-ġdid/tkessiħ tal-EGR, iċċarġjar turbo tal-gass tal-egżost, katalist) tat-temperatura; (f) Id-denominaturi tal-moniters tas-sistema għall-kontroll taż-żieda fil-pressjoni għandhom jiġu inkrimentati jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: (i) il-kundizzjonijiet ġenerali tad-denominatur huma sodisfatti; (ii) is-sistema tal-kontroll taż-żieda fil-pressjoni hija attiva għal ħin itwal minn jew ugwali għal 15-il sekonda. |
3.3.3. |
Għall-vetturi ibridi, il-vetturi li jużaw ħardwer alternattiv jew strateġiji alternattivi għall-istartjar tal-magna (eż. starter u ġeneraturi integrati), jew vetturi li jieħdu fjuwils alternattivi (eż. applikazzjonijiet apposta, li jieħdu żewġ fjuwils jew li jieħdu fjuwils doppji), il-manifattur jista’ jitlob l-approvazzjoni ta’ l-awtorità ta’ l-approvazzjoni sabiex juża kriterji alternattivi għal dawk stabbiliti f’din it-taqsima għall-inkrementazzjoni tad-denominatur. B’mod ġenerali, l-awtorità ta’ l-approvazzjoni m’għandhiex tapprova kriterji alternattivi għal vetturi li jużaw biss kundizzjonijiet biex tintefa’ l-magna jew qrib idle/ta’ waqfien tal-vettura. L-approvazzjoni mill-awtorità ta’ l-approvazzjoni tal-kriterji alternattiva għandha tkun ibbażata fuq l-ekwivalenza tal-kriterji alternattivi sabiex ikun iddeterminat l-ammont ta’ tħaddim tal-vettura relattivament għall-kejl tat-tħaddim konvenzjonali tal-vettura skond il-kriterji f’din it-taqsima. |
3.4. Il-Kalkulatur taċ-Ċiklu ta’ l-Ignixin
3.4.1. |
Il-kalkulatur taċ-ċiklu ta’ l-ignixin jindika n-numru ta’ ċikli ta’ ignixin li tkun esperjenzat vettura. Il-kalkulatur taċ-ċiklu ta’ l-ignixin ma jistax ikun inkrementat aktar minn darba f’kull ċiklu ta’ sewqan. |
3.5. Id-Denominatur Ġenerali
3.5.1. |
Id-denominatur ġenerali huwa kalkulatur li jkejjel in-numru ta’ drabi li tħaddmet vettura. Għandu jkun inkrementat fi ħdan 10 sekondi, jekk u biss jekk il-kriterji li ġejjin ikunu sodisfatti f’ċiklu tas-sewqan wieħed: — Il-ħin kumulattiv minn meta startjat il-magna jkun akbar minn jew daqs 600 sekonda waqt elevazzjoni ta’ inqas minn 2 440 m ‘il fuq mil-livell tal-baħar u f’temperatura ambjentali ogħla minn jew daqs – 7 °C. — It-tħaddim kumulattiv tal-vettura bi jew ‘il fuq minn 40 km/h iseħħ għal aktar minn jew għal 300 sekonda waqt elevazzjoni ta’ inqas minn 2 440 m ‘il fuq mil-livell tal-baħar u f’temperatura ambjentali ogħla minn jew daqs – 7 °C. — Tħaddim kontinwu tal-vettura meta tkun idle (jiġifieri, il-pedala ta’ l-aċċeleratur merħija mis-sewwieq u l-veloċità tal-vettura tkun inqas minn jew daqs 1,6 km/h) għal aktar minn jew għal 30 sekonda waqt elevazzjoni ta’ inqas minn 2 440 m ‘il fuq mil-livell tal-baħar u f’temperatura ambjentali ogħla minn jew daqs – 7 °C. |
3.6. Ir-rapportaġġ u ż-żieda tal-kalkulaturi
3.6.1. |
Is-sitema OBD għandha tirrapporta skond l-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-ISO 15031-5 il-kalkulatur taċ-ċiklu ta’ l-ignixin u d-denominatur ġenerali kif ukoll numeraturi u denominaturi separati għall-moniters li ġejjin, jekk il-preżenza tagħhom fuq il-vettura tkun meħtieġa minn dan l-Anness: — Il-katalisti (kull massa għandha tiġi rapportata separatament) — Is-sensuri ta’ l-ossiġnu/tal-gass ta’ l-egżost, inklużi s-sensuri ta’ l-ossiġnu sekondarju (kull sensur għandu jiġi rapportat separatament) — Is-sistema evaporattiva — Is-sistema EGR — Is-sistema VVT — Is-sistema ta’ l-arja sekondarja — Il-filtru għall-partikulati — Is-sistema tat-trattament ta’ wara ta’ l-NOx (eż. l-akkumulatur ta’ l-NOx, is-sistema tar-reaġenti/tal-katalisti ta’ l-NOx) — Is-sistema għall-kontroll taż-żieda fil-pressjoni |
3.6.2. |
Għal komponenti jew sistemi speċifiċi li jkollhom ħafna moniters, li jeħtieġ li jiġu rapportati minn dan il-punt (eż. il-massa tas-sensuri tal-ossiġnu 1 jista’ jkollu ħafna moniters għal reazzjoni tas-sensuri jew għal karatteristiċi oħra tas-sensuri), is-sistema OBD għandha tintraċċa separatament in-numeraturi u d-denominaturi għal kull moniter speċifiku ħlief dawk li jimmonitorjaw l-ixxortjar fiċ-ċirkwit jew fallimenti fiċ-ċirkwit miftuħ u tirrapporta biss in-numeratur u d-denominatur korrispondenti għall-moniter speċifiku li jkollu l-aktar proporzjon numeriku baxx. Jekk żewġ moniters speċifiċi jew aktar ikollhom proporzjonijiet identiċi, għall-komponent speċifiku għandhom jiġu rapportati n-numeratur u d-denominatur korrispondenti għall-moniter speċifiku li jkollu l-ogħla denominatur. |
3.6.3. |
Il-kalkulaturi kollha, meta jiġu inkrementati, għandu jiġu inkrementati b’wieħed (1). |
3.6.4. |
Il-valur minimu ta’ kull kalkulatur huwa ta’ 0, bil-valur massimu m’għandux ikun inqas minn 65 535 , minkejja kwalunkwe rekwiżit ieħor dwar ħażna u rapportaġġ standardizzati tas-sistema OBD. |
3.6.5. |
Jekk jew in-numeratur jew id-denominatur għal moniter speċifiku jilħaq il-valur massimu tiegħu, iż-żewġ kalkulaturi għal dak il-moniter speċifiku għandhom ikunu diviżi bi tnejn qabel ma jiġu inkrementati mill-ġdid skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-taqsimiet 3.2 u 3.3. Jekk il-kalkulatur taċ-ċiklu ta’ l-ignixin jew id-denominatur ġenerali jilħaq il-valur massimu tiegħu, il-kalkulatur rispettiv għandu jinbidel għal żero fl-inkrement li jmiss tiegħu skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-taqsimiet 3.4 u 3.5, rispettivament. |
3.6.6. |
Kull kakulatur għandu jiġi ssettjat mill-ġdid għal żero biss meta jkun hemm issettjar mill-ġdid tal-memorja mhux volatili (eż. avveniment ta’ riprogrammazzjoni, eċċ.) jew jekk in-numri jinħażnu f’memorja li tinżamm ħajja (keep-alive memory — KAM), meta l-KAM tintilef minħabba interruzzjoni fid-dawl lejn il-modulu ta’ kontroll (eż. skonnetjar tal-batterija, eċċ.). |
3.6.7. |
Il-manifattur għandu jieħu miżuri sabiex jiżgura li l-valuri tan-numeratur u tad-denominatur ma jistgħux jiġu ssettjati mill-ġdid jew modifikati, ħlief f’każi provduti espliċitament f’din it-taqsima. |
3.7. Id-diżattivazzjoni tan-Numeraturi u tad-Denominaturi u tad-Denominatur Ġenerali
3.7.1. |
Fi ħdan 10 sekondi minn meta tiġi skoperta ħsara, li tiddiżattiva moniter meħtieġ biex jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ monitoraġġ ta’ dan l-Anness (i.e. jiġifieri jinħażen kodiċi pendenti jew ikkonfermat), is-sistema OBD għandha tiddiżattiva inkrementazzjoni ulterjuri tan-numeratur u tad-denominatur korrispondenti għal kull moniter li jiġi diżattivat. Meta l-ħsara ma tibqax tinstab aktar (jiġifieri, il-kodiċi pendenti jitħassar minħabba t-tindif mis-sistema stess jew permezz ta’ kmand ta’ għodda ta’ l-iskenjar), l-inkrementazzjoni tan-numeraturi u tad-denominaturi kollha korrispondenti għandu jerġa’ jibda fi ħdan10 sekondi. |
3.7.2. |
Fi ħdan 10 sekondi minn meta tibda operazzjoni tat-tneħħija ta’ l-enerġija (PTO), li tiddiżattiva lil moniter meħtieġ biex ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ dan l-Anness, is-sistema OBD għandha tiddiżattiva inkrementazzjoni ulterjuri tan-numeratur u tad-denominatur korrispondenti għal kull moniter li jiġi diżattivat. Meta l-PTO tintemm, l-inkrementazzjoni tan-numeraturi u tad-denominaturi korrispondenti kollha għandha terġa’ tibda fi ħdan 10 sekondi. |
3.7.3. |
Is-sistema OBD għandha tiddiżattiva l-inkrementazzjoni ulterjuri tan-numeratur u tad-denominatur ta’ moniter speċifiku fi ħdan 10 sekondi, jekk tkun ġiet skoperta ħsara ta’ kwalunkwe komponent użat sabiex ikunu determinati l-kriterji fid-definizzjoni tad-denominatur tal-moniter speċifiku (jiġfieri, il-veloċità tal-magna, it-temperatura ambjentali, l-elevazzjoni, it-tħaddim meta l-vettura tkun idle, l-istartjar kiesaħ tal-magna jew il-ħin tat-tħaddim) u l-kodiċi tal-ħsara pendenti korrispondenti nħażen. L-inkrementazzjoni tan-numeratur u tad-denominatur għandha terġa’ tibda fi ħdan 10 sekondi meta l-ħsara ma tkunx aktar preżenti (eż. il-kodiċi pendenti jitħassar permezz tat-tindif mis-sistema stess jew bi kmand ta’ l-għodda ta’ l-iskenjar). |
3.7.4. |
Is-sistema OBD għandha tiddiżattiva l-inkrementazzjoni ulterjuri tad-denominatur ġenerali fi ħdan 10 sekondi, jekk tkun ġiet skoperta ħsara ta’ kwalunkwe komponent użat sabiex ikun iddeterminat jekk il-kriterji fit-taqsima 3.5 ġewx sodisfatti (jiġifieri, il-veloċità tal-magna, it-temperatura ambjentali, l-elevazzjoni, it-tħaddim meta l-vettura tkun idle, jew il-ħin tat-tħaddim) u l-kodiċi ta’ ħsara pendenti korrispondenti nħażen. Id-denominatur ġenerali ma jistax jiġi diżattivat milli jinkrementa għal kwalunkwe kundizzjoni oħra. L-inkrementazzjoni tad-denominatur ġenerali għandha terġa’ tibda fi ħdan 10 sekondi meta l-ħsara ma tkunx aktar preżenti (eż. il-kodiċi pendenti jitħassar permezz tat-tindif mis-sistema stess jew bi kmand ta’ l-għodda ta’ l-iskenjar). |
Appendiċi 2
IL-KARATTERISTIĊI ESSENZJALI TAL-FAMILJA TAL-VETTURI
1. IL-PARAMETRI LI JIDDEFINIXXU L-FAMILJA TA’ L-OBD
1.1. |
Il-familja ta’ l-OBD tfisser iggruppar ta’ vetturi min-naħa ta’ manifattur li, minħabba d-disinn tagħhom, mistennija jkollhom karatteristiċi simili tas-sistema ta’ l-emissjoni ta’ l-egżost u tas-sistema OBD. Kull magna ta’ din il-familja għandha tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. |
1.2. |
Il-familja ta’ l-OBD tista’ tiġi definita permezz ta’ parametri bażiċi tad-disinn li għandhom ikunu komuni għall-vetturi fi ħdan il-familja. F’uħud mill-każijiet jista’ jkun hemm interazzjoni bejn il-parametri. Dawn l-effetti għandhom jitqiesu wkoll biex ikun żgurat li vetturi b’karatteristiċi simili ta’ l-emissjonijiet mill-egżost biss jiġu inklużi fi ħdan familja ta’ l-OBD. |
2. |
Għal dan il-għan, dawk it-tipi ta’ vetturi li l-parametri tagħhom, li ġew deskritti aktar ‘l isfel, ikunu identiċi jitqiesu bħala li jappartjenu għall-istess kombinazzjoni ta’ magna/kontroll ta’ l-emissjonijiet/sistema OBD. Il-magna: — il-proċess ta’ kombustjoni (jiġifieri positive-ignition/compression-ignition, two-stroke/four-stroke/rotatarju), — il-metodu ta’ alimentazzjoni tal-magna (jiġifieri, injezzjoni tal-fjuwil minn punt wieħed jew minn ħafna punti), — it-tip ta’ fjuwil (jiġifieri petrol, diżil, flex fuel petrol/etanol, flex fuel diżil/bijodiżil, NG/bijometanu, LPG, petrol/NG/bijometanu b’żewġ fjuwils, petrol/LPG b’żewġ fjuwils) Is-sistema għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet: — it-tip ta’ konvertitur katalitiku (jiġifieri, ossidazzjoni, three-way, katalista imsaħħna, SCR, oħrajn), — it-tip ta’ nasba għall-partikulati, — l-injezzjoni ta’ l-arja sekondarja (jiġifieri biha jew mingħajrha), — ir-riċirkolazzjoni tal-gassijiet ta’ l-egżost (biha jew mingħajrha), Il-partijiet u l-funzjonament ta’ l-OBD: — il-metodi tal-monitoraġġ funzjonali ta’ l-OBD, ta’ l-iskoperta tal-ħsarat u ta’ l-indikazzjoni tal-ħsarat lis-sewwieq tal-vettura. |
ANNESS XII
ID-DETERMINAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET TAD-CO2, IL-KONSUM TAL-FJUWIL, IL-KONSUM TAL-ENERĠIJA ELETTRIKA U L-FIRXA ELETTRIKA
1. INTRODUZZJONI
Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-kejl tal-emissjonijiet tad-CO2, il-konsum tal-fjuwil, il-konsum tal-enerġija elettrika u l-firxa elettrika.
2. IR-REKWIŻITI ĠENERALI
2.1. |
L-ispeċifikazzjonijiet ġenerali għat-twettiq tat-testijiet u għall-interpretazzjoni tar-riżultati għandhom ikunu dawk stabbiliti fit-Taqsima 5 tar-Regolament Nru 101 tan-NU/ECE bl-eċċezzjonijiet speċifikati aktar ‘l isfel. |
2.2. |
Il-fjuwil tat-test
|
2.3. |
Il-punt 5.2.4 tar-Regolament UNECE Nru 101 għandu jinftiehem bħala: (1) densità: imkejla fuq fil-fjuwil tat-test skont l-ISO 3675 jew metodu ekwivalenti. Għall-petrol, id-diżil, il-bijodiżil u l-etanol (E85 u E75), tintuża d-densità mkejla f’temperatura ta’ 15 °C; għal-LPG u għall-gass naturali/bijometan tintuża densità ta’ referenza, kif ġej: 0,538 kg/litru għal-LPG, 0,654 kg/m3 għall-NG (il-valur medju tal-fjuwils ta’ referenza G20 u G23 f’temperatura ta’ 15 °C). (2) il-proporzjon idroġenu-karbonju-ossiġnu: għandhom jintużaw il-valuri fissi li ġejjin: C1H1,89O0,016 għall-petrol (E5), C1H1,93O0,033 għall-petrol (E10), C1H1,86O0,005 għad-diżil (B5), C1H1,86O0,007 għad-diżil (B7), C1H2,525 għal-LPG (gass ta’ żejt mhux raffinat likwifikat), CH4 għall-NG (gass naturali) u bijometan, C1H2,74O0,385 għall-etanol (E85), C1H2,61O0,329 għall-etanol (E75). |
3. IR-REKWIŻITI TEKNIĊI
3.1. |
Ir-rekwiżiti u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-kejl tal-emissjonijiet tad-CO2, il-konsum tal-fjuwil, il-konsum tal-enerġija elettrika u l-firxa elettrika għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Annessi 6 sa 10 għar-Regolament 101 NU/KEE bl-eċċezzjonijiet speċifikati hawn taħt. |
3.2. |
Fit- taqsima 1.3.5. ta’ l-Anness 6 tar-Regolament Nru 101 tan-NU/ECE, it-tajers li ntużaw għandhom jissodisfaw l-istess kriterji ta’ għażla bħal dawk speċifikati għat-test tat-tip 1 ta’ l-emissjonijiet, stabbiliti fit-taqsima 3.5 ta’ l-Anness III ta’ dan ir-Regolament. |
3.3. |
Fl-Anness 6 tar-Regolament Nru 101 tan-NU/ECE, it-taqsima 1.4.3 għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej: 1.4.3. Il-konsum tal-fjuwil, espress f’litri għal kull 100 km (fil-każ tal-petrol (E5/E10), tal-LPG, tal-etanol (E85) u tad-diżil (B5/B7)), f’m3 għal kull 100 km (fil-każ tal-NG/tal-bijometanu u l-H2NG) jew f’kg kull 100 km (fil-każ tal-idroġenu) jiġi kalkulat permezz tal-formuli li ġejjin: (a) għal vetturi b’magni tat-tqabbid bl-ispark plaggs li jaħdmu bil-petrol (E5):
(b) għal vetturi b’magni tat-tqabbid bl-ispark plaggs li jaħdmu bil-petrol (E10):
(c) għal vetturi b’magni tat-tqabbid bl-ispark plaggs li jaħdmu bl-LPG:
Jekk il-kompożizzjoni tal-fjuwil li jintuża għat-test tkun differenti mill-kompożizzjoni li wieħed jassumi għall-kalkolu tal-konsum normalizzat, fuq talba tal-manifattur jista’ jiġi applikat fattur ta’ korrezzjoni cf, kif ġej:
Il-fattur ta’ korrezzjoni cf, li jista’ jiġi applikat, jiġi ddeterminat kif ġej:
fejn: nactual = il-proporzjon H/C tal-fjuwil li tabilħaqq intuża (d) għal vetturi b’magni tat-tqabbid bl-ispark plaggs li jaħdmu bl-NG/bijometan:
(e) għal vetturi b’magni tat-tqabbid bl-ispark plaggs li jaħdmu bl-etanol (E85):
(f) għal vetturi b’magni tat-tqabbid bl-ispark plaggs li jaħdmu bid-diżil (B5):
(g) għal vetturi b’magni tat-tqabbid bil-kompressjoni li jaħdmu bid-diżil (B7):
(h) għal vetturi b’magni tat-tqabbid bl-ispark plaggs li jaħdmu bl-H2NG:
(i) għal vetturi li jużaw l-idroġenu f'għamla ta' gass:
Skont il-Ftehim ta’ qabel mal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, u għal vetturi li jaħdmu bl-idroġenu f'għamla ta' gass jew likwidu, il-manifattur jista’ jagħżel bħala alternattiva għall-metodu t’hawn fuq, il-formula
jew metodu skont il-protokolli standard bħall-SAE J2572. F’dawn il-formuli: FC = il-konsum tal-fjuwil f’litri għal kull 100 km (fil-każ tal-petrol, tal-etanol, tal-LPG, tad-diżil jew tal-bijodiżil) f’m3 għal kull 100 km (fil-każ tal-gass naturali u l-H2NG) jew f’kg kull 100 km fil-każ tal-idroġenu. HC = l-emissjoni mkejla tal-idrokarburi fi g/km CO = l-emissjoni mkejla tal-monossidu tal-karbonju fi g/km CO2 = l-emissjoni mkejla tad-diossidu tal-karbonju fi g/km H2O = l-emissjoni mkejla ta' H2O fi g/km H2 = l-emissjoni mkejla ta' H2 fi g/km A = il-kwantità ta' NG/bijometan fit-taħlita tal-H2NG, espressa f'perċentwali tal-volum D = id-densità tal-fjuwil tat-test. Fil-każ ta’ fjuwils f'għamla ta' gass, D hija d-densità f’temperatura ta’ 15 °C. d = id-distanza teoretika li tagħmel vettura ttestjata permezz tat-test tat-tip 1 f’km. P1 = il-pressjoni fit-tank tal-fjuwil f'għamla ta' gass qabel iċ-ċiklu operattiv f’Pa; P2 = il-pressjoni fit-tank tal-fjuwil f'għamla ta' gass wara ċ-ċiklu operattiv f’Pa; T1 = it-temperatura fit-tank tal-fjuwil f'għamla ta' gass qabel iċ-ċiklu operattiv f’K; T2 = it-temperatura fit-tank tal-fjuwil f'għamla ta' gass wara ċ-ċiklu operattiv f’K; Z1 = il-fattur ta’ kompressibilità tal-fjuwil f'għamla ta' gass f’p 1 u T 1 Z2 = il-fattur ta’ kompressibilità tal-fjuwil f'għamla ta' gass f’p 2 u T 2 V = il-volum ġewwa t-tank tal-fjuwil f'għamla ta' gass f’m3 Il-fattur ta’ kompressibilità għandu jinkiseb mit-tabella li ġejja:
Fil-każ li l-valuri tal-input meħtieġa għal p u T mhumiex indikati fit-tabella, il-fattur ta’ kompressibilità għandu jinkiseb permezz ta’ interpolazzjoni lineari bejn il-fatturi tal-kompressibilità indikati fit-tabella, billi jintagħżlu dawk li huma l-iktar qrib il-valur mixtieq. |
3.4. |
Fl-Anness 8 tar-Regolament Nru 101 tan-NU/ECE, ir-referenzi ta’ l-Anness 4 għandhom jinftiehmu bħala referenza għall-Appendiċi 4 ta’ l-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
3.5. |
Matul iċ-ċiklu tat-test użat għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil tal-vettura għandha tapplika d-dispożizzjoni tal-punt 3.14 tal-Anness III. |
4. APPROVAZZJONI TAT-TIP TA’ VETTURI MGĦAMMRA B’INNOVAZZJONIJIET EKOLOĠIĊI
4.1. |
Skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 għal vetturi M1 u l-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 427/2014 għall-vetturi N1, manifattur li jixtieq jibbenefika minn tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tiegħu bis-saħħa ta' ffrankar minn ekoinnovazzjoni waħda jew aktar mgħammra f'vettura, għandu japplika għand awtorità tal-approvazzjoni għal ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE tal-vettura mgħammra bl-ekoinnovazzjoni. |
4.2. |
L-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-vettura mgħammra b'ekoinnovazzjoni, għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip, għandu jiġi ddeterminat bil-proċedura u l-metodoloġija tal-ittestjar speċifikati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-ekoinnovazzjoni, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 għal vetturi M1, jew skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 427/2014 għal vetturi N1. |
4.3. |
Il-prestazzjoni tat-testijiet meħtieġa biex ikun determinat l-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 miksub bl-innovazzjonijiet ekoloġiċi għandha tiġi kkunsidrata bla ħsara għad-dimostrazzjoni ta’ konformità tal-innovazzjonijiet ekoloġiċi mal-preskrizzjonijiet tekniċi stabbiliti fid-Direttiva 2007/46/KE, jekk applikabbli. |
▼M14 —————
5. ID-DETERMINAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET TA’ CO2 U L-KONSUM TAL-FJUWIL MINN VETTURI N1 PPREŻENTATI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP F’DIVERSI STADJI
5.1. |
Sabiex jiġu determinati l-emissjonijiet ta’ CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta’ vettura ppreżentata għall-approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji, kif definit fl-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 2007/46/KE, il-vettura ta’ bażi, kif definita fl-Artikolu 3(18) ta’ dik id-Direttiva, għandha tiġi ttestjata skont il-punti 2 u 3 ta’ dan l-Anness. |
5.2. |
Il-massa ta’ referenza li trid tintuża għall-ittestjar għandha tkun dik li tirriżulta mill-formula li ġejja:
F’din il-formula:
|
5.3. |
Il-massa speċifika miżjuda għandha tiġi kkalkolata skont il-formula li ġejja:
DAM: F’din il-formula:
|
5.4. |
Il-fattur multiplikanti għandu jiġi kkalkolat skont il-formula li ġejja:
F’din il-formula:
|
5.5. |
Il-manifattur tal-vettura ta’ bażi huwa responsabbli għall-applikazzjoni korretta tar-rekwiżiti stipulati fil-punti minn 5.1 sa 5.4. |
5.6. |
Il-manifattur tal-vettura kkompletata għandu jinkludi, fiċ-ċertifikat tal-konformità, l-informazzjoni dwar il-vettura ta’ bażi, skont l-Anness IX tad-Direttiva 2007/46/KE. |
5.7. |
Fil-każ ta’ vetturi ppreżentati għal approvazzjoni ta’ vettura individwali, iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni individwali għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja: (a) l-emissjonijiet ta’ CO2 imkejla skont il-metodoloġija stabbilita fil-punti minn 5.1 sa 5.4; (b) il-massa tal-vettura kkompletata lesta biex taħdem; (c) il-kodiċi ta’ identifikazzjoni li jikkorrispondi mat-tip, il-varjant u l-verżjoni tal-vettura ta’ bażi; (d) in-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura ta’ bażi, inkluż in-numru tal-estensjoni; (e) in-numru u l-indirizz tal-manifattur tal-vettura ta’ bażi; (f) il-massa tal-vettura ta’ bażi lesta biex taħdem. |
5.8. |
Il-proċedura stabbilita fil-punti minn 5.1 sa 5.7 għandha tapplika għall-vetturi ta’ bażi tal-kategorija N1, kif definit fil-punt 1.2.1. tal-Parti A tal-Anness II għad-Direttiva 2007/46/KE, inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2007. |
ANNESS XIII
L-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE TAT-TAGĦMIR SOSTITUT GĦALL-KONTROLL TAT-TNIĠĠIS BĦALA UNITÀ TEKNIKA SEPARATA
1. INTRODUZZJONI
1.1. |
Dan l-Anness fih rekwiżit addizzjonali għall-approvazzjoni tat-tip bħala unitajiet tekniċi separati ta’ tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis. |
2. IR-REKWIŻITI ĠENERALI
2.1. L-immarkar
It-tagħmir oriġinali sostitut għall-kontroll tat-tniġġis għandu jkollu fuqu mill-inqas l-identifikazzjonijiet li ġejjin:
(a) l-isem jew it-trejdmark tal-manifattur tal-vettura;
(b) il-marka u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-parti tat-tagħmir oriġinali sostitut għall-kontroll tat-tniġġis kif ġew irreġistrati fl-informazzjoni li tissemma fil- punt 2.3.
2.2. Id-dokumentazzjoni
It-tagħmir oriġinali sostitut għall-kontroll tat-tniġġis għandu jkun akkumpanjat mill-informazzjoni li ġejja:
(a) l-isem jew it-trejdmark tal-manifattur tal-vettura;
(b) il-marka u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-parti tat-tagħmir oriġinali sostitut għall-kontroll tat-tniġġis kif ġew irreġistrati fl-informazzjoni li tissemma fil- punt 2.3;
(ċ) il-vetturi li għalihom it-tagħmir oriġinali sostitut għall-kontroll tat-tniġġis huwa ta’ tip kopert mill-punt 2.3 ta’ l-Addendum għall-Appendiċi 4 ta’ l-Anness I, inkluż, fejn ikun applikabbli, immarkar biex ikun identifikat jekk it-tagħmir oriġinali sostitut għall-kontroll tat-tniġġis hux adattat sabiex jitwaħħal fuq vettura li hija mgħammra b’sistema dijanjostika abbord (OBD);
(d) fejn ikun meħtieġ, l-istruzzjonijiet għall-installazzjoni.
Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fil-katalogu tal-prodotti distribwit lill-punti ta’ bejgħ mill-manifattur tal-vettura.
2.3. |
Il-manifattur tal-vettura għandu jipprovdi lis-servizz tekniku u/jew lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni l-informazzjoni meħtieġa f’format elettronika li jagħmel il-link bejn in-numri tal-partijiet u d-dokumenti ta’ l-approvazzjoni tat-tip rilevanti. Din l-informazzjoni għandha tinkludi dan li ġej: (a) il-marka/i u t-tip(i) tal-vettura, (b) il-marka/i u t-tip(i) tat-tagħmir oriġinali sostitut għall-kontroll tat-tniġġis, (ċ) in-numru/i tal-parti(jiet) tat-tagħmir oriġinali sostitut għall-kontroll tat-tniġġis, (d) in-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip tat-tip(i) rilevanti tal-vettura. |
3. IL-MARKA TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE GĦAL UNITÀ TEKNIKA SEPARATA
3.1. |
Kull tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis li jikkonforma mat-tip approvat skond dan ir-Regolament bħala unità teknika separata għandu jkollu fuqu l-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE. |
3.2. |
Din il-marka għandha tikkonsisti minn rettangolu li jdawwar l-ittra mhux kapitali “e” segwita min-numru jew mill-ittra/i li jiddistingwu lill-Istat Membru li ta l-approvazzjoni tat-tip KE: 1. għall-Ġermanja 2. għal Franza 3. għall-Italja 4. għall-Olanda 5. għall-Iżvezja 6. għall-Belġju 7. għall-Ungerija 8. għar-Repubblika Ċeka 9. għal Spanja 11. għar-Renju Unit 12. għall-Awstrija 13. għal-Lussemburgu 17. għall-Finlandja 18. għad-Danimarka 19. għar-Rumanija 20. għall-Polonja 21. għall-Portugall 23. għall-Greċja 24. għall-Irlanda 25. għall-Kroazja 26. għas-Slovenja 27. għas-Slovakja 29. għall-Estonja 32. għal-Latvja 34. għall-Bulgarija 36. għal-Litwanja 49. għal Ċipru 50. għal Malta Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE, qrib ir-rettangolu, għandha tinkludi wkoll, in-“numru bażi ta’ l-approvazzjoni” li jinsab fit-taqsima 4 tan-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip li jissemma fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE, ippreċedut miż-żewġ figuri li jindikaw in-numru tas-sekwenza assenjat lill-aktar emenda teknika ewlenija reċenti lir-Regolament (KE) Nru 715/2007 jew lil dan ir-Regolament fid-data meta ngħatat l-approvazzjoni tat-tip KE għal unità teknika separata. Ta’ dan ir-Regolament, in-numru tas-sekwenza huwa 00. |
3.3. |
Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE għandha titwaħħal mat-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis b’tali mod li tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar. Kulfejn ikun possibbli, għandha tkun viżibbli meta t-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis jiġi installat fuq il-vettura. |
3.4. |
L-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness jagħti eżempju tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE. |
4. IR-REKWIŻITI TEKNIĊI
4.1. |
Ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis għandhom ikunu dawk tat-Taqsima 5 tar-Regolament Nru 103 tan-NU/ECE bl-eċċezzjonijiet stabbiliti fit-taqsimiet 4.1.1 sa 4.1.4.
|
4.2. |
Għall-vetturi b’magni positive-ignition, jekk l-emissjonijiet tat-THC u ta’ l-NMHC imkejla waqt it-test ta’ turija ta’ konvertitur katalitiku ta’ tagħmir oriġinali ġdid, skond il-paragrafu 5.2.1. tar-Regolament Nru 103 tan-NU/ECE, ikunu akbar mill-valuri mkejla waqt l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura, id-differenza għandha tiġi miżjuda mal-limiti ta’ limitu ta’ l-OBD. Il-limiti ta’ limitu ta’ l-OBD jiġu speċifikati jew: (a) fil-punt 3.3.2. ta’ l-Anness 11 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE għall-partijiet sostituti maħsuba biex jitwaħħlu fuq vetturi approvati għat-tip skond id-Direttiva 70/220/KEE; jew (b) fil-punt 2.3 ta’ l-Anness XI ta’ dan ir-Regolament għall-partijiet sotituti maħsuba biex jitwaħħlu fuq vetturi approvati għat-tip skond ir-Regolament (KE) Nru 715/2007. |
4.3. |
Waqt it-testijiet tal-kompatibbiltà ta’ l-OBD stabbiliti fil-paragrafi 5.5. sa 5.5.5. tar-Regolament Nru 103 tan-NU/ECE se japplikaw il-limiti ta’ limitu riveduti ta’ l-OBD. B’mod partikolari, meta tiġi applikata l-eċċedenza permessa fil-paragrafu 1 ta’ l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness 11 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE. |
4.4. |
Ir-rekwiżiti għas-sistemi sostituti li jirriġeneraw perjodikament 4.4.1. Ir-rekwiżiti rigward l-emissjonijiet
4.4.2. Id-determinazzjoni tal-bażi għall-paragun
4.4.3. It-test tal-gassijiet ta’ l-egżost b’sistema sostituta li tirriġenera perjodikament.
4.4.4. Rekwiżiti oħra Ir-rekwiżiti tal-paragrafi 5.2.3., 5.3., 5.4. u 5.5. tar-Regolament Nru 103 tan-NU/ECE għandhom japplikaw għas-sistemi sostituti li jirriġeneraw perjodikament. F’dawn il-paragrafi, il-kliem “konvertitur katalitiku” għandhom jinftiehmu li jfissru “sistema li tirriġenera perjodikament”. Minbarra l-eċċezzjonijiet li saru għal dawn il-paragrafi fit-taqsima 4.1. ta’ dan l-Anness għandhom japplikaw ukoll għal sistemi li jirriġeneraw perjodikament. |
5. ID-DOKUMENTAZZJONI
5.1. |
Kull tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis għandu jkun immarkat b’mod ċar u b’mod li ma jistax jitħassar bl-isem jew bit-trejdmark tal-manifattur u jkun akkumpanjat mill-informazzjoni li ġejja: (a) il-vetturi (inkluża s-sena tal-manifattura) li għalihom qed jiġi approvat it- tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis, inkluż, fejn ikun applikabbli, immarkar li jidentifika t-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis bħala adattat biex jitwaħħal fuq vettura li tkun mgħammra b’sistema dijanjostika abbord (OBD); (b) jekk ikun meħtieġ, l-istruzzjonijiet għall-installazzjoni. L-informazzjoni għandha tkun disponibbli fil-katalogu tal-prodott distribwit lill-punti ta’ bejgħ mill-manifattur tat-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis. |
6. IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
6.1. |
Għandhom jittieħdu miżuri sabiex tkun żgurata l-konformità tal-produzzjoni skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2007/46/KE. |
6.2. |
Id-dispożizzjonijiet speċjali
|
Appendiċi 1
MUDELL
Dokument ta’ Informazzjoni Nru…
relatat ma’ l-approvazzjoni tat-tip KE tat-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis
L-informazzjoni li ġejja, jekk ikun applikabbli, trid tkun ipprovduta fi tliet kopji u trid tinkludi werrej. Kwalunkwe tpinġija trid tkun ipprovduta fi skala xierqa u b’biżżejjed dettall fuq daqs A4 jew fuq folder b’format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, iridu juru biżżejjed dettall.
Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, trid tiġi provduta informazzjoni dwar ir-rendiment tagħhom.
0. ĠENERALI
0.1. |
Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): |
0.2. |
It-tip:
|
0.5. |
L-isem u l-indirizz tal-manifattur L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant awtorizzat, jekk ikun hemm: |
0.7. |
Fil-każ ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati, il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ l-approvazzjoni KE: |
0.8. |
L-indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ assemblaġġ: |
1. DESKRIZZJONI TAT-TAGĦMIR
1.1. |
Il-marka u t-tip tat-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis: |
1.2. |
Tpinġijiet tat-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis li jidentifikaw b’mod partikolari l-karatteristiċi li jissemmew fil-punt 8 ta’ l-Artikolu 2 ta’ Regolament (KE) Nru 692/2008: |
1.3. |
Deskrizzjoni tat-tip jew tat-tipi tal-vettura li għalih(om) huwa maħsub it-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis:
|
1.4. |
Deskrizzjoni u tpinġijiet li juru l-pożizzjoni tat-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis ħdejn il-manifold(s) ta’ l-egżost tal-magna: |
Appendiċi 2
ĊERTIFIKAT MUDELL TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE
(Format massimu: A4 (210 mm × 297 mm))
ĊERTIFIKAT TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE
Komunikazzjoni li tikkonċerna:
— l-approvazzjoni tat-tip KE ( 58 )
— l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE (58) ,
— ir-rifjut ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE (58) ,
— l-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE (58) ,
ta’ tip ta’ komponent/unità teknika separata (58)
rigward ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 kif ġie implimentat minn ir-Regolament (KE) Nru 692/2008.
Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 jew ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 kif emendat l-aħħar minn
In-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE:…
Raġuni għall-estensjoni:…
TAQSIMA I
0.1. |
Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): |
0.2. |
It-tip |
0.3. |
Il-mezzi ta’ identifikazzjoni tat-tip jekk ikunu mmarkati fuq il-komponent/unità teknika separata ( 59 ):
|
0.5. |
L-isem u l-indirizz tal-manifattur: |
0.7. |
Fil-każ ta’ komponenti u ta’ unitajiet tekniċi separati, il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ l-approvazzjoni KE: |
0.8. |
L-isem u l-indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ assemblaġġ: |
0.9. |
L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant awtorizzat (jekk ikun hemm) |
TAQSIMA II
1. |
Informazzjoni addizzjonali
|
2. |
Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet: |
3. |
Id-data tar-rapport tat-test: |
4. |
In-numru tar-rapport tat-test: |
5. |
Rimarki: |
6. |
Post: |
7. |
Data: |
8. |
Firma: |
Dokumenti mehmuża: |
Pakkett ta’ informazzjoni. Ir-rapport tat-test. |
Appendiċi 3
Eżempju tal-marki ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE
(ara l-punt 5.2 ta’ dan l-Anness)
Il-marka ta’ l-approvazzjoni t’hawn fuq imwaħħla ma’ komponent ta’ tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis turi li t-tip ikkonċernat kien approvat fi Franza (e 2), skond dan ir-Regolament. L-ewwel żewġ numri tan-numru ta’ l-approvazzjoni (00) jindikaw li din il-parti kienet approvata skond dan ir-Regolament. L-erba’ numri segwenti (1234) huma dawk allokati mill-awtorità ta’ l-approvazzjoni lit-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis bħala n-numru bażi ta’ l-approvazzjoni.
ANNESS XIV
L-aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura
1. INTRODUZZJONI
1.1. |
Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-aċċessibbiltà ta’ l-informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura. |
2. IR-REKWIŻITI
2.1. |
L-informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura disponibbli permezz tas-siti web għandha ssegwi l-ispeċfikazzjonijiet tekniċi tad-Dokument ta’ l-OASIS SC2-D5, Il-Format ta’ l-Informazzjoni dwar it-Tiswija tal-Karozzi, verżjoni 1.0, tat-28 ta’ Mejju 2003 ( 60 ) u tat-Taqsimiet 3.2, 3.5, (eskluża 3.5.2), 3.6, 3.7 u 3.8 tad-Dokument ta’ l-OASIS SC1-D2, L-Ispeċifikazzjoni tar-Rekwiżiti għat-Tiswija tal-Karozzi, verżjoni 6.1, li jġib id-data ta’ l-10.1.2003 ( 61 ), fejn jintużaw biss formats miftuħa tat-test u grafiċi jew formats li jistgħu jinqraw u jiġu stampati biss billi jintużaw plug-ins ta’ softwer standard li jkunu disponibbli b’mod ħieles, faċli biex jiġu installati, u li jaħdmu f’sistemi operattivi tal-kompjuter li jintużaw komunement. Fejn ikun possibbli, il-kliem muftieħ fil-metadata għandhom ikunu konformi ma’ l-ISO 15031-2. Tali informazzjoni għandha tkun dejjem disponibbli, ħlief kif ikun meħtieġ għall-finijiet tal-manuntenzjoni tas-siti web. Dawk li jeħtieġu d-dritt li jidduplikaw jew jippubblikaw mill-ġdid l-informazzjoni għandhom jinnegozjaw direttament mal-manifattur ikkonċernat. L-informazzjoni għall-materjal ta’ taħriġ għandha wkoll tkun disponibbli, imma tista’ tiġi preżentata permezz ta’ midja oħra għajr is-siti web. L-informazzjoni dwar il-partijiet kollha tal-vettura, li biha l-vettura, kif identifikata min-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura (VIN) u kull kriterju addizzjonali bħall-bażi tar-rota, l-output tal-magna, il-livell jew opzjonijiet tat-trim, hija mgħammra mill-manifattur tal-vettura u li jistgħu jiġu sostitwiti minn partijiet sostituti offruti mill-manifattur tal-vettura lis-sewwejja jew bejjiegħa awtorizzati tiegħu jew partijiet terzi permezz ta’ referenza għan-numru tal-partijiet tat-tagħmir oriġinali (OE), għandha tkun disponibbli f’bażi ta’ dejta li tkun faċilment aċċessibbli għal operaturi indipendenti. Din il-bażi ta’ dejta għandha tinkludi l-VIN, in-numri tal-partijiet OE, l-attributi tal-validità (id-dati validu minn u validu sa), l-attributi tal-immuntar u fejn applikabbli l-karatteristiki tal-istrutturar. L-informazzjoni fuq il-bażi ta’ dejta għandha tiġi aġġornata regolarment. L-aġġornamenti għandhom jinkludu b’mod partikolari l-modifiki kollha lill-vetturi individwali wara l-produzzjoni tagħhom jekk din l-informazzjoni tkun disponibbli għall-bejjiegħa awtorizzati. |
2.2. |
L-aċċess għall-karatteristiki tas-sigurtà tal-vettura li jintużaw mill-bejjiegħa u mill-ħwienet tat-tiswija awtorizzati għandu jkun disponibbli għall-operaturi indipendenti taħt il-protezzjoni tat-teknoloġija tas-sigurtà skont ir-rekwiżiti li ġejjin: (i) id-dejta għandha tkun skambjata filwaqt li jiġu żgurati l-kunfidenzjalità, l-integrità u l-protezzjoni kontra repetizzjoni (replay); (ii) għandu jintuża l-istandard https//ssl-tls (RFC4346); (iii) għandhom jintużaw ċertifikati ta’ sigurtà skont l-ISO 20828 għall-awtentikazzjoni reċiproka ta’ operaturi u manifatturi indipendenti; (iv) iċ-ċavetta privata tal-operatur indipendenti għandha tkun protetta minn ħardwer sikur. Il-Forum dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni dwar il-Vettura msemmi fil-paragrafu 9 tal-Artikolu 13 għandu jispeċifika l-paramentri għat-twettiq ta’ dawn ir-rekwiżiti skont l-aħħar avvanzi. L-operatur indipendenti għandu jkun approvat u awtorizzat għal dan il-fini fuq il-bażi ta’ dokumenti li juru li huwa jwettaq attività leġittima ta’ negozju u li ma nstabx ħati ta’ attività kriminali rilevanti. |
2.3. |
Ir-riprogrammazzjoni tal-unitajiet ta’ kontroll ta’ vetturi mmanifatturati wara l-31 ta’ Awwissu 2010 għandha titwettaq skont l-ISO 22900 jew l-SAE J2534, tkun xi tkun id-data ta’ approvazzjoni tat-tip. Għall-validazzjoni tal-kompatibbiltà tal-applikazzjoni speċifika għall-manifattur u l-kollegamenti tal-komunikazzjoni tal-vettura (VCI) konformi mal-ISO 22900 jew l-SAE J2534, il-manifattur għandu joffri jew validazzjoni ta’ VCIs żviluppati indipendentement jew l-informazzjoni, u s-self ta’ kwalunkwe ħardwer speċjali, meħtieġ biex manifattur tal-VCI jwettaq tali validazzjoni huwa stess. Il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 japplikaw għal ħlasijiet għal tali validazzjoni jew informazzjoni u ħardwer. Għall-vetturi mmanifatturati qabel l-1 ta’ Settembru 2010 il-manifattur jista’ joffri jew riprogrammazzjoni sħiħa f’konformità ma’ ISO 22900 jew SAE J2534, inkella riprogrammazzjoni permezz tal-bejgħ jew kiri tal-għodda proprjetarja tiegħu stess. F’dan il-każ tal-aħħar, l-operaturi indipendenti jrid ikollhom aċċess b’mod mhux diskriminatorju, immedjat u proporzjonat, u l-għodda għandha tiġi pprovduta f’forma li tista’ tintuża. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għandhom japplikaw għal ħlasijiet għall-aċċess għal dawn l-għodod. |
2.4. |
Il-kodiċijiet kollha tal-ħsarat relatati ma’ l-emissjonijiet għandhom ikunu konsistenti ma’ l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness XI. |
2.5. |
Għall-aċċess għal kwalunkwe informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura għajr dik relatata ma’ żoni ta’ sigurtà tal-vettura, ir-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni għall-użu tas-sit web tal-manifattur minn operatur indipendenti għandhom jeħtieġu biss tali informazzjoni li tkun meħtieġa biex jiġi konfermat kif se jsir il-ħlas għall-informazzjoni. Għall-informazzjoni li tikkonċerna aċċess għaż-żoni siguri tal-vettura, l-operatur indipendenti għandu jippreżenta ċertifikat skond l-ISO 20828 sabiex jidentifika lilu nnifsu u lill-organizzazzjoni li jappartjeni għaliha u l-manifattur għandu jirrispondi biċ-ċertifikat tiegħu skond l-ISO 20828 biex jikkonferma lill-operatur indipendenti li qed ikollu aċċess għal sit leġittimu tal-manifattur maħsub. Iż-żewġ partijiet għandhom jirreġistraw kwalunkwe tranżazzjoni bħal din fejn jindikaw il-vetturi u l-bidliet li sarulhom skond din id-dispożizzjoni. |
2.6. |
Fil-każ li l-informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura disponibbli fuq sit web ta’ manifattur ma tinkludix informazzjoni speċifika rilevanti li tippermetti d-disinn u l-manifattura xierqa ta’ sistemi alternattiv ta’ konverżjoni tal-fjuwils, mela kwalunkwe manifattur interessat ta’ sistemi alternattivi ta’ konverżjoni tal-fjuwils għandu jkun jista’ jkollu aċċess għall-informazzjoni meħtieġa fil-paragrafi 0, 2, u 3 ta’ l-Appendiċi 3 ta’ l-Anness 1 billi jikkuntattja direttament lill-manifattur b’tali talba. Id-dettalji ta’ kuntatt għal dak il-fini għandhom ikunu indikati b’mod ċar fuq is-sit web tal-manifattur u l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta fi żmien 30 jum. Tali informazzjoni jeħtieġ biss li tkun ipprovduta għal sistemi alternattivi ta’ konverżjoni tal-fjuwils li jkunu suġġetti tar-Regolament Nru 115 tan-NU/ECE jew għal komponenti alternattivi ta’ konverżjoni tal-fjuwils li jifformaw parti minn sistemi suġġetti tar-Regolament Nru 115 tan-NU/ECE, u jeħtieġ biss li jkunu provduti b’risposta għal talba li b’mod ċar tispeċifika l-ispeċifikazzjoni eżatt tal-mudell tal-vettura li għalih hija meħtieġa l-informazzjoni u li tikkonferma speċifikament li l-informazzjoni hija meħtieġa għall-iżvilupp ta’ sistemi jew ta’ komponenti alternattivi ta’ konverżjoni għall-fjuwil suġġetti tar-Regolament Nru 115 tan-NU/ECE. |
2.7. |
Il-manifatturi għandhom jindikaw in-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip skond il-mudell fis-siti web ta’ informazzjoni dwar it-tiswija tagħhom. |
2.8. |
Il-manifatturi għandhom jistabbilixxu onorarji għal kull siegħa, kull jum, kull xahar, kull sena u kull tranżazzjoni għall-aċċess għall-websajts tagħhom ta’ informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni, u li għandhom ikunu raġonevoli u proporzjonati. |
Appendiċi 1
ANNESS XV
IL-KONFORMITÀ WAQT IS-SERVIZZ TAL-VETTURI APPROVATI GĦAT-TIP SKOND ID-DIRETTIVA 70/220/KEE
1. IL-KONFORMITÀ WAQT IS-SERVIZZ TAL-VETTURI
1.1. |
L-awtorità ta’ l-approvazzjoni għandha twettaq verifika tal-konformità waqt is-servizz fuq il-bażi ta’ kwalunkwe informazzjoni rilevanti li tkun fil-pussess tal-manifattur, skond proċeduri simili għal dawk iddefiniti fl-Artikolu 10(1) u (2) u fil-punti 1 u 2 ta’ l-Anness X tad-Direttiva 70/156/KEE. |
1.2. |
Il-Figura li tissemma fil-punt 4 ta’ l-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness u l-Figura 4/2 ta’ l-Appendiċi 4 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE jispjegaw il-proċedura għall-kontroll tal-konformità waqt is-servizz. |
1.3. |
Il-parametri li jiddefinixxu l-familja ta’ waqt is-servizz Il-familja ta’ waqt is-servizz tista’ tiġi definita permezz tal-parametri bażiċi tad-disinn li għandhom ikunu komuni għall-vetturi fi ħdan il-familja. Għaldaqstant, dawk it-tipi ta’ vetturi li għandhom komuni, jew fi ħdan it-tolleranzi dikjarati, mill-inqas il-parametri stabbiliti fil-punti 1.3.1. sa 1.3.11., jistgħu jitqiesu bħala li jappartjenu għall-istess familja ta’ waqt is-servizz.
|
1.4. |
L-awtorità ta’ l-approvazzjoni għandha twettaq verifika tal-konformità waqt is-servizz fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni provduta mill-manifattur. Tali informazzjoni għandha tinkludi, iżda ma tkunx limitata għal, dawn li ġejjin:
|
2. |
L-informazzjoni miġbura mill-manifattur għandha tkun biżżejjed komprensiva biex tiżgura li r-rendiment waqt is-servizz jista’ jiġi valutat għall-kundizzjonijiet normali ta’ l-użu kif ġew iddefiniti fit-taqsima 1 u b’mod rappreżentattiv tal-penetrazzjoni ġeografika tal-manifattur. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-manifattur m’għandux ikun obbligat li jwettaq verifika tal-konformità waqt is-servizz ta’ tip ta’ vettura jekk jista’ juri għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità ta’ l-approvazzjoni li l-bejgħ annwali ta’ dak it-tip ta’ vettura fil-Komunità huwa inqas minn 5 000 fis-sena. |
3. |
Fuq il-bażi tal-verifika msemmija fit-Taqsima 2.1., l-awtorità ta’ l-approvazzjoni għandha tadotta waħda mid-deċiżjonijiet u mill-azzjonijiet li ġejjin: (a) tiddeċiedi li l-konformità waqt is-servizz ta’ tip ta’ vettura jew ta’ familja ta’ waqt is-servizz ta’ vetturi tkun sodisfaċenti u m’hemmx għalfejn tieħu azzjoni ulterjuri; (b) tiddeċiedi li d-data provuta mill-manifattur mhix biżżejjed biex tieħu deċiżjoni u titlob informazzjoni addizzjonali jew data tat-test mingħand il-manifattur; (ċ) tiddeċiedi li l-konformità waqt is-servizz ta’ tip ta’ vettura li jkun parti minn familja ta’ waqt is-servizz, mhix sodisfaċenti u tipproċedi biex tali tip ta’ vettura jiġi ttesjat skond l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness I. Fejn l-manifattur tħalla ma jwettaqx verifika għal tip ta’ vettura partikolari skond it-Taqsima 2, l-awtorità ta’ l-approvazzjoni tista’ tipproċedi biex dawk it-tipi ta’ vetturi jiġu ttestjati skond l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness I.
|
Appendiċi 1
Il-kontroll tal-konformità waqt is-servizz
1. INTRODUZZJONI
Dan l-Appendiċi jistabbilixxi l-kriterji għall-kontroll tal-konformità waqt is-servizz tal-vetturi approvati għat-tip skond id-Direttiva 70/220/KEE.
2. IL-KRITERJI TA’ L-GĦAŻLA
Il-kriterji għall-aċċettazzjoni ta’ vettura magħżula ġew iddefiniti fit-taqsimiet 2.1. sa 2.8. L-informazzjoni għandha tinġabar mill-awtorità ta’ l-approvazzjoni billi jiġu eżaminati l-vetturi u permezz ta’ taħdita mas-sid/sewwieq.
2.1. |
Il-vettura għandha tappartjeni lil tip ta’ vettura li jkun approvat għat-tip skond id-Direttiva 70/220/KEE u li jkun kopert b’ċertifikat ta’ konformità skond id-Direttiva 70/156/KEE. Il-vettura għandha tkun irreġistrata u użata fil-Komunità Ewropea. |
2.2. |
Il-vettura għandha tkun ilha tintuża mill-inqas għal 15 000 km jew 6 xhur, liema minnhom tiġi l-aktar tard, u għal mhux aktar minn 100 000 km jew 5 snin, liema minnhom tiġi l-ewwel. |
2.3. |
Għandu jkun hemm rekord ta’ manutenzjoni li juri li l-vettura inżammet sew, eż. sarilha s-servis skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur. |
2.4. |
Il-vettura m’għandha turi l-ebda indikazzjoni ta’ abbuż (eż. tlielaq, tagħbija żejda, alimentazzjoni bi fjuwil ħażin, jew użu ħażin ieħor), jew fatturi oħra (eż. tbagħbis) li jistgħu jaffettwaw ir-rendiment ta’ l-emissjonijiet. Fil-każ ta’ vetturi mgħammra b’sistema OBD, għandhom jitqiesu l-kodiċi tal-ħsara u l-informazzjoni dwar il-mili maħżuna fil-kompjuter. Vettura m’għandhiex tingħażel għall-ittestjar jekk l-informazzjoni maħżuna fil-kompjuter turi li l-vettura ħadmet wara li nħażen kodiċi tal-ħsara u ma saritx tiswija pjuttost fil-pront. |
2.5. |
M’għandha tkun saret l-ebda tiswija kbira mhux awtorizzata tal-magna jew l-ebda tiswija kbira tal-vettura. |
2.6. |
Il-kontenut taċ-ċomb u tal-kubrit ta’ kampjun tal-fjuwil meħud mit-tank tal-vettura għandu jissodisfa l-istandards applikabbli stabbiliti fid-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 62 ) u m’għandu jkun hemm l-ebda evidenza ta’ alimentazzjoni bi fjuwil ħażin. Jistgħu jsiru kontrolli fit-tailpipe, eċċ. |
2.7. |
M’għandu jkun l-ebda indikazzjoni ta’ kwalunkwe problema li tista’ tipperikola s-sikurezza tal-persunal tal-laboratorju. |
2.8. |
Il-komponenti kollha tas-sistema ta’ kontra t-tniġġis li hemm fuq il-vettura għandhom ikunu konformi ma’ l-approvazzjoni tat-tip applikabbli. |
3. ID-DIJANJOSI U L-MANUTENZJONI
Id-dijanjosi u kwalunkwe manutenzjoni normali meħtieġa għandhom jitwettqu fuq vetturi aċċettati għall-ittestjar, qabel ma jitkejlu l-emissjonijiet mill-egżost, skond il-proċedura stabbilita fit-taqsimiet 3.1 sa 3.7.
3.1. |
Għandhom isiru l-kontrolli li ġejjin: kontrolli tal-filtru ta’ l-arja, taċ-ċintorini tas-sewqan kollha, tal-livelli tal-fluwidi kollha, tat-tapp tar-radjatur, tal-pajpijiet tal-vakwu kollha u tal-wajers tad-dawl relatati mas-sistema ta’ kontra t-tniġġis kollha; kontrolli ta’ l-ignixin, tal-kejl tal-fjuwil u tal-komponenti tat-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis. Id-diskrepanzi kollha għandhom jiġu reġistrati. |
3.2. |
Is-sistema OBD għandha tkun ikkontrollata sabiex ikun ivverifikat li qed taħdem sew. Kwalunkwe indikazzjoni ta’ ħsara għandha tiġi reġistrata fil-memorja ta’ l-OBD u għandhom isiru t-tiswijiet meħtieġa. Jekk l-indikatur ta’ ħsara fl-OBD jindika ħsara waqt ċiklu tal-prekundizzjonament, il-ħsara tista’ tiġi identifikata u msewwija. It-test jista’ jerġa’ jsir u jintużaw ir-riżultati ta’ dik il-vettura msewwija. |
3.3. |
Is-sistema ta’ l-ignixin għandha tiġi kontrollata u l-komponenti difettużi sostitwiti, pereżempju l-ispark plaggs, il-kejbils, eċċ. |
3.4. |
Il-kompressjoni għandha tiġi kontrollata. Jekk ir-riżultat ma jkunx sodisfaċenti, il-vettura għandha tiġi miċħuda. |
3.5. |
Il-parametri tal-magna għandhom jiġu kontrollati skond l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur u, jekk ikun meħtieġ, għandhom jiġu aġġustati. |
3.6. |
Jekk il-vettura jonqosha 800 km għal servis ta’ manutenzjoni skedat, dak is-servis għandu jitwettaq skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Irrispettivament mill-qari ta’ l-odometru, il-filtri taż-żejt u ta’ l-arja jistgħu jinbidlu fuq it-talba tal-manifattur. |
3.7. |
Kif tiġi aċċettata l-vettura, il-fjuwil għandu jiġi sostitwit bil-fjuwil ta’ referenza tat-test ta’ l-emissjonijiet xieraq, sakemm il-manifattur ma jaċċettax li jintuża l-fjuwil tas-suq. |
4. L-ITTESTJAR WAQT IS-SERVIZZ
4.1. |
Meta jitqies li jkun meħtieġ kontroll tal-vetturi, għandhom jitwettqu t-testijiet ta’ l-emissjonijiet skond l-Anness III tad-Direttiva 70/220/KEE fuq vetturi prekundizzjonati magħżula skond ir-rekwiżiti tat-taqsimiet 2 u 3 ta’ dan l-Appendiċi. |
4.2. |
Vetturi mgħammra b’sistema OBD jistgħu jiġu kontrollati għall-funzjonalità xierqa waqt is-servizz ta l-indikatur ta’ ħsara, eċċ., b’relazzjoni għal-livelli ta’ l-emissjonijiet (eż. il-limiti ta’ l-indikazzjoni tal-ħsara definiti fl-Anness XI tad-Direttiva 70/220/KEE) għall-ispeċifikazzjonijiet approvati għat-tip. |
4.3. |
Is-sistema OBD tista’ tiġi kontrollata, pereżempju, għal-livelli ta’ emissjonijiet ‘il fuq mill-valuri ta’ limitu applikabbli bl-ebda indikazzjoni ta’ ħsara, attivazzjoni sistematika żbaljata ta’ l-indikazzjoni ta’ ħsara u komponenti difettużi jew deterjorati indikati fis-sistema OBD. |
4.4. |
Jekk komponent jew sistema taħdem b’mod mhux kopert mill-partikolaritajiet fiċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip u/jew mill-pakkett ta’ informazzjoni għal tali tipi ta’ vetturi u tali devjazzjoni ma ġietx awtorizzata skond l-Artikolu 5(3) jew (4) tad-Direttiva 70/156/KEE, bl-ebda indikazzjoni tal-ħsara mill-OBD, il-komponent jew is-sistema m’għandux jiġi sostitwit qabel l-ittestjar ta’ l-emissjonijiet, sakemm ma jkunx iddeterminat li l-komponent jew is-sistema ġie mbagħbas jew abbużat b’tali mod li l-OBD ma jiskoprix il-ħsara li rriżultat. |
5. L-EVALWAZZJONI TAR-RIŻULTATI
5.1. |
Ir-riżultati tat-test jitressqu għall-proċedura ta’ evalwazzjoni skond l-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness. |
5.2. |
Ir-riżultati tat-test m’għandhomx jiġu multiplikati b’fatturi ta’deterjorament. |
6. IL-PJAN TAL-MIŻURI RIMEDJALI
6.1. |
L-awtorità ta’ l-approvazzjoni għandha titlob lill-manifattur biex iressaq pjan ta’ miżuri rimedjali biex jirrimedja għan-nuqqas ta’ konformità meta jinstab li aktar minn vettura waħda tkun qed tagħmel emissjonijiet aktar milli suppost u tissodisfa kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin: (a) tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-taqsima 3.2.3 ta’ l-Appendiċi 4 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE u kemm l-awtorità ta’ l-approvazzjoni kif ukoll il-manifattur jaqblu li l-emissjoni żejda hija minħabba l-istess raġuni, jew (b) tissodisfa l-kundizzjonijiet tat-taqsima 3.2.4. ta’ l-Appendiċi 4 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE u l-awtorità ta’ l-approvazzjoni tat-tip iddeterminat li l-emissjoni żejda hija minħabba l-istess raġuni. |
6.2. |
Il-pjan tal-miżuri rimedjali għandu jiġi preżentat lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni mhux aktar tard minn 60 jum ta’ xogħol mid-data tan-notifika msemmija fit-taqsima 6.1. L-awtorità ta’ l-approvazzjoni, fi żmien 30 jum ta’ xogħol, għandha tiddikjara l-approvazzjoni jew id-diżapprovazzjoni tagħha rigward il-pjan tal-miżuri rimedjali. Madankollu, tingħata estensjoni meta l-manifattur jista’ juri, għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità ta’ l-approvazzjoni kompetenti, li jinħtieġ aktar żmien biex tiġi investigata n-nuqqas ta’ konformità sabiex jitressaq pjan tal-miżuri rimedjali. |
6.3. |
Il-miżuri rimedjali għandhom japplikaw għall-vetturi kollha li probabbilment ikunu affetwati mill-istess difett. Għandha tkun ivvalutata l-ħtieġa li jiġu emendati d-dokumenti ta’ l-approvazzjoni tat-tip. |
6.4. |
Il-manifattur għandu jipprovdi kopja tal-komunikazzjonijiet kollha relatati mal-pjan tal-miżuri rimedjali, u għandu wkoll iżomm rekord tal-kampanja ta’ rtirar ta’ prodott difettuż, eċċ., u jipprovdi rapporti ta’ status regolari lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni. |
6.5. |
Il-pjan tal-miżuri rimedjali għandu jinkludi r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 6.5.1. sa 6.5.11. Il-manifattur għandu jassenja isem jew numru uniku ta’ identifikazzjoni uniku lill-pjan tal-miżuri rimedjali.
|
6.6. |
Il-manifattur jista’ jkun meħtieġ iwettaq testijiet raġonevolment iddisinjati u meħtieġa fuq komponenti u vetturi billi jinkorpora bidla, tiswija, jew modifikazzjoni proposta biex juri l-effikaċja tal-bidla, tat-tiswija, jew tal-modifikazzjoni. |
6.7. |
Il-manifattur għandu jkun responsabbli miż-żamma ta’ rekord ta’ kull vettura rtirata minħabba difett, eċċ. u msewwija u tal-ħanut tax-xogħol li wettaq it-tiswija. L-awtorità ta’ l-approvazzjoni għandu jkollha aċċess għar-rekord meta titolbu għal perjodu ta’ 5 snin mill-implimentazzjoni tal-pjan tal-miżuri rimedjali. |
6.8. |
It-tiswija u/jew il-modifikazzjoni jew iż-żieda ta’ tagħmir ġdid għandhom jiġu reġistrati f’ċertifikat ipprovdut mill-manifattur lil sid il-vettura. |
Appendiċi 2
Il-proċedura statistika għall-ittestjar tal-konformità waqt is-servizz
1. |
Din il-proċedura għandha tintuża sabiex ikunu verifikati r-rekwiżiti tal-konformità waqt is-servizz għat-test tat-tip 1. Il-metodu statistiku applikabbli għandu jkun dak stabbilit fl-Appendiċi 4 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE, bl-eċċezzjonijiet stabbiliti fit-taqsimiet 2., 3. u 4. |
2. |
In-nota ta’ qiegħ il-paġna 1 m’għandhiex tapplika. |
3. |
Fil-paragrafi 3.2.3.2.1. u 3.2.4.2. ta’ l-Appendiċi 4 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE, ir-referenza għall-paragrafu 6 ta’ l-Appendiċi 3 għandha tinftiehem bħala referenza għat-Taqsima 6 ta’ l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness XV ta’ dan ir-Regolament. |
4. |
Fil-Figura 4/1. ta’ l-Appendiċi 4 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/ECE, għandu japplika dan li ġej: (a) ir-referenzi għall-paragrafu 8.2.1 għandhom jinftiehmu bħala referenza għat-Taqsima 1.1 ta’ l-Anness XV ta’ dan ir-Regolament; (b) ir-referenza għall-Appendiċi 3 għandha tinftiehem bħala referenza għall-Appendiċi 1 ta’ l-Anness XV ta’ dan ir-Regolament; (ċ) in-nota ta’ qiegħ il-paġna 1 għandha tinftiehm kif ġej: F’dan il-każ, TAA tfisser l-awtorità ta’ l-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip skond id-Direttiva 70/220/KE. |
ANNESS XVI
IR-REKWIŻITI GĦALL-VETTURI LI JUŻAW REAĠENT GĦAS-SISTEMA TAT-TRATTAMENT TA’ WARA TA’ L-EGŻOST
1. INTRODUZZJONI
Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-vetturi li jistrieħu fuq l-użu ta’ reaġent għas-sistema tat-trattament ta’ wara sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet.
2. L-INDIKAZZJONI TAR-REAĠENT
2.1. |
Il-vettura għandha tinkludi indikatur speċifiku fuq id-daxxbord li jinforma lis-sewwieq b’livelli baxxi ta’ reaġent fit-tank tal-ħażna tar-reaġent u meta t-tank tar-reaġent jiżvojta. |
3. IS-SISTEMA TA’ TWISSWIJA GĦAS-SEWWIEQ
3.1. |
Il-vettura għandha tinkludi sistema ta’ twissija li tikkonsisti minn twissijiet viżwali li tinforma lis-sewwieq meta l-livell ta’ reaġent ikun baxx, li t-tank dalwaqt jeħtieġ li jerġa’ jimtela, jew li r-reaġent mhux ta’ kwalità speċifikata mill-manifattur. Is-sistema ta’ twissija tista’ tinkludi wkoll komponent li jinstema’ sabiex jallerta lis-sewwieq. |
3.2. |
Is-sistema ta’ twissija għandha teskala fl-intensità hekk kif ir-reaġent joqrob il-vojt. Għandha tikkulmina f’notifika lis-sewwieq li ma tistax tingħeleb jew tiġi injorata faċilment. M’għandux ikun possibbli li s-sistema tintefa’ sakemm ir-reaġent ma jerġax jimtela. |
3.3. |
It-twissija viżwali għandha turi messaġġ li jindika livell baxx ta’ reaġent. It-twissija m’għandhiex tkun l-istess bħat-twissiija li tintuża għall-finijiet tal-manutenzjoni ta’ l-OBD jew ta’ manutenzjoni oħra tal-magna. It-twissija għandha tkun biżżejjed ċara biex is-sewwieq jifhem li l-livell tar-reaġent huwa baxx (eż. “urea level low” — “il-livell ta’ l-urea huwa baxx”, “AdBlue level low” — “il-livell ta’ l-AdBlue huwa baxx”, jew ‘reagent low’ — “il-livell tar-reaġent huwa baxx”). |
3.4. |
Għall-bidu, m’hemmx għalfejn is-sistema ta’ twissija tkun attivata kontinwament, madankollu t-twissija għandha teskala sabiex issir kontinwa hekk kif livell tar-reaġent joqrob il-punt fejn is-sistema ta’ inċentiv għas-sewwieq fit-Taqsima 8 tidħol fis-seħħ. Għandha tintwera twissija espliċità (eż. “fill up urea” — “imla l-urea”, “fill up AdBlue”- “imla l-AdBlue”, jew “fill up AdBlue” — “imla r-reaġent”). Is-sistema kontinwa ta’ twissija tista’ tiġi interrotta temporanjament minn sinjali oħra ta’ twissija li jipprovdu messaġġi importanti oħra relatati mas-sikurezza. |
3.5. |
Is-sistema ta’ twissija għandha tkun attivata f’distanza ekwivalent għal firxa ta’ sewqan ta’ mill-inqas 2 400 km qabel ma jiżvojta t-tank tar-reaġent. |
4. L-IDENTIFIKAZZJONI TA’ REAĠENT INKORRETT
4.1. |
Il-vettura għandha tinkludi mezz biex ikun iddeterminat jekk reaġent li jikkorrispondi għall-karatteristiċi dikjarati mill-manifattur u li ġew irreġistrati fl-Appendiċi 3 ta’ l-Anness I ta’ dan ir-Regolament ikunx preżenti fuq il-vettura. |
4.2. |
Jekk ir-reaġent fit-tank tal-ħażna ma jikkorrispondix għar-rekwiżiti minimi ddikjarati mill-manifattur, is-sistema ta’ twissija tas-sewwieq fit-taqsima 3 għandha tiġi attivata u għandha turi messaġġ li jindika twissija xierqa (eż. “incorrect urea detected” — “skoperta urea inkorretta”, “incorrect AdBlue detected” — ‘skopert AdBlue inkorrett, jew “incorrect reagent detected” — “skopert reaġent inkorrett”). Jekk il-kwalità tar-reaġent ma tiġix rettifikata fi ħdan 50 km mill-attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija, mela għandhom japplikaw ir-rekwiżiti għall-inċentiv għas-sewwieq tat-taqsima 8. |
5. IL-MONITORAĠĠ TAL-KONSUM TAR-REAĠENT
5.1. |
Il-vettura għandha tinkludi mezz biex ikun iddeterminat il-konsum ta-rreaġent u jkun provdut aċċess mhux abbord għal informazzjoni dwar il-konsum. |
5.2. |
Il-konsum medju tar-reaġent u l-konsum mitlub medju tar-reaġent mis-sistema tal-magna għandhom ikunu disponibbli permezz tal-port serjali tal-konnettur dijanjostiku standard. Id-data għandha tkun disponibbli tul il-perjodu komplut preċedent ta’ 2 400 km ta’ tħaddim il-vettura. |
5.3. |
Sabiex ikun immonitorjat il-konsum tar-reaġent, fi ħdan il-vettura għandhom ikunu monitorjati mill-inqas il-parametri li ġejjin: (a) il-livell tar-reaġent fit-tank tal-ħażna fuq il-vettura; (b) il-fluss tar-reaġent jew l-injezzjoni tar-reaġent mill-aktar teknikament qrib possibbli għall-punt ta’ injezzjoni fis-sistema tat-trattament ta’ wara ta’ l-egżost. |
5.4. |
Devjazzjoni ta’ aktar minn 50 % bejn il-konsum medju tar-reaġent u l-konsum mitlub medju tar-reaġent mis-sistema tal-magna tul perjodu ta’ 30 minuta ta’ ħidmet il-vettura, għandha tirriżulta fl-attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija tas-sewwieq fit-taqsima 3, li għandha turi messaġġ li jindika twissija xierqa (eż. “urea dosing malfunction” — “ħsara fid-dożaġġ ta’ l-urea”, “AdBlue dosing malfunction” — “ħsara fid-dożaġġ ta’ l-AdBlue”, jew “reagent dosing malfunction” — “ħsara fid-dożaġġ tar-reaġent”). Jekk il-konsum tar-reaġent ma jkunx rettifikat fi ħdan 50 km mill-attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija, mela għandhom japplikaw ir-rekwiżiti ta’ inċentiv għas-sewwieq tat-taqsima 8. |
5.5. |
Fil-każ ta’ interruzzjoni fl-attività ta’ dożaġġ tar-reaġent, għandha tiġi attivata s-sistema ta’ twissija tas-sewwieq kif jissemma fit-taqsima 3, li għandha turi messaġġ li jindika twissija xierqa. Din l-attivazzjoni m’għandhiex tkun meħtieġa fejn l-interruzzjoni tintalab mill-ECU tal-magna għaliex il-kundizzjonijiet operattivi tal-vettura jkunu tali li r-rendiment ta’ l-emissjoni tal-vettura ma jeħtieġx dożaġġ tar-reaġent, sakemm il-manifattur ikun informa b’mod ċar lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni meta japplikaw tali kundizzjonijiet operattivi. Jekk id-dożaġġ tar-reaġent ma jkunx rettifikat fi ħdan 50 km mill-attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija, mela għandhom japplikaw ir-rekwiżiti ta’ inċentiv għas-sewwieq tat-taqsima 8. |
6. IL-MONITORAĠĠ TA’ L-EMISSJONIJIET TA’ L-NOx
6.1. |
Bħala alternattiva għar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ fit-taqsimiet 4 u 5, il-manifatturi jistgħu jużaw sensuri tal-gassijiet ta’ l-egżost direttament sabiex isiru jafu b’livelli eċċessivi ta’ NOx fl-egżost. |
6.2. |
Il-manifattur għandu juri li l-użu ta’ dawn is-sensuri msemmija fil-punt 6.1 u ta’ kwalunkwe sensur ieħor fuq il-vettura jirriżulta fl-attivazzjoni tas-sistema tat-twissija tas-sewwieq kif jissemma fil-punt 3, bit-turija ta’ messaġġ li jindika twissija xierqa (eż. “emissions too high — check urea” — “emissjonijiet għoljin wisq — ikkontrolla l-urea”, “emissions too high — check AdBlue” — “emissjonijiet għoljin wisq — ikkontrolla l-AdBlue”, “emissions too high — check reagent” — “emissjonijiet għoljin wisq — ikkontrolla r-reaġent”), u s-sistema ta’ inċentiv għas-sewwieq kif tissemma fit-taqsima 8.3, meta jseħħu s-sitwazzjonijiet li jissemmew fit-taqsima 4.2, 5.4 jew 5.5. Għall-iskopijiet ta’ dan il-punt huma maħsuba li jiġru dawn is-sitwazzjonijiet: — fil-każ ta’ vetturi approvati għal-limiti tal-emissjoni Euro 5 tat-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, jekk jinqabeż il-limitu applikabbli tal-limitu OBD tal-NOx ta’ dik it-tabella mmultiplikat b’fattur ta’ 1,5; — fil-każ ta’ vetturi approvati għal-limiti tal-emissjoni Euro 6 tat-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, jekk jinqabeż il-limitu applikabbli tal-limitu OBD tal-NOx tat-tabelli stabbiliti fil-punti 2.3.2, 2.3.3 jew 2.3.4 tal-Anness XI. L-emissjonijiet NOx matul it-test biex juru l-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti ma għandhomx ikunu ogħla minn 20 % tal-valur imsemmi fit-tieni paragrafu. |
7. L-INFORMAZZJONI DWAR IN-NUQQAS TA’ ĦAŻNA
7.1. |
Fejn issir referenza għal dan il-punt, għandhom jinħażnu Identifikaturi tal-Parametri (PID) li ma jistgħux jitħassru li jidentifikaw ir-raġuni għal u d-distanza vvjaġġata mill-vettura waqt l-attivazzjoni tas-sistema ta’ inċentiv. Il-vettura għandha żżomm rekord tal-PID għal mill-inqas 800 jum jew 30 000 km ta’ tħaddim il-vettura. Il-PID għandu jkun disponibbli permezz tal-port serjali tal-konnettur dijanjostiku standard fuq talba ta’ għodda ġenerika tal-iskenjar skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 6.5.3.1 tal-Appendiċi 1 tal-Anness 11 tar-Regolament Nru 83 tal-UN/ECE u l-punt 2.5 tal-Appendiċi 1 tal-Anness XI ta’ dan ir-Regolament. Mid-dati msemmija fl-Artikolu 17, l-informazzjoni maħżuna fil-PID għandha tkun marbuta mal-perjodu tal-operat tal-vettura kumulat, li matulu seħħ, bi preċiżjoni ta’ mhux inqas minn 300 jum jew 10 000 km. |
7.2. |
Il-ħsarat fis-sistema ta’ dożaġġ tar-reaġent attribwiti lil ħsarat tekniċi (eż. ħsarat mekkaniċi jew elettriċi) għandhom ukoll ikunu suġġetti għar-rekwiżiti ta’ l-OBD fl-Anness XI. |
8. IS-SISTEMA TA’ INĊENTIV TAS-SEWWIEQ
8.1. |
Il-vettura għandha tinkludi sistema ta’ inċentiv għas-sewwieq sabiex ikun żgurat li l-vettura taħdem b’sistema għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet li taħdem il-ħin kollu. Is-sistema ta’ inċentiv għandha tkun iddisinjata b’tali mod li tiżgura li l-vettura ma tistax taħdem b’tank tar-reaġent vojt. |
8.2. |
Is-sistema ta’ inċentiv għandha tattiva ruħha mhux aktar tard minn meta l-livell tar-reaġent fit-tank jilħaq livell ekwivalenti għall-firxa medja ta’ sewqan tal-vettura b’tank mimli bil-fjuwil. Is-sistema għandha tattiva ruħha wkoll meta jkunu seħħew il-ħsarat fit-taqsima 4., 5. jew 6, jiddependi mill-metodu ta’ monitoraġġ ta’ l-NOx. L-iskoperta ta’ tank tar-reaġent vojt u tal-ħsarat li jissemmew fit-taqsima 4., 5. jew 6. għandha twassal biex jidħlu fis-seħħ ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar nuqqas ta’ ħażna tat- taqsima 7. |
8.3. |
Il-manifattur għżandu jagħżel liema tip ta’ sistema ta’ inċentiv jinstalla. Il-possibbiltajiet għal sistema ġew deskritti fil-punti 8.3.1., 8.3.2., 8.3.3. u 8.3.4. li ġejjin.
|
8.4. |
Ladarba s-sistema ta’ inċentiv tkun attivat ruħha għalkollox u tkun iddiżattivat il-vettura, is-sistema ta’ inċentiv għandha tiġi deattivata biss jekk il-kwantità ta’ reaġent miżjud mal-vettura ikun ekwivalenti għal firxa medja ta’ sewqan ta’ 2 400 km jew jekk ikunu ġew rettifikati l-ħsarat speċifikati fit-taqsima 4, 5, jew 6. Wara li tkun twettqet tiswija sabiex tiġi korretta ħsara fejn tkun ġiet attivata s-sistema OBD skond il-punt 7.2., is-sistema ta’ inċentiv tista’ terġa’ tiġi inizjalizzata permezz tal-port serjali ta’ l-OBD (eż. b’għodda ġenerika ta’ l-iskenjar) sabiex il-vettura tkun tista’ terġa’ tistartja għal finijiet ta’ awto-dijanjosi. Il-vettura għandha taħdem għal massimu ta’ 50 km sabiex is-suċċess tat-tiswija jkun jista’ jiġi validat. Is-sistema ta’ inċentiv għandha tiġi attivata mill-ġdid għalkollox jekk il-ħsara tippersisti wara din il-validazzjoni. |
8.5. |
Is-sistema ta’ twissija tas-sewwieq li tissemma fit-taqsima 3 għandha turi messaġġ li jindika b’mod ċar: (a) in-numru ta’ startjar mill-ġdid li jifdal u/jew id-distanza li jifdal; u (b) il-kundizzjonijiet li fihom il-vettura tista’ terġa’ tiġi startjata. |
8.6. |
Is-sistema ta’ inċentiv għas-sewwieq għandha tiġi deattivata meta l-kundizzjonijiet għall-attivazzjoni tagħha ma jeżistux aktar. Is-sistema ta’ inċentiv għas-sewwieq m’għandhiex tiġi deattivata awtomatikament mingħajr ma r-raġuni għall-attivazzjoni tagħha tkun ġiet imsewwija. |
8.7. |
Fi żmien l-approvazzjoni għandha tkun provduta informazzjoni dettaljata bil-miktub li tiddeskrivi b’mod sħiħ il-karatteristiċi operattivi funzjonali tas-sistema ta’ inċentiv għas-sewwieq lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni. |
8.8. |
Bħala parti mill-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip skond dan ir-Regolament, il-manifattur għandu juri ħidmet is-sistemi ta’ twissija u ta’ inċentiv għas-sewwieq. |
9. IR-REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI
9.1. |
Il-manifattur għandu jipprovdi lis-sidien kollha ta’ vetturi ġodda informazzjoni bil-miktub dwar is-sistema għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet. Din l-informazzjoni għandha tiddikjara li jekk is-sistema għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet tal-vettura mhix qed taħdem sew, is-sewwieq għandu jkun informat bi problema mis-sistema ta’ twissija tas-sewwieq u li s-sistema ta’ inċentiv għas-sewwieq konsegwentement għandha twassal biex il-vettura ma tkunx tista’ tistartja. |
9.2. |
L-istruzzjonijiet għandhom jindikaw rekwiżiti għall-użu u għall-manutenzjoni xierqa tal-vettura, inkluż l-użu xieraq tar-reaġenti konsumabbli. |
9.3. |
L-istruzzjonijiet għandhom jispeċifikaw jekk ir-reaġenti konsumabbli għandhomx jimtlew mill-ġid mill-operatur tal-vettura bejn internvalli normali ta’ manutenzjoni. Għandhom jindikaw kif is-sewwieq għandu jimla mill-ġdid it-tank tar-reaġent. L-informazzjoni għandha tindika wkoll rata probabbli ta’ konsum tar-reaġent għal dak it-tip ta’ vettura u kemm ta’ spiss it-tank tar-reaġent għandu jimtela mill-ġdid. |
9.4. |
L-istruzzjonijiet għandhom jispeċifikaw li l-użu ta’, u l-mili mill-ġdid ta’ reaġent meħtieġ ta’ l-ispeċifikazzjonijiet korretti huma mandatorji biex il-vettura tkun konformi maċ-ċertifikat ta’ konformità maħruġ għal dak it-tip ta’ vettura. |
9.5. |
L-istruzzjonijiet għandhom jiddikjaraw li jista’ jkun reat kriminali li tintuża vettura li ma tikkonsma l-ebda reaġent jekk dan ikun meħtieġ għat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet. |
9.6. |
L-istruzzjonijiet għandhom jispjegaw kif jaħdmu s-sistema ta’ twissija u s-sistema ta’ inċentiv għas-sewwieq. Barra minn hekk, għandhom jiġu spjegati l-konsegwenzi li tiġi injorata s-sistema ta’ twissija u li r-reaġent ma jimteliex mill-ġdid. |
10. IL-KUNDIZZJONIJIET OPERATTIVI TAS-SISTEMA TAT-TRATTAMENT TA’ WARA
Il-manifatturi għandhom jiżguraw irwieħhom li s-sistema għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet iżżomm il-funzjoni ta’ kontroll ta’ l-emissjonijiet tagħha waqt il-kundizzjonijiet ambjentali kollha li jinsabu regolarment fl-Unjoni Ewropea, speċjalment temperaturi ambjentali baxxi. Dan jinkludi t-teħid ta’ miżuri sabiex ikunu ipprevenut l-iffriżar sħiħ tar-reaġent waqt il-ħinijiet meta l-vettura tkun ipparkjata sa 7 ijiem f’temperatura ta’ 258 K (– 15 °C) bit-tank tar-reaġent ikun 50 % mimli. Jekk ir-reaġent ikun iffriża, il-manifattur għandu jiżgura ruħu li r-reaġent għandu jkun disponibbli għall-użu fi żmien 20 minuta minn meta l-vettura tistartja f’temperatura ta’ 258 K (– 15 °C) imkejla fit-tank tar-reaġent, sabiex tkun żgurata l-ħidma korretta tas-sistema għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet.
ANNESS XVI
L-EMENDI TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 715/2007
Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
Il-paragrafu 6 li ġej għandu jiġi miżjud ma’ l-Artikolu 10: “6. Il-limitu ta’ emissjoni ta’ 5,0 mg/km għal massa ta’ materja f’partikuli li jissemma fit-Tabelli 1 u 2 ta’ l-Anness I għandu jkun effettiv mid-dati applikabbli stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3. Il-limitu ta’ emissjoni ta’ 4,5 mg/km għal massa ta’ materja f’partikuli u l-limitu għan-numru ta’ partikuli li jissemmew fit-Tabelli 1 u 2 ta’ l-Anness I għandhom ikunu effettivi mill-1 ta’ Settembru 2011 għall-approvazzjoni tat-tip ta’ tipi ġodda ta’ vetturi u mill-1 ta’ Jannar 2013 għall-vetturi l-ġodda kollha, mibjugħa, irreġistrati jew li ddaħħlu f’servizz fil-Komunità.” |
2. |
It-Tabelli 1 u 2 ta’ l-Anness I għandhom jiġu sostitwiti bit-tabelli li ġejjin:
“Tabella 1 Limiti ta’ Emissjoni Euro 5
Tabella 2 Limiti ta’ emissjoni Euro 6
|
ANNESS XVIII
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI RIGWARD L-ANNESS I TAD-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 70/156/KEE
3.2.1.1. |
Il-prinċipju ta’ ħidma: positive-ignition/compression-ignition ( 63 ) Four stroke/two stroke/ċiklu rotatorju (63) |
3.2.2. |
Il-fjuwil: Diżil/Petrol/LPG/NG-Bijometanu/Etanol(E85)/Bijodiżil/Idroġenu (63)
|
3.2.4.2.3.3. |
Il-provvista massima tal-fjuwil (63) ( 64 ) … mm3/stroke jew ċiklu b’veloċità tal-magna ta’: … min-1 jew, alternattivament, dijagramma tal-karatteristiċi: |
3.2.4.2.9. |
Injezzjoni kontrollata elettronikament: iva/le (63)
|
3.2.4.3.4. |
Deskrizzjoni tas-sistema, fil-każ ta’ sistemi għajr injezzjoni kontinwa agħti d-dettalji ekwivalenti:
|
3.2.4.3.5.1. |
Il-marka/i |
3.2.4.3.5.2. |
It-tip(i) |
3.2.8.2.1. |
It-tip: arja-arja/arja-ilma (63) |
3.2.8.3. |
Id-dipressjoni ta’ l-intake b’veloċita tal-magna kalkulata u b’tagħbija ta’ 100 % (magni compression-ignition biss) Il-minimu permess: kPa Il-massimu permess: kPa |
3.2.9.3. |
Il-pressjoni ta’ wara ta’ l-egżost massima permissibbli b’veloċita kalkulata tal-magna u b’tagħbija ta’ 100 % (magni compression-ignition biss): … kPa |
3.2.11.1. |
L-għoli massimu tal-valvoli, l-angoli tal-ftuħ u ta’ l-għeluq, jew id-dettalji tal-ħin ta’ sistemi ta’ distribuzzjoni alternattivi, f’relazzjoni għal ċentri mejta. Għal sistema tal-ħin varjabbli, għall-ħin minimu u massimu: |
3.2.12.2. |
Tagħmir addizzjonali għall-kontroll tat-tniġġis (jekk ikun hemm, u jekk mhux kopert minn intestatura oħra)
|
3.2.15.1. |
In-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE skond id-Direttiva tal-Kunsill 70/221/KEE (ĠU L 76, 6.4.1970, p. 23) (meta d-Direttiva se tkun emendata biex tkopri t-tankijiet għall-fjuwils gassużi) jew numru ta’ l-approvazzjoni tar-Regolament Nru 67 tan-NU/ECE |
3.2.16.1. |
In-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE skond id-Direttiva 70/221/KEE (meta d-Direttiva se tiġi emendata biex tkopri t-tankijiet għall-fjuwils gassużi) jew in-numru ta’ l-approvazzjoni tar-Regolament Nru 110 tan-NU/ECE: |
3.4. |
Il-kombinazzjonijiet ta’ magni jew ta’ muturi
|
3.5.2. |
Il-konsum tal-fjuwil (ipprovdi għal kull fjuwil ta’ referenza ttestjat) |
6.6.1. |
Il-kombinazzjoni(jiet) tat-tajers/tar-roti (a) għall-possibbiltajiet kollha tat-tajers indika, isem id-daqs, l-indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija, is-simbolu tal-kategorija tal-veloċità, ir-reżistenza tat-tidwir għal ISO 28580 (fejn ikun applikabbli) (b) għat-tajers tal-kategorija Z maħsuba biex jitwaħħlu fuq vetturi li l-veloċità massima tagħhom teċċedi t-300 km/h għandha tingħata informazzjoni ekwivalenti; għar-roti indika d-daqsijiet tar-rimm u l-bilanċ(i) |
9.1. |
It-tip ta’ qafas: (uża l-kodiċi ddefiniti fit-taqsima C ta’ l-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE) |
16. |
L-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura
|
ANNESS XIX
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI RIGWARD L-ANNESS III TAD-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 70/156/KEE
3.2.1.1. |
Il-prinċipju ta’ ħidma: positive-ignition/compression-ignition ( 65 ) four stroke/two stroke/ċiklu rotatorju (65) |
3.2.2. |
Il-fjuwil: Diżil/Petrol/LPG/NG-Bijometanu/Etanol(E85)/Bijodiżil/Idroġenu (65)
|
3.2.12.2. |
Tagħmir addizzjonali għall-kontroll tat-tniġġis (jekk ikun hemm, u jekk mhux kopert minn intestatura oħra) |
3.4. |
Il-kombinazzjonijiet ta’ magni jew ta’ muturi
|
6.6.1. |
Il-kombinazzjoni(jiet) tat-tajers/tar-roti (a) għall-possibbiltajiet kollha tat-tajers indika, isem id-daqs, l-indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija, is-simbolu tal-kategorija tal-veloċità, ir-reżistenza tat-tidwir għal ISO 28580 (fejn ikun applikabbli) (b) għat-tajers tal-kategorija Z maħsuba biex jitwaħħlu fuq vetturi li l-veloċità massima tagħhom teċċedi t-300 km/h għandha tingħata informazzjoni ekwivalenti; għar-roti indika d-daqsijiet tar-rimm u l-bilanċ(i) |
9.1. |
It-tip ta’ qafas: (uża l-kodiċijiet iddefiniti fit-taqsima C ta’ l-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE) |
16. |
L-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura
|
ANNESS XX
KEJL TAL-QAWWA NETTA TAL-MAGNA, IL-QAWWA NETTA U L-QAWWA MASSIMA TA' 30 MINUTA TAS-SISTEMA TAT-TRAZZJONI ELETTRIKA
1. INTRODUZZJONI
Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-kejl tal-qawwa netta tal-magna, il-qawwa netta u l-qawwa massima ta’ 30 minuta tas-sistema tat-trazzjoni elettrika.
2. SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI
2.1 |
L-ispeċifikazzjonijiet ġenerali għat-twettiq tat-testijiet u għall-interpretazzjoni tar-riżultati huma dawk stipulati fil-paragrafu 5 tar-Regolament UNECE Nru 85 ( 66 ), bl-eċċezzjonijiet speċifikati f’dan l-Anness. |
2.2 |
Il-fjuwil tat-test
Il-paragrafi 5.2.3.1., 5.2.3.2.1., 5.2.3.3.1., u 5.2.3.4. tar-Regolament UNECE Nru 85 għandhom jinftieħmu kif ġej: Il-fjuwil użat għandu jkun dak disponibbli fis-suq. F’każta’ tilwim,il-fjuwil għandu jkun il-fjuwil ta’ referenza xieraq speċifikat fl-Anness IX ta’ dan ir-Regolament Nru 692/2008. |
2.3 |
Fatturi ta' korrezzjoni tal-qawwa
B'deroga mill-paragrafu 5.1 tal-Anness V tar-Regolament tal-UNECE Nru 85, meta magni turbo-charged ikunu mgħammra b’sistema li tippermetti l-kumpens tal-kundizzjonijiet ambjentali, it-temperatura u l-altitudni, fuq talba tal-manifattur, il-fatturi ta’ korrezzjoni αa jew αd għandhom jiġu ssettjati għall-valur ta’ 1. |
( 1 ) ĠU L 375, 27.12.2006, p. 223
( 2 ) ĠU L 326, 24.11.2006, p. 55.
( 3 ) ĠU L 76, 6.4.1970, p. 1
( 4 ) ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1 Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/37/KE
( 5 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1152 tat-2 ta’ Ġunju 2017 li jistabbilixxi metodoloġija biex jiġu ddeterminati l-parametri ta’ korrelazzjoni meħtieġa biex tiġi riflessa l-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju fir-rigward ta’ vetturi kummerċjali ħfief u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 293/2012 (Ara l-paġna 644 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
( 6 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1153 tat-2 ta’ Ġunju 2017 li jistabbilixxi metodoloġija biex jiġu determinati l-parametri ta’ korrelazzjoni meħtieġa biex tiġi riflessa l-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010 (Ara l-paġna 679 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
( 7 ) ĠU L 174, 7.7.2017, p. 3
( 8 ) Proċeduri speċifiċi tal-ittestjar għall-vetturi tal-idroġenu u tal-flex-fjuwil bil-bijodiżil se jiġu ddefiniti iktar tard.
( 9 ) ĠU L 158, 19.6.2007, p. 34.
( 10 ) ĠU L 326, 24.11.2006, p. 1
( 11 ) Ħassar fejn mhux applikabbli (hemm każi fejn m’hemm għalfejn tħassar xejn meta jkun applikabbli aktar minn annotament wieħed).
( 12 ) Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip jinkludi karattri li m’humiex rilevanti sabiex ikunu deskritti t-tipi ta’ vetturi, ta’ komponenti jew ta’ unitajiet tekniċi separati koperti minn dan id-dokument ta’ informazzjoni, tali karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu.?. (eż. ABC??123??).
( 13 ) Ikklassifikata skond id-definizzjonijiet elenkati fit-Taqsima A ta’ l-Anness I.
( 14 ) Fejn hemm verżjoni waħda b’kabina normali u oħra b’kabina ta’ l-irqad, iż-żewġ settijiet ta’ mases u dimensjonijiet għandhom ikunu dikjarati.
( 15 ) Il-massa tas-sewwieq u, jekk ikun applikabbli, tal-membru ta’ l-ekwipaġġ hija valutata li tlaħħaq il-75 kg (sottodiviżi f’68 kg ta’ massa ta’ l-okkupanti u f’7 kg ta’ massa tal-bagalji skond l-Istandard ISO 2416-1992), it-tank tal-fjuwil jkun mimli għal livell ta’ 90 % u s-sistemi l-oħra li jkun fihom likwidi (ħlief dawk għall-ilma użat) jkunu mimlija għal livell ta’ 100 % tal-kapaċità speċifikata mill-manifattur.
( 16 ) Għat-trejlers jew għas-semi-trejlers u għall-vetturi akkopjati ma’ trejler jew ma’ semi-trejler li jeżerċitaw tagħbija vertikali fuq it-tagħmir ta’ l-akkoppjar jew fuq l-istepni, din it-tagħbija, diviża bl-aċċelerazzjoni standard tal-gravità, tiġi inkluża fil-massa massima teknikament permissibbli.
( *1 ) Jekk jogħġbok niżżel hawnhekk il-valuri ta’ fuq u t’ isfel għal kull varjant.
( 17 ) Din il-figura trid tiżdied jew titnaqqas sa l-eqreb wieħed minn kull għaxra ta’ millimetru.
( 18 ) Speċifika t-tolleranza.
( 19 ) Iddeterminat f’konformità mar-rekwiżiti tal-Anness XX ta' dan ir-Regolament.
( 20 ) Ħassar fejn mhux applikabbli (hemm każijiet fejn xejn ma għandu għalfejn jitħassar meta aktar minn annotazzjoni waħda tkun applikabbli).
( 21 ) Bħala fjuwil il-vetturi jistgħu jingħataw kemm petrol kif ukoll fjuwil gassuż iżda, fil-każ fejn is-sistema tal-petrol tkun mgħammra għal għanijiet ta' emerġenza jew ta' startjar biss u li t-tank tal-petrol tagħha ma jesax aktar min 15-il litru ta' petrol, għat-test jiġu kkunsidrati bħala vetturi li jaħdmu biss bi fjuwil gassuż.
( 22 ) ĠU L 72, 14.3.2008, p. 113
( 23 ) ĠU L 158, 19.6.2007, p. 34.
( 24 ) Iddeterminat skond ir-rekwiżiti tad-Direttiva 80/1268/KEE.
( 25 ) Jekk applikabbli.
( 26 ) Ħassar fejn mhux applikabbli.
( 27 ) Irrepeti t-tabella għal kull fjuwil ta’ referenza ttestjat.
( 28 ) Espandi t-tabella jekk hu meħtieġ, biex ikollok ringiela waħda għal kull innovazzjoni.
( 29 ) Ħassar fejn ma japplikax
( 30 ) Jekk applikabbli.
( 31 ) Irrepeti t-tabella għal kull fjuwil ta’ referenza ttestjat.
( 32 ) Espandi t-tabella jekk hu meħtieġ, billi tuża ringiela żejda għal kull innovazzjoni ekoloġika.
( 33 ) Il-partikolaritajiet speċifikati għandhom jingħataw għal kwalunkwe varjant propost.
( 34 ) Ħassar fejn mhux applikabbli (hemm każi fejn m’hemm għalfejn tħassar xejn meta jkun applikabbli aktar minn annotament wieħed).
( 35 ) ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1
( 36 ) ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1.
( 37 ) Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip jinkludi karattri li m’humiex rilevanti sabiex ikunu deskritti t-tipi ta’ vetturi, ta’ komponenti jew ta’ unitajiet tekniċi separati koperti minn din l-informazzjoni, tali karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu“?” (eż. ABC??123??)
( 38 ) Kif iddefinita fit-Taqsima A ta’ l-Anness I
( 39 ) Ħassar fejn mhux applikabbli (hemm każi fejn m’hemm għalfejn tħassar xejn meta jkun applikabbli aktar minn annotament wieħed.
( 40 ) Għal vetturi mgħammra b’magni positive-ignition.
( 41 ) Għal vetturi mgħammra b’magni compression-ignition.
( 42 ) Għal vettura alimentata bil-gass, l-unità tiġi sostitwita b’m3/km
( 43 ) Imkejjel tul iċ-ċiklu kombinat, jiġifieri L-Ewwel Parti (urban) u t-Tieni Parti (ekstra-urban) flimkien
( 44 ) Irrepeti t-tabella għal kull fjuwil ta’ referenza ttestjat.
( 45 ) Espandi t-tabella jekk hu meħtieġ, billi tuża ringiela żejda għal kull innovazzjoni ekoloġika.
( 46 ) Il-kodiċi ġenerali tal-innovazzjoni(jiet) ekoloġika(ekoloġiċi) għandha tikkonsisti minn dawn l-elementi li ġejjin, kull wieħed separat bi spazju vojt:
— l-kodiċi tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip kif definit fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE;
— Il-kodiċi individwali ta’ kull innovazzjoni ekoloġika li biha tkun mgħammra l-vettura, b’indikazzjoni fl-ordni kronoloġika tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tal-Kummissjoni.
— (Pereżempju, il-kodiċi ġenerali ta’ tliet innovazzjonijiet ekoloġiċi approvati kronoloġikament bħala 10, 15 u 16 u li bihom tkun mgħammra vettura ċċertifikata mill-awtorità Ġermaniża tal-approvazzjoni tat-tip għandha tkun: “e1 10 15 16”.)
( 47 ) Ħassar fejn ma japplikax.
( 48 ) ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58.
( 49 ) ĠU L 257, 25.9.2008, p. 14.
( 50 ) ĠU L 135, 23.5.2008, p. 1.
( 51 ) Ir-Regolament tal- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 tat-12 ta' Diċembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-mases u d-dimensjonijiet tal-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b'relevanza għaż-ŻEE (ĠU L 353, 21.12.2012, p. 31).
( 52 ) Ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta' żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).
( 53 ) Għall-ibridi, il-konsum ta' enerġija totali għandu jiġi kkonvertit f'CO2. Ir-regoli għal din il-konverżjoni se jiġu introdotti fit-tieni stadju.
( 54 ) 1 għall-Ġermanja; 2 għal Franza; 3 għall-Italja; 4 għan-Netherlands; 5 għall-Iżvezja; 6 għall-Belġju; 7 għall-Ungerija; 8 għar-Repubblika Ċeka; 9 għal Spanja; 11 għar-Renju Unit; 12 għall-Awstrija; 13 għal-Lussemburgu; 17 għall-Finlandja; 18 għad-Danimarka; 19 għar-Rumanija; 20 għall-Polonja; 21 għall-Portugall; 23 għall-Greċja; 24 għall-Irlanda. 25 għall-Kroazja; 26 għas-Slovenja; 27 għas-Slovakkja; 29 għall-Estonja; 32 għal-Latvja; 34 għall-Bulgarija; 36 għal-Litwanja; 49 għal Ċipru; 50 għal Malta
( 55 )
( 56 ) ĠU L 76, 6.4.1971, p. 1
( 57 ) Ħassar fejn ma jkunx applikabbli.
( 58 ) Ħassar fejn ma jkunx applikabbli.
( 59 ) Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip jinkludi karattri li m’humiex rilevanti sabiex ikunu deskritti t-tipi ta’ vetturi, ta’ komponenti jew ta’ unitajiet tekniċi separati koperti minn dan iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip, tali karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokument bis-simbolu:“?” (eż. ABC??123??).
( 60 ) Disponibbli minn: http://www.oasis-open.org/committees/download.php/2412/Draft%20Committee%20Specification.pdf).
( 61 ) Disponibbli minn: http://lists.oasis-open.org/archives/autorepair/200302/pdf00005.pdf).
( 62 ) ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58.
( 63 ) Ħassar fejn ma japplikax (hemm każijiet fejn ma għandu jitħassar xejn fejn tkun applikabbli aktar minn daħla waħda.)
( 64 ) Speċifika t-tolleranza.
( 65 ) Ħassar fejn ma japplikax (hemm każijiet fejn ma għandu jitħassar xejn fejn tkun applikabbli aktar minn daħla waħda.)
( 66 ) ĠU L 326, 24.11.2006, p. 55.