2008R0479 — MT — 16.12.2008 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 479/2008 tad-29 ta' April 2008 (ĠU L 148, 6.6.2008, p.1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1246/2008 tat-12 ta' Diċembru 2008 |
L 335 |
32 |
13.12.2008 |
Ikkoreġut b'
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 479/2008
tad-29 ta' April 2008
dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1493/1999, (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 3/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2392/86 u (KE) Nru 1493/1999
WERREJ |
|
TITOLU I |
DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTIVI |
TITOLU II |
MIŻURI TA' APPOĠĠ |
Kapitolu I |
Programmi ta' appoġġ |
Taqsima 1 |
Dispożizzjonijiet introduttivi |
Taqsima 2 |
Preżentazzjoni u kontenut ta' programmi ta' appoġġ |
Taqsima 3 |
Miżuri ta' appoġġ speċifiċi |
Taqsima 4 |
Dispożizzjonijiet ġenerali |
Kapitolu II |
Trasferiment finanzjarju |
TITOLU III |
MIŻURI REGOLATORJI |
Kapitolu I |
Regoli ġenerali |
Kapitolu II |
Prattika enoloġika u restrizzjonijiet |
Kapitolu III |
Denominazzjonijiet ta' l-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali |
Kapitolu IV |
Id-denominazzjonijiet ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi |
Taqsima 1 |
Definizzjonijiet |
Taqsima 2 |
Applikazzjoni għal protezzjoni |
Taqsima 3 |
Proċedura għall-għoti ta' protezzjoni |
Taqsima 4 |
Każijiet speċifiċi |
Taqsima 5 |
Protezzjoni u kontroll |
Taqsima 6 |
Dispożizzjonijiet ġenerali |
Kapitolu V |
Termini tradizzjonali |
Kapitolu VI |
Tikkettar u preżentazzjoni |
Kapitolu VII |
Organizzazzjonijiet tal-produtturi u interprofessjonali |
TITOLU IV |
KUMMERĊ MA' PAJJIŻI TERZI |
Kapitolu I |
Dispożizzjonijiet komuni |
Kapitolu II |
Il-Liċenzji ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni |
Kapitolu III |
Is-salvagwardja u l-ipproċessar attiv jew passiv |
Kapitolu IV |
Regoli li japplikaw għall-importazzjoni |
TITOLU V |
POTENZJAL TA' PRODUZZJONI |
Kapitolu I |
Taħwil illegali |
Kapitolu II |
Sistema transizzjonali tad-dritt ta' taħwil |
Kapitolu III |
Skema ta' qlugħ mill-għeruq |
TITOLU VI |
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI |
TITOLU VII |
EMENDI, DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI |
Kapitolu I |
Emendi |
Kapitolu II |
Dispożizzjonijiet transitorji u finali |
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 36 u 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 ),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 2 ),
Billi:
(1) |
Ir-reġim Komunitarju applikabbli għas-settur ta' l-inbid huwa stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid ( 3 ) u r-regolamenti ta' l-implimentazzjoni tiegħu. |
(2) |
Il-konsum ta' l-inbid fil-Komunità kulma jmur qed jonqos, filwaqt li mill-1996 'il hawn, il-volum ta' l-inbid esportat mill-Komunità qiegħed jiżdied b'ritmu ħafna aktar kajman minn dak ta' l-importazzjoni. Din il-qagħda wasslet għal telf fil-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda, li min-naħa tiegħu jinħass fil-prezzijiet tal-produzzjoni u fid-dħul tal-produtturi. |
(3) |
Mhux l-istrumenti kollha inklużi attwalment fir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 urew l-effiċjenza tagħhom sabiex jagħmlu s-settur ta' l-inbid jiżviluppa b'mod kompetittiv u sostenibbli. Il-miżuri tal-mekkaniżmi tas-suq, ħafna drabi rriżultaw medjokri f'termini ta' valur għall-infiq, tant li wasslu għal eċċessi strutturali mingħajr l-esiġenza ta' titjib strutturali . Barra minn hekk, uħud mill-miżuri regolatorji fis-seħħ illimitaw bla bżonn l-attivitajiet tal-produtturi kompetittivi. |
(4) |
Għalhekk, il-qafas legali attwali ma jidhirx li huwa kapaċi jwassal sabiex jinkisbu, b'mod sostenibbli, l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 33 tat-Trattat, u lanqas, b'mod partikolari, sabiex jiġi stabbilizzat is-suq ta' l-inbid u jiġi żgurat livell tajjeb ta' għajxien għal din il-komunità agrikola. |
(5) |
Għaldaqstant, fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba, bażikament jeħtieġ li jinbidel ir-reġim Komunitarju applikabbli għas-settur ta' l-inbid, bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet li ġejjin: it-tkattir tal-kompetittività tal-produtturi ta' l-inbid fl-UE; it-tisħiħ tar-reputazzjoni ta' l-inbid ta' kwalità tal-Komunità bħala l-aqwa fid-dinja; il-ksib mill-ġdid ta' swieq qodma u l-akkwist ta' swieq ġodda fil-Komunità u madwar id-dinja; il-ħolqien ta' reġim ta' l-inbid li jopera permezz ta' regoli ċari, sempliċi u effettivi li jibbilanċjaw il-provvista u d-domanda; il-ħolqien ta' reġim ta' l-inbid li jżomm l-aqwa tradizzjonijiet tal-produzzjoni ta' l-inbid fil-Komunità, li jsaħħaħ in-nisġa soċjali ta' ħafna żoni rurali, u li jiżgura li kull produzzjoni tirrispetta l-ambjent. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi rrevokat ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u jinbidel ma' dan ir-Regolament. |
(6) |
Dan ir-Regolament ġie ppreċedut minn proċess ta' valutazzjoni u konsulatazzjoni sabiex ġew identifikati u indirizzati aħjar il-ħtiġijiet tas-settur ta' l-inbid. Rapport estern ta' valutazzjoni ġie kkummissjonat u ppubblikat f'Novembru 2004. sabiex tagħti opportunità lill-partijiet involuti sabiex jesprimu fehmithom, il-Kummissjoni organizzat seminar fis-16 ta' Frar 2006. Fit-22 ta' Ġunju 2006 ġiet pubblikata Kommunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “Lejn settur ta' l-inbid Ewropew sostenibbli”, flimkien ma' Valutazzjoni ta' l-Impatt li fiha ġew elenkati numru ta' għażliet għar-riforma tas-settur ta' l-inbid. |
(7) |
Minn Lulju sa Novembru 2006, saru diskussjonijiet fil-Kunsill. F'Diċembru 2006, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni addottaw rapporti dwar l-alternattivi proposti għar-riforma tas-settur ta' l-inbid, kif imniżżla fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni. Il-15 ta' Frar 2007, il-Parlament Ewropew addotta rapport fuq l-inizjattiva tiegħu stess dwar il-Komunikazzjoni. Il-konklużjonijiet ta' dan ir-rapport tqiesu fit-tfassil ta' dan ir-Regolament. |
(8) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS Unika) ( 4 ) eventwalment għandu jkopri wkoll is-settur ta' l-inbid. Ir-Regolament dwar l-OKS Unika jinkludi dispożizzjonijiet ta' natura orizzontali, partikolarment dwar il-kummerċ ma' pajjiżi terzi, ir-regoli tal-kompetizzjoni, il-kontrolli u l-penali, u l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. Sabiex tiġi aġevolata l-inkorporazzjoni futura tagħhom, b'mod faċli, fir-Regolament dwar l-OKS Unika, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jirrigwardaw dawn il-kwistjonijiet orizzontali għandhom ikunu allinjati kemm jista' jkun ma' dawk inklużi fir-Regolament dwar l-OKS Unika. |
(9) |
Huwa importanti li jkunu pprovduti miżuri ta' appoġġ li jsaħħu l-istrutturi ta' kompetizzjoni. Filwaqt li dawn il-miżuri għandhom ikunu ffinanzjati u ddefiniti mill-Komunità, għandu jkun f'idejn l-Istati Membri li jagħżlu d-dispożizzjonijiet adatti għall-ħtiġijiet ta' l-entitajiet territorjali tagħhom, b'kont meħud tal-karatteristiċi partikolari tagħhom fejn meħtieġ, kif ukoll li jintegrawhom fil-programmi nazzjonali ta' appoġġ. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli wkoll għall-implimentazzjoni ta' dawn il-programmi. |
(10) |
Il-mezz finanzjarju għall-allokazzjoni tal-fondi għall-programmi nazzjonali ta' appoġġ fost l-Istati Membri għandu jkun relatat ma' is-sehem storiku tal-baġit ta' l-inbid bħala l-kriterju ewlieni, iż-żona mħawla bi dwieli u l-produzzjoni storika. Madankollu, dan il-mezz għandu jiġi aġġustat fir-rigward ta' sitwazzjonijiet fejn l-użu tas-sehem storiku tal-baġit ta' l-inbid bħala l-kriterju ewlieni jwassal għal distribuzzjoni mhux dovuta tal-fondi. |
(11) |
Miżura fondamentali li hija eliġibbli fir-rigward tal-programmi nazzjonali ta' appoġġ għandha tkun il-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' l-inbejjed tal-Komunità f'pajjiżi terzi. Fid-dawl ta' l-effetti strutturali pożittivi tagħhom fuq is-settur, l-attivitajiet ta' ristrutturazzjoni u trasformazzjoni għandhom ikomplu jkunu koperti. Għandu jkun disponibbli wkoll appoġġ għal investimenti fis-settur li jkunu mmirati li jtejbu l-prestazzjoni ekonomika ta' l-intrapriżi. L-appoġġ għad-distillazzjoni ta' prodotti sekondarji għandu jkun miżura disponibbli għall-Istati Membri li jixtiequ jużaw strument sabiex jiżguraw il-kwalità ta' l-inbid, waqt li jippreservaw l-ambjent. |
(12) |
Strumenti ta' prevenzjoni, bħall-assigurazzjoni tal-ħsad, il-fondi reċiproċi u l-ħsad bikri, għandhom ikunu eliġibbli għal għajnuna fil-qafas tal-programmi ta' appoġġ, sabiex titħeġġeġ strateġija responsabbli għal sitwazzjonjiet ta' kriżi. |
(13) |
Iż-żamma ta' xi miżuri tradizzjonali għal perijodu transitorju hija ġustifikata sabiex ittaffi dak li altrimenti jkun tmiem f'daqqa tal-miżuri soliti tas-suq li s'issa ġew iffinanzjati permezz tal-fondi Komunitarji. Il-miżuri kkonċernati huma appoġġ għad-distillazzjoni ta' alkoħol potabbli, appoġġ għad-distillazzjoni ta' kriżi u appoġġ għall-użu ta' most konċentrat ta' l-għeneb. |
(14) |
Fl-aħħarnett, għal diversi raġunijiet l-Istati Membri forsi jippreferu jagħtu għajnuna dissoċjata taħt l-Iskema ta' Pagament Uniku għall-bdiewa. Għalhekk, dan għandu jkun possibbli għall-Istati Membri u minħabba fil-karatteristiċi partikolari ta' l-Iskema ta' Pagament Uniku kwalunkwe trasferiment tali għandu jkun irriversibbli u jnaqqas b'mod korrispondenti l-baġit disponibbli għall-programmi nazzjonali ta' appoġġ fis-snin ta' wara. |
(15) |
Fejn ikun vijabbli, il-finanzjament mill-Komunità tal-miżuri eliġibbli għandu jkunu suġġett għall-konformità tal-produtturi kkonċernati ma' ċerti regoli ambjentali fis-seħħ. Kull nuqqas ta' konformità skopert f'dan ir-rigward għandu jwassal sabiex jitnaqqsu l-għajnuniet b'mod korrispondenti. |
(16) |
L-appoġġ għas-settur ta' l-inbid għandu jiġi wkoll minn miżuri strutturali taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta' l-20 ta' Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) ( 5 ). |
(17) |
Il-miżuri li ġejjin, inklużi fir-Regolament (KE) Nru 1698/2005, huma ta' interess għas-settur ta' l-inbid: l-istabbiliment ta' bdiewa żgħażagħ u ta' investimenti f'tagħmir tekniku u fit-titjib tal-kummerċjalizzazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali, appoġġ għall-informazzjoni u għall-promozzjoni għal organizzazzjonijiet ta' produtturi li jaddottaw l-iskema ta' kwalità, l-appoġġ agroambjentali, l-irtirar kmieni konċess għal bdiewa li jiddeċiedu li jtemmu kull attività agrikola kummerċjali b'mod definittiv sabiex jittrasferixxu l-azjenda lil bdiewa oħrajn. |
(18) |
Sabiex jiżdiedu l-mezzi finanzjarji disponibbli fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, jeħtieġ li jiġi stabbilit trasferiment progressiv ta' fondi għall-baġit taħt dan ir-Regolament meta l-ammonti rilevanti jkunu ta' ċertu kobor. |
(19) |
Għandhom japplikaw ċerti miżuri regolatorji fis-settur ta' l-inbid, b'mod partikolari għal raġunijiet ta' saħħa, kwalità u aspettattivi tal-konsumaturi. |
(20) |
L-Istati Membri li jipproduċu aktar minn 50 000 ettolitru kull sena għandhom jibqgħu responsabbli għall-klassifikazzjoni tal-varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid li minnhom jista' jsir l-inbid fit-territorji tagħhom. Ċerti varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid għandhom ikunu esklużi. |
(21) |
Ċerti prodotti koperti minn dan ir-Regolament għandhom ikunu kkummerċjalizzati fil-Komunità skond klassifikazzjoni speċifika ta' prodotti tad-dwieli u l-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti. |
(22) |
Il-prodotti koperti minn dan ir-Regolament għandhom jiġu prodotti skond ċerti regoli dwar il-prattika enoloġika u restrizzjonijiet, li jiggarantixxu li jiġi indirizzat it-tħassib rigward is-saħħa kif ukoll li jintlaħqu l-aspettattivi tal-konsumaturi fir-rigward tal-kwalità u l-metodi ta' produzzjoni. Għall-finijiet ta' flessibbiltà, iż-żamma ta' tali prattika aġġornata u l-awtorizzazzjoni ta' prattika ġdida għandhom isiru fil-livell ta' miżuri implimentattivi għajr fl-oqsma politikament sensittivi ta' l-arrikkiment u l-aċidifikazzjoni. Fil-każ ta' dawn ta' l-aħħar, il-Kunsill għandu jibqa' kompetenti fir-rigward ta' tibdiliet eventwali. |
(23) |
Iż-żieda tal-kontenut ta' alkoħol fl-inbid għandha tkun suġġetta għal ċerti limiti, u, fejn applikata, għandha ssir billi jiżdied ma' l-inbid most ta' l-għeneb konċentrat jew most ta' l-għeneb konċentrat irrettifikat jew sukrożju fejn dan ikun permess. Il-limiti fuq iż-żidiet f'arrikimenti permessi għandhom isiru aktar stretti milli kien il-każ s'issa. |
(24) |
Fid-dawl tal-kwalità fqira ta' l-inbid li jinkiseb mit-tagħsir żejjed, din il-prattika għandha tkun projbita. |
(25) |
Sabiex jintlaħqu l-istandards internazzjonali f'dan il-qasam, il-Kummissjoni għandha ġeneralment timxi fuq il-bażi tal-prattika enoloġika rakkomandata mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (l-OIV). |
(26) |
It-taħlit (coupage) ta' nbid li joriġina minn pajjiż terz ma' nbid tal-Komunità, u t-taħlit bejn inbejjed li joriġinaw minn pajjiżi terzi, għandhom jibqgħu pprojbiti fil-Komunità. Similarment, ċerti tipi ta' most, meraq ta' l-għeneb u għeneb frisk li joriġinaw minn pajjiżi terzi ma għandhomx jintużaw jew jiżdiedu fil-produzzjoni ta' l-inbid fit-territorju tal-Komunità. |
(27) |
Il-kunċett ta' l-inbejjed ta' kwalità fil-Komunità jissejjes, fost l-oħrajn, fuq il-karatteristiċi speċifiċi attribwibbli għall-oriġini ġeografika ta' l-inbid. Dawn l-inbejjed jiġu identifikati għall-konsumaturi permezz ta' denominazzjonijiet ta' l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, anki jekk f'dan ir-rigward is-sistema attwali għadha mhijiex żviluppata bis-sħiħ. Sabiex ikun permess qafas trasparenti u aktar elaborat li jsostni l-pretenzjoni ta' kwalità mill-prodotti kkonċernati, għandu jiġi stabbiliti reġim li taħtu jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet għal denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika konformement ma' l-approċċ segwit taħt il-politika orizzontali Komunitarja dwar il-kwalità, applikabbli għal oġġetti ta' l-ikel għajr l-inbid u l-ispirti, fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel ( 6 ). |
(28) |
Sabiex jinżammu l-karatteristiċi partikolari ta' kwalità ta' l-inbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li japplikaw regoli aktar stretti f'dan ir-rigward. |
(29) |
Sabiex jikkwalifikaw għall-protezzjoni fil-Komunità, id-denominazzjonijiet ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom ikunu rrikonoxxuti u rreġistrati fil-livell Komunitarju. Bil-għan li jiġi żgurat li l-ismijiet rispettivi jilħqu l-kondizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament, l-applikazzjonijiet għandhom jiġu eżaminati mill-awtoritajiet nazzjonali ta' l-Istat Membru kkonċernat, suġġett għall-konformità ma' dispożizzjonijiet komuni minimi, inkluża proċedura nazzjonali għall-oġġezzjoni. Wara dan, jaqbel li l-Kummissjoni teżamina bir-reqqa dawn id-deċiżjonijiet, sabiex tiżgura li l-applikazzjonijiet jissodisfaw il-kondizzjonijiet imniżżla f'dan ir-Regolament, u li l-approċċ fost l-Istati Membri huwa wieħed uniformi. |
(30) |
Il-protezzjoni għandha tkun miftuħa għal denominazzjonijiet ta' l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi ta' pajjiżi terzi, fejn dawn ikunu protetti fil-pajjiż ta' l-oriġini. |
(31) |
Il-proċedura ta' reġistrazzjoni għandha tippermetti lil kwalunkwe persuna naturali jew legali li jkollha interess leġittimu fi Stat Membru jew pajjiż terz teżerċita d-drittijiet tagħha billi tinnotifika l-oġġezzjonijiet li jkollha. |
(32) |
Id-denominazzjonijiet ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi rreġistrati għandhom igawdu mill-protezzjoni kontra użi li jisfruttaw b'mod mhux xieraq ir-reputazzjoni li ħaqqhom il-prodotti konformi. Sabiex titħeġġeġ il-kompetizzjoni ġusta u sabiex il-konsumaturi ma jiġux imqarrqa, din il-protezzjoni għandha tolqot ukoll prodotti u servizzi mhux koperti minn dan ir-Regolament, inklużi dawk li mhumiex stabbiliti fl-Anness I tat-Trattat. |
(33) |
Għandhom ikunu pprovduti proċeduri li jippermettu l-emendament ta' speċifikazzjonijiet tal-prodotti wara li tkun ingħatat il-protezzjoni, kif ukoll it-tħassir tad-denominazzjoni ta' l-oriġini jew ta' l-indikazzjoni ġeografika, partikolarment jekk m'għadhiex żgurata l-konformità ma' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti. |
(34) |
Id-denominazzjonijiet ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti fit-territorju Komunitarju għandhom ikunu suġġetti għal kontrolli, fejn possibbli f'konsistenza mar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 882/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa sabiex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta' l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta' l-annimali u mar-regoli dwar il-welfare ta' l-annimali ( 7 ), li jinkludi sistema ta' verifiki sabiex tiġi żgurata konformità ma' l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott ta' l-inbejjed konċernati. |
(35) |
L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jistabbilixxu miżata sabiex tkopri l-ispejjeż imġarrba, inklużi dawk imġarrba sabiex jiġu eżaminati applikazzjonijiet għall-protezzjoni, dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni, applikazzjonijiet għal emendamenti u talbiet għal kanċellazzjonijiet taħt dan ir-Regolament. |
(36) |
Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, id-denominazzjonijiet ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi li diġà jeżistu fil-Komunità għandhom ikunu eżenti mill-applikazzjoni tal-proċedura l-ġdida ta' eżaminar. Madankollu, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni t-tagħrif bażiku u l-atti li permezz tagħhom ikunu ġew rikonoxxuti fil-livell nazzjonali. Fin-nuqqas ta' dan, il-prodotti kkonċernati għandhom jitilfu l-protezzjoni tagħhom bħala denominazzjonijiet ta' l-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi. Barra minn hekk, għal raġunijiet ta' ċertezza legali, għandu jkun limitat l-ambitu ta' applikazzjoni għat-tħassir ta' denominazzjonijiet ta' l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi eżistenti. |
(37) |
Il-politika dwar il-kwalità hija regolata fil-livell nazzjonali f'ċerti Stati Membri skond id-dispożizzjonijiet u l-prattika nazzjonali. Dispożizzjonijiet u prattika bħal dawn jistgħu jkomplu. |
(38) |
Ċerti termini jintużaw tradizzjonalment fil-Komunità u jagħtu informazzjoni lill-konsumaturi dwar il-partikolaritajiet u l-kwalità ta' l-inbejjed li tikkomplementa l-informazzjoni mogħtija mid-denominazzjonijiet ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi. Sabiex jiġu żgurati l-funzjonament tas-suq intern u l-kompetizzjoni ġusta kif ukoll sabiex jiġi evitat li l-konsumaturi jiġu mqarrqin, dawk it-termini tradizzjonali għandhom ikunu eliġibbli għal protezzjoni fil-Komunità. |
(39) |
Id-deskrizzjoni, id-denominazzjoni u l-preżentazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament jistgħu jinfluwenzaw b'mod konsiderevoli l-prospetti ta' kummerċjalizzazzjoni tagħhom. Id-differenzi li jista' jkun hemm fost il-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward it-tikkettar tal-prodotti ta' l-inbid jistgħu jxekklu l-funzjonament tajjeb tas-suq intern. |
(40) |
Għaldaqstant, għandhom jiġu stipulati regoli li jqisu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi u tal-produtturi. Jeħtieġu għalhekk regoli Komunitarji dwar it-tikkettar. |
(41) |
Dawn ir-regoli għandhom jipprovdu għall-użu obbligatorju ta' ċerti termini sabiex jidentifikaw il-prodott skond il-kategoriji tal-bejgħ, u sabiex tingħata lill-konsumaturi ċerta informazzjoni importanti. L-użu ta' elementi oħrajn ta' informazzjoni fakultattiva għandu jiġi indirizzat ukoll fil-livell Komunitarju. |
(42) |
Għajr jekk ikun previst mod ieħor, ir-regoli dwar it-tikkettar fis-settur ta' l-inbid għandhom jikkomplementaw dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/13/KE ta' l-20 ta' Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta' liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti ta' l-ikel ( 8 ), li japplikaw orizzontalment. L-esperjenza turi li ħafna drabi ma jaqbilx li ssir distinzjoni bejn ir-regoli dwar it-tikkettar skond il-kategorija tal-prodotti ta' l-inbid. Għalhekk fil-prinċipju, ir-regoli għandhom japplikaw għall-kategoriji kollha differenti ta' nbid, inklużi l-prodotti importati. B'mod partikolari, għandhom jippermettu l-indikazzjoni ta' varjetà ta' għeneb ta' l-inbid u ta' ħsad fuq nbejjed mingħajr denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika, suġġetta għal rekwiżiti u eċċezzjonijiet li jirrigwardaw l-eżattezza tat-tikkettar u l-monitoraġġ rispettiv kif ukoll ir-riskju ta' konfużjoni tal-konsumaturi. |
(43) |
L-eżistenza u t-twaqqif ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi għad għandhom il-potenzjal li jikkontribwixxu għall-qadi tal-bżonnijiet tas-settur ta' l-inbid, kif definiti fil-livell Komunitarju. Il-fejda tagħhom għandha tkun fl-ambitu u fl-effiċjenza tas-servizzi li joffru lill-membri tagħhom. L-istess jgħodd għall-organizzazzjonijiet interprofessjonali. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-organizzazzjonijiet li jissodisfaw ċerti rekwiżiti definiti fil-livell Komunitarju. |
(44) |
Sabiex jittejjeb il-funzjonament tas-suq għal inbejjed, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jimplimentaw deċiżjonijiet meħuda minn organizzazzjonijiet interprofessjonali. Madankollu, l-ambitu ta' dawn id-deċiżjonijiet għandu jeskludi l-prattika li tista' tostakola l-kompetizzjoni. |
(45) |
Il-ħolqien ta' suq ewlieni Komunitarju jinvolvi l-introduzzjoni ta' sistema ta' kummerċ fil-fruntieri esterni tal-Komunità. Dan għandu jinkludi dazji għall-importazzjoni, u fil-prinċipju, għandu jistabbilizza s-suq Komunitarju. Is-sistema ta' kummerċ għandha tissejjes fuq l-obbligi internazzjonali tal-Komunità, b'mod partikolari dawk li jitnisslu mill-istrumenti ta' ftehim ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (World Trade Organisation, WTO). |
(46) |
Il-monitoraġġ tal-flussi kummerċjali huma fuq kollox kwistjoni ta' ġestjoni li għandha tiġi indirizzata b'mod flessibbli. B'konsegwenza ta' dan, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar ir-rekwiżiti tal-liċenzji, b'kont meħud tal-ħtieġa ta' liċenzji ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni għall-ġestjoni tas-swieq konċernati, u b'mod partikolari, għall-monitoraġġ ta' l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati. Madankollu, kondizzjonijiet ġenerali applikabbli għal dawn il-liċenzji għandhom ikunu stipulati f'dan ir-Regolament. |
(47) |
Fejn issir dispożizzjoni għal liċenzji ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni, għandha tiġi ddepożitata garanzija sabiex tiżgura li jsiru t-trasferimenti li għalihom jkunu nħarġu l-liċenzji. |
(48) |
Permezz tas-sistema tad-dazji għall-importazzjoni, il-miżuri protettivi l-oħra kollha fil-fruntieri esterni tal-Komunità mhumiex meħtieġa. Is-suq intern u l-mekkaniżmu tad-dazju jistgħu, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, juru li m'humiex adegwati. F'tali każijiet, sabiex is-suq Komunitarju ma jitħalliex mingħajr difiża kontra disturbi li eventwalment ikunu possibbli, il-Komunità għandha tkun tista' tieħu l-miżuri kollha meħtieġa mingħajr dewmien. Tali miżuri għandhom jikkonformaw ma' l-impenji internazzjonali tal-Komunità. |
(49) |
Sabiex jiġu evitati jew newtralizzati l-effetti negattivi fuq is-suq Komunitarju li jistgħu jiġu, aktar partikolarment, mill-importazzjonijiet tal-meraq ta' l-għeneb u tal-prodotti tal-most, dawn l-importazzjonijiet għandhom ikunu suġġetti għal ħlas ta' dazju addizjonali, jekk jiġu sodisfatti ċerti kondizzjonijiet. |
(50) |
Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq ta' l-inbid, u b'mod partikolari, sabiex jiġi evitat it-tfixkil tas-suq, għandha tkun provduta l-possibbiltà li jiġi pprojbit l-użu ta' arranġamenti ta' l-ipproċessar attiv jew passiv. Sabiex jirnexxi dan it-tip ta' strument ta' ġestjoni tas-suq, normalment irid jiġi applikat mingħajr wisq dewmien. Il-Kummissjoni għandha, għaldaqstant, tiġi fdata bis-setgħat relevanti. |
(51) |
Il-prodotti importati minn pajjiżi terzi għandhom ikunu suġġetti għar-regoli Komunitarji dwar il-kategoriji tal-prodotti, it-tikkettar, u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi. Għandhom ikunu akkumpanjati minn rapport ta' analiżi. |
(52) |
Huwa xieraq, taħt ċertu kondizzjonijiet, li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tiftaħ u tamministra kwoti tariffarji li jirriżultaw minn ftehim internazzjonali konklużi skond it-Trattat jew minn atti tal-Kunsill. |
(53) |
Fil-produzzjoni żejda ta' l-inbid il-Komunità marret għall-agħar minħabba ksur tal-projbizzjoni transizzjonali tat-taħwil ġdid. Jeżistu għadd sinifikanti ta' każijiet ta' taħwil illegali fil-Komunità, li jwasslu għal kompetizzjoni inġusta u jkattru l-problemi tas-settur ta' l-inbid. |
(54) |
Għandha ssir distinzjoni bejn dawk iż-żoni illegali li tħawlu qabel l-1 ta' Settembru 1998 u dawk li tħawlu wara, f'dak li jirrigwarda l-obbligi tal-produtturi lejn dawk iż-żoni. Żoni illegali mill-31 ta' Awwissu 1998 għandhom jingħataw l-aħħar opportunità għal regolarizzazzjoni skond il-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999. Għalhekk, id-dispożizzjoni korrispondenti f'dan ir-Regolament għandu jkollha effett retroattiv. |
(55) |
S'issa, iż-żoni illegali minn qabel l-1 ta' Settembru 1998 m'huma suġġetti għall-ebda obbligu ta' qlugħ mill-għeruq. Il-produtturi kkonċernati għandu jkunu obbligati li jirregolarizzaw is-sitwazzjoni tagħhom bil-ħlas ta' miżata. Jekk iż-żoni kkonċernati ma jiġux regolarizzati sal-31 ta' Diċembru 2009, il-produtturi għandhom ikunu obbligati li jaqilgħu d-dwieli fiż-żoni kkonċernati bi spejjeż tagħhom stess. In-nuqqas ta' konformità ma' dan il-qlugħ mill-għeruq obbligatorju għandu jwassal għall-ħlas ta' penali. |
(56) |
Skond is-sanzjoni stipulata fir-Regolament (KE) Nru 1493/1999, għandhom jinqalgħu d-dwieli f'dawk iż-żoni li jkunu tħawlu wara l-31 ta' Awwissu 1998 bi ksur tal-projbizzjoni korrispondenti. In-nuqqas ta' konformità ma' dan il-qlugħ mill-għeruq obbligatorju għandu jwassal għall-ħlas ta' penali. |
(57) |
Sakemm jiġu implimentati l-miżuri ta' regolarizzazzjoni u qlugħ mill-għeruq, l-inbid minn żoni mħawla bi ksur tal-projbizzjoni u li ma jkunux ġew irregolarizzati skond ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999, ma għandux jitqiegħed fis-suq għajr għad-distillazzjoni bi spejjeż tal-produttur konċernat. Il-preżentazzjoni mill-produtturi ta' kuntratti ta' distillazzjoni għandha tiżgura monitoraġġ ta' din ir-regola aħjar minn dak li sar s'issa. |
(58) |
Filwaqt li l-projbizzjoni transizzjonali tat-taħwil ġdid kellha ċertu effett fuq il-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda fis-suq ta' l-inbid, fl-istess ħin ħolqot xkiel għall-produtturi kompetittivi li jixtiequ jwieġbu għaż-żieda fid-domanda b'mod flessibbli. |
(59) |
Peress li għadu ma ntlaħaqx bilanċ fis-suq, u peress li l-miżuri ta' akkumpanjament, bħall-iskema ta' qlugħ mill-għeruq, jeħtieġu ċertu żmien sakemm ikollhom effett, jaqbel li tinżamm il-projbizzjoni fuq it-taħwil ġdid sal-31 ta' Diċembru 2015. Madankollu, il-projbizzjoni għandha titneħħa minn dik id-data 'l quddiem sabiex il-produtturi kompetittivi jkunu jistgħu jwieġbu liberament għall-kondizzjonijiet tas-suq. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jestendu l-projbizzjoni għat-territorji tagħhom sal-31 ta' Diċembru 2018 jekk jikkunsidraw dan bħala meħtieġ. |
(60) |
L-awtorizzazzjoni eżistenti tat-taħwil ġdid ta' żoni maħsubin għall-mixtliet għat-tilqim, għall-konsolidazzjoni ta' l-art u għax-xiri obbligatorju, kif ukoll għal esperimenti ta' vitikultura, uriet li ma toħloqx xkiel għas-suq ta' l-inbid, u għaldaqstant għandha tibqa' fis-seħħ, suġġetta għall-kontrolli li jkunu meħtieġa. |
(61) |
Fejn il-produtturi jintrabtu li jaqilgħu d-dwieli f'żoni mħawla ekwivalenti, għandhom jibqgħu jingħataw id-drittijiet ta' taħwil mill-ġdid, għax dan it-taħwil ġeneralment ma jkollu l-ebda effett fuq il-produzzjoni. |
(62) |
Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jawtorizzaw it-trasferiment ta' drittijiet ta' taħwil mill-ġdid lil azjenda oħra, suġġett għal kontrolli stretti, sakemm dan it-trasferiment isir favur il-kwalità, jikkonċerna ż-żoni maħsubin għall-mixtliet għat-tilqim, jew ikun marbut mat-trasferiment ta' parti mill-azjenda. Dawn it-trasferimenti għandhom jinżammu fl-istess Stat Membru. |
(63) |
Sabiex tittejjeb il-ġestjoni tal-potenzjal tal-vitikultura, u sabiex jiġi promoss l-użu effiċjenti tad-drittijiet ta' taħwil u b'hekk ikompli jittaffa l-effett tar-restrizzjoni transizzjonali fuq it-taħwil, is-sistemi tar-riservi nazzjonali jew reġjonali għandhom jibqgħu. |
(64) |
L-Istati Membri għandhom jingħataw kompetenzi wiesgħa fil-ġestjoni tar-riservi, suġġetta għall-kontrolli li jkunu meħtieġa, sabiex ikunu jistgħu jaddattaw aħjar l-użu tad-drittijiet ta' taħwil ta' dawn ir-riservi mal-ħtiġijiet lokali. Dawn il-kompetenzi għandhom jinkludu l-possibbiltà li jinxtraw drittijiet ta' taħwil sabiex jiffinanzjaw ir-riserva, kif ukoll li jinbigħu drittijiet ta' taħwil mir-riserva. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jibqgħu awtorizzati li ma japplikawx is-sistema tar-riserva, bil-kondizzjoni li jkunu jistgħu jagħtu prova li diġà għandhom sistema effiċjenti ta' amministrazzjoni tad-drittijiet ta' taħwil. |
(65) |
L-għoti ta' benefiċċji speċifiċi lil produtturi żgħażagħ ta' l-inbid jista' jħaffef mhux biss l-istabbiliment tagħhom iżda wkoll l-addattament strutturali ta' l-azjendi tagħhom wara l-istabbiliment inizjali. Għaldaqstant, dawn il-produtturi għandhom ikunu eliġibbli għall-għoti ta' drittijiet mir-riservi mingħajr ħlas. |
(66) |
Sabiex jiġi żgurat li r-riżorsi jintużaw bl-aktar mod effiċjenti possibbli, u sabiex il-provvista tkun aġġustata aħjar għad-domanda, id-drittijiet ta' taħwil għandhom jintużaw mir-riċevituri tagħhom fi żmien raġjonevoli. Fin-nuqqas ta' dan, għandhom ikunu allokati jew riallokati lir-riservi. Għall-istess raġunijiet, id-drittijiet fir-riserva għandhom jingħataw fi żmien raġjonevoli. |
(67) |
L-Istati Membri fejn ir-reġim tad-dritt ta' taħwil ma kienx japplika sal-31 ta' Diċembru 2007 għandhom ikunu eżenti mill-projbizzjoni transizzjonali fuq it-taħwil ġdid. |
(68) |
Bħala miżura komplementari bil-għan li jinħoloq settur ta' l-inbid adatt għall-kondizzjonijiet tas-suq, għandha tiddaħħal skema ta' qlugħ mill-għeruq. Fejn il-produtturi jqisu li l-kondizzjonijiet f'ċerti żoni ma jwasslux għal produzzjoni vijabbli, dawn għandhom jingħataw l-għażla li jnaqqsu l-ispejjeż tagħhom u jirtiraw b'mod permanenti dawn iż-żoni mill-produzzjoni ta' l-inbid u għandhom ikunu jistgħu jwettqu attivitajiet alternattivi fiż-żona rilevanti jew jirtiraw mill-produzzjoni agrikola għal kollox. |
(69) |
L-esperjenza turi li jekk jitħalla f'idejn l-Istati Membri li jippermettu l-qlugħ mill-għeruq bi ħlas ta' premium, ikun hemm ir-riskju li kemm il-miżura kif ukoll l-effetti mistennija fuq il-provvista jkunu ineffettivi. Għaldaqstant, b'kuntrast mar-reġim attwali, il-produtturi għandhom ikunu ġeneralment eliġibbli sabiex jieħdu sehem fl-iskema tal-qlugħ mill-għeruq, u għandu jkollhom id-dritt esklussiv li jiddeċiedu japplikawx jew le. Bħala kumpens, għandu jingħatalhom premium għal kull ettaru ta' dwieli maqlugħa mill-għeruq. Madankollu, l-Istati Membri fejn il-produzzjoni ta' l-inbid hija anqas minn 50 000 ettolitru fis-sena m'għandux ikollhom aċċess għall-iskema tal-qlugħ mill-għeruq peress li ma jaffettwawx sostanzjalment il-produzzjoni fil-Komunità. |
(70) |
Jeħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiffissaw, fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi, il-livelli speċifiċi tal-premium għall-qlugħ mill-għeruq, skond ċerti skali stabbiliti mill-Kummissjoni. |
(71) |
Sabiex jiġi garantit it-trattament responsabbli taż-żoni fejn jinqalgħu d-dwieli, id-dritt għal premium għandu jiddependi mill-konformità mar-regoli ambjentali applikabbli min-naħa tal-produtturi kkonċernati. Kull nuqqas ta' konformità skopert għandu jwassal sabiex il-premium għall-qlugħ mill-għeruq jitnaqqas b'mod proporzjonali. |
(72) |
Sabiex jiġu evitati problemi ambjentali, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jeskludu l-qlugħ tad-dwieli f'żoni tal-muntanji, ta' għoljiet weqfin u ta' xi gżira żgħira, kif ukoll fil-każ ta' tħassib ambjentali, skond kundizzjonijiet speċifiċi. Konformement mal-politika għar-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Komunità, l-iskema tal-qlugħ tad-dwieli m'għandhiex tapplika fl-Azores, f'Madejra u fil-Gżejjer Kanarji. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jwaqqfu l-qlugħ mill-għeruq fejn iż-żona totali maqlugħa mill-għeruq tilħaq 8 % taż-żoni tagħhom imħawlin bid-dwieli (10 % fil-livell reġjonali). |
(73) |
Fejn fi Stat Membru ż-żona maqlugħa mill-għeruq teċċedi 15 % taż-żona totali tiegħu mħawla bi dwieli, għandu jkun possibbli li l-qlugħ mill-għeruq ikun limitat sa 15 % f'dak l-Istat Membru sabiex tiġi evitata konċentrazzjoni sproporzjonata tar-riżorsi tal-qlugħ mill-għeruq bi ħsara għal Stati Membri oħrajn. Barra minn hekk, għandu jsir possibbli li l-qlugħ mill-għeruq jieqaf f'sena partikolari meta ż-żona maqlugħa mill-għeruq tilħaq is-6 % miż-żona totali tagħha mħawla bid-dwieli. |
(74) |
Iż-żona agrikola li kienet użata għat-tkabbir tad-dwieli, ladarba maqlugħa mill-għeruq, għandha tikkwalifika bħala żona eliġibbli taħt l-Iskema ta' Pagament Uniku, kif ukoll li tirċievi l-għajnuna diretta dissoċjata korrispondenti għall-medja reġjonali, li, għal raġunijiet baġitarji, ma għandhiex taqbeż ċerta somma. |
(75) |
L-għoti mhux kwalifikat ta' għajnuniet nazzjonali jista' jfixkel il-funzjonament tajjeb tas-suq waħdieni. Għaldaqstant fil-prinċipju, jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jirregolaw l-għajnuniet mill-Istat ikunu applikati għall-prodotti koperti mill-organizzazzjoni komuni tas-suq għall-inbid. Min-naħa l-oħra, id-dispożizzjonijiet dwar il-premium għall-qlugħ mill-għeruq, flimkien ma' ċerti miżuri fil-qafas tal-programmi ta' appoġġ, ma għandhomx ikunu xkiel għall-għoti ta' għajnuna nazzjonali bl-istess għanijiet. |
(76) |
Sabiex ikun hemm ġestjoni aħjar tal-potenzjal tal-vitikultura, jixraq li l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni inventarju tal-potenzjal ta' produzzjoni tagħhom. L-informazzjoni kontenuta fih għandha tkun ibbażata fuq ir-reġistru tal-vinji li għandu jinżamm u jiġi aġġornat regolarment . Id-dettalji tar-reġistru għandhom ikunu stabbiliti mir-regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) 2392/86 ta' l-24 ta' Lulju 1986 li jistabbilixxi Reġistru tal-Komunità għall-Oqsma tad-Dwieli ( 9 ), għalhekk għandu jiġi revokat. sabiex l-Istati Membri jitħeġġew jibagħtu l-inventarju, l-appoġġ għar-ristrutturazzjoni u t-trasformazzjoni għandu jkun limitat għal dawk l-Istati Membri li jkunu bagħtuh. |
(77) |
Bil-għan li tkun disponibbli l-informazzjoni meħtieġa sabiex isiru d-deċiżjonijiet rilevanti amministrattivi u ta' politika, il-produtturi ta' l-għeneb ta' l-inbid, tal-most u ta' l-inbid għandhom jissottomettu dikjarazzjoni tal-ħsad. L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi li jirrikjedu li n-negozjanti ta' l-għeneb għall-produzzjoni ta' l-inbid jiddikjaraw kull sena l-kwantitajiet kummerċjalizzati mill-aħħar ħsad. Il-produtturi tal-most u ta' l-inbid, u n-negozjanti għajr dawk bl-imnut, għandhom jiddikjaraw il-ħażniet tagħhom ta' most u ta' nbid. |
(78) |
Sabiex jiġi stabbilit livell sodifaċenti ta' traċċabbiltà tal-prodotti kkonċernati, partikolarment fl-interess tal-protezzjoni tal-konsumatur, għandu jkun provdut li l-prodotti kollha koperti minn dan ir-Regolament ikollhom dokument ta' akkumpanjament meta jiċċirkolaw fil-Komunità. |
(79) |
Sabiex jiġu indirizzati każijiet ġustifikati ta' kriżi wara t-tmiem tal-miżura ta' appoġġ transizzjonali għad-distillazzjoni ta' kriżi prevista taħt il-programmi ta' appoġġ fl-2012 l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprovdu għajnuna għad-distillazzjoni ta' kriżi f'limitu baġitarju globali ta' 15 % tal-valur rispettiv tal-baġit annwali rilevanti ta' l-Istat Membru għall-programm nazzjonali ta' appoġġ. Kwalnukwe għajnuna tali għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni u approvata skond dan ir-Regolament qabel ma tingħata. |
(80) |
Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni ( 10 ). |
(81) |
L-infiq imġarrab mill-Istati Membri b'konsegwenza ta' l-obbligi li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu ffinanzjati mill-Komunità konformement mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni ( 11 ). |
(82) |
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinnotifikaw lil xulxin it-tagħrif meħtieġ għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(83) |
Sabiex jiġi garantit il-qadi ta' l-obbligi stipulati f'dan ir-Regolament, jeħtieġ li jsiru kontrolli u li jkunu applikati sanzjonijiet fil-każ ta' nuqqas ta' konformità ma' dawn l-obbligi. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat sabiex tistabbilixxi r-regoli korrispondenti, inklużi dawk li jikkonċernaw l-irkupru ta' pagamenti li tħallsu mingħajr bżonn, kif ukoll l-obbligi ta' rrappurtar ta' l-Istati Membri. |
(84) |
L-awtoritajiet ta' l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli li jiżguraw il-konformità ma' dan ir-Regolament, u għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tissorvelja u tiżgura din il-konformità. |
(85) |
Sabiex tiġi prevista l-inkorporazzjoni tas-settur ta' l-inbid fl-Iskema ta' Pagament Uniku, iż-żoni kollha attivi fil-vitikultura għandhom ikunu eliġibbli għall-Iskema ta' Pagament Uniku prevista fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa ( 12 ). |
(86) |
Il-vitikulturi fil-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja għandhom igawdu mill-introduzzjoni tal-komponent ta' l-inbid fl-Iskema ta' Pagament Uniku, taħt l-istess kondizzjonijiet bħall- vitikulturi fil-Komunità kif kostitwita fit-30 ta' April 2004. Għaldaqstant, il-komponent ta' l-inbid fl-Iskema ta' Pagament Uniku ma għandux ikun suġġett għall-applikazzjoni ta' l-iskeda ta' żidiet prevista fl-Artikolu 143a tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. |
(87) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 tas-17 ta' Diċembru 2007 dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi ( 13 ) għandhom jiġu emendati kif meħtieġ. |
(88) |
Il-bidla mill-arranġamenti fir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u r-Regolamenti l-oħrajn fis-settur ta' l-inbid għal dawk f'dan ir-Regolament tista' tagħti lok għal diffikultajiet li mhumiex kontemplati minn dan ir-Regolament. Sabiex tiġi ttrattata din l-eventwalità, għandha ssir dispożizzjoni sabiex il-Kummissjoni tadotta l-miżuri transitorji meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha wkoll tiġi awtorizzata sabiex tirriżolvi problemi speċifiċi, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTIVI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli speċifici li japplikaw għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti imsemmijin fil-Parti XII ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
2. Fir-rigward tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1, dan ir-Regolament jipprovdi għal:
(a) miżuri ta' appoġġ,
(b) miżuri regolatorji,
(ċ) regoli dwar kummerċ ma' pajjiżi terzi,
(d) regoli li jiggvernaw il-potenzjal tal-produzzjoni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stipulati fl-Anness I.
TITOLU II
MIŻURI TA' APPOĠĠ
KAPITOLU I
Programmi ta' appoġġ
Artikolu 3
Kamp ta' applikazzjoni
Dan il-Kapitolu jistabbilixxi r-regoli li jirregolaw l-għoti ta' fondi Komunitarji lill-Istati Membri u l-użu ta' dawk il-fondi mill-Istati Membri permezz ta' programmi nazzjonali ta' appoġġ (minn hawn 'il quddiem “programmi ta' appoġġ”) sabiex jiffinanzjaw miżuri ta' appoġġ speċifiċi li jassistu s-settur ta' l-inbid.
Artikolu 4
Kompatibbiltà u koerenza
1. Il-programmi ta' appoġġ għandhom ikunu kompatibbli mal-liġi Komunitarja u konsistenti ma' l-attivitajiet, il-politika u l-prijoritajiet tal-Komunità.
2. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-programmi ta' appoġġ u jiżguraw li jkunu internalment konsistenti u mfasslin u implimentati b'mod oġġettiv, b'kont meħud tas-sitwazzjoni ekonomika tal-produtturi kkonċernati u l-ħtieġa li jiġi evitat trattament mhux ġustifikat bejn il-produtturi.
L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli sabiex jagħmlu provvedimenti għal, u jwettqu, l-kontrolli u l-penali neċessarji f'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-programmi ta' appoġġ.
3. L-ebda appoġġ ma għandu jingħata:
(a) għal proġetti ta' riċerka u miżuri sabiex jappoġġjaw proġetti ta' riċerka;
(b) għal miżuri li jinsabu fil-programmi ta' żvilupp rurali ta' l-Istati Membri taħt ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005.
Artikolu 5
Il-preżentazzjoni tal-programmi ta' appoġġ
1. Kull Stat Membru produttur imsemmi fl-Anness II, għandu, għall-ewwel darba sat-30 ta' Ġunju 2008, jippreżenta lill-Kummissjoni abbozz ta' programm ta' appoġġ għal ħames snin li jkun fih il-miżuri konformement ma' dan il-Kapitolu.
Il-miżuri ta' appoġġ fil-programmi ta' appoġġ għandhom jitfasslu fil-livell ġeografiku li l-Istati Membri jqisu l-aktar xieraq. Qabel ma jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni, il-programm ta' appoġġ għandu jkun suġġett għal konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet u organizzazzjonijiet kompetenti fil-livell territorjali xieraq.
Kull Stat Membru għandu jippreżenta abbozz ta' programm uniku li jista' jakkomoda karatteristiċi partikolari reġjonali.
2. Il-programmi ta' appoġġ għandhom jibdew japplikaw tliet xhur wara li jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni.
Madankollu, jekk il-programm ta' appoġġ preżentat ma jkunx konformi mal-kondizzjonijiet stipulati f'dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru b'dan. F'dan il-każ, l-Istat Membru għandu jippreżenta programm ta' appoġġ rivedut lill-Kummissjoni. Il-programm rivedut isir applikabbli xahrejn wara n-notifika sakemm ma jkunx għad hemm xi inkompatibbiltà. Jekk iva dan is-subparagrafu għandu japplika.
3. Il-paragrafu 2 għandu japplika mutatis mutandis għal bidliet fi programmi ta' appoġġ preżentati mill-Istati Membri.
4. L-Artikolu 6 m'għandux japplika meta l-unika miżura ta' Stat Membru fi programm ta' appoġġ tkun tikkonsisti mit-trasferiment għall-Iskema ta' Pagament Uniku msemmija fl-Artikolu 9. F'dak il-każ għandu japplika l-Artikolu 21 fir-rigward biss tal-paragrafu 1 tiegħu u b'rabta mas-sena meta jseħħ it-trasferiment.
Artikolu 6
Kontenut tal-programmi ta' appoġġ
Il-programmi ta' appoġġ għandhom jikkonsistu mill-elementi li ġejjin:
(a) deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri proposti kif ukoll l-għanijiet kwantifikati tagħhom;
(b) ir-riżultati ta' konsultazzjonijiet li saru;
(ċ) valutazzjoni li turi l-impatt mistenni kemm tekniku, ekonomiku, ambjentali u soċjali;
(d) skeda għall-implimentazzjoni tal-miżuri;
(e) tabella tal-finanzjament ġenerali li turi r-riżorsi li ser jintużaw u l-allokazzjoni indikattiva mbassra tar-riżorsi bejn il-miżuri skond il-limiti kif previsti fl-Anness II;
(f) il-kriterji u l-indikaturi kwantitattivi li se jintużaw għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni kif ukoll il-passi meħuda sabiex jiżguraw li l-programmi ta' appoġġ jiġu implimentati b'mod xieraq u effettiv;
(g) isem l-awtoritajiet u l-entitajiet kompetenti responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programm ta' appoġġ.
Artikolu 7
Miżuri eliġibbli
1. Il-programmi ta' appoġġ għandu jkun fihom waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:
(a) appoġġ għall-Iskema ta' Pagament Uniku skond l-Artikolu 9;
(b) promozzjoni skond l-Artikolu 10;
(ċ) ir-ristrutturazzjoni u l-konverżjoni tal-vinji konformement ma' l-Artikolu 11;
(d) il-ħsad bikri konformement ma' l-Artikolu 12;
(e) fondi reċiproċi konformement ma' l-Artikolu 13;
(f) l-assigurazzjoni tal-ħsad konformement ma' l-Artikolu 14;
(g) investimenti konformement ma' l-Artikolu 15;
(h) distillazzjoni tal-prodotti sekondarji konformement ma' l-Artikolu 16;
(i) distillazzjoni ta' alkoħol potabbli konformement ma' l-Artikolu 17;
(j) distillazzjoni ta' kriżi konformement ma' l-Artikolu 18;
(k) l-użu ta' most ta' l-għeneb konċentrat konformement ma' l-Artikolu 19.
2. Programmi ta' appoġġ m'għandux ikun fihom miżuri oħrajn għajr dawk elenkati fl-Artikoli 9 sa 19.
Artikolu 8
Regoli ġenerali dwar il-programmi ta' appoġġ
1. L-allokazzjoni tal-fondi Komunitarji disponibbli kif ukoll il-limiti tal-baġit huma previsti fl-Anness II.
2. L-appoġġ Komunitarju għandu jingħata biss għall-infiq eliġibbli mġarrba wara l-preżentazzjoni tal-programm ta' appoġġ rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 5(1).
3. L-Istati Membri ma għandhomx jikkontribwixxu għall-ispejjeż ta' miżuri finanzjati mill-Komunità taħt il-programmi ta' appoġġ.
4. B'deroga mill-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna nazzjonali skond ir-regoli Komunitarji rilevanti dwar għajnuna mill-Istat għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 10, 14 u 15.
Ir-rata massima ta' għajnuna kif stipulata fir-regoli Komunitarji rilevanti dwar għajnuniet mill-Istat għandha tapplika għall-finanzjament pubbliku globali inklużi kemm fondi Komunitarji kif ukoll nazzjonali.
Artikolu 9
Skema ta' Pagament Uniku u appoġġ għall-vitikulturi
1. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu appoġġ għall-vitikulturi billi jallokawlhom drittijiet għal pagamenti fis-sens tal-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 skond il-punt O ta' l-Anness VII ta' dak ir-Regolament.
2. L-Istati Membri li jkollhom il-ħsieb li jagħmlu użu mill-possibbiltà msemmija fil-paragrafu 1, għandhom jipprevedu tali appoġġ fil-programmi ta' appoġġ tagħhom inkluż, fir-rigward ta' trasferimenti sussegwenti ta' fondi għall-Iskema ta' Pagament Uniku, bħala tibdil għal dawk il-programmi skond l-Artikolu 5(3).
3. Malli jkun effettiv, l-appoġġ kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu:
(a) jibqa' fl-Iskema ta' Pagament Uniku u ma jibqax disponibbli, jew isir disponibbli skond l-Artikolu 5(3), għall-miżuri elenkati fl-Artikolu 10 sa 19 fis-snin sussegwenti għall-operazzjoni tal-programmi ta' appoġġ;
(b) inaqqas b'mod proporzjonat l-ammont ta' fondi disponibbli għall-mizuri elenkati fl-Artikolu 10 sa 19 fil-programmi ta' appoġġ.
Artikolu 10
Il-promozzjoni fis-swieq tal-pajjiżi terzi
1. L-appoġġ skond dan l-Artikolu għandu jkopri miżuri informattivi u promozzjonali dwar inbejjed Komunitarji f'pajjiżi terzi, u b'hekk tissaħħaħ il-kompetittività tagħhom f'dawk il-pajjiżi.
2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jirriferu għal inbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, jew inbejjed b'indikazzjoni tal-varjetà ta' l-għeneb ta' l-inbid.
3. Il-miżuri msemmijin fil-paragrafu 1 jistgħu jikkonsistu biss minn:
(a) relazzjonijiet pubbliċi, miżuri promozzjonali jew pubbliċitarji, b'mod partikolari l-enfasi fuq il-vantaġġi tal-prodotti Komunitarji, speċjalment rigward kwalità, sikurezza ta' l-ikel jew il-protezzjoni ta' l-ambjent;
(b) parteċipazzjoni f'avvenimenti, fieri jew esibizzjonijiet ta' importanza internazzjonali;
(ċ) kampanji informattivi, b'mod partikolari fuq is-sistemi Komunitarji li jkopru denominazzjonijiet ta' l-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u l-produzzjoni organika;
(d) studji ta' swieq ġodda, meħtieġa għat-tkabbir tas-swieq;
(e) l-istudji sabiex jiġu evalwati r-riżultati tal-miżuri promozzjonali u tat-tagħrif.
4. Il-kontribuzzjoni Komunitarja għal attivitajiet promozzjonali ma għandhiex taqbeż il-50 % ta' l-infiq eliġibbli.
Artikolu 11
Ristrutturazzjoni u konverżjoni ta' vinji
1. L-għan tal-miżuri relatati mar-ristrutturazzjoni u t-trasformazzjoni tal-vinji għandu jkun li tiżdied il-kompetittività tal-produtturi ta' l-inbid.
2. Ir-ristrutturazzjoni u t-trasformazzjoni tal-vinji għandhom ikunu appoġġjati taħt dan l-Artikolu biss jekk l-Istati Membri jippreżentaw inventarju tal-potenzjal produttiv tagħhom skond l-Artikolu 109.
3. L-appoġġ għar-ristrutturazzjoni u t-trasformazzjoni tal-vinji jista' jkopri biss waħda jew aktar minn dawn l-attivitajiet li ġejjin:
(a) konverżjoni varjetali, inkluż permezz ta' tilqim fuq ieħor;
(b) ri-allokazzjoni ta' l-oqsma tad-dwieli;
(ċ) titjib fit-teknika ta' ġestjoni ta' vinji.
L-iskema m'għandhiex tkopri t-tiġdid normali ta' vinji li jkunu waslu fi tmiem il-ħajja naturali tagħhom.
4. L-appoġġ għar-ristrutturazzjoni u l-konverżjoni tal-vinji jista' jieħu l-forom li ġejjin biss:
(a) kumpens lill-produtturi għat-telf fid-dħul minħabba l-implimentazzjoni tal-miżura;
(b) kontribuzzjoni lejn l-ispejjeż ta' ristrutturazzjoni u konverżjoni.
5. Kumpens lill-produtturi għat-telf fid-dħul kif imsemmi fil-paragrafu 4(a) jista' jkopri sa 100 % tat-telf rilevanti u jieħu waħda minn dawn il-forom li ġejjin:
(a) minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II tat-Titolu V, il-permess għall-koeżistenza ta' dwieli kemm qodma kif ukoll ġodda għal perijodu fiss li m'għandux jaqbeż tliet snin, sa tmiem ir-reġim transitorju rigward id-drittijiet tat-taħwil;
(b) kumpens finanzjarju.
6. Il-kontribuzzjoni Komunitarja għall-ispejjeż reali ta' ristrutturazzjoni u trasformazzjoni tal-vinji ma għandhiex taqbeż l-50 %. F'reġjuni kklassifkati bħala reġjuni ta' konverġenza skond ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 ( 14 ), il-kontribuzzjoni Komunitarja għall-ispejjeż ta' ristrutturazzjoni u trasformazzjoni m'ghandhomx jaqbżu l-75 %.
Artikolu 12
Il-ħsad bikri
1. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, ħsad bikri tfisser il-qerda totali jew il-qtugħ ta' għenieqed ta' l-għeneb meta jkunu għadhom ma sarux, u b'hekk titnaqqas il-produzzjoni taż-żona rilevanti.
2. L-appoġġ għal ħsad bikri għandu jikkontribwixxi sabiex jerġa' jinkiseb il-bilanc bejn il-provvista u d-domanda fis-suq ta' l-inbid fil-Komunità, sabiex jiġu evitati kriżijiet fis-suq.
3. L-appoġġ għal ħsad bikri jista' jingħata bħala kumpens f'forma ta' pagament b'rata fissa għal kull ettaru li jrid jiġi ddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat.
Il-pagament m'għandux jaqbeż il-50 % tas-somma ta' l-ispejjeż diretti u t-telf fid-dħul relatati mal-qerda jew il-qtugħ ta' għenieqed ta' għeneb.
4. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu sistema bbażata fuq kriterji oġġettivi sabiex jiżguraw li l-miżura tal-ħsad bikri ma twassalx għal kumpens għal produtturi individwali ta' l-inbid ogħla mil-limiti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3.
Artikolu 13
Fondi reċiproċi
1. L-appoġġ għall-istabbiliment ta' fondi reċiproċi għandu jipprovdi għajnuna lill-produtturi li jfittxu li jassiguraw ruħhom kontra ċaqliq fis-suq.
2. L-appoġġ għall-istabbiliment ta' fondi reċiproċi jista' jingħata fil-forma ta' għajnuna temporanja u digressiva sabiex tkopri l-ispejjeż amministrattivi tal-fondi.
Artikolu 14
Assigurazzjoni tal-ħsad
1. L-appoġġ għall-assigurazzjoni tal-ħsad għandu jikkontribwixxi sabiex jipproteġi d-dħul tal-produtturi meta jintlaqtu minn diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi negattivi, mard jew impestazzjonijiet mid-dud.
2. L-appoġġ għal assigurazzjoni fuq ħsad jista' jingħata fil-forma ta' kontribuzzjoni Komunitarja finanzjarja li ma tistax taqbeż:
(a) 80 % ta' l-ispiża fil-premiums ta' l-assigurazzjoni mħallsin mill-produtturi għal assigurazzjoni kontra telf minħabba avvenimenti klimatiċi negattivi li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali;
(b) 50 % ta' l-ispiża tal-premji ta' l-assigurazzjoni imħallsa mill-produtturi għall-assigurazzjoni kontra:
(i) telf imsemmi f' (a) u kontra telf ieħor kkawżat minn avvenimenti klimatiċi negattivi;
(ii) telf kawżat minn annimali, mard tal-pjanti jew impestazzjonijiet mid-dud.
3. L-appoġġ għal assigurazzjoni fuq il-ħsad jista' jingħata biss jekk il-pagamenti ta' kumpens konċernati lill-produtturi mill-assigurazzjoni ma jkunux aktar minn 100 % tat-telf imġarrab fid-dħul, waqt li jitqies kwalunkwe kumpens li setgħu ħadu l-produtturi minn skemi oħra ta' appoġġ relatati mar-riskju assigurat.
4. L-appoġġ għal assigurazzjoni fuq ħsad ma għandux jgħawweġ il-kompetizzjoni fis-suq ta' l-assigurazzjoni.
Artikolu 15
Investimenti
1. Jista' jingħata appoġġ għal investimenti tanġibbli jew intanġibbli f'faċilitajiet ta' pproċessar, infrastruttura ta' l-inbid u kummerċjalizzazzjoni ta' nbid, li jtejbu l-prestazzjoni ġenerali ta' l-intrapriżi u li jikkonċerna wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a) il-produzzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti msemmijin fl-Anness IV;
(b) l-iżvilupp ta' prodotti, proċessi u teknoloġiji ġodda relatati mal-prodotti msemmijin fl-Anness IV.
2. L-appoġġ skond il-paragrafu 1 fir-rata massima tiegħu għandu jkun limitat għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju fis-sens tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju ( 15 ). Għat-territorji ta' l-Azores, il-Madejra, il-Gżejjer Kanarji, l-iżgħar gżejjer ta' l-Eġew fis-sens tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer iż-żgħar tal-gżejjer ta' l-Eġew ( 16 ) u għad-dipartimenti extra-Ewropej ta' Franza, ma għandu japplika l-ebda limitu fuq id-daqs għar-rata massima. Għall-intrapriżi li m'humiex koperti mill-Artikolu 2(1) tat-Titolu I ta' l-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE b'inqas minn 750 impjegat jew b'fatturat ta' inqas minn EUR 200 miljun, l-intensità ta' għajnuna massima hija mnaqqsa b'nofs.
M'għandux jingħata appoġġ għal intrapriżi f'diffikultajiet fis-sens tal-linji gwida Komunitarji dwar għajnuna mill-istat sabiex ikunu salvati u ristrutturati ditti f'diffikultajiet.
3. L-infiq eliġibbli għandu jeskludi l-elementi msemmijin fl-Artikolu 71(3)(a) sa (c) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.
4. Dawn ir-rati massimi ta' għajnuna f'relazzjoni ma' l-ispejjeż eliġibbli ta' investiment għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni Komunitarja:
(a) 50 % f'reġjuni kklassifikati bħala reġjuni ta' konverġenza skond ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006;
(b) 40 % f'reġjuni minbarra r-reġjuni ta' konverġenza;
(ċ) 75 % fir-reġjuni l-aktar imbiegħda skond ir-Regolament (KE) Nru 247/2006 tat-30 ta' Jannar 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar il-bogħod ta' l-Unjoni ( 17 );
(d) 65 % fl-iżgħar Ġżejjer ta' l-Eġew fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006.
5. L-Artikolu 72 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandu japplika mutatis mutandis għall-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1.
Artikolu 16
Distillazzjoni tal-prodotti sekondarji
1. Jista' jingħata appoġġ għad-distillazzjoni volontarja jew obbligatorja tal-prodotti sekondarji tal-produzzjoni ta' l-inbid li twettqet skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt D ta' l-Anness VI.
L-ammont ta' għajnuna għandu jkun stabbilit għal kull % ta' volum u għal kull ettolitru ta' alkoħol li jkun prodott. M'għandha tingħata l-ebda għajnuna għall-volum ta' alkoħol li jinsab f'dawk il-prodotti sekondarji għad-distillazzjoni li jeċċedi 10 % f'relazzjoni mal-volum ta' alkoħol li jinsab fl-inbid prodott.
2. Il-livelli massimi ta' għajnuna applikabbli għandhom ikunu bbażati fuq l-ispejjeż ta' ġbir u proċessar u jkunu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(1).
3. L-alkoħol li jirriżulta mid-distillazzjoni li ngħatat l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jintuża esklussivament għall-finijiet industrijali jew ta' enerġija sabiex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni.
Artikolu 17
Distillazzjoni ta' l-alkoħol potabbli
1. Jista' jingħata appoġġ sal-31 ta' Lulju 2012 lill-produtturi, għall-inbid distillat f'alkoħol potabbli fil-forma ta' għajnuna għal kull ettaru.
2. Il-kuntratti rilevanti dwar id-distillazzjoni ta' l-inbid kif ukoll il-provi rilevanti tal-kunsinni għad-distillazzjoni għandhom jiġu ppreżentati qabel ma jingħata l-appoġġ.
Artikolu 18
Distillazzjoni ta' kriżi
1. Għandu jingħata appoġġ sal-31 ta' Lulju 2012 għad-distillazzjoni volontarja jew obbligatorja ta' nbid żejjed skond kif jiġi deċiż mill-Istati Membri f'każijiet ta' kriżi ġustifikati sabiex jitnaqqas jew jiġi eliminat l-eċċess u fl-istess ħin tiġi żgurata l-kontinwità tal-provvista minn ħsad għall-ieħor.
2. Il-livelli massimi ta' għajnuna applikabbli għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(1).
3. L-alkoħol li jirriżulta mid-distillazzjoni li ngħatat l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jintuża esklussivament għall-finijiet industrijali jew ta' enerġija sabiex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni.
4. Is-sehem tal-baġit disponibbli użat għall-miżura ta' distillazzjoni ta' kriżi m'għandux jeċċedi l-ishma ta' perċentwali li ġejjin kif kalkulati kontra l-fondi disponibbli globalment stabbiliti fl-Anness II għal kull Stat Membru fis-sena baġitarja rispettiva:
— 20 % fl-2009;
— 15 % fl-2010;
— 10 % fl-2011;
— 5 % fl-2012.
5. L-Istati Membri jistgħu jżidu l-fondi disponibbli għall-miżura ta' distillazzjoni ta' kriżi 'l fuq mil-limiti annwali previsti fil-paragrafu 4 bħala mezz ta' kontribuzzjoni ta' fondi nazzjonali skond il-limiti li ġejjin (espressi f'termini ta' perċentwali tal-limitu massimu annwali rispettiv mogħti fil-paragrafu 4):
— 5 % fis-sena ta' l-inbid 2010;
— 10 % fis-sena ta' l-inbid 2011;
— 15 % fis-sena ta' l-inbid 2012.
L-Istati Membri għandhom, fejn applikabbli, jinnotifikaw lill-Kummissjoni biż-żieda tal-fondi nazzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu u l-Kummissjoni għandha tapprova t-transazzjoni qabel ma jsiru disponibbli tali fondi.
Artikolu 19
Użu ta' most ta' l-għeneb konċentrat
1. Jista' jingħata appoġġ sal-31 ta' Lulju 2012 għall-produtturi ta' l-inbid li jużaw most ta' l-għeneb konċentrat inkluż most ta' l-għeneb konċentrat irrettifikat sabiex tiżdied is-saħħa alkoħolika naturali tal-prodotti skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness V.
2. L-ammont ta' l-għajnuna għandu jiġi stabbilit għal kull % ta' volum ta' saħħa alkoħolika potenzjali u għal kull etto litru tal-most użat għall-arrikkiment.
3. Il-livelli massimi ta' għajnuna applikabbli għal din il-miżura fiż-żoni differenti tal-produzzjoni ta' l-inbid għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(1).
Artikolu 20
Konformità reċiproka
Fejn bdiewa jinstabu li ma kkonformawx, fl-azjendi tagħhom, fi kwalunkwe żmien matul tliet snin mill-pagament taħt il-programmi ta' appoġġ għal ristrutturazzjoni u konverżjoni jew fi kwalunkwe żmien f'sena mill-pagament taħt il-programmi ta' appoġġ għall-ħsad bikri, mar-rekwiżiti statutorji tal-ġestjoni u l-kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba msemmija fl-Artikoli 3 sa 7 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-ammont tal-pagament għandu, meta n-nuqqas ta' konformità huwa riżultat ta' azzjoni jew ta' nuqqas ta' azzjoni li ġej direttament min-naħa tal-bidwi, jitnaqqas jew jiġi kkanċellat, parzjalment jew kompletament skond il-gravità, il-miżura, il-permanenza u r-repetizzjoni tan-nuqqas ta' konformità, u fejn applikabbli, il-bidwi għandu jiġi ordnat irodd lura l-pagament skond il-kondizzjonijiet stipulati f'dawk id-dispożizzjonijiet.
Artikolu 21
Rappurtar u evalwazzjoni
1. Kull sena u għall-ewwel darba sal-1 ta' Marzu 2010, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni sal-1 ta' Marzu rapport dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti fil-programmi ta' appoġġ tagħhom matul is-sena finanzjarja preċedenti.
Dawk ir-rapporti għandhom jelenkaw u jiddeskrivu l-miżuri li għalihom ingħatat l-għajnuna Komunitarja taħt il-programmi ta' appoġġ, u b'mod partikolari, għandhom jipprovdu dettalji dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri promozzjonali msemmija fl-Artikolu 10.
2. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, sal-1 ta' Marzu 2011 u, għat-tieni darba, sal-1 ta' Marzu 2014, evalwazzjoni ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-programmi ta' appoġġ kif ukoll indikazzjoni ta' kif tista' titjieb l-effiċjenza tagħhom.
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sal-31 ta' Diċembru 2011, dwar l-implimentazzjoni tal-miżura promozzjonali msemmija fl-Artikolu 9.
Artikolu 22
Miżuri implimentattivi
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(1).
B'mod partikolari, dawn il-miżuri jistgħu jinkludu:
(a) il-format għall-preżentazzjoni tal-programmi ta' appoġġ;
(b) regoli għal bidliet fil-programmi ta' appoġġ wara li jkunu saru applikabbli;
(ċ) regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-miżuri regolati bl-Artikoli 10 sa 19;
(d) il-kondizzjonijiet li fuqhom għandha tkun komunikata u ppubblikata l-għajnuna mill-fondi Komunitarji;
(e) dettalji dwar l-irrapurtur.
KAPITOLU II
Trasferiment finanzjarju
Artikolu 23
Trasferiment finanzjarju lill-iżvilupp rurali
1. Mis-sena baġitarja 2009, l-ammonti ffissati fil-paragrafu 2, ibbażati fuq l-infiq storiku skond ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar miżuri ta' intervent sabiex jiġu regolati s-swieq agrikoli kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, se jkunu disponibbli bħala fondi Komunitarji addizzjonali għal miżuri f'reġjuni li jipproduċu l-inbid taħt il-programmi għall-iżvilupp rurali ffinanzjati skond ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005.
2. L-ammonti li għandhom jinħelsu għal kull sena kalendarja huma dawn li ġejjin:
— 2009: EUR 40.66 miljun,
— 2010: EUR 82.11 miljun,
— mill-2011 ‘il quddiem: EUR 122.61 miljun.
3. L-ammonti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri skond l-Anness III.
L-Istati Membri li ma jkollhomx ammonti mdaħħlin fit-tabella attwali fl-Anness III minħabba d-daqs żgħir ta' l-ammonti li jirriżultaw mod ieħor skond il-mezz finanzjarju applikat sabiex jiġu determinati l-ammonti għall-Anness III (inqas minn EUR 2,5 miljun li jkollhom jiġu trasferiti fl-2009) jistgħu jiddeċiedu li jittrasferixxu dawk l-ammonti li attwalment huma inklużi fl-Anness II totalment jew parzjalment għall-Anness III sabiex jintużaw fil-programmi tagħhom dwar żvilupp rurali. F'tali każ l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dan it-trasferiment sat-30 ta' Ġunju 2008 u l-Kummissjoni għandha timmodifika l-paragrafu 2 kif ukoll l-Annessi II u III kif meħtieġ.
TITOLU III
MIŻURI REGOLATORJI
KAPITOLU I
Regoli ġenerali
Artikolu 24
Il-klassifikazzjoni tal-varjetajiet ta' l-għeneb ta' l-inbid
1. Suġġett għall-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jikklassifikaw liema varjetajiet ta' l-għeneb ta' l-inbid jistgħu jitħawlu, jerġgħu jitħawlu jew jitlaqqmu fit-territorji tagħhom għall-fini tal-produzzjoni ta' l-inbid.
Huma biss il-varjetajiet ta' l-għeneb ta' l-inbid li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jiġu kklassifikati mill-Istati Membri:
(a) il-varjetà kkonċernata tappartjeni għall-Vitis vinifera jew tirriżulta minn tilqim bejn l-ispeċi Vitis vinifera u speċi oħra tal-genus Vitis;
(b) il-varjetà m'hijiex waħda minn dawn li ġejjin: Noah, Othello, Isabelle, Jacquez, Clinton u Herbemont.
Fejn varjetà ta' għeneb ta' l-inbid titħassar mill-klassifikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-qlugħ mill-għeruq ta' din il-varjetà għandu jsir fi żmien 15-il sena minn meta titħassar.
2. L-Istati Membri li l-produzzjoni ta' l-inbid tagħhom ma teċċedix 50 000 ettolitru għal kull sena ta' l-għasra, kkalkolata abbażi tal-produzzjoni medja matul l-aħħar ħames snin ta' l-għasra, għandhom jiġu eżentati mill-obbligu ta' klassifikazzjoni msemmi fil-paragrafu 1.
Madankollu, anke fl-Istati Membri msemmijin fl-ewwel subparagrafu, jistgħu jitħawlu, jerġgħu jitħawlu jew jitlaqqmu biss il-varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid skond il-paragrafu 1(a) u (b), għall-fini tal-produzzjoni ta' l-inbid.
3. B'deroga mill-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafu 1 u t-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, it-taħwil, it-taħwil mill-ġdid jew it-tilqim tal-varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid li ġejjin għandhom ikunu permessi biss għal finijiet ta' riċerka u esperimenti xjentifiċi:
(a) il-varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid li mhumiex klassifikati safejn dan jirrigwarda l-Istati Membri msemmijin fil-paragrafu 1;
(b) il-varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid li ma jikkonformawx mal-paragrafu 1(a) u (b) safejn dan jirrigwarda l-Istati Membri msemmijin fil-paragrafu 2.
4. Żoni mħawlin b'varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid għall-fini tal-produzzjoni ta' l-inbid imħawlin f'kontravenzjoni tal-paragrafi 1 sa 3 għandhom jinqalgħu mill-għeruq.
Madankollu, m'għandu jkun hemm l-ebda obbligu li jinqalgħu tali żoni fejn il-produzzjoni rilevanti hija maħsuba esklussivament għal konsum mill-familji tal-produtturi ta' l-inbid.
5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jivverifikaw il-konformità tal-produtturi mal-paragrafi 1 sa 4.
Artikolu 25
Il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni
1. Il-prodotti elenkati fl-Anness IV u prodotti fil-Komunità għandhom isiru minn varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid klassifikabbli skond l-Artikolu 24(1).
2. Denominazzjoni għal kategorija ta' prodott tad-dwieli kif previst fl-Anness IV tista' tintuża fil-Komunità biss fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodott li huwa konformi mal-kondizzjonijiet korrispondenti stipulati f'dak l-Anness.
Madankollu, minkejja l-Artikolu 59(1)(a), l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu tat-terminu “inbid” jekk:
(a) ikun akkumpanjat mill-isem ta' frotta fil-forma ta' isem kompost għal prodotti tas-suq miksubin mill-fermentazzjoni ta' frott ieħor għajr l-għeneb jew
(b) ikun parti minn isem kompost.
Għandha tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni ma' prodotti li jikkorrispondu għall-kategoriji ta' l-inbid fl-Anness IV.
3. Il-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli elenkati fl-Anness IV jistgħu jiġu modifikati konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(2).
4. Ħlief għal inbid ibbottiljat li fir-rigward tiegħu jkun hemm evidenza li l-ibbottiljar ikun sar qabel l-1 ta' Settembru 1971, l-inbid magħmul mill-varjetajiet ta' l-għeneb ta' l-inbid elenkati fil-klassifikazzjonijiet imfassla skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 24(1) imma li ma hux konformi ma' waħda mill-kategoriji stipulati fl-Anness IV jista' jintuża biss għall-konsum mill-familji individwali tal-produtturi ta' l-inbid, għall-produzzjoni ta' ħall ta' l-inbid jew għad-distillazzjoni.
KAPITOLU II
Prattika enoloġika u restrizzjonijiet
Artikolu 26
Ambitu
Dan il-Kapitolu jirrigwarda l-prattika enoloġika awtorizzata u r-restrizzjonijiet applikabbli li japplikaw għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti koperti b'dan ir-Regolament kif ukoll il-proċedura sabiex jiġu deċiżi dik il-prattika u dawk ir-restrizzjonijiet.
Artikolu 27
Prattika enoloġika u restrizzjonijiet
1. Tista' tintuża biss il-prattika enoloġika awtorizzata taħt il-liġi Komunitarja kif stabbilit fl-Anness V jew kif deċiż skond l-Artikoli 28 u 29 fil-produzzjoni u l-konservazzjoni fil-Komunità ta' prodotti koperti b'dan ir-Regolament.
L-ewwel subparagrafu m'għandux japplika għal:
(a) meraq ta' l-għeneb u meraq ta' l-għeneb konċentrat;
(b) most u most konċentrat maħsub għall-preparazzjoni ta' meraq ta' l-għeneb.
2. Tista' tintuża biss il-prattika enoloġika awtorizzata sabiex ikunu żgurati l-vinifikazzjoni, il-preservazzjoni u l-irfinar xierqa tal-prodott.
3. Il-prodotti koperti minn dan ir-Regolament għandhom jiġu prodotti fi ħdan il-Komunità skond ir-restrizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness VI.
4. Ma għandux isir kummerċ fil-Komunità ta' prodotti koperti minn dan ir-Regolament, li saru skond prattika enoloġika Komunitarja mhux awtorizzata jew, fejn applikabbli, prattika enoloġika nazzjonali mhux awtorizzata jew li tikser ir-restrizzjonijiet stipulati fl-Anness VI.
Artikolu 28
Regoli aktar stretti deċiżi mill-Istati Membri
L-Istati Membri jistgħu jillimitaw jew jeskludu l-użu ta' ċerta prattika enoloġika u jipprevedu restrizzjonijiet aktar stretti għal inbejjed awtorizzati skond il-liġi Komunitarja prodotti fit-territorju tagħhom bil-ħsieb li jirrinforzaw il-preservazzjoni tal-karatteristiċi essenzjali ta' nbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta u ta' nbejjed frizzanti u nbejjed likur.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dawn il-limitazzjonijiet, l-esklużjonijiet u r-restrizzjonijiet lill-Kummissjoni, li għandha tressaqhom għall-attenzjoni ta' l-Istati Membri l-oħrajn.
Artikolu 29
L-awtorizzazzjoni tal-prattika enoloġika u r-restrizzjonijiet
1. Għajr għall-prattika enoloġika dwar arrikkiment, aċidifikazzjoni u di-aċidifikazzjoni stabbiliti fl-Anness V għall-prodotti speċifiċi koperti fih kif ukoll ir-restrizzjonijiet elenkati fl-Anness VI, l-awtorizzazzjoni ta' prattika enoloġika u restrizzjonijiiet rigward il-produzzjoni u l-konservazzjoni ta' prodotti koperti b'dan ir-Regolament għandha tiġi deċiża konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(2).
2. L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu esperimentali ta' prattika enoloġika mhux awtorizzata taħt kondizzjonijiet li jiġu determinati konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(2).
Artikolu 30
Kriterji għall-awtorizzazzjoni
Il-Kummissjoni, meta tawtorizza prattika enoloġika skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(2), għandha:
(a) tibbaża fuq il-prattika enoloġika rakkomandata u ppubblikata mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dwieli u Nbejjed (International Organisation of Vine and Wine, OIV) kif ukoll fuq ir-riżultati ta' l-użu esperimentali ta' prattika enoloġika li tkun għadha mhux awtorizzata;
(b) tqis il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem;
(ċ) tqis riskji potenzjali li l-konsumaturi jiġu żgwidati minħabba l-aspettattivi u perċezzjonijiet stabbiliti tagħhom, fir-rigward tad-disponibbiltà u l-vijabbiltà ta' mezzi ta' informazzjoni li jeskludu dawn ir-riskji;
(d) tippermetti l-preservazzjoni ta' karatteristiċi naturali u essenzjali ta' l-inbid u ma ġġibx bidla sostantiva fil-kompożizzjoni tal-prodotti kkonċernati;
(e) tiżgura livell minimu aċċettabbli ta' protezzjoni ambjentali;
(f) tirrispetta r-regoli ġenerali dwar prattika enoloġika u restrizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi V u VI rispettivament.
Artikolu 31
Il-metodi ta' l-analiżi
Il-metodi ta' analiżi sabiex tiġi ddeterminata l-kompożizzjoni tal-prodotti koperti b'dan ir-Regolament u r-regoli li permezz tagħhom jista' jiġi stabbilit jekk dawn il-prodotti jkunux għaddew minn proċessi li jmorru kontra l-prattika enoloġika awtorizzata għandhom ikunu dawk rakkomandati u ppubblikati mill-OIV.
Fejn mhemmx metodi u regoli rakkomandati u ppubblikati mill-OIV, għandhom jiġu adottati metodi u regoli korrispondenti konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(2).
Sakemm jiġu adottati tali regoli, il-metodi u r-regoli li għandhom jintużaw għandhom ikunu dawk permessi mill-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 32
Miżuri implimentattivi
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu u l-Annessi V u VI, ħlief jekk ikun previst xort'oħra f'dawn l-Annessi, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(2).
B'mod partikolari, dawk il-miżuri jistgħu jinkludu:
(a) dispożizzjonijiet bil-għan li l-eżempji ta' prattika enoloġika Komunitarja elenkati fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jkunu kkunsidrati bħala prattika enoloġika awtorizzata;
(b) prattika enoloġika awtorizzata u restrizzjonijiet inkluż l-arrikkiment, l-aċidifikazzjoni u d-diaċidifikazzjoni dwar inbejjed frizzanti, inbejjed frizzanti ta' kwalità u nbejjed frizzanti aromatiċi ta' kwalità;
(ċ) prattika enoloġika awtorizzata u restrizzjonijiet dwar inbejjed likur;
(d) suġġett għal punt C ta' l-Anness VI, dispożizzjonijiet li jirregolaw it-taħlit u l-coupage ta' most u nbejjed;
(e) fejn ma jeżistux regoli Komunitarji dwarhom, il-purità u l-ispeċifikazzjoni ta' identifikazzjoni ta' sustanzi użati fil-prattika enoloġika;
(f) ir-regoli amministrattivi għat-twettiq tal-prattika enoloġika awtorizzata;
(g) il-kondizzjonijiet li jirregolaw iż-żamma, iċ-ċirkolazzjoni u l-użu ta' prodotti li ma humiex konformi ma' l-Artikolu 27 u eżenzjonijiet potenzjali mir-rekwiżiti ta' dak l-Artikolu, kif ukoll l-istabbiliment ta' kriterji għall-għan li t-tbatija f'każijiet individwali tiġi evitata;
(h) il-kondizzjonijiet li fihom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw iż-żamma, iċ-ċirkolazzjoni u l-użu ta' prodotti li ma humiex konformi ma' dan il-Kapitolu għajr l-Artikolu 27, jew ma' dispożizzjonijiet li jimplimetaw dan il-Kapitolu.
KAPITOLU III
Denominazzjonijiet ta' l-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali
Artikolu 33
Ambitu
1. Regoli relatati mad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini, l-indikazzjonijiet ġeografiċi u t-termini tradizzjonali stabbiliti fil-Kapitoli IV u V għandhom japplikaw għall-prodotti msemmija fil-paragrafi 1, 3 sa 6, 8, 9, 10, 15 u 16 ta' l-Anness IV.
2. Ir-regoli msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu bbażati fuq:
(a) il-protezzjoni ta' l-interessi leġittimi ta':
(i) il-konsumaturi, u
(ii) il-produtturi.
(b) l-assigurazzjoni tal-l-funzjonament bla xkiel tas-suq komuni fil-prodotti kkonċernati;
(ċ) il-promozzjoni tal-produzzjoni ta' prodotti ta' kwalità, waqt li jiġu permessi miżuri nazzjonali tal-kwalità tal-politika.
KAPITOLU IV
Denominazzjonijiet ta' l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi
Artikolu 34
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:
(a) “denominazzjoni ta' l-oriġini” tfisser l-isem ta' reġjun, post speċifiku jew, f'każijiet eċċezzjonali, pajjiż li jintuża sabiex jiddeskrivi prodott imsemmi fi l-Artikolu 33(1) li huwa konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
(i) il-kwalità u l-karatteristiċi tiegħu huma essenzjalment jew esklussivament ġejjin minn ambjent ġeografiku partikolari bil-fatturi naturali u umani inerenti tiegħu;
(ii) l-għeneb li minnu hu prodott jiġi esklussivament minn din iż-żona ġeografika;
(iii) il-produzzjoni tiegħu ssir f'din iż-żona ġeografika;
(iv) huwa magħmul minn varjetajiet ta' dwieli ta' l-ispeċi Vitis vinifera.
(b) “indikazzjoni ġeografika” tfisser indikazzjoni li tirriferi għal reġjun, post speċifiku jew, f'każijiet eċċezzjonali, pajjiż li jintuża sabiex jiddeskrivi prodott imsemmi fi l-Artikolu 33(1) li jkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
(i) għandu kwalità, reputazzjoni speċifika jew karatteristiċi oħrajn attribwibbli għal dik l-oriġini ġeografika;
(ii) mill-inqas 85 % ta' l-għeneb li jintuża fil-produzzjoni tiegħu jiġi esklussivament minn din iż-żona ġeografika;
(iii) il-produzzjoni tiegħu ssir f'din iż-żona ġeografika;
(iv) huwa magħmul minn varjetajiet ta' dwieli ta' l-ispeċi Vitis vinifera jew jirriżultaw minn tilqim bejn din l-ispeċi Vitis vinifera u speċi oħrajn tal-ġenus Vitis.
2. Ċerti ismijiet użati tradizzjonalment għandhom jikkostitwixxu denominazzjoni ta' l-oriġini meta jkunu:
(a) jiddenominaw inbid;
(b) jirriferu għal isem ġeografiku;
(ċ) jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmijin fil-paragrafu 1(a), (i) sa (iv);
(d) jgħaddu mill-proċedura li tagħti protezzjoni għal denominazzjonijiet ta' l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi stabbiliti f'dan il-Kapitolu.
3. Denominazzjonijiet ta' l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi, inkluż dawk relatati ma' żoni ġeografiċi f'pajjiżi terzi, għandhom ikunu eliġibbli għal protezzjoni fil-Komunità skond ir-regoli stipulati f'dan il-Kapitolu.
Artikolu 35
Il-kontenut ta' l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni
1. L-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta' ismijiet bħala denominazzjonijiet ta' l-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom jinkludu fajl tekniku li jkun fih:
(a) l-isem li għandu jkun protett;
(b) l-isem u l-indirizz ta' l-applikant;
(ċ) speċifikazzjonijiet ta' prodott kif imsemmija fil-paragrafu 2;
(d) dokument uniku b'taqsira ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 2.
2. L-ispeċifikazzjoni tal-prodott trid tippermetti lill-partijiet interessati li jivverifikaw il-kondizzjonijiet rilevanti ta' produzzjoni tad-denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika.
Hija għandha mill-inqas tikkonsisti minn:
(a) l-isem li għandu jkun protett;
(b) deskrizzjoni ta' l-inbid (inbejjed):
(i) għal inbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini, il-karatteristiċi analitiċi u organolettiċi prinċipali tiegħu;
(ii) għal inbejjed b'indikazzjoni ġeografika, il-karatteristiċi analitiċi prinċipali tiegħu kif ukoll evalwazzjoni jew indikazzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi tiegħu;
(ċ) fejn applikabbli, il-prattika enoloġika speċifika użata fil-produzzjoni ta' l-inbid kif ukoll ir-restrizzjonijiet rilevanti dwar il-produzzjoni ta' l-inbid;
(d) id-definizzjoni taż-żona ġeografika kkonċernata;
(e) l-uċuħ massimi għal kull ettaru;
(f) indikazzjoni tal-varjetà jew varjetajiet ta' l-għeneb ta' l-inbid li minnhom jinkiseb l-inbid(inbejjed);
(g) id-dettalji li juru l-konnessjoni msemmija fl-Artikolu 34(1)(a)(i) jew, skond il-każ, fl-Artikolu 34(1)(b)(i);
(h) rekwiżiti applikabbli stabbiliti f'dispożizzjonijiet Komunitarji jew nazzjonali, jew, fejn previst mill-Istati Membri, minn organizzazzjoni li tamministra d-desinjazzjonijiet ta' l-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta, fir-rigward tal-fatt li tali rekwiżiti għandhom ikunu oġġettivi u non-diskriminatorji u kompatibbli mal-liġi Komunitarja;
(i) l-isem u l-indirizz ta' l-awtoritajiet jew entitajiet li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-ħidmiet speċifiċi tagħhom.
Artikolu 36
Applikazzjoni għall-protezzjoni marbuta ma' żona ġeografika f'pajjiż terz
1. Meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni tikkonċerna żona ġeografika f'pajjiż terz, għandu jkun fiha, flimkien ma' l-elementi pprovduti fl-Artikolu 35, prova li l-isem konċernat huwa protett fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu.
2. L-applikazzjoni għandha tintbagħat lill-Kummissjoni, direttament mill-applikant jew permezz ta' l-awtoritajiet tal-pajjiż terz konċernat.
3. L-applikazzjoni għall-protezzjoni trid tiġi ffajljata b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità jew akkumpanjata minn traduzzjoni ċertifikata f'waħda minnhom.
Artikolu 37
Applikanti
1. Kwalunkwe grupp ta' produtturi interessat, jew f'każijiet eċċezzjonali produttur uniku, jista' japplika għall-protezzjoni ta' denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika. Partijiet oħra interessati jistgħu jieħdu sehem fl-applikazzjoni.
2. Il-produtturi jistgħu jressqu applikazzjoni għall-protezzjoni għall-inbejjed li jipproduċu huma biss.
3. F'każ ta' isem li jirriferi għal żona ġeografika transkonfinali jew isem tradizzjonali li huwa relatat ma' żona ġeografika transkonfinali, tista' tintbagħat applikazzjoni konġunta.
Artikolu 38
Proċedura nazzjonali preliminari
1. L-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta' denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika ta' nbejjed li skond l-Artikolu 34, joriġinaw fil-Komunità, għandhom ikunu suġġetti għal proċedura nazzjonali preliminari skond dan l-Artikolu.
2. L-applikazzjoni għall-protezzjoni għandha tiġi ffajljata fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu toriġina d-denominazzjoni ta' l-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika.
3. L-Istat Membru għandu jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni fir-rigward ta' jekk tissodisfax il-kondizzjonijiet stipulati f'dan il-Kapitolu.
L-Istat Membru għandu jwettaq proċedura nazzjonali sabiex jiżgura l-pubblikazzjoni xierqa ta' l-applikazzjoni u jipprovdi għal perijodu ta' għall-anqas xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni li fiha kwalunkwe persuna naturali jew legali li għandha interess leġittimu u hija stabbilita jew residenti fit-territorju tiegħu tista' toġġezzjona għall-protezzjoni proposta billi tibgħat dikjarazzjoni debitament sostanzjata lill-Istat Membru.
4. Jekk l-Istat Membru jikkunsidra li d-denominazzjoni ta' l-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika ma tissodisfax ir-rekwiżiti rilevanti, inkluż l-eventwalità li hija inkompatibbli mal-liġi ġenerali Komunitarja, għandu jirrifjuta l-applikazzjoni.
5. Jekk l-Istat Membru jikkunsidra li r-rekwiżiti rilevanti huma sodisfatti, huwa għandu
(a) jippubblika d-dokument uniku u l-ispeċifikazzjoni tal-prodott mill-inqas fuq l-Internet; u
(b) jibgħat lill-Kummissjoni applikazzjoni għall-protezzjoni li jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
(i) l-isem u l-indirizz ta' l-applikant;
(ii) id-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 35(1)(d);
(iii) dikjarazzjoni mill-Istat Membru li huwa jikkunsidra li l-applikazzjoni mibgħuta mill-applikant tissodisfa l-kondizzjonijiet ta' dan ir-Regolament;
(iv) ir-referenza tal-pubblikazzjoni msemmija fil-punt (a).
Din l-informazzjoni għandha tintbagħat f'waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità jew akkumpanjata minn traduzzjoni ċertifikata f'waħda minnhom.
6. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' dan l-Artikolu sal-1 ta' Awwissu 2009.
7. Fejn Stat Membru m'għandu l-ebda leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi, huwa jista', fuq bażi transizzjonali biss, joffri l-protezzjoni skond it-termini ta' dan il-Kapitolu fil-livell nazzjonali lill-isem b'effett mill-jum li fih tkun ġiet preżentata l-applikazzjoni lill-Kummissjoni. Protezzjoni transizzjonali nazzjonali bħal din għandha tiġi fi tmiemha fid-data li fiha tittieħed deċizjoni dwar ir-reġistrazzjoni jew ir-rifjut taħt dan il-Kapitolu.
Artikolu 39
Skrutinju mill-Kummissjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika id-data tal-preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni għall-protezzjoni tad-denominazzjoni ta' l-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika.
2. Il-Kummissjoni għandha teżamina jekk l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 38(5) jissodisfawx il-kondizzjonijiet stipulati f'dan il-Kapitolu.
3. Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li l-kondizzjonijiet stipulati f'dan il-Kapitolu ntlaħqu, hija għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea d-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 35(1)(d) u r-referenza għall-pubblikazzjoni ta' l-ispeċifkazzjoni tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 38(5).
Meta dan mhuwiex il-każ, għandu jiġi deċiż, konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(2), li l-applikazzjoni tiġi rrifjutata.
Artikolu 40
Proċedura għall-oġġezzjonijiet
Fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 39(3), kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż terz, jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li għandha interess leġittimu, hija stabbilita jew residenti fi Stat Membru għajr dak li qed japplika għall-protezzjoni jew f'pajjiż terz, tista' toġġezzjona għall-protezzjoni proposta billi tibgħat lill-Kummissjoni, dikjarazzjoni debitament sostanzjata, relatata mal-kondizzjonijiet ta' eliġibbiltà kif stabbilit f'dan il-Kapitolu.
Fil-każ ta' persuni naturali jew legali stabbiliti jew residenti f'pajjiż terz, din id-dikjarazzjoni għandha tintbagħat, direttament jew permezz ta' l-awtoritajiet tal-pajjiż terz konċernat, fi żmien limitat ta' xahrejn kif imsemmi fl-ewwel paragrafu.
Artikolu 41
Deċiżjoni dwar il-protezzjoni
Abbażi ta' l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, għandu jiġi deċiż, konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(2), li jew tingħata protezzjoni fir-rigward tad-denominazzjoni ta' l-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu u li tkun kompatibbli mal-liġi Komunitarja, jew li tirrifjuta l-applikazzjoni meta dawk il-kondizzjonijiet ma jiġux sosdisfatti.
Artikolu 42
Omonimi
1. Isem, li għalih tintbagħat applikazzjoni, u li jkun interament jew parzjalment omonimu ma' dak ta' isem diġà rreġistrat taħt dan ir-Regolament għandu jiġi rreġistrat b'kont debitament meħud ta' l-użanza lokali u tradizzjonali u r-riskju ta' konfużjoni.
Isem omonimu li jiżgwida lill-konsumatur billi jagħtih x'jifhem li l-prodotti jkunu ġejjin minn territorju ieħor m'għandux jiġi rreġistrat anke jekk l-isem ikun preċiż fir-rigward tat-territorju, ir-reġjun jew il-post ta' l-oriġini veru tal-prodotti kkonċernati;
L-użu ta' isem omonimu rreġistrat għandu jkun suġġett għal li jkun hemm distinzjoni ċara fil-prattika bejn l-omonimu rreġistrat sussegwentement u l-isem diġà rreġistrat, filwaqt li jittieħed kont tal-ħtieġa li l-produtturi kkonċernati jiġu ttrattati b'mod ekwu u li l-konsumatur ma jiġix żgwidat.
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis jekk isem, li għalih tintbagħat applikazzjoni, ikun interament jew parzjalment omonimu ma' indikazzjoni ġeografika protetta b'dan il-mod taħt il-leġiżlazzjoni ta' l-Istati Membri.
L-Istati Membri m'għandhomx jirreġistraw indikazzjonijiet ġeografiċi mhux identiċi għall-protezzjoni taħt il-leġiżlazzjoni rispettiva tagħhom dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi jekk id-denominazzjoni ta' l-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika tkun protetta fil-Komunità permezz tal-liġi Komunitarja rilevanti għad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi.
3. Għajr fejn provdut mod ieħor fil-miżuri implimentattivi tal-Kummissjoni, fejn l-isem ta' varjetà ta' l-għeneb ta' l-inbid fih jew jikkonsisti minn denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, dak l-isem ma għandux jintuża għall-finijiet ta' tikkettar ta' prodotti koperti minn dan ir-Regolament.
4. Il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti koperti fl-Artikolu 34 għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti li japplikaw għax-xorb spirituż fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż ( 18 ) u viċi-versa.
Artikolu 43
Raġunijiet għaċ-ċaħda tal-protezzjoni
1. Ismijiet li saru ġeneriċi ma għandhomx ikunu protetti bħala denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika.
Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, “isem li sar ġeneriku” tfisser l-isem ta' nbid li, għalkemm huwa relatat mal-post jew ir-reġjun fejn kien oriġinarjament prodott jew kummerċjalizzat, sar l-isem komuni ta' nbid fil-Komunità.
Sabiex jiġi stabbilit jekk isem sarx ġeneriku jew le, għandhom jiġu meqjusa l-fatturi rilevanti kollha, b'mod partikolari:
(a) is-sitwazzjoni eżistenti fil-Komunità, b'mod notevoli f'żoni ta' konsum;
(b) id-dispożizzjonijiet legali nazzjonali jew Komunitarji rilevanti.
2. Isem ma għandux ikollu protezzjoni ta' denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika fejn, fid-dawl tar-reputazzjoni u r-rikonoxximent ta' trademark, il-protezzjoni aktarx li tista' tiżgwida lill-konsumatur dwar l-identità vera ta' l-inbid.
Artikolu 44
Ir-relazzjoni ma' trademarks
1. Meta denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika hija protetta skond dan ir-Regolament, ir-reġistrazzjoni ta' trademark li tikkorrispondi ma' waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 45(2) u li tirriferi għal prodott li jaqa' taħt waħda mill-kategoriji elenkati fl-Anness IV għandha tiġi miċħuda jekk l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-marka hija sottomessa wara d-data tas-sottomissjoni ta' l-applikazzjoni għall-protezzjoni tad-denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika lill-Kummissjoni. Għalhekk id-denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika tiġi sussegwentement protetta.
Trademarks reġistrati bi vjolazzjoni ta' l-ewwel subparagrafu għandhom jiġu invalidati.
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 43(2), trademark li l-użu tagħha jikkorrispondi ma' waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 45(2), li saret applikazzjoni għaliha, ġiet irreġistrata jew stabbilita bl-użu, jekk dik il-possibbiltà hija prevista mil-leġiżlazzjoni kkonċernata, fit-territorju Komunitarju qabel id-data li fiha l-applikazzjoni għall-protezzjoni tad-denominazzjoni ta' l-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika hija ppreżentata lill-Kummissjoni, tista' tibqa' tintuża u tiġġedded minkejja l-protezzjoni tad-denominazzjoni ta' l-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika, sakemm ma jeżistux raġunijiet għall-invalidità jew ir-revoka tat-trademark kif speċifikat ma' l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 sabiex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trademarks ( 19 ) jew ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trademark Komunitarja ( 20 ).
F'każijiet bħal dawn l-użu tad-denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika huwa permess flimkien mat-trademarks rilevanti.
Artikolu 45
Protezzjoni
1. Denominazzjonijiet ta' l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jistgħu jintużaw minn kwalunke operatur li jagħmel kummerċ fi nbid li ġie prodott b'konformità ma' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti.
2. Denominazzjonijiet ta' l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u l-inbejjed li jużaw dawk l-ismijiet protetti b'konformità ma' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandhom jitħarsu minn:
(a) kwalunkwe użu kummerċjali, dirett jew indirett, ta' isem protett:
(i) minn prodotti komparabbli li mhumiex konformi ma' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' l-isem protett, jew
(ii) sa fejn dan l-użu jisfrutta r-reputazzjoni ta' denominazzjoni ta' l-oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika;
(b) kwalunkwe użu ħażin, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk l-oriġini vera tal-prodott jew servizz huwa indikat jew jekk l-isem protett huwa tradott jew akkumpanjat minn espressjoni bħal “stil”, “tip”, “metodu”, “kif prodott fi”, “imitazzjoni”, “togħma”, “bħal” jew xi kelma simili;
(ċ) kwalunkwe indikazzjoni falza jew li tiżgwida dwar il-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott, fl-ippakkjar intern jew estern, materjal ta' riklamar jew dokumenti relatati mal-prodott ta' l-inbid konċernat, u l-ippakkjar tal-prodott f'kontenitur li aktarx ser jagħti impressjoni falza dwar l-oriġini tiegħu;
(d) kull prattika oħra li tista' tiżgwida lill-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott.
3. Denominazzjonijiet ta' l-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ma għandhomx isiru ġeneriċi fil-Komunità fis-sens ta' l-Artikolu 43(1).
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex iwaqqfu użu illegali ta' denominazzjonijiet ta' l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti kif imsemmi fil-paragrafu 2.
Artikolu 46
Reġistru
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornat reġistru elettroniku ta' denominazzjonijiet ta' l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għall-inbid. Dan għandu jkun aċċessibbli pubblikament.
Artikolu 47
In-nomina ta' awtorità ta' kontroll kompetenti
1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtorità jew awtoritajiet kompetenti li jkunu responsabbli għall-kontrolli fir-rigward ta' l-obbligi stabbiliti minn dan il-Kapitolu konformement mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe operatur li jikkonforma ma' dan il-Kapitolu ikun intitolat li jkun kopert minn sistema ta' kontrolli.
3. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti imsemmijin fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ismijiet u l-indirizzi tagħhom u taġġornahom perijodikament.
Artikolu 48
Verifika tal-konformità ma' l-ispeċifikazzjonijiet
1. Dwar denominazzjonijiet ta' l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti relatati ma' żona ġeografika fi ħdan il-Komunità, verifika annwali ta' konformità ma' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott, matul il-produzzjoni u matul u wara l-ipproċessar ta' l-inbid, għandha tkun żgurata permezz ta':
(a) l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikolu 47(1); jew
(b) korp ta' kontroll wieħed jew aktar fis-sens tal-punt 5 tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 li jopera bħala korp li jiċċertifika l-prodotti, konformement mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament.
L-ispejjeż ta' tali verifiki jinġarru mill-operaturi stess.
2. Dwar denominazzjonijiet ta' l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti relatati ma' żona ġeografika f'pajjiż terz, verifika annwali ta' konformità ma' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott, matul il-produzzjoni u matul u wara l-ipproċessar ta' l-inbid, għandha tkun żgurata permezz ta':
(a) waħda jew aktar mill-awtoritajiet pubbliċi nnominati mill-pajjiż terz, jew
(b) korp ta' ċertifikazzjoni wieħed jew aktar.
3. L-entitajiet li jiċċertifikaw imsemmija fil-paragrafi 1(b) u 2(b) għandhom jikkonformaw ma', u mill-1 ta' Mejju 2010 jridu jkunu akkreditati skond l-istandard Ewropew EN 45011 jew ISO/IEC Gwida 65 (Rekwiżiti ġenerali għal entitajiet li joperaw sistemi ta' ċertifikazzjoni ta' prodott).
4. Meta l-awtorità jew l-awtoritajiet imsemmijin fil-paragrafi 1(a) u 2(a), jivverifikaw konformità ma' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott, huma għandhom joffru garanziji adegwati ta' oġġettività u imparzjalità, u jkollhom il-persunal kwalifikat u r-riżorsi meħtieġa disponibbli sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom.
Artikolu 49
Emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott
1. Applikant li jissodisfa l-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 37 jista' japplika għal awtorizzazzjoni ta' emenda ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, b'mod partikolari sabiex jitqiesu żviluppi fil-konoxxenza xjentifika u teknika jew sabiex jiddefenixxu mill-ġdid iż-żona ġeografika msemmija f' (d) tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 35(2). L-applikazzjonijiet għandhom jiddeskrivu u jagħtu raġunijiet għall-emendi mitluba.
2. Meta l-emenda proposta tinvolvi emenda waħda jew aktar għad-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 35(1)(d), l-Artikoli 38 sa 41 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-applikazzjoni ta' l-emenda. Madankollu, jekk l-emenda proposta hija biss minuri, għandu jiġi deċiż, konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(2), jekk l-applikazzjoni hix ser tiġi approvata mingħajr ma tkun segwita l-proċedura stipulata fl-Artikolu 39(2) u fl-Artikolu 40 u fil-każ li tiġi approvata, il-Kummissjoni għandha tipproċedi sabiex tippubblika l-elementi msemmijin fl-Artikolu 39(3).
3. Jekk l-emendi proposti ma jinvolvux tibdil fid-dokument uniku, dawn ir-regoli għandhom japplikaw:
(a) meta ż-żona ġeografika hija fi Stat Membru partikolari, dak l-Istat Membru għandu jesprimi l-pożizzjoni tiegħu dwar l-emenda, u jekk ikun favuriha, jippubblika l-ispeċifikazzjoni tal-prodott emendata u jinforma lill-Kummissjoni dwar l-emendi approvati u r-raġunijiet għaliex saru;
(b) meta ż-żona ġeografika hija f'pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk tapprovax l-emenda proposta jew le.
Artikolu 50
Kanċellazzjoni
Konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(2), jista' jiġi deċiż fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew minn talba debitament sostanzjata ta' Stat Membru, ta' pajjiż terz jew ta' persuna fiżika jew ġuridika li għandha interess leġittimu, li l-protezzjoni ta' denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika tiġi kkanċellata jekk ma tkunx għadha żgurata l-konformità ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti.
L-Artikoli 38 sa 41 għandhom japplikaw mutatis mutandis.
Artikolu 51
Ismijiet ta' nbejjed protetti diġà eżistenti
1. Ismijiet ta' nbejjed li jkunu protetti skond l-Artikoli 51 u 54 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u l-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 753/2002, għandhom ikunu protetti awtomatikament skond dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha telenkahom fir-reġistru li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 46 ta' dan ir-Regolament.
2. L-Istati Membri għandhom, fir-rigward ta' l-ismijiet protetti eżistenti ta' nbejjed imsemmija fil-paragrafu 1, jibagħtu lill-Kummissjoni:
(a) il-fajls tekniċi kif regolat fl-Artikolu 35(1);
(b) id-deċiżjoni nazzjonali ta' approvazzjoni.
3. L-ismijiet ta' nbejjed imsemmijin fil-paragrafu 1, li għalihom l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma tintbagħatx sal-31 ta' Diċembru 2011, ma għandhomx jibqgħu protetti taħt dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-pass formali korrispondenti sabiex tneħħi ismijiet bħal dawn mir-reġistru pprovdut fl-Artikolu 46.
4. L-Artikolu 50 m'għandux japplika fir-rigward ta' l-ismijiet protetti eżistenti ta' nbejjed imsemmijin fil-paragrafu 1.
Jista' jkun deċiż, sal-31 ta' Diċembru 2014, fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni u konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(2), li tiġi kkanċellata l-protezzjoni ta' l-ismijiet protetti eżistenti ta' nbejjed imsemmija fil-paragrafu 1 jekk huma ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 34.
Artikolu 52
Miżuri implimentattivi
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(1).
Dawk il-miżuri jistgħu b'mod partikolari jinkludu derogi mill-applikabbiltà tar-regoli u r-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-Kapitolu:
(a) safejn jikkonċerna applikazzjonijiet pendenti għall-protezzjoni ta' denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika;
(b) safejn jikkonċerna l-produzzjoni ta' ċerti nbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta f'żona ġeografika fi prossimità taż-żona ġeografika fejn joriġina l-għeneb;
(ċ) safejn jikkonċerna l-prattika tal-produzzjoni ta' ċerti nbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini protetta.
Artikolu 53
Tariffi
L-Istati Membri jistgħu jitolbu ħlas sabiex ikopru l-ispejjeż tagħhom, inklużi dawk imġarrba fl-eżaminar ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni, dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni, applikazzjonijiet għal emendi u talbiet għal kanċellazzjonijiet skond dan ir-Regolament.
KAPITOLU V
Termini tradizzjonali
Artikolu 54
Definizzjoni
1. “Terminu tradizzjonali” għandha tfisser terminu użat tradizzjonalment fl-Istati Membri għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 33(1) sabiex jiddenominaw:
(a) li l-prodott għandu denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta taħt il-liġi Komunitarja jew ta' l-Istati Membri;
(b) il-metodu ta' produzzjoni jew ta' maturazzjoni jew il-kwalità, il-kulur, it-tip ta' post jew avveniment partikolari marbut ma' l-istorja, ta' l-prodott b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta.
2. It-termini tradizzjonali għandhom jiġu rikonoxxuti, definiti u protetti konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(1).
Artikolu 55
Protezzjoni
1. Terminu tradizzjonali protett jista' jintuża biss għal prodott li ġie prodott konformement mad-definizzjoni msemmija fl-Artikolu 54(2).
Termini tradizzjonali għandhom ikunu protetti minn użu illegali.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji sabiex iwaqqfu użu illegali ta' termini tradizzjonali.
2. Termini tradizzjonali m'għandhomx isiru ġeneriċi fil-Komunità.
Artikolu 56
Miżuri implimentattivi
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(1), b'mod partikolari rigward:
(a) il-proċedura għall-għoti ta' protezzjoni;
(b) il-livell speċifiku ta' protezzjoni.
KAPITOLU VI
Tikkettar u preżentazzjoni
Artikolu 57
Definizzjoni
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament,
(a) “tikkettar” tfisser kwalunkwe kelma, partikolarità, trademark, isem ta' ditta, materja ta' stampa jew simbolu mpoġġijin fuq kwalunkwe ppakkjar, dokument, notifika, tikketta, ċurkett jew kullar li jakkumpanja jew jirriferi għal prodott partikolari;
(b) “preżentazzjoni” tfisser kwalunkwe informazzjoni mogħtija lill-konsumaturi permezz ta' l-ippakkjar tal-prodott konċernat inklużi il-forom u t-tip ta' fliexken.
Artikolu 58
L-applikabbiltà ta' regoli orizzontali
Għajr fejn previst mod ieħor f'dan ir-Regolament, fid-Direttiva 89/104/KEE, fid-Direttiva tal-Kunsill 89/396/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1989 dwar l-indikazzjonijiet jew il-marki li jidentifikaw il-lott li għalih jappartjieni oġġett ta' l-ikel ( 21 ), fid-Direttiva 2000/13/KE u fid-Direttiva 2007/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi regoli dwar kwantitajiet nominali għal prodotti mballati minn qabel ( 22 ) għandhom japplikaw għat-tikkettar u l-preżentazzjoni ta' prodotti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħhom.
Artikolu 59
Partikolaritajiet obligatorji
1. It-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-prodotti msemmijin fil-paragrafi 1 sa 11, 13, 15 u 16 ta' l-Anness IV kkumerċjalizzati fil-Komunità jew għall-esportazzjoni għandu jkollhom il-partikolaritajiet obbligatorji li ġejjin:
(a) id-denominazzjoni għall-kategorija tal-prodott tad-dwieli skond l-Anness IV;
(b) ta' nbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta;
(i) it-terminu “denominazzjoni ta' l-oriġini protetta” jew “indikazzjoni ġeografika protetta”, u
(ii) isem id-denominazzjoni ta' l-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta.
(ċ) il-qawwa alkoħolika reali bil-volum;
(d) indikazzjoni tal-provenjenza;
(e) indikazzjoni tal-bottiljatur jew, fil-każ ta' nbid frizzanti, inbid frizzanti bil-gass, inbid frizzanti ta' kwalità jew inbid frizzanti aromatiku ta' kwalità, l-isem tal-produttur jew il-bejjiegħ;
(f) indikazzjoni ta' l-importatur fil-każ ta' nbejjed importati;
(g) fil-każ ta' nbid frizzanti, inbid frizzanti bil-gass, inbid frizzanti ta' kwalità jew inbid frizzanti aromatiku ta' kwalità, indikazzjoni tal-kontenut ta' zokkor.
2. B'deroga mill-paragrafu 1(a), ir-referenza għall-kategorija tal-prodott tad-dwieli tista' titħalla barra għal inbejjed li t-tikketti tagħhom jinkludu l-isem protett ta' denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika.
3. B'deroga mill-paragrafu 1(b), ir-referenza għat-termini “denominazzjoni ta' l-oriġini protetta” jew “indikazzjoni ġeografika protetta” tista' titħalla barra fil-każijiet li ġejjin:
(a) fejn terminu tradizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 54(1)(a) jintwera fuq it-tikketta;
(b) fejn, f'ċirkustanzi eċċezzjonali li jiġu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(1), l-isem tad-denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta jidher fuq it-tikketta.
Artikolu 60
Dettalji fakultattivi
1. It-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-prodotti msemmijin fl-Artikolu 59(1) jista' b'mod partikolari jkun fih il-partikolaritajiet fakultattivi li ġejjin:
(a) is-sena tal-qtigħ u l-għasir ta' l-għeneb;
(b) l-isem ta' waħda jew aktar minn varjetajiet ta' l-għeneb ta' l-inbid;
(ċ) fil-każ ta' nbejjed minbarra dawk imsemmijin fl-Artikolu 59(1)(g), termini li jindikaw il-kontenut ta' zokkor;
(d) għal inbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, termini tradizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 54(1)(b);
(e) is-simbolu tal-Komunità li jindika d-denominazzjoni ta' l-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta;
(f) termini li jirriferu għal ċerti metodi ta' produzzjoni;
(g) għall-inbejjed li għandhom denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta l-isem ta' unità ġeografika oħra li tkun iżgħar jew ikbar miż-żona sottostanti għad-denominazzjoni ta' l-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika.
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 42(3), fir-rigward ta' l-użu tal-partikularitajiet imsemmijinfl-Artikolu 1(a) u (b) għall-inbejjed mingħajr denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta:
(a) L-Istati Membri għandhom jintroduċu liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi sabiex jiżguraw il-proċeduri ta' ċertifikazzjoni, approvazzjoni u kontroll sabiex jiggarantixxu l-eżattezza ta' l-informazzjoni kkonċernata;
(b) L-Istati Membri jistgħu, abbażi ta' kriterji non-diskriminatorji u oġġettivi u b'kont debitu tal-kompetizzjoni leali, għall-inbid prodott minn varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid fit-territorju tagħhom, ifasslu listi ta' varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid esklużi, b'mod partikolari jekk:
(i) ikun hemm riskju ta' konfużjoni tal-konsumaturi dwar l-oriġini vera ta' l-inbid minħabba l-fatt li l-varjetà partikolari ta' l-għeneb ta' l-inbid tifforma parti minn denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta eżistenti;
(ii) il-kontrolli rilevanti ma jkunux kost-effettivi peress li l-varjetà ta' l-għeneb ta' l-inbid partikolari tirrappreżenta parti żgħira ħafna mill-vinja ta' l-Istat Membru.
(ċ) taħlit ta' nbid minn Stati Membri differenti m'għandux jagħti lok għal tikkettar tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta' l-għeneb ta' l-inbid għajr jekk l-Istati Membri kkonċernati jaqblu xort'oħra u jiżguraw il-fattibbiltà taċ-ċertifikazzjoni, l-approvazzjoni u l-proċeduri ta' kontroll rilevanti.
Artikolu 61
Lingwi
1. Il-partikolaritajiet obbligatorji u fakultattivi msemmija fl-Artikoli 59 u 60 għandhom, meta espressi bi kliem, jidhru f'waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità.
2. Minkejja l-paragrafu 1, l-isem ta' denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta jew terminu tradizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 54(1)(a) għandu jidher fuq it-tikketta bil-lingwa jew il-lingwi li għaliha tapplika l-protezzjoni.
Fil-każ ta' denominazzjonijiet ta' l-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jew denominazzjonijiet speċifiċi nazzjonali li jużaw alfabet mhux Latin, l-isem jista' jidher ukoll b'waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità.
Artikolu 62
Infurzar
L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li prodott imsemmi fl-Artikolu 59(1) li ma jkunx ittikkettjat skond dan il-Kapitolu ma jitpoġġiex fis-suq, jew inkella, jekk diġà jinsab imqiegħed fis-suq, jitneħħa.
Artikolu 63
Miżuri implimentattivi
Għandhom jiġu adottati l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(1).
B'mod partikolari, dawk il-miżuri jistgħu jinkludu:
(a) dettalji dwar l-indikazzjoni tal-provenjenza tal-prodott rilevanti;
(b) it-termini ta' l-użu tad-dettalji fakultattivi elenkati fl-Artikolu 60;
(ċ) rekwiżiti speċifiċi relatati ma' l-indikazzjonijiet rigward is-sena ta' l-għasra u l-varjetà ta' l-għeneb ta' l-inbid li jidhru fuq it-tikketti kif imsemmijin fl-Artikolu 60(2);
(d) derogi ulterjuri flimkien ma' dawk imsemmijin fl-Artikolu 59(2) li jipprevedu li r-referenza għall-kategorija tal-prodott tad-dwieli tista' titħassar;
(e) regoli dwar il-protezzjoni li għandha tingħata fir-rigward tal-presentazzjoni ta' prodott partikolari.
KAPITOLU VII
Organizzazzjonijiet tal-produtturi u interprofessjonali
Artikolu 64
Organizzazzjonijiet ta' produtturi
1. L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu organizzazzjonijiet ta' produtturi li:
(a) huma kostitwiti minn produtturi ta' prodotti koperti b'dan ir-Regolament;
(b) huma ffurmati fuq l-inizjattiva tal-produtturi;
(ċ) isegwu għan speċifiku, li b'mod partikolari jista' jkun relatat ma' wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
(i) l-adattament tal-produzzjoni b'mod konġunt għall-ħtiġijiet tas-suq u t-titjib tal-prodott;
(ii) tippromwovi l-konċentrazzjoni tal-provvista u t-tpoġġija fis-suq tal-prodotti prodotti mill-membri tagħha;
(iii) il-promozzjoni tar-razzjonalizzazzjoni u t-titjib tal-produzzjoni u l-ipproċessar;
(iv) it-tnaqqis fl-ispejjeż tal-produzzjoni u tal-ġestjoni tas-suq u l-istabbilizzar tal-prezzijiet tal-produtturi;
(v) il-promozzjoni u l-provvediment ta' għajnuna teknika għall-użu ta' prattika ta' koltivazzjoni u teknika ta' produzzjoni li jħarsu l-ambjent;
(vi) il-promozzjoni ta' inizjattivi għall-ġestjoni ta' prodotti sekondarji enoloġiċi u għall-ġestjoni ta' skart b'mod partikolari sabiex jipproteġu l-kwalità ta' l-ilma, il-ħamrija u l-pajsaġġ u jippriservaw jew jinkoraġġixxu l-bijodiversità;
(vii) it-twettiq ta' riċerka dwar metodi ta' produzzjoni sostenibbli u żviluppi fis-suq;
(viii) il-kontribuzzjoni għall-kisba ta' programmi ta' appoġġ, kif imsemmi fil-Kapitolu I tat-Titolu II.
(d) japplikaw regoli ta' assoċjazzjoni li jeżiġu l-membri tagħhom, b'mod partikolari, sabiex:
(i) japplikaw ir-regoli adottati mill-organizzazzjoni tal-produtturi fir-rigward tar-rapportar ta' produzzjoni, il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-protezzjoni ta' l-ambjent;
(ii) jipprovdu t-tagħrif mitlub mill-organizzazzjoni tal-produtturi għal finijiet statistiċi, b'mod partikolari dwar żoni ta' tkabbir u dwar l-evoluzzjoni tas-suq;
(ii) iħallsu penali għal ksur ta' l-obbligi skond ir-regoli ta' assoċjazzjoni.
(e) bagħtu applikazzjoni għal rikonoxximent bħala organizzazzjoni tal-produtturi lill-Istat Membru kkonċernat u l-applikazzjoni fiha dawn l-elementi li ġejjin:
(i) prova li l-entità tissodisfa r-rekwiżiti stipulati f' (a) sa (d);
(ii) prova li għandha minimu ta' għadd ta' membri, li jiġi stipulat mill-Istat Membru kkonċernat;
(iii) prova li tkopri volum minimu ta' produzzjoni kummerċjali fil-qasam li fih topera l-organizzazzjoni, li jiġi stipulat mill-Istat Membru kkonċernat;
(iv) prova li tista' twettaq l-attivitajiet tagħha kif suppost, kemm f'dak li hu żmien kif ukoll f'effettività u f'konċentrazzjoni ta' provvista;
(v) prova li tgħin lill-membri tagħha b'mod effettiv sabiex jiksbu għajnuna teknika fl-użu ta' prattika ta' koltivazzjoni li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent.
2. L-organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti konformement mar-Regolament (KE) Nr 1493/1999 għandhom ikunu kkunsidrati bħala organizzazzjonijiet ta' produtturi taħt dan l-Artikolu.
Artikolu 65
Organizzazzjonijiet interprofessjonali
1. L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu organizzazzjonijiet interprofessjonali li:
(a) huma kostitwiti minn rappreżentanti ta' attivitajiet ekonomiċi fil-produzzjoni ta', kummerċ fi, jew ipproċessar ta' prodotti koperti b'dan ir-Regolament;
(b) huma ffurmati fuq l-inizjattiva tar-rappreżentanti kollha jew xi wħud minnhom, imsemmijin f' (a);
(ċ) jwettqu f'xi reġjun Komunitarju jew aktar, b'kont meħud tas-saħħa pubblika u l-interessi tal-konsumaturi, xi miżura, jew aktar, minn dawn li ġejjin:
(i) li ttejjeb il-konoxxenza u t-trasparenza tal-produzzjoni u tas-suq;
(ii) li tgħin sabiex jiġi kkoordinat aħjar il-mod ta' kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, b'mod partikolari permezz ta' riċerka u studji dwar is-suq;
(iii) li tfassal il-forom standard ta' kuntratt kompatibbli mar-regoli Komunitarji,
(iv) li tisfrutta aktar bis-sħiħ il-potenzjal tal-produzzjoni;
(v) li tforni informazzjoni u twettaq ir-riċerka meħtieġa sabiex tiġi aġġustata l-produzzjoni lejn prodotti aktar xierqa għal ħtiġijiet tas-suq u gosti u aspettattivi tal-konsumatur, b'mod partikolari b'rigward għall-kwalità tal-prodott u għall-protezzjoni ta' l-ambjent,
(vi) li tipprovdi informazzjoni dwar karatteristiċi partikolari ta' nbid b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta;
(vii) li tfittex modi kif jiġi ristrett l-użu tal-prodotti dwar is-saħħa tal-pjanti u inputs oħrajn u tiżgura l-kwalità tal-prodott u konservazzjoni tal-ħamrija u l-ilma,
(viii) li tippromwovi l-produzzjoni integrata jew metodi ta' produzzjoni oħrajn favur l-ambjent,
(ix) li tinkoraġġixxi konsum moderat u responsabbli ta' nbid u tinforma dwar il-ħsara marbuta ma' użanzi ta' konsum perikolużi;
(x) li twettaq azzjonijiet sabiex tippromwovi l-inbid, speċjalment f'pajjiżi terzi;
(xi) li tiżviluppa metodi u strumenti sabiex ittejjeb il-kwalità tal-prodott fl-istadji kollha tal-produzzjoni, vinifikazzjoni u kummerċjalizzazzjoni;
(xii) li tisfrutta, tipproteġi u tippromwovi l-potenzjal tal-biedja organika;
(xiii) li tisfrutta, tipproteġi u tippromwovi t-tikketti ta' kwalità u denominazzjonijiet ta' l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi;
(d) bagħtu applikazzjoni għal rikonoxximent lill-Istat Membru kkonċernat u l-applikazzjoni fiha dawn l-elementi li ġejjin:
(i) prova li l-entità tilħaq ir-rekwiżiti stipulati f' (a) sa (c);
(ii) prova li l-entità twettaq l-attivitajiet tagħha f'waħda jew aktar mir-reġjuni fit-territorju kkonċernat;
(iii) prova li l-entità tirrappreżenta sehem sinifikanti tal-produzzjoni jew kummerċ fi prodotti koperti minn dan ir-Regolament;
(iv) prova li l-entità ma tiħux sehem fil-produzzjoni jew l-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti koperti minn dan ir-Regolament.
2. L-organizzazzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1, li ġew rikonoxxuti mill-Istati Membri, għandhom ikunu kkunsidrati bħala organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti taħt dan l-Artikolu.
Artikolu 66
Proċedura ta' rikonoxximent
1. L-applikazzjonijiet għal rikonoxximent bħala organizzazzjoni ta' produtturi jew interprofessjonali għandhom jintbagħtu lil u jiġu eżaminati mill-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni għandha l-kwartieri ġenerali tagħha.
2. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu jekk jingħatax jew jiġi rrifjutat ir-rikonoxximent ta' l-organizzazzjoni fi żmien erba' xhur minn meta tintbagħat l-applikazzjoni.
Artikolu 67
Regoli għall-kummerċjalizzazzjoni
1. L-Istati Membri produtturi, sabiex itejbu u jistabbilizzaw l-operat tas-suq komuni ta' l-inbejjed inklużi l-għeneb, il-most u l-inbejjed derivanti, b'mod partikolari bl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet meħuda minn organizzazzjonijiet interprofessjonali, jistgħu jistipulaw regoli għall-kummerċjalizzazzjoni sabiex jirregolaw il-provvista.
Dawn ir-regoli għandhom ikunu proporzjonati għall-objettiv mixtieq u m'għandhomx:
(a) ikunu relatati ma' kwalunkwe tranżazzjoni wara l-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodott konċernat;
(b) jippermettu l-iffissar tal-prezz, inkluż meta l-prezzijiet huma stipulati bħala gwida jew rakkomandazzjoni;
(ċ) jirrendu indisponibbli proporzjon eċċessiv tal-ħsad li b'mod ieħor kien ikun disponibbli;
(d) jipprovdu l-ambitu sabiex jirrifjutaw li joħorġu ċ-ċertifikati nazzjonali u Komunitarji meħtieġa għaċ-ċirkolazzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni ta' l-inbejjed meta din il-kummerċjalizzazzjoni ssir skond dawn ir-regoli.
2. Ir-regoli msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jinġiebu għall-attenzjoni ta' l-operaturi b'pubblikazzjoni in extenso, f'pubblikazzjoni uffiċjali ta' l-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 68
Monitoraġġ
L-Istati Membri għandhom:
(a) iwettqu spezzjonijiet f'intervalli regolari sabiex jiżguraw li l-organizzazzjonijiet interprofessjonali u tal-produtti jikkonformaw mat-termini u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent stipulati fl-Artikoli 64 u 65;
(b) jirrifjutaw ir-rikonoxximent jekk organizzazzjoni interprofessjonali jew tal-produtturi ma għadhiex konformi mar-rekwiżiti rilevanti u jimponu penali fuq dawn l-organizzazzjonijiet fin-nuqqas ta' konformità jew irregolaritajiet.
Artikolu 69
Komunikazzjoni
Sa l-1 ta' Marzu kull sena u għall-ewwel darba sa l-1 ta' Marzu 2009, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni d-deċiżjonijiet jew l-azzjonijiet li ħadu konformement ma' l-Artikoli 66, 67 u 68 matul is-sena kalendarja preċedenti.
TITOLU IV
KUMMERĊ MA' PAJJIŻI TERZI
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet komuni
Artikolu 70
Prinċipji ġenerali
1. Għajr fejn provdut mod ieħor f'dan ir-Regolament, ir-rati ta' dazju li hemm fit-Tariffa Doganali Komuni għandhom japplikaw għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament.
2. Salv kif inhu altrimenti previst f'dan ir-Regolament jew f'xi dispożizzjonijiet adottati wara, dan li ġej huwa kummerċ projbit ma' pajjiżi terzi:
(a) l-imposta ta' kwalunkwe miżata li jkollha l-effett ekwivalenti għal dazju doganali;
(b) l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni jew miżura kwantitattiva li jkollha l-effett ekwivalenti.
Artikolu 71
Nomenklatura Magħquda
Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha għandhom japplikaw għall-klassifika tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament. In-nomenklatura tariffarja li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inklużi, skond il-każ, id-definizzjonijiet u l-kategoriji fl-Annessi I u IV għandhom jiġu inklużi fit-Tariffa Doganali Komuni.
KAPITOLU II
Il-liċenzji ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni
Artikolu 72
Il-liċenzji ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni
1. Jista' jiġi deċiż, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(1), li importazzjonijiet għall-Komunità jew esportazzjonijiet mill-Komunità ta' wieħed jew aktar mill-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 2009 61, 2009 69 u 2204 għandhom ikunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenzja ta' l-importazzjoni jew ta' l-esportazzjoni.
2. Meta jiġi applikat il-paragrafu 1, għandu jittieħed kont tal-ħtieġa ta' liċenzji għall-ġestjoni tas-swieq konċernati, u b'mod partikolari, fil-kaz ta' liċenzji ta' l-importazzjoni, għall-monitoraġġ ta' l-importazzjonijiet ta' prodotti in kwistjoni.
Artikolu 73
Il-ħruġ ta' liċenzji
Il-liċenzji ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni għandhom jinħarġu mill-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post ta' l-istabbiliment tiegħu fil-Komunità, sakemm Regolament tal-Kunsill jew kwalunkwe att ieħor tal-Kunsill ma jipprevedix mod ieħor, u mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda għall-applikazzjoni tal-Kapitolu IV.
Artikolu 74
Il-validità ta' liċenzi
Il-liċenza ta' importazzjoni jew esportazzjoni huma validi ġol-Komunità kollha.
Artikolu 75
Sigurtà
1. Għajr fejn previst mod ieħor skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(1), il-liċenzji ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni għandhom jinħarġu suġġett għal li tintbagħat garanzija li tassigura li l-prodotti huma importati jew esportati matul il-perijodu tal-validità tal-liċenzja.
2. Apparti f'każijiet ta' force majeure, il-garanzija tintilef kompletament jew parzjalment jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma sseħħx, jew jekk isseħħ biss parzjalment, matul il-perijodu tal-validità tal-liċenzja.
Artikolu 76
Garanzija speċjali
1. Għal meraq u most li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 2009 61, 2009 69 u 2204 30 li dwarhom l-applikazzjoni tad-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni tiddependi fuq il-prezz ta' l-importazzjoni tal-prodott, l-ammont reali ta' dak il-prezz għandu jiġi vverifikat jew billi tiġi kkontrollata kull konsenja jew permezz ta' l-użu tal-valur ta' l-importazzjoni b'rata fissa kkalkolata mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-kwotazzjonijiet tal-prezz għall-istess prodotti fil-pajjiżi ta' l-oriġini.
Jekk il-prezz ta' dħul dikjarat tal-konsenja jkun aktar għoli mill-valur ta' l-importazzjoni b'rata-dritta, jekk dan ikun applikabbli, miżjud b'marġini adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(1) li ma tistax teċċedi l-valur tar-rata-dritta b'aktar minn 10 %, ikun hemm bżonn li tiġi ppreżentata garanzija egwali għad-dazji fuq l-importazzjoni ddeterminati fuq il-bażi tal-valur ta' l-importazzjoni b'rata-dritta.
Jekk il-prezz tad-dħul tal-konsenja ma jkunx dikjarat, l-applikazzjoni tat-Tariffa Doganali Komuni għandha tiddependi mill-valur ta' l-importazzjoni b'rata fissa jew mill-applikazzjoni, taħt il-kondizzjonijiet li jiġu ddeterminati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(1), tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni doganali
2. Fil-każ li d-derogi mill-Kunsill imsemmija fil-punti B.5 jew C ta' l-Anness VI jiġu applikati għall-prodotti importati, l-importaturi għandhom jikkostitwixxu garanzija għal dawk il-prodotti ma' l-awtoritajiet doganali nominati fil-ħin tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa. Il-garanzija għandha tkun rilaxxata malli l-importatur jippreżenta prova, għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, li l-most ta' l-għeneb ikun inġieb f'ġulepp ta' l-għeneb, użat fi prodotti oħra 'l barra mis-settur ta' l-inbid jew, jekk ikun ġie vvinifikat, kien ġie ttikkettjat kif xieraq.
Artikolu 77
Miżuri implimentattivi
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(1).
B'mod partikolari, dawk il-miżuri jistgħu jinkludu:
(a) l-issettjar ta' kriterji sabiex jiġi determinat liema metodu ta' kontroll għandu jiġi applikat;
(b) il-fatturi li għandhom jitqiesu fil-kalkolu ta' valuri ta' l-importazzjoni b'rata fissa;
(ċ) il-livell ta' garanziji msemmija fl-Artikoli 75 u 76 u r-regoli li jirregolaw ir-rilaxx tagħhom;
(d) fejn applikabbli, il-lista ta' prodotti li fir-rigward tagħhom il-liċenzji ta' l-importazzjoni jew esportazzjoni huma meħtieġa;
(e) fejn applikabbli, il-kondizzjonijiet li fuqhom għandhom jinħarġu liċenzji ta' l-importazzjoni jew esportazzjoni u l-perijodu ta' validità tagħhom.
KAPITOLU III
Is-salvagwardja u l-ipproċessar attiv jew passiv
Artikolu 78
Il-miżuri tas-salvagwardja
1. Għandhom jittieħdu miżuri ta' salvagwardja mill-Kummissjoni kontra importazzjonijiet fil-Komunità, suġġetti għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, konformement mar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 519/94 tas-7 ta' Marzu 1994 dwar regoli komuni għal importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi ( 23 ) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3285/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet ( 24 ).
2. Għajr fejn previst mod ieħor fi kwalunkwe att ieħor tal-Kunsill, miżuri ta' salvagwardja kontra importazzjoniiet għall-Komunità regolati bi strumenti ta' ftehim internazzjonali magħmula skond l-Artikolu 300 tat-Trattat għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni skond il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.
3. Miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jittieħdu mill-Kummissjoni fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, għandha tieħu deċiżjoni fir-rigward tagħha fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol wara li tkun irċevietha.
L-Istati Membri għandhom ikunu notifikati b'tali miżuri, li għandhom ikunu applikabbli immedjatament.
Deċiżjonijiet meħudin mill-Kummissjoni skond il-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol mid-data li fiha ġew notifikati. Il-Kunsill għandu jiltaqa' mingħajr dewmien. Huwa jista', filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jirrevoka d-deċiżjonijiet in kwistjoni fi żmien xahar wara d-data li fiha jkunu ġew riferuti lill-Kunsill.
4. Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li kwalunkwe miżura ta' salvagwardja meħuda skond il-paragrafi 1 jew 2 trid tiġi revokata jew emendata, għandha tipproċedi kif ġej:
(a) fejn il-miżura twettqet mill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tipproponi lill-Kunsill li tkun irrevokata jew emendata. Il-Kunsill għandu jaġixxi permezz ta' maġġoranza kkwalifikata;
(b) fil-każijiet l-oħra kollha, il-miżuri ta' salvagwardja Komunitarji għandhom jiġu revokati jew emendati mill-Kummissjoni.
Artikolu 79
Dazji addizzjonali ta' importazzjoni
1. Dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni għandu japplika għal importazzjonijiet, suġġetti għar-rata ta' dazju stipulata fl-Artikolu 60(1), tal-meraq ta' l-għeneb u l-most meta indikati bi klawżola ta' salvagwardja speċjali (“SSG”) fil-Ftehim dwar Agrikoltura konkluż matul is-Sensiela ta' Negozjati Multilaterali ta' l-Urugwaj dwar il-Kummerċ, sabiex jiġu evitati u missielta l-effetti ħżiena fuq is-suq Komunitarju li jistgħu jirriżultaw minn dawn l-importazzjonijiet, jekk:
(a) l-importazzjonijiet isiru bi prezz aktar baxx mil-livell innotifikat mill-Komunità lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), jew
(b) il-volum ta' importazzjonijiet fi kwalunkwe sena jaqbeż ċertu livell.
Il-volum imsemmi f' (b) għandu jkun ibbażat fuq l-opportunitajiet għal aċċess fis-suq, definit, fejn applikabbli, bl-importazzjonijiet bħala perċentwal tal-konsum domestiku korrispondenti matul it-tliet snin ta' qabel.
2. Ma għandux ikun hemm dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni meta l-importazzjonijiet aktarx li ma jgħawġux is-suq Komunitarju, jew fejn l-effetti kieku jkunu sproporzjonati ma' l-għan intenzjonat.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1(a), il-prezzijiet ta' importazzjoni għandhom jiġu determinati fuq il-bażi tal-prezzijiet cif ta' l-importazzjoni tal-konsenja kkonċernata.
Il-prezzijiet cif ta' l-importazzjoni għandhom jiġu ċċekkjati mal-prezzijiet rappreżentattivi tal-prodott fuq is-suq dinji jew fuq is-suq Komunitarju ta' importazzjoni għal dak il-prodott.
Artikolu 80
Sospensjoni ta' l-arranġamenti ta' l-ipproċessar attiv jew passiv
1. Meta s-suq Komunitarju jiġi mfixkel jew ikun aktarx se jitgħawweġ minħabba arranġamenti ta' l-ipproċessar attiv jew passiv, jista' jiġi deċiż, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess, u skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(1), li jiġi sospiż kompletament jew parzjalment l-użu ta' arranġamenti ta' l-ipproċessar attiv jew passiv għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni dwarha fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn meta tkun irċeviet it-talba.
L-Istati Membri għandhom ikunu notifikati b'tali miżuri, li għandhom ikunu applikabbli immedjatament.
Miżuri deċiżi skond l-ewwel subparagrafu jistgħu jiġu referiti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn meta kienu nnotifikati. Il-Kunsill għandu jiltaqa' mingħajr dewmien. Il-Kunsill jista', waqt li jaġixxi bil-maġġoranza kwalifikati, jemenda jew jirrevoka l-miżuri kkonċernati fi żmien xahar mid-data li kienu rriferuti lilu.
2. Għal finijiet neċessarji għal funzjonament tajjeb ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid, l-użu ta' arranġamenti ta' l-ipproċessar attiv jew passiv għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament jista' jiġi pprojbit parzjalment jew kompletament mill-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 37(2) tat-Trattat.
Artikolu 81
Miżuri implimentattivi
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(1).
KAPITOLU IV
Regoli li japplikaw għall-importazzjoni
Artikolu 82
Rekwiżiti għall-importazzjoni
1. Għajr fejn previst mod ieħor, b'mod partikolari fi strumenti ta' ftehim konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat, id-dispożizzjonijiet rigward denominazzjonijiet ta' l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi u tikkettar stabbiliti fil-Kapitoli III u IV tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament, fejn applikabbli, kif ukoll l-Artikolu 25(2) ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 2009 61, 2009 69 u 2204 li huma importati fil-Komunità.
2. Għajr fejn previst mod ieħor fi strumenti ta' ftehim konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat, il-prodotti imsemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu prodotti konformement mal-prattika enoloġika rrakkomandata u ppubblikata mill-OIV jew awtorizzata mill-Komunità skond dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.
3. L-importazzjoni tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun suġġetta għall-preżentazzjoni ta:
(a) ċertifikat li jixhed il-konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, li jrid jinħareġ minn entità kompetenti, inkluża f'lista li għandha tiġi ppubblikata mill-Kummissjoni, fil-pajjiż li minnu ġej il-prodott;
(b) rapport ta' analiżi li jinħareġ minn entità jew dipartiment nominat mill-pajjiż li minnu ġej il-prodott, sakemm il-prodott huwa maħsub għall-konsum dirett tal-bniedem.
Artikolu 83
Kwoti tariffarji
1. Il-kwoti tariffarji ta' l-importazzjoni għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament li jirriżultaw minn strumenti ta' ftehim konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat jew minn xi att ieħor tal-Kunsill għandhom jinfetħu u jkunu amministrati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(1) ta' dan ir-Regolament.
2. Il-kwoti ta' tariffi għandhom jiġu amministrati b'mod li tiġi evitata kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati, billi jiġi applikat wieħed mill-metodi li ġejjin jew kombinazzjoni tagħhom jew metodu adatt ieħor:
(a) metodu bbażat fuq l-ordni kronoloġika tad-depożitu ta' applikazzjonijiet (prinċipju ta' “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel”);
(b) metodu ta' distribuzzjoni bi proporzjon għall-kwantitajiet mitluba meta l-applikazzjonijiet ġew depożitati (permezz tal-“metodu ta' eżami simultanju”);
(ċ) metodu bbażat fuq li jitqiesu mudelli tradizzjonali ta' kummerċ (permezz tal-“metodu tradizzjonali/wasla ġdida”).
3. Il-metodu ta' l-amministrazzjoni adottat għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji għandu, fejn xieraq, jagħti każ biżżejjed tal-ħtiġijiet tal-provvista tas-suq Komunitarju u tal-ħtieġa li jiġi ssalvagwardjat il-bilanċ ta' dak is-suq.
Artikolu 84
Miżuri implimentattivi
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(1).
B'mod partikolari, dawk il-miżuri jistgħu jinkludu:
(a) dettalji dwar ir-rekwiżiti ta' importazzjoni;
(b) garanziji li jkopru n-natura, il-provenjenza u l-oriġini tal-prodott;
(ċ) rikonoxximent tad-dokument użat sabiex jiġu vverifikati il-garanziji msemmija fil-punt (b).
TITOLU V
POTENZJAL TA' PRODUZZJONI
KAPITOLU I
Taħwil illegali
Artikolu 85
Taħwil illegali li jkun sar wara l-31 ta' Awwissu 1998
1. Il-produtturi għandhom jaqilgħu mill-għeruq id-dwieli minn vinji bi spejjeż tagħhom mingħajr dritt għal taħwil korrispondenti, fejn applikabbli, wara l-31 ta' Awwissu 1998.
2. Sakemm jinqalgħu d-dwieli, skond il-paragrafu 1, għeneb u prodotti magħmulin minn għeneb miż-żoni msemmija f'dak il-paragrafu jistgħu jiddaħħlu fis-suq għall-finijiet ta' distillazzjoni biss għall-ispejjeż esklussivi tal-produttur. Il-prodotti li jirriżultaw mid-distillazzjoni ma jistgħux jintużaw fil-fabbrikazzjoni ta' alkoħol b'qawwa alkoħolika reali ta' 80 % vol. jew anqas.
3. Mingħajr preġudizzju, fejn applikabbli, għal penali aktar bikrija imposti mill-Istati Membri, l-Istati Membri għandhom, mill-31 ta' Diċembru 2008 'l quddiem, jimponu penali fuq produtturi li ma kkonformawx ma' dan l-obbligu tal-qlugħ mill-għeruq iggradat skond il-gravità, il-firxa u t-tul ta' żmien tan-nuqqas ta' konformità.
4. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni sa l-1 ta' Marzu ta' kull sena iż-żoni mħawla bid-dwieli mingħajr dritt għat-taħwil korrispondenti wara l-31 ta' Awwissu 1998, kif ukoll iż-żoni ta' dwieli maqlugħa mill-għeruq skond il-paragrafu 1.
5. It-tmiem tal-projbizzjoni transizzjonali fuq it-taħwil ġdid fil-31 ta' Diċembru 2015, kif previst fl-Artikolu 90(1), ma għandux jolqot l-obbligi regolati b'dan l-Artikolu.
Artikolu 86
Regolarizzazzjoni obbligatorja tat-taħwil illegali li jkun sar qabel l-1 ta' Settembru 1998
1. Il-produtturi għandhom, kontra l-ħlas ta' miżata u mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2009, jirregolarizzaw żoni mħawlin b'vinji mingħajr dritt għal taħwil korrispondenti, fejn applikabbli, qabel l-1 ta' Settembru 1998.
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe proċedimenti taħt l-approvazzjoni tal-kontijiet, l-ewwel subparagrafu m'għandux japplika għal żoni regolarizzati abbażi ta' l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru1493/1999.
2. Il-miżata msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun stabbilita mill-Istati Membri. Għandha tkun ekwivalenti għall-anqas għall-valur medju doppju tad-dritt tat-taħwil korrispondenti fir-reġjun konċernat.
3. Sakemm issir ir-regolarizzazzjoni skond il-paragrafu 1, għeneb jew prodotti magħmulin minn għeneb miż-żoni msemmija f'dak il-paragrafu jistgħu jiddaħħlu fis-suq għal finijiet ta' distillazzjoni biss għall-ispejjeż esklussivi tal-produttur. Dawn il-prodotti ma jistgħux jintużaw fil-fabbrikazzjoni ta' alkoħol b'qawwa alkoħolika reali ta' 80 % vol. jew anqas.
4. Il-produtturi kkonċernati għandhom jaqilgħu d-dwieli bi spejjeż tagħhom stess minn zoni illegali msemmija fil-paragrafu 1 li ma jkunux regolarizzati skond dak il-paragrafu sal-31 ta' Diċembru 2009.
L-Istati Membri għandhom jimponu penali, progressivi skond il-gravità, il-firxa u t-tul ta' żmien tan-nuqqas ta' konformità, fuq produtturi li ma kkonformawx ma' dan l-obbligu tal-qlugħ mill-għeruq.
Sakemm isir il-qlugħ mill-għeruq imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 għandu japplika mutatis mutandis.
5. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, sa l-1 ta' Marzu ta' kull waħda mis-snin rilevanti:
(a) iż-żoni mħawla bi dwieli mingħajr id-dritt għat-taħwil korrispondenti qabel l-1 ta' Settembru 1998;
(b) iż-żoni regolarizzati skond il-paragrafu 1, il-miżati pprovduti f'dak il-paragrafu kif ukoll il-valur medju tad-drittijiet tat-taħwil reġjonali kif previst fil-paragrafu 2.
L-Istati Membri għandhom, għall-ewwel darba sa l-1 ta' Marzu 2010, jikkomunikaw lill-Kummissjoni ż-żoni ta' dwieli maqlugħa mill-għeruq skond l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4.
6. It-tmiem tal-projbizzjoni transizzjonali fuq taħwil ġdid fil-31 ta' Diċembru 2015 kif previst fl-Artikolu 90(1), ma għandux jolqot l-obbligi regolati fil-paragrafi 3, 4 u 5.
Artikolu 87
Kontroll ta' nuqqas ta' ċirkolazzjoni jew distillazzjoni
1. Fir-rigward ta' l-Artikolu 85(2) u l-Artikolu 86(3) u (4), l-Istati Membri għandhom jitolbu evidenza ta' nuqqas ta' ċirkolazzjoni tal-prodotti kkonċernati jew, fejn il-prodotti kkonċernati huma distillati, il-preżentazzjoni ta' kuntratti ta' distillazzjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw in-nuqqas ta' ċirkolazzjoni u d-distillazzjoni msemmijin fil-paragrafu 1. Għandhom jimponu penali fil-każ ta' nuqqas ta' konformità.
3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni biż-żoni suġġetti għad-distillazzjoni u l-volumi ta' alkoħol korrispondenti.
Artikolu 88
Miżuri ta' akkumpanjament
Iż-żoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 86(1), sakemm mhumiex irregolarizzati, u ż-żoni msemmijin fl-Artikolu 85(1) , m'għandhomx jibbenifikaw minn kwalunkwe miżura ta' appoġġ nazzjonali jew Komunitarja.
Artikolu 89
Miżuri implimentattivi
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(1).
B'mod partikolari, dawk il-miżuri jistgħu jinkludu:
(a) dettalji dwar ir-rekwiżiti komunikattivi ta' l-Istati Membri inkluż it-tnaqqis possibbli ta' l-allokazzjonijiet baġitarji msemmijin fl-Anness II fil-każ ta' nuqqas ta' konformità;
(b) dettalji tal-penali li jridu jiġu imposti mill-Istati Membri fil-każ ta' nuqqas ta' konformità ma' l-obbligi stipulati fl-Artikoli 85, 86 u 87.
KAPITOLU II
Sistema transizzjonali tad-dritt ta' taħwil
Artikolu 90
Projbizzjoni transizzjonali tat-taħwil ta' dwieli
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 24 u b'mod partikolari l-paragrafu 3 tiegħu, it-taħwil ta' dwieli tal-varjetajiet ta' l-għeneb ta' l-inbid klassifikabbli skond l-Artikolu 24(1) għandu jkun projbit sal-31 ta' Diċembru 2015.
2. Sal-31 ta' Diċembru 2015, it-tilqim mill-ġdid ta' varjetajiet ta' l-għeneb ta' l-inbid klassifikabbli skond l-Artikolu 24(1) minn varjetajiet oħra barra l-varjetajiet ta' l-għeneb ta' l-inbid msemmijin f'dak l-Artikolu għandu jkun projbit ukoll.
3. Minkejja l-paragrafi 1 u 2, it-taħwil u t-tilqim mill-ġdid kif imsemmija f'dawk il-paragrafi għandhom ikunu permessi jekk koperti minn:
(a) dritt ta' taħwil ġdid, kif regolat fl-Artikolu 91;
(b) dritt ta' taħwil mill-ġdid, kif regolat fl-Artikolu 92;
(ċ) dritt ta' taħwil mogħti minn riserva kif regolat mill-Artikoli 93 u 94.
4. Id-drittijiet tat-taħwil imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jingħataw f'ettari.
5. L-Artikoli 91 sa 96 għandhom japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2015.
6. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jżommu l-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fit-territorju tagħhom jew f'partijiet mit-territorju tagħhom sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2018. Fdan il-każ ir-regoli li jirregoaw ir-reġim transitorju tad-dritt ta' taħwil kif imniżżel f'dan il-Kapitolu inkluż dan l-Artikolu għandhom japplikaw kif meħtieġ fl-Istat Membru.
Artikolu 91
Drittijiet ta' taħwil ġdid
1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu drittijiet ġodda ta' tħawwil lill-produtturi fir-rigward ta' żoni:
(a) maħsubin għal taħwil ġdid li jsir permezz tal-miżuri għall-konsolidazzjoni ta' l-art jew il-miżuri li jikkonċernaw xiri obbligatorju fl-interess pubbliku adottati taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali;
(b) maħsubin għal finijiet esperimentali;
(ċ) maħsubin għal serer għat-tilqim; jew
(d) li l-prodotti ta' l-inbid jew tad-dwieli tagħhom huma maħsubin biss għall-konsum mill-membri ta' l-unità domestika tal-produttur ta' l-inbid.
2. Id-drittijiet ta' taħwil ġdid mogħtija għandhom:
(a) jiġu eżerċitati mill-produttur li jingħatawlu;
(b) jintużaw qabel it-tmiem tat-tieni sena ta' l-għasra wara dik li ngħataw fiha;
(ċ) jintużaw għall-finijiet li għalihom ngħataw.
Artikolu 92
Id-drittijiet ta' taħwil mill-ġdid
1. L-Istati Membri għandhom jagħtu drittijiet ta' taħwil mill-ġdid lill-produtturi li jkunu qalgħu żona tad-dwieli.
Madankollu, iż-żoni li jiġu maqlugħin mill-għeruq u li għalihom ikun ingħata premium għall-qlugħ mill-għeruq skond il-Kapitolu III m'għandhomx jiġġeneraw drittijiet għal taħwil mill-ġdid.
2. L-Istati Membri jistgħu jagħtu drittijiet ta' taħwil mill-ġdid lill-produtturi li jkunu impenjaw ruħhom li jaqilgħu żona tad-dwieli. F'dawn il-każijiet, il-qlugħ mill-għeruq miż-żona marbuta, li għalihom ingħataw id-drittijiet ta' taħwil mill-ġdid, għandu jsir sa mhux aktar tard minn tmiem it-tielet sena minn meta tħawlu d-dwieli ġodda.
3. Id-drittijiet ta' taħwil mill-ġdid għandhom jikkorrispondu b'ekwivalenza maż-żona li nqalgħu d-dwieli minnha f'termini ta' uċuħ puri.
4. Id-drittijiet ta' taħwil mill-ġdid għandhom jiġu eżerċitati fuq l-oqsma li fir-rigward tagħhom ikunu ġew mogħtija. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw ukoll li dawn id-drittijiet ta' tħawwil mill-ġdid jistgħu jiġu eserċitati biss fiż-żona fejn seħħ it-tindif.
5. B'deroga mill-paragrafu 4, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li d-drittijiet ta' taħwil mill-ġdid jistgħu jiġu trasferiti, totalment jew parzjalment, lejn oqsma oħra fl-istess Stat Membru meta:
(a) parti mill-oqsma kkonċernati tkun trasferita lejn dak il-qasam l-ieħor;
(b) żoni fuq dik il-proprjeta l-oħra intenzjonati għal:
(i) għall-produzzjoni ta' nbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, jew
(ii) għall-koltivazzjoni ta' mixtliet għat-tilqim.
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-applikazzjoni ta' dawn id-derogi regolati fl-ewwel subparagrafu ma twassalx għal żieda ġenerali fil-potenzjal tal-produzzjoni fit-territorju tagħhom, partikolarment meta jsiru trasferimenti minn żoni mhux imsoqqija għal żoni msoqqija.
6. Il-paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal drittijiet simili għad-drittijiet għal taħwil mill-ġdid miksubin skond leġiżlazzjoni Komunitarja jew nazzjonali preċedenti.
7. Id-drittijiet ta' taħwil mill-ġdid mogħtija skond l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għandhom jintużaw matul il-perijodi pprovduti fl-istess Artikolu.
Artikolu 93
Riserva nazzjonali u reġjonali tad-drittijiet ta' taħwil
1. Sabiex titjieb il-ġestjoni tal-potenzjal ta' produzzjoni, l-Istati Membri għandhom joħolqu riserva nazzjonali jew riservi reġjonali ta' drittijiet ta' taħwil.
2. L-Istati Membri li stabbilixxew riservi nazzjonali jew reġjonali ta' drittijiet ta' taħwil skond ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jistgħu jżommu dawk ir-riservi dment li huma japplikaw ir-reġim transitorju tad-dritt ta' taħwil konformement ma' dan il-Kapitolu.
3. Id-drittijiet ta' taħwil li ġejjin għandhom jiġu allokati lir-riservi nazzjonali jew reġjonali jekk ma jintużawx fiż-żmien preskritt:
(a) drittijiet ta' taħwil ġdid;
(b) drittijiet ta' taħwil mill-ġdid;
(ċ) għoti ta' drittijiet ta' taħwil mir-riserva.
4. Il-produtturi jistgħu jittrasferixxu drittijiet ta' taħwil mill-ġdid għar-riservi nazzjonali jew reġjonali. Il-kondizzjonijiet ta' dan it-trasferiment, mogħti, fejn meħtieġ, għal pagament minn fondi nazzjonali, għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri b'qies għall-interessi leġittimi tal-partijiet.
5. B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jimplimentawx sistema ta' riserva sakemm ikunu jistgħu jagħtu prova li teżisti sistema alternattiva effettiva għal ġestjoni tad-drittijiet ta' taħwil fit-territorju tagħhom. Is-sistema alternattiva tista', meta dan ikun meħtieġ, tidderoga mid-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan il-Kapitolu.
L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għal Stati Membri li jwaqqfu l-operat ta' riservi nazzjonali jew reġjonali skond ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999.
Artikolu 94
Għoti ta' drittijiet ta' taħwil mir-riserva
1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu drittijiet minn riserva:
(a) mingħajr ħlas, lill-produtturi li huma taħt l-età ta' 40 sena, li jkollhom esperjenza u kompetenza tas-sengħa adegwati, li jkunu qegħdin jistabbilixxu għall-ewwel darba u li jkunu stabbiliti bħala l-kap ta' l-azjenda;
(b) bi ħlas għal fondi nazzjonali jew, fejn xieraq, fondi reġjonali, lill-produtturi li jkunu biħsiebhom jużaw id-drittijiet sabiex iħawlu vinji bi żbokk assigurat għall-produzzjoni tagħhom.
L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kriterji għall-istipular ta' l-ammonti tal-ħlas imsemmija f' (b), li jistgħu jvarjaw skond il-prodott finali intenzjonat tal-vinji kkonċernati u skond il-perijodu transitorju li jibqa' li matulu tapplika l-projbizzjoni fuq it-taħwil ġdid kif regolata fl-Artikoli 90(1) u (2).
2. Meta jintużaw drittijiet ta' taħwil mogħtija minn riserva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a) il-post, il-varjetajiet u t-teknika ta' koltivazzjoni użati jiggarantixxu li l-produzzjoni sussegwenti hija adatta għad-domanda tas-suq;
(b) il-livelli ta' ħsad mill-oqsma huma tipiċi tal-medja fir-reġjun, b'mod partikolari fejn id-drittijiet ta' taħwil li oriġinaw f'żoni mhux imsoqqija jiġu użati f'żoni msoqqija.
3. Id-drittijiet ta' taħwil mogħtija minn riserva li ma jintużawx qabel tmiem it-tieni sena ta' l-għasra wara dik li fiha ngħataw jintilfu u jiġu rijallokati għar-riserva.
4. Id-drittijiet ta' taħwil f'riserva, li ma jitħallsux qabel tmiem il-ħames sena ta' l-għasra wara l-allokazzjoni tagħhom għar-riserva għandhom jispiċċaw.
5. Meta Stat Membru joħloq riservi reġjonali, jista' jistipula regoli li jippermettu t-trasferiment tad-drittijiet ta' taħwil bejn riservi reġjonali. Jekk kemm ir-riservi reġjonali kif ukoll nazzjonali jeżistu fi Stat Membru, dan jista' jippermetti wkoll trasferiment bejn dawk ir-riservi.
It-trasferimenti jistgħu jkunu suġġetti għal koeffiċjent ta' tnaqqis.
Artikolu 95
De minimis
Dan il-Kapitolu m'għandux japplika fi Stati Membri fejn ir-reġim Komunitarju tad-dritt għal tħawwil ma kienx japplika sal-31 ta' Diċembru 2007.
Artikolu 96
Regoli nazzjonali aktar stretti
L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli nazzjonali aktar stretti għall-għotja ta' drittijiet ta' taħwil ġdid jew ta' taħwil mill-ġdid. Jistgħu jirrikjedu li l-applikazzjonijiet rispettivi u l-informazzjoni rilevanti meħtieġa jiġu ssupplimentati b'informazzjoni addizzjonali meħtieġa għal monitoraġġ ta' l-iżvilupp tal-potenzjal tal-produzzjoni.
Artikolu 97
Miżuri implimentattivi
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(1).
Dawk il-miżuri jistgħu partikolarment jinkludu:
(a) dispożizzjonijiet sabiex jiġi evitat ħlas amministrattiv eċċessiv meta jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu;
(b) il-koeżistenza ta' dwieli permezz ta' l-Artikolu 102(2);
(ċ) l-applikazzjoni tal-koeffiċjent ta' tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 94(5).
KAPITOLU III
Skema ta' qlugħ mill-għeruq
Artikolu 98
Kamp ta' applikazzjoni u definizzjoni
Dan il-Kapitolu jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom il-vitikulturi għandhom jirċievu premium fi skambju għall-qlugħ mill-għeruq (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “premium għall-qlugħ mill-għeruq”).
Artikolu 99
Tul ta' żmien ta' l-iskema
L-iskema tal-qlugħ mill-għeruq għandha tapplika sa tmiem is-sena ta' l-għasra 2010/2011.
Artikolu 100
Kondizzjonijiet ta' eliġibbiltà
Il-premium għall-qlugħ mill-għeruq jista' jingħata biss jekk iż-żona kkonċernata hija konformi ma' dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) ma rċevitx appoġġ Komunitarju jew nazzjonali għar-ristrutturazzjoni u għall-miżuri tal-konverżjoni matul l-aħħar għaxar snin ta' l-għasra preċedenti għat-talba tal-qlugħ mill-għeruq;
(b) ma rċeviet appoġġ Komunitarju taħt l-ebda organizzazzjoni oħra tas-suq komuni matul l-aħħar ħames snin ta' l-għasra preċedenti għat-talba tal-qlugħ mill-għeruq;
(ċ) hija kkoltivata;
(d) mhix iżgħar minn 0,1 ettaru. Madankollu, dak id-daqs minimu jista' jkun 0,3 ettaru, jekk Stat Membru jiddeċiedi hekk, għal ċerti reġjuni amministrattivi ta' dak l-Istat Membru li fih il-medja taż-żona mħawla bid-dwieli ta' azjenda ta' l-inbid teċċedi ettaru;
(e) ma ġietx imħawla kontra l-ebda dispożizzjoni Komunitarja jew nazzjonali applikabbli;
(f) hija mħawla b'varjetà ta' għeneb ta' l-inbid klassifikabbli skond l-Artikolu 24(1).
Minkejja l-punt (e), iż-żoni rregolarizzati skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u l-Artikolu 86(1) ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu eliġibbli għall-premium għall-qlugħ mill-għeruq.
Artikolu 101
Ammont tal-premium għall-qlugħ mill-għeruq
1. L-iskali għall-premiums għall-qlugħ mill-għeruq li għandhom jingħataw għandhom ikunu ffissati konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(1).
2. L-ammont speċifiku tal-premium għall-qlugħ mill-għeruq għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri fl-iskali msemmija fil-paragrafu 1 u abbażi tal-livelli tal-ħsad storiċi tar-raba' kkonċernat.
Artikolu 102
Proċedura u baġit
1. Il-produtturi interessati għandhom jibagħtu l-applikazzjonijiet għal premium għall-qlugħ mill-għeruq lill-awtoritajiet rispettivi fl-Istati Membri sa mhux aktar tard mill-15 ta' Settembru ta' kull sena. L-Istati Membri jistgħu jiffissaw data aktar bikrija mill-15 ta' Settembru dment li din tkun aktar tard mit-30 ta' Ġunju u dment li jieħdu kont debitu, fejn applikabbli, ta' l-applikazzjoni tagħhom ta' l-eżenzjonijiet previsti fl-Artikolu 104.
2. L-Istati Membri għandhom iwettqu l-kontrolli amministrattivi rigward l-applikazzjonijiet irċevuti, jipproċessaw l-applikazzjonijiet eliġibbli u jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-15 ta' Ottubru ta' kull sena, iż-żona u l-ammonti totali koperti f'dawk l-applikazzjonijiet, maqsumin skond ir-reġjun u skond il-firxa tal-livelli tal-ħsad.
3. Il-baġit annwali massimu għall-iskema tal-qlugħ mill-għeruq hija stipulata fl-Anness VII.
4. Sal-15 ta' Novembru ta' kull sena, konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(1), jekk l-ammont totali nnotifikat lill-Kummissjoni mill-Istati Membri jeċċedi r-riżorsi tal-baġit disponibbli, għandu jiġi stabbilit perċentwal uniku għall-aċċettazzjoni ta' l-ammonti nnotifikati, b'kont meħud, fejn applikabbli, ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 104(2) u (3).
5. Sa l-1 ta' Frar ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw l-applikazzjonijiet:
(a) għaż-żoni totali li għalihom saru l-applikazzjonijiet jekk il-Kummissjoni ma stipulatx perċentwal kif imsemmi fil-paragrafu 4; jew
(b) għaż-żoni li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-perċentwal imsemmi fil-paragrafu 4 bbażat fuq il-kriterji oġġettivi u non-diskriminatorji u skond il-prijoritajiet li ġejjin:
(i) L-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom għall-premium ta' qlugħ mill-għeruq tkopri l-vinja sħiħa tagħhom;
(ii) L-Istati Membri għandhom jagħtu t-tieni prijorità lill-applikanti li m'għandhomx anqas minn 55 sena jew akbar fejn l-Istati Membri hekk jipprovdu.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sa l-1 ta' Marzu ta' kull sena l-applikazzjonijiet aċċettati maqsumin skond ir-reġjun, skond il-firxa tal-livelli tal-ħsad u skond l-ammont totali tal-premiums għall-qlugħ mill-għeruq imħallsin skond ir-reġjun.
6. Għas-sena ta' l-għasra ta' qabel, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-1 ta' Diċembru ta' kull sena, dwar:
(a) iż-żoni li minnhom nqalgħu d-dwieli maqsuma skond ir-reġjun u skond il-firxa tal-livelli tal-ħsad;
(b) l-ammont totali tal-premiums għall-qlugħ mill-għeruq imħallsa għal kull reġjun.
Artikolu 103
Konformità reċiproka
Meta bdiewa jinstabu mhux konformi fl-azjendi tagħhom, fi kwalunkwe żmien matul tliet snin mill-pagament tal-premium għall-qlugħ mill-għeruq, mar-rekwiżiti statutorji tal-ġestjoni u l-kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba msemmijin fl-Artikoli 3 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-ammont tal-pagament, meta n-nuqqas ta' konformità huwa riżultat ta' azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni li ġejja mill-bidwi direttament, għandu jitnaqqas jew jiġi kkanċellat, parti minnu jew kollu skond il-gravità, il-firxa, il-permanenza u r-repetizzjoni tan-nuqqas ta' konformità. Fejn applikabbli, il-bidwi għandu jiġi ordnat jagħmel rimborż skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dawk id-dispożizzjonijiet.
Artikolu 104
Eżenzjonijiet
1. Stat Membru jista' jiddeċiedi li jirrifjuta aktar applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 102(1) ladarba ż-żona totali li nqalgħet mill-għeruq fit-territorju tiegħu tilħaq 8 % taż-żona tiegħu mħawla bil-vinji kif imsemmi fl-Anness VIII.
Stat Membru jista' jiddeċiedi li jirrifjuta aktar applikazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 102(1) għal reġjun ladarba ż-żona totali maqlugħa mill-għeruq f'dak ir-reġjun tilħaq 10 % taż-żona tar-reġjun li tkun imħawla bil-vinji.
2. Jista' jiġi deċiż, konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(1), li l-applikazzjoni ta' l-iskema tal-qlugħ mill-għeruq titwaqqaf fi Stat Membru jekk, b'kont meħud ta' l-applikazzjonijiet pendenti, it-tkomplija tal-qlugħ mill-għeruq tkun ser twassal għal żona totali maqlugħa mill-għeruq li tkun aktar minn 15 % taż-żona totali ta' l-Istat Membru li tkun imħawla bil-vinji kif imsemmi fl-Anness VIII.
3. Jista' jiġi deċiż, konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(1), li l-applikazzjoni ta' l-iskema tal-qlugħ mill-għeruq titwaqqaf fi Stat Membru jekk, b'kont meħud ta' l-applikazzjonijiet pendenti, it-tkomplija tal-qlugħ mill-għeruq tkun ser twassal għal żona totali maqlugħa mill-għeruq li tkun aktar minn 6 % taż-żona totali ta' l-Istat Membru li tkun imħawla bil-vinji kif imsemmi fl-Anness VIII f'dik is-sena partikolari ta' l-operazzjoni ta' l-iskema.
4. L-Istati Membri jistgħu jiddikjaraw vinji f'muntanji u li jinsabu f'għoljiet weqfin, ineliġibbli għall-iskema tal-qlugħ mill-għeruq skond il-kondizzjonijiet li jiġu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(1).
5. L-Istati Membri jistgħu jiddikjaraw żoni ineliġibbli għall-iskema tal-qlugħ mill-għeruq meta l-applikazzjoni ta' l-iskema ma tkunx kompatibbli ma' kwistjonijiet ambjentali. Dawk iż-żoni ddikjarati ineliġibbli ma għandhomx jeċċedu 3 % taż-żona totali mħawla bi dwieli kif imsemmi fl-Anness VIII.
6. Il-Greċja tista' tiddikjara żoni mħawla bil-vinji fil-gżejjer ta' l-Eġew u l-gżejjer Griegi tal-Baħar Jonju, bl-eċċezzjoni ta' Kreta u Eubia, ineliġibbli taħt l-iskema tal-qlugħ mill-għeruq.
7. L-iskema tal-qlugħ tad-dwieli stabbilita f'dan il-Kapitolu m'għandhiex tapplika għall-Azores, Madejra u l-Gżejjer Kanarji.
8. L-Istati Membri li jiddeċiedu li jagħmlu użu mill-possibbiltà prevista fil-paragrafi 4 sa 6 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sa l-1 ta' Awwissu ta' kull sena u għall-ewwel darba fl-1 ta' Awwissu 2008, fir-rigward tal-miżura tal-qlugħ mill-għeruq li għandha tiġi implimentata:
(a) iż-żoni ddikjarati ineliġibbli;
(b) il-ġustifikazzjoni ta' l-ineliġibbiltà konformement mal-paragrafi 4 u 5.
9. L-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità lill-produtturi f'dawk iż-żoni ineliġibbli jew dikjarati ineliġibbli skond il-paragrafi 4 sa 7 għal miżuri ta' appoġġ oħrajn stabbiliti f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari, fejn applikabbli, il-miżura ta' ristrutturazzjoni u konverżjoni skond il-programmi ta' appoġġ u l-miżuri ta' żvilupp rurali.
Artikolu 105
De minimis
Dan il-Kapitolu m'għandux japplika fi Stati Membri fejn il-produzzjoni ta' l-inbid ma teċċedix il-50 000 ettolitru għal kull sena ta' l-għasra. Din il-produzzjoni għandha tiġi kkalkolata fuq il-bażi tal-produzzjoni medja matul ħames snin preċedenti ta' l-għasra.
Artikolu 106
Għajnuna nazzjonali komplementari
L-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna nazzjonali komplementari li ma teċċedix 75 % tal-premium għall-qlugħ mill-għeruq applikabbli flimkien mal-premium mogħti għall-qlugħ mill-għeruq.
Artikolu 107
Miżuri implimentattivi
Għandhom jiġu adottati l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(1).
B'mod partikolari, dawk il-miżuri jistgħu jinkludu:
(a) dettalji dwar il-kondizzjonijiet ta' eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 100, b'mod partikolari fir-rigward tal-provi li ż-żoni ġew koltivati tajjeb fl-2006 u l-2007;
(b) l-iskali u l-livelli tal-premiums imsemmija fl-Artikolu 101;
(ċ) il-kriterji għal eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 104;
(d) ir-rekwiżiti ta' rappurtar ta' l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni ta' l-iskema tal-qlugħ mill-għeruq, inklużi il-penali f'każ ta' dewmien fir-rappurtar u l-informazzjoni li l-Istati Membri jagħtu lill-produtturi dwar id-disponibbiltà ta' l-iskema,
(e) ir-rekwiżiti ta' rappurtar rigward l-għajnuna nazzjonali komplementari;
(f) skadenzi għall-pagamenti.
TITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 108
Reġistru tal-vinji
1. L-Istati Membri għandhom iżommu reġistru tal-vinji li jkun fih informazzjoni aġġornata dwar il-potenzjal tal-produzzjoni.
2. L-Istati Membri li fihom iż-żona totali mħawla bil-vinji ta' varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid klassifikabbli skond l-Artikolu 24(1) hija inqas minn 500 ettaru m'għandhomx ikunu suġġetti għall-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1.
Artikolu 109
Inventarju
L-Istati Membri, li jipprevedu l-miżura “ristrutturazzjoni u konverżjoni ta' vinji” fil-programmi ta' appoġġ tagħhom konformement ma' l-Artikolu 11, għandhom, abbażi tar-reġistru tal-vinji msemmi fl-Artikolu 108, jippreżentaw lill-Kummissjoni, sa l-1 ta' Marzu ta' kull sena u għall-ewwel darba sa l-1 ta' Marzu 2009, inventarju aġġornat tal-potenzjal ta' produzzjoni tagħhom.
Artikolu 110
Tul ta' żmien tar-reġistru tal-vinji u l-inventarju
Jista' jiġi deċiż, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(1), li l-Artikoli 108 u 109 ma japplikawx aktar fi kwalunkwe data wara l-1 ta' Jannar 2016.
Artikolu 111
Dikjarazzjonijiet obbligatorji
1. Il-produtturi ta' l-għeneb għall-produzzjoni ta' l-inbid u l-produtturi tal-most u ta' l-inbid għandhom jiddikjaraw kull sena il-kwantitajiet li jkunu pproduċew mill-aħħar ħsad lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
2. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu wkoll li n-negozjanti ta' l-għeneb għall-produzzjoni ta' l-inbid jiddikjaraw kull sena l-kwantitajiet kummerċjalizzati mill-aħħar ħsad.
3. Il-produtturi tal-most u ta' l-inbid, u n-negozjanti apparti minn bejjiegħa bl-imnut, għandhom jiddikjaraw kull sena l-ħażniet tagħhom tal-most u ta' l-inbid, kemm jekk ikunu mill-ħsad tas-sena attwali kif ukoll jekk ikunu mill-ħsad ta' snin preċedenti, lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Most ta' l-għeneb u inbid importati minn pajjiżi terzi għandhom jiġu ddikjarati separatament.
Artikolu 112
Dokumenti ta' akkumpanjament u reġistru
1. Il-prodotti koperti minn dan ir-Regolament jistgħu jitpoġġew f'ċirkolazzjoni ġewwa l-Komunità biss b'dokument ta' akkumpanjament li huwa uffiċjalment ivverifikat.
2. Persuni naturali jew legali jew grupp ta' persuni li jżommu dawn il-prodotti koperti minn dan ir-Regolament fl-eżerċizzju tal-kummerċ tagħhom, b'mod partikolari l-produtturi, il-bottiljaturi u l-proċessuri, kif ukoll in-negozjanti li għandhom ikunu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(1), għandhom iżommu reġistri ta' l-oġġetti deħlin u ħerġin fir-rigward ta' dawn il-prodotti.
Artikolu 113
Proċedura ta' kumitat
1. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/07.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu:
(a) il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat Regolatorju;
(b) għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE;
(ċ) il-perijodu msemmi fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.
Artikolu 114
Riżorsi finanzjarji
Il-miżuri kif previsti fil-Kapitolu I tat-Titolu II, bl-eċċezzjoni tal-miżura msemmija fl-Artikolu 7(1)(a), u l-Kapitolu III tat-Titolu V għandhom jikkostitwixxu interventi sabiex jirregolaw is-swieq agrikoli kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.
Artikolu 115
Skambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni
1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-aktar għal monitoraġġ u analiżi tas-suq u għal konformità ma' l-obbligi internazzjonali rigward il-prodotti koperti minn dan ir-Regolament.
2. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(1) sabiex jiġi determinat liema informazzjoni hija meħtieġa għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, kif ukoll dwar il-forma, il-kontenut, il-ħin u l-iskadenzi tagħha, u l-arranġamenti għat-trasmissjoni jew għad-disponibbiltà ta' informazzjoni u dokumenti.
Artikolu 116
Monitoraġġ
Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-proċeduri amministrattivi u ta' kontroll li jirrelataw maż-żoni huma kompatibbli mas-sistema integrata ta' ġestjoni u kontroll (IACS) fir-rigward ta' l-elementi li ġejjin:
(a) id-“data base” kompjuterizzat;
(b) il-kodiċi ta' identifikazzjoni għal raba' agrikolu kif imsemmi fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;
(ċ) il-kontrolli ammnistrattivi.
Dawn il-proċeduri għandhom jippermettu, mingħajr l-ebda problema jew konflitt, funzjonament komuni jew l-iskambju ta' dejta ma' l-IACS.
Artikolu 117
Kontrolli u penali amministrattivi u r-rappurtar tagħhom
Bl-eċċezzjoni għall-kwistjoni koperta mill-Artikolu 145(n)a) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, dawn li ġejjin għandhom jiġu adottati skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 113(1) ta' dan ir-Regolament:
(a) ir-regoli li jiżguraw applikazzjoni uniformi ta' dispożizzjonijiet Komunitarji fis-settur ta' l-inbid, b'mod partikolari rigward kontrolli, u regoli li jirregolaw il-proċeduri finanzjarji speċifiċi għat-titjib tal-kontrolli;
(b) ir-regoli rigward il-kontrolli amministrattivi u fiżiċi mwettqa mill-Istati Membri fir-rigward tar-rispett ta' l-obbligi li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;
(ċ) sistema għall-applikazzjoni ta' penali amministrattivi fejn jinstab nuqqas ta' konformità ma' kwalunkwe obbligu li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, waqt li jitqiesu l-gravità, il-firxa, il-permanenza u r-repetizzjoni tan-nuqqas ta' konformità li jinstabu;
(d) ir-regoli dwar l-irkupru ta' pagamenti li tħallsu mingħajr bżonn mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;
(e) ir-regoli dwar l-irrappurtar ta' kontrolli li saru kif ukoll tar-riżultati tagħhom.
Artikolu 118
Ħatra ta' l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 47, l-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità waħda jew iżjed li għandhom ikunu responsabbli sabiex jiżguraw konformità mar-regoli Komunitarji fis-settur ta' l-inbid. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jinnominaw il-laboratorji awtorizzati sabiex iwettqu l-analiżi uffiċjali fis-settur ta' l-inbid. Il-laboratorji nnominati għandhom jissodisfaw il-kriterji ġenerali għall-operat ta' laboratorji ta' l-ittestjar stipulati fl-ISO/IEC 17025.
2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-ismijiet u l-indirizzi ta' l-awtoritajiet u l-laboratorji msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni pubblika.
Artikolu 119
Għajnuna nazzjonali għad-distillazzjoni f'każ ta' kriżi
1. Mill-1 ta' Awwissu 2012 l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna nazzjonali lill-produtturi ta' l-inbid għad-distillazzjoni volontarja jew obbligatorja ta' l-inbid f'każijiet ġustifikati ta' kriżi.
2. L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun proporzjonata u tippermetti li tiġi indirizzata l-kriżi.
3. L-ammont globali ta' għajnuna disponibbli fi Stat Membru fi kwalunkwe sena partikolari għal tali għajnuna m'għandux jeċċedi l-15 % tal-fondi disponibbli globalment għal kull Stat Membru stabbiliti fl-Anness II għal dik is-sena.
4. L-Istati Membri li jixtiequ jagħmlu użu mill-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jippreżentaw notifika debitament sostanzjata lill-Kummissjoni. Id-deċiżjoni dwar jekk il-miżura hix approvata u jekk tistgħax tingħata għajnuna għandha tiġi adottata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(1).
5. L-alkoħol li jirriżulta mid-distillazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jintuża esklussivament għall-finijiet industrijali jew ta' enerġija sabiex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni.
Artikolu 120
Rapport mill-Kummissjoni
Il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport sat-tmiem ta' l-2012 li b'mod partikolari jieħu kont ta' l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tar-riforma.
Artikolu 121
Miżuri implimentattivi
Għandhom jiġu adottati l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan it-Titolu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(1).
B'mod partikolari, dawk il-miżuri jistgħu jinkludu:
(a) dettalji tar-reġistru tal-vinji kif previst fl-Artikolu 108, u b'mod partikolari, ta' l-użu tiegħu għall-monitoraġġ u l-kontroll tal-potenzjal ta' produzzjoni;
(b) dettalji ta' l-inventarju kif previst fl-Artikolu 109, u b'mod partikolari, ta' l-użu tiegħu għall-monitoraġġ u l-kontroll tal-potenzjal ta' produzzjoni;
(ċ) dettalji dwar it-tkejjil taż-żoni;
(d) penali f'każ ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti tal-komunikazzjoni;
(e) id-dikjarazzjonijiet obbligatorji kif previsti fl-Artikolu 111;
(f) id-dokumenti ta' akkumpanjament u r-reġistru kif previsti fl-Artikolu 112;
(g) dettalji dwar l-għajnuna nazzjonali msemmija fl-Artikolu 119.
TITOLU VII
EMENDI, DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI
KAPITOLU I
Emendi
Artikolu 122
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1493/1999
Fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 il-kliem “31 ta' Lulju 2002” huma sostitwiti b'dan il-ġej:
“31 ta' Lulju 2008”.
Artikolu 123
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1782/2003
Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huwa b'dan emendat kif ġej:
1) il-punt (a) ta' l-Artikolu 33(1) hu mibdul b'dan li ġej:
“(a) ingħataw pagament fil-perijodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 38 mill-inqas taħt waħda mill-iskemi ta' appoġġ imsemmijin fl-Anness VI jew, fil-każ taż-żejt taż-żebbuġa, għas-snin ta' kummerċjalizzazzjoni msemmijin fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 37(1), jew fil-każ ta' pitravi zokkrija, kannamiela u ċikwejra, jekk kienu bbenefikaw minn appoġġ għas-suq fil-perijodu rappreżentattiv imsemmi fil-punt K ta' l-Anness VII, jew fil-każ ta' banana, jekk kienu bbenifikaw minn kumpens għal telf fid-dħul fil-perijodu rappreżentattiv imsemmi fil-punt L ta' l-Anness VII jew, fil-każ ta' frott u ħaxix, patata għall-konsum u nurseries jekk kienu produtturi ta' prodotti ta' frott u ħaxix, patata għall-konsum u nurseries fil-perijodu rappreżentattiv applikat mill-Istati Membri għal dawk il-prodotti skond il-punt M ta' l-Anness VII jew, fil-każ ta' nbid, jekk irċevew dritt għal pagament kif imsemmi fil-punti N u O ta' l-Anness VII,”;
2) fl-Artikolu 37(1), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Għall-inbid, l-ammont ta' referenza għandu jiġi kkalkolat u aġġustat skond il-punti N u O ta' l-Anness VII.”;
3) fl-Artikolu 41, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“(1b) Fil-każ ta' l-inbid, u waqt li titqies l-aħħar dejta ppreżentata lilha mill-Istati Membri skond l-Artikoli 9 u 102(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479 tad-29 ta' April 2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid ( 25 ), il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2) ta' dan ir-Regolament, tadatta l-limiti nazzjonali stipulati fl-Anness VIII ta' dan ir-Regolament. Sa l-1 ta' Diċembru tas-sena li tippreċedi l-adozzjoni tal-limiti massimi nazzjonali l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-medja reġjonali tal-valur tad-drittijiet imsemmija fil-punt N ta' l-Anness VII.
4) fl-Artikolu 43(2), jiddaħħal il-punt li ġej:
“(ad) fil-każ ta' l-inbid, in-numru ta' ettari kif kalkolat skond il-punti N u O ta' l-Anness VII;”;
5) l-Artikolu 44(2) jinbidel b'dan li ġej:
“2. ‘Ettaru eliġibbli għandha tfisser kwalunkwe żona agrikola ta' l-azjenda minbarra ż-żoni ta' foresti jew użati għal attivitajiet mhux agrikoli.’”;
6) l-Artikolu 51 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 51
Użu agrikolu ta' l-art
Il-bdiewa jistgħu jużaw l-artijiet dikjarati skond l-Artikolu 44(3) għal kwalunkwe attività agrikola.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu sa l-1 ta' Novembru 2007 li sad-data li għandha tiġi ffissata mill-Istati Membri iżda mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010, l-artijiet f'reġjun wieħed jew aktar ta' l-Istati Membri jistgħu jkomplu ma jiġux użati għal:
(a) il-produzzjoni ta' wieħed jew aktar mill-prodotti msemmijin fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 u fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96. Madankollu f'dan il-każ, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu li jiġu kkultivati uċuħ sekondarji fl-ettari eliġibbli matul perijodu ta' massimu ta' tliet xhur li jibda kull sena fil-15 ta' Awwissu; madankollu, fuq talba ta' Stat Membru, din id-data għandha tiġi modifikata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 144(2) għal reġjuni fejn iċ-ċereali normalment jinħasdu qabel minħabba raġunijiet klimatiċi;
(b) il-produzzjoni ta' patata ta' varjazzjoni; u/jew
(ċ) serer.”;
7) fl-Artikolu 63(3), jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Fir-rigward ta' l-inklużjoni tal-komponent ta' l-inbid fl-iskema ta' pagament uniku, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sa l-1 ta' April 2008, li japplikaw id-deroga prevista fl-ewwel subparagrafu.”;
8) fl-Artikolu 71c, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“Fil-każ ta' l-inbid, u b'kont meħud ta' l-aħħar data ppreżentata lilha mill-Istati Membri skond l-Artikoli 9 u 102(6) tar-Regolament (KE) Nru 479, il-Kummissjoni għandha, konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2) ta' dan ir-Regolament, tadatta l-limiti nazzjonali stabbiliti fl-Anness VIIIa ma' dan ir-Regolament. Sal-1 ta' Diċembru tas-sena li tippreċedi l-adozzjoni tal-limiti massimi nazzjonali l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-medja reġjonali tal-valur tad-drittijiet imsemmija fil-punt N ta' l-Anness VII ma' dan ir-Regolament.”;
9) fl-Artikolu 145:
— jiddaħħal il-punt li ġej:
—
“(d)e) regoli dettaljati relatati ma' l-inklużjoni ta' appoġġ għall-inbid fl-iskema ta' pagament uniku skond ir-Regolament (KE) Nru 479;”;
— jiddaħħal il-punt li ġej:
—
“(n)a) fir-rigward ta' l-inbid, regoli dettaljati relatati mal-konformità reċiproka kif stabbiliti fl-Artikoli 20 u 103 tar-Regolament (KE) Nru 479;”.
10) fit-tieni kolonna ta' l-Anness IV, l-aħħar inċiż jinbidel bl-inciż li ġej:
“— Żamma f'kondizzjoni veġetali tajba ta' l-imsaġar taż-żebbuġ u l-vinji”;
11) ma' l-Anness VII, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
“N. Nbid (qlugħ mill-għeruq)
Il-bdiewa li jipparteċipaw fl-iskema tal-qlugħ mill-għeruq stabbilita fil-Kapitolu III tat-Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 479 għandhom jiġu allokati, fis-sena ta' wara l-qlugħ mill-għeruq, drittijiet ta' pagament ugwali għan-numru ta' ettari li għalihom ikunu rċevew premium għall-qlugħ mill-għeruq.
Il-valur ta' l-unità ta' dawn id-drittijiet ta' pagament għandhom ikunu ugwali għall-medja reġjonali tal-valur tad-drittijiet tar-reġjun korrispondenti. Madankollu, il-valur ta' l-unità għandu fi kwalunkwe każ ma jeċċedix l-EUR 350/ettaru.
O. Nbid (trasferiment mill-programmi ta' appoġġ)
Fejn l-Istati Membri jagħżlu li jipprovdu appoġġ skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 479, huma għandhom jistabbilixxu l-ammont ta' referenza ta' kull bidwi kif ukoll l-ettari applikabbli msemmija fl-Artikolu 43(2) ta' dan ir-Regolament:
— abbażi ta' kriterji oġġettivi u non-diskriminatorji;
— fir-rigward ta' perijodu ta' referenza rappreżentattiv ta' sena ta' l-inbid waħda jew aktar li jibda mis-sena ta' l-inbid 2005/2006. Madankollu, il-kriterji ta' referenza użati għall-istabbiliment ta' l-ammont ta' referenza u l-ettari applikabbli m'għandhomx ikunu bbażati fuq perijodu ta' referenza li jinkludi snin ta' l-inbid wara s-sena ta' l-inbid 2007/2008 fejn it-trasferiment fi programmi ta' appoġġ jikkonċerna kumpens lill-bdiewa li jkunu rċevew appoġġ għad-distillazzjoni ta' alkoħol potabbli jew li kienu l-benefiċjarji ekonomiċi ta' l-appoġġ għall-użu ta' most ta' l-għeneb konċentrat għall-arrikkiment ta' l-inbid skond ir-Regolament (KE) Nru 479;
— li m'għandhiex teċċedi l-ammont globali disponibbli għal din il-miżura msemmi fl-Artikolu 6(e) tar-Regolament (KE) Nru 479.”
12) fl-Anness VIII,
— għandu jiddaħħal asterisk qabel il-kelma “Italja” fl-ewwel kolonna tat-tabella;
— dan li ġej għandu jiddaħħal taħt it-tabella:
—
“ ( 26 ) L-ammonti għall-Italja li jikkorrispondu għas-snin 2008, 2009 u 2010 għandhom jitnaqqsu b'EUR 20 miljun (ara n-nota f'qiegħ il-paġna fl-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 479”.
Artikolu 124
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1290/2005
L-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 jinbidel b'dan li ġej:
“2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ammonti li, skond l-Artikoli 10(2), 143d u 143e tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 li jistabbilixxi regoli għal modulazzjoni volontarja ta' pagamenti diretti previsti fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid ( 27 ), isiru disponibbli għall-FAEŻR.
Artikolu 125
Emendi għar-Regolament (KE) 3/2008
Ir-Regolament (KE) Nru 3/2008 huwa b'dan emendat kif ġej:
1) fl-Artikolu 2:
— il-punt (c) tal-paragrafu 1 hu sostitwit b'dan li ġej:
—“(ċ) kampanji ta' informazzjoni dwar is-sistema Komunitarja li tkopri nbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, inbejjed b'indikazzjoni tal-varjetà ta' għeneb ta' l-inbid u xorb spirituż b'indikazzjoni ġeografika protetta;”
— il-paragrafu 2 huwa mibdul b'dan li ġej:
—
“2. Fis-suq intern, il-miżuri msemmija fl-Artikolu 1(1) jistgħu jinkludu azzjonijiet ta' informazzjoni dwar użanzi responsabbli ta' xorb u l-ħsara marbuta mal-konsum perikoluż ta' l-alkoħol.
Fis-suq intern, miżuri eliġibbli jistgħu wkoll jieħdu l-forma ta' parteċipazzjoni f'avvenimenti, fieri u wirjiet ta' importanza nazzjonali u Ewropea, permezz ta' stands immirati lejn it-tisħiħ tad-dehra tal-prodotti Komunitarji.”;
2) fl-Artikolu 3(1), il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(e) ix-xewqa li tingħata informazzjoni dwar is-sistema Komunitarja li tkopri nbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, inbejjed b'indikazzjoni tal-varjetà ta' għeneb ta' l-inbid u xorb spirituż b'indikazzjoni ġeografika protetta u l-ħtieġa li tingħata informazzjoni dwar użanzi responsabbli ta' xorb u l-ħsara marbuta mal-konsum perikoluż ta' l-alkoħol;”;
3) fl-Artikolu 13(2) hu miżjud is-subparagrafu li ġej:
“Il-perċentwal previst fl-ewwel subparagrafu għandu jkun ta' 60 % għall-miżuri mwettqa fil-Komunità li jikkonċernaw informazzjoni dwar użanzi responsabbli ta' xorb u l-ħsara marbuta mal-konsum perikoluż ta' l-alkoħol.”.
KAPITOLU II
Dispożizzjonijiet transitorji u finali
Artikolu 126
Dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw it-transizzjoni
Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(1), jistgħu jiġu adottati miżuri:
(a) biex jiffaċilitaw it-transizzjoni mill-arranġamenti kif previsti fir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għal dawk stabbiliti minn dan ir-Regolament;
(b) fejn meħtieġ, jirrisolvu problemi prattiċi speċifiċi. Dawn il-miżuri, jekk ikunu ġustifikati, jistgħu jidderogaw minn ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 127
Applikabbiltà tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat
1. Suġġett għall-paragrafu 2, l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat għandhom japplikaw għall-produzzjoni ta' u l-kummerċ fil-prodotti koperti b'dan ir-Regolament.
2. L-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat m'għandhomx japplikaw għal:
(a) l-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament inkluż l-appoġġ iffinanzjat skond l-Artikolu 18(5);
(b) l-għajnuniet nazzjonali komplementari msemmija fl-Artikolu 106;
(ċ) l-għajnuna nazzjonali msemmija fl-Artikolu 119.
Artikolu 128
Tħassir, applikabbiltà transizzjonali kontinwata u referenzi
1. Suġġett għall-paragrafi 2 u 3, ir-Regolament (KEE) Nru 2392/86 u r-Regolament (KE) Nru 1493/1999 huma b'dan imħassra.
►C1 2. Ir-Regolament (KEE) Nru 2392/86 u l-Kapitoli I u II tat-Titolu V, it-Titolu VI, l-Artikoli 18 u 70 ◄ u d-dispożizzjonijiet korrispondenti b'mod partikolari fl-Annessi rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għandhom ikomplu japplikaw sakemm il-Kapitoli korrispondenti ta' dan ir-Regolament jibdew japplikaw skond l-Artikolu 129(2)(e).
3. Il-miżuri li ġejjin stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru1493/1999 għandhom jibqgħu japplikaw sakemm il-miżuri eliġibbli skond dak ir-Regolament jkunu nbdew jew ġew impenjati qabel l-1 ta' Awwissu 2008:
(a) il-miżuri skond il-Kapitoli II u III tat-Titolu II (premiums ta' abbandun u ristutturar u konverżjoni). Madankollu, m'għandu jitħallas l-ebda appoġġ wara l-15 ta' Ottubru 2008 skond it-Titolu II;
(b) il-miżuri skond it-Titolu III (mekkaniżmi tas-suq);
(ċ) il-miżuri skond l-Artikolu 63 tat-Titolu VII (rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni).
4. Riferimenti magħmulin għar-Regolament imħassar (KE) Nru 1493/1999 għandhom jitqiesu bħala riferimenti magħmulin għal dan ir-Regolament.
Artikolu 129
Dħul fis-seħħ u applikabbiltà
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
2. Huwa għandu japplika mill-1 ta' Awwissu 2008, ħlief kif ġej:
(a) l-Artikoli 5 sa 8 għandhom japplikaw mit-30 ta' Ġunju 2008;
(b) l-Artikolu 122 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2008;
(ċ) l-Artikolu 123 għandu jkun japplika mill-1 ta' Jannar 2009;
(d) il-Kapitolu III tat-Titolu V għandu japplika sat-30 ta' Ġunju 2008;
(e) il-Kapitoli II, III, IV, V u VI tat-Titolu III, l-Artikoli 108, 111 u 112 u d-dispożizzjonijiet korrispondenti b'mod partikolari fl-Annessi rilevanti għandhom japplikaw mill-1 ta' Awwissu 2009 ħlief jekk ikun previst xort'oħra bħala regolament li għandu jiġi adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(1).
3. Il-Kapitolu II tat-Titolu V għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2015.
Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
DEFINIZZJONIJIET
Ġenerali
1. “Sena ta' l-għasra”: tfisser is-sena tal-produzzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament. Tibda l-1 ta' Awwissu ta' kull sena u tintemm il-31 ta' Lulju tas-sena ta' wara.
Termini marbutin mad-dwieli
2. “Qlugħ mill-għeruq”: tfisser l-eliminazzjoni kompleta tad-dwieli kollha minn żona mħawla bid-dwieli.
3. “Taħwil”: tfisser it-tqegħid definittiv ta' pjanti tad-dwieli jew partijiet minn pjanti tad-dwieli, kemm jekk imlaqqma u kemm jekk le, bl-għan tal-produzzjoni ta' l-għeneb jew ta' l-istabbiliment ta' mixtel għat-tilqim.
4. “Tilqim mill-ġdid”: tfisser it-tilqim ta' dielja li diġà tlaqqmet qabel. Termini marbutin mal-prodotti
“Għeneb frisk”:
5. “Għeneb frisk”: tfisser il-frott tad-dielja użat għall-produzzjoni ta' l-inbid, misjur jew anki kemmxejn imqadded, li jista' jinsaħaq jew jingħasar permezz ta' mezzi normali tal-kantina ta' l-inbid u li jistgħu spontanjament jipproduċu fermentazzjoni alkoħolika.
6. “Most ta' l-għeneb frisk b'fermentazzjoni mwaqqfa biż-żieda ta' l-alkoħol”: tfisser prodott li:
(a) għandu qawwa alkoħolika reali b'volum ta' mhux inqas minn 12 % u mhux aktar minn 15 %;
(b) jinkiseb biż-żieda mal-most mhux fermentat, li jkollu qawwa alkoħolika naturali ta' mhux inqas minn 8,5 % vol. u li huwa dderivat esklussivament mill-varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid klassifikabbli skond l-Artikolu 24(1):
(i) jew alkoħol newtrali mid-dwieli, inkluż alkoħol miksub mid-distillazzjoni ta' għeneb imqadded, li jkollu qawwa alkoħolika reali ta' mhux inqas minn 96 % vol.;
(ii) jew ta' prodott mhux rettifikat miksub mid-distillazzjoni ta' nbid u li jkollu qawwa alkoħolika reali ta' mhux inqas minn 52 % vol. u mhux aktar minn 80 % vol.
7. “Meraq ta' l-għeneb”: tfisser il-prodott likwidu mhux fermentat, jew li jista' jiġi fermentat, li:
(a) jinkiseb permezz ta' metodi xierqa li jagħmluh tajjeb għall-konsum kif inhu;
(b) jinkiseb minn għeneb frisk jew mill-most, jew mir-rikostituzzjoni. Fejn jinkiseb bir-rikostituzzjoni, dan għandu jsir minn most konċentrat jew minn meraq ta' l-għeneb konċentrat.
Qawwa alkoħolika reali tal-meraq ta' l-għeneb ta' mhux aktar minn 1 % vol hija permessa.
8. “Meraq ta' l-għeneb konċentrat”: tfisser meraq ta' l-għeneb mhux karamellizzat miksub permezz ta' deidratazzjoni parzjali tal-meraq ta' l-għeneb imwettqa bi kwalunkwe metodu awtorizzat għajr bis-sħana diretta, b'tali mod li ċ-ċifra indikata fir-refrattometru użat skond metodu li għandu jiġi ddeterminat f'temperatura ta' 20 oC ma tkunx anqas minn 50,9 %.
Qawwa alkoħolika reali tal-meraq ta' l-għeneb konċentrat ta' mhux aktar minn 1 % vol hija permessa.
9. “Karfa ta' l-inbid”: tfisser:
(a) ir-residwu li jakkumula f'kontenituri li jkun fihom l-inbid wara l-fermentazzjoni, matul il-ħażna jew wara trattament awtorizzat;
(b) ir-residwu li jinkiseb bl-iffiltrar jew biċ-ċentrifugazzjoni tal-prodott imsemmi fil-punt (a);
(c) ir-residwu li jakkumula f'kontenituri li jkun fihom il-most ta' l-għeneb matul il-ħażna jew wara trattament awtorizzat;
(d) ir-residwu li jinkiseb bl-iffiltrar jew biċ-ċentrifugazzjoni tal-prodott imsemmi fil-punt (c).
10. “Residwu mill-għasra”: tfisser ir-residwu wara l-għasir ta' l-għeneb frisk, sew jekk fermentat sew jekk le.
11. “Piquette”: tfisser prodott miksub:
(a) permezz tal-fermentazzjoni tal-karfa ta' l-għeneb mhux trattat u maċerat fl-ilma;
(b) permezz tal-lissija tal-karfa ta' l-għeneb fermentat fl-ilma.
12. “Inbid imqawwi għad-distillazzjoni”: tfisser prodott li:
(a) għandu qawwa alkoħolika reali b'volum ta' mhux inqas minn 18 % u mhux aktar minn 24 %;
(b) jinkiseb esklussivament permezz taż-żieda ma' nbid mingħajr zokkor residwali ta' prodott mhux rettifikat miksub mid-distillazzjoni ta' l-inbid u li għandu qawwa alkoħolika reali massima ta' 86 % vol.;
(c) għandu aċidità volatili massima ta' 1,5 gramma għal kull litru, espressa bħala aċidu aċetiku.
13. “Cuvée”: tfisser:
(a) most ta' l-għeneb (għeneb magħsur qabel ma jeħmer);
(b) l-inbid;
(c) it-taħlita ta' most ta' l-għeneb u/jew inbejjed b'karatteristiċi differenti,
maħsuba għall-preparazzjoni ta' tip speċifiku ta' nbejjed frizzanti.
Termini marbutin mal-qawwa alkoħolika
14. “Qawwa alkoħolika reali bil-volum”: tfisser l-għadd ta' volumi ta' alkoħol pur, f'temperatura ta' 20 oC, li jinsab f'100 volum tal-prodott f'dik it-temperatura.
15. “Qawwa alkoħolika potenzjali bil-volum”: tfisser l-għadd ta' volumi ta' alkoħol pur, f'temperatura ta' 20 oC, kapaċi li jiġi prodott bil-fermentazzjoni totali taz-zokkor, li jinsab f'100 volum tal-prodott f'dik it-temperatura.
16. “Qawwa alkoħolika totali bil-volum”: tfisser is-somma tal-qawwa alkoħolika reali u dik potenzjali.
17. “Qawwa alkoħolika naturali bil-volum”: tfisser il-qawwa alkoħolika totali bil-volum ta' prodott qabel ma jsir kwalunkwe arrikkiment.
18. “Qawwa alkoħolika reali bil-massa”: tfisser l-għadd ta' kilogrammi ta' alkoħol pur li hemm f'100 kilogramma tal-prodott.
19. “Qawwa alkoħolika potenzjali bil-massa”: tfisser l-għadd ta' kilogrammi ta' alkoħol pur kapaċi li jiġi prodott bil-fermentazzjoni totali taz-zokkor, li jinsab f'100 kilogramma tal-prodott.
20. “Qawwa alkoħolika totali bil-massa”: tfisser is-somma tal-qawwa alkoħolika reali u dik potenzjali.
ANNESS II
BAĠIT GĦALL-PROGRAMMI TA’ GĦAJNUNA
(imsemmijin fl-Artikolu 8(1))
(f’eluf ta’ EUR) |
||||||
Sena tal-baġit |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
Mill-2014 ‘il quddiem |
BG |
15 608 |
21 234 |
22 022 |
27 077 |
26 742 |
26 762 |
CZ |
2 979 |
4 076 |
4 217 |
5 217 |
5 151 |
5 155 |
DE |
22 891 |
30 963 |
32 190 |
39 341 |
38 867 |
38 895 |
EL |
14 286 |
19 167 |
19 840 |
24 237 |
23 945 |
23 963 |
ES |
213 820 |
284 219 |
279 038 |
358 000 |
352 774 |
353 081 |
FR |
171 909 |
226 814 |
224 055 |
284 299 |
280 311 |
280 545 |
IT (1) |
238 223 |
298 263 |
294 135 |
341 174 |
336 736 |
336 997 |
CY |
2 749 |
3 704 |
3 801 |
4 689 |
4 643 |
4 646 |
LT |
30 |
37 |
45 |
45 |
45 |
45 |
LU |
344 |
467 |
485 |
595 |
587 |
588 |
HU |
16 816 |
23 014 |
23 809 |
29 455 |
29 081 |
29 103 |
MT |
232 |
318 |
329 |
407 |
401 |
402 |
AT |
8 038 |
10 888 |
11 313 |
13 846 |
13 678 |
13 688 |
PT |
37 802 |
51 627 |
53 457 |
65 989 |
65 160 |
65 208 |
RO |
42 100 |
42 100 |
42 100 |
42 100 |
42 100 |
42 100 |
SI |
3 522 |
3 770 |
3 937 |
5 119 |
5 041 |
5 045 |
SK |
2 938 |
4 022 |
4 160 |
5 147 |
5 082 |
5 085 |
UK |
0 |
61 |
67 |
124 |
120 |
120 |
(1) Il-limiti nazzjonali msemmija fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għall-Italja li jirrigwardaw is-snin 2008, 2009 u 2010, huma mnaqqsa b’EUR 20 miljun u dawn l-ammonti ġew inklużi fil-baġit tal-Italja għas-snin 2009, 2010 u 2011 kif jidher f’din it-tabella. |
ANNESS III
ALLOKAZZJONI TAL-BAĠIT GĦALL-IŻVILUPP RURALI
(Artikolu 23(3))
(f’eluf ta’ EUR) |
|||
Sena tal-baġit |
2009 |
2010 |
Mill-2011 ‘il quddiem |
BG |
— |
— |
— |
CZ |
— |
— |
— |
DE |
— |
— |
— |
EL |
— |
— |
— |
ES |
15 491 |
30 950 |
46 441 |
FR |
11 849 |
23 663 |
35 512 |
IT |
13 160 |
26 287 |
39 447 |
CY |
— |
— |
— |
LT |
— |
— |
— |
LU |
— |
— |
— |
HU |
— |
— |
— |
MT |
— |
— |
— |
AT |
— |
— |
— |
PT |
— |
— |
— |
RO |
— |
— |
— |
SI |
— |
1 050 |
1 050 |
SK |
— |
— |
— |
UK |
160 |
160 |
160 |
ANNESS IV
KATEGORIJI TAL-PRODOTTI TAD-DWIELI
1. Inbid
L-inbid huwa l-prodott miksub esklussivament mill-fermentazzjoni alkoħolika totali jew parzjali ta' għeneb frisk, sew jekk misħuq sew jekk le, jew ta' most.
L-inbid għandu jkollu:
(a) ikollu, kemm jekk ikunu saru l-proċessi speċifikati fil-punt B ta' l-Anness V u kemm jekk le, qawwa alkoħolika reali ta' mhux inqas minn 8,5 % vol., sakemm l-inbid ikun inkiseb esklussivament minn għeneb maħsud fiż-żoni ta' vitikultura A u B imsemmijin fl-Anness IX, u ta' mhux inqas minn 9 % vol. f'żoni ta' vitikultura oħrajn;
(b) b'deroga mill-qawwa alkoħolika reali minima bil-volum applikabbli ġeneralment, fejn ikollu denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, kemm jekk ikunu saru l-proċessi speċifikati fil-punt B ta' l-Anness V u kemm jekk le, qawwa alkoħolika reali ta' mhux anqas minn 4,5 % vol.;
(ċ) ikollu qawwa alkoħolika totali ta' aktar minn 15 % vol. B'deroga:
— il-limitu ta' fuq għall-qawwa alkoħolika totali jista' jilħaq sa 20 % vol. għal inbejjed minn ċerti żoni tal-vitikultura tal-Komunità, li għandhom jiġu deċiżi konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(2), li jkunu ġew prodotti mingħajr kwalunkwe arrikkiment.
— il-limitu ta' fuq għall-qawwa alkoħolika totali jista' jeċċedi 15 % vol. għal inbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini protetta li jkunu ġew prodotti mingħajr arrikkiment;
(d) ikollu, suġġett għal derogi li jistgħu jiġu adottati, konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(2), kontenut totali ta' aċidità, espress bħala aċidu tartariku, ta' mhux inqas minn 3,5 gramma kull litru jew 46,6 milliekwivalent kull litru.
Ir-“Retsina” hija l-inbid prodott esklussivament fit-territorju ġeografiku tal-Greċja permezz ta' most ta' l-għeneb ittrattat bir-reżina miż-żnuber ta' l-Aleppo. L-użu tar-reżina miż-żnuber ta' l-Aleppo huwa permess biss għall-finijiet tal-produzzjoni ta' l-inbid “Retsina” taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet Griegi applikabbli.
B'deroga mill-punt (b) it-“Tokaji eszencia” u t-“Tokajská esencia” huma meqjusin bħala nbid.
2. Inbid ġdid li għadu fil-fermentazzjoni
L-inbid ġdid li għadu fil-fermentazzjoni huwa l-prodott li fih il-fermentazzjoni alkoħolika tkun għadha ma ntemmitx, u li jkun għadu ma nfiridx mill-karfa tiegħu.
3. Inbid likoruż
L-inbid likur huwa l-prodott:
(a) li għandu qawwa alkoħolika reali ta' mhux inqas minn 15 % u mhux aktar minn 22 % vol.;
(b) li għandu qawwa alkoħolika totali ta' mhux inqas minn 17,5 % vol., għajr għal ċerti nbejjed likur b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika elenkata f'lista li għandha titfassal konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(2);
(ċ) li jinkiseb minn:
— most fil-fermentazzjoni,
— inbid,
— taħlita tal-prodotti ta' hawn fuq, jew
— most ta' l-għeneb jew taħlita ta' dan ma' nbid, fil-każ ta' nbejjed likur b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, determinati konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(2).
(d) li għandu qawwa alkoħolika totali inizjali ta' mhux inqas minn 12 % vol., għajr għal ċerti nbejjed likur b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta elenkati f'lista li għandha titfassal konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(2);
(e) li miegħu jkun żdied,
(i) individwalment jew f'taħlita:
— alkoħol newtrali mid-dwieli, inkluż alkoħol miksub mid-distillazzjoni ta' għeneb imqadded, li jkollu qawwa alkoħolika reali ta' mhux inqas minn 96 % vol.,
— distillat ta' l-inbid jew ta' l-għeneb imqadded, li jkollu qawwa alkoħolika reali ta' mhux inqas minn 52 % vol. u mhux iżjed minn 86 % vol.,
(ii) flimkien ma' wieħed jew iżjed mill-prodotti segwenti kif xieraq:
— most konċentrat,
— taħlita ta' wieħed mill-prodotti msemmija fil-punt (e)(i) b'most ta' l-għeneb imsemmi fl-ewwel u r-raba' inċiżi tal-punt (c);
(f) li miegħu jkun żdied, b'deroga mill-punt (e), fil-każ ta' ċerti nbejjed likur b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, elenkati f'lista li għandha titfassal konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(2):
(i) xi wieħed mill-prodotti elenkati fil-punt (e)(i), individwalment jew f'taħlita, jew inkella
(ii) wieħed jew iżjed mill-prodotti li ġejjin:
— alkoħol ta' l-inbid jew ta' l-għeneb imqadded, li jkollu qawwa alkoħolika reali ta' mhux inqas minn 95 % vol. u mhux iżjed minn 96 % vol.,
— spirti distillati mill-inbid jew mir-residwu mill-għasra, li jkollhom qawwa alkoħolika reali ta' mhux inqas minn 52 % vol. u mhux aktar minn 86 % vol.;
— spirti distillati minn għeneb imqadded, li jkollhom qawwa alkoħolika reali ta' mhux inqas minn 52 % vol. u mhux aktar minn 94,5 % vol.,
(iii) u wieħed jew iżjed mill-prodotti li ġejjin, fejn xieraq:
— il-most ta' l-għeneb parzjalment fermentat, magħmul minn għeneb imqadded,
— il-most konċentrati ta' l-għeneb magħmul permezz ta' sħana diretta, li jkun konformi, bl-eċċezzjoni ta' din l-operazzjoni, mad-definizzjoni ta' most konċentrati ta' l-għeneb,
— most konċentrat,
— taħlita ta' wieħed mill-prodotti elenkati fil-punt (f)(ii) ma' most imsemmi fl-ewwel u r-raba' inċiż tal-punt (c).
4. Nbid frizzanti:
L-inbid frizzanti huwa l-prodott:
(a) li jinkiseb permezz ta' l-ewwel jew t-tieni fermentazzjoni alkoħolika:
— minn għeneb frisk,
— minn most ta' l-għeneb,
— mill-inbid;
(b) li, meta jinfetaħ il-kontenitur, jerħi dijossidu tal-karbonju li ġej esklussivament mill-fermentazzjoni;
(ċ) li għandu pressjoni żejda, minħabba d-dijossidu tal-karbonju fit-taħlita, ta' mhux inqas minn 3 bar meta jinżamm f'temperatura ta' 20 oC f'kontenituri magħluqa;
(d) li għalih, il-qawwa alkoħolika totali tal-cuvées intenzjonata għall-preparazzjoni tagħhom m'għandhiex tkun inqas minn 8,5 % vol..
5. Nbid frizzanti ta' kwalità
L-inbid frizzanti ta' kwalità huwa l-prodott:
(a) li jinkiseb permezz ta' l-ewwel jew t-tieni fermentazzjoni alkoħolika:
— minn għeneb frisk,
— minn most ta' l-għeneb,
— mill-inbid;
(b) li, meta jinfetaħ il-kontenitur, jerħi dijossidu tal-karbonju li ġej esklussivament mill-fermentazzjoni;
(ċ) li għandu pressjoni żejda, minħabba d-dijossidu tal-karbonju fit-taħlita, ta' mhux inqas minn 3,5 bar meta jinżamm f'temperatura ta' 20 oC f'kontenituri magħluqa;
(d) li għalih, il-qawwa alkoħolika totali tal-cuvées intenzjonata għall-preparazzjoni tagħhom m'għandhiex tkun inqas minn 9 % vol.
6. Nbid frizzanti aromatiku ta' kwalità
Nbejjed frizzanti aromatiċi ta' kwalità għandhom ikunu l-inbid frizzanti ta' kwalità:
(a) li jinkiseb biss billi jsir użu, meta jsir il-cuvée, minn most ta' l-għeneb jew most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni li huma derivati minn varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid f'lista li għandha titfassal konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(2). L-inbejjed frizzanti aromatiċi ta' kwalità prodotti tradizzjonalment bl-użu ta' ta' nbejjed meta jsir il-cuvée, għandhom jiġu stabbiliti konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(2);
(b) li għandu pressjoni żejda, minħabba d-dijossidu tal-karbonju fit-taħlita, ta' mhux inqas minn 3 bar meta jinżamm f'temperatura ta' 20 oC f'kontenituri magħluqa;
(ċ) li minnu l-qawwa alkoħolika reali ma tistax tkun inqas minn 6 % vol.;
(d) li minnu l-qawwa alkoħolika reali ma tistax tkun inqas minn 10 % vol.
Regoli speċifiċi dwar karatteristiċi supplimentari oħrajn jew kondizzjonijiet tal-produzzjoni u ċ-ċirkolazzjoni għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(2).
7. Nbid frizzanti bil-gass
L-inbid frizzanti huwa l-prodott:
(a) jinkiseb minn inbid mingħajr denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta;
(b) li jirrilaxxa, meta jinfetaħ il-kontenitur, id-diossidu tal-karbonju derivat totalment jew parzjalment minn żieda ta' dak il-gass;
(ċ) li għandu pressjoni eċċessiva, minħabba d-diossidu tal-karbonju fis-soluzzjoni, ta' mhux anqas minn 3 bar meta miżmum f'temperatura ta' 20 oC f'kontenituri magħluqa.
8. Nbid semifrizzanti
L-inbid semifrizzanti huwa l-prodott:
(a) li jinkiseb mill-inbid, sakemm dan l-inbid ikollu qawwa alkoħolika totali ta' mhux inqas minn 9 % vol.;
(b) għandu qawwa alkoħolika reali ta' mhux inqas minn 7 % vol.;
(ċ) li għandu pressjoni eċċessiva, minħabba d-diossidu tal-karbonju endoġenu fis-soluzzjoni ta' mhux anqas minn 1 bar u mhux aktar minn 2,5 bar meta miżmum f'temperatura ta' 20 oC f'kontenituri magħluqa;
(d) li jiġi ppreżentat f'kontenituri ta' 60 litru jew anqas.
9. Nbid semifrizzanti bil-gass
L-inbid semifrizzanti bil-gass huwa l-prodott:
(a) li jinkiseb mill-inbid;
(b) ikollu qawwa alkoħolika attwali bil-volum ta' mhux anqas minn 7 % vol. u qawwa alkoħolika totali ta' mhux anqas minn 9 % vol.;
(ċ) li għandu pressjoni żejda ta' mhux anqas minn 1 bar u mhux iżjed minn 2,5 bar meta miżmum f'temperatura ta' 20 oC f'kontenituri magħluqa, minħabba d-dijossidu tal-karbonju fis-soluzzjoni li jkun ġie totalment jew parzjalment miżjud;
(d) li jiġi ppreżentat f'kontenituri ta' 60 litru jew anqas.
10. Most
Il-most huwa l-prodott likwidu miksub b'mod naturali jew permezz ta' proċessi fiżiċi minn għeneb frisk. Qawwa alkoħolika reali tal-most ta' l-għeneb ta' mhux aktar minn 1 % vol. hija permessa.
11. Most ta' l-għeneb parzjalment fermentat
Il-most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni għandu jkun il-prodott miksub mill-fermentazzjoni ta' most ta' l-għeneb, li għandu qawwa alkoħolika reali ta' aktar minn 1 % vol. iżdma ta' inqas minn tlieta minn ħamsa tal-qawwa alkoħolika totali bil-volum.
12. Most ta' l-għeneb parzjalment fermentat miksub minn għeneb imqadded
Il-most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni estratt minn għeneb imqadded għandu jkun il-prodott li jinkiseb mill-fermentazzjoni parzjali ta' most ta' l-għeneb miksub minn għeneb imqadded, li l-kontenut totali ta' zokkor tiegħu qabel il-fermentazzjoni huwa ta' mill-inqas 272 gramma kull litru, u li l-qawwa alkoħolika naturali u reali tiegħu m'għandhiex tkun inqas minn 8 % vol. Madankollu, anke jekk jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti, ċerti nbejjed, li għandhom jiġu ddeterminati konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(2), m'għandhomx jitqiesu bħala most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni estratt minn għeneb imqadded.
13. Most konċentrat
Most ta' l-għeneb konċentrat għandu jkun most ta' l-għeneb mhux karamellizzat li jinkiseb permezz ta' deidratazzjoni parzjali ta' most ta' l-għeneb imwettqa bi kwalunkwe metodu awtorizzat għajr bis-sħana diretta, b'tali mod li ċ-ċifra indikata fir-refrattometru użat skond metodu li għandu jiġi ddeterminat skond l-Artikolu 31, f'temperatura ta' 20o C, mhiex inqas minn 50,9 % .
Qawwa alkoħolika reali tal-most ta' l-għeneb konċentrat ta' mhux aktar minn 1 % vol. hija permessa.
14. Most konċentrat u rrettifikat
Il-most konċentrat u rrettifikat huwa l-prodott likwidu mhux karamellat:
(a) li jinkiseb permezz ta' deidratazzjoni parzjali ta' most imwettqa bi kwalunkwe metodu awtorizzat għajr bis-sħana diretta, b'tali mod li ċ-ċifra indikata fir-refrattometru użat skond metodu li għandu jiġi ddeterminat skond l-Artikolu 31, f'temperatura ta' 20o C, ma tkunx anqas minn 61,7 %;
(b) li jkun għadda minn trattament awtorizzat għad-deaċidifikazzjoni u t-tneħħija ta' kostitwenti għajr iz-zokkor;
(ċ) li għandu l-karatteristiċi li ġejjin:
— pH ta' mhux aktar minn 5 f'valur ta' 25o Brix,
— densità ottika ta' 425 nm għal ħxuna ta' 1 ċm ta' mhux aktar minn 0,100 f'most konċentrat f'valur ta' 25o Brix,
— kontenut ta' sukrożju li ma jinstabx b'metodu ta' analiżi li għandu jiġi ddefinit;
— indiċi Folin-Ciocalteu ta' mhux aktar minn 6,00 f'valur ta' 25o Brix,
— aċidità titrattabbli ta' mhux aktar minn 15 milliekwivalenti għal kull kilogramma ta' zokkor totali,
— kontenut ta' dijossidu tal-kubrit ta' mhux aktar minn 25 milliekwivalenti għal kull kilogramma ta' zokkor totali,
— kontenut totali ta' katjoni ta' mhux aktar minn 8 milliekwivalenti għal kull kilogramma ta' zokkor totali,
— konduttività f'valur ta' 25o Brix u 20 oC ta' mhux aktar minn 120 mikro-Siemens/ċm;
— kontenut ta' idrossimetilfurfural ta' mhux aktar minn 25 milligramma għal kull kilogramma ta' zokkor totali,
— presenza ta' mesoinositol;
Qawwa alkoħolika reali tal-most ta' l-għeneb konċentrat u rrettifikat ta' mhux aktar minn 1 % vol. hija permessa.
15. Nbid minn għeneb imqadded
L-inbid minn għeneb imqadded għandu jkun il-prodott li:
(a) jiġi prodott mingħajr arrikkiment, minn għeneb li jitħalla fix-xemx jew fid-dell sabiex issir deidratazzjoni parzjali;
(b) għandu qawwa alkoħolika totali ta' mhux inqas minn 16 % vol., u qawwa alkoħolika reali ta' mhux inqas minn 9 % vol.;
(ċ) għandu qawwa alkoħolika naturali ta' aktar minn 16 % vol. (jew 272 gramma zokkor għal kull litru).
16. Nbid minn għeneb misjur izżejjed
L-inbid minn għeneb misjur iżżejjed għandu jkun il-prodott li:
(a) jiġi prodott mingħajr arrikkiment ;
(b) li għandu qawwa alkoħolika naturali ta' aktar minn 15 % vol.;
(ċ) għandu qawwa alkoħolika totali ta' mhux inqas minn 15 % vol. u qawwa alkoħolika reali ta' mhux inqas minn 12 % vol.
L-Istati Membri jistgħu jistipulaw perijodu ta' maturazzjoni għal dan il-prodott.
17. Ħall ta' l-inbid
Il-ħall ta' l-inbid huwa ħall:
(a) huwa akkwistat esklussivament permezz tal-fermentazzjoni aċetuża ta' l-inbid;
(b) li għandu aċidità totali ta' mhux anqas minn 60 gramma kull litru, espressa bħala aċidu aċetiku.
ANNESS V
ARRIKKIMENT, AĊIDIFIKAZZJONI U DIJAĊIDIFIKAZZJONI F'ĊERTI ŻONI TAL-VITIKULTURA
A. Il-limiti ta' l-arrikkiment
1. Fejn il-kondizzjonijiet klimatiċi jkunu ħolqu l-ħtieġa li f'ċerti żoni ta' vitikultura tal-Komunità msemmijin fl-Anness IX, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jippermettu żieda ta' alkoħol mal-qawwa alkoħolika naturali bil-volum ta' l-għeneb frisk, il-most ta' l-għeneb, il-most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni, l-inbid ġdid fil-fermentazzjoni, u l-inbid miksub minn varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid klassifikabbli skond il-Artikolu 24(1).
2. Iż-żieda ta' alkoħol mal-qawwa alkoħolika naturali bil-volum għandha ssir permezz tal-prattika enoloġika msemmija fil-punt B, u ma għandhiex taqbeż il-limiti li ġejjin:
(a) 3 % vol. fiż-żona tal-vitikultura A imsemmija fl-Anness IX;
(b) 2 % vol. fiż-żona tal-vitikultura B imsemmija fl-Anness IX;
(ċ) 1,5 % vol. fiż-żona tal-vitikultura C, imsemmija fl-Anness IX.
3. Fi snin li matulhom il-kondizzjonijiet klimatiċi jkunu eċċezzjonalment negattivi, l-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-limitu/i stabbilit/i fil-paragrafu 2 jiżdiedu bi 0,5 %. Bi tweġiba għal talba bħal din, il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-abbozz ta' miżura leġislattiva lill-Kumitat previst fl-Artikolu 195(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 mill-aktar fis possibbli. Il-Kummissjoni timpenja ruħha li tieħu deċiżjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(1) ta' dan ir-Regolament fi żmien erba' ġimgħat wara li tkun tressqet it-talba.
B. Il-Proċessi ta' l-arrikkiment
1. Iż-żieda mal-qawwa naturali alkoħolika bil-volum prevista fil-punt A tista' ssir biss:
(a) fir-rigward ta' l-għeneb frisk, il-most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni jew ta' l-inbid ġdid fil-fermentazzjoni, permezz taż-żieda tas-sukrosju, most konċentrati ta' l-għeneb jew most ta' l-għeneb konċentrat u rettifikat.
(b) fir-rigward tal-most, biż-żieda tas-sukrosju, most konċentrat jew ta' most konċentrat u rrettifikat, jew bil-konċentrazzjoni parzjali, li tinkludi l-ożmożi invertita;
(ċ) fir-rigward ta' l-inbid, bil-konċentrazzjoni parzjali permezz tat-tkessiħ.
2. Il-proċessi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu reċiprokament esklussivi meta l-inbid jew il-most ta' l-għeneb huwa arrikkit b'most ta' l-għeneb konċentrat jew most ta' l-għeneb konċentrat irrettifikat u meta titħallas għajnuna skond l-Artikolu 19.
3. Iż-żieda tas-sukrosju prevista fil-paragrafu 1(a) u (b) tista' titwettaq biss permezz ta' zokkor xott u biss fl-oqsma li ġejjin:
(a) iż-żona ta' vitikultura A msemmija fl-Anness IX,
(b) iż-żona ta' vitikultura B msemmija fl-Anness IX,
(ċ) iż-żona ta' vitikultura C msemmija fl-Anness IX, bl-eċċezzjoni tal-vinji ta' l-Italja, il-Greċja, Spanja, il-Portugall, Ċipru u l-vinji tad-dipartimenti Franċiżi taħt il-ġurisdizzjoni tal-qrati ta' appell ta':
— Aix-en-Provence,
— Nîmes,
— Montpellier,
— Toulouse,
— Agen,
— Pau,
— Bordeaux,
— Bastia.
Madankollu, l-arrikkiment biż-żieda taz-zokkor fix-xott jista' jiġi awtorizzat mill-awtoritajiet nazzjonali bħala eċċezzjoni fid-dipartimenti Franċiżi msemmijin hawn fuq. Franza għandha minnufih tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bi kwalunkwe tali awtorizzazzjoni.
4. Iż-żieda ta' most ta' l-għeneb konċentrat jew most ta' l-għeneb konċentrat u rrettifikat m'għandhiex tirriżulta f'żieda tal-volum inizjali ta' għeneb frisk misħuq, most ta' l-għeneb, most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni jew inbid ġdid li għadu fil-fermentazzjoni b'aktar minn 11 % fiż-żona tal-vitikultura A, 8 % fiż-żona tal-vitikultura B u 6,5 % fiż-żona tal-vitikultura C imsemmijin fl-Anness IX.
5. Il-konċentrazzjoni tal-most jew ta' l-inbid suġġett għall-proċessi msemmija fil-paragrafu 1:
(a) ma għandhiex ikollha l-effett li tnaqqas il-volum inizjali ta' dawn il-prodotti b'iktar minn 20 %;
(b) minkejja l-punt A(2)(c), ma għandhiex iżżid il-qawwa alkoħolika naturali bil-volum ta' dawn il-prodotti b'iktar minn 2 % vol.
6. Il-proċessi msemmija fil-paragrafi 1 u 5 ma għandhomx jgħollu l-qawwa alkoħolika totali bil-volum ta' l-għeneb frisk, tal-most, tal-most fil-fermentazzjoni, ta' l-inbid ġdid għadu fil-fermentazzjoni, jew ta' l-inbid:
(a) fiż-żona ta' vitikultura A msemmija fl-Anness IX għal aktar minn 11,5 % vol.,
(b) fiż-żona ta' vitikultura B msemmija fl-Anness IX għal aktar minn 12 % vol.,
(ċ) fiż-żoni ta' vitikultura C I imsemmija fl-Anness IX għal aktar minn 12,5 % vol.,
(d) fiż-żona ta' vitikultura C II msemmija fl-Anness IX, għal aktar minn 13 % vol., u
(e) fiż-żona ta' vitikultura C III msemmija fl-Anness IX għal aktar minn 13,5 % vol.
7. B'deroga mill-paragrafu 6, l-Istati Membri jistgħu:
(a) għall-inbid aħmar, jgħollu l-limitu massimu tal-qawwa alkoħolika totali tal-prodotti msemmijina fil-paragrafu 6 għal 12 % vol. fiż-żona ta' vitikultura A, u għal 12,5 % vol. fiż-żona ta' vitikultura B msemmijin fl-Anness IX;
(b) jgħollu l-qawwa alkoħolika totali bil-volum tal-prodotti msemmijin fil-paragrafu 6, għall-produzzjoni ta' nbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini għal livell li għandu jiġi ddeterminat mill-Istati Membri.
C. Aċidifikazzjoni u dijaċidifikazzjoni
1. L-għeneb frisk, il-most ta' l-għeneb, il-most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni, l-inbid ġdid li jkun fil-fermentazzjoni u l-inbid jistgħu jkunu suġġetti għal:
(a) di-aċidifikazzjoni fiż-żoni ta' vitikultura A, B u C I imsemmijin fl-Anness IX;
(b) aċidifikazzjoni u di-aċidifikazzjoni fiż-żoni ta' vitikultura CI, C II u C III (a) imsemmijin fl-Anness IX, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7; jew
(ċ) aċidifikazzjoni fiż-żona ta' vitikultura C III (b) imsemmija fl-Anness IX.
2. L-aċidifikazzjoni tal-prodotti, għajr ta' l-inbid, imsemmija fil-paragrafu 1, tista' ssir biss sal-limitu ta' 1,50 g/l, espressi bħala aċidu tartariku, jew 20 milliekwivalenti kull litru.
3. L-aċidifikazzjoni ta' l-inbejjed tista' sseħħ biss sal-limitu ta' 2,50 g/l espress bħala aċidu tartariku, jew 33,3 milli-ekwivalenti għal kull litru.
4. Id-di-aċidifikazzjoni ta' l-inbejjed tista' ssir biss sal-limitu ta' 1 g/l, espressi bħala aċidu tartariku, jew 13,3 milliekwivalenti kull litru.
5. Il-most maħsub għall-konċentrazzjoni jista' jiġi dijaċidifikat parzjalment.
6. Minkejja l-paragrafu 1, fi snin li matulhom il-kondizzjonijiet klimatiċi kienu eċċezzjonalment negattivi, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-aċidifikazzjoni tal-prodotti msemmijin fil-paragrafu 1 fiż-żoni ta' vitikultura A u B, imsemmijin fl-Anness IX, taħt il-kondizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 2 u 3 .
7. L-aċidifikazzjoni u l-arrikkiment, għajr b'deroga li trid tiġi deċiża konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(2), u l-aċidifikazzjoni u d-di-aċidifikazzjoni ta' prodott wieħed u l-istess, għandhom ikunu proċessi reċiprokament esklussivi.
D. Proċessi
1. L-ebda wieħed mill-proċessi msemmijin fil-punti B u C, għajr l-aċidifikazzjoni u l-di-aċidifikazzjoni ta' l-inbejjed, ma jista' jiġi awtorizzat sakemm ma jsirx, taħt kondizzjonijiet li għandhom jiġu ddeterminati konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(2), fiż-żmien meta l-għeneb frisk, il-most ta' l-għeneb, il-most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni jew l-inbid ġdid li għadu fil-fermentazzjoni jkunu qed jiġu ttrasformati f'inbid jew fi kwalunkwe xorb ieħor maħsub għall-konsum uman dirett imsemmi fl-Artikolu 1(1), għajr l-inbid frizzanti jew l-inbid frizzanti bil-gass, fiż-żona ta' vitikultura fejn l-għeneb frisk użat ikun inħasad.
2. Il-konċentrazzjoni ta' l-inbejjed għandha ssir fiż-żona ta' vitikultura fejn l-għeneb frisk użat ikun inħasad.
3. L-aċidifikazzjoni u d-dijaċidifikazzjoni ta' l-inbejjed għandhom isiru biss fl-impriża fejn jiġi prodott l-inbid u fiż-żona ta' vitikultura fejn ikun inħasad l-għeneb użat għall-produzzjoni ta' l-inbid konċernat.
4. Kull wieħed mill-proċessi msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti. L-istess jgħodd fir-rigward tal-kwantitajiet ta' most konċentrat ta' most konċentrat u rrettifikat miżmum jew sukrosju fl-eżerċizzju tal-professjoni tagħhom, minn persuni jew gruppi ta' persuni naturali jew legali, partikolarment produtturi, bottiljaturi, proċessuri u negozjanti, li għandhom jiġu ddeterminati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(2), fl-istess żmien u fl-istess post bħall-għeneb frisk, il-most, il-most fil-fermentazzjoni jew l-inbid bl-ingrossa. In-notifika ta' dawn il-kwantitajiet tista', b'danakollu, tinbidel bi dħul f'reġistru tal-prodotti 'l ġewwa u ta' l-utilizzazzjoni tal-ħażna.
5. Kull wieħed mill-proċessi msemmija fil-punti B u C għandu jkun irreġistrat fuq id-dokument ta' akkumpanjament, kif previst fl-Artikolu 112, li permezz tiegħu l-prodotti li jkunu għaddew mill-proċessi jitpoġġew fiċ-ċirkolazzjoni.
6. Dawk il-proċessi, suġġetti għal derogi ġġustifikati minn kondizzjonijiet tal-klima eċċezzjonali, ma jistgħux isiru:
(a) fiż-żona ta' vitikultura C imsemmija fl-Anness IX, wara l-1 ta' Jannar;
(b) fiż-żoni ta' vitikultura A u B imsemmijin fl-Anness IX, wara s-16 ta' Marzu u
għandhom isiru biss għal prodotti tal-ħsad ta' l-għeneb li jkun sar immedjatament qabel dawk id-dati.
7. Minkejja l-paragrafu 6, il-konċentrazzjoni permezz tat-tkessiħ u l-aċidifikazzjoni u d-dijaċidifikazzjoni ta' l-inbejjed jistgħu jsiru matul is-sena.
ANNESS VI
IR-RESTRIZZJONIJIET
A. Ġenerali
1. Il-prattika enoloġika awtorizzata kollha għandha teskludi ż-żieda ta' l-ilma, għajr fejn tkun meħtieġa bħala neċessità teknika speċifika.
2. Il-prattika enoloġika awtorizzata kollha għandha teskludi ż-żieda ta' l-alkoħol, għajr il-prattika marbuta mal-ksib ta' most frisk bil-fermentazzjoni mmewta biż-żieda ta' l-alkoħol, inbid likur, inbid frizzanti, inbid imqawwi għad-distillazzjoni u l-inbid semifrizzanti.
3. L-inbid imqawwi għad-distillazzjoni jista' jintuża għad-distillazzjoni biss.
B. Restrizzjonijiet marbutin ma' l-għeneb frisk, il-most u l-meraq ta' l-għeneb
1. Il-most frisk bil-fermentazzjoni mmewta biż-żieda ta' l-alkoħol għandu jintuża biss matul l-istadju tat-tħejjija tal-prodotti li ma jaqgħux taħt il-kodiċijiet tan-NM 2204 10, 2204 21 u 2204 29. Dan huwa mingħajr ħsara għal dispożizzjonijiet aktar stretti li l-Istati Membri jistgħu japplikaw għat-tħejjija fit-territorju tagħhom ta' prodotti li ma jaqgħux taħt il-kodiċijiet tan-NM 2204 10, 2204 21 u 2204 29.
2. Il-meraq ta' l-għeneb u l-meraq ta' l-għeneb konċentrat ma jistgħux ikunu ttrasformati fi nbid jew jiżdiedu ma' l-inbid. Ma jistgħux jgħaddu minn fermentazzjoni alkoħolika fit-territorju tal-Komunità.
3. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw għal prodotti maħsubin għall-produzzjoni, fir-Renju Unit, fl-Irlanda u fil-Polonja, ta' prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 2206 00, li għalihom l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu ta' isem kompost li jinkludi l-kelma “nbid”.
4. Il-most fil-fermentazzjoni estratt minn għeneb imqadded, jista' jitqiegħed fis-suq biss għall-produzzjoni ta' nbejjed likur, esklussivament fir-reġjuni ta' vitikultura fejn dan l-użu kien tradizzjonali fl-1 ta' Jannar 1985, u għall-produzzjoni ta' nbid minn għeneb misjur iżżejjed.
5. Sakemm ma jkunx ġie deċiż diversament mill-Kunsill skond l-obbligi internazzjonali tal-Komunità, l-għeneb frisk, il-most ta' l-għeneb, il-most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni, il-most ta' l-għeneb konċentrat, il-most ta' l-għeneb konċentrat u rrettifikat, il-most ta' l-għeneb bil-fermentazzjoni mmewta biż-żieda ta' l-alkoħol, il-meraq ta' l-għeneb, il-meraq ta' l-għeneb konċentrat u l-inbid, jew it-taħlit ta' dawk il-prodotti, li joriġinaw f'pajjiżi terzi ma jistgħux jiġu ttrasformati fil-prodotti msemmijin fl-Anness IV jew jiżdiedu ma' tali prodotti fit-territorju tal-Komunità.
C. Taħlit ta' nbejjed
Sakemm ma jkunx ġie deċiż diversament mill-Kunsill skond l-obbligi internazzjonali tal-Komunità, it-taħlit (coupage) ta' nbid li joriġina minn pajjiż terz ma' nbid Komunitarju, u t-taħlit bejn inbejjed li joriġinaw minn pajjiżi terzi, huma pprojbiti fil-Komunità.
D. Prodotti sekondarji
1. It-tagħsir żejjed ta' l-għeneb huwa pprojbit. B'kont meħud ta-kondizzjonijiet lokali u tekniċi, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu l-kwantità minima ta' alkoħol li għandu jkun hemm fir-residwu u fil-karfa wara l-għasra ta' l-għeneb.
Il-kwantità ta' alkoħol li jinsab f'dawk il-prodotti sekondarji għandu jiġi deċiż mill-Istati Membri f'livell li jkun mill-anqas ugwali għal 5 % f'relazzjoni mal-volum ta' alkoħol li jinsab fl-inbid prodott.
2. Għajr għall-alkoħol, għall-ispirti u għall-piquette, ma għandu jiġi prodott mill-karfa ta' l-inbid jew mir-residwu mill-għasra l-ebda nbid jew xorb ieħor għall-konsum dirett mill-bniedem. It-tferriegħ ta' l-inbid fil-karfa jew ir-residwu mill-għasra jew il-polpa ta' l-aszú magħsura għandhom ikunu permessi taħt kondizzjonijiet li għandhom jiġu ddeterminati konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(2) fejn tali prattika tintuża tradizzjonalment għall-produzzjoni ta' “Tokaji fordítás” u “Tokaji máslás” fl-Ungerija u “Tokajský forditáš” u “Tokajský mášláš” fis-Slovakkja.
3. It-tagħsir tal-karfa ta' l-inbid u l-fermentazzjoni mill-ġdid tar-residwi mill-għasar għal skopijiet lil hinn mid-distillazzjoni jew il-produzzjoni tal-piquette huma pprojbiti. L-iffiltrar u ċ-ċentrifugazzjoni tal-karfa ta' l-inbid ma għandhomx jitqiesu bħala tagħsir fejn il-prodotti miksubin ikunu ta' kwalità ġenwina, f'saħħitha u tajba għall-kummerċ.
4. Il-piquette, fejn il-produzzjoni tagħha tkun awtorizzata mill-Istat Membru kkonċernat, tista' tintuża biss għad-distillazzjoni jew għall-konsum familjari tal-vitikulturi.
5. Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà għall-Istati Membri li jiddeċiedu li jeħtieġu l-qerda tal-prodotti sekondarji permezz tad-distillazzjoni, kwalunkwe persuna jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jżommu prodotti sekondarji għandhom jintalbu jeqirduhom suġġett għall-kondizzjonijiet li għandhom jiġu ddeterminati konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(2).
ANNESS VII
BAĠIT GĦALL-ISKEMA TA' QLUGĦ MILL-GĦERUQ
Il-baġit disponibbli għall-iskema ta' qlugħ mill-għeruq imsemmija fl-Artikolu 102(3) se jkun:
(a) għas-sena ta' l-għasra 2008/2009 (is-sena baġitarja 2009): EUR 464 miljun;
(b) għas-sena ta' l-għasra 2009/2011 (is-sena baġitarja 2010): EUR 334 miljun;
(ċ) għas-sena ta' l-għasra 2008/2011 (is-sena baġitarja 2011): EUR 276 milljun.
ANNESS VIII
Iż-żoni li l-Istati Membri jistgħu jiddikjaraw bħala mhux eliġibbli għall-iskema ta' qlugħ mill-għeruq
(imsemmija fl-Artikolu 104(1), (2) u (5))
f'ettari |
||
L-Istat Membru |
Żona totali mħawla bid-dwieli |
Żoni msemmija fl-Artikolu 104(5) |
BG |
135 760 |
4 073 |
CZ |
19 081 |
572 |
DE |
102 432 |
3 073 |
EL |
69 907 |
2 097 |
ES |
1 099 765 |
32 993 |
FR |
879 859 |
26 396 |
IT |
730 439 |
21 913 |
CY |
15 023 |
451 |
LU |
1 299 |
39 |
HU |
85 260 |
2 558 |
MT |
910 |
27 |
AT |
50 681 |
1 520 |
PT |
238 831 |
7 165 |
RO |
178 101 |
5 343 |
SI |
16 704 |
501 |
SK |
21 531 |
646 |
ANNESS IX
ŻONI TA' VITIKULTURA
(imsemmija fl-Annessi IV u V)
Iż-żoni ta' vitikultura għandhom ikunu dawn li ġejjin:
1. Iż-żona tat-tkabbir tad-dwieli A tinkludi:
(a) fil-Ġermanja: iż-żoni mħawlin bid-dwieli minbarra dawk inklużi fiż-żona ta' vitikultura B;
(b) fil-Lussemburgu: ir-reġjun tat-tkabbir tad-dwieli tal-Lussemburgu;
(ċ) fil-Belġju, fid-Danimarka, fl-Irlanda, fl-Olanda, fil-Polonja, fir-Renju Unit u fl-Iżvezja: iż-żoni ta' vitikultura ta' dawn il-pajjiżi;
(d) fir-Repubblika Ċeka: ir-reġjun ta' vitikultura ta' Čechy.
2. Iż-żona ta' vitikultura B tinkludi:
(a) fil-Ġermanja, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fir-reġjun speċifikat ta' Baden;
(b) fi Franza, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fid-dipartimenti mhux imsemmijin f'dan l-Anness u fid-dipartimenti li ġejjin:
— f'Alsace: Bas-Rhin, Haut-Rhin,
— f'Lorraine: Meurthe-et-Moselle, Meuse, Moselle, Vosges,
— fix-Champagne: Aisne, Aube, Marne, Haute-Marne, Seine-et-Marne,
— f'Jura: Ain, Doubs, Jura, Haute-Saône,
— f'Savoie: Savoie, Haute-Savoie, Isère (commune de Chapareillan),
— fil-Val de Loire: Cher, Deux-Sèvres, Indre, Indre-et-Loire, Loir-et-Cher, Loire-Atlantique, Loiret, Maine-et-Loire, Sarthe, Vendée, Viene, u ż-żoni bid-dwieli fid-distrett ta' Cosne-sur-Loire fid-dipartiment ta' Nièvre;
(ċ) fl-Awstrija, iż-żona ta' vitikultura Awstrijaka;
(d) fir-Repubblika Ċeka, iż-żona ta' vitikultura tal-Moravja u ż-żoni mħawlin bid-dwieli mhux inklużi fil-paragrafu 1(d);
(e) fis-Slovakkja, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fir-reġjuni li ġejjin: Malokarpatská vinohradnícka oblast', Južnoslovenská vinohradnícka oblast', Nitrianska vinohradnícka oblast', Stredoslovenská vinohradnícka oblast', Východoslovenská vinohradnícka oblast' u ż-żoni ta' vitikultura mhux inklużi fil-punt 3(f);
(f) fis-Slovinja, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fir-reġjuni li ġejjin:
— fir-reġjun ta' Podravje: Štajerska Slovenija, Prekmurje,
— fir-reġjun ta' Posavje: Bizeljsko Sremič, Dolenjska u Bela krajina, u ż-żoni mħawlin bid-dwieli fir-reġjuni mhux inklużi fil-paragrafu 4(d);
(g) fir-Rumanija, iż-żona ta' Podisul Transilvaniei.
3. Iż-żona ta' vitikultura C I tinkludi:
(a) fi Franza, iż-żoni bid-dwieli:
— f'dawn id-dipartimenti li ġejjin: Allier, Alpes-de-Haute-Provence, Hautes-Alpes, Alpes-Maritimes, Ariège, Aveyron, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Corrèze, Côte-d'Or, Dordogne, Haute-Garonne, Gers, Gironde, Isère (bl-eċċezzjoni tal-komun ta' Chapareillan), Landes, Loire, Haute-Loire, Lot, Lot-et-Garonne, Lozère, Nièvre (bl-eċċezzjoni tad-distrett ta' Cosne-sur-Loire), Puy-de-Dôme, Pyrénées-Atlantiques, Hautes-Pyrénées, Rhône, Saône-et-Loire, Tarn, Tarn-et-Garonne, Haute-Vienne, Yonne,
— fl-arrondissements ta' Valence u Die fid-dipartiment ta' Drôme (apparti milli fil-cantons ta' Dieulefit, Loriol, Marsanne u Montélimar),
— fid-distrett ta' Tournon, il-kantuni ta' Antraigues, Burzet, Coucouron, Montpezat-sous-Bauzon, Privas, Saint-Etienne de Lugdarès, Saint-Pierreville, Valgorge u Voulte-sur-Rhône fid-dipartiment ta' Ardèche;
(b) fl-Italja, iż-żoni bid-dwieli fir-reġjun ta' Valle d'Aosta u fil-provinċji ta' Sondrio, Bolzano, Trento u Belluno;
(ċ) fi Spanja, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fil-provinċji ta' A Coruña, Asturias, Cantabria, Guipúzcoa u Vizcaya;
(d) fil-Portugall, iż-żoni bid-dwieli f'dik il-parti tar-reġjun tat-Tramuntana li jikkorrispondi għaż-żona ddenominata ta' l-inbid ta' “Vinho Verde”, kif ukoll il-“Concelhos de Bombarral, Lourinhã, Mafra e Torres Vedras” (bl-eċċezzjoni ta' “Freguesias da Carvoeira e Dois Portos”), li jifformaw parti mir-“Região viticola da Extremadura”;
(e) fl-Ungerija, iż-żoni kollha bid-dwieli;
(f) fis-Slovakkja, iż-żoni mħawlin bid-dwieli f' Tokajská vinohradnícka oblast';
(g) fir-Rumanija, żoni bid-dwieli mhux inklużi fil-paragrafi 2(g) jew 4(f).
4. Iż-żona ta' vitikultura C II tinkludi:
(a) fi Franza, iż-żoni bid-dwieli:
— f'dawn id-dipartimenti li ġejjin: Aude, Bouches-du-Rhône, Gard, Hérault, Pyrénées-Orientales (ħlief għall-cantons ta' Olette u Arles-sur-Tech), Vaucluse,
— fil-parti tad-dipartiment ta' Var li tmiss min-naħa tan-nofsinhar mal-limitu tat-tramuntana tal-komuni ta' Evenos, Le Beausset, Solliès-Toucas, Cuers, Puget-Ville, Collobrières, La Garde-Freinet, Plan-de-la-Tour u Sainte-Maxime,
— fid-distrett ta' Nyons u l-kantuni ta' Dieulefit, Loriol, Marsanne u Montélimar fid-dipartiment ta' Drôme,
— f'dawk il-partijiet tad-dipartiment ta' Ardèche li mhumiex elenkati fil-paragrafu 3(a);
(b) fl-Italja, iż-żoni bid-dwieli fir-reġjuni segwenti: Abruzzo, Campania, Emilja-Romanja, Frijuli-Venezja Ġulja, Lazjo, Ligurja, Lombardija minbarra l-provinċja ta' Sondrio, Marche, Molise, Pjemonte, Toskana, Umbrija, Veneto minbarra l-provinċja ta' Belluno, inklużi l-gżejjer li jappartjenu lil dawk ir-reġjuni, bħal ma huma Elba u l-gżejjer l-oħrajn ta' l-arċipelago Toskan, il-gżejjer Ponziane, Kapri u Iskja;
(ċ) fi Spanja, iż-żoni bid-dwieli fil-provinċji li ġejjin:
— Lugo, Orense, Pontevedra,
— Ávila (minbarra l-komuni li jikkorrispondu mal-comarca denominata ta' l-inbid ta' Cebreros), Burgos, León, Palencia, Salamanca, Segovia, Soria, Valladolid, Zamora;
— La Rioja,
— Álava,
— Navarra,
— Ħueska,
— Barċellona, Girona, Lleida,
— f'dik il-parti tal-provinċja ta' Zaragoza li tinsab fit-tramuntana tax-xmara Ebro,
— f'dawk il-komuni tal-provinċja ta' Tarragona inklużi fid-denominazzjoni ta' l-oriġini tal-Penedés,
— f'dik il-parti tal-provinċja ta' Tarragona li tikkorrispondi ma' l-inbid denominat tal-comarca ta' Conca de Barberá;
(d) fis-Slovenja, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fir-reġjuni li ġejjin: Brda or Goriška Brda, Vipavska dolina or Vipava, Kras u Slovenska Istra;
(e) fil-Bulgarija, iż-żoni bid-dwieli fir-reġjuni li ġejjin: Dunavska Ravnina (Дунавска равнина), Chernomorski Rayon (Черноморски район), Rozova Dolina (Розова долина);
(f) fir-Rumanija, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fir-reġjuni li ġejjin: Dealurile Buzăului, Dealu Mare, Severinului u Plaiurile Drâncei, Colinele Dobrogei, Terasele Dunării, ir-reġjun ta' l-inbid tan-Nofsinhar, inklużi r-ramliet u reġjuni oħrajn favorevoli.
5. Iż-żona ta' vitikultura C III (a) tinkludi:
(a) fil-Greċja, iż-żoni bid-dwieli fin-nomoi li ġejjin: Florina, Imathia, Kilkis, Grevena, Larisa, Ioannina, Levkas, Akhaia, Messinia, Arkadia, Korinthia, Iraklio, Khania, Rethimni, Samos, Lasithi u l-gżira ta' Thira (Santorini);
(b) f'Ċipru, iż-żoni mħawlin bid-dwieli li jinsabu f'altitudni ta' 'l fuq mis-600 metru;
(ċ) fil-Bulgarija, iż-żoni bid-dwieli mhux inklużi fil-paragrafu 4(e).
6. Iż-żona ta' vitikultura C III (b) tinkludi:
(a) fi Franza, iż-żoni bid-dwieli:
— fid-dipartimenti ta' Korsika,
— f'dik il-parti tad-dipartiment ta' Var li tinsab bejn il-baħar u linja li tmiss mal-komuni (li huma wkoll inklużi) ta' Evenos, Le Beausset, Solliès-Toucas, Cuers, Puget-Ville, Collobrières, La Garde-Freinet, Pland-de-la-Tour u Sainte-Maxime,
— fil-cantons ta' Olette u Arles-sur-Tech fid-dipartiment ta' Pyrénées-Orientales;
(b) fl-Italja, iż-żoni bid-dwieli fir-reġjuni segwenti: Kalabrija, Basilikata, Apulja, Sardinja u Sqallija, inklużi l-gżejjer li jappartjienu għal dawn ir-reġjuni, bħal ma huma Pantellerija u l-Gżejjer Lipari, Egadi u Pelaġi;
(ċ) fil-Greċja, iż-żoni bid-dwieli mhux elenkati fil-paragrafu 5(a);
(d) fi Spanja: żoni bid-dwieli mhux elenkati fil-paragrafi 3(c) jew 4(c);
(e) fil-Portugall, żoni bid-dwieli fir-reġjuni mhux elenkati fil-paragrafu 3(d);
(f) f'Ċipru, iż-żoni mħawlin bid-dwieli li jinsabu f'altitudni 'l isfel mis-600 metru;
(g) f'Malta, iż-żoni mħawlin bid-dwieli.
7. Id-demarkazzjoni tat-territorji koperti bl-unitajiet amministrattivi msemmija f'dan l-Anness hija dik li tirriżulta mid-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ fil-15 ta' Diċembru 1981 u, għal Spanja, mid-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 1986 u, għall-Portugall, mid-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 1998.
( 1 ) Opinjoni tat-12 ta' Diċembru 2007 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
( 2 ) Opinjoni tat-12 ta' Diċembru 2007 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
( 3 ) ĠU L 179, 31.12.1994, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).
( 4 ) ĠU L 299, 31.3.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 248/2008 (ĠU L 76, 19.3.2008, p. 6).
( 5 ) ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 146/2008 (ĠU L 46, 21.2.2008, p. 1).
( 6 ) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
( 7 ) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1; verżjoni korretta fil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 301/2008 (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 85).
( 8 ) ĠU L 109, 31.12.1994, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/68/KE (ĠU L 310, 28.11.2007, p. 11).
( 9 ) ĠU L 208, 31.7.1986, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1631/98 (ĠU L 210, 28.7.1998, p. 14).
( 10 ) ĠU L 184, 31.12.1994, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 2000, 22.7.2006, p. 11).
( 11 ) ĠU L 209, 31.12.1994, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1437/2007 (ĠU L 322, 7.12.2007, p. 1).
( 12 ) ĠU L 270, 31.12.1994, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 293/2008 (ĠU L 90, 2.4.2008, p. 5).
( 13 ) ĠU L 3, 5.1.2008, p. 1.
( 14 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1989/2006 (ĠU L 411, 30.12.2006, p. 6).
( 15 ) ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.
( 16 ) ĠU L 265, 26.9.2006, p. 1.
( 17 ) ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1276/2007 (ĠU L 284, 30.10.2007, p. 11).
( 18 ) ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.
( 19 ) ĠU L 40, 11.2.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Deċiżjoni 92/10/KEE (ĠU L 6, 11.1.1992, p. 35).
( 20 ) ĠU L 11, 14.1.1994, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1891/2006 (ĠU L 386, 29.12.2006, p. 14).
( 21 ) ĠU L 186, 30.6.1989, p. 21. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 92/11/KEE (ĠU L 65, 11.3.1992, p. 32).
( 22 ) ĠU L 247, 21.9.2007, p. 17.
( 23 ) ĠU L 67, 10.3.1994, p. 89. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 427/2003 (ĠU L 65, 8.3.2003, p. 1).
( 24 ) ĠU L 349, 31.12.1994, p. 53. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2200/2004 (ĠU L 374, 22.12.2004, p. 1).
( 25 ) (ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1)”;
( 26 ) ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1.
( 27 ) ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1”