2008R0295 — MT — 23.05.2014 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT (KE) Nru 295/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Marzu 2008

dwar statistika strutturali kummerċjali

(formulazzjoni mill-ġdid)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 097, 9.4.2008, p.13)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 251/2009 ta' 11 Marzu 2009

  L 86

170

31.3.2009

►M2

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013

  L 158

1

10.6.2013

►M3

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 446/2014 tat-2 ta' Mejju 2014

  L 132

13

3.5.2014




▼B

REGOLAMENT (KE) Nru 295/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Marzu 2008

dwar statistika strutturali kummerċjali

(formulazzjoni mill-ġdid)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 285(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 1 ),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 2 ),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 58/97 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1996 dwar l-istatistika ( 3 ) strutturali tan-negozji ġie emendat sostanzjalment diversi drabi ( 4 ). Peress li qed isiru emendi ġodda għal dan ir-Regolament, huwa xieraq li d-dispożizzjonijiet konċernati jiġu fformulati mill-ġdid minħabba ċ-ċarezza u r-razzjonalizzazzjoni.

(2)

Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 58/97 stabbilixxa qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-evalwazzjoni ta’ statistika tal-Komunità fuq l-istruttura, l-attività, il-kompetittività u r-rendiment tan-negozji fil-Komunità.

(3)

Id-Deċiżjoni Nru 2367/2002/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar il-programm ta’ l-istatistika tal-Komunità 2003 sa 2007 ( 5 ) adottat il-programm li kien se jkun immexxi mill-prijoritajiet prinċipali tal-politika Komunitarja ta’ l-unjoni ekonomika u monetarja, it-tkabbir u l-kompettività ta’ l-Unjoni Ewropea, politika reġjunali, żvilupp sostenibbli u aġenda soċjali. L-istatistika dwar l-attività ekonomika ta’ l-intrapriżi jiffurmaw parti essenzjali ta’ dan il-programm.

(4)

Dan ir-regolament għandu jipprevedi l-kontinwazzjoni ta’ l-appoġġ eżistenti ta’ l-istatistika għad-deċiżjonijiet fl-oqsma attwali ta’ politika u li jissodisfa l-ħtiġijiet addizzjonali li jinqalgħu minn inizjattivi ġodda ta’ politika Komunitarja, u mir-reviżjoni kontinwa ta’ prijoritajiet ta’ statistika u tar-relevanza ta’ l-istatistika prodotta, bil-ħsieb li jsir l-aqwa użu mir-riżorsi disponibbli u jiġi mminimizzat il-piż tar-rispons. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-impatt fuq in-negozju kkawżat mill-politiki tal-Komunità dwar l-enerġija u dwar l-ambjent, bħal dawk inkorporati mir-Regolament REACH (KE) Nru 1907/2006 ( 6 ). Għandhom jiġu inkuraġġiti l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ l-aħjar prattiki bejn istituti ta’ l-istatistika nazzjonali, sabiex jiġi żgurat użu aktar effiċjenti ta’ sorsi ta’ data amministrattivi.

(5)

Hemm dejjem aktar bżonn għal data dwar is-servizzi, b’mod partikolari s-servizzi tan-negozju. L-istatistika hija bżonjuża għall-analiżi ekonomika u l-formulazzjoni tal-politika dwar liema hu l-aktar settur dinamiku ta’ l-ekonomiji moderni, speċjalment f’termini tal-potenzjal tiegħu għall-ħolqien u t-tkabbir ta’ l-impjieg. Il-Kunsill Ewropew ta’ Liżbona tat-23 u ta’ l-24 ta’ Marzu 2000 saħaq dwar l-importanza tas-servizzi. Il-kejl tad-dħul imqassam skond il-prodotti tas-servizz dettaljat huwa prerekwiżit bżonnjuż għal ftehim propju tar-rwol tas-servizzi fl-ekonomija. Il-Kunsill Ewropew ta’ Stokkolma tat-23 u ta’ l-24 ta’ Marzu fl-2001 ikkonkluda li l-ħolqien ta’ swieq internazzjonali għas-servizzi li jaħdmu b’mod effettiv huwa wieħed mill-ogħla prijoritajiet għall-Ewropa. Statistika ta’ prodotti dettaljati ta’ servizzi dwar kummerċ bejn il-pajjiżi huma essenzjali għall-immonitorjar tat-tħaddim ta’ swieq interni għas-servizzi, l-istima tal-kompettittività tas-servizzi u l-analiżi ta’ l-impatt tal-barrieri dwar il-kummerċ fis-servizzi.

(6)

Hemm bżonn ta’ data dwar id-demografija tan-negozju, peress li hija element ta’ l-Indikaturi Strutturali, stabbiliti biex jimmonitorjaw is-suċċess li għandu x’jaqsam mal-miri stipulati fl-Istrateġija ta’ Liżbona. Barra minn hekk, data armonizzata dwar id-demografija tan-negozju u dwar l-impatt tagħha fuq l-impjieg huma meħtieġa biex jiġu ssustanzjati r-rakkommandazzjonijiet ta’ politika għall-appoġġ ta’ l-intraprenditorija.

(7)

Hemm bżonn ta’ għodda flessibbli fi ħdan il-qafas ta’ l-istatistika li tista’ twassal għal rispons bil-ħeffa u f’waqtu għal bżonnijiet ta’ l-utenti li qed jitfaċċaw u li jirriżultaw minn karatteristiċi dinamiċi, innovattivi u kumplessi ta’ ekonomija bbażata fuq l-għarfien. L-irbit ta’ ġbir ta’ data ad hoc bħal dan mal-ġbir kontinwu ta’ data statistika strutturali tan-negozju jġib valur miżjud ma’ l-informazzjoni miġbura fiż-żewġ stħarriġiet u jista’ jnaqqas il-piż totali fuq dawk li jieħdu sehem billi tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-ġbir ta’ data.

(8)

Huwa meħtieġ li tiġi prevista proċedura għall-adozzjoni tal-miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament sabiex ikunu jistgħu jiġu ċċarati aktar ir-regoli għall-ġbir u l-ipproċessar ta’ data u għall-ipproċessar u t-trażmissjoni tar-riżultati.

(9)

Il-miżuri meħtieġa biex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri biex jiġu eżerċitati s-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni ( 7 ).

(10)

B’mod partikulari, għandu jingħata l-poter lill-Kummissjoni: li taġġorna l-lista tal-karatteristiċi fl-Annessi; li tistabbilixxi l-frekwenza tal-kumpilazzjoni ta’ l-istatistika, ir-regoli għat-tressiq tad-data bħala “kontribuzzjonijiet lejn totali Ewropej biss” (CETO), l-ewwel sena ta’ referenza għall-kumpilazzjoni ta’ l-istatistika u t-tqassim tar-riżultati fid-dettall u l-klassifikazzjonijiet li għandhom jintużaw u l-kumbinazzjoni tal-klassijiet ta’ daqs; li taġġorna l-perjodi ta’ żmien għat-trażmissjoni tad-data; li tadatta t-tqassim fid-dettall ta’ l-attivitajiet u tal-prodotti għall-emendi jew reviżjonijiet tal-klassifikazzjoni statistika ta’ l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunita Ewropea (NACE) u tal-klassifikazzjoni tal-prodotti skond l-attivita’ (CPA), li tadotta miżuri fuq il-bażi ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-istudji pilota, li tibdel il-limitu l-aktar baxx tal-popolazzjoni ta’ referenza fl-Anness VIII u li tistabbilixxi kriterji għall-evalwazzjoni tal-kwalita’. Peress li dawk il-miżuri huma bi skop ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh permezz taż-żjieda ta’ elementi mhux essenzjali ġodda, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulati fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(11)

Peress li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li tiġi pprovduta data armonizzata dwar l-istruttura, l-attività, il-kompettittività u r-rendiment tan-negozju fil-Komunità, ma jistgħax jinkiseb b’ mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk jinkiseb aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan,

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-evalwazzjoni ta’ statistika tal-Komunità fuq l-istruttura, l-attività, il-kompetittività u r-rendiment tal-kummerċ fil-Komunità.

Il-kumpilazzjoni ta’ l-istatistika għandu jkollha bħala għan, speċjalment, li tanalizza:

(a) l-istruttura u l-evoluzzjoni ta’ l-attivitajiet tan-negozji;

(b) il-fatturi tal-produzzjoni użati u l-elementi l-oħrajn li jippermettu li titkejjel l-attività kummerċjali, il-kompetittività u r-riżultati;

(ċ) l-iżvilupp reġjonali, nazzjonali, Komuntarju u internazzjonali tan-negozji u tas-swieq;

(d) it-twettiq tan-negozju;

(e) intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju;

(f) karatteristiċi speċifiċi ta’ l-intrapriżi konnessi ma’ analiżi dettaljata partikulari ta’ attivitajiet.

Artikolu 2

Kamp ta’ Applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu jkopri l-attivitajiet kollha tas-suq fit-Taqsimiet minn B sa N u minn P sa S tal-klassifikazzjoni ta’ l-istatistika komuni ta’l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea kif stabbilita mir-Regolament Nru 1893/2006 (minn hawn ‘l quddiem “NACE Rev. 2”).

2.  Unitajiet ta’ statistika tat-tipi elenkati fis-Sezzjoni I ta’ l-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 Marzu 1993 dwar l-unitajiet ta’ l-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta’ produzzjoni fil-Komunità ( 8 ) li huma kklassifikati taħt waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-użu ta’ unitajiet partikulari għall-kumpilazzjoni ta’ statistika hu speċifikat fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Moduli

1.  L-istatistika li għandha tkun ikkumpilata għall-oqsma msemmijin fl-Artikolu 1 għandha titqassam fi gruppi bħala moduli.

2.  Il-moduli f’dan ir-Regolament għandhom ikunu:

(a) modulu komuni għall-istatistika annwali strutturali, kif iddefinit fl-Anness I;

(b) modulu dettaljat għall-istatistika strutturali fl-industrija, kif iddefinit fl-Anness II;

(ċ) modulu dettaljat għall-istatistika strutturali fil-kummerċ, kif iddefinit fl-Anness III;

(d) modulu dettaljat għall-istatistika strutturali fil-kostruzzjoni, kif iddefinit fl-Anness IV;

(e) modulu dettaljat għall-istatistika strutturali fl-assigurazzjoni, kif iddefinit fl-Anness V;

(f) modulu dettaljat għall-istatistika strutturali dwar istituzzjonijiet ta’ kreditu, kif iddefinit fl-Anness VI;

(g) modulu dettaljat għall-istatistika strutturali dwar il-fondi tal-pensjoni, kif iddefinit fl-Anness VII;

(h) modulu ddettaljat għal statistika strutturali dwar servizzi ta’ negozju kif definit f’Anness VIII;

(i) modulu ddettaljat għal statistika strutturali dwar id-demografija tal-kummerċ, kif iddefinit f’Anness IX;

(j) modulu flessibbli għat-twettiq ta’ ġabra speċifika u limitata ta’ data ad hoc tal-karatteristiċi ta’ intrapriża.

3.  L-informazzjoni li ġejja għandha tkun stipulata f’kull modulu:

(a) l-attivitajiet li għalihom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika, meħuda mir-rapport indikat fl-Artikolu 2 (1);

(b) it-tipi ta’ l-unità statistika li għandhom jintużaw għall-kumpilazzjoni ta’ l-istatistika, meħuda mill-lista ta’ l-unitajiet ta’ statistika msemmijin fl-Artikolu 2 (2);

(ċ) il-listi tal-karatteristiċi li għalihom għandha tiġi kkumpilata l-istatistika għall-oqsma msemmija fl-Artikolu 1 u l-perjodi ta’ referenza għal dawk il-karatteristiċi;

(d) il-frekwenza tal-kumpilazzjoni ta’ l-istatistika, li għandha tkun ta’ kull sena jewpluriennali. Jekk il-kumpilazzjoni hija pluriennali, għandha ssir għall-anqas darba kull 10 snin;

(e) l-iskeda li turi l-ewwel snin ta’ referenza għall-istatistika li għandha tkun ikkumpilata;

(f) l-istandards konnessi mar-rappreżentattività u l-evalwazzjoni tal-kwalità;

(g) il-perjodu ta’ żmien li fih għandha tintbgħat l-istatistika wara t-tmiem tal-perjodu ta’ referenza;

(h) l-itwal perjodu tranżitorju li jista’ jingħata.

4.  L-użu tal-modulu flessibbli msemmi fil-paragrafu 2(j) tat-tieni paragrafu għandu jkun ippjanat b’koperazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri. L-ambitu tiegħu, il-lista ta’ karatteristiċi, il-perjodu ta’ referenza, l-attivitajiet li se jiġu koperti u r-rekwiżiti ta’ kwalità għandhom ikunu deċiżi mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12 (2) ta’ l-anqas 12-il xahar qabel il-bidu tal-perjodu ta’ referenza. Il-Kummissjoni għandha wkoll tispeċifika l-ħtieġa għall-informazzjoni u l-impatt tal-ġbir tad-data rigward il-piż fuq il-kummerċ u l-ispejjeż għall-Istati Membri.

Sabiex ikun limitat il-piż fuq in-negozji u l-ispejjeż għall-Istati Membri, il-volum tal-ġbir ta’ data għandu jkun ristrett għal massimu ta’ 20 karatteristika ta’ l-intrapriżi jew mistoqsija magħmula lilhom, massimu ta’ 25 000 intrapriża li tirrispondi għall-ġbir tad-data madwar l-Unjoni Ewropea kollha, sforz medju massimu ta’ rispons individwali ta’ 1,5 siegħat. Il-ġbir ad hoc tad-data għandu jinkludi numru rappreżentattiv ta’ Stati Membri. Meta jkunu meħtieġa riżultati f’livell Ewropew biss, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi approċċ Ewropew għall-eżami ta’ kampjuni biex ikun assigurat li jkun hemm piż u spejjeż minimi.

L-ispejjeż tal-ġbir ta’ data ad hoc jistgħu jkunu kkofinanzjati mill-Kummissjoni bl-użu ta’ proċeduri stabbiliti.

Artikolu 4

Studji pilota

1.  Serje ta’ studji pilota għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni u mwettqa mill-Istati Membri fuq bażi volontarja kif speċifikat fl-Annessi. Il-Kummissjoni għandha tagħti għotjiet lill-awtoritajiet nazzjonali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97tas-17 ta’ Frar 1997 dwar Statistika tal-Komunità ( 9 ), wara sejħa għal proposti.

2.  L-istudji pilota għandhom jitwettqu sabiex janalizzaw ir-relevanza u prattikabbiltà li tinkiseb id-data. Ir-riżultati ta’ l-istudji pilota għandhom jiġu stmati mill-Kummissjoni, waqt li jiġu kkunsidrati l-benefiċċji tad-disponibilità tad-data dwar l-ispejjeż tal-ġbir u l-piż fuq in-negozji.

3.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultat ta’ l-istudji pilota.

4.  Il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh abbażi ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-istudji pilota, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).

Artikolu 5

Kisba tad-data

1.  L-Istati Membri għandhom jiksbu d-dettalji li hemm bżonn għall-osservazzjoni tal-karatteristiċi fil-listi msemmijin fil-moduli fl-Artikolu 3.

2.  L-Istati Membri jistgħu jiksbu d-data li hemm bżonn billi jużaw taħlita ta’ l- għejun differenti speċifikati hawn taħt, waqt li japplikaw il-prinċipju ta’ simplifikazzjoni amministrattiva:

(a) stħarriġiet obbligatorji: l-unitajiet legali, li tagħhom huma l-unitajiet ta’ statistika msejħa mill-Istati Membri jew li huma komposti minnhom, għandhom jagħtu tagħrif eżatt u komplet fiż-żmien preskritt,

(b) għejun oħra li huma għallanqas ekwivalenti għal dik li hija eżattezza u kwalità,

(ċ) proċeduri ta’ estimi ta’ statistika meta xi wħud mill-karatteristiċi ma jkunux ġew osservati għall-unitajiet kollha.

3.  Biex jitnaqqsu l-piżijiet tat-tweġib, l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni (Eurostat), fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet iffissati minn kull Stat Membru u mill-Kummissjoni fil-qasam tal-kompetenza rispettiva tagħhom, ikollhom aċċess għall-għejun ta’ data amministrattiva li tkopri l-oqsma ta’ l-attività ta’ l-amministrazzjonijiet pubbliċi tagħhom stess sal-punt li din id-data hemm bżonnha biex jissodisfaw it-talba għall-eżattezza msemmija fl-Artikolu 6. Barra minn hekk, kull fejn hu fattibbli, għandha tintuża data amministrattiva xierqa sabiex ikunu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ l-irrappurtar ta’ dan ir-Regolament.

4.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni, fl-oqsma rispettivi tal-kompetenza tagħhom, għandhom jippromwovu l-kundizzjonijiet għall-użu akbar tat-trażmissjoni elettronika u l-ipproċessar awtomatiku tad-data.

Artikolu 6

Preċiżjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-data trażmessa tirrifletti l-istruttura tal-popolazzjoni ta’ l-unitajiet ta’ statistika stabbiliti fl-Annessi.

2.  Evalwazzjoni tal-kwalità għandha titwettaq bit-tqabbil tal-benefiċċji tad-data disponibbli ma’ l-ispejjeż tal-ġbir u l-piż fuq il-kummerċ, l-aktar fuq l-impriżi ż-żgħar.

3.  L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni, fuq it-talba tagħha, l-informazzjoni kollha li hemm bżonn għall-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 7

Komparabilità

1.  Mid-data miġbura u kkalkulata l-Istati Membri għandhom jipproduċu riżultati li jistgħu jitqabblu, wara li ssir l-analiżi dettaljata għall-kull modulu kif stabbilit mill-Artikolu 3 u l-Annessi rispettivi.

2.  Biex ikunu jistgħu jiġu kumpilati l-aggregati tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom jipproduċu komponenti tar-riżultati nazzjonali skond il-livelli tan-NACE Rev. 2, stabbiliti fl-Annessi, jew iddeterminati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).

Artikolu 8

Trażmissjoni tar-riżultati

1.  L-Istati Membri għandhom jgħaddu r-riżultati previsti fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, inkluża data kunfidenzjali, lill-Kummissjoni (Eurostat) skond id-dispożizzjonijiet eżistenti tal-Komunità dwar it-trażmissjoni ta’ data soġġetta għall-kunfidenzjalità statistika, b’mod partikolari r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE) Nru 1588/90 ( 10 ). Dawk id-dispożizzjonijiet tal-Komunità japplikaw għat-trattament tar-riżultati, sa fejn dawn jinkludu data kunfidenzjali.

2.  Ir-riżultati għandhom ikunu trażmessi f’format tekniku xieraq, f’perjodu ta’ żmien wara t-tmiem tal-perjodu ta’ referenza li għandu jkun stabbilit skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3) għall-moduli stipulati fl-Artikolu 3(2)(a) sa (h) u (j) u m’għandux ikun itwal minn 18-il xahar. Għall-modulu pprovdut fl-Artikolu 3(2)(i), il-perjodu għandu jkun ta’ mhux aktar minn 30 xahar jew 18-il xahar kif stabbilit fl-Anness IX, Taqsima 9. Barra minn hekk, numru żgħir ta’ estimi ta’ riżultati preliminari għandhom ikunu trażmessi f’perjodu ta’ żmien mit-tmiem tal-perjodu ta’ referenza li jkun stabbilit f’konformità ma’ dik il-proċedura għall-moduli stipulati fl-Artikolu 3(2)(a) sa (g) u m’għandux ikun itwal minn 10 xhur. Għall-modulu stipulat fl-Artikolu 3(2)(i) il-perjodu ta’ żmien għal riżultati preliminari m’għandux ikun itwal minn 18-il xahar.

3.  Sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun il-piż fuq in-negozji u l-ispejjeż għall-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-istatistika, l-Istati Membri jistgħu jimmarkaw data għall-użu biss bħala kontribut għat-totali Ewropej (CETO). L-Eurostat m’għandhiex tippubblika din id-data, u lanqas l-Istati Membri m’għandhom jimmarkaw b’bandiera CETO data li tkun ippubblikata b’mod nazzjonali. L-użu tal-bandiera CETO għandha tiddependi mis-sehem individwali ta’ l-Istati Membri mit-total ta’ l-UE ta’ valur miżjud fl-ekonomija bbażata fuq il-kummerċ:

(a) Il-Ġermanja, Franza, l-Italja u r-Renju Unit: id-data mmarkata bil-bandiera CETO tista’ tintbagħat għal-livell ta’ klassi tan-NACE Rev.2 u għall-analiżi dettaljata ta’ klassi ta’ daqs f’livell ta’ grupp tan-NACE Rev.2. Ma jistgħux jiġu mmarkati iktar minn 15 % taċ-ċelloli.

(b) Il-Belġju, id-Danimarka, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugal, il-Finlandja, u l-Iżvezja: id-data mmarkata bil-bandiera CETO tista’ tintbagħat għal-livell ta’ klassi tan-NACE u għall-analiżi dettaljata ta’ klassi ta’ daqs f’livell ta’ grupp tan-NACE Rev.2. Ma jistgħux jiġu mmarkati iktar minn 25 % taċ-ċelloli. Barra minn dan, jekk, fi kwalunkwe minn dawn l-Istati Membri, is-sehem ta’ klassi tan-NACE Rev.2 jew ta’ klassi ta’ daqs tal-grupp NAC E Rev.2, huwa inqas minn 0,1 % ta’ l-ekonomija tan-negozju ta’ l-Istat Membru kkonċernat, din id-data tista’ wkoll tintbagħat bħala waħda mmarkata bil-bandiera CETO.

▼M2

(c) il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Il-Kroazja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakja: id-dejta mmarkata bil-bandiera CETO tista’ tintbagħat għal-livell ta’ klassi u grupp tan-NACE Rev. 2 u għall-analiżi dettaljata tal-klassi ta’ daqs fil-livell tal-grupp tan-NACE Rev. 2. Ma jistgħux jiġu mmarkati aktar minn 25 % taċ-ċelloli fil-livell ta’ grupp.

▼B

Il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, li jirrelataw mar-reviżjoni tar-regoli għall-bandiera CETO u l-iggruppar ta’ l-Istati Membri għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3) sad-29 ta' April 2013 u kull ħames snin wara dan.

Artikolu 9

Informazzjoni dwar l-implimentazzjoni

L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, kull informazzjoni relevanti li għandha x’taqsam ma’ l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fl-Istati Membri.

Artikolu 10

Perjodi tranżitorji

1.  Matul il-perjodi tranżitorji, derogi mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Annessi jistgħu jingħataw f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(2) sa fejn is-sistemi ta’ l-istatistika nazzjonali jkollhom bżonn ta’ adattamenti prinċipali.

2.  Perjodi supplimentari tranżitorji jistgħu jingħataw lil xi Stat Membru għall-kumpilazzjoni ta’ statistika meta ma jkunx possibbli li jiġu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament minħabba d-derogi mogħtija permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93tat-22 ta’ Lulju 1993 dwar il-koordinament tal-Komunità fit-tfassil tar-reġistri tal-kummerċ għal għanijiet ta’ statistika ( 11 ).

Artikolu 11

Miżuri ta’ implimentazzjoni

1.  Il-miżuri li ġejjin u li huma neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(2), jiġifieri dawk li jistabbilixxu:

(a) id-definizzjonijiet tal-karatteristiċi u r-rilevanza tagħhom għal ċerti attivitajiet (l-Artikolu 3 u l-Anness I, Sezzjoni 4, paragrafu 2);

(b) id-definizzjoni tal-perjodu ta’ referenza (l-Artikolu 3);

(ċ) il-format tekniku xieraq għat-trażmissjoni tar-riżultati (l-Artikolu 8 u l-Anness I, Taqsima 9, paragrafu 2);

(d) il-perjodu tranżitorju u d-derogi mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament mogħtija waqt dak il-perjodu (l-Artikolu 10 u l-Anness I, Sezzjoni 11, l-Anness II, Sezzjoni 10, u l-Anness III, Sezzjoni 9, l-Anness VIII, Sezzjoni 8 u l-Anness IX, Sezzjoni 13);

(e) il-lista ta’ karatteristiċi li għandha tiġi trażmessa permezz tal-klassifikazzjoni ta’ l-istatistika komuni ta’ l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea kif stabbilita mir- Regolament tal-Kunsill (KEE) 3037/90 ( 12 ) (minn hawn “l quddiem NACE Rev. 1.1.”). għas-sena 2008 u d-dettalji rigward il-produzzjoni ta’ riżultati (L-Anness I, Sezzjoni 9, paragrafu 2);

(f) l-użu tal-modulu flessibbli msemmi fl-Artikoli 3 (2)(j) u 3(4);

(g) il-proċeduri li jridu jiġu segwiti f’dak li għandu x’jaqsam mal-ġbir ad hoc tad-data msemmi fl-Anness II, Sezzjoni 4, paragrafi 3 u 4, l-Anness III, Sezzjoni 3, paragrafu 3, u l-Anness IV, Sezzjoni 3, paragrafu 3.

2.  Il-miżuri li ġejjin u li huma neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissuplimentawh għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3):

(a) jaġġornaw il-listi tal-karatteristiċi, u riżultati preliminari sa kemm l-aġġornament ta’ din ix-xorta, wara evalwazzjoni kwantitattiva, ma jimplikax żieda fin-numru ta’ unitajiet eżaminati jew piż fuq l-unitajiet li mhux proporzjonali mar-riżultati mistennija (l-Artikoli 4 u 8 u l-Anness I, Sezzjoni 6, Anness II, Sezzjoni 6, Anness III, Sezzjoni 6, Anness IV, Sezzjoni 6);

(b) jistabbilixxu l-frekwenza tal-kumpilazzjoni ta’ l-istatistika l-Artikolu 3);

(ċ) jistabbilixxu r-regoli biex id-data tiġi mmarkata bħala CETO (l-Artikolu 8(3));

(d) jistabbilixxu l-ewwel sena ta’ referenza għall-kumpilazzjoni tar-riżultati (l-Artikolu 8 u l-Anness I, Sezzjoni 5);

(e) jistabbilixxu d-distribuzzjoni tar-riżultati, b’mod partikolari l-klassifikazzjonijiet li se jintużaw u t-tgħaqqid tal-klassijiet tad-daqs (l-Artikolu 7 u l-Anness VIII, Sezzjoni 4, paragrafi 2 u 3, u l-Anness IX, Sezzjoni 8, paragrafu 2 u 3), u l-Anness IX, Sezzjoni 10;

(f) jistabbilixxu l-aġġornament tal-perjodi ta’ żmien għat-trażmissjoni ta’ data (l-Artikolu 8 u l-Anness I, Sezzjoni 8, paragrafu 1, u l-Anness VI, Sezzjoni 7);

(g) jadottaw id-distribuzzjoni ta’ l-attivitajiet għal emendi u reviżjonijiet tan-NACE u d-distribuzzjonijiet ta’ prodotti għal emendi u reviżjonijiet tas-CPA;

(h) huma adottati fuq il-bażi ta’ l-evalwazzjoni ta’ studji pilota (l-Artikolu (4));

(i) jbiddlu l-limitu l-aktar baxx għal popolazzjonijiet ta’ referenza (l-Anness VIII, Sezzjoni 3); u

(j) jistabbilixxu l-kriterji għall-evalwazzjoni ta’ kwalità (l-Artikolu 6 u l-Anness I, Sezzjoni 6, l-Anness II, Sezzjoni 6, l-Anness III, Sezzjoni 6 u l-Anness IV, Sezzjoni 6).

Artikolu 12

Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għall-Programmi ta’ Statistika stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom ( 13 ).

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw wara li jkunu meqjusa d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 13

Rapport

1.  Il-Kummissjoni għandha, sad-29 ta' April 2011 u darba kull tliet snin wara dan, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istatistika kkumpilata skond dan ir-Regolament u l-aktar dwar il-kwalità tagħha u l-piż fuq il-kummerċ.

2.  Fir-rapporti msemmijin fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tipproponi dawk l-emendi li taħseb li hemm bżonn.

Artikolu 14

Revoka

1.  Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 58/97 għandu jiġi rrevokat. L-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 għandu wkoll jiġi irrevokat.

2.  Ir-referenzi għar-Regolament irrevokat għandhom jiġu meqjusa bħala referenzi għar-regolament mis-sena ta’ referenza 2008 ‘l quddiem u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness X. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 58/97 għandhom ikomplu japplikaw fir-rigward tal-ġbir, tal-kumpilazzjoni u tat-trażmissjoni ta’ data għas-snin ta’ referenza sa l-2007 b’din is-sena inkluża.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

MODULU KOMUNI GĦALL-ISTATISTIKA STRUTTURALI ANNWALI

TAQSIMA 1

Għan

L-għan ta’ dan l-Anness huwa li jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-evalwazzjoni ta’ l-istatistika tal-Komunità dwar l-istruttura, l-attività, il-kompetittività u r-rendiment tan-negozju fl-Istati Membri.

TAQSIMA 2

Kamp ta’ applikazzjoni

L-istatistika kkumpilata se tirrelata ma’ l-oqsma msemmijin fl-Artikolu 1 (a), (b) u (c) u (e), b’mod partikolari ma’ l-analiżi tal-valur miżjud u l-komponenti ewlenin tagħha.

TAQSIMA 3

Kopertura

1. L-istatistika għandha tiġi kkumpilata għall-attivitajiet elenkati fis-Sezzjoni 9.

2. Għandhom isiru studji pilota għall-attivitajiet imsemmija fis-Sezzjoni 10.

TAQSIMA 4

Karatteristiċi

1. Il-listi tal-karatteristiċi elenkati hawn taħt jindikaw, meta huwa rilevanti, it-tip ta’ l-unità statistika li għaliha għandha tiġi kkumpilata l-istatistika.

2. It-titoli korrispondenti tal-karatteristiċi li għalihom għandha tiġi kkumpilata l-istatistika dwar attivitajiet fit-Taqsima K tan-NACE Rev. 2 li jikkorrispondu l-aktar mill-qrib ma’ dawk elenkati fil-paragrafi 3 sa 5 għandhom jiġu stabbliti skond il-proċedura regulatorja msemmija fl-Artikolu 12(2).

3. Statistika demografika annwali:



Kodiċi

Titolu

Data strutturali

11 11 0

Numru ta’ impriżi

11 21 0

Numru ta’ unitajiet lokali

4. Il-karatteristiċi ta’ l-impriżi li dwarhom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika annwali:



Kodiċi

Titolu

Dettalji tal-kontijiet

12 11 0

Fatturat

12 12 0

Valur tal-produzzjoni

12 15 0

Valur miżjud fl-ispiża tal-fattur

12 17 0

Surplus gross operattiv

13 11 0

Xiri totali ta’ beni u servizzi

13 12 0

Xiri ta’ merkanzija u servizzi mixtrija sabiex jerġgħu jinbiegħu fl-istess kundizzjoni li ġew irċevuti

13 13 1

Pagamenti għall-ħaddiema ta’ l-aġenziji

13 31 0

Spejjeż tal-ħaddiema

13 32 0

Pagi u salarji

13 33 0

Spejjeż tas-sigurtà soċjali

Data marbuta mal-kont kapitali

15 11 0

Investiment totali f’beni tanġibbli

Data dwar l-impjiegi

16 11 0

Numru ta’ persuni impjegati

16 13 0

Numru ta’ impjegati

16 14 0

Numru ta’ impjegati f’unitajiet ekwivalenti tal-full-time

5. Karatteristiċi li dwarhom għandha tkun kkumpilata l-istatistika reġjonali annwali:



Kodiċi

Titolu

Dettalji tal-kontijiet

13 32 0

Pagi u salarji

Data dwar l-impiegi

16 11 0

Numru ta’ persuni impjegati

6. Studji pilota għandhom isiru għall-karatteristiċi elenkati fis-Sezzjoni 10.

TAQSIMA 5

L-ewwel sena ta’ riferenza

L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha tiġi kkumpilata l-istatistika se tkun is-sena kalendarja 2008. Id-data se tkun ikkumpilata skond l-analiżi fit-Taqsima 9. Iżda l-ewwel sena ta’ referenza li għaliha l-istatistika dwar il-klassijiet ta’ l-attività koperti minn NACE Rev. 2 gruppi 64.2, 64.3 u 64.9 u d-diviżjoni 66 għandha tiġi kkumpilata, se tiġi deċiża skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).

TAQSIMA 6

Rapport dwar il-kwalità ta’ l-istatistika

Għal kull waħda mill-karatteristiċi prinċipali l-Istati Membri għandhom jindikaw il-grad tal-preċiżjoni b’referenza għall-livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, li l-Kummissjoni għandha ddaħħal fir-rapport li hemm dispożizzjoni dwaru fl-Artikolu 13, wara li jittieħed akkont ta’ l-applikazzjoni f’kull Stat Membru ta’ dak l-Artikolu. Il-karatteristiċi importanti għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura regolatorja msemmija bi skrutinju stabbilita fl-Artikolu 12(3).

TAQSIMA 7

Produzzjoni tar-riżultati

1. Ir-riżultati għandhom jiġu analizzati b’mod dettaljat sal-livell ta’ klassi li jiddeskrivu l-attivitajiet elenkati fit-Taqsima 9.

2. Xi wħud mir-riżultati għandhom jiġu maqsuma wkoll fi klassijiet ta’ daqs għal kull grupp ta’ attivitajiet elenkati fit-Taqsima 9.

3. Ir-riżultati ta’ l-istatistika reġjonali għandhom jinqasmu sal-livell ta’ 2 figuri (diviżjonijiet) tan-NACE Rev. 2 u l-livell 2 tal-klassifikazzjoni ta’ l-istatistika komuni ta’ l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea kif stabbilita mir-Regolament Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ) (minn hawn ‘l quddiem NUTS).

TAQSIMA 8

Trażmissjoni tar-riżultati

▼M3

1. Ir-riżultati jridu jiġu trażmessi fi żmien 18-il xahar minn tmiem is-sena kalendarja tal-perjodu ta' referenza ħlief għall-klassijiet tal-attività 64.11 u 64.19 tal-NACE Rev. 2. Għall-klassijiet tal-attività 64.11 u 64.19 tal-NACE Rev. 2 id-dewmien tat-trażmissjoni huwa ta' 10 xhur. Id-dewmien tat-trażmissjoni tar-riżultati dwar il-klassijiet tal-attività koperti bil-gruppi 64.2, 64.3 u 64.9 u d-diviżjoni 66 tal-NACE Rev.2 se jiġi deċiż skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).

▼B

2. Ħlief għad-diviżjonijiet 64 u 65 tan-NACE Rev. 2, ir-riżultati preliminari nazzjonali jew l-istimi jiġu trażmessi fi żmien 10 xhur mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza għall-istatistika ta’ l-impriżi kkumpilati għall-karatteristiċi elenkati hawn taħt:



Kodiċi

Titolu

Dettalji tal-kontijiet

12 11 0

Fatturat

Data dwar l-impiegi

16 11 0

Numru ta’ persuni impjegati

Dawn ir-riżultati preliminarji jew stimi għandhom jinqasmu skond NACE Rev.2 livell ta’ tliet figuri (grupp). Għad-diviżjoni 66 ta’ NACE Rev.2, it-trażmissjoni tar-riżultati preliminarji jew l-istimi se tiġi deċiża skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).

TAQSIMA 9

Analiżi dettaljata ta’ l-attivitajiet

1. Biex tkun tista’ tiġi kkumpilata l-istatistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrażmettu, mis-sena ta’ referenza 2008 ‘l quddiem, riżultati nazzjonali komponenti maqsuma fil-klassijiet tan-NACE Rev. 2 għat-Taqsimiet B sa N u d-diviżjoni 95.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(1), l-Istati Membri se jittrażmettu statistika strutturali tan-negozju li jirreferu għas-sena ta’ referenza 2008 lill-Kummissjoni skond Rev.1.1 tan-NACE kif ukoll Rev.2 tan-NACE.

Il-lista ta’ karatteristiċi li jridu jiġu trażmessi bl-użu tal-klassifikazzjoni tar-Rev.1.1 tan-NACE u d-dettalji rigward il-produzzjoni tar-riżultati għandhom jiġu deċiżi bi qbil mal-proċedura regolatorja stipulata fl-Artikolu 12(2).

TAQSIMA 10

Rapporti u studji pilota

1. Serje ta’ studji pilota dwar l-attivitajiet taħt it-Taqsimiet P sa R u d-diviżjonijiet 94 u 96 tat-Taqsima S tan-NACE Rev. 2 se tkun stabbilita mill-Kummissjoni biex tittestja l-fattibilità li jiġu koperti attivitajiet tas-suq f’dawn it-Taqsimiet.

2. Il-Kummissjoni se tistabilixxi serje ta’ studji pilota għal karatteristiċi li għandhom x’jaqsmu mal-kontijiet finanzjarji u investimenti intanġibbli, forom għall-organizzazzjoni tas-sistema ta’ produzzjoni, u komparabilità bejn l-istatistika dwar negozju strutturali u l-istatistika dwar is-suq tax-xogħol u l-produttività. Dawn l-istudji pilota se jiġu adottati għall-ispeċifiċitajiet tas-setturi.

TAQSIMA 11

Perjodu tranżitorju

Għall-ġabra ta’ l-istatistika dwar karatteristiċi 12 17 0, 13 13 1 u 16 14 0, il-perjodu tranżitorju ma għandux jestendi għal aktar minn sentejn wara l-ewwel sena ta’ referenza (2008) indikata fit-Taqsima 5.




ANNESS II

A. MODULU DETTALJAT GĦALL-ISTATISTIKA STRUTTURALI FL-INDUSTRIJA

TAQSIMA 1

Għan

L-għan ta’ dan l-Anness huwa li jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-evalwazzjoni ta’ l-istatistika tal-Komunità dwar l-istruttura, l-attività, il-kompettitività u l-operat tas-settur ta’ l-industrija.

TAQSIMA 2

Kamp ta’ Applikazzjoni

L-istatistika li se tkun ikkumpilata għandha tirrelata ma’ l-oqsma msemmijin fl-Artikolu 1 (a) sa (e), b’mod partikolari għal:

 lista ċentrali ta’ statistika għall-analiżi dettaljata ta’ l-istruttura, l-attività, il-kompetittività u t-twettiq ta’ attivitajiet industrijali,

 lista oħra ta’ statistika għall-istudju ta’ suġġetti speċjali.

TAQSIMA 3

Kopertura

L-istatistika għandha tiġi kkumpilata għall-attivitajiet kollha kklassifikati fi ħdan il-kopertura tat-Taqsimiet B, C, D u E tan-NACE Rev. 2. Dawn it-taqsimiet ikopru l-attivitajiet ta’ xogħol tal-minjieri u l-attivitajiet tax-xogħol tal-barrieri (B), il-manifattura (C), il-provvista ta’ l-elettriku, il-gass, il-fwar u l-arja kkondizzjonata (D) u l-provvista ta’ l-ilma, id-drenaġġ, l-immaniġġjar ta’ l-iskart u l-attivitajiet ta’ rimedjazzjoni (E). L-istatistika ta’ l-impriżi se tkun relatata mal-popolazzjoni ta’ l-impriżi kollha kklassifikati skond l-attività ewlenija tagħhom fit-Taqsimiet B, C, D u E.

TAQSIMA 4

Karatteristiċi

1. Il-listi tal-karatteristiċi stabbiliti hawn taħt jindikaw, meta relevanti, it-tip ta’ l-unità statistika li għaliha għandha tkun ikkumpilata l-istatistika u jekk dawn għandhomx ikunu kkumpilati bi frekwenza annwali jew pluriennali. L-istatistika u l-karatteristiċi fil-korsiv huma inklużi wkoll fil-listi tal-modulu komuni definiti fl-Anness I.

2. Statistika demografika annwali:



Kodiċi

Titolu

Data strutturali

11 11 0

Numru ta’ impriżi

11 21 0

Numru ta’ unitajiet lokali

11 31 0

Numru tat-tip ta’ l- unitajiet ta’ attività

3. Il-karatteristiċi ta’ l-impriżi li dwarhom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika annwali:



Kodiċi

Titolu

 

Data dwar il-kontijiet

12 11 0

Fatturat

12 12 0

Valur tal-produzzjoni

12 13 0

Marġini gross fuq l-oġġetti għal bejgħ mill-ġdid

12 15 0

Valur miżjud fl-ispiża tal-fattur

12 17 0

Is-surplus gross operattiv

13 11 0

Xiri totali ta’ beni u servizzi

13 12 0

Xiri ta’ merkanzija u servizzi mixtrija sabiex jerġgħu jinbiegħu fl-istess kundizzjoni li ntlaqgħu.

13 13 1

Pagamenti għall-ħaddiema ta’ l-aġenziji

13 21 3

Tibdil fil-ħażniet ta’ prodotti kompluti u xogħol li jkun għadu għaddej manifatturati mill-unità

13 31 0

Spejjeż tal-persunal

13 32 0

Pagi u salarji

13 33 0

Spejjeż tas-sigurtà soċjali

13 41 1

Pagamenti għal kirjiet fit-tul u l-kiri operattivi ta’ oġġetti

Data marbuta mal-kont kapitali

15 11 0

Investiment gross f’beni tanġibbli

15 12 0

Investiment gross fl-artijiet

15 13 0

Investiment gross f’bini u strutturi eżistenti

15 14 0

Investiment gross fil-kostruzzjoni u l-alterazzjonijiet ta’ bini

15 15 0

Investiment gross f’makkinarju u tagħmir

15 21 0

Bejgħ ta’ oġġetti tanġibbli bħala investiment

Data dwar l-impiegi

16 11 0

Numru ta’ persuni impjegati

16 13 0

Numru ta’ impjegati

16 14 0

Numru ta’ impjegati f’unitajiet ekwivalenti full-time

16 15 0

Numru ta’ siegħat maħduma mill-impjegati

Analiżi tad-dħul skond it-tip ta’ l-attività

18 11 0

Fatturat mill-attività prinċipali tan-NACE Rev. 2 fil-livell bi tliet figuri

Xiri ta’ prodotti ta’ l-enerġija

20 11 0

Xiri ta’ prodotti ta’ l-enerġija (fil-valur)

It-taqsimiet D u E esklużi

Data dwar l-ambjent

21 11 0

Investiment f’tagħmir u impjant għall-kontroll tat-tniġġis, u aċċessorji speċjali ta’ kontra t-tniġġis (prinċipalment tagħmir tat-truf tal-pajpijiet) (1)

 

21 12 0

Investiment f’tagħmir u apparat konnessi ma’ teknoloġija aktar nadifa (teknoloġija integrata) (1)

 

(*)   Jekk l-ammont totali tal-fatturat jew in-numru ta’ persuni impjegati f’xi diviżjoni ta’ NACE Rev.2 Taqsimiet B sa E jirrappreżentaw, f’xi Stat Membru, inqas minn 1 % tat-total Komunitarju, l-informazzjoni meħtieġa għall-kumpilazzjoni ta’ l-istatistika dwar il-karatteristiċi 21 11 0 u 21 12 0 m’għandhiex għalfejn tinġabar għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. Jekk meħtieġ għall-ħtiġijiet ta’ politika Komunitarja, il-Kummissjoni tista’ skond il-proċedura regolatorja msemmija stabbilita fl-Artikolu 12 (2) titlob il-ġbir ad hoc ta’ din id-data.

4. Il-karatteristiċi ta’ l-impriżi li dwarhom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika multi-annwali:



Kodiċi

Titolu

Data marbuta mal-kont kapitali

15 42 0

Investiment gross f’konċessjonijiet, patenti, liċenzji, marki tan-negozju u drittijiet simili

15 44 1

Investiment f’software mixtri

Analiżi dettaljata tal-fatturat skond it-tip ta’ l-attività

18 12 0

Fatturat mill-attivitajiet industrijali

18 15 0

Fatturat mill-attivitajiet tas-servizzi

18 16 0

Fatturat mill-attivitajiet ta’ kummerċ tax-xiri u l-bejgħ mill-ġdid u minn attivitajiet intermedjarji

Data dwar l-ambjent

21 14 0

Spiża totali attwali fuq ħarsien ambjentali (1)

Subappalt

23 11 0

Ħlas lil subappaltaturi

(*)   Jekk l-ammont totali tal-fatturat jew in-numru ta’ persuni impjegati f’diviżjoni ta’ NACE Rev.2 Taqsimiet B sa E jirrappreżentaw, f’xi Stat Membru, inqas minn 1 % mit-total Komunitarju, l-informazzjoni meħtieġa għall-kumpilazzjoni ta’ l-istatistika dwar il-karatteristika 21 14 0 m’għandhiex għalfejn tinġabar għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. Jekk meħtieġ għall-ħtiġijiet ta’ politika Komunitarja, il-Kummissjoni tista’ skond il-proċedura regolatorja msemmija stabbilita fl-Artikolu 12(2) titlob il-ġbir ad hoc ta’ din l-informazzjoni.

5. Karatteristiċi li dwarhom għandha tiġi kkumpilata l-istatistika reġjonali annwali:



Kodiċi

Titolu

Data dwar il-kontijiet

13 32 0

Pagi u salarji

Data dwar l-impiegi

16 11 0

Numru ta’ persuni impjegati

6. Karatteristiċi ta’ l-unità tip ta’ attività li għalihom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika annwali:



Kodiċi

Titolu

Data dwar il-kontijiet

12 11 0

Fatturat

12 12 0

Valur tal-produzzjoni

13 32 0

Pagi u salarji

Data marbuta mal-kont kapitali

15 11 0

Investiment gross f’ beni tanġibbli

Data dwar l-impiegi

16 11 0

Numru ta’ persuni impjegati

7. Studji pilota li għandhom isiru għall-karatteristiċi elenkati fit-Taqsima 9.

TAQSIMA 5

L-ewwel sena ta’ riferenza

1. L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha tkun ikkumpilata l-istatistika annwali se tkun is-sena kalendarja 2008. L-ewwel snin ta’ referenza li għalihom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika bi frekwenza pluriennali huma speċifikati hawn taħt għall-kodiċi li taħthom huma elenkati l-karatteristiċi:



Sena kalendarja

Kodiċi

2009

15 42 0 u 15 44 1

2008

18 12 0, 18 15 0, 18 16 0 u 23 11 0

2. Statistika pluriennali għandha tiġi kkumpilata għall-anqas kull ħames snin.

3. L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha l-istatistika dwar il-karatteristika 21 14 0 għandhom jiġu kkumpilati hija s-sena kalendarja 2010.

4. L-istatistika dwar il-karatteristika 21 12 0 għandha tiġi kkumpilata kull sena. L-istatistika dwar il-karatteristika 21 14 0 għandha tiġi kkumpilata kull tliet snin.

TAQSIMA 6

Rapport dwar il-kwalità ta’ l-istatistika

Għal kull karatteristika importanti l-Istati Membri se jindikaw il-grad ta’ preċiżjoni b’referenza għall-livell ta’ fiduċja ta’ 95 % li l-Kummissjoni se ddaħħal fir-rapport li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 13, b’ kont meħud ta’ l-applikazzjoni f’kull Stat Membru ta’ dak l-Artikolu. Il-karatteristiċi ċentrali għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura regulatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).

TAQSIMA 7

Produzzjoni tar-riżultati

1. Ir-riżultati għall-istatistika, bl-eċċezzjoni tal-karatteristiċi 18 11 0, 18 12 0, 18 15 0 u 18 16 0 għandhom jinqasmu għal-livell b’ 4 figuri (klassi) tan-NACE Rev. 2.

Il-karatteristiċi 18 11 0, 18 12 0, 18 15 0 u 18 16 0 għandhom jinqasmu għal-livell bi 3 figuri (grupp) tan-NACE Rev. 2.

2. Xi riżultati għandhom jinqasmu wkoll fi klassijiet skond id-daqs u għal-livell ta’ 3 figuri (grupp) tan-NACE Rev. 2.

3. Ir-riżultati għall-istatistika kkumpilata minn unitajiet ta’ tip ta’ attività għandhom jinqasmu għal-livell ta’ 4 figuri (klassi) tan-NACE Rev. 2.

4. Ir-riżultati għall-istatistika reġjonali għandhom jinqasmu għal-livell ta’ 2 figuri (diviżjoni) tan-NACE Rev. 2 u l-livell 2 tan-NUTS.

5. Ir-riżultati għall-karatteristiċi 21 11 0, 21 12 0 u 21 14 0 għandhom jinqasmu għal-livell ta’ żewġ figuri (diviżjoni) tan-NACE Rev. 2.

6. Ir-riżultati għall-karatteristiċi 21 11 0, 21 12 0 u 21 14 0 għandhom jinqasmu għall-oqsma ambjentali li ġejjin: il-ħarsien ta’ l-arja ambjentali u l-klima, il-ġestjoni ta’ l-ilma ta’ l-iskart, il-ġestjoni ta’ l-iskart u l-protezzjoni ta’ l-attivitajiet l-oħrajn tal-ħarsien ta’ l-ambjent. Ir-riżultati għall-oqsma ambjentali se jinqasmu għal-livell ta’ żewġ figuri (diviżjoni) tan-NACE Rev. 2.

TAQSIMA 8

Trażmissjoni tar-riżultati

Ir-riżultati għandhom ikunu trażmessi fi żmien 18-il xahar mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza.

Ir-riżultati nazzjonali preliminari jew l-estimi għandhom ikunu trażmessi fi żmien 10 xhur mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza għall-istatistika ta’ l-impriża msemmija fit-Taqsima 4 (3) ikkumpilati għall-karatteristiċi elenkati hawn taħt:



Kodiċi

Titolu

Data strutturali

11 11 0

Numru ta’ impriżi

Data dwar il-kontijiet

12 11 0

Fatturat

12 12 0

Valur tal-produzzjoni

13 11 0

Xiri totali ta’ oġġetti u servizzi

13 32 0

Pagi u salarji

15 11 0

Investiment gross f’oġġetti tanġibbli

Data dwar l-impiegi

16 11 0

Numru ta’ persuni impjegati

Dawn ir-riżultati preliminari għandhom jinqasmu għal-livell ta’ 3 figuri (grupp) tan-NACE Rev. 2.

TAQSIMA 9

Rapporti u studji pilota

L-Istati Membri se jipprovdu lill-Kummissjoni b’rapport konness mad-disponibilità tad-data li hemm bżonn għall-kumpilazzjoni tar-riżultati għall-karatterisitiċi li ġejjin:



Kodiċi

Titolu

Kumment

Data dwar l-ambjent

21 11 0

Investiment f’ tagħmir u apparat għall-kontroll tat-tniġġis u aċċessorji speċjali kontra t-tniġġis (primarjament it-tagħmir ta’ tmiem-il kanna)

Analiżi dettaljata speċifika dwar il-konformità mal-Protokoll ta’ Kyoto tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima

21 12 0

Investiment f’tagħmir u impjant marbut ma teknoloġija aktar nadifa (“teknoloġija integrata”)

Analiżi dettaljata speċifika dwar il-konformità mal-Protokoll ta’ Kyoto tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima

21 14 0

Nefqa kurrenti totali fuq il-protezzjoni ta’ l-ambjent

Analiżi dettaljata speċifika dwar in-nefqa li toħroġ mill-implimentazzjoni tal-politika ambjentali ta’ l-UE

Subappalt

23 12 0

Dħul mis-subappalt

 

Serje ta’ studji pilota għal dawn il-karatteristiċi għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni.

TAQSIMA 10

Perjodu tranżitorju

Għall-kumpilazzjoni ta’ l-istatistika dwar il-karatteristiċi 21 12 0 u 21 14 0 l-perjodu tranżitorju jispiċċa bis-sena ta’ referenza 2008.




ANNESS III

MODULU DETTALJAT GĦALL-ISTATISTIKA STRUTTURALI DWAR IL-KUMMERĊ

TAQSIMA 1

Għan

L-għan ta’ dan l-Anness huwa li jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-evalwazzjoni ta’ statistika tal-Komunità dwar l-istruttura, l-attività, il-kompettitività u l-operat tas-settur tal-kummerċ tad-distribuzzjoni.

TAQSIMA 2

Kamp ta’ applikazzjoni

L-istatistika li se tkun ikkumpilata għandha tirrelata ma’ l-oqsma msemmijin fl-Artikolu 1 (a) sa (e), b’mod partikolari ma’:

 l-istruttura ta’ qafas ta’ kummerċ tad-distribuzzjoni u l-proċess ta’ żvilupp tiegħu,

 attività tad-distribuzzjoni u l-għamliet ta’ bejgħ, kif ukoll mudelli tal-fornitura u l-bejgħ.

TAQSIMA 3

Kopertura

1. L-istatistika għandha tkun ikkumpilata għall-attivitajiet kollha koperti mit-Taqsima G tan-NACE Rev. 2. Dan is-settur ikopri l-attivitajiet tal-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi. L-istatistika ta’ l-impriżi tirriferi għall-popolazzjoni ta’ l-impriżi kollha li l-attività ewlenija tagħhom hija kklassifikata fit-Taqsima G.

2. Jekk l-ammont totali tad-dħul u n-numru ta’ persuni impjegati f’diviżjoni tat-Taqsima G tan-NACE Rev. 2. normalment jirrappreżentaw, fi Stat Membru, anqas minn 1 % tat-total tal-Komunità, l-informazzjoni stabbilita f’dan l-Anness li mhix fl-Anness I m’għandhiex għalfejn tinġabar għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament.

3. Jekk meħtieġ għall-ħtiġijiet ta’ politika Komunitarja, il-Kummissjoni tista titlob il-ġbir ad hoc tad-data msemmija fil-paragrafu 2 jista’ jintalab skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12 (2).

TAQSIMA 4

Karatteristiċi

1. Il-listi tal-karatteristiċi stabbiliti hawn taħt jindikaw, meta relevanti, it-tip ta’ l-unità statistika li għaliha għandha tkun ikkumpilata l-istatistika u jekk dawn għandhomx ikunu kkumpilati bi frekwenza annwali jew pluriennali. L-istatistika u l-karatteristiċi fil-korsiv huma inklużi wkoll fil-listi fil-modulu komuni definit fl-Anness I.

2. Statistika demografika annwali:



Kodiċi

Titolu

Data strutturali

11 11 0

Numru ta’ impriżi

11 21 0

Numru ta’ unitajiet lokali

3. Il-karatteristiċi ta’ l-impriżi li dwarhom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika annwali:



Kodiċi

Titolu

Data dwar il-kontijiet

12 11 0

Fatturat

12 12 0

Valur tal-produzzjoni

12 13 0

Marġini gross fuq l-oġġetti għal bejgħ mill-ġdid

12 15 0

Valur miżjud mal-kost tal-fatturi

12 17 0

Is-surplus gross operattiv

13 11 0

Xiri totali ta’ beni u servizzi

13 12 0

Xiri ta’ merkanzija u servizzi mixtrija sabiex jerġgħu jinbiegħu fl-istess kundizzjoni li ntlaqgħu

13 13 1

Ħlasijiet għall-ħaddiema ta’ l-aġenziji

13 21 0

Tibdil fi stocks ta’ merkanzija u servizzi

13 21 1

Tibdil fi stocks ta’ merkanzija u servizzi mixtrija sabiex jerġgħu jinbiegħu fl-istess kundizzjoni bħalma ġew irċevuti

13 31 0

Spejjeż tal-ħaddiema

13 32 0

Pagi u salarji

13 33 0

Spejjeż tas-sigurtà soċjali

Data marbuta mal-kont kapitali

15 11 0

Investiment totali f’ beni tanġibbli

15 12 0

Investiment gross fl-artijiet

15 13 0

Investiment gross f’bini u strutturi eżistenti

15 14 0

Investiment gross fil-kostruzzjoni u l-alterazzjonijiet ta’ bini

15 15 0

Investiment gross f’makkinarju u tagħmir

15 21 0

Bejgħ ta’ oġġetti tanġibbli bħala investiment

Data dwar l-impiegi

16 11 0

Numru ta’ persuni impjegati

16 13 0

Numru ta’ impjegati

16 14 0

Numru ta’ impjegati f’ unitajiet ekwivalenti tal-full-time

4. Il-karatteristiċi ta’ l-impriżi li dwarhom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika pluriennali:



Kodiċi

Titolu

Kumment

 

Data rigward il-forom ta’ kummerċ mill-impriżi

Diviżjoni 47 biss

17 32 0

Numru ta’ ħwienet bl-imnut

 

Analiżi dettaljata tal-fatturat skond it-tip ta’ l-attività

18 10 0

Fatturat mill-agrikultura, forestrija, sajd u attivitajiet industrijali

 

18 15 0

Fatturat mill-attivitajiet tas-servizzi

 

18 16 0

Fatturat minn attivitajiet tal-kummerċ ta’ xiri u bejgħ u attivitajiet intermedjarji

 

Analiżi dettaljata tal-fatturat skond it-tip tal-prodott

18 21 0

Analiżi dettaljata tal-fatturat skond il-prodott (skond is-Sezzjoni G ta’ CPA (1))

 

(*)   Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3696/93 tad-29 ta’ Ottubru 1993 dwar il-klassifika statistika tal-prodotti skond l-attività (CPA) fil-Komunità Ekonomika Europea (ĠU L 342, 31.12.1993, p. 1). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

5. Karatteristiċi li dwarhom għandhom ikunu kkumpilati l-istatistika reġjonali annwali:



Kodiċi

Titolu

Dettalji tal-kontijiet

13 32 0

Pagi u salarji

Data dwar l-impiegi

16 11 0

Numru ta’ persuni impjegati

6. Karatteristiċi li dwarhom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika reġjonali multi-annwali:



Kodiċi

Titolu

Kumment

Data dwar il-kontijiet

12 11 0

Fatturat

Diviżjonijiet 45 u 47 biss

Informazzjoni rigward il-forom ta’ kummerċ mill-impriżi

17 33 1

Spazju tal-bejgħ

Diviżjoni 47 biss

TAQSIMA 5

L-ewwel sena ta’ riferenza

1. L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha hi kkumpilata l-istatistika hija s-sena kalendarja 2008. L-ewwel snin ta’ referenza li għalihom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika bi frekwenza pluriennali huma speċifikati hawn taħt għal kull waħda mid-diviżjonijiet tan-NACE Rev. 2 li għalihom id-data hija miġbura u għall-istatistika reġjonali pluriennali:



Sena kalendarja

Analiżi

2012

Diviżjoni 47

2008

Diviżjoni 46

2009

Statistika reġjonali

2010

Diviżjoni 45

2. Il frekwenza pluriennali hija ta’ ħames snin.

TAQSIMA 6

Rapport dwar il-kwalità ta’ l-istatistika

Għal kull karatteristika importanti l-Istati Membri għandhom jindikaw il-grad ta’ preċiżjoni b’referenza għall-livell ta’ fiduċja ta’ 95 % li l-Kummissjoni għandha ddaħħal fir-rapport li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 13, b’kont meħud ta’ l-applikazzjoni f’kull Stat Membru ta’ dak l-Artikolu. Il-karatteristiċi importanti għandhom ikunu determinati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12 (3).

TAQSIMA 7

Produzzjoni tar-riżultati

1. Biex ikunu jistgħu jiġu kkumpilati l-aggregati tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom jipproduċu riżultati nazzjonali komponenti maqsuma skond il-klassijiet tan-NACE Rev. 2.

2. Xi riżultati għandhom jinqasmu wkoll fi klassijiet ta’ daqs għal kull grupp tan-NACE Rev. 2.

3. L-istatistika reġjonali għandha tinqasam għal-livell ta’ 3 figuri (grupp) tan-NACE Rev. 2 u għal-livell 2 tan-NUTS.

4. Il-kopertura ta’ l-istatistika reġjonali li għandha tkun ikkumpilata fuq bażi pluriennali tikkorrispondi mal-popolazzjoni ta’ l-unitajiet lokali kollha li l-attività ewlenija tagħhom hija kklassifikata fit-taqsima G. Madanakollu, tista’ tkun limitata għall-unitajiet lokali dipendenti fuq l-impriżi kklassifikati fit-taqsima G tan-NACE Rev. 2 jekk tali popolazzjoni tkopri aktar minn 95 % tal-kopertura totali. Dan il-proporzjon għandu jkun ikkalkulat bl-użu tal-karatteristika ta’ l-impjieg disponibbli fir-reġistru tan-negozju.

TAQSIMA 8

Trażmissjoni tar-riżultati

1. Ir-riżultati għandhom ikunu trażmessi fi żmien 18-il xahar mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza.

2. Riżultati jew l-estimi preliminari nazzjonali għandhom ikunu trasmesi fi żmien 10 xhur mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza kumpilati għall-istatistika ta’ l-impriżi għall-karatteristiċi elenkati hawn taħt:



Kodiċi

Titolu

Data dwar il-kontijiet

12 11 0

Fatturat

Data dwar l-impiegi

16 11 0

Numru ta’ persuni impjegati

Dawn ir-riżultati preliminari għandhom jinqasmu għal-livell ta’ 3 figuri (grupp) tan-NACE Rev. 2.

TAQSIMA 9

Perjodu tranżitorju

Għall-ġabra ta’ statistika dwar il-karatteristiċi 13 13 1 u 16 14 0, il-perjodu tranżitorju mhux se jestendi għal aktar minn sentejn wara l-ewwel sena ta’ referenza (2008) indikata fit-Taqsima 5.




ANNESS IV

MODULU DETTALJAT GĦALL-ISTATISTIKA DWAR IL-KOSTRUZZJONI

TAQSIMA 1

Għan

L-għan ta’ dan l-Anness huwa li jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-evalwazzjoni ta’ statistika tal-Komunità dwar l-istruttura, l-attività, il-kompettitività u l-imġieba fis-settur tal-kostruzzjoni.

TAQSIMA 2

Kamp ta’ applikazzjoni

L-istatistika li għandha tkun ikkumpilata għandha tirrelata ma’ l-oqsma msemmijin fl-Artikolu 1 (a) sa (e), b’mod partikolari ma’:

 lista ċentrali ta’ statistika għall-analiżi dettaljata ta’ l-istruttura, l-attività, il-kompetittività u t-twettiq ta’ l-attivitajiet tal-kostruzzjoni,

 lista oħra għall-istudju ta’ suġġetti speċjali.

TAQSIMA 3

Kopertura

1. L-istatistika għandha tkun ikkumpilata għall-attivitajiet kollha koperti mit-Taqsima F tan-NACE Rev. 2. L-istatistika ta’ l-impriżi se tkun relatata mal-popolazzjoni ta’ l-impriżi kollha li l-attività ewlenija tagħhom hija kklassifikata fit-Taqsima F.

2. Jekk l-ammont totali tad-dħul u n-numru ta’ persuni impjegati f’diviżjoni tat-Taqsima F tan-NACE Rev. 2 normalment jirrappreżentaw, fi Stat Membru, anqas minn 1 % tat-total tal-Komunità, l-informazzjoni stabbilita f’dan l-Anness li mhix fl-Anness I m’għandhiex għalfejn tinġabar għall-iskopijiet tar-Regolament.

3. Jekk meħtieġ għall-ħtiġijiet ta’ politika Komunitarja, il-ġbir ad hoc tad-data msemmija fil-paragrafu 2 jista’ jintalab skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12 (2).

TAQSIMA 4

Karatteristiċi

1. Il-listi tal-karatteristiċi u l-istatistika stabbiliti hawn taħt jindikaw, meta relevanti, it-tip ta’ l-unità statistika li għaliha għandha tkun ikkumpilata l-istatistika u jekk dawn għandhomx ikunu kkumpilati bi frekwenza annwali jew pluriennali. L-istatistika u l-karatteristiċi fil-korsiv huma inklużi wkoll fil-listi fil-modulu komuni definit fl-Anness I..

2. Statistika demografika annwali:



Kodiċi

Titolu

Data strutturali

11 11 0

Numru ta’ impriżi

11 21 0

Numru ta’ unitajiet lokali

3. Il-karatteristiċi ta’ l-impriżi li dwarhom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika annwali:



Kodiċi

Titolu

Kumment

Data dwar il-Kontijiet

12 11 0

Fatturat

 

12 12 0

Valur tal-produzzjoni

 

12 13 0

Marġini gross fuq l-oġġetti għal bejgħ mill-ġdid

Diviżjonijiet 41 u 42 u gruppi 43.1 u 43.9 — mhux obbligatorju

12 15 0

Valur miżjud fil-fattur ta’ l-ispiża

 

12 17 0

Is-surplus gross operattiv

 

13 11 0

Xiri totali ta’ beni u servizzi

 

13 12 0

Xiri ta’ oġġetti u servizzi għall-bejgħ mill-ġdid fl-istess kundizzjoni bħal ma akkwistati

Diviżjonijiet 41 u 42 u gruppi 43.1 u 43.9 — mhux obbligatorju

13 13 1

Pagamenti għall-ħaddiema ta’ l-aġenzija

 

13 21 3

Tibdil fil-ħażniet ta’ prodotti kompluti u xogħol li jkun għadu għaddej li huma manifatturati mill-unità

 

13 31 0

Spejjeż tal-persunal

 

13 32 0

Pagi u salarji

 

13 33 0

Spejjeż tas-sigurtà soċjali

 

13 41 1

Pagamenti għal kirjiet fit-tul u l-kiri operazzjonali ta’ oġġetti

 

Data marbuta mal-kont kapitali

15 11 0

Investiment totali f’beni tanġibbli

 

15 12 0

Investiment gross fl-artijiet

 

15 13 0

Investiment gross f’bini u strutturi eżistenti

 

15 14 0

Investiment gross fil-kostruzzjoni u l-alterazzjonijiet ta’ bini

 

15 15 0

Investiment gross f’makkinarju u tagħmir

 

15 21 0

Bejgħ ta’ oġġetti tanġibbli bħala investiment

 

Data dwar l-impiegi

16 11 0

Numru ta’ persuni impjegati

 

16 13 0

Numru ta’ impjegati

 

16 14 0

Numru ta’ impjegati f’unitajiet ekwivalenti full-time

 

16 15 0

Numru ta’ siegħat maħduma mill-impjegati

 

Analiżi tal-fatturat skond it-tip ta’ l-attività

18 11 0

Fatturat mill-attività prinċipali fil-livell bi tliet figuri tan-NACE Rev. 2.

 

Xiri ta’ prodotti ta’ l-enerġija

20 11 0

Xiri ta’ prodotti ta’ l-enerġija (fil-valur)

 

4. Il-karatteristiċi ta’ l-impriżi li dwarhom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika multi-annwali:



Kodiċi

Titolu

Kumment

Data marbuta mal-kont kapitali

15 44 1

Investiment f’software mixtri

 

Analiżi dettaljata tal-fatturat skond it-tip ta’ attività

18 12 1

Fatturat mill-attivitajiet industrijali eskluża l-kostruzzjoni

 

18 12 2

Fatturat mill-attivitajiet tal-kostruzzjoni

 

18 15 0

Fatturat mill-attivitajiet tas-servizzi

 

18 16 0

Fatturat mill-attivitajiet ta’ kummerċ u intermedjarji

 

18 31 0

Fatturat mill-bini

Diviżjonijiet 41 u 42 u gruppi 43.1 u 43.9 biss

18 32 0

Fatturat mill-inġinerija ċivili

Diviżjonijiet 41 u 42 u gruppi 43.1 u 43.9 biss

Subappaltar

23 11 0

Ħlas lis-subappaltaturi

 

23 12 0

Dħul mis-subappaltar

 

5. Karatteristiċi li dwarhom għandhom ikunu kkumpilati l-istatistika reġjonali annwali:



Kodiċi

Titolu

Data dwar il-kontijiet

13 32 0

Pagi u salarji

Data dwar l-impiegi

16 11 0

Numru ta’ persuni impjegati

6. Karatteristiċi ta’ l-unità tip ta’attività li għalihom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika annwali:



Kodiċi

Titolu

Data dwar il-kontijiet

12 11 0

Fatturat

12 12 0

Valur tal-produzzjoni

13 32 0

Pagi u salarji

15 11 0

Investiment gross f' beni tanġibbli

Data dwar l-impiegi

16 11 0

Numru ta’ persuni impjegati

TAQSIMA 5

L-ewwel sena ta’ riferenza

1. L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha tiġi kkumpilata l-istatistika se tkun is-sena kalendarja 2008. L-ewwel snin ta’ referenza biex tkun ikkumpilata l-statistika bi frekwenza pluriennali huma speċifikati hawn taħt għall-kodiċi li taħthom huma elenkati l-karatteristiċi.



Sena kalendarja

Kodiċi

2009

15 44 1

2008

18 12 1, 18 12 2, 18 15 0, 18 16 0, 18 31 0, 18 32 0, 23 11 0 u 23 12 0

2. Statistika pluriennali għandha tkun kkumpilata għall-anqas kull ħames snin.

TAQSIMA 6

Rapport dwar il-kwalità ta’ l-istatistika

Għal kull karatteristika importanti l-Istati Membri għandhom jindikaw il-grad ta’ preċiżjoni b’referenza għall-livell ta’ fiduċja ta’ 95 % li l-Kummissjoni se ddaħħal fir-rapport li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 13, b’kont meħud ta’ l-applikazzjoni f’kull Stat Membru ta’ dak l-Artikolu. Il-karatteristiċi importanti għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12 (3).

TAQSIMA 7

Produzzjoni tar-riżultati

1. Ir-riżultati għall-istatistika bl-eċċezzjoni tal-karatteristiċi 15 44 1, 18 11 0, 18 12 1, 18 12 2, 18 15 0, 18 16 0, 18 31 0 u 18 32 0, għandhom jiġu mqassma f’livell b’ 4 figuri (klassi) ta’ NACE Rev. 2.

Ir-riżultati għall-karatteristiċi 15 44 1, 18 11 0, 18 12 1, 18 12 2, 18 15 0, 18 16 0, 18 31 0 u 18 32 0 għandhom jiġu mqassma f’livell b’ 3 figuri (gruppi) ta’ NACE Rev. 2.

2. Xi riżultati għandhom jinqasmu wkoll fi klassijiet ta’ daqs u sal-livell ta’ 3 figuri (grupp) tan-NACE Rev. 2.

3. Ir-riżultati għall-istatistika kkumpilata minn unitajiet ta’ tip ta’ attività għandhom ikunu maqsuma sal-livell ta’ 4 figuri (klassi) tan-NACE Rev. 2.

4. Ir-riżultati għall-istatistika reġjonali għandhom jinqasmu għal-livell ta’ 2 figuri (diviżjonijiet) tan-NACE Rev. 2 u l-livell 2 tan-NUTS.

TAQSIMA 8

Trażmissjoni tar-riżultati

Ir-riżultati għandhom ikunu trażmessi fi żmien 18-il xahar mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza.

Riżultati jew l-estimi preliminari nazzjonali għandhom ikunu trażmessi fi żmien 10 xhur mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza għall-istatistika ta’ l-impriżi għall-karatteristiċi elenkati hawn taħt:



Kodiċi

Titolu

Data strutturali

11 11 0

Numru ta’ impriżi

Data dwar il-kontijiet

12 11 0

Fatturat

12 12 0

Valur tal-produzzjoni

13 11 0

Xiri totali ta’ oġġetti u servizzi

13 32 0

Pagi u salarji

Data marbuta mal-kontijiet kapitali

15 11 0

Investiment gross f’oġġetti tanġibbli

Data dwar l-impjiegi

16 11 0

Numru ta’ persuni impjegati

Dawn ir-riżultati preliminari għandhom jinqasmu għal-livell ta’ 3 figuri (grupp) tan-NACE Rev. 2.

TAQSIMA 9

Perjodu tranżitorju

Ma jistax jingħata perjodu tranżitorju.




ANNESS V

MODULU DETTALJAT GĦALL-ISTATISTIKA STRUTTURALI FL-ASSIGURAZZJONI

TAQSIMA 1

Għan

L-għan ta’ dan l-Anness hu li jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-valutazzjoni ta’ statistika tal-Komunità dwar l-istruttura, l-attività, il-kompetittività u r-rendiment ta’ servizzi ta’ l-assigurazzjoni. Dan il-modulu jinkludi lista ddettaljata ta’ karatteristiċi li fuqhom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika sabiex jittejjeb it-tagħrif ta’ l-iżvilupp nazzjonali, tal-Komunità u internazzjonali tas-settur ta’ l-assigurazzjoni.

TAQSIMA 2

Kamp ta’ applikazzjoni

L-istatistika li għandha tinġabar għandha tirrelata għall-oqsma msemmija fil-Artikolu 1 (a), (b) u (c), b’mod partikolari għal:

 l-analiżi ddettaljata ta’ l-istruttura, l-attività, il-kompetittività u r-rendiment ta’ l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni;

 l-iżvilupp u d-distribuzzjoni tan-negozju totali u negozju għal kull prodott, il-modi tal-konsumatur, l-attivitajiet internazzjonali, l-impjieg, l-investiment, il-kapital u r-riservi u d-dispożizzjonijiet tekniċi.

TAQSIMA 3

Kopertura

1. Tali statistika se tkun ikkumpilata għall-attivitajiet kollha fl-ambitu ta’ diviżjoni 65 tan-NACE Rev. 2 ħlief għall-grupp 65.3.

2. Il-kumpilazzjoni ta’ l-statistika se tkopri l-impriżi li ġejjin:

 impriżi ta’ l-assigurazzjoni mhux tal-ħajja: dawk kollha msemmijin fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 91/674/KEE ( 15 ),

 impriżi ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja: dawk kollha msemmijin fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 91/674/KEE,

 impriżi speċjalizzati ta’ assigurazzjoni mill-ġdid: dawk kollha msemmijin fl-Artikolu 2(1)(c) tad-Direttiva 91/674/KEE,

 assiguraturi Lloyd’s: dawk kollha msemmijin fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/674/KEE,

 impriżi ta’ assigurazzjoni komposta: dawk kollha li jwettqu n-negozju ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja.

3. B’żieda ma’ dan, friegħi ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni msemmijin taħt it-Titolu III tad-Direttivi 73/239/KEE ( 16 ) u 2002/83/KE ( 17 ), u li l-attività tagħhom taqa’ taħt waħda mill-gruppi tan-NACE Rev. 2 imsemmijin fil-paragrafu 1 se jiġu assimilati ma’ l-impriżi korrispondenti kif definit fil-paragrafu 2.

4. Għall-iskopijiet ta’ l-istatistika armonizzata tal-Komunità, l-Istati Membri se jkunu jistgħu jieħdu kont ta’ l-eskluzzjonijiet msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 73/239/KEE u fl-Artikolu 3(2), (3), (5), (6) u (7) tad-Direttiva 2002/83/KE.

TAQSIMA 4

Karatteristiċi

1. Il-karatteristiċi li jinsabu fil-korsiv huma wkoll inklużi fil-listi fil-modulu komuni definit fl-Anness I. Il-karatteristiċi u l-istatistika ppreżentati fil-lista A msemmija fil-paragrafu 3 u fil-lista B imsemmija fil-paragrafu 4 għandhom ikunu kkumpilati skond it-Taqsima 5. Meta l-karatteristiċi ġejjin direttament mill-kontijiet annwali, is-snin tal-kontijiet li jintemmu f’sena ta’ riferenza se jiġu assimilati għas-sena ta’ riferenza msemmija.

2. Fil-listi A u B, il-karatteristiċi relatati ma’ l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja huma identifikati bin-numru 1, dawk relatati ma’ l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni mhux tal-ħajja huma identifikati bin-numru 2, dawk relatati ma’ l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni komposta huma identifikati bin-numru 3, dawk relatati ma’ l-impriżi speċjalizzati ta’ assigurazzjoni mill-ġdid huma identifikati bin-numru 4, dawk relatati ma’ negozji ta’ assigurazzjoni tal-ħajja ta’ impriżi ta’ assigurazzjoni komposta bin-numru 5 u dawk relatati ma’ negozji ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja (inklużi l-aċċettazzjonijiet f’assigurazzjoni mill-ġdid) ta’ l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni komposta huma identifikati bin-numru 6.

3. Lista A tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) il-karatteristiċi elenkati fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/674/KEE li jikkonċernaw l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja, impriżi ta’ l-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, impriżi ta’ l-assigurazzjoni komposti u assigurazzjoni mill-ġdid speċjalizzata: in-naħa tal-assi fil-karta tal-bilanċ: il-punti C I (li juru l-artijiet u l-bini okkupati mill-impriża ta’ l-assigurazzjoni għall-attivitajiet separati tagħha), C II, C II 1 + C II 3 bħala s-somma kollha, C II 2 + C II 4 bħala s-somma kollha, C III, C III 1, C III 2, C III 3, C III 4, C III 5, C III 6 + C III 7 bħala s-somma kollha, C IV, D; in-naħa ta’ l-obbligi fuq il-karta tal-bilanċ: il-punti A, A I, A II + A III + A IV bħala s-somma kollha, B, C 1 a (separatament għan-negozji ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja u impriżi komposti), C 2 a (separatament għan-negozji ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja u impriżi komposti), C 3 a (separatament għan-negozji ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja u impriżi komposti), C 4 a, C 5, C 6 a, D a, G III (mingħajr separazzjoni tas-self konvertibbli), G IV;

(b) il-karatteristiċi elenkati fl-Artikolu 34, il-Parti I, tad-Direttiva 91/674/KEE li tikkonċerna l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, u l-impriżi speċjalizzati ta’ l-assigurazzjoni mill-ġdid u ta’ l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni komposta: il-punti 1 a, 1 b, 1 ċ, 1 d, 2, 4 a aa, 4 a bb, 4 b aa, 4 b bb, 7 (ammont gross), 7 d, 9, 10 (separatament għall-ammont nett u gross);

(ċ) il-karatteristiċi elenkati fl-Artikolu 34, il-Parti II, tad-Direttiva 91/674/KEE li jikkonċernaw l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja u tan-negozju ta’ l-impriżi tal-ħajja u ta’ l-asigurazzjoni komposta: il-punti 1 a, 1 b, 1 ċ (l-ammont gross u s-sehem tar-riassiguraturi separatament), 2, 3, 5 a aa, 5 a bb, 5 b aa, 5 b bb, 6 a aa, 6 a bb, 8 (l-ammont gross), 8 d, 9, 10, 12, 13 (l-ammont gross u nett separatament);

(d) il-karatteristiċi elenkati fl-Artikolu 34, il-Parti III, tad-Direttiva 91/674/KEE dwar impriżi ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja, impriżi ta’ l-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, impriżi ta’ l-assigurazzjoni komposti u assigurazzjoni mill-ġdid speċjalizzata: il-punti 3, 4 (għall-impriżi tal-ħajja u komposti biss), 5, 6 (għall-impriżi ta’ l-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, impriżi ta’ l-assigurazzjoni komposti u assigurazzjoni mill-ġdid speċjalizzata), 7, 8, 9 + 14 + 15 bħala total, 10 (qabel it-taxxa), 13, 16;

(e) il-karatteristiċi msemmijin fl-Artikolu 63 tad-Direttiva 91/674/KEE:

 rigward l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja u negozju ta’ l-impriżi fl-assigurazzjoni mhux tal-ħajja u komposti: il-premiums totali kif miktubin f’negozju dirett f’subkategoriji tal-CPA (livell b’5-figuri u subkategoriji 66.03.21, 66.03.22),

 rigward l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni mhux tal-ħajja u ta’ l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni komposta: talbiet gross mġarrba, assigurazzjoni diretta, spejjeż gross operattivi, assigurazzjoni diretta u bilanċ ta’ l-assigurazzjoni mill-ġdid, negozju dirett, il-karatteristiċi kollha skond is-subkategorija tal-CPA (livell b’5 figuri u subkategoriji 66.03.21, 66.03.22),

 rigward l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja u n-negozju ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja u assigurazzjoni komposta: il-primjums diretti totali miktuba ma’ l-analiżi kif muri fin-numru II, punt 1 ta’ dak l-Artikolu;

(f) il-karatteristiċi msemmijin fl-Artikolu 64 tad-Direttiva 91/674/KEE rigward l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja, mhux tal-ħajja u l-assigurazzjoni mill-ġdid speċjalizzata: is-senseriji għal negozju ta’ l-assigurazzjoni diretta (apparti milli l-impriżi ta’ assigurazzjoni mill-ġdid speċjalizzata) u negozju ta’ l-assigurazzjoni totali;

(g) il-karatteristiċi addizzjonali elenkati hawn taħt:

▼M1



Kodiċi

Titolu

Intrapriżi/negozju konċernat

 

Informazzjoni strutturali

 

11 11 0

In-numru ta' intrapriżi

(1, 2, 3, 4)

11 11 1

Numru ta' impriżi kklassifikati skond l-istatus legali

(1, 2, 3, 4)

11 11 2

Numru ta' impriżi kklassifikati bil-klassi tad-daqs tal-premiums gross miktuba

(1, 2, 3)

11 11 3

Numru ta' impriżi kklassifikati bil-klassi tad-daqs tad-dispożizzjonijiet grossi tekniċi

(1)

11 11 5

Numru ta' impriżi kklassifikati bil-pajjiż ta' residenza ta' l-impriża prinċipali

(1, 2, 3, 4)

11 41 0

In-numru totali u l-lokalità tal-friegħi f'pajjiżi oħrajn

(1, 2, 3)

 

Data tal-kontijiet/il-parti teknika tal-kont tal-qligħ u t-telf

 

32 11 4

Premiums gross miktuba kklassifikati skond l-istatus legali

(1, 2, 4, 5, 6)

32 11 5

Premiums gross diretti miktuba, ikklassifikati skond il-pajjiż tar-residenza ta' l-impriża prinċipali

(1, 2, 5, 6)

32 11 6

Premiums gross ta' assigurazzjoni mill-ġdid aċċettati, premiums miktuba kklassifikati skond il-pajjiż tar-residenza ta' l-impriża prinċipali

(1, 2, 4, 6)

32 18 2

Is-sehem gross ta' premiums ta' l-assiguraturi mill-ġdid miktub ikklassifikat skond il-pajjiż tar-residenza ta' l-impriża prinċipali

(1, 2, 4, 5, 6)

32 16 0

Punti oħrajn fil-kont tekniku, ammont gross

(1, 2, 4, 5, 6)

32 18 0

Il-bilanċ ta' l-assigurazzjoni mill-ġdid

(1, 2, 4, 5, 6)

32 18 8

Is-sehem ta' l-assiguraturi mill-ġdid ta' l-ammont gross ta' punti oħrajn fil-kont tekniku

(1, 2, 4, 5, 6)

 

Data tal-kontijiet/il-parti mhux-teknika tal-kont tal-qligħ u t-telf

 

32 19 0

Subtotali II (bilanċ nett tal-kont tekniku)

(3)

 

Data addizzjonali li tirrigwarda il-kont tal-qligh u t-telf

 

32 61 4

Spejjeż esterni fuq oġġetti u attivitajiet

(1, 2, 3, 4)

13 31 0

L-ispejjeż tal-persunal

(1, 2, 3, 4)

32 61 5

Spejjeż esterni u interni dwar l-amministrazzjoni ta' talbiet

(1, 2, 4, 5, 6)

32 61 6

Spejjeż ta' l-akkwist

(1, 2, 4, 5, 6)

32 61 7

Nefqiet amministrattivi

(1, 2, 4, 5, 6)

32 61 8

Imposti tekniċi oħrajn, gross

(1, 2, 4, 5, 6)

32 61 9

Imposti fuq l-amministrazzjoni ta' l-investiment

(1, 2, 4, 5, 6)

32 71 1

Dħul minn interessi parteċipanti

(1, 2, 4, 5, 6)

32 71 3

Dħul mill-artijiet u l-bini

(1, 2, 4, 5, 6)

32 71 4

Dħul minn investimenti oħrajn

(1, 2, 4, 5, 6)

32 71 5

Il-valur ta' l-aġġustament mill-ġdid fuq l-investimenti

(1, 2, 4, 5, 6)

32 71 6

Akkwist ta' qligħ mir-realizzazzjoni ta' l-investimenti

(1, 2, 4, 5, 6)

32 72 1

Imposti fuq l-amministrazzjoni ta' l-investimenti, inkluż l-imgħax

(1, 2, 4, 5, 6)

32 72 2

Aġġustament tal-valur fuq l-investimenti

(1, 2, 4, 5, 6)

32 72 3

Telf mir-realizzazzjoni ta' l-investimenti

(1, 2, 4, 5, 6)

 

Data skond il-prodott ibbażata fuq KPA

 

33 12 1

Is-sehem tar-riassiguraturi mill-premium gross dirett miktub skond il-prodott (ibbażati fuq KPA)

(1, 2, 5, 6)

 

Data rigward l-internazzjonalizzazzjoni (tqassim ġeografiku tan-negozju miktub permess tad-dritt ta' l-istabbiliment)

 

34 31 1

Premiums gross diretti miktuba skond il-prodott (ibbażati fuq KPA), u skond l-Istat Membru

(1, 2, 5, 6)

 

Data rigward l-internazzjonalizzazzjoni (tqassim ġeografiku tan-negozju miktub permess tad-dritt tal-libertà li jkunu pprovduti servizzi)

 

34 32 1

Premiums gross diretti miktuba skond il-prodott (ibbażati fuq KPA), u skond l-Istat Membru

(1, 2, 5, 6)

▼B

4. Lista B tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) il-karatteristiċi elenkati fl-Artikolu 34, il-Parti I, tad-Direttiva 91/674/KEE li tikkonċerna l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, u l-impriżi speċjalizzati ta’ l-assigurazzjoni mill-ġdid u ta’ l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni komposta: il-punti 3, 5, 6, 8;

(b) il-karatteristiċi elenkati fl-Artikolu 34, il-Parti II, tad-Direttiva 91/674/KEE li jikkonċernaw l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja u tan-negozju ta’ l-impriżi tal-ħajja u ta’ l-asigurazzjoni komposta: il-punti 4, 6 b, 7, 11;

(ċ) il-karatteristiċi msemmijin fl-Artikolu 63 tad-Direttiva 91/674/KEE li jikkonċernaw l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja u n-negozju ta’ l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni komposta: analiżi dettaljata ġeografika tal-premiums gross diretti miktuba fl-Istat Membru ta’ l-uffiċċju ewlieni ta’ l-impriża, jew l-Istati Membri l-oħrajn, il-pajjiżi taż-ŻEE l-oħrajn, l-Iżvizzera, l-Istati Unit ta’ l-Amerika, il-Ġappun jew pajjiżi terzi;

(d) il-karatteristiċi addizzjonali elenkati hawn taħt:

▼M1



Kodiċi

Titolu

Intrapriżi/negozju konċernat

Kummenti

 

Data tal-kontijiet/il-parti teknika tal-kont tal-qligħ u t-telf

 
 

32 13 2

Pagamenti gross fir-rigward ta' talbiet involuti fis-sena kurrenti tal-kontijiet

(2, 4, 6)

 
 

Attivitajiet internazzjonali (b'aspett ġenerali)

 
 

34 12 0

Tqassim ġeografiku tal-premiums ta' l-assigurazzjoni mill-ġdid aċċettati, premiums imħallsa

(1, 2, 4, 5, 6)

 

34 13 0

Tqassim ġeografiku tas-sehem ta' l-assiguraturi mill-ġdid tal-premiums gross miktuba

(1, 2, 4, 5, 6)

 
 

Data rigward il-karta tal-bilanċi (attiv/passiv)

 
 

36 11 2

Artijiet u bini (valur kurrenti)

(1, 2, 3, 4)

 

36 12 3

Investimenti fl-impriżi affiljati u interessi parteċipanti (valur kurrenti)

(1, 2, 3, 4)

 

36 13 8

Investimenti finanzjarji oħrajn (valur kurrenti)

(1, 2, 3, 4)

 

36 21 0

Investimenti għall-benefiċċju ta' dawk li għandhom polza ta' l-assigurazzjoni tal-ħajja li għandhom jerfgħu r-riskju ta' l-investiment – artijiet u bini

(1, 3)

 

36 22 0

Investimenti għall-benefiċċju ta' dawk li għandhom polza ta' l-assigurazzjoni tal-ħajja li għandhom jerfgħu r-riskju ta' l-investiment – investimenti finanzjarji oħrajn

(1, 3)

 

37 10 1

Kapital u riservi totali, ikklassifikati skond l-istatus legali tagħhom

(1, 2, 3, 4)

 

37 33 3

Provvediment gross għal talbiet pendenti li għandhom x'jaqsmu ma' negozju dirett, skond il-prodott (bbażat fuq KPA)

(2, 6)

 
 

Data residwa

 
 

39 10 0

Numru ta' kuntratti pendenti fit-tmiem tas-sena tal-kontijiet, relatati man-negozju dirett għall-kuntratti kollha ta' l-assigurazzjoni tal-ħajja u għal prodotti li ġejjin: Servizzi ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja mhux relatati, u KPAo65.12.1, 65.12.4ouo65.12.5

(1, 2, 5, 6)

 

39 20 0

Numru ta' persuni assigurati fit-tmiem tas-sena tal-kontijiet, relatati man-negozju dirett għall-kuntratti tal-gruppi kollha ta' l-assigurazzjoni tal-ħajja u għal prodott li ġej: KPA 65.12.1

(1, 2, 5, 6)

 

39 30 0

Numru ta' vetturi assigurati fit-tmiem tas-sena tal-kontijiet, relatati man-negozju dirett għal dan il-prodott li ġej: KPA 65.12. 2

(2, 6)

Fakoltattiv

39 40 0

Somma gross assigurata fit-tmiem tas-sena tal-kontijiet, relatati man-negozju dirett, għal dawn il-prodotti li ġejjin: Assigurazzjoni fuq il-ħajja mhix relatata u servizzi ta' l-assigurazzjoni ta' Redenzjoni tal-kapital

(1, 5)

Fakoltattiv

39 50 0

Numru ta' talbiet involuti matul is-sena tal-kontijiet, relatati man-negozju dirett, għal dan il-prodott li ġej: KPA 65.12. 2

(2, 6)

Fakoltattiv

▼M3

TAQSIMA 5

L-ewwel sena ta' referenza

L-ewwel sena ta' referenza li għaliha tiġi kkumpilata statistika għall-karatteristiċi elenkati fit-Taqsima 4 hija s-sena kalendarja tal-2008.

▼B

TAQSIMA 6

Produzzjoni tar-riżultati

Ir-riżultati għandhom jinqasmu fil-livelli ta’ 4 figuri (klassijiet) tan-NACE Rev. 2.

TAQSIMA 7

Trażmissjoni tar-riżultati

Ir-riżultati għandhom ikunu trażmessi fi żmien 12-il xahar mill-aħħar tas-sena ta’ referenza għall-impriżi msemmijin fit-Taqsima 3, ħlief l-impriżi speċjalizzati ta’ assigurazzjoni mill-ġdid, li għalihom ir-riżultati għandhom ikunu trażmessi fi żmien 18-il xahar mill-aħħar tal-perjodu ta’ referenza.

TAQSIMA 8

Kumitat Ewropew ta’ l-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol

Il-Kummissjoni se tinforma lill-Kumitat Ewropew ta’ l-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol stabbilit permezz tad-Direttiva 2004/9/KE ( 18 ) dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-modulu u dwar dawn il-miżuri kollha għall-aġġustament għal żviluppi ekonomiċi u tekniċi li jikkonċernaw il-ġbir u l-ipproċessar statistiku tad-data u l-ipproċessar u t-trażmissjoni tar-riżultati, li hi tadotta skond l-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament.

TAQSIMA 9

Perjodu tranżitorju

Ma jistax jingħata perjodu tranżitorju.




ANNESS VI

MODULU DETTALJAT GĦALL-ISTATISTIKA STRUTTURALI DWAR L-ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU

TAQSIMA 1

Għan

L-għan ta’ dan l-Anness huwa li jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-valutazzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja dwar l-istruttura, l-attività, il-kompetitività u l-ħidma tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Dan il-modulu jinkludi lista dettaljata tal-karatteristiċi li dwarhom għandhom tiġi kumpilata l-istatistika sabiex jittejjeb l-għarfien dwar l-iżvilupp nazzjonali, Komunitarju u internazzjonali tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

TAQSIMA 2

Kamp ta’ applikazzjoni

L-istatistika li għandha tinġabar għandha tirrelata għall-oqsma msemmija fl- Artikolu 1 (a), (b) u (c), u b’mod partikolari għal:

 l-analiżi dettaljata ta’ l-istruttura, l-attività, il-kompetitività u l-ħidma ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu;

 l-iżvilupp u d-distribuzzjoni tan-negozju totali u n-negozju għal kull prodott, l-attivitajiet internazzjonali, l-impieg, il-kapital u r-riservi, u l-assi u l-obbligazzjonijiet l-oħrajn.

TAQSIMA 3

Kopertura

1. L-istatistika għandha tiġi kkumpilata għall-attivitajiet ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fi ħdan il-qasam ta’ applikazzjoni tal-klassijiet 64.19 u 64.92 tan-NACE Rev. 2.

2. L-istatistika għandha tiġi kkumpilata għall-attivitajiet ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) u l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati tal-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn ( 19 ), bl-eżenzjoni tal-banek ċentrali.

3. Il-fergħat ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu msemmija fl-Artikolu 38 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u t-twettiq tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (riformulazzjoni) ( 20 ) li l-attività tagħhom tkun parti mill-ambitu tal-klassijiet 64.19 u 64.92 tan-NACE Rev. 2, għandhom jiġu assimilati ma’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu msemmija fil-paragrafu 2.

TAQSIMA 4

Karatteristiċi

Il-karatteristiċi huma elenkati hawn taħt. Il-karatteristiċi fil-korsiv huma inklużi wkoll fil-listi tal-modulu komuni definit fl-Anness I. Meta l-karatteristiċi jiġu direttament mill-kontijiet annwali, is-snin tal-kontijiet li jintemmu f’ sena ta’ riferenza se jiġu assmilati mas-sena ta’ riferenza msemmija.

Il-lista tinkludi:

(a) il-karatteristiċi elenkati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 86/635/KEE: in-naħa tal-assi fil-karta tal-bilanċi: numru 4; in-naħa ta’ l-obbligi fuq il-karta tal-bilanċi: in-numri 2(a) + 2(b) magħduda flimkien, in-numri 7 + 8 + 9 + 10 + 11 + 12 + 13 + 14 magħduda flimkien;

(b) il-karatteristiċi elenkati fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 86/635/KEE: nru 2, numri 3(a) + 3(b) + 3(ċ) magħduda flimkien, numru 3(a), numru 4, numru 5, numru 6, numru 7, numri 8(a) + 8(b) magħduda flimkien, numru 8(b), numru 10, numri 11 + 12 magħduda flimkien, numri 9 + 13 + 14 magħduda flimkien, numri 15 + 16 magħduda flimkien, numru 19, numri 15 + 20 + 22 magħduda flimkien, numru 23;

(ċ) il-karatteristiċi addizzjonali li ġejjin:



Kodiċi

Titolu

Kumment

Data strutturali

11 11 0

Numru ta’ impriżi

 

11 11 1

Numru ta’ impriżi mqassma skond l-istatus legali

 

11 11 4

Numru ta’ impriżi mqassma skond ir-residenza ta’ l-impriża ewlenija

 

11 11 6

Numru ta’ impriżi mqassma skond il-klassijiet tad-daqs tat-total tal-karta tal-bilanċi

 

11 11 7

Numru ta’ impriżi mqassma skond il-kategorija ta’ l-istituzzjonijiet ta’ krediti

 

11 21 0

Numru ta’ unitajiet lokali

 

11 41 1

In-numru globali ta’ fergħat imqassma skond il-post f’ pajjiżi mhux fiż-ŻEE

 

11 51 0

In-numru globali ta’ sussidjarji finanzjarji mqassma skond il-post fil- pajjiżi l-oħrajn

 

Data dwar il-kontijiet: kont tal-qligħ u t-telf

42 11 0

Interess riċevibbli u dħul simili

 

42 11 1

Interess riċevibbli u dħul simili minn sigurtajiet tad-dħul fiss

 

42 12 1

Interess pagabbli u tariffi simili konnessi mas-sigurtajiet tad-dejn maħruġa

 

12 12 0

Valur tal-produzzjoni

 

13 11 0

Xiri totali ta’ beni u servizzi

 

13 31 0

Spejjeż tal-ħaddiema

 

12 14 0

Valur miżjud bi prezzijiet bażiċi

Mhux obbligatorju

12 15 0

Valur miżjud fil-fattur ta’ l-ispiża

 

15 11 0

Investiment gross f’ beni tanġibbli

 

Data dwar il-kontijiet: karta tal-bilanċi

43 30 0

Totali tal-karta tal-bilanċi (CI)

 

43 31 0

Totali tal-karta tal-bilanċi imqassam skond ir-residenza ta’ l-impriża ewlenija

 

43 32 0

Totali tal-karta tal-bilanċi imqassam skond status legali

 

Data skond il-prodott

44 11 0

Interess riċevibbli u dħul simili mqassam skond is-(sub)kategoriji ta’ CPA

Mhux obbligatorju

44 12 0

Interess pagabbli u tariffi simili mqassma skond is-(sub)kategoriji ta’ CPA

Mhux obbligatorju

44 13 0

Kommissjonijiet riċevibbli mqassma skond is-(sub)kategoriji ta’ CPA

Mhux obbligatorju

44 14 0

Kommissjonijiet pagabbli mqassma skond is-(sub)kategoriji ta’ CPA

Mhux obbligatorju

Data dwar is-suq intern u l-internazzjonalizzazzjoni

45 11 0

Analiżi dettaljata ġeografika tan-numru globali ta’ fergħat taż-ŻEE

 

45 21 0

Analiżi dettaljata ġeografika ta’ l-interess riċevibbli u dħul simili

 

45 22 0

Analiżi dettaljata ġeografika tat-total tal-karta tal-bilanċi

 

45 31 0

Analiżi dettaljata ġeografika ta’ l-interess riċevibbli u dħul simili permezz tal-libertà ta’ provvista tas-servizzi għan-negozju (fil-pajjiżi l-oħrajn taż-ŻEE)

Mhux obbligatorju

45 41 0

Analiżi dettaljata ġeografika ta’ l-interess riċevibbli u dħul simili permezz tan-negozju tal-fergħa (fil-pajjiżi mhux fil-ŻEE)

Mhux obbligatorju

45 42 0

Analiżi dettaljata ġeografika ta’ l-interess riċevibbli u dħul simili permezz tal-libertà ta’ provvista tas-servizzi għan-negozju (fil-pajjiżi mhux fil-ŻEE)

Mhux obbligatorju

Data dwar l-impiegi

16 11 0

Numru ta’ persuni impjegati

 

16 11 1

Numbru ta’ persuni impjegati mqassma skond il-kategorija ta’ l-istituzzjonijiet ta’ krediti

 

16 11 2

Numru ta’ nisa impjegati

 

16 13 0

Numru ta’ impjegati

 

16 13 6

Numru ta’ impjegati nisa

 

16 14 0

Numru ta’ impjegati f’unitajiet ekwivalenti full-time

 

Data residwa

47 11 0

Numru tal-kontijiet imqassma skond is-(sub)kategoriji tas-CPA

Mhux obbligatorju

47 12 0

Numru ta’ lowns u avvanzi lill-klijenti mqassma skond is-(sub)kategoriji tas-CPA

Mhux obbligatorju

47 13 0

Numru ta’ automatic teller machines (ATM) proprjetà ta’ l-istituzzjonijiet kreditarji

 

(d) karatteristiċi li għalihom għandha tinġabar statistika ►M3  pluriennali ◄ reġjonali:



Kodiċi

Titolu

Kumment

Data strutturali

11 21 0

Numru ta’ unitajiet lokali

 

Data dwar il-kontijiet

13 32 0

Pagi u salarji

Mhux obbligatorju

Data dwar l-impiegi

16 11 0

Numru ta’ persuni impjegati

 

▼M3

TAQSIMA 5

L-ewwel sena ta' referenza

L-ewwel sena ta' referenza li għaliha tiġi kkumpilata statistika għall-karatteristiċi elenkati fit-Taqsima 4 hija s-sena kalendarja tal-2008.

▼B

TAQSIMA 6

Produzzjoni tar-riżultati

1. Ir-riżultati għandhom jinqassmu fil-klassijiet segwenti tan-NACE Rev. 2: 64.19 u 64.92, separatament.

2. Ir-riżultati ta’ l-istatistika reġjonali għandhom jinqassmu għal-livell ta’ erba’ figuri (klassijiet) tan-NACE Rev. 2 u l-livell 1 tan- NUTS.

TAQSIMA 7

Trażmissjoni tar-riżultati

Id-dewmien tat-trażmissjoni tar-riżultati għandu jiġi deċiż skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju imsemmija fl-Artikolu 12(3). Mhux se jkun itwal minn 10 xhur minn tmiem is-sena ta’ referenza.

TAQSIMA 8

Kumitat għall-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Ħlasijiet

Il-Kummissjoni se tinforma lill-Kumitat għall-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Ħlasijiet stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/856/KE ( 21 ) dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-modulu u dwar il-miżuri kollha għall-aġġustament għall-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi dwar il-ġbir u l-ipproċcessar statistiku ta’ l-informazzjoni, l-ipproċessar u t-trażmissjoni tar-riżultati.

TAQSIMA 9

Studji pilota

1. Għall-attivitajiet koperti b’dan l-Anness, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-istudji pilota li ġejjin li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri:

(a) informazzjoni dwar derivativi u oġġetti mhux fuq il-karta tal-bilanċi;

(b) informazzjoni dwar in-networks tad-distribuzzjoni;

(ċ) informazzjoni meħtieġa għall-analiżi dettaljata tat-tranżazzjonijiet ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu skond il-prezzijiet u l-volumi.

2. L-istudji pilota għandhom isiru sabiex tiġi evalwata r-rilevanza u l-fattibilità tal-ksib tad-data, filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji tad-disponibbilità tad-data f’rabta ma’ l-ispejjeż tal-ġbir u l-piż fuq in-negozju.

TAQSIMA 10

Perjodu tranżitorju

Ma jistax jingħata perjodu tranżitorju.




ANNESS VII

MODULU DETTALJAT DWAR STATISTIKA STRUTTURALI GĦALL-FONDI TAL-PENSJONIJIET

TAQSIMA 1

Għan

L-għan ta’ dan l-Anness huwa li jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-valutazzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja dwar l-istruttura, l-attività, il-kompetitività u r-rendiment tas-settur tal-fondi tal-pensjonijiet. Dan il-modulu jinkludi lista dettaljata tal-karatteristiċi li dwarhom għandha tiġi kumpilata l-istatistika sabiex jittejjeb l-għarfien dwar l-iżvilupp nazzjonali, Komunitarju u internazzjonali tas-settur tal-fondi tal-pensjonijiet.

TAQSIMA 2

Kamp ta’ applikazzjoni

L-istatistika li għandha tinġabar għandha tirrelata ma’ l-oqsma msemmija fl- Artikolu 1 (a), (b) u (c), u b’mod partikolari għal:

 l-analiżi dettaljata ta’ l-istruttura, l-attività, il-kompetitività u r-rendiment tal-fondi tal-pensjonijiet;

 iżvilupp u d-distribuzzjoni tan-negozju globali, l-użanzi tal-membri tal-fondi tal-pensjonijiet, l-attivitajiet internazzjonali, l-impieg, l-investimenti u l-obbligazzjonijiet.

TAQSIMA 3

Kopertura

1. L-istatistika għandha tiġi kkumpilata għall-attivitajiet kollha li huma fl-ambitu tal-grupp 65.3 tan-NACE Rev. 2. Dan il-grupp ikopri l-attivitajiet tal-fondi tal-pensjonijiet awtonomi.

2. Għandha tiġi kkumpilata statistika għall-impriżi li jkollhom il-fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi li jitwettqu bħala attivitajiet anċillari.

TAQSIMA 4

Karatteristiċi

1. Il-lista ta’ karatteristiċi elenkati hawn taħt tindika, meta huwa rilevanti, it-tip ta’ l-unità statistika li għaliha għandha tiġi kkumpilata l-istatistika. Il-karatteristiċi fil-korsiv huma inklużi wkoll fil-listi fil-tal-moduli komuni kif definit fl- Anness I. Meta l-karatteristiċi jiġu direttament mill-kontijiet annwali, is-snin tal-kontijiet li jintemmu fis-sena ta’ riferenza għandhom jiġu assimilati mas-sena ta’ riferenza msemmija.

2. Il-karatteristiċi demografiċi u ta’ l-impriżi li għalihom għandha tinġabar l-istatistika ►M3  pluriennali ◄ (għall-impriżi b’fondi tal-pensjonijiet awtonomi biss):



Kodiċi

Titolu

Kumment

Data strutturali

11 11 0

Numru ta’ impriżi

 

11 11 8

Numru ta’ impriżi mqassma skond id-daqs ta’ l-investimenti

 

11 11 9

Numru ta’ impriżi mqassma skond il-klassijiet tad-daqsijiet tal-membri

 

11 61 0

Numru ta’ skemi tal-pensjonijiet

Mhux obbligatorju

Data tal-kontijiet: il-kont tal-qligħ u t-telf (dħul u spejjeż)

12 11 0

Fatturat

 

48 00 1

Il-kontribuzzjonijiet tal-pensjonijiet riċevibbli mill-membri

 

48 00 2

Il-kontribuzzjonijiet tal-pensjonijiet riċevibbli minn min iħaddem

 

48 00 3

Trasferimenti ‘l ġewwa

 

48 00 4

Il-kontribuzzjonijiet oħrajn tal-pensjonijiet

 

48 00 5

Kontribuzzjonijiet tal-pensjonijiet għal skemi definiti ta’ benefiċċji

 

48 00 6

Kontribuzzjonijiet tal-pensjonijiet għal skemi ddefiniti ta’ kontribuzzjonijiet

 

48 00 7

Kontribuzzjonijiet tal-pensjonijiet għal skemi amalgamati

 

48 01 0

Dħul mill-investiment (PF)

 

48 01 1

Dħul u telf kapitali

 

48 02 1

Talbiet ta’ l-assigurazzjoni riċevibbli

 

48 02 2

Dħul ieħor (PF)

 

12 12 0

Valur tal-produzzjoni

 

12 14 0

Valur miżjud bi prezzijiet bażiċi

Mhux obbligatorju

12 15 0

Valur miżjud bil-prezzi tal-fatturi

 

48 03 0

Spejjeż totali fuq pensjonijiet

 

48 03 1

Ħlasijiet regolari tal-pensjonijiet

 

48 03 2

Ħlasijiet ta’ pensjonijiet bħala somma sħiħa

 

48 03 3

Trasferimenti ‘l barra

 

48 04 0

Tibdil nett fid-dispożizzjonijiet tekniċi (riservi)

 

48 05 0

Premiums ta’ l-assigurazzjoni pagabbli

 

48 06 0

Spejjeż totali ta’ l-operazzjonijiet

 

13 11 0

Xiri totali ta’ beni u servizzi

 

13 31 0

Spejjeż tal-ħaddiema

 

15 11 0

Investiment totali f’ beni tanġibbli

 

48 07 0

Taxxi kollha

 

Data dwar il- karta ta’ bilanċ: assi

48 11 0

Art u bini (PF)

 

48 12 0

Investimenti f’ intrapriżi affiljati u interessi parteċipanti (PF)

 

48 13 0

Ishma u sigurtajiet oħra bi produzzjoni varjabbli

 

48 13 1

Ishma nnegozjati f’suq regolat

 

48 13 2

Ishma negozjati f’suq regolat speċjalizzat f’ IŻM

 

48 13 3

Ishma mhux negozjati pubblikament

 

48 13 4

Sigurtajiet oħra bi produzzjoni varjabbli

 

48 14 0

Unitajiet f’ impriżi għall-investiment kollettiv f’sigurtajiet trasferibbli

 

48 15 0

Sigurtajiet fid-djun u sigurtajiet oħrajn ta’ dħul fiss

 

48 15 1

Sigurtajiet fid-djun u sigurtajiet oħrajn ta’ dħul fiss maħruġa minn amministrazzjonijiet pubbliċi

Mhux obbligatorju

48 15 2

Sigurtajiet fid-djun oħrajn u sigurtajiet oħrajn ta’ dħul fiss

Mhux obbligatorju

48 16 0

Parteċipazzjoni fi ġbir ta’ investiment (PF)

 

48 17 0

Self garantit minn ipoteki u self ieħor mhux kopert band’ oħra

 

48 18 0

Investimenti oħrajn

 

48 10 0

Investimenti totali ta’ fondi tal-pensjonijiet

 

48 10 1

Investimenti totali investiti fl-“intrapriżi li jagħtu sponsorship”

 

48 10 4

Investimenti totali bil-valur tas-suq

 

48 20 0

Assi oħrajn

 

Data dwar il-karta tal-bilanċi: obbligazzjonijiet

48 30 0

Kapital u riservi

 

48 40 0

Disposizzjonijiet netti tekniċi (PF)

 

48 50 0

Obbligazzjonijiet oħrajn

 

Data dwar is-suq intern u l-internazzjonalizzazzjoni

48 61 0

Analiżi dettaljata ġeografika tal-valur tal-bejgħ

 

48 62 0

Ishma u sigurtajiet oħra bi produzzjoni varjabbli imqassma skond il-lokalità

Mhux obbligatorju

48 63 0

Investimenti totali mqassma skond il-lokalità

Mhux obbligatorju

48 64 0

Investimenti totali mqassma f’komponenti euro u mhux euro

 

Data dwar l-impiegi

16 11 0

Numru ta’ persuni impjegati

 

Data residwa

48 70 0

Numru ta’ membri

 

48 70 1

Numru ta’ membri ta’ skemi ta’ benefiċċji definiti

 

48 70 2

Numru ta’ membri ta’ skemi ta’ kontribuzzjonijiet definiti

 

48 70 3

Numru ta’ membri ta’ skemi amalgamati

 

48 70 4

Numru ta’ membri attivi

 

48 70 5

Numru ta’ membri differiti

 

48 70 6

Numru ta’ persuni rtirati

 

3. Karatteristiċi ta’ l-intrapriżi li għalihom għandha tiġi kkumpilata statistika ►M3  pluriennali ◄ (għal intrapriżi b’ fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi biss):



Kodiċi

Titolu

Kumment

Data strutturali

11 15 0

Numru ta’ intrapriżi b’ fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi

 

Data dwar il-kontijiet: il-kont tal-qligħ u t-telf (dħul u spejjeż)

48 08 0

Valur tal-bejgħ tal-fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi

Mhux obbligatorju

▼M3

TAQSIMA 5

L-ewwel sena ta' referenza

L-ewwel sena ta' referenza li għaliha tiġi kkumpilata statistika għall-karatteristiċi elenkati fit-Taqsima 4 hija s-sena kalendarja tal-2008.

▼B

TAQSIMA 6

Produzzjoni tar-riżultati

1. Ir-riżultati tal-karatteristiċi elenkati fit-Taqsima 4, paragrafu 2, għandhom jinqasmu skond il-livell ta’ erba’ figuri (klassi) tan-NACE Rev. 2.

2. Ir-riżultati tal-karatteristiċi elenkati fit-Taqsima 4, paragrafu 3, għandhom jinqasmu skond il-livell tat-taqsimiet tan-NACE Rev. 2.

TAQSIMA 7

Trażmissjoni tar-riżultati

Ir-riżultati għandhom jiġu trażmessi fi żmien 12-il xahar mill-aħħar tas-sena ta’ riferenza.

TAQSIMA 8

Kumitat Ewropew ta’ l-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol

Il-Kummissjoni se tinforma lill-Kumitat Ewropew ta’ l-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-modulu u dwar il-miżuri kollha għal aġġustament ta’ żviluppi ekonomiċi u tekniċi li jikkonċernaw il-ġbir u l-ipproċessar statistiku tad-data u l-ipproċessar u t-trażmissjoni tar-riżultati.

TAQSIMA 9

Studji pilota

Għall-attivitajiet koperti b’dan l-Anness, il-Kummissjoni se tagħmel l-istudji pilota li ġejjin li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri:

1. Informazzjoni aktar dettaljata dwar l-attivitajiet li jaqsmu l-fruntieri dwar il-fondi tal-pensjonijiet:



Kodiċi

Titolu

Data strutturali

11 71 0

Numru ta’ intrapriżi b’membri f’pajjiżi oħrajn ta’ l-AEE

11 72 0

Numru ta’ intrapriżi b’ membri attivi f’pajjiżi oħrajn ta’ l-AEE

Data dwar is-suq intern u l-internazzjonalizzazzjoni

48 65 0

Analiżi dettaljata ġeografika tan-numru ta’ membri skond is-sess

48 65 1

Analiżi dettaljata ġeografika tan-numru ta’ membri ta’ skemi ta’ benefiċċji definiti

48 65 2

Analiżi dettaljata ġeografika tan-numru ta’ membri ta’ skemi ta’ kontribuzzjonijiet definiti

48 65 3

Analiżi dettaljata ġeografika tan-numru ta’ membri ta’ skemi ibridi

48 65 4

Analiżi dettaljata ġeografika tan-numru ta’ membri attivi

48 65 5

Analiżi dettaljata ġeografika tan-numru ta’ membri differiti

48 65 6

Analiżi dettaljata ġeografika tan-numru ta’ persuni rtirati

48 65 7

Analiżi dettaljata ġeografika tan-numru ta’ persuni li jirċievu pensjoni derivata.

Data residwa

48 70 7

Numru ta’ membri nisa

2.  Data addizzjonali dwar fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi:



Kodiċi

Titolu

Data strutturali

11 15 1

Numru ta’ intrapriżi b’ fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi mqassma skond il-klassijiet tad-daqsijiet tal-membri

Data dwar il-karta tal-bilanċi: obbligazzjonijiet

48 40 1

Disposizzjonijiet tekniċi netti ta’ fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi

Data residwa

48 72 0

Numru ta’ membri ta’ fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi

Data dwar is-suq intern u l-internazzjonalizzazzjoni

48 66 1

Analiżi dettaljata ġeografika tan-numru ta’ membri attivi ta’ fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi

48 66 2

Analiżi dettaljata ġeografika tan-numru ta’ membri differiti ta’ fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi

48 66 3

Analiżi dettaljata ġeografika ta’ numru ta’ persuni rtirati li jirċievu pensjoni ta’ fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi

48 66 4

Analiżi dettaljata ġeografika ta’ numru ta’ persuni li jirċievi pensjoni derivata ta’ fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi

Data tal-kontijiet: il-kont tal-qligħ u t-telf (dħul u spejjeż)

48 09 0

Ħlasijiet ta’ pensjonijiet minn fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi

3. Informazzjoni dwar derivativi u oġġetti mhux fuq il-karta tal-bilanċi.

L-istudji pilota se jitwettqu sabiex jiġu stmati r-rilevanza u l-valur ta’ l-akkwist ta’ l-informazzjoni, meta jkunu kunsidrati l-benefiċċji tad-disponibbilità ta’ l-informazzjoni f’rabta ma’ l-ispejjeż tal-ġbir u l-piż fuq in-negozju.

TAQSIMA 10

Perjodu tranżitorju

Ma jistax jingħata perjodu tranżitorju.




ANNESS VIII

MODULU DETTALJAT GĦALL-ISTATISTIKA STRUTTURALI DWAR IS-SERVIZZI GĦAN-NEGOZJU

TAQSIMA 1

Għan

L-għan ta’ dan l-Anness huwa li jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-evalwazzjoni ta’ statistika tal-Komunità dwar l-istruttura, l-attività, il-kompettitività u r-riżultati fis-settur tas-servizzi għan-negozju.

TAQSIMA 2

Kamp ta’ applikazzjoni

L-istatistika li għandha tkun ikkumpilata għandha tirrelata ma’ l-oqsma msemmijin fl-Artikolu 1(a) sa (d) u (f), b’mod partikolari ma’ lista ta’ karatteristiċi għal analiżi dettaljata ta’ l-istruttura, l-attività, il-kompetittività u t-twettiq tas-servizzi tan-negozju.

TAQSIMA 3

Kopertura

L-istatistika għandha tiġi kkumpilata għall-attivitajiet kollha taħt il-kopertura tad-diviżjonijiet 62, 69, 71, 73, u 78, u tal-gruppi 58.2, 63.1, 70.2 ta’ NACE REV. 2. Dawn is-setturi jkopru parti mill-attivitajiet ta’ Pubblikazzjoni, l-attivitajiet ta’ servizzi tat-teknoloġija ta’ l-informatika, parti mill-attivitajiet ta’ servizzi ta’ informazzjoni u attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi u attivitajiet marbuta ma’ l-impjiegi. L-istatistika f’dan il-modulu tirreferi għall-popolazzjoni ta’ l-impriżi kollha b’20 persuna impjegata jew aktar li l-attività prinċipali tagħhom hija kklassifikata fid-diviżjonijiet u l-gruppi ta’ hawn fuq. Mhux qabel l-2011, il-Kummissjoni tista’ tistitwixxi studju fuq il-ħtieġa u l-possibbiltà li jinbidel il-limitu t’isfel tal-popolazzjoni ta’ referenza. Abbażi ta’ studju bħal dan, miżuri li jimmodifikaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament rigward it-tibdil tal-limitu t’isfel se jkunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12 (3).

TAQSIMA 4

Karatteristiċi

1. Il-lista ta’ karatteristiċi u statistika stabbilita hawn taħt tindika l-istatistika li trid tiġi kkumpilata bi frekwenza annwali jew bijennali. L-istatisika u l-karatteristiċi indikati bil-korsiv huma inklużi wkoll fil-listi tal-modulu komuni definit fl-Anness I.

2. Karatteristiċi li għalihom trid tiġi kkumpilata statistika annwali għall-impriżi fid-diviżjonijiet 62 u 78 u l-gruppi 58.2, 63.1,73.1 tan-NACE Rev. 2:



Kodiċi

Titolu

Kumment

Data strutturali

11 11 0

Numru ta’ impriżi

 

Analiżi dettaljata skond in-negozju ġenerali skond it-tip tal-prodott

12 11 0

Analiżi dettaljata tad-dħul skond il-prodott (skond is-CPA)

Din l-analiżi tal-prodott se tkun determinata b’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12 (3).

Informazzjoni dwar ir-residenza tal-klijent

12 11 0

Fatturat skond ir-residenza tal-klijent, b’mod speċifiku:

Resident

Mhux resident, li minnhom

— Intra-UE

— Extra-UE

 

3. Karatteristiċi li għalihom statistika bijennali għandha tiġi kkumpilata għall-impriżi fil-gruppi 69.1, 69.2, 70.2, 71.1 u 71.2 u 73.2 tan-NACE Rev. 2:



Kodiċi

Titolu

Kumment

Data strutturali

11 11 0

Numru ta’ impriżi

 

Analiżi dettaljata tal-fatturat skond it-tip tal-prodott

12 11 0

Analiżi dettaljata tal-fatturat skond il-prodott (skond is-CPA)

Din l-analiżi tal-prodott għandha tkun determinata b’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12 (3).

Data dwar ir-residenza tal-klijent

12 11 0

Fatturat skond ir-residenza tal-klijent, b’mod speċifiku:

Resident

Mhux resident, li minnhom

— Intra-UE

— Extra-UE

 

TAQSIMA 5

L-ewwel sena ta’ riferenza

L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha l-istatistika annwali dwar l-attivitajiet koperti mid-diviżjonijiet 62 u 78 u l-gruppi 58.2, 63.1 u 73.1 tan-NACE Rev. 2 u li għaliha l-istatistika bijennali koperta mill-gruppi 69.1, 69.2 u 70.2 tan-NACE Rev. 2 għandhom jiġu kkumpilati hija l-2008. L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha l-istatistika bijennali dwar l-attivitajiet koperti mill-gruppi, 71.1, 71.2 u 73.2 tan-NACE Rev. 2, għandha tiġi kkumpilata hija l-2009.

TAQSIMA 6

Produzzjoni tar-riżultati

1. Sabiex l-istatistika tal-Komunità tkun tista’ tiġi kkumpilata, l-Istati Membri jridu jipproduċu riżultati nazzjonali komponenti maqsuma skond id-diviżjonijiet 62 u 78 u l-gruppi 58.2, 63.1, 69.1, 69.2, 70.2, 71.1, 71.2, 73.1 u 73.2 tan-NACE Rev. 2:

2. Ir-riżultati dwar il-fatturat iridu wkoll jinqassmu skond il-prodott u r-residenza tal-klijent għad-diviżjoni 62 u 78 u gruppi 58.2, 63.1, 69.1, 69.2, 70.2, 71.1, 71.2, 73.1 u 73.2 tan-NACE Rev. 2.

TAQSIMA 7

Trażmissjoni tar-riżultati

Ir-riżultati għandhom ikunu trażmessi fi żmien 18-il xahar mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza.

TAQSIMA 8

Perjodu tranżitorju

Għall-iskopijiet tal-modulu dettaljat definit f’dan l-Anness, il-perjodu ta’ tranżizzjoni m’għandux jestendi għal aktar minn tliet snin wara l-ewwel snin ta’ referenza kif indikat fit-Taqsima 5 għall-kumpilazzjoni ta’ l-istatistika indikata fit-Taqsima 4.




ANNESS IX

MODULU DETTALJAT GĦALL-ISTATISTIKA STRUTTURALI DWAR IS-SERVIZZI GĦAN-NEGOZJU

TAQSIMA 1

Għan

L-għan ta’ dan l-Anness hu li jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-valutazzjoni ta’ statistika tal-Komunità dwar id-demografija tan-negozju.

TAQSIMA 2

Kamp ta’ applikazzjoni

L-istatistika li għandha tkun ikkumpilata għandha tirrelata ma’ l-oqsma msemmijin fl-Artikolu 1(a) sa (f), b’mod partikolari ma’ lista ta’ karatteristiċi għal analiżi fid-dettall tal-popolazzjoni ta’ impriżi attivi, twelid ta’ impriżi, imwiet ta’ impriżi u s-sopravivenza ta’ impriżi m’ilhomx mwielda u l-effetti relatati fuq l-istruttura, l-attività u l-evoluzzjoni tal-popolazzjoni tan-negozju.

TAQSIMA 3

Kopertura

1. L-istatistika għandha tiġi kkumpilata għall-attivitajiet elenkati fis-Sezzjoni 10.

2. Għandhom isiru studji pilota għall-unità statistika, l-attivitajiet u l-eventi demografiċi elenkati fit-Taqsima 12.

TAQSIMA 4

Definizzjonijiet

Għall-għan ta’ dan l-anness, tapplika d-definizzjoni li ġejja:

 “perjodu ta’ referenza” għandu jfisser is-sena li fiha jiġu osservati popolazzjonijiet ta’ impriżi attivi, twelid ta’ impriżi, imwiet ta’ impriżi u sopravivenzi ta’ impriżi. Issir referenza għalih bħala “t” f’Taqsima 5.

TAQSIMA 5

Karatteristiċi

1. Statistika demografika annwali bl-użu ta’ l-impriża bħala unità statistika għandha tiġi kkumpilata għall-karatteristiċi li ġejjin:



Kodiċi

Titolu

Data strutturali

11 91 0

Popolazzjoni ta’ impriżi attivi f’t

11 92 0

Numru ta’ twelid ta’ impriżi f’t

11 93 0

Numru ta’ imwiet ta’ impriżi f’t

11 94 1

Numru ta’ impriżi m’ilhomx imwielda f’t-1 li baqgħu ħajjin f’t

11 94 2

Numru ta’ impriżi m’ilhomx imwielda f’t-2 li baqgħu ħajjin f’t

11 94 3

Numru ta’ impriżi m’ilhomx imwielda f’t-3 li baqgħu ħajjin f’t

11 94 4

Numru ta’ impriżi m’ilhomx imwielda f’t-4 li baqgħu ħajjin f’t

11 94 5

Numru ta’ impriżi m’ilhomx imwielda f’t-5 li baqgħu ħajjin f’t

▼M3

11 01 0

Popolazzjoni ta' intrapriżi attivi li għandhom tal-anqas impjegat wieħed f't

11 02 0

Numru ta' intrapriżi attivi li għandhom l-ewwel impjegat f't

11 03 0

Numru ta' intrapriżi li ma jkun għad għandhom l-ebda impjegat fi kwalunkwe ħin f't

11 04 1

Numru ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 1 u li kellhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

11 04 2

Numru ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 2 u li kellhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

11 04 3

Numru ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 3 u li kellhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

11 04 4

Numru ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 4 u li kellhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

11 04 5

Numru ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 5 u li kellhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

11 96 0

Numru ta' intrapriżi ta' tkabbir għoli mkejjel skont l-impjiegi f't

▼B

2. Karatteristiċi ta’ impriżi għall-popolazzjonijiet ta’ impriżi attivi, twelid ta’ impriżi, imwiet ta’ impriżi u sopravivenza ta’ impriżi li għalihom għandha tiġi kkumpilata statistika annwali:



Kodiċi

Titolu

Data dwar l-impiegi

16 91 0

Numru ta’ persuni impjegati fil-popolazzjoni ta’ impriżi attivi f’t

16 91 1

Numru ta’ impjegati fil-popolazzjoni ta’ impriżi attivi f’t

16 92 0

Numru ta’ persuni impjegati fil-popolazzjoni ta’ twelid f’t

16 92 1

Numru ta’ impjegati fil-popolazzjoni ta’ twelid ta’ impriżi f’t

16 93 0

Numru ta’ persuni impjegati fil-popolazzjoni ta’ imwiet f’t

16 93 1

Numru ta’ impjegati fil-popolazzjoni ta’ imwiet ta’ impriżi f’t

16 94 1

Numru ta’ persuni impjegati fil-popolazzjoni ta’ impriżi m’ilhomx imwielda f’t-1 li baqgħu ħajjin f’t

16 94 2

Numru ta’ persuni impjegati fil-popolazzjoni ta’ impriżi m’ilhomx imwielda f’t-2 li baqgħu ħajjin f’t

16 94 3

Numru ta’ persuni impjegati fil-popolazzjoni ta’ impriżi m’ilhomx imwielda f’t-3 li baqgħu ħajjin f’t

16 94 4

Numru ta’ persuni impjegati fil-popolazzjoni ta’ impriżi m’ilhomx imwielda f’t-4 li baqgħu ħajjin f’t

16 94 5

Numru ta’ persuni impjegati fil-popolazzjoni ta’ impriżi m’ilhomx imwielda f’t-5 li baqgħu ħajjin f’t

16 95 1

Numru ta’ persuni impjegati fis-sena ta’ twelid fil-popolazzjoni ta’ impriżi m’ilhomx imwielda f’t-1 li baqgħu ħajjin f’t

16 95 2

Numru ta’ persuni impjegati fis-sena ta’ twelid fil-popolazzjoni ta’ impriżi m’ilhomx imwielda f’t-2 li baqgħu ħajjin f’t

16 95 3

Numru ta’ persuni impjegati fis-sena ta’ twelid fil-popolazzjoni ta’ impriżi m’ilhomx imwielda f’t-3 li baqgħu ħajjin f’t

16 95 4

Numru ta’ persuni impjegati fis-sena ta’ twelid fil-popolazzjoni ta’ impriżi m’ilhomx imwielda f’t-4 li baqgħu ħajjin f’t

16 95 5

Numru ta’ persuni impjegati fis-sena ta’ twelid fil-popolazzjoni ta’ impriżi m’ilhomx imwielda f’t-5 li baqgħu ħajjin f’t

▼M3

16 01 0

Numru ta' persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi attivi li għandhom tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

16 01 1

Numru ta' impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi attivi li għandhom tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

16 02 0

Numru ta' persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li għandhom l-ewwel impjegat f't

16 02 1

Numru ta' impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li għandhom l-ewwel impjegat f't

16 03 0

Numru ta' persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li ma jkun għad għandhom l-ebda impjegat fi kwalunkwe ħin f't

16 03 1

Numru ta' impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li ma jkun għad għandhom l-ebda impjegat fi kwalunkwe ħin f't

16 04 1

Numru ta'persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 1 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

16 04 2

Numru ta'persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 2 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

16 04 3

Numru ta'persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 3 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

16 04 4

Numru ta'persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 4 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

16 04 5

Numru ta'persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 5 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

16 05 1

Numru ta'persuni impjegati f't – 1 fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 1 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

16 05 2

Numru ta'persuni impjegati f't – 2 fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 2 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

16 05 3

Numru ta'persuni impjegati f't – 3 fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 3 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

16 05 4

Numru ta'persuni impjegati f't – 4 fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 4 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

16 05 5

Numru ta'persuni impjegati f't – 5 fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 5 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

16 96 1

Numru ta' impjegati f'intrapriżi ta' tkabbir għoli mkejjel skont l-impjiegi f't

▼B

TAQSIMA 6

L-ewwel sena ta’ riferenza

L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha hija kkumpilata statistika annwali hija kif ġej:



Sena kalendarja

Kodiċi

2004

11 91 0, 11 92 0, 11 93 0, 16 91 0, 16 91 1, 16 92 0, 16 92 1, 16 93 0 u 16 93 1

2005

11 94 1, 16 94 1 u 16 95 1

2006

11 94 2, 16 94 2 u 16 95 2

2007

11 94 3, 16 94 3 u 16 95 3

2008

11 94 4, 16 94 4 u 16 95 4

2009

11 94 5, 16 94 5 u 16 95 5

TAQSIMA 7

Rapport dwar il-kwalità ta’ l-istatistika

L-Istati Membri se jippreżentaw rapporti ta’ kwalità li se juru l-komparabilità tal-karatteristiċi 11 91 0 u 16 91 0 mal-karatteristiċi 11 11 0 u 16 11 0 fl-Anness I u, jekk ikun meħtieġ, il-konformità tad-data mibgħuta mal-metodoloġija komuni kif stipulat fil-manwal tar-rakkomandazzjonijiet imsemmi fit-Taqsima 11.

TAQSIMA 8

Produzzjoni tar-riżultati

1. Ir-riżultati għandhom jiġu analizzati sal-livell tal-analiżi dettaljata ta’ l-attivitajiet elenkati fis-Sezzjoni 10.

2. Xi riżultati, li għandhom jiġu ddeterminati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12 (3), ukoll se jiġu maqsuma fi klassijiet tad-daqs sal-livell ta’ dettall elenkat fit-Taqsima 10, ħlief għat-Taqsimiet L, M u N tan-NACE Rev. 2, fejn l-analiżi dettaljata hija meħtieġa biss sal-livell tal-grupp.

3. Xi riżultati, li għandhom jiġu ddeterminati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12 (3), ukoll se jiġu maqsuma skond il-forma legali sal-livell ta’ dettall elenkat fit-Taqsima 10, ħlief għat-Taqsimiet L, M u N tan-NACE Rev. 2, fejn l-analiżi dettaljata hija meħtieġa biss sal-livell tal-grupp.

▼M3

TAQSIMA 9

Ir-riżultati preliminari għall-karatteristiċi marbuta mal-imwiet tal-intrapriżi (11 93 0, 16 93 0, 16 93 1) għandhom jiġu trażmessi fi żmien 18-il xahar minn tmiem is-sena kalendarja tal-perjodu ta' referenza. Ir-riżultati riveduti għal dawn il-karatteristiċi, wara l-konferma tal-imwiet tal-intrapriżi wara sentejn ta' nuqqas ta' attività, għandhom jiġu trażmessi fi żmien 30 xahar mill-istess perjodu ta' referenza.

Ir-riżultati preliminari għall-karatteristiċi 11 03 0, 16 03 0 u 16 03 1 għandhom jiġu trażmessi fi żmien 20 xahar minn tmiem is-sena kalendarja tal-perjodu ta' referenza. Ir-riżultati riveduti għal dawn il-karatteristiċi, wara l-konferma tal-istatus wara sentejn, għandhom jiġu trażmessi fi żmien 32 xahar mill-istess perjodu ta' referenza.

Ir-riżultati kollha l-oħra relatati mal-istatistiċi demografiċi annwali fuq l-intrapriżi b'tal-anqas impjegat wieħed għandhom jiġu trażmessi fi żmien 20 xahar minn tmiem il-perjodu ta' referenza.

Ir-riżultati preliminari għall-karatteristiċi marbuta ma' intrapriżi ta' tkabbir għoli mkejla skont l-impjiegi għandhom jiġu trażmessi fi żmien 12-il xahar wara tmiem il-perjodu ta' referenza.

Ir-riżultati għandhom ikunu trażmessi fi żmien 18-il xahar minn tmiem is-sena kalendarja tal-perjodu ta' referenza.

▼B

TAQSIMA 10

Analiżi ta’ l-attivitajiet

1. Għad-data għas-snin ta’ referenza 2004 sas-sena 2007 inkluża hija pprovduta l-analiżi li ġejja li tirreferi għall-klassifikazzjoni NACE Rev. 1.1:

Taqsima C

Xogħol tal-minjieri u xogħol tal-barrieri

Biex tkun tista’ tinġabar l-istatistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrażmettu riżultati nazzjonali f’komponenti mqassma skond il-livell tat-taqsima ta’ NACE Rev. 1.1.

Taqsima D

Manifattura

Biex tkun tista’ tinġabar l-istatistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrażmettu riżultati nazzjonali f’komponenti mqassma skond il-livell tas-subsezzjoni ta’ NACE Rev. 1.1

Taqsimiet E u F

Elettriku, gass u provvista ta’ l-ilma u l-kostruzzjoni

Biex tkun tista’ tinġabar l-istatistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrażmettu riżultati nazzjonali f’komponenti mqassma skond il-livell tat-taqsima ta’ NACE Rev. I

Taqsima G

Negozju bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-magna, muturi u oġġetti personali u tad-dar

Biex tkun tista’ tinġabar l-istatistika tal-Komunità, l-Istati Membri se jittrażmettu r-riżultati nazzjonali f’komponenti għall-kodiċi G, 50, 51, 52, 52.1, 52.2, 52.3 + 52.4 + 52.5, 52.6 u 52.7 ta’ l-NACE Rev.

Taqsima H

Lukandi u resturanti

Biex tkun tista’ tinġabar l-istatistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrażmettu r-riżultati nazzjonali f’komponenti għall-kodiċi 55, 55.1 + 55.2 u 55.3 + 55.4 + 55.5. ta’ l-NACE Rev. 1.1

Taqsima I

Trasport, ħażna u komunikazzjoni

Biex tkun tista’ tinġabar l-istatistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrażmettu r-riżultati nazzjonali f’komponenti għall-kodiċi I, 60, 61, 62, 63, 64, 64.1 u 64.2 ta’ l-NACE Rev. 1.1

Taqsima J

Intermedjazzjoni finanzjarja

Biex tkun tista’ tinġabar l-istatistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrażmettu riżultati nazzjonali f’komponenti mqassma skond il-livell tad-diviżjoni ta’ l-NACE Rev. 1.1.

Taqsima K

Bini u artijiet, kiri u attivitajiet tan-negozju

Il-klassi 74.15 ta’ l-NACE Rev 1.1 hija eskluża mill-ambitu ta’ dan l-Anness. Biex tkun tista’ tinġabar l-istatistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrażmettu riżultati nazzjonali f’komponenti mqassma skond il-livell tal-klassi ta’ l-NACE Rev. 1.1.

2. Id-data għas-sena ta’ referenza 2008 u ‘l quddiem se tiġi pprovduta bl-użu tal-analiżi dettaljata ta’ attivitajiet li ġejjin li jirreferru għall-klassifikazzjoni tan-NACE Rev. 2:

Taqsima B

Xogħol tal-minjieri u xogħol tal-barrieri

Biex tkun tista’ tinġabar statistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrażmettu riżultati nazzjonali komponenti maqsuma sal-livell ta’ taqsima tan-NACE Rev. 2.

Taqsima C

Manifattura

Biex tkun tista’ tinġabar statistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrasmettu riżultati nazzjonali komponenti għall-kodiċi C, 10 + 11 + 12, 13 + 14, 15, 16, 17 + 18, 19, 20 + 21, 22, 23, 24 + 25, 26 + 27, 28, 29 + 30, 31 + 32 u 33 tan-NACE Rev. 2.

Taqsimiet D, E u F

Provvista ta’ elettriku, gass, fwar u arja kkondizzjonata; provvista ta’ l-ilma, drenaġġ, immaniġġjar ta’ l-iskart u attivitajiet ta’ rimedjazzjoni; bini

Biex tkun tista’ tinġabar statistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrasmettu riżultati nazzjonali komponenti maqsuma sal-livell ta’ taqsima tan-NACE Rev. 2.

Taqsima G

Negozju bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi

Biex tkun tista’ tinġabar statistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrasmettu riżultati nazzjonali komponenti għall-kodiċi G, 45, 46, 47, 47.1, 47.2, 47.3, 47.4 + 47.5 + 47.6 + 47.7, u 48.8 + 48.9 tan-NACE Rev. 2.

Taqsimiet H u I

Trasportazzjoni u ħażna; attivitajiet ta’ akkomodazzjoni u ta’ servizz ta’ ikel

Biex tkun tista’ tinġabar statistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrasmettu riżultati nazzjonali komponenti maqsuma sal-livell ta’ diviżjoni tan-NACE Rev. 2.

Taqsima J

Informazzjoni u komunikazzjoni

Biex tkun tista’ tinġabar statistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrasmettu riżultati nazzjonali komponenti maqsuma sal-livell ta’ diviżjoni tan-NACE Rev. 2 u aktar ‘l isfel sal-livell ta’ klassi tan-NACE Rev. 2 fid-diviżjoni 62.

Taqsima K

Attivitajiet finanzjarji u ta’ assigurazzjoni

Il-grupp 64.2 tan-NACE Rev. 2 huwa eskluż mill-ambitu ta’ dan l-Anness. Biex tkun tista’ tinġabar statistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrasmettu riżultati nazzjonali komponenti maqsuma sal-livell ta’ diviżjoni tan-NACE Rev. 2.

Taqsimiet L, M u N

Attivitajiet ta’ l-artijiet u l-bini; attivitajiet ta’ servizz professjonali, xjentifiku u tekniku; attivitajiet ta’ servizz amministrattiv u ta’ appoġġ

Biex tkun tista’ tinġabar statistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrasmettu riżultati nazzjonali komponenti maqsuma sal-livell ta’ klassi tan-NACE Rev. 2.

Aggregati speċjali

Biex tiġi kkumpilata statistika tal-Komunità dwar id-demografija tan-negozju għas-settur Teknoloġiku ta’ l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni, se jiġu trażmessi numru ta’ aggregati speċjali tan-NACE Rev 2. Dawn l-aggregati se jkunu determinati b’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12 (3).

3.  Data dwar impriżi li għadhom kif twieldu fl-2004, fl-2005, fl-2006 u fl-2007 hija pprovduta skond it-tqassim tan-NACE Rev. 2 kif ukoll kif definit fil-paragrafu 2 ta’ din it-Taqsima. Dan jikkomprometti l-karatteristici 11 92 0, 16 92 0 u 16 92 1 għas-snin ta’ referenza ta’ hawn fuq. Dawn ir-riżultati għandhom jiġu pprovduti flimkien mad-data għas-sena ta’ referenza 2008.

TAQSIMA 11

Manwal ta’ rakkomandazzjonijiet

Il-Kummissjoni se tippubblika manwal ta’ rakkomandazzjonijiet f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri li fih gwida supplimentari li għandha x’ taqsam ma’ l-istatistika tal-Komunità prodotta skond dan l-Anness. Il-manwal ta’ rakkomandazzjonijiet għandu jiġi ppubblikat meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ.

TAQSIMA 12

Studji pilota

Għall-attivitajiet koperti b’dan l-Anness, il-Kummissjoni għandha tistabilixxi l-istudji pilota li ġejjin li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri.

 produzzjoni tad-data bl-użu ta’ l-unità lokali bħala l-unità statistika;

 produzzjoni ta’ data dwar eventi demografiċi għajr għal twelid ta’ impriżi, sopravivenzi u mwiet, u

 produzzjoni ta’ data dwar it-taqsimiet P, Q, R, S tan-NACE Rev. 2.

Jekk il-Kummissjoni, fuq il-bażi ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-istudji pilota dwar l-attivitajiet li mhumiex marbuta mas-suq fit-Taqsimiet M sa O ta’ l-NACE Rev. 1.1, tara li l-ħtieġa ta’ l-espansjoni tal-firxa attwali ta’ dan ir-Regolament, hija se tagħmel proposta skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat.

TAQSIMA 13

Perjodu tranżitorju

Għall-iskopijiet tal-modulu fid-dettall definit f’dan l-Anness, il-perjodu tranżitorju mhux se jestendi għal aktar minn erba’ snin wara l-ewwel snin ta’ referenza għall-kumpilazzjoni ta’ l-istatistika indikata fit-Taqsima 6.




ANNESS X

REGOLAMENT MĦASSRA U EMENDI SUĊĊESSIVI

Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 58/97 (ĠU L 14, 17.1.1997, p. 1)

Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 410/98 (ĠU L 52, 21.2.1998, p. 1)

Artikolu 1 Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1614/2002 (ĠU L 244, 12.9.2002, p. 7)

Regolament (KE) Nru 2056/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 317, 21.11.2002, p. 1)

Punt 69 ta’ l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1)

Artikoli 11 u 20 u Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1)




ANNESS XI

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI



Regolament (KE, Euratom) Nru 58/97

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 1

Artikolu 3

Artikolu 2

Artikolu 4, paragrafu 1

Artikolu 3, paragrafu 1

Artikolu 4, paragrafu 2

Artikolu 3, paragrafu 3

Artikolu 5

Artikolu 3, paragrafu 2

Artikolu 3, paragrafu 4

Artikolu 4

Artikolu 6

Artikolu 5

Artikolu 7,

Artikolu 6,

Artikolu 8

Artikolu 7

Artikolu 9

Artikolu 8, paragrafi 1, 2

Artikolu 8, paragrafu 3

Artikolu 10

Artikolu 9

Artikolu 11

Artikolu 10

Artikolu 12, paragrafi (i) sa (x)

Artikolu 11, paragrafu 1

Artikolu 11, paragrafu 2

Artikolu 13

Artikolu 12

Artikolu 14

Artikolu 13

Artikolu 15

Artikolu 14

Artikolu 16

Artikolu 15

Anness 1, Taqsimiet 1-9

Anness I, Taqsimiet 1-9

Anness 1, Taqsima 10, paragrafu 1 u paragrafu 2

Anness I, Taqsima 10, paragrafu 1 u paragrafu 2, bit-tħassir

Anness 1, Taqsima 10, paragrafi 3 u 4

Anness 1, Taqsima 11

Anness I, Taqsima 11

Anness 2

Anness II

Anness 3, Taqsimiet 1-8

Anness III, Taqsimiet 1-8

Anness 3, Taqsima 9

Anness 3, Taqsima 10

Anness III, Taqsima 9

Anness 4, Taqsimiet 1-8

Anness IV, Taqsimiet 1-8

Anness 4, Taqsima 9

Anness 4, Taqsima 10

Anness IV, Taqsima 9

Anness V

Anness VI

Anness VII

Anness VIII

Anness IX

Anness X

Anness XI



( 1 ) ĠU C 318, 23.12.2006, p. 78.

( 2 ) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Marzu 2007 (ĠU C 27 E, 31.1.2008, p. 139) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Frar 2008.

( 3 ) ĠU L 14, 17.1.1997, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

( 4 ) Ara l-Anness X.

( 5 ) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 787/2004/KE (ĠU L 138, 30.4.2004, p. 12.)

( 6 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, l-Evalwazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) u li stabilixxa Aġenzija Ewropea tal-Kimiċi (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1); ikkoreġuta bil-verżjoni fil-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3). Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1354/2007 (ĠU L 304, 22.11.2007, p. 1).

( 7 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

( 8 ) ĠU L 76, 30.3.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

( 9 ) ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

( 10 ) ĠU L 151, 15.6.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

( 11 ) ĠU L 196, 5.8.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

( 12 ) ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

( 13 ) ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.

( 14 ) ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 105/2007 (ĠU L 39, 10.2.2007, p. 1).

( 15 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1991 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni (ĠU L 374, 31.12.1991, p. 7). Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/46/KE (ĠU L 224, 16.8.2006, p. 1).

( 16 ) L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju ta’ l-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3). Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/68KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1).

( 17 ) Id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 rigward l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1). Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1).

( 18 ) ĠU L 3, 7.1.2004, p. 34.

( 19 ) ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 224, 16.8.2006, p. 1).

( 20 ) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1).

( 21 ) ĠU L 332, 30.11.2006, p. 21.