02008R0180 — MT — 31.05.2017 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 180/2008 tat-28 ta’ Frar 2008 (ĠU L 056 29.2.2008, p. 4) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 208/2011 tat-2 ta’ Marzu 2011 |
L 58 |
29 |
3.3.2011 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 72/2013 tal-25 ta’ Jannar 2013 |
L 26 |
9 |
26.1.2013 |
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/793 tal-10 ta' Mejju 2017 |
L 120 |
5 |
11.5.2017 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 180/2008
tat-28 ta’ Frar 2008
li jikkonċerna l-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għall-mard ta’ l-ekwini għajr għall-marda Afrikana taż-żwiemel u li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Artikolu 1
1. L-Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail (ANSES) bil-laboratorji tagħha għas-saħħa tal-annimali u għall-mard tal-ekwini, fi Franza hija b’dan innominata bħala l-Laboratorju ta’ Referenza tal-UE għall-mard tal-ekwini għajr għall-marda Afrikana taż-żwiemel mill-1 ta Lulju 2008 ►M3 sat-30 ta' Ġunju 2023 ◄ .
2. Il-funzjonijiet, ħidmiet u l-proċeduri rigward il-kollaborazzjoni mal-laboratorji responsabbli għad-dijanjosi ta’ mard li jittieħed tal-equidae fl-Istati Membri tal-Laboratorju ta’ Referenza tal-UE msemmija fil-paragrafu 1 huma stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Fil-Kapitolu II ta’ l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, jiżdied il-punt 14 li ġej:
“14. Il-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għal mard ta’ l-ekwini għajr għall-marda Afrikana taż-żwiemel
AFSSA – Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses/Laboratoire d’études et de recherche en pathologie équine
F-94700 Maisons-Alfort
Franza.”
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Funzjonijiet, ħidmiet u proċeduri tal-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għal mard ta’ l-ekwini għajr għall-marda Afrikana taż-żwiemel li jirrigwardaw il-kollaborazzjoni mal-Laboratorji responsabbli għad-dijanjosi tal-mard li jittieħed ta’ l-equidae fl-Istati Membri
Bla ħsara għall-funzjonijiet u d-dmirijiet ġenerali tal-Laboratorji ta’ Referenza tal-Komunità fis-settur tas-saħħa ta’ l-annimali skond l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, il-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità (LRK) għal mard ta’ l-ekwini għajr għall-marda Afrikana taż-żwiemel għandu jkollu dawn id-dmirijiet u l-funzjonijiet li ġejjin:
1. L-LRK għandu jiżgura l-kollegament bejn il-laboratorji Nazzjonali/Ċentrali ta’ l-Istati Membri għal mard ta’ l-ekwini, jew mal-fergħat tal-laboratorji dijanjositċi li għandhom x’jaqsmu mal-patoġeni individwali jew ma’ gruppi ta’ patoġeni tal-mard ta’ l-ekwini mniżżla fl-Anness A tad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE u li għalihom hemm referenza fl-Anness D(II)(A) tad-Direttiva 92/65/KEE, bl-eċċezzjoni tal-marda Afrikana taż-żwiemel, fejn xieraq, speċifikament billi:
(a) jkun minn ta’ quddiem fl-industrija ta’ l-ekwini f’kuntatt mill-qrib ma’ l-istrutturi rilevanti għaż-żwiemel tat-tiġrija u ta’ kompetizzjoni, biex:
(i) jiżgura twissija bikrija, stima u fejn possibbli jipprevedi r-riskju involut mill-mard emerġenti u minn sitwazzjonijiet epidemjoloġiċi partikolari;
(ii) jissorvelja s-sitwazzjoni tal-marda globalment u reġjonalment billi jirċievi regolarment kampjuni tar-raba mill-Istati Membri u mill-pajjiżi terzi marbuta ġeografikament jew kummerċjalment mal-Komunità f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kummerċ fl-equidae jew fil-prodotti ġejjin minn dawn l-annimali;
(b) karetterizzazzjoni ta’ tipaġġ, antiġeni u ġenomika, fejn rilevanti u meħtieġ, per eżempju għas-segwitu epidemjoloġiku jew għall-verifika ta’ dijanjosi, mill-kampjuni msemmija fil-punt (a)(ii), u
(i) komunikazzjoni mingħajr dewmien tar-riżultati ta’ investigazzjonijiet bħal dawn lill-Kummissjoni, lill-Istat Membru u lil-Laboratorju Nazzjonali/Ċentrali kkonċernat;
(ii) id-determinazzjoni ta’ l-identità tal-patoġeni kawżanti, fejn meħtieġ f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-laboratorji reġjonali ta’ referenza nnominati mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta’ l-Annimali (OIE);
(ċ) il-bini u ż-żamma ta’ kollezzjoni aġġornata ta’ patoġeni u r-razez/karatteristiċi tagħhom u kollezzjoni aġġornata ta’ sjerji speċifiċi kontra l-mard ta’ l-ekwini;
(d) jkun fdat biex iwettaq inventarju tat-tekniki użati attwalment fil-laboratorji varji biex:
(i) jipproponi testijiet standardizzati u proċeduri ta’ testijiet jew sjerji ta’ referenza għall-kontroll interna ta’ kwalità;
(ii) jiżviluppa proċeduri dijanjostiċi ġodda biex irendi l-importazzjonijiet ta’ l-equidae aktar siguri u l-esportazzjonijiet ta’ l-equidae aktar kompetittivi;
(e) jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-aspetti kollha relatati mal-mard ta’ l-ekwini mniżżel fl-Anness A tad-Direttiva 90/426/KEE jew li għalih hemm referenza fl-Anness D(II)(A) tad-Direttiva 92/65/KEE jew suġġett għal-leġiżlazzjoni Komunitarja oħra dwar is-saħħa ta’ l-annimali; din il-ħidma tinkludi l-għotja ta’ pariri dwar tilqim possibbli, dwar it-testijiet ta’ saħħa l-aktar adattati meħtieġa għall-kummerċ u għall-importazzjonijiet, jew l-evalwazzjoni ta’ tilqim li għadu kif ġie żviluppat u dwar mistoqsijiet li jappartjenu lill-epidemjoloġija tal-mard varju ta’ l-ekwini;
2. L-LRK għandu jappoġġja l-funzjonijiet tal-Laboratorji Nazzjonali/Ċentrali, partikolarment billi:
(a) jaħżen u jforni lil-Laboratorji Nazzjonali/Ċentrali b’reaġenti u materjali għall-użu fid-djanjosi tal-mard ta’ l-ekwini bħall-vajrus jew patoġeni oħra u/jew antiġeni inattivati, sjerji standardizzati, linji taċ-ċelloli u reaġenti oħra għar-referenzi;
(b) iż-żamma ta’ l-għarfien espert dwar il-mard ta’ l-ekwini, inkluż il-mard emerġenti, biex tkun tista’ sseħħ dijanjosi differenzjali rapida;
(ċ) il-promozzjoni ta’ l-armoniżżazzjoni tad-djanjosi u l-assigurazzjoni ta’ ttestjar professjonali fil-Komunità billi jorganiżża u jopera provi komparattivi perjodiċi u eżerċizzji assikurattivi esterni ta’ kwalità dwar id-dijanjosi tal-mard ta’ l-ekwini f’livell Komunitarju u bi trasmissjoni perjodika tar-riżultati ta’ dawn il-provi lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, u lil-Laboratorji Nazzjonali/Ċentrali;
(d) l-introduzzjoni gradwali u l-kontinwazzjoni tat-twettiq tat-testijiet ta’ profiċjenza bejn il-laboratorji;
(e) l-eżekuzzjoni ta’ l-istudji ta’ riċerka bl-għan ta’ l-iżvilupp ta’ metodi aħjar ta’ kontroll tal-marda f’kollaborazzjoni mal-Laboratorji Nazzjonali/Ċentrali u kif miftiehem fil-pjan annwali tax-xogħol tiegħu u l-provvediment ta’ metodi ottimi għad-dijanjosi u għad-dijanjosi differenzjali;
3. L-LRK għandu jipprovi tagħrif u jwettaq taħriġ ulterjuri, partikolarment billi:
(a) jiġbor id-data u t-tagħrif dwar il-metodi tad-dijanjosi u dijanjosi differenzjali użati fil-Laboratorji Nazzjonali/Ċentrali u jqassam dan it-tagħrif lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri;
(b) jagħmel u jimplimenta l-arranġamenti meħtieġa għal aktar taħriġ ta’ l-esperti fil-laboratorji għad-dijanjosi bl-għan li tiġi armonizzata t-teknika dijanjostika;
(ċ) iżomm ruħu aġġornat dwar l-iżviluppi fl-epidemjoloġija tal-mard ta’ l-ekwini;
(d) jorganizza laqgħat anwali fejn rappreżentanti tal-Laboratorji Nazzjonali/Ċentrali jistgħu jirrevedu t-tekniki dijanjostiċi u l-progress tal-koordinazzjoni;
4. L-LRK għandu wkoll:
(a) iwettaq esperimenti u provi fir-raba’ f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni immirati lejn kontrolli aħjar ta’ mard speċifiku ta’ l-ekwini;.
(b) jirrevedi fil-laqgħa annwali tal-Laboratorji ta’ Referenza Nazzjonali/Ċentrali r-rekwiżiti rilevanti għall-ittestjar stabbiliti fil-Manwal ta’ l-Istandards ta’ l-Annimali ta’ l-Art għat-Testijiet Dijanjostiċi u għat-Tilqim ta’ l-OIE;
(ċ) jgħin lill-Kummissjoni fir-reviżjoni tar-rakkomandazzjonijiet ta’ l-OIE (Il-Kodiċi u l-Manwal ta’ l-Istandards tas-Saħħa ta’ l-Annimali ta’ l-Art għat-testijiet u t-tilqim).