02008L0120 — MT — 14.12.2019 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/120/KE

tat-18 ta’ Diċembru 2008

li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali

(Verżjoni kodifikata)

(ĠU L 047 18.2.2009, p. 5)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE) 2017/625 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta' Marzu 2017

  L 95

1

7.4.2017


Ikkoreġuta bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 137, 24.5.2017, p.  40 (2017/625)




▼B

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/120/KE

tat-18 ta’ Diċembru 2008

li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali

(Verżjoni kodifikata)



Artikolu 1

Din id-Direttiva tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-ħnieżer miżmuma għat-trobbija u għas-simna.

Artikolu 2

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) “majjal” tfisser annimal ta’ l-ispeċi tal-majjal, ta’ kull età, miżmum għat-trobbija jew għas-simna;

(2) “majjal selvaġġ” tfisser majjal wara l-pubertà, maħsub għat-trobbija;

(3) gilt” ifisser majjala wara l-pubertà u qabel twelled il-qżieqeż;

(4) “majjala” tfisser majjala wara li twelled l-ewwel qżieqeż;

(5) “majjala li twelled il-qżieqeż” tfisser majjala femminili bejn il-perjodu tat-twelid u li ma tibqax tredda’ l-qżieqeż;

(6) “majjala tqila xotta” tfisser majjala bejn li ma tibqax tredda’ l-qżieqeż tagħha u l-perjodu tat-tqala;

(7) “qażquż” ifisser majjal mit-twelid sa meta jieqaf jerda’;

(8) weaner” ifisser majjal minn meta jieqaf jerda’ sa l-età ta’ għaxar ġimgħat;

(9) “majjal tat-trobbija” ifisser majjal minn għaxar ġimgħat sal-qatla jew is-servizz;

▼M1

(10) “awtoritajiet kompetenti” tfisser awtoritajiet kompetenti kif definiti fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament ►C1  (UE) 2017/625 ◄ tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ).

▼B

Artikolu 3

1.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-oqsma kollha ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) il-wisa’ ta’ l-art inostakolata disponibbli għal kull majjal li qiegħed jinfatam (weaner) jew majjal tat-trobbija, apparti minn majjali mgħammra (gilt) wara s-servizz u majjali nisa, għandhom ikunu ta' l-anqas:



Piż ħaj (kg)

m2

Sa mhux aktar minn 10

0,15

Mhux iktar minn 10

0,20

Iktar minn 10 imma mhux iktar minn 20

0,30

Iktar minn 30 imma mhux iktar minn 50

0,40

Iktar minn 50 imma mhux iktar minn 85

0,55

Iktar minn 85 imma mhux iktar minn 110

0,65

Aktar minn 110

1,00

(b) il-wisa’ totali insotakolata ta’ l-art disponibbli għal kull majjala mgħammra (gilt) wara s-servizz u għal kull majjala meta dawk mgħammra (gilt) u/jew majjali nisa ikunu miżmuma fi gruppi għandhom ikunu ta' l-anqas 1,64 m2 u 2,25 m2 rispettivament. Meta dawn l-annimali ikunu miżmuma fi gruppi ta’ anqas minn sitt individwi, il-wisa’ inostakolata ta’ art għandha tkun miżjuda b’10 %. Meta dawn l-annimali ikunu miżmuma fi gruppi ta’ 40 jew aktar individwi, il-wisa’ inostakolata ta’ art tista’ tkun imnaqqsa b’10 %.

2.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-wiċċ ta’ l-art tkun konformi mas-segwenti:

(a) għall-majjali mgħammra (gilts) wara s-servizz u l-majjali tqal: parti mill-wisa’ meħtieġa f’paragrafu 1(b), ekwivalenti għal mill-anqas 0,95 m2 għal kull majjala (gilt) u għal mill-anqas 1,3 m2 għal kull majjala, għandhom ikunu ta’ art solida kontinwa liema minnhha massimu ta’ 15 % tkun irriservata għall-ftuħ tad-dranaġġ;

(b) meta jkunu użati artijiet magħmula minn strixxi tal-konkrit għall-majjali li jkunu miżmuma fi gruppi:

(i) il-wisa’ massima ta’ l-ispazju għandha tkun:

 11 mm għal qażquż,

 14 mm għal dawk li qiegħdin jinfatmu (weaners),

 18 mm għall-ħnieżer tat-trobbija,

 20 mm għall-majjali mgħammra wara s-servizz (gilts) u għall-majjali nisa;

(ii) il-wisa’ minima ta’ l-istrixxi għandha tkun:

 50 mm għall-qżieqeż u dawk li qegħdin jinfatmu (weaners), u

 80 mm għall-majjali tat-trobbija, majjali mgħammra wara servizz (gilts) u majjali nisa.

3.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kostruzzjoni ta’ jew il-konverżjoni ta’ l-istallazzjonijiet li fihom jinżammu marbuta l-majjali nisa u l-majjali mgħammra (gilts) hija pprojbita. Mill-1 ta’ Jannar 2006 l-użu ta’ rbit għall-majjali nisa u majjali mgħammra (gilts) għandu jkun ipprojbit.

4.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li majjali nisa u majjali mgħammra (gilts) jiġu miżmuma fi gruppi waqt il-perjodu li jibda minn erba’ ġimgħat wara s-servizz sa ġimgħa qabel iż-żmien mistenni ta’ meta jkollhom iż-żgħar. Il-mandra fejn il-grupp ikun miżmum għandha jkollha l-ġnub akbar minn 2,8 m fit-tul. Meta anqas minn sitt individwi jkunu miżmuma fi grupp, il-mandra fejn il-grupp ikun miżmum għandha jkollha l-ġnub akbar minn 2,4 m fit-tul.

B’ derogi mill-ewwel subparagrafu, majjali nisa u majjali mgħammra (gilts) imkabbra f’qasam b’anqas minn 10 majjali jistgħu jkunu miżmuma individwalment matul il-perjodu msemmi f’dak is-subparagrafu, basta li jkunu jistgħu jduru mingħajr tbgħatija fil-kaxxi tagħhom.

5.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stabbiliti f’ Anness I, majjali nisa u majjali mgħammra (gilts) jkollhom aċċess permanenti għal materjal manipulabbli li mill-inqas ikun konformi mal-ħtiġiet relevanti ta’ dak l-Anness.

6.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-majjali nisa u l-majjali mgħammra (gilts) miżmuma fi gruppi huma mogħtija jieklu permezz ta’ sistema li tassigura li kull individwu jista’ jakkwista ikel biżżejjed anki meta l-kompetituri għall-ikel ikunu preżenti.

7.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-majjali xotti nisa tqal u l-majjali mgħammra (gilts), kollha biex jissodisfaw il-ġuħ tagħhom u meqjusa l-ħtieġa li jomogħdu, jingħataw kwantità biżżejjed ta’ ikel ta’ ċerta massa u b’fibra għolja kif ukoll ikel b’enerġija qawwija.

8.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li il-majjali li għandhom jinżammu fi gruppi, li huma partikolarment aggressivi, li ġew attakkati minn majjali oħra jew dawk li huma morda jew imweġġa’ jistgħu jkunu miżmuma temporanjament f’mandri individwali. F’dan il-każ il-mandra individwali użata għandha tippremetti lill-annimal sabiex idur faċilment sa kemm dan ma jmurx kontra l-parir veterinarju speċifiku.

9.  Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil- paragrafi 1(b), 2, 4, 5 u l-aħħar sentenza tal- paragrafu 8 għandhom japplikaw għall-oqsma kollha li ġew mibnija ġodda jew mill-ġdid jew miġjuba għall-użu għall-ewwel darba wara l-1 ta’ Jannar 2003. Mill-1 ta’ Jannar 2013 dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw għall-oqsma kollha.

Id-dispżizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 m’għandhomx japplikaw għall-ażjendi b’anqas minn għaxar majjali.

Artikolu 4

L-Istati Membri jiżguraw li l-kondizzjonijiet għat-trobbija tal-majjali jimxu mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 5

Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness I jistgħu jkunu emendati skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 11(2), sabiex tikkunsidra l-progress xjentifiku.

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li:

(a) kull persuna li timpjega jew tqabbad persuni sabiex iħarsul-majjali, jassiguraw li l-persuna li qiegħda tħares l-annimali tkun irċeviet l-istruzzjonijiet u l-gwida dwar id-dispożizzjonijiet relevanti ta’ l-Artikolu 3 u ta’ l-Anness I;

(b) l-korsijiet ta’ tagħlim adekwat ikunu disponibbli. B’mod partikolari tali korsijiet ta’ tagħlim għandhom jiffukaw dwar l-aspetti tal-benessere.

Artikolu 7

1.  Preferibilment qabel l-1 ta’ Jannar 2005 u f’kwalunkwe eventwalità sa l-1 ta’ Lulju 2005, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kunsill rapport, mħejji fuq il-bażi ta’ l-opinjoni mill- Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza ta’ l-Ikel. Ir-rapport għandu jkun imħejji billi tittieħed konsiderazzjoni tal-konsegwenzi soċjo-ekonomiċi, il-konsegwenzi sanitarji, l-effetti fuq l-ambjent u kondizzjonijiet differenti ta’ klima. Għandha tittieħed ukoll konsiderazzjoni ta’ l-iżvilupp ta’ tekniki u sistemi tal-produzzjoni tal-majjali u ta’ l-ipproċessar tal-laħam li jista’ jnaqqas il-ħtieġa ta’ kastrazzjoni kirurġika. Jekk hemm bżonn, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti leġislattivi adekwati dwar l-effetti ta’ konċessjoni ta’ spazju differenti u tipi ta’ art applikabbli għall-benessere tal-majjali li jkunu jinfatmu (weaners) u tat-trobbija.

2.  Mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 2008 il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kunsill rapport, imħejji fuq il-bażi ta’ l-opinjoni mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza ta’ l-Ikel.

Ir-rapport għandu jkopri b’mod partikolari:

(a) l-effetti tad-densità ta’ l-annimali, inkluż il-qies tal-grupp u l-metodi tal-gruppi ta’ l-annimali, is-sistemi differenti tat-trobbija dwar il-benessere, inkluża is-saħħa tal-majjali;

(b) l-impatt tad-disinn tat-tqasim tal-mandra u t-tipi differenti ta’ l-artijiet dwar il-benessere, inkluża saħħa, tal-majjali, li jieħdu kont tal-kondizzjonijiet differenti tal-klima;

(c) il-fatturi ta’ riskju assoċjati mal-gdim tad-denb u r-rakkommandazzjoni sabiex jitnaqqas il-bżonn ta’ qtugħ tad-denb;

(d) aktar żviluppi tas-sistemi tal-gruppi f’postijiet għall-majjali tqal, li jieħdu kont kemm ta’ l-aspetti patoloġiċi, żootekniċi, fiżjoloġiċi u etoloġiċi tas-sistemi differenti u ta’ l-impatt tas-saħħa tagħhom u ta’ l-ambjent u l-kondizzjonijiet differenti tal-klima;

(e) id-determinazzjoni tar-rekwiżiti ta’spazju, inkluża l-wisa’ tas-servizz għall-majjali adulti li qegħdin jinfatmu u li huma miżmuma individwalment;

(f) aktar żviluppi tas-sistemi ta’ mandri liberi għal majjali nisa fiż-żona tas-servizz u għall-majjali li qegħdin iwelldu li jissodisfaw il-bżonnijiet tal-majjala mingħajr kompromess għas-sopravivenza tal-qżieqeż;

(g) l-atitudni tal-konsumaturi u l-imġiba lejn il-laħam tal-majjali fl-eventwalità ta’ livelli differenti tat-titjib fil-benessere ta’ l-annimali;

(h) l-implikazzjonijiet soċjo-ekonomiċi tas-sistemi differenti tal-majjali li qegħdin jitkabbru u l-effetti tagħhom fuq is-sieħba ekonomiċi tal-Komunità.

Ir-rapport jista’, jekk meħtieġ, ikun akkumpanjat minn proposti leġislattivi adekwati.

Artikolu 8

▼M1 —————

▼M1

3.  L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, sal-31 ta' Awwissu ta' kull sena, rapport annwali għas-sena ta' qabel, dwar l-ispezzjonijiet li jkunu saru mill-awtoritajiet kompetenti biex jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Mar-rapport għandu jkun hemm analiżi tal-aktar sejbiet serji ta' nonkonformità, u pjan ta' azzjoni nazzjonali biex jipprevjeni jew inaqqas l-okkorrenza tagħhom għas-snin ta' wara. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta sommarji ta' dawk ir-rapporti lill-Istati Membri.

▼B

Artikolu 9

Sabiex ikunu importati fil-Komunità, annimali ġejjin minn pajjiż terz jkunu akkumpanjati minn ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti ta’ dak il-pajjiż, li jiċċertifika li rċevew trattament mill-inqas daqs dak mogħti lill-annimali li ġejjin mill-Komunità kif hemm provdut f’din id-Direttiva.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 11

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali stabbilit skond l-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), minn hawn ‘il quddiem “il-Kumitat”.

2.  Meta issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

Artikolu 12

L-Istati Membri jistgħu, konformement mar-regoli ġenerali tat-Trattat, iżommu jew japplikaw ġewwa t-territorji tagħhom dispożizzjonijiet aktar stretti għall-protezzjoni tal-ħnieżer minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva. Huma għandhom javżaw lill-Kummissjoni b’tali miżuri.

Artikolu 13

Id-Direttiva 91/629/KEE, kif emendata mill-Atti elenkati fl-Anness II, Parti A, hi mħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness II, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 14

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 15

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

KAPITOLU I

KONDIZZJONIJIET ĠENERALI

Mad-disposizzjonijiet relevanti ta’ l-Anness tad-Direttiva 98/58/KE għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

1. Fil-parti tal-bini fejn il-majjali huma miżmuma l-livelli ta’ ħsejjes kontinwi għolja sa 85 dBA għandhom ikunu evitati. Ħoss kontinwu jew għall-għarrieda għandu jkun evitat.

2. Il-majjali għandhom ikunu miżmuma f’dawl b’intensità ta’ mill-anqas 40 lux għall-perjodu ta’ tmin sigħat kuljum.

3. L-akkomodazzjoni tal-majjali għandha tkunu mibnija b’tali mod hekk li tippermetti l-annimali sabiex:

 ikollhom aċċess fiżiku u termali għall-spazju komdu ta’ fejn jimteddu kif ukoll li jiskula sewwa u imnaddaf li jippermetti li l-annimali kollha sabiex jimteddu fl-istess ħin,

 jistrieħu u jqumu b’mod normali,

 li jaraw majjali oħra; b’dana kollu, fil-ġimgħa qabel iż-żmien mistenni għat-tifrigħ u waqt it-tifrigħ, il-majjali nisa jkunu jistgħu jinżammu 'l bogħod mid-deher ta’ majjali simili oħrajn.

4. B’danakollu l-Artikolu 3(5), il-majjali għandhom ikollhom aċċess permanenti għall-kwantità adekwata ta’ materjal sabiex jassiguraw l-investigazzjoni adekwata u l-attivatijiet tal-manipulazzjoni, bħal ma hu t-tiben, il-ħuxlief, l-injam, is-serratura, id-demel tal-faqqiegħ, demel mill-ħxejjex jew taħlita tagħhom, li ma jikkompromettux is-saħħa ta’ l-annimali.

5. L-artijiet għandhom ikunu lixxi iżda ma jiżolqux sabiex jipprevenu d-disgrazzji u hekk iddisinjati, mibnija u miżmuma sabiex ma jseħħux disgrazzji jew tbatija għall-majjali. Għandhom ikunu addattati għall-qies u piż tal-majjali u, jekk l-ebda mifrex ma jkun ipprovdut, f’forma ta’ wiċċ riġidu, lixx u stabbli.

6. Il-majjali kollha għandhom ikunu mitmugħa għall-anqas darba kuljum. Meta l-majjali jkunu mitmugħa fi gruppi u mhux ad libitum jew permezz ta’ sistema awtomatika ta’ tmigħ individwali ta’ l-annimali, kull majjal għandu jkollu aċċess fl-istess ħin bħall-oħrajn fil-grupp.

7. Il-majjali kollha ta’ aktar minn ħmistax il-jum għandhom ikollhom aċċess permanenti għall-kwantità adekwata ta’ ilma frisk.

8. Il-proċeduri kollha intiżi bħala intervent mwettqa għal skopijiet oħra ħlief terapewtiċi jew dijagnostiċi jew għall-identifikazzjoni tal-majjal bi qbil mal-leġislazzjoni relevanti u li jirriżultaw fil-ħsara jew fit-telfa ta’ parti sensittiva tal-ġisem jew il-bidla ta’ l-istruttura ta’ l-għadam għandu jkun ipprojbit bl-eċċezzjonijiet segwenti:

 tnaqqis uniformi tas-snien tar-rokkna tal-majjali permezz ta’ illimar jew qtugħ minn mhux aktar tard mis-seba’ jum tal-ħajja tal-majjali li jħallu wiċċ lixx intatt; in-nejbiet tal-majjal jistgħu jitnaqqsu fit-tul meta meħtieġ sabiex inaqqsu l-feriti lill-annimali l-oħra jew għal raġunijiet ta’ sigurtà,

 il-qtugħ ta’ parti mid-denb,

 il-kastrazzjoni tal-majjali maskili permezz ta’ mezzi oħra apparti milli bil-qtugħ tan-nisġa taċ-ċelluli,

 titqib ta’ l-imnieħer biss meta l-annimali huma mrobbija fis-sistema ta’ biedja fil-beraħ u bi qbil mal-leġislazzjoni nazzjonali.

La l-qtugħ tad-denb u lanqas it-tnaqqis ta’ snien fl-irkejjen m’għandom jitwettqu regolarment iżda biss meta jkun hemm evidenza li feriti lis-sider tal-majjali jew lill-widnejn jew lid-denb tal-majjali l-oħra ma jkunux seħħew. Qabel ma jittieħdu dawn il-proċeduri, miżuri oħra għandhom jittieħdu sabiex jipprevenu l-gdim tad-denb u vizzji l-oħrajn, li għandhom jieħdu konsiderazzjoni tad-densità ta’ l-ambjent u tar-razzet. Għal din ir-raġuni il-kondizzjonijiet ta’ l-ambjent mhux adekwati jew sistemi ta’ ġestjoni għandhom jinbidlu.

Kwalunkwe minn dawn il-proċeduri deskritti hawn fuq għandhom jitħarġu biss minn veterinarju jew persuna mgħallma kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 6 u li jkun espert fit-twettiq tat-tekniki applikati b’miżuri adekwati u permezz tal-kondizzjonijiet ta’ iġjene. Jekk il-kastrazzjoni jew il-qtugħ tad-denb ikun ipprattikat wara s-seba’ jum tal-ħajja, għandhom ikunu imwettqa taħt anesteżija u analġesia miżjuda pprolongata minn veterinarju.

KAPITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-KATEGORIJI DIFFERENTI TA’ MAJJALI

A.   Majjali maskili

Il-mandri tal-majjali għandhom ikunu mmarkati u mibnija sabiex jippermettu lill-majjal li jdur madwaru u li jisma’, jxomm u jara l-majjali l-oħra. Il-wisa’ ta’ l-art mhux imfixkla disponibbli għall-majjal adult għandha tkun mill-anqas ta’ 6 m2.

Meta l-mandri huma użati wkoll għal servizz naturali l-wisa’ ta’ l-art disponibbli għall-majjali adulti għandhom ikunu ta’ mill-anqas 10 m2 u l-mandra għandha tkun ħielsa minn ostakoli oħra.

B.   Majjali nisa

1. Miżuri għandhom jittieħdu sabiex inaqqsu l-aggressjoni fil-gruppi.

2. Majjali tqal għandhom, jekk meħtieġ, ikunu ttrattati kontra l-parassiti esterni u interni. Jekk huma mqiegħda f’gaġġeġ tal-ħlas, il-majjali tqal għandhom, ikunu mnaddfa ta’ sikwiet.

3. Fil-ġimgħa qabel ma l-majjala teħles għandha tkunu mogħtija l-materjal adekwat tal-bejta fil-kwantitajiet biżżejjed sakemm mhux prattikabbli teknikament għas-sistema tal-ħama’ użata fl-istabbiliment.

4. Firxa mhux mfixkla fuq in-naħa ta’ wara tal-majjali għandha tkun disponibbli għall-faċilità tal-ħlas naturali jew kif assistit.

5. Mandri tal-ħlas fejn il-majjali ikunu miżmuma ħielsa għandhom ikollhom xi mezzi ta’ protezzjoni għall-majjali, bħall-binarji tal-ħlas.

C.   Qżieqeż

1. Parti mill-art kollha, biżżejjed li tippermetti l-annimali sabiex jistrieħu flimkien fl-istess ħin, għandha tkun solida jew miksija b’tapit, jew mimlija bit-tiben jew materjal adekwat ieħor.

2. Meta l-gaġġeġ tal-ħlas ikunu użati, il-majjalini għandhom ikollhom spazju biżżejjed sabiex ikunu jistgħu jerdaw mingħajr diffikultà.

3. L-ebda qżieqeż ma jistgħu jkunu miftuma mill-majjali għall-inqas għal 28 jum sakemm il-benessere jew is-saħħa ta’ l-omm jew tal-qżieqeż ma jkunux altrimenti effettwati ħażin.

B’dana kollu, l-qżieqeż jistgħu jkunu miftuma sa sebgħat ijiem qabel jekk ikunu mċaqilqa f’postijiet speċjali li huma mbattla u mnaddfa sewwa u disinfettati qabel l-introduzzjoni ta’ grupp ġdid u li huma separati mill-postijiet fejn il-majjali huma miżmuma, sabiex tnaqqas it-trasmissjoni tal-mard lejn il-majjali.

D.   Majjali li qegħdin jinfatmu (Weaners) u majjali tat-trobbija

1. Meta l-majjali jkunu miżmuma fi gruppi, miżuri għandhom jittieħdu sabiex jipprevenu ġlied li jmur oltre l-mġiba normali.

2. Għandhom ikunu miżmuma fi gruppi b’taħlit mill-anqas possibli. Jekk il-majjali ma jkunux midħla ma’ xulxin ikun meħtieġ li jitħalltu, dan irid ikun magħmul fl-iżgħar età possibbli, preferibbilment qabel jew sa ġimgħa wara li jinfatmu. Meta l-majjali jkunu mħallta dawn għandhom ikunu pprovduti b’opportunitajiet adekwati sabiex ikunu jistgħu jaħarbu u jistaħbew mill-majjali l-oħra.

3. Meta jseħħu sinjali ta’ ġlied gravi, il-kawżi għandhom jiġi investigati immedjatament u miżuri adekwati għandhom jittieħdu bħal ma hu proviżjoni ta’ ħafna tiben lill-annimali, jekk possibbli, jew materjal ieħor għall-investigazzjoni. L-annimali li huma fir-riskju jew partikolarment aggressivi għandhom jinżammu separati mill-grupp.

4. L-użu ta’ mediċini kalmanti sabiex jiffaċilitaw it-taħlit għandu jkun illimitat għall-kondizzjonijiet eċċezzjonali u biss wara konsultazzjoni ma’ veterinarju.




ANNESS II

PARTI A



Direttiva mħassra flimkien ma’ l-emendamenti suċċessivi tagħha

(imsemmi fl-Artikolu 13)

Direttiva tal-Kunsill 91/630/KEE

(ĠU L 340, 11.12.1991, p. 33)

 

Direttiva tal-Kunsill 2001/88/KE

(ĠU L 316, 1.12.2001, p. 1)

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2001/93/KE

(ĠU L 316, 1.12.2001, p. 36)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003

(ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1)

Anness III, punt 26 biss

PARTI B



Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmi fl-Artikolu 13)

Direttivi

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

91/630/KEE

1 ta’ Jannar 1994

2001/88/KE

1 ta’ Jannar 2003

2001/93/KE

1 ta’ Jannar 2003




ANNEX III

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI



Direttiva 91/630/EEC

Din id-Direttiva

Artikoli 1 u 2

Artikoli 1 u 2

Artikolu 3, kliem introduttorju

Artikolu 3, punt 1

Artikolu 3(1)

Artikolu 3, punt 2

Artikolu 3(2)

Artikolu 3, punt 3

Artikolu 3(3)

Artikolu 3, punt 4(a)

Artikolu 3(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 3, punt 4(b)

Artikolu 3(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 3, punt 5

Artikolu 3(5)

Artikolu 3, punt 6

Artikolu 3(6)

Artikolu 3, punt 7

Artikolu 3(7)

Artikolu 3, punt 8

Artikolu 3(8)

Artikolu 3, punt 9

Artikolu 3(9)

Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4

Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 4(2)

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 5a, kliem introduttorju

Artikolu 6, kliem introduttorju

Artikolu 5a, punt 1

Artikolu 6(a)

Artikolu 5a, punt 2

Artikolu 6(b)

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11(1)

Artikolu 11(2)

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 12

Artikolu 15

Anness

Anness I

Anness II

Anness III



( 1 ) Regolament ►C1  (UE) 2017/625 ◄ tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) ( ►C1  ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1 ◄ ).

( 2 ) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.