02008L0090 — MT — 13.10.2022 — 004.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/90/KE tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (ĠU L 267 8.10.2008, p. 8) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 332 |
40 |
16.12.2010 |
||
|
REGOLAMENT (UE) Nru 652/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta’ Mejju 2014 |
L 189 |
1 |
27.6.2014 |
|
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/120 tal-24 ta' Jannar 2019 |
L 24 |
27 |
28.1.2019 |
|
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1933 tat-12 ta’ Ottubru 2022 |
L 266 |
19 |
13.10.2022 |
|
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/90/KE
tad-29 ta’ Settembru 2008
dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott
(Verżjoni mfassla mill-ġdid)
KAPITOLU 1
AMBITU U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Ambitu
Għandhom jiġu addotati miżuri sabiex jiġi implimentat l-ewwel sub paragrafu, b’referenza partikolari għall-identifikazzjoni u l-iżolament, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2).
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“materjal ta’ propagazzjoni” tfisser iż-żerriegħa, il-partijiet minn pjanti u l-materjal kollu mill-pjanti, inklużi r-riżomi, maħsuba għall-propagazzjoni u l-produzzjoni tal-pjanti tal-frott;
“pjanti tal-frott” tfisser il-pjanti maħsuba sabiex jinżergħu jew jerġgħu jinżergħu, wara kummerċjalizzazzjoni;
“varjetà” tfisser raggruppament ta’ pjanti fi grupp tassonomiku botaniku wieħed fl-iktar skala baxxa magħrufa, li jista’ jkun:
definit bl-espressjoni tal-karatteristiċi li jirriżultaw minn ġenotipa partikolari jew taħlita ta’ ġenotipi,
distint minn kwalunkwe raggruppament ieħor tal-pjanti bl-espressjoni ta’ għallinqas wieħed mill-karatt eristiċ i msemmija, u
jitqies bħala entità fid-dawl tal-kapaċità tiegħu li jippropaga mingħajr bidla;
“klonu” tfisser il-wild veġetattiv ġenetikament uniformi pjanta waħda;
“materjal pre-bażiku” tfisser materjal ta’ propagazzjoni li:
li kien prodott skond metodi ġeneralment aċċettati, għall-manteniment ta’ l-identità tal-varjetà, inkluż il-karatteristiċi pomoloġiċi, u għall-prevenzjoni sabiex tal-mard;
hu maħsub għall-produzzjoni tal-materjal bażiku jew għal materjal attestat għajr il-pjanti tal-frott;
jissodisfa r-rekwiżiti speċjali għall-materjal pre-bażiku stabbiliti skond l-Artikolu 4; u
instabu minn ispezzjoni uffiċjali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet f’ (a), (b) u (c);
“materjal bażiku” tfisser materjal ta’ propagazzjoni li:
ġie prodott direttament jew f’numru magħruf ta’ stadji f’manjiera veġetattiva mill-materjal pre-bażiku skond metodi ġeneralment aċċettati għall-manteniment ta’ l-identità tal-varjetà, inkluż il-karatteristiċi pomoloġiċi relevanti tiegħu, u għall-prevenzjoni tal-mard;
hu maħsub għall-produzzjoni tal-materjal attestat;
jissodisfa r-rekwiżiti speċjali għall-materjal bażiku stabbiliti skond l-Artikolu 4; u
instabu minn ispezzjoni uffiċjali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet f’ (a), (b) u (c);
“materjal attestat” tfisser:
materjal ta’ propagazzjoni li:
ġie prodott direttament f’manjiera veġetattiva mill-materjal bażiku jew mill-materjal pre-bażiku jew, jekk maħsub sabiex jintuża għall-produzzjoni ta’ riżomi, minn żerriegħa attestata minn materjal bażiku jew attestat ta’ riżomi;
huwa maħsub għall-produzzjoni ta’ pjanti tal-frott;
jissodisfa r-rekwiżiti speċjali għall-materjal attestat stabbiliti skond l-Artikolu 4, u
instab permezz ta’ ispezzjoni uffiċjali li jissodisfa l-kondizzjonijiet f’ (i), (ii) u (iii);
pjanti tal-frott li:
ġew prodotti direttament minn materjal ta’ propagazzjoni attestat, bażiku jew pre-bażiku;
huma maħsuba għall-produzzjoni tal-frott;
jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi għal materjal attestat, stabbiliti skond l-Artikolu 4, u
fl-ispezzjoni uffiċjali nstab li jissodisfaw il-kondizzjonijiet f’ (i), (ii) u (iii);
“materjal CAC (Conformitas Agraria Communitatis)” tfisser il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott li:
għandhom identità varjetali u purità adegwata,
huma maħsuba għal:
jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi għall-materjal CAC stabbilit skond l-Artikolu 4
“fornitur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li twettaq professjonalment mill-inqas waħda mill-attivitajiet li ġejjin rigward il-materjal ta’ propagazzjoni jew il-pjanti tal-frott: ir-riproduzzjoni, il-produzzjoni, il-preservazzjoni u/jew it-trattament, l-importazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni;
“kummerċjalizzazzjoni” tfisser il-bejgħ, iż-żamma bil-ħsieb tal-bejgħ, li jitpoġġew għall-bejgħ, jew kwalunkwe tqassim, forniment jew trasferiment bil-għan ta’ l-isfruttament kummerċjali ta’ materjal ta’ propagazzjoni jew pjanti tal-frott lil partijiet terzi, sew jekk ikunu għall-kunsiderazzjoni u sew jekk le;
“korp uffiċjali responsabbli” tfisser
awtorità stabbilita jew innominata mill-Istat Membru taħt is-sorveljanza tal-gvern nazzjonali u responsabbli mill-kwistjonijiet dwar il-kwalità tal-materjal għall-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott:
kull awtorità ta’ l-Istat stabbilita:
“ispezzjoni uffiċjali” tfisser l-ispezzjoni mwettqa mill-korp uffiċjali responsabbli jew taħt ir-responsabbiltà tal-korp uffiċjali responsabbli;
“lott” tfisser numru ta’ unitajiet ta’ oġġett wieħed, identifikabbli mill-omoġeneità fil-kompożizzjoni u mill-oriġini tiegħu.
KAPITOLU 2
REKWIŻITI GĦALL-MATERJAL TA’ PROPAGAZZJONI U L-PJANTI TAL-FROTT
Artikolu 3
Rekwiżiti ġenerali għat-tqegħid fis-suq
Il-materjal ta’ propagazzjoni jew il-pjanti tal-frott jistgħu jiġu kummerċjalizzati biss jekk:
il-materjal ta’ propagazzjoni jkun ġie attestat uffiċjalment bħala “materjal pre-bażiku”, “materjal bażiku” jew “materjal attestat” jew jekk jissodisfa l-kondizzjonijiet li jkun kkwalifikat bħala materjal CAC;
il-pjanti tal-frott kienu ċċertifikati uffiċjalment bħala materjal attestat jew jissodisfaw il-kondizzjonijiet li jkunu kkwalifikati bħala materjal CAC.
Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lil fornituri fit-territorju tagħhom stess sabiex iqiegħdu fis-suq il-kwantitajiet xierqa ta’ materjal ta’ propagazzjoni u pjanti tal-frott maħsuba:
għal provi jew finijiet xjentifiċi;
għal xogħol ta’ għażla; jew
għall-preservazzjoni tad- diversità ġenetika.
Il-kondizzjonijiet li taħthom l-Istati Membri jistgħu jagħtu awtorizzazzjoni bħal din jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2).
Artikolu 4
Rekwiżiti speċifiċi għall-ġeneri u l-ispeċi
Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3), għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi għal kull ġeneru jew speċji riferiti fl-Anness I, li jispeċifikaw:
il-kondizzjonijiet li jrid iħares il-materjal CAC, b’mod partikolari dawk relatati mas-sistemi applikati tal-propagazzjoni, għas-safa tal-wiċċ tar-raba’ li jkun qiegħed jitkabbar, għas-saħħa tal-pjanta, u, għajr fil-każ tar-riżomi, fejn il-materjal ma jappartjenix għal varjetà, għall-aspetti varjetali;
il-kondizzjonijiet li jridu jħarsu l-materjal pre-bażiku, dak bażiku u dak attestat, rigward il-kwalità (inkluż, għall-materjal pre-bażiku u bażiku, metodi għall-manteniment ta’ l-identità tal-varjetà u, fejn ikun applikabbli, tal-klonu, inklużi l-karatteristiċi promoloġiċi rilevanti) is-saħħa,tal-pjanti, il-metodi tat-testijiet u l-proċeduri applikati, is-sistema(i) applikata(i) tal-propagazzjoni u, għajr fil-każ tar-riżomi, fejn il-materjal ma jappartjenix għal varjetà, għall-aspetti varjetali.
il-kondizzjonijiet li magħhom ir-riżomi u partijiet oħra tal-pjanti tal-ġeneru jew speċi minbarra dawk elenkati fl-Anness I, jew l-ibridi tagħhom, jridu jikkonformaw jekk il-materjal tal-propagazzjoni tal-ġeneru jew ta’ l-ispeċi elenkati fl-Anness I jew l-ibridi tagħhom jiġi mlaqqam fuqhom.
KAPITOLU 3
REKWIŻITI LI GĦANDHOM JIĠU SODISFATTI MILL-FORNITURI
Artikolu 5
Reġistrazzjoni
Artikolu 6
Rekwiżiti speċifiċi
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li materjal pre-bażiku, bażiku, attestat kif ukoll materjal CAC jiġi prodott taħt ir-responsabbiltà ta’ f ornituri li huma involuti fil-produzzjoni jew ir-riproduzzjoni ta’ materjal ta’ propagazzjoni jew pjanti tal-frott. Għal dan l-għan, dawk il-fornituri għandhom:
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal fornituri li huma eżentati mir-reġistrazzjoni skond l-Artikolu 5(2).
KAPITOLU 4
IDENTIFIKAZZJONI U TIKKETTAR TAL-VARJETAJIET
Artikolu 7
Identifikazzjoni tal-varjetà
Il-varjetajiet li għalihom għandha ssir referenza skond il-paragrafu 1 għandhom ikunu:
protetti bil-liġi bi dritt ta’ varjetà tal-pjanti skond id-disposizzjonijet dwar il-protezzjoni ta’ varjetajiet ġodda;
reġistrati uffiċjalment skond il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu jew
magħrufa komunement; varjetà titqies li hija magħrufa komunement jekk:
ġiet reġistrata uffiċjalment fi Stat Membru ieħor;
hija s-suġġett ta’ applikazzjoni oħra għal reġistrazzjoni uffiċjali fi kwalunkwe Stat Membru, jew ta’ applikazzjoni għal dritt ta’ varjetà tal-pjanti msemmi fil-punt (a); jew
diġà ġiet kummerċjalizza ta qabel it-30 ta’ Settembru 2012 fit-territorju ta’ l-Istat Membru konċernat jew ta’ Stat Membru ieħor, sakemm ikollu deskrizzjoni rikonoxxuta uffiċjalment.
Tista’ wkoll issir referenza skond il-paragrafu 1 għal varjetà ta’ ebda valur intrinsiku għall-produzzjoni ta’ uċuħ tar-raba’ kummerċjali dment li l-varjetà għandha deskrizzjoni rikonoxxuta uffiċjalment u l-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott jiġu kummerċjalizza ti bħala materjal CAC fit-territorju ta’ l-Istat Membru konċernat u huma identifikati b’referenza għal din id-dispożizzjoni fuq it-tikketta u/jew dokument.
Varjetà modifikata ġenetikament tista’ tiġi reġistrata uffiċjalment biss jekk l-organiżmu modifikat ġenetikament li minnu tikkonsisti ġie awtorizzat skond id-Direttiva 2001/18/KE jew skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003,
Meta prodotti derivati minn pjanti tal-frott jew materjal ta’ propagazzjoni jkunu maħsuba sabiex jintużaw bħala jew fl-ikel li jaqa’ fi ħdan l-ambitu ta’ l-Artikolu 3 jew bħala jew fl-għalf li jaqa’ fi ħdan l-ambitu ta’ l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, il-varjetà konċernata għandha tiġi reġistrata uffiċjalment biss jekk l-ikel jew l-għalf derivat minn dan il-materjal ikun ġie awtorizzat skond dak ir-Regolament
Ir-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni uffiċjali msemmija fil-paragrafu 4 għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2), billi jitqies it-tagħrif xjentifiku u tekniku korrenti u li jkopri:
il-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni uffiċjali, li tista’ tinkludi, b’mod partikolari, iċ-ċarezza, l-istabbilità u l-uniformità suffiċjenti;
il-karatteristiċi li jridu mill-inqas ikopru l-eżamijiet ta’ l-ispeċji varji;
ir-rekwiżiti minimi sabiex isiru l-eżamijiet;
il-perjodu massimu tal-validità tar-reġistrazzjoni uffiċjali ta’ varjetà.
Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2):
Artikolu 8
Kompożizzjoni u identifkazzjoni tal-lott
Artikolu 9
Tikettar
Il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott għandhom jiġu kummerċjalizzati biss f’lottijiet suffiċjentement omoġenji u jekk ikunu:
ikkwalifikati bħala materjal CAC u akkumpanjati b’dokument imfassal mill-fornitur skond ir-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti skond l-Artikolu 4. Jekk tidher dikjarazzjoni uffiċjali f’dan id-dokument, din għandha tidher ċarament separata mit-tagħrif l-ieħor kollu fid-dokument; jew
ikkwalifikati bħala materjal pre-bażiku, bażiku jew attestat, u mogħti ċertifikat bħala ta’ hekk mill-korp uffiċjali responsabbli skond ir-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti skond l-Artikolu 4.
Ir-rekwiżiti fir-rigward tal-materjal ta’ propagazzjoni u/jew il-pjanti tal-frott dwar it-tikkettar u/jew is-siġillar u l-pakkettjar jistgħu jkunu f’miżuri ta’ implimentazzjoni adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3).
KAPITOLU 5
EŻENZJONIJIET
Artikolu 10
Ċirkolazzjoni lokali
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw:
milli jiġi applikat l-Artikolu 9 il-paragrafu 1, il-produtturi ż-żgħar li l-produzzjoni u l-bejgħ kollu tagħhom tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott ikunu maħsuba għall-użu finali minn persuni fis-suq lokali li ma jkunux involuti professjonalment fil-produzzjoni tal-pjanti (“ċirkolazzjoni lokali”);
mill-kontrolli u l-ispezzjonijiet uffiċjali pprovvduti fl-Artikolu 13, iċ-ċirkolazzjoni lokali tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott prodotti minn dawn il-persuni eżentati.
Artikolu 11
Diffikultajiet temporanji fil-provvista
Fil-każ ta’ diffikultajiet temporanji fil-provvista tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva minħabba diżastri naturali jew ċirkostanzi mhux previsti, jistgħu jiġu addottati miżuri, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2), li jirrigwardaw il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott li jissodisfaw rekwiżiti inqas strinġenti.
KAPITOLU 6
MATERJAL TA’ PROPAGAZZJONI U PJANTI TAL-FROTT PRODOTTI F’PAJJIŻI TERZI
Artikolu 12
Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2), id-data riferita fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tista’, għall-pajjiżi terzi varji, tiġi estiża sakemm jittieħdu d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott importati minn Stat Membru skond deċiżjoni meħuda minn dan l-Istat Membru skond l-ewwel subparagrafu ma għandhom ikunu suġġetti għall-ebda restrizzjoni tat-tqegħid fis–suq fl-Istati Membri l-oħra rigward il-materji msemmija fil-paragrafu 1.
KAPITOLU 7
MIŻURI TA’ KONTROLL
Artikolu 13
Ispezzjoni uffiċjali
Skond il-proċedura isemmija fl-Artikolu 19(2), kull persuna legali oħra stabbilita f’isem il-korp uffiċjali responsabbli u li taġixxi taħt is-sorveljanza u l-kontroll ta’ dan il-korp, tista’ tiġi approvata, sakemm din il-persuna ma jkollhiex interess personali fir-riżultat tal-miżuri li tieħu.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-korpi uffiċjali responsabbli tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dan it-tagħrif lill-Istati Membri l-oħrajn.
Artikolu 14
Monitoraġġ Komunitarju
Testijiet u provi komparattivi tal-Komunità jistgħu jitwettqu fi ħdan il-Komunità għall-kontroll ta’ wara tal-kampjuni tal-materjal ta’ propagazzjoni jew xtieli tal-frott imqiegħda fis-suq skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva sew jekk obbligatorji jew liberi, inklużi dawk relatati mas-saħħa tax-xtieli. It-testijiet u provi komparattivi jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:
Il-kontribuzzjoni finanzjarja mgħandhiex tkun aktar mis-somma ta’ flus ivvotata mill-awtorità dwar il-budget.
Artikolu 15
Kontrolli Komunitarji fl-Istati Membri
Artikolu 16
Azzjonijiet ta’ segwitu mill-Istati Membri
KAPITOLU 8
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 17
Klawżola dwar il-moviment liberu
Artikolu 18
Emendi u adattament ta’ l-Annessi
Il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3), temenda l-Anness I, sabiex tadattah għall-iżviluppi fil-konoxxenza xjentifika u teknika.
Artikolu 19
Kumitat
Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahar.
Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.
Artikolu 20
Traspożizzjoni
Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mit-30 ta’ Settembru 2012.
Artikolu 21
Miżuri transizzjonal
L-Istati Membri jistgħu, sal-31 ta’ Diċembru 2018, jippermettu l-kummerċjalizzazzjoni fit-territorju tagħhom stess ta’ materjal ta’ propagazzjoni u pjanti tal-frott meħudin minn pjanti ġenituri li kienu jeżistu qabel it-30 ta’ Settembru 2012 u ġew attestati uffiċjalment jew jissodisfaw il-kondizzjonijiet sabiex ikunu kkwalifikati bħala materjal CAC qabel il-31 ta’ Diċembru 2018. Meta kummerċjalizzati, tali materjal ta’ propagazzjoni u pjanti tal-frott bħal dawn għandhom jiġu identifikati b’referenza għal dan l-Artikolu fuq it-tikketta u/jew id-dokument. Wara l-31 ta’ Diċembru 2018, il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott jistgħu jiġu kummerċjalizzati jekk ikunu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 22
Tħassir
Artikolu 23
Dħul fis-Seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-publikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 24
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
Lista ta’ ġenera u speċi li għalihom tapplika din id-Direttiva
ANNESS II
PARTI A
Id-Direttiva mħassra bl-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 22)
|
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE (ĠU L 157, 10.6.1992, p. 10) |
|
|
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/401/KEE (ĠU L 177, 21.7.1993, p. 28) |
|
|
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/150/KE (ĠU L 66, 10.3.1994, p. 31) |
|
|
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/26/KE (ĠU L 36, 16.2.1995, p. 36) |
|
|
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/110/KE (ĠU L 39, 8.2.1997, p. 22) |
|
|
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/30/KE (ĠU L 8, 14.1.1999, p. 30) |
|
|
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/112/KE (ĠU L 41, 13.2.2002, p. 44) |
|
|
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1) |
Il-punt 7 ta’ l-Anness II u l-punt 28 ta’ l-Anness III biss |
|
Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/61/KE (ĠU L 165, 3.7.2003, p. 23) |
L-Artikolu 1(5) biss |
|
Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/111/KE (ĠU L 311, 27.11.2003, p. 12) |
|
|
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/54/KE (ĠU L 22, 26.1.2005, p. 16) |
|
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/776/KE (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 48) |
|
PARTI B
Lista ta’ limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u għall-applikazzjoni
(imsemmija fl-Artikolu 22)
|
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
Data ta’ l-applikazzjoni |
|
92/34/KEE |
fil-31 ta’ Diċembru 1992. |
il-31 ta’ Diċembru 1992 (1) |
|
2003/61/KE |
fl-10 ta’ Ottubru 2003. |
|
|
2003/111/KE |
fil-31 ta’ Ottubru 2004. |
|
|
(1)
Safejn u sakemm jirrigwarda l-Artikoli 5 sa 11, 14, 15, 17, 19 u 24, id-data ta’ l-applikazzjoni għal kull ġeneru jew speċi msemmija fl-Anness II għandha tiġi ffissata skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 21, meta titfassal l-iskeda msemmija fl-Artikolu 4 (Ara l-Artikolu 26(2) tad-Direttiva 92/34/KEE). |
||
ANNESS III
Tabella ta’ korrelazzjoni
|
Id-Direttiva 92/34/KEE |
Din id-Direttiva |
|
L-Artikolu 1(1) |
L-Artikolu 1(1) |
|
L-Artikolu 1(2) |
— |
|
L-Artikolu 1(3) |
L-Artikolu 18 emendat |
|
— |
L-Artikolu 1(2)(3) |
|
L-Artikolu 2 |
L-Artikolu 1(4) |
|
L-Artikolu 3 (a), (b) |
L-Artikolu 2(1), (2) |
|
— |
L-Artikolu 2(3), (4) |
|
L-Artikolu 3(c) – (f) |
L-Artikolu 2(5) – 2 (8) emendat |
|
L-Artikolu 3 (g) – (h) |
— |
|
L-Artikolu 3 (i) - (j) |
L-Artikolu 2(9) - (10) emendat |
|
L-Artikolu 3 (k) (i) u (ii) |
L-Artikolu 2(11) |
|
L-Artikolu 3 (k) parti |
L-Artikolu 13(2) emendat |
|
L-Artikolu 3(l) (m) |
L-Artikolu 2(12), (13) |
|
L-Artikolu 3(n) |
— |
|
L-Artikolu 3(o) |
L-Artikolu 2(14) |
|
L-Artikolu 3(p) |
— |
|
L-Artikolu 4(1) |
L-Artikolu 4 emendat |
|
L-Artikolu 4(2) |
— |
|
Artikolu 5 |
— |
|
— |
L-Artikolu 5 |
|
L-Artikolu 6 |
— |
|
— |
L-Artikolu 6 |
|
L-Artikolu 7 |
L-Artikolu 15 |
|
L-Artikoli 8(1) (2) |
L-Artikolu 3 (1) (a), (b) emendat |
|
— |
L-Artikolu 3(2) |
|
— |
L-Artikolu 3(3) |
|
L-Artikolu 8(3) |
L-Artikolu 3(4) emendat |
|
L-Artikolu 9(1) |
L-Artikolu 7(1) |
|
— |
L-Artikolu 7(2) |
|
L-Artikolu 9(2) (i), (ii) |
L-Artikolu 7 (3) (a), (b) emendat |
|
L-Artikolu 9(2) dispożizzjoni finali |
L-Artikolu 7(4) emendat |
|
L-Artikolu 9(3) |
L-Artikolu 7(5) |
|
L-Artikolu 9(4) |
— |
|
L-Artikolu 9(5) |
L-Artikolu 7(6) |
|
L-Artikolu 9(6) |
L-Artikolu 7(7) |
|
L-Artikolu 10(1) (2) |
L-Artikolu 8(1) (2) emendat |
|
L-Artikolu 10(3) |
— |
|
L-Artikolu 11 |
L-Artikolu 9 emendat |
|
L-Artikolu 12 |
L-Artikolu 10 |
|
L-Artikolu 13 |
L-Artikolu 11 emendat |
|
L-Artikolu 14 |
L-Artikolu 17(1) |
|
L-Artikolu 15 |
L-Artikolu 17(2) emendat |
|
L-Artikolu 16 |
L-Artikolu 12 |
|
L-Artikolu 17 |
L-Artikolu 13(1) emendat |
|
L-Artikolu 18 |
L-Artikolu 13(3) emendat |
|
L-Artikolu 19(1) |
L-Artikolu 16(2) |
|
L-Artikolu 19(2) |
L-Artikolu 16(3) |
|
L-Artikolu 19(3) |
L-Artikolu 16(4) |
|
L-Artikolu 20 |
L-Artikolu 14 |
|
L-Artikolu 21(1)(2) |
L-Artikolu 19(1)(2) |
|
L-Artikolu 21(3) |
L-Artikolu 19(4) |
|
L-Artikolu 22(1)(2) |
L-Artikolu 19(1)(3) |
|
L-Artikolu 23 |
— |
|
L-Artikolu 24(1) |
L-Artikolu 16(1) |
|
L-Artikolu 24(2) |
— |
|
L-Artikolu 25 |
— |
|
L-Artikolu 26 |
L-Artikolu 20 |
|
— |
L-Artikolu 21 |
|
— |
L-Artikolu 22 |
|
— |
L-Artikolu 23 |
|
L-Artikolu 27 |
L-Artikolu 24 |
|
L-Anness I |
— |
|
L-Anness II |
L-Anness I |
|
— |
L-Annessi II u III |
( 1 ) Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
( 2 ) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).