2008L0068 — MT — 12.12.2014 — 008.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DIRETTIVA 2008/68/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Settembru 2008

dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 260, 30.9.2008, p.13)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-4 ta’ Marzu 2009

  L 71

23

17.3.2009

 M2

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-25 ta’ Marzu 2010

  L 83

24

30.3.2010

 M3

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/61/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-2 ta’ Settembru 2010

  L 233

27

3.9.2010

 M4

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-14 ta’ Jannar 2011

  L 13

64

18.1.2011

 M5

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-4 ta’ April 2012

  L 101

18

11.4.2012

 M6

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2012/45/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-3 ta’ Diċembru 2012

  L 332

18

4.12.2012

►M7

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tas-6 ta’ Mejju 2013

  L 130

26

15.5.2013

►M8

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2014/103/UE Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-21 ta' Novembru 2014

  L 335

15

22.11.2014




▼B

DIRETTIVA 2008/68/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Settembru 2008

dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 71 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 1 ),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 2 ),

Billi:

(1)

It-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq, bil-ferrovija jew fuq il-passaġġi ta’ l-ilma interni jġib miegħu riskju konsiderevoli ta’ inċidenti. Għandhom għalhekk jittieħdu miżuri sabiex jiżguraw li dan it-trasport jitwettaq bl-aħjar kondizzjonijiet ta’ sikurezza.

(2)

Ġew stabbiliti regoli uniformi dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq u bil-ferrovija permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta’ Novembru 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija perikoluża bit-triq ( 3 ) u tad-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża bil-ferrovija ( 4 ), rispettivament.

(3)

Sabiex titwaqqaf sistema komuni li tkopri l-aspetti kollha tat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fuq l-ilmijiet interni navigabbli, id-Direttivi 94/55/KE u 96/49/KE għandhom jinbiddlu b’Direttiva waħdanija li tistipula wkoll id-dispożizzjonijiet b’rabta ma’ passaġġi ta’ l-ilma interni.

(4)

Il-maġġoranza ta’ l-Istati Membri huma partijiet kontraenti fil-Ftehim Ewropew dwar it-trasport internazzjonali ta’ oġġetti perikolużi bit-triq (“ADR”), huma suġġetti għar-Regolamenti dwar it-trasport internazzjonali ta’ oġġetti perikolużi bil-ferrovija (“RID”) u, sa fejn ikun rilevanti, fil-Ftehim Ewropew dwar it-trasport internazzjonali ta’ oġġetti perikolużi fuq Passaġġi ta’ l-Ilma Interni (“ADN”).

(5)

L-ADR, l-RID u l-ADN jistipulaw regoli uniformi għat-trasport internazzjonali sikur ta’ oġġetti perikolużi. Regoli bħal dawn għandhom ukoll jiġu estiżi għat-trasport nazzjonali sabiex jarmonizzaw fil-Komunità il-kondizzjonijiet li fihom l-oġġetti perikolużi jiġu trasportati, u sabiex ikun żgurat il-funzjonament kif imiss tas-suq komuni tat-trasport.

(6)

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għat-trasport ta’ l-oġġetti perikolużi f’ċerti ċirkostanzi eċċezzjonali marbuta man-natura tal-vetturi jew bastimenti involuti, jew man-natura limitata tat-trasport użat.

(7)

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva lanqas għandhom japplikaw għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi taħt ir-responsabbiltà jew is-superviżjoni diretta u fiżika tal-forzi armati. It-trasport ta’ oġġetti perikolużi li jsir minn kuntratturi kummerċjali li jaħdmu għall-forzi armati għandu, madanakollu, jaqa’ fl-ambitu ta’ din id-Direttiva ħlief jekk id-dmirijiet kuntrattwali tagħhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà jew is-superviżjoni diretta u fiżika tal-forzi armati.

(8)

Stat Membru li ma jkollux sistema ferrovjarja, u l-ebda prospett immedjat li jkollu waħda, ikun sottopost għal obbligu sproporzjonat u bla fini kieku kellu jittrasponi u jimplementa d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fir-rigward tat-trasport ferrovjarju. Għalhekk, sakemm ma jkollux sistema ferrovjarja, tali Stat Membru għandu jiġi eżentat mill-obbligu li jittrasponi u jimplementa din id-Direttiva f’dak li għandu x’jaqsam mat-trasport ferrovjarju.

(9)

Kull Stat Membru għandu jżomm id-dritt li jeżenta mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, it-trasport ta’ oġġetti perikolużi fuq passaġġi ta’ l-ilma interni, jekk il-passaġġi ta’ l-ilma interni fit-territorju tiegħu ma jkunux magħquda, permezz ta’ passaġġi ta’ l-ilma interni, ma’ passaġġi ta’ l-ilma interni ta’ Stati Membri oħrajn, jew jekk ma jinġarrux oġġetti perikolużi fuqhom.

(10)

Mingħajr preġudizzju għal-liġi Komunitarja u għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness I, Taqsima I.1 (1.9), l-Anness II, Taqsima II.1 (1.9) u l-Anness III, Taqsima III.1 (1.9), għandu jkun possibbli għall-Istati Membri, għal raġunijiet ta’ sikurezza tat-trasport, li jżommu jew jistabbilixxu dispożizzjonijiet f’oqsma li m’humiex koperti minn din id-Direttiva. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu speċifiċi u definiti b’mod ċar.

(11)

Kull Stat Membru għandu jżomm id-dritt li jirregola jew li jipprojbixxi t-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tiegħu, għal raġunijiet li m’humiex ta’ sikurezza, bħalma huma raġunijiet ta’ sigurtà nazzjonali jew ta’ protezzjoni ambjentali.

(12)

Huwa meħtieġ li jkun permess l-użu ta’ mezzi ta’ trasport reġistrati f’pajjiżi terzi għat-trasport internazzjonali ta’ oġġetti perikolużi fit-territorji ta’ l-Istati Membri, suġġett għall-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ l-ADR, l-RID jew l-ADN u ta’ din id-Direttiva.

(13)

Kull Stat Membru għandu jkollu l-possibbiltà li japplika regoli iktar stretti għall-operazzjonijiet tat-trasport nazzjonali mwettqa minn mezzi ta’ trasport reġistrati jew li qed joperaw fit-territorju tiegħu.

(14)

L-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet li huma fis-seħħ għat-trasport nazzjonali ta’ oġġetti perikolużi m’għandhiex timpedixxi milli jitqiesu ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi. Din id-Direttiva għandha għalhekk tagħti il-possibbiltà lill-Istati Membri sabiex jagħtu ċerti derogi skond ċerti kondizzjonijiet identifikati. Derogi bħal dawn għandhom ikunu elenkati f’din id-Direttiva bħala “derogi nazzjonali”.

(15)

Sabiex ikunu indirizzati sitwazzjonijiet mhux tas-soltu u eċċezzjonali, l-Istati Membri għandhom ikollhom id-dritt li jagħtu awtorizzazzjonijiet individwali li jippermettu t-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom, li kieku kienu jkunu pprojbiti minn din id-Direttiva.

(16)

Fid-dawl tal-livell ta’ l-investiment meħtieġ f’dan is-settur, l-Istati Membri għandhom ikunu permessi jżommu fuq bażi temporanja ċerti dispożizzjonijiet nazzjonali speċifiċi li jikkonċernaw ir-rekwiżiti ta’ kostruzzjoni relatati ma’ mezzi tat-trasport jew ma’ tagħmir u li jikkonċernaw it-trasport permezz taċ-Channel Tunnel. L-Istati Membri għandhom ukoll ikunu permessi li jżommu u jadottaw dispożizzjonijiet għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi bil-ferrovija bejn Stati Membri u Stati li huma partijiet kontraenti ta’ l-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni tal-Ferroviji (“OSJD”) sakemm ir-regoli ta’ l-Anness II mal-Ftehim dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti bil-Ferrovija (“SMGS”) u d-dispożizzjonijiet tat-Taqsima II.1 ta’ l-Anness II ma’ din id-Direttiva, u permezz tagħhom l-RID, ikunu ġew armonizzati. Fi żmien għaxar snin mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-konsegwenzi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u, jekk ikun meħtieġ, tressaq proposti xierqa. Dispożizzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu elenkati f’din id-Direttiva bħala “dispożizzjonijiet tranżizzjonali addizzjonali”.

(17)

Huwa meħtieġ li jkun possibli l-Annessi tad-Direttiva jiġu adattati malajr għall-progress xjentifiku u tekniku inkluż l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda għall-insegwiment u t-traċċar, partikolarment sabiex jitqiesu dispożizzjonijiet ġodda inkorporati fl-ADR, fl-RID u fl-ADN. L-emendi għall-ADR, għall-RID u għall-ADN u l-adattazzjonijiet korrispondenti għall-Annessi għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess waqt. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri b’appoġġ finanzjarju kif jixraq għat-traduzzjoni ta’ l-ADR, l-RID u l-ADN u kwalunkwe emenda għalihom fil-lingwi uffiċjali tagħhom.

(18)

Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu adottati konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni ( 5 ).

(19)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadatta l-Annessi ma’ din id-Direttiva għall-progress xjentifiku u tekniku. Billi dawn il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba sabiex jemendaw jew iħassru elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, jew sabiex jissupplimentaw din id-Direttiva biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(20)

Huwa meħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tkun tista’ tirrivedi l-listi tad-derogi nazzjonali u li tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ emerġenza fl-eventwalità ta’ xi aċċident jew inċident.

(21)

Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, il-limiti ta’ żmien li normalment japplikaw għall-proċedura regolatorja bi skrutinju għandhom jitnaqqsu għall-adozzjoni ta’ l-adattamenti ta’ l-Annessi għall-progress xjentifiku u tekniku.

(22)

Ladarba l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-iżgurar ta’ l-applikazzjoni uniformi ta’ regoli tas-sikurezza armonizzati fil-Komunità u livell għoli ta’ sikurezza għall-operazzjonijiet ta’ trasport nazzjonali u internazzjonali, ma jistgħux jintlaħqu suffiċjentement mill-Istati Membri, u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ din id-Direttiva, jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(23)

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għall-impenn li assumew il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, skond il-miri stabbiliti fil-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent u l-iżvilupp (UNCED) f’Rio de Janeiro f’Ġunju ta’ l-1992, sabiex jaħdmu għall-armonizzazzjoni ta’ sistemi għall-klassifikazzjoni ta’ sustanzi perikolużi.

(24)

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni Komunitarja li tirregola l-kondizzjonijiet tas-sikurezza li taħthom għandhom jiġu trasportati aġenti bijoloġiċi u organiżmi ġenetikament modifikati, irregolati skond id-Direttiva tal-Kunsill 90/219/KEE tat-23 ta’ April 1990 dwar l-użu fil-magħluq ta’ mikro-organiżmi modifikati ġenetikament ( 6 ), id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament ( 7 ), u d-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati ma’ l-espożizzjoni għal aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol ( 8 ).

(25)

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet Komunitarji oħra fl-oqsma tas-sikurezza u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol u tal-protezzjoni ta’ l-ambjent; partikolarment id-Direttiva Kwadru dwar is-sikurezza u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol, id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol ( 9 ), u d-Direttivi subordinati għaliha.

(26)

Id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni ( 10 ), tipprevedi li bastimenti li jkollhom ċertifikat, maħruġ skond ir-Regolament għat-trasport ta’ sustanzi perikolużi fuq ir-Rhine, jistgħu jġorru oġġetti perikolużi fit-territorju Komunitarju kollu skond il-kondizzjonijiet stipulati fl-istess ċertifikat. B’konsegwenza ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, id-Direttiva 2006/87/KE għandha tiġi emendata sabiex tħassar dik id-dispożizzjoni.

(27)

Huwa meħtieġ li jingħata perjodu tranżizzjonali ta’ mhux aktar minn sentejn għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fir-rigward tat-trasport ta’ oġġetti perikolużi permezz ta’ passaġġi ta’ l-ilma interni sabiex jingħata żmien biżżejjed għall-adattament ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali, għat-twaqqif ta’ oqfsa legali u għat-taħriġ ta’ persunal. Għandu jingħata perjodu tranżizzjonali ġenerali ta’ ħames snin għaċ-ċertifikati kollha tal-vapuri u ta’ persunal li jkunu nħarġu qabel jew matul il-perjodu tranżizzjonali għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fir-rigward tat-trasport ta’ oġġetti perikolużi permezz ta’ passaġġi ta’ l-ilma interni, sakemm ma jkunx indikat perjodu iqsar ta’ validità fiċ-ċertifikat.

(28)

Id-Direttivi 94/55/KE u 96/49/KE għandhom għalhekk jiġu mħassra. Għal raġunijiet ta’ ċarezza u razzjonalità, huwa wkoll meħtieġ li jiġu mħassra d-Direttiva tal-Kunsill 96/35/KE tat-3 ta’ Ġunju 1996 dwar il-ħatra u l-kwalifiki vokazzjonali ta’ konsulenti dwar is-sigurtà għat-trasport ta’ l-oġġetti perikolużi bit-triq, bil-ferrovija u bil-passaġġi fuq l-ilma interni ( 11 ), id-Direttiva 2000/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2000 dwar il-ħtiġijiet minimi għall-eżami tal-konsulenti tas-sigurtà dwar it-trasport ta’ l-oġġetti perikolużi bit-triq, bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni ( 12 ), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/263/KE ta’ l-4 ta’ Marzu 2005 li tawtorizza l-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skond id-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE fir-rigward tat-trasport ta’ l-oġġetti perikolużi bit-triq ( 13 ), u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/180/KE ta’ l-4 ta’ Marzu 2005 li tawtorizza l-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE fir-rigward tat-trasport ta’ l-oġġetti perikolużi bil-ferrovija ( 14 ).

(29)

Konformement mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet ( 15 ), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom, li jillustraw, sa fejn ikun possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq, bil-ferrovija jew fuq passaġġi ta’ l-ilma interni fl-Istati Membri jew bejniethom, inkluż l-attivitajiet tat-tagħbija u l-ħatt, trasferimenti lejn jew minn mezz ieħor tat-trasport u waqfiet meħtieġa skond iċ-ċirkostanzi tat-trasport.

Iżda ma għandhiex tapplika għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi:

(a) b’vetturi, vaguni jew bastimenti li jappartjenu lil jew huma fir-responsabbiltà tal-forzi armati;

(b) b’bastimenti tal-baħar f’żoni marittimi li jiffurmaw parti minn passaġġi ta’ l-ilma interni;

(ċ) b’laneċ li jaqsmu biss passaġġi ta’ l-ilma interni jew port; jew

(d) imwettaq fil-perimetru ta’ żona magħluqa.

2.  It-Taqsima II.1 ta’ l-Anness II m’għandhiex tapplika għal Stati Membri li m’għandhomx sistema ferrovjarja, sakemm l-ebda sistema bħal din ma titwaqqaf fit-territorju tagħhom.

3.  Fi żmien sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx it-Taqsima III.1 ta’ l-Anness III għal waħda minn dawn ir-raġunijiet:

(a) ma għandhomx passaġġi ta’ l-ilma interni;

(b) il-passaġġi ta’ l-ilma interni tagħhom m’humiex magħquda, permezz ta’ passaġġi ta’ l-ilma inteni, ma’ permezz ta’ passaġġi ta’ l-ilma inteni ta’ Stati Membri oħra; jew

(ċ) ma jiġux trasportati oġġetti perikolużi fuq il-permezz ta’ passaġġi ta’ l-ilma inteni tagħhom.

Jekk Stat Membru jiddeċiedi li ma japplikax id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness III, Taqsima III.1, hu għandu jgħarraf b’dik id-deċiżjoni lill-Kummissjoni, li għandha tgħarraf b’dan lill-Istati Membri.

4.  L-Istati Membri jistgħu jistipulaw rekwiżiti speċifiċi ta’ sikurezza għat-trasport nazzjonali u internazzjonali ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom, fir-rigward ta’:

(a) it-trasport ta’ oġġetti perikolużi permezz ta’ vetturi, vaguni u bastimenti ta’ passaġġi ta’ l-ilma interni mhux koperti minn din id-Direttiva;

(b) l-użu ta’ rotot preskritti;

(ċ) regoli speċjali għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fuq ferroviji tal-passiġġieri.

Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet u l-ġustifikazzjonijiet tagħhom.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra skond il-każ.

5.  L-Istati Membri jistgħu jirregolaw jew jipprojibixxu, strettament għal raġunijet li ma jkunux ta’ sikurezza waqt it-trasport, it-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

(1) “ADR” tfisser il-Ftehim Ewropew dwar it-trasport internazzjonali ta’ oġġetti perikolużi bit-triq, konkluż f’Ġinevra fit-30 ta’ Settembru 1957, kif emendat;

(2) “RID” tfisser il-Ftehim Ewropew dwar it-trasport internazzjonali ta’ oġġetti perikolużi bil-ferrovija, muri bħala l-Appendiċi C mal-Konvenzjoni dwar it-trasport internazzjonali bil-ferrovija (COTIF) konkluż f’Vilnius fit-3 ta’ Ġunju 1999, kif emendat;

(3) “ADN” tfisser il-Ftehim Ewropew dwar it-trasport internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi fuq passaġġi ta’ l-ilma interni, konkluż f’Ġinevra fis-26 ta’ Mejju 2000, kif emendat;

(4) “vettura” tfisser kull vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fit-triq, li jkollha ta’ lanqas erba’ roti u maħsuba għal veloċità massima li taqbeż l-25 km/h, flimkien mal-karrijiet tagħha, u bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq il-linji tal-ferrovija, makkinarju mobbli u tratturi agrikoli jew tal-foresterija li ma jivvjaġġawx b’veloċità li tisboq l-40 km fis-siegħa meta jkunu qed jittrasportaw oġġetti perikolużi;

(5) “vagun” tfisser kwalunkwe vettura ferrovjarja, mingħajr il-faċilità ta’ awtopropulsjoni, li tinstaq fuq ir-roti tagħha fuq il-linji ferrovjarji u li tkun użata għall-ġarr ta’ oġġetti;

(6) “bastiment” tfisser kwalunkwe bastiment ta’ passaġġi ta’ l-ilma interni jew tal-baħar.

Artikolu 3

Dispożizzjonjiet ġenerali

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, l-oġġetti perikolużi ma għandhomx jiġu trasportati jekk dan ikun projbit mill-Anness I, Taqsima I.1, l-Anness II, Taqsima II.1, jew l-Anness III, Taqsima III.1

2.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli ġenerali dwar l-aċċess għas-suq jew ir-regoli ġenerali applikabbli għat-trasport ta’ oġġetti, it-trasport ta’ oġġetti perikolużi għandu jiġi awtorizzat, suġġett għall-konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness I, Taqsima I.1, l-Anness II, Taqsima II.1 u l-Anness III, Taqsima III.1

Artikolu 4

Pajjiżi terzi

It-trasport ta’ oġġetti perikolużi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi għandu jiġi awtorizzat kemm-il darba jkun konformi mar-rekwiżiti ta’ l-ADR, l-RID jew l-ADN, ħlief jekk ikun indikat mod ieħor fl-Annessi.

Artikolu 5

Restrizzjonijiet minħabba raġunijiet ta’ sikurezza tat-trasport

1.  L-Istati Membri jistgħu, minħabba raġunijiet ta’ sikurezza tat-trasport, japplikaw dispożizzjonijiet, bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti ta’ kostruzzjoni, aktar stretti dwar it-trasport nazzjonali ta’ oġġetti perikolużi permezz ta’ vetturi, vaguni u bastimenti ta’ passaġġi ta’ l-ilma interni reġistrati jew li jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni fit-territorju tagħhom.

2.  Jekk, fl-eventwalità ta’ xi aċċident jew inċident fit-territorju tiegħu, Stat Membru jqis li d-dispożizzjonijiet ta’ sikurezza applikabbli nstabu li ma kinux biżżejjed sabiex jillimitaw il-perikli involuti fl-operazzjoni tat-trasport u jekk ikun hemm bżonn urġenti sabiex tittieħed azzjoni, dak l-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni, fl-istadju ta’ l-ippjanar, bil-miżuri li huwa jipproponi li jieħu.

Konformement mal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 9(2), il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tawtorizzax l-implimentazzjoni tal-miżuri kkonċernati u dwar it-tul tal-validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni.

Artikolu 6

Derogi

1.  L-Istat Membri jistgħu jawtorizzaw l-użu ta’ ilsna oħra barra dawk previsti fl-Annessi għall-operazzjonijiet ta’ trasport imwettqa fit-territorji tagħhom.

2.  

(a) Mingħajr preġudizzju għas-sikurezza, l-Istati Membri jistgħu jitolbu derogi mill-Anness I, Taqsima I.1, l-Anness II, Taqsima II.1 u l-Anness III, Taqsima III.1 għat-trasport fit-territorji tagħhom ta’ kwantitajiet żgħar ta’ ċerti oġġetti perikolużi, bl-eċċezzjoni ta’ sustanzi ta’ livell medju jew għoli ta’ radjuattività, kemm-il darba l-kondizzjonijiet għal tali trasport ma jkunux aktar stretti mill-kondizzjonijiet stipulati f’dawk l-Annessi.

(b) Mingħajr preġudizzju għas-sikurezza, l-Istati Membri jistgħu jitolbu wkoll derogi mill-Anness I, Taqsima I.1, l-Anness II, Taqsima II.1 u l-Anness III, Taqsima III.1 għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom għal dan li ġej:

(i) trasport lokali fuq distanzi qosra, jew

(ii) trasport lokali bil-ferrovija fuq rotot identifikati partikolari, li jifforma parti minn proċess industrijali definit, u li jkun ikkontrollat mill-qrib f’kondizzjonijiet speċifikati b’mod ċar.

Il-Kummissjoni għandha f’kull każ teżamina jekk il-kondizzjonijiet stipulati fis-subparagrafi (a) u (b) ġewx sodisfatti u għandha tiddeċiedi, konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2), jekk tawtorizzax id-deroga u iżżidhiex mal-lista tad-derogi nazzjonali fl-Anness I, Taqsima I.3, fl-Anness II, Taqsima II.3 jew l-Anness III, Taqsima III.3.

3.  Id-derogi skond il-paragrafu 2 għandhom ikunu validi għal perjodu li ma jeċċedix sitt snin mid-data ta’ l-awtorizzazzjoni, liema perjodu għandu jiġi stabbilit fid-deċiżjoni ta’ l-awtorizzazzjoni. Fir-rigward tad-derogi eżistenti fl-Anness I, Taqsima I.3, l-Anness II, Taqsima II.3 u l-Anness III, Taqsima III.3, id-data ta’ awtorizzazzjoni għandha titqies li hija it-30 ta’ Ġunju 2009. Jekk ma jkunx indikat mod ieħor, id-derogi għandhom ikunu validi għal perjodu ta’ sitt snin.

Id-derogi għandhom jiġu applikati mingħajr diskriminazzjoni.

4.  Jekk Stat Membru jitlob l-estensjoni ta’ awtorizzazzjoni għal deroga, il-Kummissjoni għandha tanalizza d-deroga kkonċernata.

Jekk ma tiġix adottata l-ebda emenda għall-Anness I, Taqsima I.1, l-Anness II, Taqsima II.1 u l-Anness III, Taqsima III.1 li tolqot is-suġġett tad-deroga, il-Kummissjoni filwaqt li taġixxi skond l-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2), għandha ġġedded l-awtorizzazzjoni għal perjodu ieħor li ma jeċċedix sitt snin mid-data ta’ l-awtorizzazzjoni, li għandha tiġi stipulata fid-deċiżjoni ta’ l-awtorizzazzjoni.

Jekk tiġi adottata emenda għall-Anness I, Taqsima I.1, l-Anness II, Taqsima II.1 u l-Anness III, Taqsima III.1 li tolqot is-suġġett tad-deroga, il-Kummissjoni filwaqt li taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2), tista’:

(a) tiddikjara d-deroga bħala skaduta u tneħħiha mill-Anness rilevanti;

(b) tnaqqas l-ambitu ta’ l-awtorizzazzjoni u temenda l-Anness rilevanti skond dan;

(ċ) iġġedded l-awtorizzazzjoni għal perjodu ieħor li ma jeċċedix sitt snin mid-data ta’ l-awtorizzazzjoni, u tali perjodu għandu jiġi stipulat fid-deċiżjoni ta’ l-awtorizzazzjoni.

5.  Kull Stat Membru jista’, b’mod eċċezzjonali u kemm-il darba s-sikurezza ma tiġix kompromessa, joħroġ awtorizzazzjoni individwali sabiex jitwettqu operazzjonijiet tat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tiegħu li huma projbiti minn din id-Direttiva jew sabiex jitwettqu tali operazzjonijiet skond kondizzjonijiet differenti minn dawk stipulati f’din id-Direttiva, bil-kondizzjoni li dawk l-operazzjonijiet ikunu definiti b’mod ċar u limitati fiż-żmien.

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.  Fit-territorji rispettivi tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jżommu d-dispożizzjonijiet elenkati fl-Anness I, Taqsima I.2., fl-Anness II, Taqsima II.2. u fl-Anness III, Taqsima III.2.

L-Istati Membri li jżommu tali dispożizzjonijiet għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(3), l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness III, Taqsima III.1 sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2011. F’dan il-każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu, fir-rigward ta’ passaġġi ta’ l-ilma interni, jkompli japplika d-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 96/35/KE u 2000/18/KE applikabbli fit-30 ta’ Ġunju 2009.

Artikolu 8

Adattamenti

1.  L-emendi meħtieġa sabiex jadattaw l-Annessi mal-progress xjentifiku u tekniku, inkluż l-użu tat-teknoloġiji għall-insegwiment u t-traċċar, fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva, partikolarment sabiex jitqiesu l-emendi għall-ADR, l-RID u l-ADN, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(3).

2.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi sostenn finanzjarju, kif ikun meħtieġ, lill-Istati Membri għat-traduzzjoni ta’ l-ADR, ta’ l-RID u ta’ l-ADN u tal-modifiki tagħhom għall-lingwa uffiċjali.

Artikolu 9

Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn Kumitat dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu msemmi fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun wieħed ta’ tliet xhur.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u (5)(b) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-limiti ta’ żmien stipulati fl-Artikolu 5a (3)(c) u (4)(b) u (e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu ta’ xahar, xahar u xahrejn rispettivament.

Artikolu 10

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-30 ta’ Ġunju 2009. Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni minnufih dwarhom.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 11

Emenda

L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2006/87/KE huwa b’dan imħassar.

Artikolu 12

Tħassir

1.  Id-Direttivi 94/55/KE, 96/49/KE, 96/35/KE u 2000/18/KE huma b’dan imħassra b’effett mit-30 ta’ Ġunju 2009.

Iċ-ċertifikati maħruġa skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi mħassra għandhom jibqgħu validi sad-dati ta’ l-iskadenza tagħhom.

2.  Id-Deċiżjonijiet 2005/263/KE u 2005/180/KE huma b’dan imħassra.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 14

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

TRASPORT BIT-TRIQ

▼M8

I.1.    ADR

Fl-Annessi A u B tal-ADR, kif applikabbli b'effett mill-1 ta' Jannar 2015, huwa mifhum illi l-frażi 'parti kontraenti' tiġi ssostitwita bil-frażi “Stat Membru” kif xieraq.

▼B

I.2.   Dispożizzjonijiet transizzjonali addizzjonali

1. L-Istati Membri jistgħu jżommu d-derogi adottati abbażi ta’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva 94/55/KE sal-31 ta’ Diċembru 2010, jew, sa meta l-Anness I, Taqsima I.1, jiġi emendat, sabiex jirrifletti r-Rakkomandazzjonijiet tan-NU dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi msemmija f’dak l-Artikolu, jekk dan iseħħ qabel.

2. Fil-limiti tat-territorju tiegħu kull Stat Membru jista’ jawtorizza l-użu ta’ tankijiet u vetturi mibnija qabel l-1 ta’ Jannar 1997 li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva, iżda li ġew prodotti b’konformità ma’ rekwiżiti nazzjonali fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 1996, sakemm tali tankijiet u vetturi jinżammu fil-livelli ta’ sikurezza meħtieġa.

Tankijiet u vetturi prodotti fl-1 ta’ Jannar 1997, jew wara, li ma jikkonformawx ma’ din id-direttiva imma li kienu nbnew skond ir-rekwiżiti tad-Direttiva 94/55/KE fis-seħħ fid-data tal-kostruzzjoni tagħhom, jistgħu jibqgħu jintużaw għat-trasport nazzjonali.

3. Fil-limiti tat-territorju tiegħu kull Stat Membru fejn it-temperatura ambjentali regolarment tkun inqas minn – 20 °C, jistgħu jimponu standards iktar stretti fir-rigward tat-temperatura operattiva ta’ materjali użati fl-ippakkjar bil-plastik, tankijiet u t-tagħmir tagħhom maħsubin għall-użu fit-trasport nazzjonali ta’ oġġetti perikolużi bit-triq sakemm it-temperaturi ta’ referenza, xierqa għal żoni klimatiċi speċifiċi, jiġu inkorporati fl-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva.

4. Fil-limiti tat-territorju tiegħu kull Stat Membru jista’ jżomm id-dispożizzjonijiet nazzjonali barra dawk fl-Anness fir-rigward tat-temperatura ta’ referenza għat-trasport fit-territorju tiegħu ta’ gassijiet likwefatti jew taħlitiet ta’ gassijiet likwefatti, sakemm dispożizzjonijiet relatati mat-temperaturi approprjati ta’ referenza għal żoni klimatiċi indikati jkunu inkorporati fl-istandards Ewropej u msemmija fl-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva.

5. Għal operazzjonijiet ta’ trasport imwettqa minn vetturi reġistrati fi ħdan it-territorju tiegħu, kull Stat Membru jista’ jżomm id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 1996 marbuta mal-wiri jew it-tpoġġija ta’ kodiċi ta’ azzjoni ta’ l-emerġenza, jew it-tabella tal-perikli, minflok in-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-periklu stipulat fl-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva.

6. L-Istati Membri jistgħu jżommu restrizzjonijiet fuq it-trasport ta’ sustanzi li jkun fihom id-diossini u l-furani (furans) applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 1996.

▼M7

I.3.    Derogi nazzjonali

Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE.

Numerazzjoni tad-derogi: RO-a/bi/bii-MS-nn

RO = Triq

a/bi/bii = l-Artikolu 6(2) a/bi/bii

MS = Taqsira għall-Istat Membru

nn = numru tal-ordni

Ibbażat fuq l-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE

BE Il-Belġju

Suġġett: Klassi 1 – Kwantitajiet żgħar.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: 1.1.3.6 jillimita l-kwantità ta’ splussiv tal-minjieri li jista’ jiġi trasportat f’vettura ordinarja għal 20 kg.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-operaturi ta’ ċentri ‘l bogħod minn żoni ta’ provvista jistgħu jkunu awtorizzati li jġorru 25 kg ta’ dinamita jew splussiv qawwi u mhux aktar minn 300 detonatur f’vetturi bil-mutur ordinarji, soġġetti għal kundizzjonijiet li għandhom ikunu stabbiliti mis-servizz tal-isplussivi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Article 111 de l’arrêté royal 23 septembre 1958 sur les produits explosifs.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: It-trasport ta’ kontenituri vojta mhux imnaddfa li kien fihom prodotti ta’ klassijiet differenti.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.6

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Indikazzjoni fuq id-dokument tat-trasport “kontenituri vojta mhux imnaddfa li fihom kien hemm prodotti ta’ klassijiet differenti”.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-deroga 6-97.

Kummenti: Id-deroga rreġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru 21 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Adozzjoni tal-RO–a–UK–4.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: eżenzjoni mir-rekwiżiti ADR kollha għat-trasport nazzjonali sa massimu ta’ 1 000 detettur joniku tad-duħħan minn djar privati għall-faċilità tat-trattament fil-Belġju minn ġol-punti tal-ġbir previsti fix-xenarju għall-ġbir selettiv tad-detetturi tad-duħħan.

Referenza għall-ADR: ir-rekwiżiti kollha

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE:

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-użu domestiku tad-detetturi joniċi tad-duħħan mhuwiex sottomess għall-kontroll regolatorju mil-lat radjoloġiku ladarba d-detettur tad-duħħan ikun ta’ tip approvat. It-trasport ta’ dawn id-detetturi tad-duħħan għal għand l-utent aħħari huwa wkoll eżentat mir-rekwiżiti ADR. (ara 2.2.7.1.2(d)).

Id-Direttiva 2002/96/KE dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) tesiġi l-ġbir selettiv tad-detetturi tad-duħħan użati ħalli jiġu trattati ċ-ċirkwiti elettroniċi u, għad-detetturi joniċi tad-duħħan, sabiex jitneħħew is-sustanzi radjoattivi. Biex dan il-ġbir selettiv ikun possibbli ġie żviluppat xenarju biex iħajjar lill-djar privati jieħdu d-detetturi tad-duħħan użati tagħhom f’punt tal-ġbir minn fejn dawn id-detetturi jkunu jistgħu jinġarru lejn il-faċilità tat-trattament xi minn daqqiet permezz ta’ punt tal-ġbir ieħor jew post ta’ ħżin immedjat.

Fil-punt tal-ġbir ikun hemm disponibbli kontenituri tal-metall li jesgħu sa massimu ta’ 1 000 detettur tad-duħħan. Minn dawn il-punti, kontenitur bħal dawn bid-detetturi tad-duħħan jista’ jiġi trasportat flimkien ma’ skart ieħor lejn maħżen intermedju jew lejn il-faċilità tat-trattament. Il-pakkett ikun ittikkettat bil-kliem “detettur tad-duħħan”.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: ix-xenarju għall-ġbir selettiv tad-detetturi tad-duħħan huwa parti mill-kundizzjonijiet għat-tneħħija tal-istrumenti approvati previsti fl-Artikolu 3.1.d.2 tad-digriet irjali tal-20/07/2001: ir-regolament ġenerali dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni.

Kummenti: Din id-deroga hija meħtieġa sabiex ikun possibbli l-ġbir selettiv tad-detetturi joniċi tad-duħħan.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

DE Il-Ġermanja

Suġġett: L-ippakkjar imħallat u t-tagħbija mħallta ta’ parts tal-karozzi bil-klassifikazzjoni 1.4G flimkien ma’ ċerti oġġetti perikolużi (n4)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10 u 7.5.2.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar l-ippakkjar imħallat u t-tagħbija mħallta.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: NU 0431 u NU 0503 jistgħu jiġi mgħobbija flimkien ma’ ċerti oġġetti perikolużi (prodotti marbuta mal-manifattura tal-karozzi) f’ċerti ammonti, kif imniżżla fid-deroga. Il-valur ta’ 1 000 (komparabbli mal-punt 1.1.3.6.4) m’għandu qatt jinqabeż.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 28.

Kummenti: Din l-eżenzjoni hija meħtieġa sabiex partijiet tas-sikurezza tal-karozzi jitwasslu bla telf ta’ żmien, skont id-domanda lokali. Minħabba l-firxa wiesgħa ta’ prodotti, il-ħżin ta’ dawn il-prodotti f’garaxxijiet lokali mhijiex komuni.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit li jinġarr dokument tat-trasport u dikjarazzjoni tal-kunsinnatur għal ċerti kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi, kif iddefiniti f’1.1.3.6 (n1).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.1 u 5.4.1.1.6

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: kontenut tad-dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha ħlief għall-klassi 7: mhu meħtieġ ebda dokument tat-trasport, jekk il-kwantità tal-oġġetti trasportati ma taqbiżx il-kwantitajiet stipulati f’1.1.3.6.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 18.

Kummenti: It-tagħrif mogħti fl-immarkar u l-ittikkettar tal-pakketti jitqies suffiċjenti għat-trasport nazzjonali, peress li d-dokument tat-trasport mhux dejjem ikun xieraq fejn tidħol id-distribuzzjoni lokali.

Deroga rreġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru 22 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: It-trasport tal-istandards tal-kejl u l-pompi tal-fjuwil (vojta, mhux imnaddfa)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Dispożizzjonijiet għan-numru NU 1202, 1203 u 1223.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ippakkjar, immarkar, dokumenti, struzzjonijiet tat-trasport u l-immaniġġar, struzzjonijiet għall-ekwipaġġ tal-vettura.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Speċifikazzjoni tar-regolamenti applikabbli u dispożizzjonijiet anċillari għall-applikazzjoni tad-deroga; sa 1 000 l: komparabbli ma’ pakketti vojta, mhux imnaddfa; aktar minn 1 000 l: Konformità ma’ ċerti regolamenti għat-tankijiet; trasport vojt u mhux imnaddaf biss.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 24.

Kummenti: Lista Nru 7, 38, 38a.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Awtorizzazzjoni għall-pakketti mħallta

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10.4 MP2

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni ta’ pakketti mħallta.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 1.4S, 2, 3 u 6.1; awtorizzazzjoni ta’ ppakkjar imħallat ta’ oġġetti fil-Klassi 1.4S (skrataċ għal armi żgħar), aerosols (Klassi 2) u materjali tat-tindif u t-trattamenti fil-Klassi 3 u 6.1 (in-numri NU elenkanti) kif lesti għal bejgħ f’ippakkjar imħallat fil-grupp tal-ippakkjar II u fi kwantitajiet żgħar.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 21.

Kummenti: Listi Nru 30*, 30a, 30b, 30c, 30d, 30e, 30f, 30 g.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

DK Id-Danimarka

Suġġett: It-trasport bit-triq ta’ pakketti li jkun fihom sustanzi splussivi u ta’ pakketti li jkun fihom id-detonaturi fl-istess vettura.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.2.2

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-ippakkjar imħallat.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-regoli tal-ADR għandhom jitħarsu meta jiġu trasportati oġġetti perikolużi bit-triq.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 of 15. august 2001 om vejtransport of farligt gods § 4, stk. l.

Kummenti: Teżisti ħtieġa prattika sabiex ikunu jistgħu jiġu ppakkjati sustanzi splussivi flimkien ma’ detonaturi fl-istess vettura meta dawn l-oġġetti jiġu trasportati minn fejn ikunu maħżuna lejn il-post tax-xogħol u lura.

Meta l-leġiżlazzjoni Daniża dwar it-trasport tal-oġġetti perikolużi tiġi emendata, l-awtoritajiet Daniżi se jippermettu dan it-trasport b’dawn il-kundizzjonijiet:

1. Ma jkunux qed jiġu trasportati aktar minn 25 kg ta’ sustanzi splussivi taħt il-Grupp D.

2. Ikunu qed jiġi trasportati mhux aktar minn 200 biċċa ta’ detonaturi taħt il-Grupp B.

3. Id-detonaturi u s-sustanzi splussivi għandhom ikunu ppakkjati separatament f’pakkjar ċertifikat min-NU skont ir-regoli stipulati fid-Direttiva 2000/61/KE li temenda d-Direttiva 94/55/KE.

4. Id-distanza bejn il-pakketti li jkun fihom id-detonaturi u dawk li jkun fihom is-sustanzi splussivi għandha tkun mill-inqas metru (1). Id-distanza għandha titħares anki wara ż-żamma għall-għarrieda tal-brejkijiet. L-ippakkjar li jkun fih sustanzi splussivi u dak li fih detonaturi jrid jitpoġġa b’mod li ma jkunx possibbli li jitneħħa malajr mill-vettura.

5. Irid jitħarsu r-regoli kollha l-oħra dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: It-trasport fit-triq ta’ pakketti u oġġetti li jkun fihom skart u residwi ta’ oġġetti perikolużi ta’ ċerti klassijiet minn djar privati u intrapriżi għall-iskop ta’ rimi.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-partijiet u l-Kapitoli 2, 3, 4.1, 5.1, 5.2, 5.4, 6, 8.1 u 8.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet tal-klassifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet speċjali, id-dispożizzjonijiet tal-imballaġġ, il-proċeduri tal-kunsinna, ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ, ir-rekwiżiti ġenerali li jikkonċernaw l-unitajiet tat-trasport u t-tagħmir abbord u rekwiżiti ta’ taħriġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-imballaġġ intern u oġġetti li fihom ikun hemm skart jew fdalijiet ta’ merkanzija perikoluża ta’ ċerti klassijiet miġbura minn djar privati jew impriżi biex jintremew, jistgħu jiġu ppakkjati flimkien f’ċertu imballaġġ estern u/jew overpacks u jinġarru skont proċeduri speċjali tal-kunsinna inkluż restrizzjonijiet speċjali għall-ippakkjar u l-immarkar. Il-kwantità tal-oġġetti perikolużi għal kull imballaġġ intern, għal kull imballaġġ estern u/jew għal kull unità ta’ trasport hija ristretta.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 818 af 28. juni 2011 om vejtransport af farligt gods § 4, stk. 3.

Kummenti: Mhuwiex possibbli li l-amministraturi tal-iskart japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE meta jkun inġabar skart bi fdalijiet ta’ oġġetti perikolużi minn djar privati u intrapriżi biex jinġarr għar-rimi. L-iskart normalment jinżamm f’pakketti li jkunu nbigħu għall-bejgħ bl-imnut.

Data ta’ skadenza: l-1 ta’ Jannar 2019

FI Il-Finlandja

Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi f’ċerti ammonti f’xarabanks u materjali b’radjoattività baxxa fi kwantitajiet żgħar għal għanijiet ta’ kura tas-saħħa u r-riċerka.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1, 5.4.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-ippakkjar, dokumentazzjoni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi, f’ċerti ammonti taħt il-limitu ta’ 1.1.3.6 b’piż nett massimu ta’ mhux aktar minn 200 kg, fix-xarabankijiet huwa permess mingħajr l-użu tad-dokument tat-trasport u mingħajr ma jintlaħqu r-rekwiżiti tal-imballaġġ kollha. Waqt it-trasport tal-materjali b’radjoattivà baxxa b’piż massimu ta’ 50 kg għal għanijiet ta’ kura tas-saħħa u għar-riċerka, il-vettura ma hemmx għalfejn tkun immarkata jew mgħammra skont l-ADR.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003; 312/2005).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Deskrizzjoni tat-tankijiet vojta mniżżla fid-dokument tat-trasport,

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.6

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet speċjali għal pakketti vojta u mhux imnaddfa, vetturi, kontenituri, tankijiet, vetturi tal-batteriji u kontenituri tal-gass ta’ elementi multipli (“MEGCs”).

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fil-każ ta’ vetturi bit-tank vojta u mhux imnaddfa li fihom jinġarru żewġ jew aktar sustanzi bin-numri NU 1202, 1203 u 1223, id-deskrizzjoni fid-dokumenti tat-trasport tista’ timtela bil-kliem “L-aħħar tagħbija” flimkien ma’ isem il-prodott bl-aktar temperatura baxxa sabiex jieħu n-nar. “Vettura bit-tank vojt, 3, l-aħħar tagħbija: NU 1203 Motor spirit, II”.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Tikkettar u mmarkar tal-unità tat-trasport għall-isplussivi

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.2.1.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali għall-immarkar tal-pjanċi oranġjo.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Unitajiet tat-trasport li jittrasportaw (normalment f’vannijiet) ammonti żgħar ta’ splussivi (sa massimu ta’ 1 000 kg (netti)) għall-barrieri u s-siti tax-xogħol jistgħu jiġu ttikkettati fuq quddiem u wara, bl-użu tal-plakards skont il-mudell Nru 1.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

FR Franza

Suġġett: It-trasport ta’ skart li joriġina minn attivitajiet ta’ kura li jinvolvu riskju ta’ infezzjoni kopert min-NU 3291 b’massa ta’ inqas minn jew sa 15-il kg.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: l-Annessi A u B.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-ADR għat-trasport ta’ skart li joriġina minn attivitajiet ta’ kura li jinvolvu riskju ta’ infezzjoni kopert min-NU 3291 b’massa ta’ inqas minn jew sa 15-il kg.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route - Article 12.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi f’vetturi pubbliċi li jġorru l-passiġġieri (18)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.3.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: It-trasport ta’ passiġġieri u oġġetti perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi għajr dawk tal-Klassi 7, f’vetturi tat-trasport pubbliku awtorizzat bħala bagalja tal-idejn (hand luggage): id-dispożizzjonijiet marbuta mal-pakkettar, l-immarkar u t-tikkettar ta’ pakki kif stabbilit f’4.1, 5.2 u 3.4 biss ikunu japplikaw.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 relatif au transport des marchandises dangereuses par voies terrestres, annexe I paragraphe 3.1.

Kummenti: Oġġetti perikolużi għall-użu personali jew inkella għall-użu professjonali proprju biss jistgħu jinġarru f’bagalji tal-idejn. Huma permessi kontenituri portabbli tal-gass fl-ammonti meħtieġa għal vjaġġ wieħed għal pazjenti bi problemi respiratorji.

Data ta’ skadenza: id-29 ta’ Frar 2016

Suġġett: It-trasport personali ta’ kwantitajiet żgħar ta’ oġġetti perikolużi (18)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Obbligu ta’ dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport personali ta’ kwantitajiet żgħar ta’ oġġetti perikolużi għajr dawk tal-Klassi 7, li ma jaqbżux il-limiti stabbiliti f’1.1.3.6 mhuwiex soġġett għall-obbligu li jkollu dokument tat-trasport kif stipulat f’5.4.1.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 relatif au transport des marchandises dangereuses par voies terrestres annexe I, paragraphe 3.2.1.

Data ta’ skadenza: id-29 ta’ Frar 2016

Suġġett: It-trasport bit-triq ta’ kampjuni ta’ sustanzi kimiċi, taħlitiet u oġġetti li jkun fihom merkanzija perikoluża għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet minn 1 sa 9

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet ġenerali, il-klassifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet speċjali u l-eżenzjonijiet dwar il-ġarr ta’ merkanzija perikoluża ppakkjata fi kwantitajiet limitati, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu ta’ imballaġġ u tankijiet, il-proċeduri tal-kunsinna, ir-rekwiżiti tal-kostruzzjoni tal-imballaġġ, id-dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tat-trasport, tal-immaniġġjar, it-tagħbija u l-ħatt, ir-rekwiżiti dwar it-tagħmir u l-operat tat-trasport, ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Kampjuni ta’ sustanzi kimiċi, taħlitiet u oġġetti li jkun fihom merkanzija perikoluża li jinġarru għall-analiżi bħala parti minn attività ta’ sorveljanza tas-suq għandhom ikunu ppakkjati f’imballaġġ ikkombinat. Għandhom jikkonformaw mar-regoli dwar il-kwantitajiet massimi għal imballaġġ intern skont it-tip ta’ merkanzija perikoluża involuta. L-imballaġġ estern għandu jikkonforma mar-rekwiżiti għal kaxex tal-plastik solidu (4H2, il-Kapitolu 6.1 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE). L-imballaġġ estern għandu jkun immarkat skont it-Taqsima 3.4.7 l-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE u t-test “Kampjuni għall-analiżi” (bil-Franċiż: “Echantillons destinés à l’analyse”). Sakemm dawn id-dispożizzjonijiet huma mħarsa, il-ġarr mhuwiex soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 12 décembre 2012 modifiant l’arrêté du 29 mai 2009 relatif aux transports de marchandises dangereuses par voies terrestres

Kummenti: L-eżenzjoni tat-Taqsima 1.1.3, l-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE ma tistipulax dwar it-trasport għall-analiżi ta’ kampjuni ta’ oġġetti perikolużi meħuda mill-awtoritajiet kompetenti jew f’isimhom. Sabiex tiġi żgurata sorveljanza effettiva tas-suq, Franza introduċiet proċedura msejsa fuq is-sistema applikabbli għal kwantitajiet limitati biex tiżgura s-sigurtà tat-trasport tal-kampjuni li jkun fihom oġġetti perikolużi. Peress li mhux dejjem fattibbli li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tat-tabella A, il-limitu tal-kwantità għall-imballaġġ intern ġie ddefinitb’mod aktar operattiv.

Data ta’ skadenza: l-1 ta’ Jannar 2019

IE L-Irlanda

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit 5.4.0 tal-ADR għal dokument tat-trasport għall-ġarr ta’ pestiċidi tal-Klassi 3 tal-ADR, elenkati fi 2.2.3.3 bħala pestiċidi FT2 (f.p. < 23 °C) u l-Klassi 6.1 tal-ADR, elenkati fil-punt 2.2.61.3 bħala pestiċidi likwidi T6 (b’temperatura biex jieħu n-nar ta’ anqas minn 23 °C), fejn il-kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi li qed jinġarru ma jaqbżux il-kwantitajiet stipulati fil-punt 1.1.3.6 tal-ADR

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżit għal dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument tat-trasport mhux meħtieġ għall-ġarr tal-pestiċidi tal-Klassi 3 tal-ADR u 6.1, fejn il-kwantità tal-oġġetti perikolużi li tkun qed tinġarr ma taqbiżx il-kwantitajiet stipulati fil-punt 1.1.3.6 tal-ADR.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(9) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 2004”.

Kummenti: Rekwiżiti iebsa u bla ħtieġa għat-trasport lokali u t-tqassim ta’ dawn il-pestiċidi.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: L-eżenzjoni, minn xi dispożizzjonijiet tal-ADR dwar l-ippakkjar, l-immarkar u l-ittikkettar ta’ kwantitajiet żgħar (inqas mil-limiti f’1.1.3.6) ta’ oġġetti pirotekniċi skaduti u bil-kodiċi tal-klassikazzjoni 1.3G, 1.4G u 1.4S tal-Klassi 1 tal-ADR, li għandhom in-numri rispettivi tal-identifikazzjoni tas-sustanza NU 0092, NU 0093, NU 0191, NU 0195, NU 0197, NU 0240, NU 0312, NU 0403, NU 0404 jew NU 0453 għal ġarr lejn l-eqreb kwartieri militari għar-rimi.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6, 4.1, 5.2 u 6.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rimi ta’ materjal pirotekniku skadut.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dispożizzjonijiet tal-ADR dwar l-ippakkjar, l-immarkar u l-ittikkettar ta’ materjal pirotekniku skadut, bin-numri rispettivi NU 0092, NU 0093, NU 0191, NU 0195, NU 0197, NU 0240, NU 0312, NU 0403, NU 0404 jew NU 0453 għall-ġarr lejn l-eqreb kwartieri militari ma japplikawx sakemm id-dispożizzjonijiet ġenerali għall-ippakkjar tal-ADR jiġu rispettati u tagħrif addizzjonali jiġi inkluż fid-dokument tat-trasport. Dan japplika biss għat-trasport lokali, lejn l-eqreb kwartieri militari, ta’ kwantitajiet żgħar ta’ dan il-materjal pirotekniku skadut bl-għan li jiġu eliminati b’mod sikur.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(10) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 2004”.

Kummenti: Il-ġarr ta’ kwantitajiet żgħar ta’ raġġi (flares) “skaduti” għall-emerġenza fuq il-baħar, speċjalment minn sidien ta’ dgħajjes għad-delizju u minn fornituri marittimi, lejn kwartieri militari biex jintremew b’mod sikur, partikolarment b’rabta mar-rekwiżiti tal-ippakkjar. Id-deroga hija għall-kwantitajiet żgħar (anqas minn dawk speċifikati fil-punt 1.1.3.6) għat-trasport lokali.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ 6.7 u 6.8, fir-rigward tat-trasport bit-triq ta’ tankijiet tal-ħżin mhux imnaddfa u nominalment vojta (għall-ħżin f’postijiet fissi), għall-finijiet ta’ tindif, tiswija, ittestjar jew skreppjar.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.7 u 6.8.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għad-disinn, il-kostruzzjoni, l-ispezzjoni u l-ittestjar tat-tankijiet.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-punti 6.7 u 6.8 tal-ADR għall-ġarr bit-triq ta’ tankijiet tal-ħażna nominalment vojta u mhux imnaddfa (għall-ħżin f’postijiet fissi), bl-għan li jitnaddfu, jissewwew, jiġu ttestjati jew skreppjati sakemm (a) jitneħħew il-pajpijiet kollha mqabbda mat-tank li jkunu raġonevolment jistgħu jitneħħew; (b) jitwaħħal valv tal-pressjoni adatt fit-tank u li għandu jibqa’ operattiv matul il-ġarr; u (c) soġġett għal (b) hawn fuq l-aperturi kollha fit-tank u fi kwalunkwe pajp imwaħħal magħhom ġew issiġillati biex jipprevjenu r-rilaxx ta’ kwalunkwe oġġett perikoluż, sakemm dan ikun raġonevolment fattibbli.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: Dawn it-tankijiet jintużaw għall-ħżin ta’ sustanzi f’postijiet fissi u mhux għat-trasport ta’ oġġetti. Dawn ikun fihom kwantitajiet żgħar ħafna ta’ oġġetti perikolużi waqt li huma (it-tankijiet) ikunu trasportati lejn stabbilimenti differenti għat-tindif, tiswija, eċċ.

Preċedentement skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ 5.3, 5.4, 7 u mill-Anness B tal-ADR, fir-rigward tal-ġarr ta’ ċilindri tal-gass li jintużaw f’distributuri awtomatiċi (tax-xorb) meta jinġarru fuq l-istess vettura max-xorb (li ser jintużaw għalih).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3, 5.4, 7 u l-Anness B.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-immarkar tal-vetturi, id-dokumentazzjoni li għandha tinġarr u d-dispożizzjonijiet dwar it-tagħmir u l-operazzjonijiet tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ 5.3, 5.4, 7 u mill-Anness B għall-ADR għaċ-ċilindri tal-gass li jintużaw fid-distributuri awtomatiċi tax-xorb, meta dawn iċ-ċilindri tal-gass ikunu qed jinġarru fuq l-istess vettura max-xorb (li ser jintużaw għalih).

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: L-attivitajiet prinċipali jikkonsistu fit-tqassim ta’ pakketti tax-xorb, li ma jkunux sustanzi skont l-ADR, flimkien ma’ kwantitajiet żgħar ta’ ċilindri żgħar ta’ gassijiet assoċċjati mal-użu fix-xorb.

Preċedentement skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Eżenzjoni, għat-trasport nazzjonali fl-Irlanda, mir-rekwiżiti dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-kontenituri, u mid-dispożizzjonijiet dwar l-użu tagħhom, li jinsabu fi 6.2 u 4.1 tal-ADR, għaċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni tal-gassijiet tal-Klassi 2 li ġew trasporti b’mod multimodali, fosthom dak marittimu, sakemm (i) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni inbnew, ġew ittestjati u użati skont il-kodiċi IMDG, (ii) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni ma jimtlewx mill-ġdid fl-Irlanda iżda ttieħdu lura nominalment vojta lejn il-pajjiż tal-oriġini tal-vjaġġ b’trasport multimodali, u (iii) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni jitqassmu lokalment f’kwantitajiet żgħar.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.4.2, 4.1 u 6.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar it-trasport multimodali, inkluż it-trasport marittimu, dwar l-użu ta’ ċilindri u krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2 tal-ADR, u dwar il-kostruzzjoni u ttestjar ta’ dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2 tal-ADR.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dispożizzjonijiet ta’ 4.1 u 6.2 ma japplikawx għaċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2, sakemm (i) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni jkunu nbnew u ttestjati skont il-kodiċi IMDG, (ii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jintużaw skont il-kodiċi IMDG, (iii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jkunu ġew trasportati lejn il-kunsinnatur permezz ta’ trasport multimodali, fosthom il-ġarr marittimu, (iv) it-trasport ta’ dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni sa għand l-utent aħħari sar fi vjaġġ wieħed, f’ġurnata waħda, mid-destinatarju tal-operazzjoni tat-trasport multimodali (imsemmi fi (iii)), (v) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni ma jkunux imtlew mill-ġdid fi ħdan l-Istat u jittieħdu lura nominalment vojta lejn il-pajjiż tal-oriġini tal-operazzjoni ta’ trasport multimodali (imsemmi fi (iii)) u (vi) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jkunu tqassmu lokalment fi ħdan l-Istat fi kwantitajiet żgħar.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: Il-gassijiet li jinsabu f’dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għandhom speċifikazzjonijiet, mitluba mill-utent aħħari, li jirriżultaw fil-ħtieġa li jiġu importati minn barra ż-żona ADR. Ladarba użati, dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni nominalment vojta jeħtieġ jittieħdu lura fil-pajjiż tal-oriġini, sabiex jimtlew mill-ġdid bil-gassijiet partikolarment speċifikati - ma għandhomx jimtlew mill-ġdid fl-Irlanda u lanqas f’ebda parti oħra taż-żona ADR. Minkejja li mhumiex konformi mal-ADR, huma konformi mal-kodiċi IMDG u aċċettati għall-finijiet tagħha. It-trasport multimodali, li jibda barra ż-żona ADR, huwa maħsub sabiex jintemm fil-bini tal-importatur, fejn ikun intenzjonat li ċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jitqassmu fi kwantitajiet żgħar lill-utent aħħari lokalment fl-Irlanda. Dan it-trasport fuq it-territorju tal-Irlanda għandu jsir fir-rispett tal-Artikolu 6(9) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

LT Il-Litwanja

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–a–UK–6

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Lietuvos Respublikos Vyriausybės 2000 m. kovo 23 d. nutarimas Nr. 337 “Dėl pavojingų krovinių vežimo kelių transportu Lietuvos Respublikoje” (Riżoluzzjoni Nru 337 tal-Gvern dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq fir-Repubblika tal-Litwanja, adottata fit-23 ta’ Marzu 2000).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

UK Ir-Renju Unit

Suġġett: Il-ġarr ta’ ċerti oġġetti li jkun fihom materjal radjoattiv ta’ periklu baxx bħal arloġġi, arloġġi tal-idejn, detetturi tad-duħħan, boxxli (E1).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Ħafna mir-rekwiżiti tal-ADR.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għat-trasport ta’ materjal tal-Klassi 7.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni totali mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti nazzjonali għal ċerti prodotti kummerċjali li fihom kwantitajiet limitati ta’ materjal radjoattiv. (Tagħmir luminuż maħsub sabiex jintlibes min-nies; fi kwalunkwe vettura jew vettura ferrovjarja mhux iktar minn 500 detettur tad-duħħan għall-użu domestiku b’attività individwali li ma taqbiżx l-40 kBq; jew fi kwalunkwe vettura jew vettura ferrovjarja mhux aktar minn ħames biċċiet tagħmir tad-dawl bil-gass tat-tritju b’attività individwali li ma taqbiżx l-10 GBq).

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002: Regulation 5(4)(d). The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Ir-Regolament 3(10).

Kummenti: Din id-deroga hija miżura għal żmien qasir, li ma tibqax aktar meħtieġa meta emendi simili għar-regolamenti tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (“IAEA”) jiġu inkorporati fl-ADR.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit li jinżamm dokument tat-trasport għal ċerti kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi (minbarra mill-Klassi 7) kif ddefinit fil-1.1.3.6 (E2).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6.2 u 1.1.3.6.3.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet minn ċerti rekwiżiti għal ċerti kwantitajiet għal kull unità ta’ trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument tat-trasport mhux meħtieġ għal kwantitajiet limitati, bl-eċċezzjoni fejn dawn jifformaw parti minn tagħbija akbar.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods u Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 3(7)(a).

Kummenti: Din l-eżenzjoni hija adatta għat-trasport nazzjonali, fejn dokument tat-trasport ma jkunx dejjem xieraq fil-każijiet li jinvolvu d-distribuzzjoni lokali.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit għall-vetturi li jġorru materjal ta’ radjoattività ta’ livell baxx biex iġorru tagħmir tat-tifi tan-nar (E4)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.1.4.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżit għall-vetturi li jġorru fuqhom apparat tat-tifi tan-nar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jitneħħa r-rekwiżit biex jinġarru ċilindri tat-tifi tan-nar meta jkun qed jiġi trasportat biss pakketti ta’ eċċezzjoni (NU 2908, 2909, 2910 u 2911).

Jipprevedi rekwiżit inqas strett meta jinġarr biss għadd żgħir ta’ pakketti.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002: Regulation 5(4)(d).

Kummenti: Il-ġarr ta’ tagħmir tat-tifi tan-nar huwa fil-prattika irrilevanti għat-trasport ta’ NU 2908, 2909, 2910, NU 2911, li ħafna drabi jkunu jistgħu jinġarru f’vetturi żgħar.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Id-distribuzzjoni ta’ oġġetti fl-pakketti intern lill-bejjiegħa bl-imnut jew lill-utenti (bl-esklużjoni ta’ dawk tal-Klassijiet 1, 4.2, 6.2 u 7) minn depożiti ta’ distribuzzjoni lokali lill-bejjiegħa bl-imnut jew lill-utenti u mill-bejjiegħa bl-imnut lill-utenti aħħarija (N1)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakketti.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-pakketti ma jeħtiġux li jkollhom il-marka RID/ADR jew NU u lanqas immarkati b’mod ieħor jekk ikun fihom oġġetti previsti fix-Schedule 3.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods u Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 7(4) u Regulation 36 Authorisation Number 13.

Kummenti: Ir-rekwiżiti tal-ADR mhumiex adegwati għall-aħħar stadji ta’ ġarr minn depożitu ta’ distribuzzjoni għal għand bejjiegħ bl-imnut jew utent jew minn bejjiegħ bl-imnut għal għand utent aħħari. L-għan ta’ din id-deroga huwa li tippermetti li l-kontenituri interni tal-oġġetti għad-distribuzzjoni jinġarru fl-aħħar parti tal-vjaġġ tad-distribuzzjoni lokali mingħajr l-ippakkjar estern.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: sabiex ikun hemm “kwantità massima totali” differenti “għal kull unità ta’ trasport” għall-oġġetti tal-Klassi 1 fil-kategoriji 1 u 2 tat-Tabella f’1.1.3.6.3 (N10).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6.3 u 1.1.3.6.4.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet marbuta mal-kwantitajiet li jinġarru f’kull unità ta’ trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jistabbilixxi r-regoli dwar l-eżenzjonijiet għal kwantitajiet limitati u tagħbija mħallta ta’ splussivi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 13 and Schedule 5; 14 u l-Iskeda 4.

Kummenti: Biex jitħalla jkun hemm limiti differenti ta’ kwantità għal merkanzija ta’ Klassi 1, jiġifieri “50” għal Kategorija 1 u “500” għal Kategorija 2. Biex jiġu kkalkulati t-tagħbijiet imħalltin, il-fatturi tal-multiplikazzjoni għandhom jitqiesu bħala “20” għall-Kategorija 1 tat-Trasport u “2” għall-Kategorija 2 tat-Trasport.

Preċedentement skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Iż-żieda tal-massa massima netta ta’ splussiv permessibbli f’vetturi EX/II (N13)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.5.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Limitazzjonijiet fuq il-kwantitajiet ta’ sustanzi u oġġetti splussivi li jinġarru.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Limitazzjonijiet fuq il-kwantitajiet ta’ sustanzi u oġġetti splussivi li jinġarru.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 13, Schedule 3.

Kummenti: Ir-Regolamenti tar-Renju Unit jippermettu massa massima netta ta’ 5 000 kg f’vetturi tat-Tip II għall-Gruppi ta’ Kompatibbiltà 1.1C, 1.1D, 1.1E u 1.1J.

Ħafna oġġetti tal-Klassi 1.1C, 1.1D, 1.1E u 1.1J li jittieħdu lejn l-Ewropa jkunu kbar jew goffi, u dawn jaqbżu madwar iż-2,5 m fit-tul. Primarjament ikunu oġġetti splussivi għall-użu militari. Il-limitazzjonijiet fuq il-kostruzzjoni tal-vetturi EX/III (li jeħtieġu jkunu vetturi magħluqa) jagħmluha ferm diffiċli sabiex dawn l-oġġetti jitgħabbew u jinħattu. Xi oġġetti jkunu jeħtieġu tagħmir tat-tagħbija u l-ħatt speċjalizzat kemm fil-bidu kif ukoll fit-tmiem tal-vjaġġ. Fil-prattika dan it-tagħmir rarament jeżisti. Hemm biss ftit vetturi EX/III użati fir-Renju Unit u jkun ta’ piż kbir fuq l-industrija jekk tintalab il-kostruzzjoni ta’ aktar vetturi EX/III speċjalizzati biex jġorru dan it-tip ta’ splussiv.

Fir-Renju Unit, l-isplussivi militari jiġu trasportati l-aktar permezz vetturi kummerċjali u għalhekk ma jistgħux jittieħdu l-vantaġġi mill-eżenzjoni għal vetturi militari li hemm fid-Direttiva ta’ Qafas. Sabiex tingħeleb din il-problema, ir-Renju Unit minn dejjem ippermetta l-ġarr sa 5 000 kg minn dawn l-oġġetti f’vetturi EX/II. Il-limitu attwali mhux dejjem suffiċjenti għaliex oġġett jista’ jkun fih aktar minn 1 000 kg ta’ splussiv.

Mill-1950, seħħew biss żewġ inċidenti (it-tnejn li huma fis-snin 50) li rrigwardaw l-isplużjoni ta’ materjal splussiv b’toqol ta’ aktar minn 5 000 kg. L-inċidenti ġraw meta ħa n-nar tajer u minn sistema taħraq tal-egżost li tat in-nar lill-għata tad-drapp. In-nirien setgħu qabdu b’tagħbija iżgħar. Ma kien hemm l-ebda vittma jew korrimenti.

Hemm evidenza empirika li tindika li oġġetti splussivi ppakkjati sew ma tantx jinqabdu b’daqqa, eż. f’inċident tat-traffiku. L-evidenza minn rapporti militari u minn dejta ta’ provi tal-impatt ta’ missili juru li sabiex jieħdu l-iskrataċ għandhom bżonn veloċità tal-impatt akbar minn dik li tintlaħaq waqt prova ta’ tfigħ minn għoli ta’ 12-il metru.

L-istandards attwali ta’ sikurezza ma jkunux milquta.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ superviżjoni għal kwantitajiet żgħar ta’ ċerti oġġetti tal-Klassi 1 (N12)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.4 u 8.5 S1(6).

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti ta’ superviżjoni għal vetturi li jġorru ċerti kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tipprevedi pparkjar mingħajr periklu u faċilitajiet ta’ superviżjoni, imma m’ hemmx ħtieġa li ċerta tagħbija tal-Klassi 1 issirilhom superviżjoni kostanti, kif stabbilit fi 8.5 S1(6) tal-ADR.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 24.

Kummenti: Ir-rekwiżiti ta’ superviżjoni tal-ADR mhumiex dejjem fattibbli f’kuntest nazzjonali.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Illaxkar ta’ restrizzjonijiet dwar it-trasport ta’ tagħbija mħallta ta’ splussivi, u ta’ splussivi ma’ merkanzija perikolużi oħra, ġewwa vaguni, vetturi u kontejners (N4/5/6)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.2.1 u 7.5.2.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-restrizzjonijiet fuq ċerti tipi ta’ tagħbija mħallta.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali hija inqas restrittiva fir-rigward ta’ tagħbija mħallta ta’ splussivi, sakemm dan il-ġarr ikun jista’ jitwettaq mingħajr riskju.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 18.

Kummenti: Ir-Renju Unit jixtieq jippermetti xi varjazzjonijiet fir-regoli tat-taħlit tal-isplussiv ma’ splussiv ieħor kif ukoll ta’ splussiv ma’ oġġetti perikolużi oħra. Kwalunkwe varjazzjoni għandu jkollha limitu ta’ kwantità fuq wieħed jew aktar mill-partijiet kostitwenti tat-tagħbija, u tkun permessa biss jekk “il-miżuri prattiċi kollha jkunu ttieħdu b’mod raġonevoli biex jipprevjenu li l-isplussivi jiġu f’kuntatt ma’, jew inkella jpoġġu fil-periklu jew ikunu mhedda minn, dawn l-oġġetti.”

Eżempji ta’ varjazzjonijiet li r-Renju Unit jista’ jippermetti huma:

1. Splussiv bin-numri tal-klassifikazzjoni NU 0029, 0030, 0042, 0065, 0081, 0082, 0104, 0241, 0255, 0267, 0283, 0289, 0290, 0331, 0332, 0360 jew 0361 jista’ jinġarr fl-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi bin-numru tal-klassifikazzjoni NU 1942. Il-kwantità ta’ NU 1942 permessa għat-tagħbija għandha tkun limitata billi titqies bħala splussiv ta’ 1.1D;

2. Splussivi kklassifikati bin-numri NU 0191, 0197, 0312, 0336, 0403, 0431, u 0453 jistgħu jkunu trasportati fl-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi (bl-eċċezzjoni ta’ gassijiet li jaqbdu malajr, sustanzi infettivi u sustanzi tossiċi) tat-tieni kategorija tat-trasport jew oġġetti perikolużi tat-tielet kategorija tat-trasport, jew kull taħlita tagħhom, bil-kundizzjoni li l-massa jew il-volum totali ta’ oġġetti perikolużi tat-tieni kategorija tat-trasport ma taqbiżx/jaqbiżx il-500 kg jew l u l-massa totali netta ta’ dawn l-isplussivi ma taqbiżx il-500 kg;

3. Splussivi ta’ 1.4G jistgħu jinġarru flimkien ma’ likwidi u gassijiet fjammabbli fil-kategorija 2 tat-trasport jew ma’ gassijiet mhux fjammabbli u mhux tossiċi fil-kategorija 3 tat-trasport, jew fi kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom fl-istess vettura, sakemm il-massa jew il-volum totali ta’ oġġetti perikolużi flimkien ma jaqbżux il-200 kg jew litru u l-massa totali netta ta’ splussiv ma taqbiżx l-20 kg.

4. Oġġetti splussivi bin-numri tal-klassifikazzjoni NU 0106, 0107 jew 0257 jistgħu jinġarru ma’ oġġetti splussivi fil-Grupp ta’ Kompatibbiltà D, E jew F li tagħhom huma komponenti. Il-kwantità totali ta’ splussivi tan-numri NU 0106, 0107 jew 0257 ma għandhiex tkun aktar minn 20 kg.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Alternattiva biex jintwerew il-pjanċi oranġjo għal konsenji żgħar ta’ materjal radjoattiv f’vetturi żgħar

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżit biex jintwerew il-pjanċi oranġjo f’vetturi żgħar li jkunu qed iġorru materjal radjoattiv.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti kwalunkwe deroga approvata skont dan il-proċess. Id-deroga meħtieġa hija:

Il-vetturi jrid jew:

(a) ikollhom kartellun skont id-diżpożizzjonijiet applikabbli tal-paragrafu 5.3.2 tal-ADR; jew

(b) fil-każ ta’ vettura li jġorr mhux aktar minn għaxar pakketti b’materjal radjoattiv mhux fissili jew inkella li jista’ jsir fissiliu fejn is-somma tal-indiċi tat-trasport ta’ dawn il-pakketti ma taqbiżx il-valur ta’ 3, tista’ minflok iġġorr nota f’konformità mar-rekwiżiti elenkati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002 Regulation 5 (4) (d).

Kummenti:

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: It-trasport ta’ skart li joriġina minn attivitajiet ta’ kura li jinvolvu riskju ta’ infezzjoni kopert min-NU 3291 b’massa ta’ inqas minn jew sa 15-il kg.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: id-dipożizzjonijiet kollha

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-Anness I, Taqsima I.1 għat-trasport ta’ skart li joriġina minn attivitajiet ta’ kura li jinvolvu riskju ta’ infezzjoni kopert min-NU 3291 b’massa ta’ inqas minn jew sa 15-il kg.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Din id-deroga hija maħsuba biex tinħareġ fl-ambitu ta’ The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2011.

Data ta’ skadenza: l-1 ta’ Jannar 2017

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE

BE Il-Belġju

Suġġett: Taħriġ tas-sewwieqa

It-trasport lokali ta’ NU 1202, 1203 u 1223 f’pakketti u tankijiet (fil-Belġju, f’raġġ ta’ 75 km mill-post tas-sede prinċipali).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva:

Struttura tat-taħriġ:

1. Pakketti tat-taħriġ;

2. Tankijiet tat-taħriġ;

3. Taħriġ speċjali dwar il-Klassi 1

4. Taħriġ speċjali Klassi 7

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Definizzjonijiet — ċertifikat — ħruġ — duplikati — validità u proroga — organizzazzjoni ta’ korsijiet u eżamijiet — derogi — penali — dispożizzjonijiet finali.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għandha tiġi speċifikata f’regolament imminenti.

Kummenti: Huwa propost li jingħata kors inizjali segwit minn eżami limitat għat-trasport tan-NU 1202, 1203 u 1223 f’pakketti u f’tankijiet f’raġġ ta’ 75 km mill-post tal-uffiċċju reġistrat – it-tul tat-taħriġ irid ikun skont ir-rekwiżiti tal-ADR – wara 5 snin is-sewwieq irid isegwi kors ta’ aġġornament u jgħaddi minn eżami – iċ-ċertifikat jistipula t-“trasport nazzjonali ta’ NU 1202, 1203 u 1223 skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE”.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi f’tankijiet biex jinqerdu permezz tal-inċinerazzjoni

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Permezz ta’ deroga mit-tabella fil-Kapitolu 3.2, huwa permess l-użu ta’ kontenitur tank bil-kodiċi tat-tank L4BH minflok il-kodiċi tat-tank L4DH għat-trasport ta’ likwidu idroreattiv, tossiku, III, n.o.s. (mhux speċifikati b’mod ieħor) f’kundizzjonijiet speċifiċi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dérogation 01 – 2002.

Kummenti: Dan ir-regolament jista’ jkun applikat biss għat-trasport ta’ skart perikoluż fuq distanzi qosra.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Ġarr ta’ skart lejn impjanti ta’ żmaltiment tal-iskart

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.2, 5.4, 6.1 (ir-regolament l-antik: A5, 2X14, 2X12).

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, immarkar u rekwiżiti li jikkonċernaw l-ippakkjar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Minflok ma jiġi kklassifikat l-iskart skont l-ADR, l-iskart jinqasam fi gruppi differenti (solventi fjammabbli, żebgħa, aċidi, batteriji, eċċ.) sabiex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi fi ħdan xi grupp. Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni tal-ippakkjar huma inqas restrittivi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrête royal relatif au transport de marchandises dangereuses par route.

Kummenti: Dan ir-regolament jista’ jintuża għall-ġarr ta’ kwantitajiet żgħar ta’ skart lejn impjanti tar-rimi.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–SE-5.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–SE–6

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–UK–2.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–SE–3.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: –

Data ta’ skadenza: il-15 ta’ Jannar 2018

Suġġett: It-trasport fil-viċinanzi ta’ żoni industrijali, inkluż it-trasport f’toroq pubbliċi

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Annessi A u B

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-derogi li jikkonċernaw id-dokumentazzjoni, it-tikkettar u l-immarkar ta’ pakketti, kif ukoll iċ-ċertifikat tas-sewwieq.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté royal relative au transport des marchandises dangereuses par route

Kummenti: Il-lista li ġejja tipprovdi numru ta’ deroga fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, id-distanza permessa u l-oġġetti perikolużi involuti.

deroga 2-89: qsim ta’ triq pubblika (sustanzi kimiċi f’pakketti)

deroga 4-97: 2 km (lingotti tal-ħadid (pig-iron) f’temperaturi elevati)

deroga 2-2001: 300 m (klassijiet 3, 6.1 u 8)

deroga 6-2004: massimu ta’ 5 km (sustanzi kimiċi f’pakketti)

deroga 12-2004: 800 m (NU 3082)

deroga 16-2004: massimu ta’ 55 km (kwantitajiet limitati)

deroga 7-2005: qsim ta’ triq pubblika (NU 1202)

deroga 9-2005: 1 200 m (NU 3077)

deroga 1-2006: 600 m (sustanzi kimiċi f’pakketti)

deroga 13-2007: 8 km (sustanzi kimiċi f’pakketti)

deroga 7-2008: massimu ta’ 1,5 km (tankijiet vojta mhux imnaddfa u tankijiet għall-Klassi 9)

deroga 8-2008: 800 m (NU 2735 u NU 3082)

deroga 2-2009: 350 m (sustanzi kimiċi f’pakketti)

deroga 3-2009: massimu ta’ 4,5 km (sustanzi kimiċi f’pakketti)

deroga 5-2009: massimu ta’ 4,5 km (sustanzi kimiċi f’pakketti)

deroga 9-2009: massimu ta’20 km (Klassi 2 f’pakketti)

deroga 16-2009: 200 m (IBC)

Data ta’ skadenza: il-15 ta’ Jannar 2018

DE Il-Ġermanja

Suġġett: Tneħħija ta’ ċerti indikazzjonijiet fid-dokument tat-trasport (n2)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Il-kontenut tad-dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha ħlief il-klassijiet 1 (ħlief 1.4S), 5.2 u 7:

Ebda indikazzjoni mhija meħtieġa fid-dokument tat-trasport:

(a) għad-destinatarju fil-każ ta’ distribuzzjoni lokali (bl-eċċezzjoni għal tagħbija mimlija u għat-trasport f’ċerti rotot);

(b) għall-ammont u t-tipi tal-ippakkjar, jekk 1.1.3.6 ma jkunx applikat u jekk il-vettura tkun f’konformità mad-dispożizzjonijiet kollha tal-Annessi A u B;

(c) għal tankijiet vojta u mhux imnaddfa, id-dokument tat-trasport tal-aħħar tagħbija huwa biżżejjed.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 18.

Kummenti: L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha ma tkunx prattikabbli fir-rigward tat-tip tat-traffiku konċernat.

Deroga rreġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru 22 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Trasport ta’ materjal kontaminat PCB tal-Klassi 9 fi kwantitajiet kbar.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.3.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Trasport fi kwantitajiet kbar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Awtorizzazzjoni għat-trasport fi kwantitajiet kbar f’kabini interkambjabbli (swap bodies) jew kontenituri issiġillati tal-vetturi biex ma jidħolx trab jew likwidi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 11.

Kummenti: Deroga 11 limitata sal- 31.12.2004; mill-2005, l-istess dispożizzjonijiet fl-ADR u fl-RID.

Ara wkoll il-Ftehim Multilaterali M137.

Lista Nru 4*.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Trasport ta’ skart perikoluż pakkjat

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1 sa 5.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, ippakkjar u mmarkar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: Ippakkjar imħallat u trasport ta’ skart perikoluż f’pakketti u IBCs; l-iskart irid ikun ippakkjat f’pakketti intern (kif miġbura) u maqsum f’kategoriji speċifiċi ta’ skart (biex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi f’xi grupp ta’ skart); użu ta’ struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-gruppi ta’ skart u bħala polza tat-tagħbija; ġbir ta’ skart domestiku u tal-laboratorji, eċċ.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 20.

Kummenti: Lista Nru 6*.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–BE-1

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: –

Data ta’ skadenza: il-1 ta’ Jannar 2017

Suġġett: It-trasport lokali ta’ NU 3343 (taħlita ta’ nitrogliċerina, disensitizzata, likwida, fjammabbli, mhux speċifikata mod ieħor, b’mhux inqas minn 30 % ta’ nitrogliċerina skont il-massa) f’kontenituri tank, b’deroga mis-subtaqsima 4.3.2.1.1. tal-Anness I, Taqsima I.1. tad-Direttiva 2008/68/KE.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE 3.2, 4.3.2.1.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar l-użu ta’ kontenituri tank

Il-kontenut tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: trasport lokali tan-nitrogliċerina (NU 3343) f’kontenituri tank, fuq distanzi qosra, soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.   Rekwiżiti għall-kontenituri tank

1.1. Jistgħu jintużaw biss il-kontenituri tank li huma awtorizzati speċifikament għal dan l-iskop, li f’kuntesti oħra jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-awtorizzazzjoni ta’ mudelli ta’ kostruzzjoni, testijiet, tikkettar u operat fil-Kapitolu 6.8 tal-Anness I, Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE

1.2. Il-mekkaniżmu ta’ għeluq tal-kontenituri tank għandu jkollu sistema ta’ rilaxx tal-pressjoni li titla’ sa pressjoni interna ta’ 300 kPa (3 bar) ogħla mill-pressjoni normali u permezz ta’ dan tillibera apertura li tħares ‘il fuq b’erja għar-rilaxx tal-pressjoni ta’, mill-inqas, 135 ċm2 (dijametru ta’ 132 mm). L-apertura ma għandhiex tingħalaq mill-ġdid wara li tiġi attivata. Bħala stallazzjoni ta’ sikurezza, jistgħu jintużaw wieħed mill-elementi ta’ sikurezza jew aktar, bl-istess proċess ta’ attivazzjoni u erja għar-rilaxx tal-pressjoni korrispondenti. It-tip ta’ kostruzzjoni tal-istallazzjoni ta’ sikurezza jeħtieġ li jkun għadda, b’suċċess, minn ittestjar tat-tip u approvazzjoni tat-tip mill-awtorità responsabbli.

2.   It-tikkettar

Kull kontenitur tank għandu jkun ittikkettat fuq iż-żewġ naħat b’tikketta ta’ periklu skont il-mudell 3 fis-subtaqsima 5.2.2.2.2 tal-Anness I, Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE.

3.   Dispożizzjonijiet operattivi

3.1. Għandu jiġi żgurat li waqt it-trasport, in-nitrogliċerina tkun iddistribwita b’mod indaqs fil-midjum ta’ flemmatizzazzjoni u li ma tkun tista’ sseħħ l-ebda separazzjoni tal-komponenti tat-taħlita.

3.2. Waqt it-tagħbija u l-ħatt, mhuwiex permess li xi ħadd jibqa’ ġol-vettura jew fuqha, ħlief biex jiġi operat it-tagħmir għat-tagħbija u l-ħatt.

3.3. Fil-post tal-ħatt, il-kontenituri tank għandhom jiġu kompletament imbattla. Jekk ma jistgħux jiġu kompletament imbattla, dawn għandhom jiġu magħluqa b’mod issikkat wara l-ħatt sakemm jerġgħu jimtlew.

Referenza oriġinali għad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga North Rhine-Westphalia

Osservazzjonijiet: Dan jikkonċerna t-trasport lokali f’kontenituri tank bit-triq fuq distanzi qosra bħala parti minn proċess industrijali bejn żewġ siti ta’ produzzjoni fissi. Sabiex jiġi mmanifatturat prodott farmaċewtiku, sit tal-produzzjoni A jipprovdi, bħala parti minn trasport konformi mar-regola, f’kontenturi tank tas-600 l, soluzzjoni reżina, fjammabbli (NU 1866), grupp tal-ippakkjar II, lis-sit ta’ produzzjoni B. Hawnhekk, soluzzjoni tan-nitrogliċerina tiġi miżjuda u jsir it-taħlit li jipproduċi taħlita ta’ kolla li tinkludi n-nitrogliċerina desensitizzata, likwida, fjammabbli, mhux speċifikata mod ieħor, b’mhux aktar minn 30 % ta’ nitrogliċerina skont il-massa (NU 3343) għal użu ulterjuri. It-trasport ta’ ritorn ta’ din is-sustanza lejn is-sit ta’ produzzjoni A jseħħ ukoll fil-kontenituri tank imsemmija hawn fuq, li jkunu ġew speċjalment iċċekkjati u approvati mill-awtorità rilevanti għal din l-operazzjoni speċifika tat-trasport u li turi l-kodiċi tat-tank L10DN.

Tmiem il-perjodu ta’ validità: l-1 ta’ Jannar 2017

Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–SE-6

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: § 1 Absatz 3 Nummer 1 der Gefahrgutverordnung Straße, Eisenbahn und Binnenschifffahrt (GGVSEB).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

DK Id-Danimarka

Suġġett: NU 1202, 1203, 1223 u l-Klassi 2 – ebda dokument tat-trasport.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dokument tat-trasport huwa meħtieġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Waqt it-trasport ta’ prodotti minerali taż-żejt tal-Klassi 3, NU 1202, 1203 u 1223 u ta’ gassijiet tal-Klassi 2 b’rabta mad-distribuzzjoni (oġġetti biex jiġu kkonsenjati lil destinatarju jew destinatarji u l-ġbir ta’ oġġetti ritornati f’sitwazzjonijiet bħal dawn), mhux meħtieġ dokument tat-trasport sakemm l-istruzzjonjiet bil-miktub barra mit-tagħrif mitlub fl-ADR, ikun fihom tagħrif dwar in-numru NU, l-isem u l-klassi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 af 15.8.2001 om vejtransport af farligt gods.

Kummenti: Ir-raġuni għal din id-deroga nazzjonali hija li l-iżvilupp tat-tagħmir elettroniku jippermetti pereżempju lill-kumpaniji taż-żejt li jużaw dan it-tagħmir sabiex kontinwament jittrażmettu lill-vetturi tagħrif dwar il-klijenti. Peress li dan it-tagħrif ma jkunx disponibbli fil-bidu tal-operazzjoni tat-trasport u jintbagħat lill-vettura waqt il-vjaġġ tat-trasport, mhux possibbli – qabel ma jibda t-trasport – li jinkitbu d-dokumenti tat-trasport. Dawn it-tipi ta’ trasport huma ristretti għal żoni limitati.

Deroga għad-Danimarka għal dispożizzjoni simili skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–SE-6

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, kif emendata

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–UK–1

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, kif emendat.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: It-trasport bit-triq ta’ merkanzija perikoluża ta’ ċerti klassijiet minn djar privati u intrapriżi għal postijiet tal-ġbir tal-iskart fil-qrib jew faċilitajiet intermedji ta’ pproċessar għall-iskop ta’ rimi.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-partijiet minn 1 sa 9

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali, dispożizzjonijiet ta’klassifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet speċjali, id-dispożizzjonijiet tal-ippakkjar, il-proċeduri tal-kunsinna, ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ, id-dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tal-ġarr, it-tagħbija, il-ħatt u l-maniġġ, ir-rekwiżiti għall-ekwipaġġ tal-vettura, it-tagħmir, l-operazzjoni u d-dokumentazzjoni u r-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Oġġetti perikolużi minn djar privati u intrapriżi jistgħu taħt ċerti kundizzjonijiet jinġarru lejn postijiet tal-ġbir tal-iskart fil-qrib jew faċilitajiet intermedji ta’ pproċessar għall-iskop ta’ rimi. Dispożizzjonijiet differenti għandhom jiġu osservati skont il-karattru u r-riskji relatati mat-trasport; bħall-kwantità tal-oġġetti perikolużi għal kull imballaġġ intern, għal kull imballaġġ estern u/jew għal kull unità ta’ trasport, u jekk it-trasport ta’ oġġetti perikolużi hija anċillari għall-attività ewlenija tal-intrapriżi jew le.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 818 af 28. juni 2011 om vejtransport af farligt gods § 4, stk. 3.

Kummenti: Mhuwiex possibbli li l-amministraturi tal-iskart japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE meta jkun inġabar skart bi fdalijiet ta’ oġġetti perikolużi minn djar privati u intrapriżi biex jinġarr lejn postijiet tal-ġbir tal-iskart fil-qrib jew faċilitajiet intermedji ta’ pproċessar għall-iskop ta’ rimi. L-iskart huwa tipikament pakketti li nġarru oriġinarjament skont l-eżenzjoni tas-subtaqsima 1.1.3.1 (c) tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE u/jew mibjugħa bl-imnut. Madankollu, l-eżenzjoni 1.1.3.1 (c) ma tapplikax għall-ġarr lejn postijiet tal-ġbir tal-iskart, u d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3.4 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE mhumiex adattati għal ġarr ta’ skart ta’ imballaġġ intern.

Data ta’ skadenza: l-1 ta’ Jannar 2019

EL Il-Greċja

Suġġett: Deroga għar-rekwiżiti ta’ sikurezza għal tankijiet fissi (vetturi bit-tank), reġistrati qabel il- 31 ta’ Diċembru 2001, għat-trasport lokali jew kwantitajiet żgħar ta’ xi kategoriji ta’ oġġetti perikolużi.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.6.3.6, 6.8.2.4.2, 6.8.2.4.3, 6.8.2.4.4, 6.8.2.4.5, 6.8.2.1.17-6.8.2.1.22, 6.8.2.1.28, 6.8.2.2, 6.8.2.2.1, 6.8.2.2.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-approvazzjoni tat-tip, l-ispezzjonijiet u t-testijiet, u l-immarkar tat-tankijiet fissi (vetturi bit-tank), tat-tankijiet li jistgħu jitneħħew u kontenituri tank u vetturi bit-tank li jinbidel, bil-qoxra magħmula minn materjal metalliku, u vetturi tal-batterija u MEGCs.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dispożizzjoni tranżizzjonali: Tankijiet fissi (vetturi bit-tank), tankijiet li jistgħu jitneħħew u kontenituri tank li ġew irreġistrati għall-ewwel darba fil-Greċja bejn l-1/1/1985 u l-31/12/2001 jistgħu jintużaw sal-31/12/2010. Din id-dispożizzjoni tranżitorja tikkonċerna vetturi għat-trasport tal-materjali perikolużi li ġejjin (NU: 1202, 1268, 1223, 1863, 2614, 1212, 1203, 1170, 1090, 1193, 1245, 1294, 1208, 1230, 3262, 3257). Hija intenzjonata biex tkopri kwantitajiet żgħar jew it-trasport lokali għal vetturi reġistrati matul il-perjodu msemmi hawn fuq. Din id-dispożizzjoni tranżitorja għandha tidħol fis-seħħ għall-vetturi bit-tank adattati skont:

1. Il-paragrafi tal-ADR dwar l-ispezzjonijiet u t-testijiet: 6.8.2.4.2, 6.8.2.4.3, 6.8.2.4.4, 6.8.2.4.5, (ADR 1999: 211.151, 211.152, 211.153 u 211.154.

2. Ħxuna minima tal-qoxra ta’ 3 mm għat-tankijiet li jkollhom kompartimenti bil-qoxra b’kapaċità sa 3 500 litru, u minn tal-anqas 4 mm ħxuna ta’ ħadid azzarjat għal kompartimenti b’kapaċità sa 6 000 litru, indipendentement mit-tip jew il-ħxuna tal-ħitan diviżorji.

3. Jekk il-materjal użat ikun aluminju jew metall ieħor, it-tankijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ħxuna u speċifikazzjonijiet tekniċi oħra direvati minn disinji tekniċi approvati mill-awtorità lokali tal-pajjiż fejn dawn kienu rreġistrati qabel. Fin-nuqqas ta’ disinji tekniċi, it-tankijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ 6.8.2.1.17 (211.127).

4. It-tankijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafi marġinali 211.128, 6.8.2.1.28 (211.129), il-paragrafu 6.8.2.2 bis-subparagrafi 6.8.2.2.1 u 6.8.2.2.2 (211.130, 211.131).

B’mod aktar preċiż, il-vetturi bit-tank b’massa ta’ inqas minn 4 tunnellati li jintużaw għat-trasport lokali ta’ nafta (gas oil) biss (NU 1202), u reġistrati għall-ewwel darba qabel il-31/12/2002, li jkollhom il-ħxuna tal-qoxra inqas minn 3 mm, jistgħu jintużaw biss jekk ikunu mibdula f’konformità mal-paragrafu marġinali 211.127 (5)b4 (6.8.2.1.20).

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Τεχνικές Προδιαγραφές κατασκευής, εξοπλισμού και ελέγχων των δεξαμενών μεταφοράς συγκεκριμένων κατηγοριών επικινδύνων εμπορευμάτων για σταθερές δεξαμενές (οχήματα-δεξαμενές), αποσυναρμολογούμενες δεξαμενές που βρίσκονται σε κυκλοφορία (Rekwiżiti għall-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-ispezzjonijiet u t-testijiet fuq tankijiet fissi (vetturi bit-tank) u tankijiet li jistgħu jitneħħew li jkunu fiċ-ċirkolazzjoni, għal xi kategoriji ta’ oġġetti perikolużi).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Deroga mir-rekwiżiti ta’ bażi marbuta mal-kostruzzjoni tal-vetturi maħsuba għat-trasport lokali ta’ oġġetti perikolużi reġistrati għall-ewwel darba qabel il- 31 ta’ Diċembru 2001.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: ADR 2001: 9.2, 9.2.3.2, 9.2.3.3.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni ta’ Vetturi Bażi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-deroga tapplika għal vetturi maħsubin għal trasport lokali ta’ merkanzija perikoluża (kategoriji UN 1202, 1268, 1223, 1863, 2614, 1212, 1203, 1170, 1090, 1193, 1245, 1294, 1208, 1230, 3262 u 3257), li kienu reġistrati l-ewwel darba qabel il-31 ta’ Diċembru 2001.

Il-vetturi msemmija hawn fuq għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ 9 (9.2.1 sa 9.2.6) tal-Anness B tad-Direttiva 94/55/KE bl-eċċezzjonijiet li ġejjin.

Konformità mar-rekwiżiti ta’ 9.2.3.2. hija meħtieġa biss jekk il-vettura tkun mgħammra mill-manifattur b’sistema ABS (anti-lock braking system); trid tkun mgħammra b’sistema EBS (endurance braking system) kif iddefinita f’9.2.3.3.1, iżda mhux neċessarjament konformi ma’ 9.2.3.3.2. u 9.2.3.3.3.

L-enerġija elettrika għat-takografu għandha tkun ipprovduta permezz ta’ lqugħ ta’ sikurezza mqabbad direttament mal-batterija (marġinali 220 514 ) u t-tagħmir elettriku tal-mekkaniżmu għall-irfigħ ta’ fus ta’ karru jrid ikun installat fejn kien oriġinalment installat mill-manifattur tal-vettura u jrid ikun protett f’kaxxa adegwata u siġillata (marġinali 220 517 ).

Partikolarment, il-vetturi bit-tank b’massa massima ta’ inqas minn 4 tunnellati maħsuba għat-trasport lokali taż-żejt tat-tisħin bid-diżil (NU: iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ 9.2.2.3, 9.2.2.6, 9.2.4.3. u 9.2.4.5 iżda mhux neċessarjament mal-oħrajn.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Τεχνικές Προδιαγραφές ήδη κυκλοφορούντων οχημάτων που διενεργούν εθνικές μεταφορές ορισμένων κατηγοριών επικινδύνων εμπορευμάτων. (ir-rekwiżiti tekniċi ta’ vetturi li huma diġà fiċ-ċirkolazzjoni, maħsuba għat-trasport lokali ta’ ċerti kategoriji ta’ oġġetti perikolużi.)

Kummenti: L-għadd tal-vetturi msemmija hawn fuq huwa żgħir meta mqabbel mal-għadd totali ta’ vetturi li huma diġà rreġistrati u barra minn dan huma maħsuba biss għat-trasport lokali. L-għamla tad-deroga mitluba, id-daqs tal-flotta tal-vetturi inkwistjoni, kif ukoll it-tip ta’ oġġetti trasportati ma joħolqux problemi ta’ sikurezza fit-triq.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

ES Spanja

Suġġett: Tagħmir speċjali għad-distribuzzjoni ta’ ammonja anidra

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.8.2.2.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Sabiex ikun evitat kwalunkwe telf tal-kontenut fl-eventwalità ta’ ħsara lill-istrutturi esterni (pajpijiet, tagħmir laterali tal-għeluq (lateral shut-off devices), il-valv intern tal-għeluq u fejn hi mqiegħda jrid ikunu protetti kontra l-periklu li jitqaċċtu minn tensjonijiet esterni jew ikunu ddisinjati sabiex jirreżistu dawn it-tensjonijiet. It-tagħmir għall-mili u għat-tbattil (inklużi l-flanġi jew tappijiet bil-kamin) u għotjien protettivi (jekk ikun hemm) irid ikunu protetti kontra ftuħ mhux intenzjonat.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-tankijiet użati fl-agrikoltura għad-distribuzzjoni u l-applikazzjoni tal-ammonja anidra li bdew jaħdmu qabel l-1 ta’ Jannar 1997 jistgħu jkunu mgħammra b’tagħmir ta’ sikurezza estern minflok intern sakemm joffru protezzjoni tal-anqas ekwivalenti għal dik li jagħti l-ħajt tat-tank.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Real Decreto 551/2006. Anejo 1. Apartado 3.

Kummenti: Qabel l-1 ta’ Jannar 1997, tip ta’ tank mgħammar b’tagħmir ta’ sikurezza estern kien jintuża biss fl-agrikoltura għall-applikazzjoni tal-ammonja anidra direttament fl-għelieqi. Tankijiet varji ta’ dan it-tip għadhom jintużaw illum. Dawn it-tankijiet rarament jiċċirkolaw mgħobbijin fit-toroq iżda jintużaw biss għall-fertilizzanti f’azjendi agrikoli kbar.

Data ta’ skadenza: id-29 ta’ Frar 2016

FI Il-Finlandja

Suġġett: Modifika tat-tagħrif fid-dokument tat-trasport għas-sustanzi splussivi

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.2.1(a)

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet speċjali għall-Klassi 1.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fid-dokument tat-trasport huwa permessibbli li jintuża l-għadd ta’ detonaturi (1 000 detonatur jikkorrispondi għal 1 kg splussiv) minflok il-massa netta preżenti tas-sustanzi splussivi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003).

Kummenti: It-tagħrif jitqies suffiċjenti għat-trasport nazzjonali. Din id-deroga hija applikata prinċipalment għall-użu ta’ splussiv mill-industrija tal-minjieri fir-rigward ta’ kwantitajiet żgħar trasportati lokalment.

Id-deroga tkun reġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala numru 31.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–SE–10

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–DE–1

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta’ skadenza: id-29 ta’ Frar 2016

FR Franza

Suġġett: L-użu ta’ dokument marittimu bħala dokument tat-trasport għal vjaġġi qosra wara l-ħatt minn fuq il-bastiment

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: It-tagħrif li għandu jidher fid-dokument użat bħala dokument tat-trasport ta’ oġġetti perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument marittimu għandu jintuża bħala dokument tat-trasport f’raġġ ta’ 15 km.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par route - Artikolu 23-4.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: It-trasport ta’ tankijiet fissi ta’ ħażna ta’ gass ta’ żejt likwefatt (LPG) (18).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ tankijiet fissi għall-ħżin tal-LPG huwa soġġett għal regoli speċifiċi. Japplikaw biss għal distanzi qosra.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route - Article 30.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Kundizzjonijiet speċifiċi dwar it-taħriġ għas-sewwieqa u l-approvazzjoni tal-vetturi użati għat-trasport agrikolu (distanzi qosra).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.8.3.2; 8.2.1 u 8.2.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Tagħmir għat-tankijiet u taħriġ għas-sewwieqa.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-approvazzjoni tal-vetturi.

Taħriġ speċjali għas-sewwieqa.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route - Article 29-2 - Annex D4.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

IE L-Irlanda

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ 5.4.1.1.1. li jkun hemm (i) l-ismijiet u l-indirizzi tad-destinatarji, (ii) l-għadd u d-deskrizzjoni tal-pakketti, u (iii) il-kwantità totali tal-oġġetti perikolużi fid-dokument tat-trasport, għat-trasport sa għand l-utenti aħħarija ta’ pitrolju, diżil jew gass likwefatt taż-żejt bin-numri rispettivi tal-identifikazzjoni tas-sustanza NU 1223, NU 1202 u NU 1965

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dokumentazzjoni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fejn pitrolju, fjuwil tad-diżil jew nafta likwida, li jkollhom in-numri rispettivi ta’ identifikazzjoni ta’ sustanza UN 1223, UN 1202 u UN 1965 kif speċifikat fl-Appendiċi B.5 tal-Anness B tal-ADR, ikunu qed jinġarru għal għand min jużahom l-aħħar, ma jkunx meħtieġ li jkunu inklużi l-isem u l-indirizz tal-konsenjatarju, in-numru u d-deskrizzjoni tal-pakki, Kontenituri Intermedji ta’ Kwantità jew reċipjenti, jew il-kwantità totali li tkun qed tinġarr, fl-unità ta’ trasport.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(2) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: Fil-każ ta’ tqassim ta’ żejt għat-tisħin tad-djar għand klijenti domestiċi, hija prattika komuni li “jimtela’” it-tank tal-ħżin tal-klijent – b’hekk il-kwantità mqassma ma tkunx magħrufa u lanqas l-għadd ta’ klijenti (fi vjaġġ wieħed) ma jkun magħruf meta t-tank mimli jibda l-vjaġġ tiegħu. Fil-każ ta’ tqassim ta’ ċilindri tal-LPG fid-djar, hija prattika komuni li ċ-ċilindri vojta jinbidlu b’ċilindri mimlija – b’hekk l-għadd ta’ klijenti u l-kunsinni individwali tagħhom ma jkunux magħrufa fil-bidu tal-operazzjoni tat-trasport.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Eżenzjoni sabiex tippermetti li d-dokument tat-trasport, meħtieġ fi 5.4.1.1.1, ikun dak użat għall-aħħar tagħbija f’każ ta’ trasport ta’ tankijiet vojta mhux imnaddfa

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dokumentazzjoni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fil-każ tal-ġarr ta’ tankijiet vojta mhux imnaddfa, id-dokument tat-trasport tal-aħħar tagħbija huwa biżżejjed.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(3) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: Partikolarment fil-każ ta’ tqassim ta’ petrol u/jew diżil lill-pompi tal-petrol, il-vettura bit-tank tirritorna direttament lejn id-depożitu tal-fjuwil (biex terġa’ timtela’ ħalli tkompli tqassam) immedjatament wara l-kunsinna tal-aħħar tagħbija.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Eżenzjoni biex it-tagħbija u l-ħatt ta’ merkanzija perikoluża, li lilha tkun assenjata d-dispożizzjoni speċjali CV1 f’7.5.11 jew S1 fi 8.5, titħalla ssir f’post pubbliku mingħajr permess speċjali mill-awtoritajiet kompetenti.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5 u 8.5.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tagħbija, il-ħatt u l-immaniġġar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tagħbija u ħatt ta’ merkanzija perikoluża f’post pubbliku jitħallew isiru mingħajr permess speċjali mill-awtorità kompetenti, b’deroga mir-rekwiżiti ta’ 7.5.11 jew 8.5.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(5) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: Għat-trasport nazzjonali fi ħdan l-istat, din id-dispożizzjoni tpoġġi obbligu serju ħafna fuq l-awtoritajiet kompetenti.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Eżenzjoni mill-“projbizzjoni ta’ tagħbija mħallta” tal-punt 7.5.2.1. għall-oġġetti tal-Grupp ta’ Kompatibbiltà B u s-sustanzi u l-oġġetti tal-Grupp ta’ Kompatibbiltà D fuq l-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi, f’tankijiet, tal-Klassijiet 3, 5.1 u 8.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar it-tagħbija, il-ħatt u l-immaniġġar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Pakketti li jkun fihom oġġetti mill-Grupp ta’ Kompatibbiltà B tal-ADR Klassi 1 u pakketti li jkun fihom sustanzi u oġġetti mill-Grupp ta’ Kompatibbiltà D tal-ADR Klassi 1 jisgħu jinġarru fuq l-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi tal-Klassijiet 3, 5.1 jew 8 tal-ADR sakemm (a) dawn il-pakketti tal-Klassi 1 tal-ADR jinġarru f’kontenituri/kompartimenti separati b’disinn approvat u skont il-kundizzjonijiet meħtieġa, mill-awtoritajiet kompetenti, u (b) dawn is-sustanzi tal-Klassijiet 3, 5.1 jew 8 tal-ADR jinġarru f’reċipjenti konformi mar-rekwiżiti tal-awtorità kompetenti fir-rigward tad-disinn, il-kostruzzjoni, l-ittestjar, l-eżaminazzjoni, it-tħaddim u l-użu tagħhom.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(7) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: Sabiex tippermetti, skont kundizzjonijiet approvati mill-awtorità kompetenti, it-tagħbija ta’ oġġetti u sustanzi tal-Klassi 1 tal-Grupp ta’ Kompatibbiltà B u D fl-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi, f’tankijiet, tal-Klassijiet 3, 5.1. u 8 - jiġifieri “Trakkijiet bil-Pompa”.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-punt 4.3.4.2.2, li teħtieġ il-pajpijiet flessibbli tal-mili u t-tbattil li jkunux imqabbda permanentement mal-qoxra ta’ vettura bit-tank ikunu vojta matul it-trasport

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.3

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Użu ta’ vetturi bit-tank.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Rombli tal-manek flessibbli (inklużi l-pajpijiet fissi relatati magħhom) imwaħħla ma’ vetturi bit-tank użati għad-distribuzzjoni bl-imnut ta’ prodotti taż-żejt bin-numru tal-identifikazzjoni tas-sustanzi NU 1011, NU 1202, NU 1223 u NU 1863 u NU 1978 mhumiex meħtieġa li jkunu vojta matul it-trasport bit-triq sakemm jiġu adottati miżuri adegwati għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe telf ta’ kontenut.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(8) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: Il-mankiet flessibbli mwaħħla ma’ vetturi bit-tank tat-tqassim domestiku jrid jibqgħu mimlija l-ħin kollu anki waqt it-trasport. Is-sistema tat-tbattil hija magħrufa bħala sistema bil-“wet-line” li teħtieġ li l-arloġġ u manka tal-vettura bit-tank jkunu mimlija sabiex jiġi żgurat li l-klijenti jirċievu l-kwantità korretta ta’ prodott.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Eżenzjoni minn xi rekwiżiti ta’ 5.4.0, 5.4.1.1.1 u 7.5.11 tal-ADR għat-trasport fi kwantitajiet kbar ta’ Fertilizzant bin-Nitrat tal-Ammonju NU 2067 mill-portijiet sa għand id-destinatarji.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.0, 5.4.1.1.1 u 7.5.11.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżit għal dokument separat tat-trasport, li jkun fih il-kwantità totali koretta tat-tagħbija partikolari inkluża, għal kull vjaġġ ta’ trasport; u r-rekwiżit għall-vettura biex titnaddaf qabel u wara l-vjaġġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deroga proposta biex tippermetti modifiki fir-rekwiżiti tal-ADR għad-dokument tat-trasport u t-tindif tal-vettura; sabiex jitqiesu l-prattiċitajiet tat-trasport fi kwantitajiet kbar bejn il-port u d-destinatarju.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: Id-dispożizzjonijiet tal-ADR jeħtieġu (a) dokument separat tat-trasport, li fih il-massa totali tal-oġġetti perikolużi li qed tinġarr għat-tagħbija partikolari, u (b) id-Dispożizzjoni Speċjali “CV24” dwar it-tindif tal-vettura għal kull tagħbija trasportata bejn il-port u d-destinatarju waqt il-ħatt minn bastiment tal-merkanzija. Billi t-trasport huwa lokali u jikkonċerna l-ħatt minn bastiment li jġorr merkanzija bl-ingrossa, li jinvolvi tagħbija multepliċi għat-trasport [fl-istess ġurnata jew fi ġranet wara xulxin] tal-istess sustanza bejn il-bastimenti u d-destinatarji, dokument tat-trasport wieħed biss li jindika l-massa totali approssimattiva ta’ kull tagħbija għandu jkun biżżejjed u ma għandhiex tkun neċessarja l-konformità mar-rekwiżit tad-Dispożizzjoni Speċjali “CV24”.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

LT il-Litwanja

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–EL–1

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Lietuvos Respublikos Vyriausybės 2000 m. kovo 23 d. nutarimas Nr. 337 “Dėl pavojingų krovinių vežimo kelių transportu Lietuvos Respublikoje” (riżoluzzjoni Nru 337 tal-Gvern dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq fir-Repubblika tal-Litwanja, adottata fit-23 ta’ Marzu 2000).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–EL–2

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Lietuvos Respublikos Vyriausybės 2000 m. kovo 23 d. nutarimas Nr. 337 “Dėl pavojingų krovinių vežimo kelių transportu Lietuvos Respublikoje” (riżoluzzjoni Nru 337 tal-Gvern dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq fir-Repubblika tal-Litwanja, adottata fit-23 ta’ Marzu 2000).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

NL Il-Pajjiżi l-Baxxi

Suġġett: Scheme for transport of domestic hazardous waste 2004.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6, 3.3, 4.1.4, 4.1.6, 4.1.8, 4.1.10, 5.1.2, 5.4.0, 5.4.1, 5.4.3, 6.1, 7.5.4, 7.5.7, 7.5.9, 8 u 9.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjoni għal ċerti kwanitajiet; Dispożizzjonijiet speċjali; l-użu tal-ippakkjar; l-użu ta’ ppakkjar żejjed; id-dokumentazzjoni; il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-ippakkjar; it-tagħbija, il-ħatt u l-immaniġġar; il-ħaddiema; it-tagħmir; tħaddim; il-vetturi u d-dokumentazzjoni; il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: 17-il dispożizzjoni sustantivi marbuta mat-trasport ta’ skart żgħir domestiku perikoluż miġbur. Minħabba l-kwantitajiet żgħar involuti f’kull każ u minħabba n-natura differenti tas-sustanzi varji, mhux possibbli li jitwettqu operazzjonijiet ta’ trasport f’konformità totali mar-regoli tal-ARD. Varjant simplifikat li jiddevja minn għadd ta’ dispożizzjonijiet tal-ARD huwa għalhekk stipulata skont l-iskema msemmija hawn fuq.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Scheme for transport of domestic hazardous waste 2004.

Kummenti: L-iskema twaqqfet sabiex tippermetti lill-individwi jarmu skart zgħir kimiku f’sit wieħed. Is-sustanzi involuti għalhekk jikkonsistu minn fdalijiet bħal żebgħa għar-rimi. Il-livell ta’ periklu huwa mminimizzat permezz tal-għażla tal-mezzi tat-trasport, li tinvolvi, fost l-oħrajn, l-użu ta’ elementi speċjali tat-trasport u avviżi li jipprojbixxu t-tipjip kif ukoll dawl isfar jixgħel u jitfi li jidher b’mod ċar mill-membri tal-pubbliku. Il-punt kruċjali fir-rigward tat-trasport huwa li tkun żgurata s-sikurezza. Din tista’ tinkiseb, pereżempju, billi s-sustanzi jiġu trasportati f’pakketti siġillati sabiex jiġi evitat it-tixrid, jew ir-riskju li joħroġ jew jinġama’ fwar tossiku fil-vettura. Inkorporati fil-vettura hemm unitajiet adatti għal ħżin ta’ kategoriji varji ta’ skart u li jipprovdu protezzjoni kontra l-iskossi u kontra l-ispostament aċċidentali kif ukoll kontra l-ftuħ mhux intenzjonat. Fl-istess ħin, minkejja l-kwantitajiet żgħar ta’ skart ippreżentat, l-operatur tat-trasport irid ikollu ċertifikat ta’ kompetenza professjonali, minħabba n-natura diversa tas-sustanzi involuti. Minħabba n-nuqqas ta’ tagħrif, min-naħa tal-individwi privati, dwar il-livelli ta’ periklu assoċjati ma’ dawn is-sustanzi, għandhom jiġu pprovduti struzzjonijiet bil-miktub, kif stipulat fl-Anness għall-iskema.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

PT Il-Portugall

Suġġett: Dokumentazzjoni tat-trasport għal NU 1965

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-isem proprju tal-kumpanija tat-trasport għandu jkun indikat fid-dokument tat-trasport, kif stipulat fis-Taqsima 5.4.1 tal-RPE (Regulamento Nacional de Transporte de Mercadorias Perigosas por Estrada), għal gassijiet kummerċjali tal-butan u tal-propan koperti mill-intestatura kollettiva “UN No 1965 hydrocarbon gas mixture, liquefied, n.o.s.”, trasportati f’ċilindri, jista’ jinbidel f’ismijiet kummerċjali oħra kif ġej:

“NU 1965 Butan” fil-każ tat-taħlitiet A, A01, A02 u A0, kif deskritti fis-subtaqsima 2.2.2.3 tal-RPE, trasportati f’ċilindri;

“NU 1965 Propan” fil-każ tat-taħlita C, kif deskritt fis-subtaqsima 2.2.2.3 tal-RPE, trasportat f’ċilindri.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Despacho DGTT 7560/2004, 28 ta’ Lulju 2004, skont l-Artikolu 5, Nru 1, tad-Decreto-Lei No 267-A/2003, tas-27 ta’ Ottubru.

Kummenti: L-importanza li l-affarijiet isiru aktar faċli biex l-operaturi ekonomiċi jimlew id-dokumenti tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża hija rikonoxxuta, sakemm ma tkunx effettwata s-sikurezza ta’ dawn l-operazzjonijiet.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Id-dokumentazzjoni tat-trasport ta’ tankijiet u kontenituri vojta mhux imnaddfa

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għad-dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-vjaġġi ta’ ritorn ta’ tankijiet u kontenituri vojta li jkunu ttrasportaw merkanzija perikoluża, id-dokument tat-trasport imsemmi fit-Taqsima 5.4.1 tal-RPE jista’ jitbiddel bid-dokument ta’ trasport maħruġ għall-vjaġġ li jkun sar immedjatament qabel biex titwassal il-merkanzija.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Despacho DGTT 15162/2004, it-28 ta’ Lulju 2004, skont l-Artikolu 5, Nru 1, tad-Decreto-Lei No 267-A/2003 tas-27 ta’ Ottubru.

Kummenti: L-obbligu li t-trasport ta’ tankijiet u kontenituri vojta li jkunu trasportaw merkanzija perikoluża jrid ikun akkumpanjat minn dokument ta’ trasport skont l-RPE, f’ċerti każijiet, jikkawża diffikultajiet prattiċi, li jistgħu jinżammu għall-minimu mingħajr ebda preġudizzju għas-sikurezza.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

SE L-Isvezja

Suġġett: ġarr ta’ skart perikoluż għal postijiet fejn jintremal-iskart perikoluż

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 2, 5.2, u 6.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, immarkar u ttikkettar kif ukoll ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-ippakkjar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tikkonsisti minn kriterji simplifikati tal-klassifikazzjoni, rekwiżiti inqas restrittivi għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-ippakkjar u r-rekwiżiti modifikati għall-ittikkettar u l-immarkar.

Minflok ma l-iskart perikoluż jiġi kklassifikat skont l-ADR, jinqasam fi gruppi differenti ta’ skart. Kull grupp ta’ skart fih sustanzi li jistgħu, skont l-ADR, jiġu ppakkjati flimkien (ippakkjar imħallat).

Kull pakkett għandu jiġi mmarkat bil-kodiċi rilevanti tal-grupp ta’ skart minflok bin-numru NU.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Dawn ir-regolamenti jistgħu jintużaw biss għat-trasport ta’ skart perikoluż minn siti ta’ riċiklaġġ pubbliċi lejn impjanti ta’ rimi ta’ skart perikoluż.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Isem u indirizz tal-kunsinnatur fid-dokument tat-trasport

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Informazzjoni ġenerali rikjesta fid-dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali tgħid li l-isem u l-indirizz tal-kunsinnatur mhumiex meħtieġa jekk il-pakket vojt u mhux imnaddaf jiġi ritornat bħala parti minn sistema ta’ distribuzzjoni.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Ħafna drabi l-pakket vojt u mhux imnaddaf li jiġi ritornat ikun għad fih kwantitajiet żgħar ta’ oġġetti perikolużi.

Din id-deroga tintuża primarjament mill-industriji meta jirritornaw kontenituri tal-gass vojta u mhux imnaddfa bi bdil ma’ oħrajn mimlija.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi fil-viċinanzi ta’ sit(i) industrijali, inkluż it-trasport f’toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi f’toroq pubbliċi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport fil-viċinanzi ta’ sit(i) industrijali, inkluż it-trasport f’toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i). Id-derogi jikkonċernaw l-ittikkettar u l-immarkar tal-pakketti, id-dokumenti tat-trasport, iċ-ċertifikat tas-sewwieq u ċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni skont 9.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Jeżistu bosta sitwazzjonijiet li fihom oġġetti perikolużi jiġu trasferiti bejn postijiet li jinsabu fuq in-naħa l-oħra ta’ triq pubblika. Dan it-tip ta’ trasport ma jikkostitwixxix ġarr ta’ oġġetti perikolużi minn triq privata, u għalhekk dan għandu jkun marbut mar-rekwiżiti rilevanti. Qabbel ukoll mad-direttiva 96/49/KE, artikolu 6 paragrafu 14.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi li jkunu ġew ikkonfiskati mill-awtoritajiet

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Anness A u B.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jistgħu jkunu permessi devjazzjonijiet mir-regolamenti jekk dawn ikunu mmotivati minn raġunijiet ta’ protezzjoni tal-ħaddiema, riskji waqt il-ħatt, is-sottomissjoni ta’ provi, eċċ.

Devjazzjonijiet mir-regolamenti huma permessi biss jekk jintlaħqu livelli ta’ sikurezza sodisfaċenti taħt kundizzjonijiet normali tal-ġarr.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Dawn id-derogi jistgħu jiġu applikati biss mill-awtoritajiet li jikkonfiskaw l-oġġetti perikolużi.

Din id-deroga hija maħsuba għat-trasport lokali, eż. ta’ oġġetti kkonfiskati mill-pulizija bħal splussiv jew beni misruqa. Il-problema b’dawn it-tipi ta’ oġġetti hija li wieħed qatt ma jista’ jkun żgur mill-klassifikazzjonijiet. Minbarra dan, l-oġġetti ta’ spiss mhumiex ippakkjati, immarkati jew ittikkettati skont l-ADR. Fil-każ ta’ alkoħol bil-kuntrabandu, dan irid jiġi trasportat mill-post fejn ikun ġie kkonfiskat sa faċilità fejn jinżammu l-provi, u wara lejn faċilità biex jinqered; Fil-każ ta’ alkoħol bil-kuntrabandu, dan irid jiġi trasportat mill-post fejn ikun ġie kkonfiskat sa faċilità fejn jinżammu l-provi, u wara lejn faċilità biex jinqered; dawn it-tejn tal-aħħar jistgħu jkunu ‘l bogħod mhux ħażin minn xulxin. Id-devjazzjonijiet permessi huma: a) kull pakkett ma jeħtieġx li jiġi ttikkettat, u b) pakketti approvati ma jeħtiġux ikunu użati. Madankollu, kull pelit b’dawn il-pakketti trid tkun ittikkettata korrettament. Ir-rekwiżiti l-oħra kollha għandhom jiġu ssodisfati. dawn l-aħħar tnejn jistgħu jkunu ‘l bogħod minn xulxin. Id-devjazzjonijiet permessi huma: a) mhemmx għalfejn ikun hemm tikketta fuq kull kaxxa, u b) mhemmx għalfejn jintużaw kaxxi approvati. Madankollu, kull pallet li jkollha dawn il-pakketti għandha tkun immarkata korrettament. Ir-rekwiżiti l-oħra kollha għandhom ikunu sodisfatti. Kull sena, isiru madwar 20 operazzjoni ta’ trasport ta’ dan it-tip.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi f’portijiet jew fil-viċinanzi ta’ portijiet

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.1.2, 8.1.5, 9.1.2

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dokumenti li għandhom jinġarru fl-unità ta’ trasport; kull unità ta’ trasport li ġġorr oġġetti perikolużi trid tkun mgħammra bit-tagħmir speċifikat; l-approvazzjoni tal-vettura.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Mhuwiex meħtieġ li jinġarru dokumenti (ħlief għaċ-ċertifikat tas-sewwieq) fl-unità tat-trasport.

Mhuwiex meħtieġ li l-unità tat-trasport tkun mgħammra bit-tagħmir speċifikat fil-punt 8.1.5.

It-tratturi ma jeħtiġux ċertifikat tal-approvazzjoni.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Qabbel id-direttiva 96/49/KE, Artikolu 6 paragrafu 14.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Iċ-ċertifikat tal-ispetturi tat-taħriġ tal-ADR.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.2.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Is-sewwieqa tal-vetturi għandhom jattendu korsijiet ta’ taħriġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-ispetturi li jwettqu l-ispezzjoni teknika annwali tal-vetturi ma jeħtiġilhomx jattendu l-korsijiet tat-taħriġ imsemmija fil-punt 8.2 jew li jkollhom iċ-ċertifikat tat-taħriġ tal-ADR.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: F’ċerti każijiet vetturi li jkunu qed jiġu ttestjati permezz ta’ spezzjoni teknika jistghu jkunu qed iġorru xi merkanzija perikoluza bħala tagħbija, eż. tankijiet vojta mhux imnaddfa.

Ir-rekwiżiti f’1.3 u 8.2.3 ikunu għadhom japplikaw.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Id-distribuzzjoni lokali tan-NU 1202, 1203 u 1223 f’tankers.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.6, 5.4.1.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Għal tankijiet vojta mhux imnaddfa u għal kontenituri tank, id-deskrizzjoni għandha tkun skont 5.4.1.1.6. L-isem u l-indirizz ta’ aktar minn destinatarju wieħed jistgħu jitniżżlu f’dokumenti oħra.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għal tankijiet vojta, mhux imnaddfa jew kontenituri ta’ tankijiet id-deskrizzjoni fid-dokument ta’ trasport skont 5.4.1.1.6 ma tkunx meħtieġa jekk l-ammont ta’ sustanza fil-pjan ta’ tagħbija ikun immarkat b’0. Isem u indirizz id-destinatarji mhumiex meħtieġ fl-ebda dokument abbord il-vettura.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: It-trasport lokali b’rabta ma’ siti agrikoli jew siti ta’ kostruzzjoni

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4, 6.8 u 9.1.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dokument tat-trasport; Il-kostruzzjoni tat-tankijiet; Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali b’rabta ma’ siti agrikoli jew siti ta’ kostruzzjoni mhux meħtieġ jikkonforma ma’ xi regolamenti:

(a) id-dikjarazzjoni ta’ oġġetti perikolużi mhijiex meħtieġa;

(b) tankijiet/kontenituri qodma mhux magħmula b’mod konformi mal-Kapitolu 6.8, iżda b’mod konformi ma’ leġislazzjoni nazzjonali aktar antika, u li dawn ikunu mwaħħla fuq vaguni tal-ekwipaġġ, xorta jisgħu jibqgħu jintużaw.

(c) tankijiet eqdem, li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti f’6.7 jew 6.8, maħsuba għat-trasport ta’ sustanzi NU 1268, 1999, 3256 u 3257, b’tagħmir tal-kisi tat-toroq jew mingħajru, jistgħu jibqgħu jintużaw għat-trasport lokali u fil-viċinanzi ta’ fejn ikun qed isir xogħol fit-toroq;

(d) Iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni għall-ekwipaġġ ta’ vaguni jew tankers b’tagħmir tal-kisi tat-toroq jew mingħajru, mhumiex meħtieġa.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Vagun tal-ekwipaġġ huwa tip ta’ karavann għall-ewkipaġġ tax-xogħol, b’kamra għall-ekwipaġġ u mgħammar b’tank/kontenitur mhux approvat għad-diżil maħsub għat-tħaddim ta’ tratturi tal-foresti.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Trasport ta’ splussiv f’tankijiet

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.4.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-isplussivi jistgħu jkunu ppakkjati skont il-punt 4.1.4.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tapprova l-vetturi maħsuba għat-trasport tal-isplussivi f’tankijiet. It-trasport f’tankijiet huwa biss permessibbli għal dawk l-isplussivi elenkati fir-regolament jew permezz ta’ awtorizzazzjoni speċjali mill-awtorità kompetenti.

Vettura mgħammra bi splussivi f’tankijiet għandha tkun immarkata u tikkettata skont il-punti 5.3.2.1.1, 5.3.1.1.2. u 5.3.1.4. Vettura waħda biss fl-unità ta’ trasport jista’ jkun fiha oġġetti perikolużi. Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali:

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku bit-triq ta’ merkanzija perikoluża maħruġin skont l-Att dwar it-Trasport ta’ Merkanzija Perikoluża u r-regolament Żvediż SÄIFS 1993:4.

Kummenti: Din tapplika biss għal trasport domestiku u meta l-operazzjoni tat-trasport tkun fil-parti l-kbira ta’ natura lokali. Ir-regolamenti konċernati kienu fis-seħħ qabel mal-Iżvezja saret membru tal-Unjoni Ewropea.

Żewġ kumpaniji biss iwettqu operazzjonijiet ta’ trasport tal-isplussivi f’vetturi b’tank. Fil-futur qrib huwa mistenni li sseħħ tranżizzjoni għal emulsjonijiet.

Id-deroga l-antika Nru 84.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Il-liċenzja tas-sewwieq

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti dwar it-taħriġ tal-ekwipaġġ tal-vettura.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Mhuwiex permess taħriġ għas-sewwieq għal kwalunkwe vettura msemmija fil-punt 8.2.1.1.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tillägg S – Särskilda regler för inrikes transport av farligt gods på väg, utgivet i enlighet med lagen om transport av farligt gods på väg.

Kummenti: Trasport lokali.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Trasport ta’ logħob tan-nar NU 0335.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: l-Anness B, 7.2.4, V2 (1).

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-użu ta’ vetturi EX/II u EX/III.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Meta jinġarr logħob tan-nar NU 0335, id-Dispożizzjoni Speċjali V2 (1) f’ 7.2.4 tapplika biss għall-kontenut nett ta’ splussiv ta’ iktar minn 3 000 kg (4 000 kg bit-trejler), sakemm il-logħob tan-nar jiġi assenjat b’NU 0335 skont it-tabella standard tal-klassifikazzjoni tal-logħob tan-nar fi 2.1.3.5.5 tal-erbatax-il edizzjoni riveduta tal-NU. Rakkomandazzjonijiet dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi.

Assenjament bħal dan għandu jsir bi ftehim mal-awtorità kompetenti. Għandha titwettaq verifika tal-assenjament fuq l-unità tat-trasport.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tillägg S – Särskilda regler för inrikes transport av farligt gods på väg, utgivet i enlighet med lagen om transport av farligt gods på väg.

Kummenti: It-trasport ta’ logħob tan-nar huwa limitat għal żewġ perjodi qosra fis-sena, meta taqleb is-sena u meta jaqleb ix-xahar bejn April u Mejju. Il-ġarr mingħand il-kunsinnaturi sat-terminals jista’ jsir mill-flotta preżenti tal-vetturi bl-approvazzjoni EX mingħajr problemi kbar. Madankollu, id-distribuzzjoni kemm tal-logħob tan-nar mit-terminals għaż-żoni tax-xiri kif ukoll ta’ dak li jibqa’ lura lejn it-terminals huwa limitat minħabba n-nuqqas ta’ vetturi bl-approvazzjoni EX. Dan jipperikola l-eżistenza tal-kunsinnaturi tal-logħob tan-nar minħabba li ma jistgħux iqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq. Dan jipperikola l-eżistenza tal-kunsinnaturi tal-logħob tan-nar minħabba li ma jistgħux iqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq.

Meta tintuża din id-deroga, il-klassifikazzjoni tal-logħob tan-nar għandha ssir abbażi tal-lista standard fir-Rakkomandazjonijiet tan-NU, sabiex tinkiseb l-aktar klassifikazzjoni aġġornata possibbli.

Teżisti eċċezzjoni simili għal-logħob tan-nar NU 0336 imdaħħla fid-Dispożizzjoni Speċjali 651, 3.3.1 tal-ADR 2005.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

UK Ir-Renju Unit

Suġġett: Qsim ta’ toroq pubbliċi b’vetturi li jġorru oġġetti perikolużi (N8)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-ġarr ta’ oġġetti perikolużi minn toroq pubbliċi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Is-sospensjoni tal-applikazzjoni tar-regolamenti dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi bejn binjiet privati separati bi triq. Għall-Klassi 7, din id-deroga ma tapplikax għal ebda dispożizzjoni mir-Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 3 Schedule 2(3)(b); Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 3(3)(b).

Kummenti: Sitwazzjoni tista’ sseħħ faċilment meta oġġetti jiġu trasferiti bejn binjiet privati li jkunu jinsabu fuq iż-żewġ naħat ta’ triq. Dan ma jkunx jikkostitwixxi trasport ta’ oġġetti perikolużi minn triq pubblika fis-sens normali tat-terminu, u l-ebda mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti dwar l-oġġetti perikolużi ma għandha tapplika f’każ bħal dan.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Eżenzjoni mill-projbizzjoni li s-sewwieq jew assistent ta’ sewwieq jiftaħ pakketti ta’ oġġetti perikolużi f’katina ta’ distribuzzjoni lokali minn depożitu ta’ distribuzzjoni lokali għal għand il-bejjiegħ bl-imnut jew l-utent aħħari u mingħand il-bejjiegħ bl-imnut sa għand l-utent aħħari (għajr għall-Klassi 7) (N11)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.3.3.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni li sewwieq jew assistent ta’ sewwieq jiftaħ pakketti ta’ oġġetti perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-projbizzjoni ta’ ftuħ ta’ pakketti hija kkwalifikata bil-kundizzjoni “Unless authorised to do so by the operator of the vehicle” (Għajr f’każ ta’ awtorizzazzjoni mill-operatur tal-vettura).

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 12(3).

Kummenti: Jekk dan jinftiehem litteralment, il-projbizzjoni kif miktuba fl-Anness tista’ toħloq problemi serji għad-distribuzzjoni bl-imnut.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Dispożizzjonijiet alternattivi għal trasport għal btieti tal-injam li fihom NU 3065 tal-Grupp tal-ippakkjar III.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.4, 4.1, 5.2 u 5.3.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti tal-ippakkjar u ttikkettar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti it-trasport ta’ xorb alkoħoliku b’kontenut ta’ alkoħol iktar minn 24 %, iżda inqas minn 70 % f’termini ta’ volum (Grupp tal-ippakkettar III) fi btieti tal-injam mingħajr l-approvazzjoni min-NU li ma għandhomx tikketti ta’ periklu, suġġetti għal rekwiżiti aktar stretti għat-tagħbija u għall-vetturi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods u Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 7 (13) and (14).

Kummenti: Dan huwa prodott b’valur għoli suġġett għal dazju tas-sisa tal-gvern li jeħtieġlu jinġarr bejn id-distillerija u l-imħażen marbuta magħha f’vetturi ssiġillati u żguri li juru s-siġilli tad-dazju tal-gvern. It-tħaffif fuq l-ippakkjar u l-ittikkettar jitqies fir-rekwiżiti addizzjonali biex tkun żgurata s-sikurezza.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–SE–12

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2007 Part 1.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Il-ġbir ta’ batteriji użati għar-rimi jew riċiklaġġ

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-Dispożizzjoni Speċjali 636

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti l-kundizzjonijiet alternattivi li ġejjin għad-Dispożizzjoni Speċjali 636 tal-Kapitolu 3.3:

Ċelluli u batteriji użati tal-litju (NU 3090 u NU 3091) miġbura u miġjuba għall-ġarr biex jintremew bejn il-punt ta’ ġbir tal-konsumatur u l-faċilità intermedjarja tal-ipproċessar, flimkien ma’ ċelluli jew batteriji li mhumiex tal-litju (NU 2800 u NU 3028), mhumiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-ADR jekk jilħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

Għandhom ikunu ppakkjati f’kartelli IH2 jew f’kaxxi 4H2 li jikkonformaw mal-livell ta’ prestazzjoni tal-grupp II tal-ippakkjar għas-solidi;

Mhux aktar minn 5 % ta’ kull pakkett għandu jkun litju u batteriji tal-litju;

Il-massa totali massima ta’ kull pakkett ma għandhiex taqbeż il-25 kg;

Il-kwantità totali tal-pakketti għal kull Unità tat-Trasport ma għandhiex taqbeż it-333 kg;

Ma jistgħu jinġarru l-ebda prodotti perikolużi oħra.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment 2007 part 1.

Kummenti: Il-punti ta’ ġbir tal-konsumaturi ġeneralment ikunu fil-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u mhuwiex prattiku li jitħarreġ għadd kbir ta’ nies biex jifirdu u jippakkjaw il-batteriji użati skont l-ADR. Is-sistema tar-Renju Unit tkun topera skont linji gwida stabbiliti mill-UK Waste and Resources Action Programme u tkun tinvolvi li jingħataw pakketti adatti konformi mal-ADR u struzzjonijiet xierqa.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

▼B




ANNESS II

TRASPORT BIL-FERROVIJA

▼M8

II.1.    RID

Fl-Anness tal-RID, li jidher fl-Appendiċi C tal-COTIF, kif applikabbli b'effett mill-1 ta' Jannar 2015, huwa mifhum illi l-frażi “Stat Kontraenti tal-RID” hija ssostitwita bi 'Stat Membru' kif xieraq.

▼B

II.2.   Dispożizzjonijiet tranżizzjonali addizzjonali

1. L-Istati Membri jistgħu jżommu d-derogi adottati abbażi ta’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva 96/49/KE sal-31 ta’ Diċembru 2010, jew, sa meta l-Anness II, Taqsima II.1 jiġi emendat, sabiex jirrifletti r-Rakkomandazzjonijiet tan-NU dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi msemmija f’dak l-artikolu, jekk dan iseħħ qabel.

2. Fil-limiti tat-territorju tiegħu kull Stat Membru jista’ jawtorizza l-użu ta’ vaguni u vaguni b’tankijiet ta’ ħxuna ta’ 1 520 /1 524 mm mibnija qabel l-1 ta’ Lulju 2005 li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva, iżda li kienu mibnija skond l-Anness II ma’ l-SMGS jew skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru fis-seħħ fit-30 ta’ Ġunju 2005, sakemm dawk il-vaguni huma miżmuma fil-livelli ta’ sikurezza meħtieġa.

3. Fil-limiti tat-territorju tiegħu kull Stat Membru jista’ jawtorizza l-użu ta’ tankijiet u vaguni mibnija qabel l-1 ta’ Jannar 1997 li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva, iżda li kienu mibnija skond ir-rekwiżiti nazzjonali fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 1996, sakemm tali tankijiet u vaguni jinżammu fil-livelli ta’ sikurezza meħtieġa.

Tankijiet u vaguni mibnija fl-1 ta’ Jannar 1997, jew wara, li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva imma li kienu nbnew skond ir-rekwiżiti tad-Direttiva 96/49/KE li kienu fis-seħħ fid-data tal-kostruzzjoni tagħhom, jistgħu jibqgħu jintużaw għat-trasport nazzjonali.

4. Fil-limiti tat-territorju tiegħu kull Stat Membru, fejn it-temperatura ambjentali regolament tkun inqas minn – 20 °C, jistgħu jimponu standards iktar stretti fir-rigward tat-temperatura operattiva ta’ materjali użati fl-ippakkjar bil-plastik, tankijiet u t-tagħmir tagħhom maħsubin għall-użu fit-trasport nazzjonali ta’ oġġetti perikolużi bil-ferrovija sakemm id-dispożizzjonijiet dwar it-temperaturi ta’ referenza, xierqa għal żoni klimatiċi speċifiċi, jiġu inkorporati fl-Anness II, Taqsima II.1 ma’ din id-Direttiva.

5. Fil-limiti tat-territorju tiegħu kull Stat Membru jista’ jżomm id-dispożizzjonijiet nazzjonali barra dawk stabbiliti f’din id-Direttiva fir-rigward tat-temperatura ta’ referenza għat-trasport ta’ gassijiet likwefatti jew taħlitiet ta’ gassijiet likwefatti, sakemm dispożizzjonijiet relatati mat-temperaturi approprjati ta’ referenza għal żoni klimatiċi indikati jkunu inkorporati fl-istandards Ewropej u msemmija fl-Anness II, Taqsima II.1 ma’ din id-Direttiva.

6. Għall-operazzjonijiet tat-trasport imwettqa minn vaguni reġistrati fit-territorju tiegħu, kull Stat Membru jista’ jżomm id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 1996 marbuta mal-wiri jew it-tpoġġija ta’ kodiċi ta’ azzjoni ta’ l-emerġenza, jew it-tabella tal-perikli, minflok in-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-periklu, previst fl-Anness II, Taqsima II.1 ma’ din id-Direttiva.

7. Għal trasport mit-Tunnel taħt il-Kanal Ingliż, Franza u r-Renju Unit jistgħu jimponu dispożizzjonijiet iktar stretti minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.

8. Stat Membru jista’ jżomm kif inhuma u jiżviluppa dispożizzjonijiet għat-territorju tiegħu għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi bil-ferrovija minn jew lejn il-partijiet kontraenti ta’ l-OSJD. Permezz ta’ miżuri u obbligi xierqa l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiggarantixxu l-manutenzjoni ta’ livell ta’ sikurezza ekwivalenti għal dak previst fl-Anness II, Taqsima II.1

Il-Kummissjoni tiġi infurmata b’dawn id-dispożizzjonijiet u tinforma lill-Istati Membri l-oħra b’dan.

Fi żmien għaxar snin mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni tevalwa l-konsegwenzi tad-dispożizzjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni tressaq proposti xierqa flimkien ma’ rapport.

9. L-Istati Membri jistgħu jżommu restrizzjonijiet nazzjonali fuq it-trasport ta’ sustanzi li jkun fihom id-diossini u l-furani (furans) applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 1996.

▼M7

II.3.    Derogi nazzjonali

Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE.

Numerazzjoni tad-derogi: RA-a/bi/bii-MS-nn

RA = Ferrovija

a/bi/bii = l-Artikolu 6(2) a/bi/bii

MS = Taqsira għall-Istat Membru

nn = numru tal-ordni

Ibbażat fuq l-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE

DE Il-Ġermanja

Suġġett: Awtorizzazzjoni għall-pakketti mħallta

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10.4 MP2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni ta’ pakketti mħallta.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassi 1.4S, 2, 3 u 6.1; awtorizzazzjoni ta’ ppakkjar imħallat ta’ oġġetti fil-Klassi 1.4S (skrataċ għal armi żgħar), aerosols (Klassi 2) u materjali tat-tindif u t-trattamenti fil-Klassi 3 u 6.1 (in-numri NU elenkanti) kif lesti għal bejgħ f’ippakkjar imħallat fil-grupp tal-ippakkjar II u fi kwantitajiet żgħar.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 21.

Kummenti: Lista Nru. 30*, 30a, 30b, 30c, 30d, 30e, 30f, 30 g.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

FR Franza

Suġġett: Ġarr għall-ħtiġijiet ta’ sid il-ferrovija.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Tagħrif dwar il-materjali perikolużi li għandu jkun indikat fin-nota tal-konsinna.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ġarr għall-ħtiġijiet ta’ sid il-ferrovija ta’ kwantitajiet li ma jeċċedux il-limit preskritti f’1.1.3.6 m’ghandux għalfejn ikollu d-dikjarazzjoni dwar it-tagħbija.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par chemin de fer - Article 20.2.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: eżenzjoni mit-twaħħil ta’ tikketti fuq ċerti vaguni tal-posta.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Obbligu tat-twaħħil ta’ tikketti mal-ħitan tal-vaguni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: dawk il-vaguni tal-posta biss li jġorru aktar minn 3 tunnellati metriċi ta’ materjal tal-istess klassi (li mhux dak ta’ 1, 6.2 or 7) iridu jitwaħħlulhom it-tikketti.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par chemin de fer - Article 21.1.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

SE L-Isvezja

Suġġett: Vagun tal-ferrovija li jġorr oġġetti perikolużi, bħala oġġetti express, ma għandux bżonn ikun immarkat b’tikketti.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Vaguni tal-ferrovija li jkunu qed iġorru oġġetti perikolużi għandhom ikunu mmarkati bit-tikketti.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Vagun tal-ferrovija li jġorr oġġetti perikolużi, bħala oġġetti express, ma għandux bżonn ikun immarkat b’tikketti.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Hemm limiti għall-kwantitajiet fl-RID għall-oġġetti ddeżinjati bħala oġġetti express. Għalhekk hija kwistjoni ta’ kwantitajiet żgħar.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

UK Ir-Renju Unit

Suġġett: Ġarr ta’ oġġetti li fihom ċertu materjal b’radjoattività baxxa bħal arloġġi, detetturi tad-duħħan, boxxli

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Ħafna mir-rekwiżiti tal-RID.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għat-trasport ta’ materjal tal-Klassi 7.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni totali mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti nazzjonali għal ċerti prodotti kummerċjali li fihom kwantitajiet limitati ta’ materjal radjoattiv.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Packaging, Labelling and Carriage of Radioactive Material by Rail Regulations 1996, reg. 2(6) (as amended by Schedule 5 of the Carriage of Dangerous Goods (Amendment) Regulations 1999).

Kummenti: Din id-deroga hija miżura għal perjodu qasir, li ma tkunx aktar meħtieġa meta jiġu inkorporati emendi simili għar-regoli tal-IAEA fl-RID.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Illaxkar ta’ restrizzjonijiet dwar it-trasport ta’ tagħbija mħallta ta’ splussivi, u ta’ splussivi ma’ merkanzija perikolużi oħra, ġewwa vaguni, vetturi u kontejners (N4/5/6)

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.2.1 u 7.5.2.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-restrizzjonijiet fuq ċerti tipi ta’ tagħbija mħallta.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali hija inqas restrittiva fir-rigward ta’ tagħbija mħallta ta’ splussivi, sakemm dan il-ġarr ikun jista’ jitwettaq mingħajr riskju.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Packaging, Labelling and Carriage of Radioactive Material by Rail Regulations 1996, reg. 2(6) (as amended by Schedule 5 of the Carriage of Dangerous Goods (Amendment) Regulations 1999).

Kummenti: Ir-Renju Unit jixtieq jippermetti xi varjazzjonijiet fir-regoli tat-taħlit għall-splussivi ma’ splussivi oħra, kif ukoll ta’ splussivi ma’ oġġetti perikolużi oħra. Kwalunkwe varjazzjoni ser ikollha limitu ta’ kwantità fuq waħda jew aktar mill-partijiet kostitwenti tat-tagħbija, u tkun permessa biss jekk “il-miżuri raġonevolment fattibbli kollha jkunu ttieħdu sabiex jipprevjenu li l-isplussivi jiġu f’kuntatt ma’ dawn l-oġġetti, jew inkella jipperikolahom jew ikun ipperikolat minnhom.”

Eżempji ta’ varjazzjonijiet li r-Renju Unit jista’ jippermetti huma:

1. Splussivi li ngħataw in-numri tal-klassifikazzjoni NU 0029, 0030, 0042, 0065, 0081, 0082, 0104, 0241, 0255, 0267, 0283, 0289, 0290, 0331, 0332, 0360 jew 0361 jistgħu jinġarru fl-istess vettura mal-oġġetti perikolużi li ngħataw in-numru tal-klassifikazzjoni NU 1942. Il-kwantità ta’ NU 1942 li tista’ tinġarr għandha tkun limitata billi titqies bħala splussiv tal-1.1D.

2. Splussivi kklassifikati bin-numri NU 0191, 0197, 0312, 0336, 0403, 0431, u 0453 jistgħu jkunu trasportati fl-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi (bl-eċċezzjoni ta’ gassijiet li jaqbdu malajr, sustanzi infettivi u sustanzi tossiċi) tat-tieni kategorija tat-trasport jew oġġetti perikolużi tat-tielet kategorija tat-trasport, jew kull taħlita tagħhom, bil-kundizzjoni li l-massa jew il-volum totali ta’ oġġetti perikolużi tat-tieni kategorija tat-trasport ma taqbiżx/jaqbiżx il-500 kg jew l u l-massa totali netta ta’ dawn l-isplussivi ma taqbiżx il-500 kg;

3. Splussivi ta’ 1,4G jistgħu jinġarru flimkien ma’ likwidi u gassijiet fjammabbli fil-kategorija 2 tat-trasport jew ma’ gassijiet mhux fjammabbli u mhux tossiċi fil-kategorija 3 tat-trasport, jew fi kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom fl-istess vettura, sakemm il-massa jew il-volum totali ta’ oġġetti perikolużi flimkien ma jaqbżux il-200 kg jew litru u l-massa totali netta ta’ splussiv ma taqbiżx l-20 kg.

4. Oġġetti splussivi bin-numri tal-klassifikazzjoni NU 0106, 0107 jew 0257 jistgħu jinġarru ma’ oġġetti splussivi fil-Grupp ta’ Kompatibbiltà D, E jew F li tagħhom huma komponenti. Il-kwantità totali ta’ splussivi tan-numri NU 0106, 0107 jew 0257 ma għandhiex tkun aktar minn 20 kg.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Li tkun permessa “kwantità totali massima għal kull unità ta’ trasport” għall-oġġetti tal-Klassi 1 fil-kategoriji 1 u 2 tat-tabella fil-punt 1.1.3.1.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet relatati man-natura tal-operazzjoni tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Sabiex tistipula regoli dwar eżenzjonijiet fuq kwantitajiet limitati u tagħbija mħallta ta’ splussivi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods u Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 3(7)(b).

Kummenti: Biex jiġu permessi limiti differenti ta’ kwantitajiet limitati u fatturi ta’ multiplikazzjoni għat-trasport mħallat ta’ oġġetti tal-Klassi 1, jiġifieri “50” għall-Kategorija 1 u “500” għall-Kategorija 2. Għall-iskop tal-kalkolu ta’ tagħbija mħallta, il-fatturi ta’ multiplikazzjoni għandhom jinqraw “20” għal Trasport Kategorija 1 u “2” għal Trasport Kategorija 2.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Adozzjoni tal-RA–a–FR-6

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.3.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Tbiġġil tar-rekwiżit tal-plakards għall-hekk imsejjaħ “piggyback carriage”.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-rekwiżit tal-plakards ma japplikax f’każijiet meta l-plakards tal-vettura jkunu viżibbli b’mod ċar.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods u Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Ir-Regolament 7(12):

Kummenti: Din minn dejjem kienet dispożizzjoni nazzjonali tar-Renju Unit.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Id-distribuzzjoni ta’ oġġetti f’pakketti intern lill-bejjiegħa bl-imnut jew l-utenti (bl-esklużjoni ta’ dawk tal-Klassijiet 1, 4.2, 6.2 u 7) minn depożitu ta’ distribuzzjoni lokali lill-bejjiegħa bl-imnut jew l-utenti u mill-bejjiegħa bl-imnut lill-utenti aħħarin.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-ippakkjar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-pakketti ma jeħtiġux li jkollhom il-marka RID/ADR jew NU.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods u Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2007: Regulation 26.

Kummenti: Ir-rekwiżiti tal-RID huma inadatti għall-aħħar stadji tal-ġarr minn ċentru ta’ distribuzzjoni għal għand il-bejjiegħ bl-imnut jew l-utent jew mill-bejjiegħ bl-imnut għal għand utent aħħari. L-iskop ta’ din id-deroga huwa li tippermetti li l-kontenituri interni tal-oġġetti għad-distribuzzjoni bl-imnut jinġarru fl-aħħar parti tal-vjaġġ tad-distribuzzjoni lokali mingħajr il-pakkett ta’ barra.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE

DE Il-Ġermanja

Suġġett: Trasport ta’ skart perikoluż pakkjat

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1 sa 5.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, ippakkjar u mmarkar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: Ippakkjar kumbinat u trasport ta’ skart perikoluż f’pakketti u IBCs; l-iskart irid ikun ippakkjat f’pakketti interni (kif miġbur) u mqassam f’kategoriji speċifiċi ta’ skart (biex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi fi grupp ta’ skart); użu ta’ struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-gruppi ta’ skart u bħala polza tat-tagħbija; ġbir ta’ skart domestiku u tal-laboratorji, eċċ.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 20.

Kummenti: Lista Nru 6*.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: It-trasport lokali ta’ NU 1381 (fosforu, isfar, taħt l-ilma), Klassi 4.2, grupp tal-ippakkjar I f’vaguni b’tankijiet tal-ferrovija,

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.8, 6.8.2.3

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni ta’ tankijiet u vaguni b’tankijiet. Il-Kapitolu 6.8, Subtaqsima 6.8.2.3, teħtieġ l-approvazzjoni tat-tip għal tankijiet li jġorru NU 1381 (fosforu, isfar, taħt l-ilma).

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali ta’ NU 1381 (fosforu, isfar, taħt l-ilma), Klassi 4.2, grupp tal-ippakkjar I, fuq distanzi qosra (minn Sassnitz-Mukran sa Lutherstadt Wittenberg-Piesteritz u Bitterfeld) f’vaguni b’tankijiet tal-ferrovija mibnija skont l-istandards Russi. It-trasport tal-merkanzija huwa soġġett għal dispożizzjonijiet operattivi addizzjonali stipulati mill-awtoritajiet kompetenti tas-sikurezza.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ausnahme Eisenbahn-Bundesamt Nr. E 1/92.

Data ta’ skadenza: l- 1 ta’ Jannar 2014.

DK Id-Danimarka

Suġġett: Ġarr ta’ oġġetti perikolużi minn mini

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Tagħbija, ħatt u distanzi protettivi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tipprevedi dispożizzjonijiet alternattivi għal dawk previsti fl-Anness II it-Taqsima II.1 tad-Direttiva 2008/68/KE dwar il-ġarr mill-mina ferrovjarja li tgħaddi minn taħt il-Great Belt. Dawn id-dispożizzjonijiet alternattivi huma dwar il-volum tat-tagħbija u d-distanza bejn it-tagħbijiet ta’ oġġetti perikolużi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bestemmelser om transport af eksplosiver i jernbanetunnelerne på Storebælt og Øresund, tal- 15 ta’ Frar 2005.

Kummenti:

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Suġġett: Ġarr ta’ oġġetti perikolużi minn mini

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Tagħbija, ħatt u distanzi protettivi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tipprevedi dispożizzjonijiet alternattivi għal dawk previsti fl-Anness II, Taqsima II.1 tad-Direttiva 2008/68/KE dwar il-ġarr mill-mina ferrovjarja tal-linja fissa li tgħaddi minn Øresund. Dawn id-dispożizzjonijiet alternattivi huma dwar il-volum tat-tagħbija u d-distanza bejn it-tagħbijiet ta’ oġġetti perikolużi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bestemmelser om transport af eksplosiver i jernbanetunnelerne på Storebælt og Øresund, tal- 15 ta’ Frar 2005.

Kummenti:

Data ta’ skadenza: id-29 ta’ Frar 2016

CZ Ir-Repubblika Ċeka

Suġġett: It-trasport lokali ta’ NU 1381 (fosforu, abjad jew isfar, taħt l-ilma jew f’soluzzjoni, Klassi 4.2, Kodiċi ta’ klassifikazzjoni ST3, Grupp tal-ippakkjar I), fuq distanzi qosra b’vaguni b’tankijiet.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.8, 6.8.2.3

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet għall-kostruzzjoni tal-vaguni b’tankijiet. Il-Kapitolu 6.8, subtaqsima 6.8.2.3, rekwiżiti għall-approvazzjoni tad-disinn għal vaguni b’tankijiet li jġorru NU 1381 (FOSFORU, ABJAD jew ISFAR, TAĦT L-ILMA jew F’SOLUZZJONI, Klassi 4.2, Kodiċi ta’ klassifikazzjoni ST3, Grupp tal-ippakkjar I).

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Trasport ta’ NU 1381 (FOSFORU, ABJAD jew ISFAR, TAĦT L-ILMa jew F’SOLUZZJONI, Klassi 4.2, Kodiċi ta’ klassifikazzjoni ST3, Grupp tal-ippakkjar I) bejn l-istazzjonijiet Petrovice u Karviné, fruntiera tal-istati CZ/PL, u Boří Les, f’vaguni b’tankijieti tal-ferroviji, mibnija skont ir-rekwiżiti tal-Ftehim dwar il-Ġarr Internazzjonali ta’ Oġġetti bil-Ferrovija (SMGS). It-trasport huwa soġġett għal aktar miżuri operattivi meħuda b’mod partikolari fil-livell tal-impriża ferrovjarja, il-maniġer tal-infrastruttura, u l-fergħat rilevanti tas-Sistema Integrata ta’ Salvataġġ.

Ir-Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni maħruġa mill-Ministeru tat-Trasport.

Data ta’ skadenza: il-1 ta’ Jannar 2014

SE L-Isvezja

Suġġett: ġarr ta’ skart perikoluż għal postijiet fejn jintremal-iskart perikoluż

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 2, 5.2, u 6.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, immarkar u ttikkettar kif ukoll ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-ippakkjar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tikkonsisti minn kriterji simplifikati tal-klassifikazzjoni, rekwiżiti inqas restrittivi għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-ippakkjar u r-rekwiżiti modifikati għall-ittikkettar u l-immarkar. Minflok ma l-iskart perikoluż jiġi kklassifikat skont l-RID, jinqasam fi gruppi differenti ta’ skart. Kull grupp ta’ skart fih sustanzi li jistgħu, skont l-RID, jiġu ppakkjati flimkien (ippakkjar imħallat). Kull pakkett għandu jiġi mmarkat bil-kodiċi rilevanti tal-grupp ta’ skart minflok bin-numru NU.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Dawn ir-regolamenti jistgħu jintużaw biss għat-trasport ta’ skart perikoluż minn siti ta’ riċiklaġġ pubbliċi lejn impjanti ta’ rimi ta’ skart perikoluż.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(ii) tad-Direttiva 2008/68/KE

DE Il-Ġermanja

Suġġett: It-trasport lokali taċ-ċjanur tal-idroġenu NU 1051, stabbilizzat, likwidu, li għandu 1 % ilma jew inqas skont il-massa, f’vaguni b’tankijiet tal-ferroviji, b’deroga mis-subtaqsima 4.3.2.1.1 tal-Anness II, Taqsima II.1 tad-Direttiva 2008/68/KE.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2, 4.3.2.1.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: projbizzjoni fuq it-trasport ta’ NU 1051 (ċjanur tal-idroġenu), stabbilizzat, likwidu b’1 % ilma jew inqas skont il-massa.

Il-kontenut tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: it-trasport lokali bil-ferrovija fuq rotot iddeżinjati partikolari, li jifforma parti minn proċess industrijali definit, u li jkun ikkontrollat mill-qrib f’kondizzjonijiet speċifikati b’mod ċar. It-trasport iseħħ f’vaguni b’tankijiet li għandhom liċenzja speċifika għal dan l-iskop u li l-kostruzzjoni u l-immuntar tagħhom huma kontinwament adattati skont l-aħħar teknoloġija tas-sikurezza (pereżempju tagħmir ta’ lqugħ għat-taħbit skont it-TE 22). Il-proċess tat-trasport huwa regolat fid-dettal permezz ta’ dispożizzjonijiet ulterjuri tas-sikurezza operattiva bi ftehim mal-awtoritajiet rilevanti għas-sikurezza u kontra l-periklu u jiġi mmonitorjat mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza rilevanti.

Referenza oriġinali għad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga Nru E 1/97 (ir-raba’ (4) verżjoni emendata), l-Uffiċċju Federali għall-Ferroviji

Tmiem il-perjodu ta’ validità: Il-1 ta’ Jannar 2017

DE Il-Ġermanja

Suġġett: it-trasport lokali fuq rotot iddeżinjati ta’ NU 1402 (karbur tal-kalċju), grupp tal-ippakkjar I, f’kontenituri fuq il-vaguni.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2, 7.3.1.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali għat-trasport fi kwantitajiet kbar. Il-Kapitolu 3.2, Tabella A, ma jippermettix li l-karbur tal-kalċju jinġarr fi kwantitajiet kbar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali bil-ferrovija tan-NU 1402 (karbur tal-kalċju), grupp tal-ippakkjar I, fuq rotot speċifikament iddeżinjati, bħala parti minn proċess industrijali ddefinit u kkontrollat mill-qrib f’kondizzjonijiet speċifikati b’mod ċar. It-tagħbijiet huma ttrasportati f’kontenituri f’vaguni mibnija apposta. It-trasport tal-merkanzija huwa soġġett għal dispożizzjonijiet operattivi addizzjonali stipulati mill-awtoritajiet kompetenti tas-sikurezza.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ausnahme Eisenbahn-Bundesamt Nr. E 3/10.

Data ta’ skadenza: il-15 ta’ Jannar 2018.

▼B




ANNESS III

TRASPORT FUQ ILMIJIET INTERNI NAVIGABBLI

▼M8

III.1.    ADN

Fir-Regolamenti annessi tal-ADN, kif applikabbli b'effett mill-1 ta' Jannar 2015, kif ukoll l-Artikoli 3(f), 3(h), 8(1), 8(3) tal-ADN, huwa mifhum illi l-frażi “parti kontraenti” hija ssostitwita bi “Stat Membru”, skont il-każ.

▼B

III.2.   Dispożizzjonijiet tranżizzjonali addizzjonali

1. L-Istati Membri jistgħu iżommu restrizzjonijiet fuq it-trasport ta’ sustanzi li jkun fihom id-dijossini u l-furani applikabbli fit-30 ta’ Ġunju 2009.

2. Iċ-ċertifikati skond l-Anness III tat-Taqsima III.1(8.1) maħruġa qabel jew waqt il-perjodu transizzjonali imsemmi fl-Artikolu 7(2) għandhom ikunu validi sat-30 ta’ Ġunju 2016, ħlief jekk ikun indikat perjodu iqsar ta’ validità fiċ-ċertifikat innifsu.

▼M7

III.3.    Derogi nazzjonali

Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE.

Numerazzjoni tad-derogi: IW-a/bi/bii-MS-nn

IW = Passaġġi interni fuq l-ilma

a/bi/bii = l-Artikolu 6(2) a/bi/bii

MS = Taqsira għall-Istat Membru

nn = numru tal-ordni

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE

BG Il-Bulgarija

Suġġett: Klassifikazzjoni u spezzjoni ta’ bastimenti bunker

Referenza għall-Anness III, Taqsima III.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Kapitolu 1.15

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 1.15, Ir-rikonoxximent ta’ soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni, jesiġu li soċjetà tal-klassifikazzjoni, li se tiġi rikonoxxuta skont id-dispożizzjonijiet, għandha twettaq il-proċedura għar-rikonoxximent tagħha speċifikata fit-Taqsima 1.15.2.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-klassifikazzjoni u l-ispezzjoni ta’ bastimenti bunker għal prodotti petroliferi li joperaw fl-ilmijiet tal-portijiet tax-xmajjar Bulgari jew żoni oħra taħt il-ġurisdizzjoni diretta ta’ dawn il-portijiet, imwettqa minn soċjetà tal-klassifikazzjoni li mhijiex rikonoxxuta skont il-Kapitolu 1.15 tal-Anness III, Taqsima III.1 tad-Direttiva 2008/68/KE hija awtorizzata sakemm ma tiġix kompromessa s-sikurezza.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Наредба № 16 от 20 юни 2006 г. за обработка и превоз на опасни товари по море и по вътрешни водни пътища; Наредба № 4 от 9 януари 2004 г. за признаване на организации за извършване на прегледи на кораби и корабопритежатели (Ordinanza Nru 16 tal-20 ta’ Ġunju 2006 dwar l-immaniġġar tal-oġġetti perikolużi u l-ġarr tagħhom bil-baħar u bil-passaġġi interni fuq l-ilma; Ordinanza Nru 4 tad-9 ta’ Jannar 2004 dwar ir-rikonoxximent ta’ soċjetajiet ta’ eżaminazzjoni ta’ stħarriġ tal-bastimenti u s-sidien tal-bastimenti).

Kummenti: Id-deroga tapplika biss għal bastimenti li joperaw fiż-żoni portwali jew żoni oħra taħt il-ġurisdizzjoni diretta ta’ dawn il-portijiet.

Data ta’ skadenza: il-15 ta’ Jannar 2018.



( 1 ) ĠU C 256, 27.10.2007, p. 44.

( 2 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Settembru 2007 (ĠU C 187E, 24.7.2008, p. 148), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta' 7 ta' April 2008 (ĠU C 117E, 14.5.2008, p. 1), u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ġunju 2008 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

( 3 ) ĠU L 319, 12.12.1994, p. 7.

( 4 ) ĠU L 235, 17.9.1996, p. 25.

( 5 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

( 6 ) ĠU L 117, 8.5.1990, p. 1.

( 7 ) ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.

( 8 ) ĠU L 262, 17.10.2000, p. 21.

( 9 ) ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.

( 10 ) ĠU L 389, 30.12.2006, p. 1.

( 11 ) ĠU L 145, 19.6.1996, p. 10.

( 12 ) ĠU L 118, 19.5.2000, p. 41.

( 13 ) ĠU L 85, 2.4.2005, p. 58.

( 14 ) ĠU L 61, 8.3.2005, p. 41.

( 15 ) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.