02008L0048 — MT — 30.12.2023 — 005.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DIRETTIVA 2008/48/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta' April 2008

dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE

(ĠU L 133 22.5.2008, p. 66)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2011/90/UE tal-14 ta’ Novembru 2011

  L 296

35

15.11.2011

►M2

DIRETTIVA 2014/17/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tal-4 ta’ Frar 2014

  L 60

34

28.2.2014

►M3

REGOLAMENT (UE) 2016/1011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tat-8 ta' Ġunju 2016

  L 171

1

29.6.2016

►M4

REGOLAMENT (UE) 2019/1243 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tal-20 ta’ Ġunju 2019

  L 198

241

25.7.2019

►M5

DIRETTIVA (UE) 2021/2167 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tal-24 ta’ Novembru 2021

  L 438

1

8.12.2021


Ikkoreġuta bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 207, 11.8.2009, p.  14 (2008/48/KE)

►C2

Rettifika, ĠU L 199, 31.7.2010, p.  40 (2008/48/KE)

►C3

Rettifika, ĠU L 234, 10.9.2011, p.  46 (2008/48/KE)




▼B

DIRETTIVA 2008/48/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta' April 2008

dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE



KAPITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

L-għan ta' din id-Direttiva hu li jiġu armonizzati ċerti aspetti tal-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri amministrattivi ta' l-Istati Membri fir-rigward ta' ftehim li jkopru kreditu għall-konsumaturi.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.  
Din id-Direttiva għandha tapplika għal ftehim ta' kreditu.
2.  

Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal dawn li ġejjin:

(a) 

ftehim ta' kreditu li huma garantiti b'ipoteka jew b'garanzija komparabbli oħra użata komunament fi Stat Membru fuq proprjetà immobbli jew garantiti bi dritt relatat ma' proprjetà immobbli;

(b) 

ftehim ta' kreditu li l-fini tagħhom huwa l-akkwist jew iż-żamma tad-drittijiet ta' proprjetà f'art jew f'bini eżistenti jew ipproġettat;

(ċ) 

ftehim ta' kreditu li jinvolvu ammont totali ta' kreditu inqas minn EUR 200 jew aktar minn EUR 75 000 ;

(d) 

ftehim ta' kiri jew ta' għoti b'kiri fejn m'hemmx previst ebda obbligu għax-xiri ta' l-oġġett tal-ftehim la bil-ftehim innifsu u lanqas bi kwalunkwe ftehim separat; tali obbligu għandu jiġi kkunsidrat li jeżisti jekk dan jiġi deċiż hekk mill-kreditur b'mod unilaterali;

(e) 

ftehim ta' kreditu fil-forma tal-faċilità ta' overdraft fejn il-kreditu irid jintradd lura fi żmien xahar;

(f) 

ftehim ta' kreditu fejn il-kreditu jingħata mingħajr interessi u mingħajr kwalunkwe drittijiet oħra u ftehim ta' kreditu li taħt it-termini tagħhom il-kreditu għandu jintradd lura fi żmien tliet xhur u jkunu pagabbli biss imposti insinifikanti;

(g) 

ftehim ta' kreditu fejn il-kreditu jingħata minn prinċipal lill-impjegati tiegħu bħala attività sekondarja bla interessi jew b' rati ta' imposta perċentwali fis-sena aktar baxxi minn dawk prevalenti fis-suq u li mhumiex offruti ġeneralment lill-pubbliku;

(h) 

ftehim ta' kreditu li huma konklużi ma' kumpanniji ta' investiment kif definit fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji ( 1 ) jew ma' istituzzjonijiet ta' kreditu kif definit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE għall-finijiet li investitur ikun jista' jwettaq tranżazzjoni relatata ma' l-istrument wieħed jew aktar elenkati fit-Taqsima C ta' l-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE, fejn il-kumpannija ta' investiment jew l-istituzzjoni ta' kreditu li jagħtu l-kreditu hija involuta f'tali tranżazzjoni;

(i) 

ftehim ta' kreditu li huma r-riżultat ta' ftehim milħuq barra mill-qorti jew quddiem awtorità statutorja oħra;

(j) 

ftehim ta' kreditu li jirrigwardaw il-ħlas differit, mingħajr ħlas, ta' dejn eżistenti;

(k) 

ftehim ta' kreditu li mal-konklużjoni tagħhom il-konsumatur huwa mitlub jiddepożita oġġett bħala garanzija fil-kustodja żgura tal-kreditur u fejn l-obbligu tal-konsumatur huwa strettament limitat għal dak l-oġġett mirhun;

(l) 

ftehim ta' kreditu li jirrigwardaw self mogħti lil pubbliku ristrett taħt dispożizzjoni statutorja b'fini ta' interess ġenerali b'rati ta' interessi aktar baxxi minn dawk prevalenti fuq is-suq jew mingħajr interessi jew b'termini oħrajn li jkunu aktar favorevoli għall-konsumatur minn dawk prevalenti fis-suq u b'rati ta' interessi li mhumiex ogħla minn dawk prevalenti fuq is-suq.

▼M2

2a.  
Minkejja l-punt (c) tal-paragrafu 2, din id-Direttiva għandha tapplika għall kuntratti ta’ kreditu mhux garantiti li l-għan tagħhom huwa r-rinovazzjoni ta’ proprjetà immobbli residenzjali li tinvolvi ammont totali ta’ kreditu ‘l fuq minn EUR 75 000 .

▼B

3.  
Fil-każ ta' ftehim ta' kreditu fil-forma ta' faċilità ta' overdraft u fejn il-kreditu jrid jintradd lura fuq talba jew fi żmien tliet xhur, għandhom japplikaw biss l-Artikoli 1 sa 3, l-Artikolu 4(1), punti (a) sa (c) ta' l-Artikolu 4(2), l-Artikolu 4(4), l-Artikoli 6 sa 9, l-Artikolu 10(1), l-Artikolu 10(4), l-Artikolu 10(5), l-Artikolu 12, l-Artikolu 15, l-Artikolu 17 u l-Artikoli 19 sa 32.
4.  
Fil-każ ta' ftehim ta' kreditu fil-forma ta' overrunning, għandhom japplikaw l-Artikoli 1 sa 3, 18, 20 u 22 sa 32 biss.
5.  

L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw li għandhom japplikaw biss l-Artikoli 1 sa 4, l-Artikoli 6, 7 u 9, l-Artikolu 10(1), l-Artikolu (2) punti (a) sa (h) u l-punt (l), l-Artikolu 10(4), u l-Artikoli 11, 13 u 16 sa 32 għall-ftehim ta' kreditu li huma konklużi minn organizzazzjoni li:

(a) 

hija stabbilita għall-benefiċċju reċiproku tal-membri tagħha;

(b) 

ma tagħmilx profitti għal kwalunkwe persuna oħra jekk mhux membri tagħha;

(ċ) 

tissodisfa fini soċjali rikjest mil-liġi domestika;

(d) 

tirċievi u tiġġestixxi t-tifdil ta', u tipprovdi sorsi ta' kreditu lill-membri tagħha biss; u

(e) 

tipprovdi kreditu abbażi ta' rata ta' imposta perċentwali fis-sena li huwa aktar baxx minn dawk prevalenti fis-suq jew soġġett għal-limitu massimu stabbilit bil-liġi nazzjonali;

u li s-sħubija tagħha hija ristretta għal persuni li joqgħodu jew huma impjegati f'lokalità partikolari jew impjegati u impjegati rtirati ta' xi ħadd partikolari li jħaddem, jew għal persuni li jissodisfaw kwalifiki oħrajn stabbiliti taħt il-liġi nazzjonali bħala l-bażi għall-eżistenza ta' rabta komuni bejn il-membri.

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva ftehim ta' kreditu konklużi minn tali organizzazzjoni fejn il-valur totali tal-ftehim ta' kreditu eżistenti kollha li daħlet fihom l-organizzazzjoni huwa insinifikanti fir-rigward tal-valur totali tal-ftehim ta' kreditu eżistenti kollha fl-Istat Membru li fih hija bbażata l-organizzazzjoni u l-valur totali tal-ftehim ta' kreditu eżistenti kollha mdaħħlin fihom tali organizzazzjonijiet kollha fl-Istat Membru huwa inqas minn 1 % tal-valur totali tal-ftehim ta' kreditu eżistenti kollha mdaħħlin fihom f'dak l-Istat Membru.

L-Istati Membri għandhom jirrevedu kull sena jekk il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' kwalunkwe tali eżenzjoni jibqgħu jeżistu fuq bażi annwali u għandhom jieħdu azzjoni biex titreġġa' lura l-eżenzjoni fejn huma jikkunsidraw li l-kondizzjonijiet mhux qed ikunu aktar sodisfatti.

6.  

L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw li għandhom japplikaw biss l-Artikoli 1 sa 4, l-artikoli 6, 7 u 9, l-Artikolu 10 (1), l-Artikolu 10(2) punt (a) sa (i), u l-punti (l) u (r), l-Artikolu 10(4), l-Artikoli 11, 13 u 16 u l-Artikoli 18 sa 32 għal ftehim ta' kreditu li jipprevedu arranġamenti li għandhom jiġu miftehma mill-kreditur u l-konsumatur fir-rigward ta' ħlas differit jew metodi ta' radd lura, fejn il-konsumatur ikun diġà naqas fir-rigward tal-ftehim ta' kreditu inizjali u fejn:

(a) 

tali arranġamenti jkollhom il-probabbiltà li jevitaw il-possibbiltà ta' proċedimenti legali rigward nuqqas minn obbligu bħal dan; u

(b) 

il-konsumatur ma jkunx b'hekk soġġett għal termini inqas favorevoli minn dawk stabbilit fil-ftehim ta' kreditu inizjali.

Madankollu, jekk il-ftehim ta' kreditu jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 3, għandhom japplikaw biss id-dispożizzjonijiet ta' dak il-paragrafu.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) 

“konsumatur” tfisser persuna fiżika li, fit-tranżazzjonijiet koperti minn din id-Direttiva, tkun qed taġixxi għal finijiet li huma barra mis-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tagħha;

(b) 

“kreditur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tagħti jew twiegħed li tagħti kreditu matul l-eżerċizzju tas-sengħa, negozju jew professjoni tagħha;

(ċ) 

“ftehim ta' kreditu” tfisser ftehim li bih kreditur jagħti jew iwiegħed li jagħti lil konsumatur kreditu fil-forma ta' ħlas differit, self jew akkomodazzjoni finanzjarja simili oħra; ħlief għal ftehim għall-forniment fuq bażi kontinwa ta' servizzi jew il-forniment ta' merkanzija ta' l-istess xorta, fejn il-konsumatur iħallas għal tali servizzi jew merkanzija għat-tul ta' żmien tal-provvista tagħhom permezz ta' pagamenti bin-nifs;

(d) 

“faċilità ta' overdraft” tfisser ftehim espliċitu ta' kreditu li bih kreditur jagħmel disponibbli lill-konsumatur fondi li jaqbżu l-bilanċ kurrenti tal-kont kurrenti tal-konsumatur;

(e) 

“overrunning” tfisser overdraft taċitament aċċettat li bih kreditur jagħmel disponibbli lill-konsumatur fondi li jaqbżu l-bilanċ kurrenti fil-kont kurrent tiegħu jew il-faċilità ta' overdraft miftiehem;

(f) 

“intermedjarju ta' kreditu” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li ma tkunx qed taġixxi bħala kreditur u li matul il-kummerċ, in-negozju jew il-professjoni tagħha għal onorarju, li jista' jkun pekunarja jew fi kwalunkwe forma miftehma oħra ta' konsiderazzjoni finanzjarja:

(i) 

tippreżenta jew toffri ftehim ta' kreditu lill-konsumaturi,

(ii) 

tassisti lill-konsumaturi billi tagħmel ħidma ta' tħejjija fir-rigward tal-ftehim ta' kreditu minbarra dawk imsemmijin f'(i), jew

(iii) 

tikkonkludi ftehim ta' kreditu mal-konsumaturi f'isem il-kreditur;

(g) 

“l-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur” tfisser l-ispejjeż kollha, inklużi interessi, kummissjonijiet, taxxi, u kwalunkwe tip ta' onorarji oħrajn li l-konsumatur għandu jħallas b'konnessjoni mal-ftehim ta' kreditu u li huma magħrufin mal-kreditur ħlief spejjeż notarili; l-ispejjeż relatati ma' servizzi anċillari fir-rigward tal-ftehim ta' kreditu, b'mod partikolari ħlasijiet obbligatorji ta' assigurazzjoni, huma inklużi wkoll jekk, barra minn hekk, il-konklużjoni ta' kuntratt ta' servizz huwa obbligatorju biex jinkiseb il-kreditu jew biex jinkiseb il-kreditu skond it-termini u l-kondizzjonijiet kummerċjalizzati;

(h) 

“ammont totali pagabbli mill-konsumatur” tfisser is-somma ta' l-ammont totali tal-kreditu u l-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur;

(i) 

“rata ta' imposta perċentwali fis-sena” tfisser l-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur espressa bħala perċentwali annwali ta' l-ammont totali ta' kreditu, fejn applikabbli inklużi l-ispejjeż msemmija fl-Artikolu 19(2);

(j) 

“rata tas-self” tfisser ir-rata ta' interessi espressa bħala perċentwali perjodika fissa jew varjabbli applikata għal perijodu ta' żmien speċifiku għall-ġbid ta' kreditu taħt il-ftehim ta' kreditu;

(k) 

“rata tas-self fissa” tfisser rata li l-kreditur u l-konsumatur jaqblu fil-ftehim ta' kreditu fuq rata tas-self waħda għat-tul ta' żmien kollu tal-ftehim ta' kreditu jew fuq diversi rati tas-self għal perijodi parzjali bl-użu esklussiv ta' perċentwali speċifika fissa. Jekk fil-ftehim ta' kreditu ma jkunux determinati r-rati tas-self kollha, ir-rata tas-self għandha tkun ikkunsidrata bħala fissa biss għall-perijodi parzjali li għalihom ir-rati tas-self ikunu determinati esklussivament minn perċentwali speċifika fissa miftehma fil-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu;

(l) 

“ammont totali ta' kreditu” tfisser il-limitu massimu jew is-somom totali disponibbli taħt ftehim ta' kreditu;

(m) 

“mezz durabbli” tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lill-konsumatur jaħżen informazzjoni indirizzata lilu personalment b'mod li tkun aċċessibbli għal referenza futura għal perijodu ta' żmien adegwat għall-fini ta' l-informazzjoni u li tippermetti r-riproduzzjoni mhix mibdula ta' l-informazzjoni maħżuna;

(n) 

“ftehim ta' kreditu konness” tfisser ftehim ta' kreditu fejn

(i) 

il-kreditu in kwistjoni jservi esklussivament biex jiffinanzja ftehim għall-provvista ta' merkanzija speċifika jew il-forniment ta' servizz speċifiku, u

(ii) 

dawk iż-żewġ ftehim jiffurmaw minn perspettiva oġġettiva unità kummerċjali; unità kummerċjali għandha tiġi kkunisdrata li teżisti fejn il-fornitur jew dak li jipprovdi servizz innifsu jiffinanzja l-kreditu lill-konsumatur jew, jekk ikun iffinanzjat minn parti terza, fejn il-kreditur juża s-servizzi tal-fornitur jew ta' dak li jipprovdi s-servizz b'konnessjoni mal-konklużjoni, jew it-tħejjija, tal-ftehim ta' kreditu, jew fejn il-merkanzija speċifika jew il-proviżjoni ta' servizz speċifiku huma espliċitament speċifikati fil-ftehim ta' kreditu.

KAPITOLU II

INFORMAZZJONI U PRATTIKI PRELIMINARI GĦALL-KONKLUŻJONIJIET TAL-FTEHIM TA' KREDITU

Artikolu 4

Informazzjoni standard li għandha tiġi inkluża fir-reklamar

1.  

Kull reklamar li jirrigwarda ftehim ta' kreditu li jindikaw rata ta' interess jew kwalunkwe ċifra relatat ma' l-ispiża tal-kreditu lill-konsumatur għandu jinkludi informazzjoni standard b'mod konformi ma' dan l-Artikolu.

Dan l-obbligu m' għandhux japplika fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali tirrikjedi l-indikazzjoni tar-rata ta' imposta perċentwali fis-sena fir-reklamar ta' ftehim ta' kreditu li ma jindikax rata ta' l-interessi jew kwalunkwe figura relatata ma' l-ispiża tal-kreditu għall-konsumatur fi ħdan it-tifsira ta' l-ewwel subparagrafu.

2.  

L-informazzjoni standard għandha tispeċifika b'mod ċar, konċiż u prominenti permezz ta' eżempju rappreżentattiv:

(a) 

ir-rata tas-self, fissa jew varjabbli jew t-tnejn li huma, flimkien ma' dettalji dwar kwalunkwe imposta inklużi fil-prezz totali tal-kreditu għall-konsumatur;

(b) 

l-ammont totali ta' kreditu;

(ċ) 

ir-rata ta' imposta perċentwali fis-sena; fil-każ ta' ftehim ta' kreditu tat-tip imsemmi fl-Artikolu 2(3), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jkunx hemm bżonn li tiġi speċifikata r-rata ta' imposta perċentwali fis-sena;

(d) 

jekk applikabbli t-tul ta' żmien tal-ftehim ta' kreditu;

(e) 

f'każ ta' kreditu fil-forma ta' ħlas differit għal merkanzija jew servizz speċifiċi, il-prezz ta' ħlas fil-pront u l-ammont ta' kwalunkwe ħlas bil-quddiem; u

(f) 

jekk applikabbli, l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur u l-ammont ta' pagamenti bin-nifs.

3.  
Meta il-konklużjoni ta' kuntratt dwar servizz anċillari relatat mal-ftehim ta' kreditu, b'mod partikolari assigurazzjoni, tkun obbligatorja biex jinkiseb il-kreditu jew biex jinkiseb il-kreditu bit-termini u l-kondizzjonijiet kumerċjalizzati, u l-ispiża ta' dak is-servizz ma tistax tiġi determinata minn qabel, l-obbligu li jidħol f'kuntratt għandu jiġi indikat wkoll b'mod ċar, konċiż u prominenti, flimkien mar-rata ta' imposta perċentwali fis-sena.
4.  
Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2005/29/KE.

Artikolu 5

Informazzjoni prekuntrattwali

1.  

Fi żmien debitu qabel ma l-konsumatur ikun marbut minn kwalunkwe ftehim jew offerta ta' kreditu, il-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu għandhom, abbażi tat-termini u l-kondizzjonijiet ta' kreditu offruti mill-kreditur u, jekk applikabbli, il-preferenzi espressi u l-informazzjoni fornuta mill-konsumatur, jipprovdu lill-konsumatur bl-informazzjoni meħtieġa biex iqabbel offerti differenti sabiex jieħu deċiżjoni informata dwar jekk jikkonkludix ftehim ta' kreditu. Tali informazzjoni, fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor, għandha tiġi provduta permezz tal-formola ta' “Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu lill-Konsumatur” pprovduta fl-Anness II. Il-kreditur għandu jiġi meqjus bħala li ssodisfa ir-rekwiżiti dwar l-informazzjoni f'dan il-paragrafu u fl-Artikolu 3 (1) u (2) tad-Direttiva 2002/65/KE jekk forna l-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu lill-Konsumatur.

Din l-informazzjoni għandha tispeċifika:

(a) 

it-tip ta' kreditu;

(b) 

l-identità u l-indirizz ġeografiku tal-kreditur kif ukoll, jekk applikabbli, l-identità u l-indirizz ġeografiku ta' l-intermedjarju ta' kreditu involut;

(ċ) 

l-ammont totali ta' kreditu u l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-ġbid ta' self;

(d) 

it-tul ta' żmien tal-ftehim ta' kreditu;

(e) 

f'każijiet ta' kreditu fil-forma ta' ħlas differit għal merkanzija speċifika jew servizz u ftehim ta' kreditu marbut magħhom, dik il-merkanzija jew is-servizz u l-prezz ta' ħlas fil-pront;

(f) 

ir-rata tas-self, il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni tar-rata tas-self u, fejn huma disponibbli, kwalunkwe indiċi jew rata ta' referenza applikabbli għar-rata inizjali tas-self, kif ukoll il-perijodi, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għal bidliet fir-rata tas-self. Jekk japplikaw rati tas-self differenti f'ċirkostanzi differenti, l-informazzjoni msemmija hawn fuq għar-rati applikabbli kollha;

(g) 

ir-rata ta' imposta perċentwali fis-sena u l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur, permezz ta' eżempju rappreżentattiv li jsemmi l-assunzjonijiet kollha użati għall-kalkolu ta' din ir-rata; fejn il-konsumatur ikun informa lill-kreditur dwar komponent wieħed jew aktar tal-kreditu preferut tiegħu, bħat-tul ta' żmien tal-ftehim ta' kreditu u l-ammont totali ta' kreditu, il-kreditur għandu jieħu kont ta' dawn il-komponenti; jekk ftehim ta' kreditu jipprovdi modi differenti għall-ġbid ta' kreditu b'imposti jew rati tas-self differenti u l-kreditur juża l-assunzjoni stabbilita fil-punt (b) tal-Parti II ta' l-Anness I, huwa għandu jindika li l-mekkaniżmi għall-ġbid ta' kreditu oħra għal dan it-tip ta' ftehim ta' kreditu jistgħu jirriżultaw f'rati perċentwali annwali ogħla ta' imposta;

(h) 

l-ammont, in-numru u l-frekwenza tal-ħlasijiet li għandhom isiru mill-konsumatur u fejn ikun il-każ, l-ordni li biha l-ħlasijiet ser ikunu allokati għal bilanċi pendenti differenti b'rati tas-self differenti għall-finijiet ta' radd lura;

(i) 

fejn applikabbli, l-imposti għaż-żamma ta' kont wieħed jew ta' diversi kontijiet biex jiġu reġistrati kemm transazzjoniet ta' ħlas kif ukoll ġbid ta' kreditu, sakemm il-ftuħ tal-kont ma jkunx fakultattiv, flimkien ma' l-imposti għall-użu ta' mezzi ta' ħlas kemm għal transazzjonijiet ta' ħlas kif ukoll għall-ġbid ta' kreditu u kwalunkwe imposta oħra li tirriżulta mill-ftehim ta' kreditu u l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jiġu mibdula dawn l-imposti;

(j) 

fejn applikabbli, l-eżistenza ta' kwalunkwe spejjeż pagabbli mill-konsumatur lin-nutar mal-konklużjoni ta' ftehim ta' kreditu;

(k) 

l-obbligu, fejn dan jeżisti, li wieħed jidħol f' kuntratt dwar servizz anċillari relatat mal-ftehim ta' kreditu, b'mod partikolari polza ta' assigurazzjoni, meta il-konklużjoni ta' tali kuntratt tkun obbligatorja biex jinkiseb il-kreditu jew biex jinkiseb il-kreditu bit-termini u l-kondizzjonijiet kumerċjalizzati;

(l) 

ir-rata ta' l-interessi applikabbli fil-każ ta' ħlas tard u l-arranġamenti għall-aġġustament tagħha, u, fejn applikabbli, l-imposti dovuti minħabba nuqqas ta' ħlas;

(m) 

twissja dwar il-konsegwenzi li jinqabżu xi ħlasijiet;

(n) 

fejn ikun applikabbli, il-garanziji meħtieġa;

(o) 

l-eżistenza jew l-assenza ta' dritt ta' ġbid;

(p) 

id-dritt ta' radd lura antiċipat, fejn dan jeżisti u, fejn applikabbli, informazzjoni dwar id-dritt tal-kreditur għal kumpens u l-mod kif dan il-kumpens jiġi ddeterminat skond l-Artikolu 16;

(q) 

id-dritt tal-konsumatur li jiġi infurmat immedjatament u mingħajr ħlas, skond l-Artikolu 9(2), bir-riżultat ta' konsultazzjoni ta' database li tkun saret bi skop tiġi valutata l-affidabbiltà finanzjarja tiegħu skond l-Artikolu 9(2);

(r) 

id-dritt tal-konsumatur li meta jitlob jiġi fornut mingħajr ħlas b'kopja ta' l-abbozz tal-ftehim ta' kreditu. Din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika jekk il-kreditur fil-ħin tat-talba ma jkunx lest li jipproċedi bil-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu mal-konsumatur; u

(s) 

jekk applikabbli, il-perijodu ta' żmien li matulu l-kreditur huwa marbut mill-informazzjoni prekuntrattwali.

▼M3

Fejn il-ftehim ta'kreditu jirreferenzja parametru referenzjarju kif definit fil-punt 3 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), l-isem tal-parametru referenzjarju u l-amministratur tiegħu u l-implikazzjonijiet potenzjali fuq il-konsumatur għandhom jiġu pprovduti mill-kreditur jew, fejn applikabbli, mill-intermedjarju tal-kreditu, lill-konsumatur f'dokument separat li jista' jiġi anness mal-formola tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu lill-Konsumatur.

▼B

Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-kreditur ikun jixtieq jipprovdi lill-konsumatur għandha tingħata f'dokument separat li jista' jiġi anness mal-formola ta' Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu lill-Konsumatur.

2.  
Madankollu, fil-każ ta' komunikazzjonijiet ta' telefonija bil-vuċi, kif imsemmi fl-Artikolu 3 (3) tad-Direttiva 2002/65/KE, id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali tas-servizz finanzjarju skond it-tieni inċiż ta' l-Artikolu 3(3)(b) ta' dik id-Direttiva għandha tinkludi ta' l-inqas il-punti msemmija fil-punti (c), (d), (e), (f) u (h) tal-Artikolu 5(1) ta' din id-Direttiva flimkien mar-rata ta' imposta perċentwali fis-sena murija permezz ta' eżempju rappreżentattiv u l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur.
3.  
Jekk il-ftehim ikun ġie konkluż fuq it-talba tal-konsumatur bl-użu ta' mezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod li ma jippermettix il-forniment ta' informazzjoni skond il-paragrafu 1, b'mod partikolari fil-każ imsemmi fil-paragrafu 2, il-kreditur għandu jipprovdi lill-konsumatur bl-informazzjoni prekuntrattwali sħiħa bl-użu tal-formula ta' “Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu lill-Konsumatur” immedjatament wara l-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu.
4.  
Fuq talba, il-konsumatur għandu, minbarra l-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu lill-Konsumatur, jiġi fornut mingħajr ħlas b'kopja ta' l-abbozz tal-ftehim ta' kreditu. Din id-dispożizzjoni m' għandhiex tapplika jekk il-kreditur fil-ħin tat-talba ma jkunx lest li jipproċedi bil-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu mal-konsumatur.
5.  
Fil-każ ta' ftehim ta' kreditu li permezz tiegħu ħlasijiet magħmula mill-konsumatur ma jwasslux għal amortizzament korrispondenti immedjat ta' l-ammont totali ta' kreditu, iżda jintużaw biex jikkostitwixxu kapital matul perijodi u taħt kondizzjonijiet stipulati fil-ftehim ta' kreditu jew fi ftehim anċillari, l-informazzjoni prekuntrattwali meħtieġa taħt il-paragrafu 1 għandha tinkludi dikjarazzjoni ċara u konċiża li tali ftehim ta' kreditu ma jipprevedux garanzija għar-radd lura ta' l-ammont totali ta' kreditu miġbud taħt il-ftehim ta' kreditu, sakemm ma tingħatax tali garanzija.
6.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri u, fejn applikabbli, l-intermedjarji ta' kreditu, jipprovdu spjegazzjonijiet adegwati lill-konsumatur, sabiex il-konsumatur ikun f'pożizzjoni li jivvaluta jekk il-ftehim ta' kreditu propost hux adattat għall-ħtiġijiet tiegħu u għas-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu, fejn ikun il-każ billi tiġi spjegata lilu l-informazzjoni prekuntrattwali li għandha tiġi provduta skond il-paragrafu 1, il-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti proposti u l-effetti speċifiċi li dawn jista' jkollhom fuq il-konsumatur, inklużi l-konsegwenzi ta' nuqqas ta' ħlas mill-konsumatur. L-Istati Membri jistgħu jadattaw il-mod li bih u sa fejn trid tingħata tali assistenza, kif ukoll minn għandu jipprovdi tali assistenza, għaċ-cirkostanzi partikolari tas-sitwazzjoni li fiha jiġi offrut il-ftehim ta' kreditu, il-persuna li lilha qed jiġi offrut u t-tip ta' kreditu offrut.

Artikolu 6

Ħtiġiet ta' informazzjoni prekuntrattwali għal ċerti ftehim ta' kreditu fil-forma ta' faċilità ta' overdraft u għal ċerti ftehim ta' kreditu speċifiċi

1.  

Fi żmien debitu qabel ma l-konsumatur ikun marbut bi kwalunkwe ftehim ta' kreditu jew offerta li jikkonċernaw ftehim ta' kreditu kif imsemmi fl-Artikolu 2(3), (5) jew (6), il-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu għandhom, abbażi tat-termini u l-kondizzjonijiet ta' kreditu offruti mill-kreditur u, jekk applikabbli, il-preferenzi espressi u l-informazzjoni fornuta mill-konsumatur, jipprovdu lill-konsumatur bl-informazzjoni meħtieġa biex iqabbel offerti differenti sabiex jieħu deċiżjoni informata dwar jekk jikkonkludiex ftehim ta' kreditu.

L-informazzjoni in kwistjoni għandha tispeċifika:

(a) 

it-tip ta' kreditu;

(b) 

l-identità u l-indirizz ġeografiku tal-kreditur kif ukoll, jekk applikabbli, l-identità u l-indirizz ġeografiku ta' l-intermedjarju ta' kreditu involut;

(ċ) 

l-ammont totali ta' kreditu;

(d) 

it-tul ta' żmien tal-ftehim ta' kreditu;

(e) 

ir-rata tas-self; il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni tar-rata tas-self, kwalunkwe indiċi jew rata ta' referenza applikabbli għar-rata tas-self inizjali, l-imposti applikabbli mill-ħin li fih il-ftehim ta' kreditu jiġi konkluż, u, fejn applikabbli, il-kondizzjonijiet li taħthom dawk l-imposti jistgħu jinbidlu;

(f) 

ir-rata ta' imposta perċentwali fis-sena, murija permezz ta' eżempji rappreżentattivi li jsemmu l-assunzjonijiet kollha użati għall-kalkolu ta' din ir-rata;

(g) 

il-kondizzjonijiet u l-proċedura għat-tmiem tal-ftehim ta' kreditu;

(h) 

fejn applikabbli, fil-każ ta' ftehim ta' kreditu skond l-Artikolu 2(3), indikazzjoni li l-konsumatur jista' jintalab irodd lura l-ammont totali ta' kreditu fi kwalunkwe ħin;

(i) 

ir-rata ta' l-interessi applikabbli fil-każ ta' ħlas tard u l-arranġamenti għall-aġġustament tagħha, u, fejn applikabbli, l-imposti dovuti minħabba nuqqas ta' ħlas;

(j) 

id-dritt tal-konsumatur li jiġi infurmat immedjatament u mingħajr ħlas, skond l-Artikolu 9(2), bir-riżultat ta' konsultazzjoni ta' database li jsir biex tiġi valutata l-affidabbiltà finanzjarja tiegħu;

(k) 

fil-każ ta' ftehim ta' kreditu skond l-Artikolu 2(3), informazzjoni fuq spejjeż li jinqalgħu mid-data tal-konklużjoni tal-ftehim, kif ukoll, fejn xieraq, informazzjoni dwar taħt liema kundizzjoniijiet dawn l-spejjeż jistgħu jinbidlu;

(l) 

jekk applikabbli, il-perijodu ta' żmien li matulu l-kreditur huwa marbut mill-informazzjoni prekuntrattwali.

Tali informazzjoni għandha tiġi provduta fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor u l-informazzjoni kollha għandha tkun prominenti b'mod ugwali. Tista' tiġi pprovduta permezz tal-formola ta' l-Informazzjoni Ewropea dwar il-Kreditu lill-Konsumatur fl-Anness III. Il-kreditur huwa meqjus bħala li jkun issodisfa r-rekwiżiti ta' informazzjoni f'dan il-paragrafu u fl-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 2002/65/KE jekk forna l-“Informazzjoni Ewropea dwar il-Kreditu lill-Konsumatur”.

2.  
Fil-każ ta' ftehim ta' kreditu tat-tip imsemmi fl-Artikolu 2(3), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li r-rata ta' imposta perċentwali fis-sena m' għandhiex għalfejn tiġi speċifikata.
3.  

Fil-każ ta' ftehim ta' kreditu msemmija fl-Artikolu 2(5) u l-Artikolu 2(6), l-informazzjoni provduta lill-konsumatur skond il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi wkoll:

(a) 

l-ammont, in-numru u l-frekwenza tal-ħlasijiet li għandhom isiru mill-konsumatur u, fejn ikun il-każ, l-ordni li biha l-ħlasijiet ser ikunu allokati għal bilanċi pendenti differenti b'rati tas-self differenti għall-finijiet ta' radd lura; u

(b) 

id-dritt ta' radd lura antiċipat, u, fejn applikabbli, informazzjoni dwar id-dritt tal-kreditur għal kumpens u il-mod li bih dan il-kumpens jiġi ddeterminat.

Madankollu, jekk il-ftehim ta' kreditu jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 2(3), għandhom japplikaw biss id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

4.  
Madankollu, fil-każ ta' komunikazzjonijiet ta' telefonija bil-vuċi u fejn il-konsumatur jitlob li l-faċilità ta' overdraft tkun disponibbli b'effett immedjat, id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali tas-servizz finanzjarju għandha tinkludi ta' l-inqas il-punti msemmija fil-punti (c), (e), (f), u (h) tal-paragrafu 1. Barra minn hekk, fi ftehim ta' kreditu tat-tip msemmija fil-paragrafu 3, id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali għandha tispeċifika t-tul ta' żmien tal-ftehim ta' kreditu.
5.  
Minkejja l-esklużjoni prevista f' punt (e) ta' l-Artikolu 2(2), l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-inqas il-ħtiġiet ta'l-ewwel sentenza tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, għall-ftehim ta' kreditu fil-forma ta' faċilità ta' overdraft u fejn il-kreditu għandu jintradd lura fi żmien xahar.
6.  
Fuq talba, il-konsumatur għandu minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 jiġi fornut b'kopja ta' l-abboz tal-ftehim ta' kreditu mingħajr ħlas li jkun fih l-informazzjoni kuntrattwali prevista mill-Artikolu 10 sa fejn hu applikabbli l-artikolu. Din id-dispożizzjoni m' għandhiex tapplikax jekk il-kreditur fil-ħin tat-talba ma jkunx lest li jipproċedi bil-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu mal-konsumatur.
7.  
Jekk il-ftehim ikun ġie konkluż fuq it-talba tal-konsumatur bl-użu ta' mezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod li ma jippermettux il-forniment ta' informazzjoni skond il-paragrafi 1 u 3, inkluż fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 4, il-kreditur għandu minnufih wara l-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt il-paragrafi 1 u 3 billi jipprovdi l-informazzjoni kuntrattwali skond l-Artikolu 10 sa fejn dak l-Artikolu huwa applikabbli.

Artikolu 7

Eżenzjonijiet mir-rekwiżiti dwar l-informazzjoni pre-kontrattwali

L-Artikoli 5 u 6 m'għandhomx japplikaw għal fornituri ta' merkanzija jew servizzi li jkunu qed jaġixxu ta' intermedjarji ta' kreditu f'kapaċità anċillari. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-kreditur li jiżgura li l-konsumatur jirċievi l-informazzjoni prekuntrattwali msemmija f'dawk l-artikoli.

Artikolu 8

Obbligu li tiġi vvalutata l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel il-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu, il-kreditur jivvaluta l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur abbażi ta' informazzjoni suffiċjenti, fejn ikun il-każ miksuba mill-konsumatur u, fejn ikun meħtieġ, abbażi ta' konsultazzjoni tad-database rilevanti. L-Istati Membri fejn il-leġiżlazzjoni fil-preżent diġà tirrikjedi li l-kredituri jivvalutaw l-affidabilità finanzjarja tal-konsumaturi fuq il-bażi ta' konsultazzjoni tad-database rilevanti jistgħu jżommu dan ir-rekwiżit.
2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, jekk il-partijiet jaqblu li jibdlu l-ammont totali ta' kreditu wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu, il-kreditur jaġġorna l-informazzjoni finanzjarja għad-dispożizzjoni tiegħu dwar il-konsumatur u jivvaluta l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur qabel ma ssir kwalunkwe żieda sinifikanti fl-ammont totali ta' kreditu.

KAPITOLU III

AĊĊESS GĦAL DATABASE

Artikolu 9

Aċċess għal database

1.  
Kull Stat Membru għandu fil-każ ta' kreditu transkonfini jiżgura l-aċċess għal kredituri minn Stati Membri oħra għal databases użati f'dak l-Istat Membru għall-valutazzjoni ta' l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumaturi. Il-kondizzjonijiet għall-aċċess għandhom ikunu mhux diskriminatorji.
2.  
Jekk ir-rifjut ta' applikazzjoni ta' kreditu jkun ibbażat fuq il-konsultazzjoni ta' database, il-kreditur għandu jinforma lill-konsumatur immedjatament u mingħajr ħlas bir-riżultat ta' tali konsultazzjoni u bil-partikolaritajiet tad-database kkonsultata.
3.  
L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta sakemm l-għoti ta' tali informazzjoni ma tkunx ipprojbita minn leġiżlazzjoni Komunitarja oħra jew tmur kontra objettivi ta' politika pubblika jew sigurtà pubblika.
4.  
Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u l-moviment liberu ta' tali data ( 3 ).

KAPITOLU IV

INFORMAZZJONI U DRITTIJIET LI JIRRIGWARDAW FTEHIM TA' KREDITU

Artikolu 10

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fi ftehim ta' kreditu

1.  

Ftehim ta' kreditu għandhom jitfasslu fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor.

Il-partijiet kontraenti kollha għandhom jirċievu kopja tal-ftehim ta' kreditu. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regola nazzjonali rigward il-validità tal-konklużjoni ta' ftehim ta' kreditu, li huma f'konformità mal-liġi Komunitarja.

2.  

Il-ftehim ta' kreditu għandu jispeċifika b'mod ċar u konċiż:

(a) 

it-tip ta' kreditu;

(b) 

l-identiatjiet u l-indirizzi ġeografiċi tal-partijiet kontraenti kif ukoll, jekk applikabbli, l-identità u l-indirizz ġeografiku ta' l-intermedjarju ta' kreditu involut;

(ċ) 

it-tul ta' żmien tal-ftehim ta' kreditu;

(d) 

l-ammont totali ta' kreditu u l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-ġbid ta' kreditu;

(e) 

f'każ ta' kreditu fil-forma ta' ħlas differit għal merkanzija jew servizz speċifika/u jew ftehim ta' kreditu marbut magħhom, il-merkanzija jew is-servizz u l-prezz ta' ħlas fil-pront;

(f) 

ir-rata tas-self, il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni tar-rata tas-self u, fejn huma disponibbli, kwalunkwe indiċi jew rata ta' referenza applikabbli għar-rata inizjali tas-self, kif ukoll il-perijodi, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għal bidliet fir-rata tas-self u, jekk ikunu applikabbli rati tas-self differenti f'ċirkostanzi differenti, l-informazzjoni ta' hawn fuq rigward ir-rati kollha applikabbli;

(g) 

ir-rata ta' imposta perċentwali fis-sena u l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur, ikkalkolati fil-ħin tal-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu; l-assunzjonijiet kollha użati għall-kalkolu ta' dik ir-rata għandhom jissemmew;

(h) 

l-ammont, in-numru u l-frekwenza tal-ħlasijiet li għandhom isiru mill-konsumatur u, fejn ikun il-każ, l-ordni li biha l-ħlasijiet ser ikunu allokati għal bilanċi pendenti differenti b'rati tas-self differenti għall-finijiet ta' radd lura;

(i) 

fejn ikun involut amortizzament ta' kapital ta' ftehim ta' kreditu b'tul ta' żmien fiss, id-dritt tal-konsumatur li jirċievi, fuq talba jew mingħajr ħlas, fi kwalunkwe ħin fit-tul kollu tal-ftehim ta' kreditu rendikont fil-forma ta' tabella ta' amortizzament.

Tabella ta' amortizzament għandha tindika l-ħlasijiet dovuti u l-perijodi u l-kondizzjonijiet relatati mal-ħlas ta' tali ammonti; it-tabella għandu jkun fiha analiżi dettaljata ta' kull radd lura li turi amortizzament kapitali, l-interessi kkalkolati abbażi tar-rata tas-self u, fejn applikabbli, l-ispejjeż addizzjonali; fejn ir-rata ta' l-interessi mhix fissa jew l-ispejjeż addizzjonali jistgħu jitbiddlu taħt il-ftehim ta' kreditu, it-tabella ta' amortizzament għandha turi b'mod ċar u konċiż li d-data misjuba fit-tabella tibqa' valida biss sakemm ir-rata tas-self jew l-ispejjeż addizzjonali jiġu mibdula skond il-ftehim ta' kreditu;

(j) 

jekk imposti u interessi jkollhom jitħallsu mingħajr amortizzament ta' kapital, rendikont li juri l-perijodi u l-kondizzjonijiet tal-ħlas ta' l-interessi u ta' kwalunkwe imposta rikorrenti u mhux rikorrenti assoċjati magħhom;

(k) 

fejn applikabbli, l-imposti għaż-żamma ta' kont wieħed jew ta' diversi kontijiet biex jiġu reġistrati kemm transazzjoniet ta' ħlas kif ukoll ġbid ta' kreditu, sakemm il-ftuħ ta' kont ma jkunx fakultattiv, flimkien ma' l-imposti għall-użu ta' mezzi ta' ħlas kemm għal transazzjonijiet ta' ħlas kif ukoll għall-ġbid ta' kreditu u kwalunkwe imposta oħra li tirriżulta mill-ftehim ta' kreditu u l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jinbidlu dawn l-imposti;

(l) 

ir-rata ta' interessi applikabbli f'każ ta' ħlas tard kif applikabbli fiż-żmien tal-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu u l-arranġamenti għall-aġġustament tagħha u, fejn applikabbli, l-imposti dovuti minħabba nuqqas ta' ħlas;

(m) 

twissja dwar il-konsegwenzi li jinqabżu xi ħlasijiet;

(n) 

fejn xieraq dikjarazzjoni, li jistgħu jkunu dovuti d-drittijiet notarili;

(o) 

kwalunkwe garanziji u l-assigurazzjoni meħtieġa;

(p) 

l-eżistenza jew in-nuqqas ta' dritt ta' rtirar, il-perijodu li matulu dak id-dritt jista' jiġi eżerċitat u kondizzjonijiet oħra li jirregolaw l-eżerċizzju tiegħu, inkluża informazzjoni dwar l-obbligu tal-konsumatur li jħallas il-kapital miġbud u l-interessi skond l-Artikolu 14 (3)(b) u l-ammont ta' l-interessi pagabbli kuljum;

(q) 

informazzjoni li tirrigwarda d-drittijiet li jirriżultaw mill-Artikolu 15 kif ukoll il-kondizzjonijiet biex dawn id-drittijiet jiġu eżerċitati;

(r) 

id-dritt ta' radd lura antiċipat, u l-proċedura għal radd lura antiċipat kif ukoll, fejn applikabbli, l-informazzjoni dwar id-dritt tal-kreditur għal kumpens u l-mod li permezz tiegħu dan il-kumpens ser jiġi determinat;

(s) 

il-proċedura li għandha tiġi segwita fl-eżerċizzju tad-dritt ta' terminazzjoni tal-ftehim ta' kreditu;

(t) 

jekk jeżistix jew le mekkaniżmu ta' ilment barra mill-qorti u ta' riżarċiment għall-konsumatur u, jekk iva, il-metodi ta' l-aċċess għalih;

(u) 

fejn applikabbli, termini u kondizzjonijiet kuntrattwali oħrajn;

(v) 

fejn applikabbli, l-isem u l-indirizz ta' l-awtorità ta' kontroll kompetenti.

3.  
Fejn japplika l-paragrafu 2(i), il-kreditur għandu jagħmel disponibbli lill-konsumatur mingħajr ħlas fi kwalunkwe ħin fit-tul kollu tal-ftehim ta' kreditu rendikont fil-forma ta' tabella ta' ammortizzament.
4.  
Fil-każ ta' ftehim ta' kreditu fejn il-ħlasijiet magħmula taħtu mill-konsumatur ma jwasslux għal amortizzament korrispondenti immedjat ta' l-ammont totali ta' kreditu, imma jintużaw biex jikkostitwixxu kapital matul perijodi u taħt kondizzjonijiet stipulati fil-ftehim ta' kreditu jew fi ftehim anċillari, l-informazzjoni meħtieġa taħt il-paragrafu 2 għandha tinkludi dikjarazzjoni ċara u konċiża li tali ftehim ta' kreditu ma jirrikjedi l-ebda garanzija mogħtija minn parti terza bħala garanzija ta' radd lura ta' l-ammont totali ta' ġbid ta' kreditu, sakemm ma tingħatax garanzija bħal din
5.  

F'każ ta' ftehim ta' kreditu fil-forma ta' faċilità ta' overdraft skond l-Artikolu 2 (3) għandu jiġi dikjarat b'mod ċar u konċiż:

(a) 

it-tip ta' kreditu;

(b) 

l-identitajiet u l-indirizzi ġeografiċi tal-partijiet kontraenti kif ukoll, jekk applikabbli, l-iddentità u l-indirizz ġeografiku ta' l-intermedjarju ta' kreditu involut;

(ċ) 

it-tul ta' żmien tal-ftehim ta' kreditu;

(d) 

l-ammont totali ta' kreditu u l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-ġbid ta' kreditu;

(e) 

ir-rata tas-self, il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni tar-rata tas-self u, fejn huma disponibbli, kwalunkwe indiċi jew rata ta' referenza applikabbli għar-rata inizjali tas-self, kif ukoll il-perijodi, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għal bidliet fir-rata tas-self, jekk japplikaw rati tas-self differenti f'ċirkostanzi differenti, l-informazzjoni msemmija hawn fuq fir-rigward tar-rati applikabbli kollha;

(f) 

ir-rata ta' imposta perċentwali fis-sena u l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur, ikkalkolati fil-ħin tal-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu; għandhom ikunu speċifikati l-kalkoli kollha ta' dawn l-interessi skond l-Artikolu 19(2) flimkien ma' Artikolu 3 g) u i); l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li r-rata ta' imposta perċentwali fis-sena m'għandhiex għalfejn tiġi speċifikata;

(g) 

fejn applikabbli, indikazzjoni li l-konsumatur jista' jintalab irodd lura l-ammont totali ta' kreditu fi kwalunkwe ħin;

(h) 

il-modalitajiet imħarsa permezz ta' l-eżerċitar tad-dritt fuq it-tmiem ta' ftehim ta' kreditu; u

(i) 

informazzjoni rigward it-tariffi applikabbli minn meta jiġi konkluż il-ftehim ta' kreditu u, jekk applikabbli, il-kundizzjonijiet taħt li dawk it-tariffi jistgħu jinbidlu.

Artikolu 11

Informazzjoni rigward ir-rata tas-self

1.  
Fejn applikabbli l-konsumatur għandu jiġi infurmat dwar kull bidla fir-rata tas-self, bil-miktub fuq karta jew b'mezz durabbli ieħor, qabel ma tidħol fis-seħħ il-bidla. L-informazzjoni għandha tinkludi l-ammont tal-ħlasijiet li għandhom isiru wara d-dħul fis-seħħ tar-rata tas-self il-ġdida, u, jekk in-numru jew il-frekwenza tal-ħlasijiet jinbidlu, dettajli dwar dan.
2.  
Madankollu, il-partijiet jistgħu jiftehmu fil-ftehim ta' kreditu li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata lill-konsumatur perijodikament f'każijiet fejn il-bidla fir-rata tas-self tkun ikkawżata minn bidla f'rata ta' referenza, u r-rata ta' referenza l-ġdida ssir pubblikament disponibbli permezz ta' mezzi xierqa u l-informazzjoni dwar ir-rata ta' referenza l-ġdida tinżamm ukoll disponibbli fil-bini tal-kreditur.

▼M5

Artikolu 11a

Informazzjoni rigward il-modifika tat-termini u l-kundizzjonijiet ta’ kuntratt ta’ kreditu

Mingħajr preġudizzju għal obbligi oħra previsti f’din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li qabel ma jimmodifikaw it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta’ kreditu, il-kreditur jikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-konsumatur:

(a) 

deskrizzjoni ċara tal-bidliet proposti u, meta jkun applikabbli, tal-ħtieġa tal-kunsens tal-konsumatur jew tal-bidliet introdotti bl-operat tal-liġi;

(b) 

l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-bidliet imsemmija fil-punt (a);

(c) 

il-mezzi biex isiru l-ilmenti disponibbli għall-konsumatur fir-rigward tal-bidliet imsemmija fil-punt (a);

(d) 

l-iskeda ta’ żmien disponibbli għat-tressiq ta’ kwalunkwe lment bħal dan;

(e) 

l-isem u l-indirizz tal-awtorità kompetenti li lilha l-konsumatur jista’ jissottometti dak l-ilment.

▼B

Artikolu 12

Obbligazzjonijiet marbuta ma' ftehim ta' kreditu fil-forma ta' faċilità ta' overdraft

1.  

Fejn ftehim ta' kreditu jkopri kreditu fil-forma ta' faċilità ta' overdraft, il-konsumatur għandu jiġi infurmat regolarment permezz ta' rendikont tal-kont, bil-miktub fuq karta jew b'mezz durabbli ieħor, li jkun fih d-dettalji li ġejin:

(a) 

il-perijodu preċiż li għalih jirreferi r-rendikont;

(b) 

l-ammonti u d-dati ta' ġbid ta' kreditu;

(ċ) 

il-bilanċ mir-rendikont preċedenti, u d-data tiegħu;

(d) 

il-bilanċ l-ġdid;

(e) 

id-dati u l-ammonti tal-ħlasijiet magħmula mill-konsumatur;

(f) 

ir-rata tas-self applikata;

(g) 

kwalunkwe imposta li ġiet applikata;

(h) 

fejn applikabbli, l-ammont minimu li għandu jitħallas.

2.  

Barra minn hekk, il-konsumatur għandu jiġi informat bil-miktub fuq karta jew b'mezz durabbli ieħor dwar bidliet fir-rata tas-self jew fl-imposti pagabbli qabel ma tidħol fis-seħħ il-bidla.

Madankollu, il-partijiet jistgħu jaqblu fil-ftehim ta' kreditu li l-informazzjoni dwar il-bidliet fir-rata tas-self tingħata bil-mod previst fil-paragrafu 1, f'każijiet fejn il-bidla fir-rata tas-self tkun ikkawżata minn bidla f'rata ta' referenza, ir-rata ta' referenza ġdida ssir pubblikament disponibbli permezz ta' mezzi xierqa u l-informazzjoni dwar ir-rata ta' referenza ġdida titħalla wkoll disponibbli fil-premessi tal-kreditur.

Artikolu 13

Ftehim ta' kreditu bla skadenza fissa

1.  

Il-konsumatur jista' jaffettwa terminazzjoni standard għal ftehim ta' kreditu bla skadenza fissa mingħajr ħlas fi kwalunkwe ħin ħlief jekk il-partijiet ikunu qablu dwar perijodu ta' notifika. Tali perijodu ma jistax jeċċedi xahar.

Jekk ikun hemm qbil fil-ftehim ta' kreditu, il-kreditur jista' jaffettwa terminazzjoni standard ta' ftehim ta' kreditu bla skadenza fissa billi jagħti lill-konsumatur notifika ta' mhux inqas minn xahrejn bil-miktub fuq karta jew permezz ta' mezz durabbli ieħor.

2.  
Jekk ikun hemm qbil fil-ftehim ta' kreditu, il-kreditur jista' għal raġunijiet oġġettivament ġustifikati jtemm id-dritt tal-konsumatur li jiġbed self minn ftehim ta' kreditu bla skadenza fissa. Il-kreditur għandu jinforma lill-konsumatur dwar it-terminazzjoni u r-raġunijiet għaliha bil-miktub fuq karta jew b'mezz durabbli ieħor, fejn possibbli, qabel it-terminazzjoni u mhux aktar tard minn immedjatament wara li din issir, sakemm l-għoti ta' tali informazzjoni ma' jkunx projbit minn leġiżlazzjoni Komunitarja oħra jew ikun kontra l-objettivi ta' politika pubblika jew sigurtà pubblika.

Artikolu 14

Dritt ta' rtirar

1.  

Il-konsumatur għandu jkollu perijodu ta' erbatax-il jum ta' kalendarju li matulhom jista' jirtira mill-ftehim ta' kreditu mingħajr ma jagħti l-ebda raġuni.

Dak il-perijodu ta' rtirar għandu jibda:

(a) 

jew fil-jum tal-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu, jew

(b) 

fil-jum li fih il-konsumatur jirċievi t-termini u l-kondizzjonijiet u l-informazzjoni kuntrattwali skond l-Artikolu 10, jekk dak il-jum ikun aktar tard mid-data msemmija f'punt (a) ta' dan is-subparagrafu.

2.  
Fejn fil-każ ta' ftehim ta' kreditu konness, kif iddefinit fil-punt (n) ta' l-Artikolu, il-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-ħin tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva diġà tipprovdi li l-fondi ma jistgħux jiġu magħmula disponibbli għall-konsumatur qabel l-iskadenza ta' perijodu speċifiku, l-Istati Membri jistgħu eċċezzjonalment jipprovdu li l-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jista' jitnaqqas għal dan il-perijodu speċifiku fuq talba espliċita tal-konsumatur.
3.  

Jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt ta' rtirar tiegħu, huwa għandu:

(a) 

sabiex jagħti effett lill-irtirar qabel jiskadi t-terminu perentorju msemmi fil-paragrafu 1, jinnotifika b'dan lill-kreditur wara l-informazzjoni mogħtija mill-kreditur skond punt (p) ta' l-Artikolu 10(2) b'mezz li jista' jiġi ppruvat skond il-liġi nazzjonali. It-terminu perentorju għandu jitqies li jkun ġie osservat jekk din in-notifika, jekk tkun bil-miktub fuq karta jew b'mezz durabbli ieħor li jkun disponibbli u aċċessibbli għall-kreditur, tkun intbagħtet qabel jiskadi t-terminu perentorju; u

(b) 

biex iħallas lill-kreditur il-kapital u l-interessi akkumulati fuq dan il-kapital mid-data li fiha s-self ikun inġibed sad-data li fiha jitħallas il-kapital, mingħajr ebda dewmien bla bżonn u mhux aktar tard minn 30 jum ta' kalendarju wara li jkun bagħat in-notifika ta' l-irtirar lill-kreditur. L-interessi għandhom jiġu kkalkolati abbażi tar-rata tas-self miftehma. Il-kreditur m' għandhux ikun intitolat għall-ebda kumpens ieħor mill-konsumatur fil-każ ta' rtirar, ħlief għal kumpens għall-imposti li ma jistgħux jitreġġgħu lura mħallsin mill-kreditur lill-kwalunke entità ta' amministrazzjoni pubblika.

4.  
Jekk ikun provdut servizz anċillari relatat mal-ftehim ta' kreditu mill-kreditur jew minn parti terza abbażi ta' ftehim bejn il-parti terza u l-kreditur, il-konsumatur m'għandux jibqa' iżjed marbut bil-kuntratt dwar isservizz anċillari jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt ta' rtirar tiegħu mil-ftehim ta' kreditu skond dan l-Artikolu.
5.  
Jekk il-konsumatur ikollu dritt ta' rtirar skond il-paragrafi 1, 3 u 4, l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2002/65/KE u l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar il-ħarsien tal-konsumatur fir-rigward ta' kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju ( 4 ) m'għandhomx japplikaw.
6.  
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għal ftehim ta' kreditu li bil-liġi jeħtieġ jiġu konklużi permezz tas-servizzi ta' nutar, dment li n-nutar jikkonferma li l-konsumatur huwa garantit id-drittijiet previsti fl-Artikoli 5 u 10.
7.  
Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-reġoli tal-liġi nazzjonali li tistabbilixxi perijodu ta' żmien li fih ma tistax tibda l-eżekuzzjoni tal-kuntratt.

Artikolu 15

Ftehim ta' kreditu konnessi

1.  
Fejn il-konsumatur ikun eżerċita dritt ta' rtirar ibbażat fuq il-liġi Komunitarja fir-rigward ta' kuntratt għall-forniment ta' merkanzija jew servizzi, hu ma għandux ikun iżjed marbut bi ftehim ta' kreditu konness.
2.  
Jekk il-merkanzija jew is-servizzi koperti minn ftehim ta' kreditu konness m'humiex forniti, jew huma biss parzjalment forniti, jew m'humiex f'konformità mal-kuntratt għall-forniment ta' merkanzija jew servizzi, il-konsumatur għandu jkollu d-dritt li jsegwi rimedji kontra l-kreditur jekk il-konsumatur ikun segwa r-rimedji tiegħu kontra l-fornitur iżda jkun naqas milli jikseb is-sodisfazzjon li għalih huwa intitolat skond il-liġi jew il-kuntratt tal-forniment ta' merkanzija jew servizzi. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw sa fejn u taħt liema kondizzjonijiet dawn ir-rimedji għandhom ikunu eżerċitabbli.
3.  
Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regola nazzjonali li tirrendi lill-kreditur konġuntament u separatament responsabbli fir-rigward ta' kwalunkwe pretensjoni li l-konsumatur jista' jkollu kontra l-fornitur fejn ix-xiri ta' merkanzija jew servizzi mingħand il-fornitur ikun ġie ffinanzjat bi ftehim ta' kreditu.

Artikolu 16

Radd lura antiċipat

1.  
Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jifdi interament jew parzjalment l-obbligi tiegħu taħt ftehim ta' kreditu fi kwalunkwe ħin. F'tali każijiet, huwa għandu jkun intitolat għal tnaqqis fl-ispiża totali tal-kreditu, tali tnaqqis ikun jikkonsisti mill-interessi u l-ispejjeż ta' matul it-terminu li jkun baqa' tal-kuntratt.
2.  

Fil-każ ta' radd lura antiċipat ta' kreditu, il-kreditur għandu jkun intitolat għal kumpens ġust u ġustifikat b'mod oġġettiv għal spejjeż possibbli direttament marbuta ma' radd lura antiċipat ta' kreditu u dan sakemm tali radd lura antiċipat jaqa' f'perijodu li għalih ir-rata tas-self hija fissa.

Tali kumpens ma jistax jaqbeż il-1 % ta' l-ammont ta' kreditu li jkun intradd lura antiċipatament, jekk il-perijodu ta' żmien bejn ir-radd lura antiċipat u t-tmiem miftiehem tal-ftehim ta' kreditu jaqbeż is-sena. Jekk il-perijodu ma jaqbiżx is-sena, il-kumpens ma jistax jaqbeż 0,5 % ta' l-ammont ta' kreditu li jkun intradd lura antiċipatament.

3.  

Kumpens għar-radd lura antiċipat ma jistax jintalab:

(a) 

jekk ir-radd lura sar taħt kuntratt ta' assigurazzjoni maħsub biex jipprovdi garanzija ta' radd lura ta' kreditu;

(b) 

fil-każ ta' faċilitajiet ta' overdraft; jew

(ċ) 

jekk ir-radd lura jaqa' f'perijodu li għalih ir-rata tas-self mhix fissa.

4.  

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li

(a) 

dan il-kumpens jista' jintalab mill-kreditur biss bil-kondizzjoni li l-ammont tar-radd lura antiċipat jaqbeż il-limitu definit mil-liġi nazzjonali. Dak il-limitu m'għandux jaqbeż l-EUR 10 000 matul kwalunkwe perijodu ta' 12-il xahar;

(b) 

il-kreditur jista' eċċezzjonalment jitlob kumpens ogħla jekk jista' jipprova li t-telf li ġarrab mir-radd lura antiċipat jeċċedi l-ammont determinat skond il-paragrafu 2.

Jekk il-kumpens mitlub mill-kreditur jeċċedi t-telf attwalment imġarrab, il-konsumatur jista' jitlob tnaqqis korrispondenti.

F'dan il-każ, it-telf għandu jikkonsisti fid-differenza bejn ir-rata ta' imgħax miftiehma inizzjalment u r-rata ta' imgħax skond liema l-kreditur jista' jislef l-ammont imħallas b'mod antiċipat fuq is-suq fil-ħin tar-radd lura antiċipat, u għandu jieħu kont ta' l-impatt ta' tali radd lura antiċipat fuq l-ispejjeż amministrattivi.

5.  
Kwalunkwe kumpens m'għandux jeċċedi l-ammont ta' interess li l-konsumatur ikun ħallas matul il-perijodu bejn ir-radd lura antiċipat u d-data miftiehma ta' l-għeluq tal-ftehim ta' kreditu.

▼M5

Artikolu 16a

Arretrati u infurzar

1.  

L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-kredituri jkollhom politiki u proċeduri adegwati sabiex jagħmlu sforzi biex, meta jkun xieraq, jeżerċitaw tolleranza raġonevoli qabel ma jinbdew il-proċedimenti ta’ infurzar. Tali miżuri ta’ tolleranza għandhom iqisu, fost elementi oħra, iċ-ċirkostanzi tal-konsumatur u jistgħu jikkonsistu, fost possibiltajiet oħra, f’dan li ġej:

(a) 

rifinanzjament totali jew parzjali ta’ kuntratt ta’ kreditu;

(b) 

modifika tat-termini u l-kundizzjonijiet eżistenti ta’ kuntratt ta’ kreditu, li jistgħu jinkludu, fost affarijiet oħrajn:

(i) 

estensjoni tat-terminu tal-kuntratt ta’ kreditu;

(ii) 

tibdil tat-tip ta’ kuntratt ta’ kreditu;

(iii) 

differiment tal-pagament tar-ripagament kollu jew ta’ parti minnu għal perjodu;

(iv) 

tibdil tar-rata tal-imgħax;

(v) 

offerta ta’ moratorju fuq il-pagamenti;

(vi) 

ripagamenti parzjali;

(vii) 

kambji tal-munita;

(viii) 

kanċellazzjoni parzjali u konsolidazzjoni tad-dejn.

2.  
Il-lista ta’ miżuri ta’ tolleranza potenzjali stabbilita fil-punt (b) tal-paragrafu 1 hija mingħajr preġudizzju għar-regoli stabbiliti fil-liġi nazzjonali u ma tirrikjedix li l-Istati Membri jipprevedu dawk il-miżuri kollha fil-liġi nazzjonali tagħhom.
3.  
L-Istati Membri jistgħu jesiġu li, fejn il-kreditur jiġi permess jiddefinixxi u jimponi tariffi fuq il-konsumatur minħabba l-inadempjenza, dawk it-tariffi ma jkunux akbar milli meħtieġ biex jikkumpensaw lill-kreditur għall-ispejjeż li jkun ġarrab minħabba l-inadempjenza.
4.  
L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-kredituri jimponu tariffi addizzjonali fuq il-konsumatur fil-każ ta’ inadempjenza. F’dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jagħmlu limitu massimu fuq dawk it-tariffi.

▼B

Artikolu 17

Ċessjoni ta' drittijiet

1.  
Fejn id-drittijiet tal-kreditur taħt ftehim ta' kreditu jew il-ftehim innifsu jiġu ċeduti lil parti terza, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jeċċepixxi kontra ċ-ċessjonarju kwalunkwe difiża li kienet disponibbli għalih kontra l-kreditur oriġinali, inkluża tpaċija fejn din ta' l-aħħar tkun permessa fl-Istat Membru kkonċernat.
2.  
Il-konsumatur għandu jiġi mgħarraf biċ-ċessjoni msemmija fil-paragrafu 1 ħlief fejn il-kreditur oriġinali, bi qbil maċ-ċessjonarju, ikompli jonora l-ftehim ta' kreditu vis-à-vis l-konsumatur.

Artikolu 18

Overrunning

1.  
Fil-każ ta' ftehim biex jinfetaħ kont kurrenti, fejn hemm possibbiltà li l-konsumatur jitħallajagħmel overrun, il-ftehim għandu barra minn hekk jkun fih l-informazzjoni msemmija f' punt (e) ta' l-Artikolu 6(1). Il-kreditur għandu fi kwalunkwe każ jipprovdi din l-informazzjoni bil-miktub fuq karta jew b'mezz durabbli ieħor fuq bażi regolari.
2.  

Fil-każ ta' overrunning sinifikanti li jeċċedi perijodu ta' xahar, il-kreditur għandu jinforma lill-konsumatur mingħajr dewmien, bil-miktub fuq karta jew b'mezz durabbli ieħor,

(a) 

bl-overrunning;

(b) 

bl-ammont involut;

(ċ) 

bir-rata tas-self;

(d) 

bi kwalunkwe piena, imposta jew interessi fuq arretrati applikabbli.

3.  
Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-kwalukwe regola tal-liġi nazzjonali li tirrikjedi lill-kreditur joffri tip ieħor ta' prodott ta' kreditu meta t-tul ta' żmien tal-overrunning ikun sinifikanti.

KAPITOLU V

RATA TA' IMPOSTA PERĊENTWALI FIS-SENA

Artikolu 19

Kalkolu tar-rata ta' imposta perċentwali fis-sena

1.  
Ir-rata ta' imposta perċentwali fis-sena, li tekwavali, fuq bażi annwali, għall-valur preżenti ta' l-impenji kollha (ġbid ta' kreditu, radd lura u imposti), futuri jew eżistenti, miftehma bejn il-kreditur u l-konsumatur, għandha tiġi kkalkolata skond il-formola matematika mniżżla fil-Parti I ta' l-Anness I.
2.  

Għall-fini tal-kalkolu tar-rata ta' imposta perċentwali fis-sena, l-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur għandha tiġi determinata, bl-eċċezzjoni ta' kwalunkwe imposta pagabbli mill-konsumatur għal nuqqas ta' konformità ma' kwalunkwe impenn min-naħa tiegħu stabbilit fil-ftehim ta' kreditu u imposti barra mill-prezz tax-xiri li, għal xiri ta' merkanzija u servizzi, hu obbligat iħallas irrispettivament minn jekk it-transazzjoni issirx permezz ta' flus kontanti jew permezz ta' kreditu.

L-ispejjeż biex jinżamm kont li jirreġistra kemm transazzjonijiet ta' ħlas u kif ukoll ta' ġbid ta' kreditu, l-ispejjeż ta' l-użu ta' mezz ta' ħlas kemm għal transazzjonijiet ta' ħlas u kif ukoll għal ġbid ta' kreditu, u spejjeż oħrajn relatati ma' transazzjonijiet ta' ħlas għandhom jiġu inklużi fl-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur sakemm il-ftuħ tal-kont ma jkunx obbligatorju u l-ispejjeż tal-kont ikunu ntwerew b'mod ċar u separatament fil-ftehim ta' kreditu jew fi kwalunkwe ftehim ieħor konkluż mal-konsumatur.

3.  
Il-kalkolu tar-rata ta' imposta perċentwali fis-sena għandu jkun ibbażat fuq l-assunzjoni bażika li l-ftehim ta' kreditu għandu jibqa' validu għall-perijodu miftiehem u l-kreditur u l-konsumatur ser jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt it-termini u sad-dati speċifikati fil-ftehim ta' kreditu.
4.  
Fil-każ ta' ftehim ta' kreditu li jkollhom klawżoli li jippermettu varjazzjonijiet fir-rata tas-self u, fejn ikun applikabbli, l-imposti fir-rata ta' imposta perċentwali fis-sena iżda li ma jistgħux jiġu kkwantifikati fil-ħin tal-kalkolu, ir-rata ta' imposta perċentwali fis-sena għandha tiġi kkalkolata fuq l-assunzjoni li r-rata tas-self u imposti oħrajn jibqgħu fissi b'relazzjoni mal-livell inizjali u jibqgħu applikabbli sa tmiem il-ftehim ta' kreditu.

▼M4

5.  
Fejn meħtieġ, is-suppożizzjonijiet addizzjonali stabbiliti fl-Anness I jistgħu jintużaw fil-kalkolu tar-rata perċentwali annwali tal-imposta.

Jekk is-suppożizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Parti II tal-Anness I ma jkunux biżżejjed biex ir-rata perċentwali annwali tal-imposta tiġi kkalkolata b’mod uniformi jew ma jkunux għadhom adatti għas-sitwazzjonijiet kummerċjali fis-suq, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 24a li jemendaw dan l-Artikolu u l-Parti II tal-Anness I biex jiżdiedu s-suppożizzjonijiet addizzjonali meħtieġa għall-kalkolu tar-rata perċentwali annwali tal-imposta jew biex jiġu modifikati dawk eżistenti.

▼B

KAPITOLU VI

KREDITURI U INTERMEDJARJI TA' KREDITU

Artikolu 20

Regolamentazzjoni ta' kredituri

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kredituri jiġu ssorveljati minn korp jew awtorità indipendenti minn istituzzjonijiet finanzjarji, jew regolati. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2006/48/KE.

Artikolu 21

Ċerti obbligi ta' intermedjarji ta' kreditu vis-à-vis il-konsumaturi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a) 

intermedjarju ta' kreditu jindika f'riklamar u dokumentazzjoni maħsuba għall-konsumaturi sa fejn jaslu l-poteri tiegħu, b'mod partikolari jekk jaħdimx esklussivament ma' kreditur wieħed jew aktar jew bħala sensar indipendenti;

(b) 

jekk ikun hemm drittijiet pagabbli mill-konsumatur lill-intermedjarju tal-kreditu għas-servizzi tiegħu dawn jiġu mgħarrfa lill-konsumatur, u miftiehma bejn il-konsumatur u l-intermedjarju ta' kreditu fuq il-karta jew mezz durabbli ieħor qabel il-konklużjoni ta' ftehim ta' kreditu;

(ċ) 

jekk ikun hemm drittijiet pagabbli mill-konsumatur lill-intermedjarju tal-kreditu għas-servizzi tiegħu dawn jiġu komunikati lill-kreditur mill-intermedjarju tal-kreditu, għall-fini tal-kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta' imposta.

KAPITOLU VII

MIŻURI IMPLIMENTATTIVI

Artikolu 22

Armonizzazzjoni u n-natura imperattiva tad-Direttiva

▼M5

1.  
Sakemm din id-Direttiva jkun fiha dispożizzjonijiet armonizzati, l-Istati Membri ma jistgħux iżommu jew jintroduċu fil-liġi nazzjonali tagħhom dispożizzjonijiet li jiddevjaw minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva. Madankollu, l-Artikolu 16a(3) u (4) ma għandux jipprekludi lill-Istati Membri milli jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet aktar stretti sabiex jipproteġu lill-konsumaturi.

▼B

2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi ma jkunux jistgħu jċedu d-drittijiet mogħtija lilhom bid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li timplimenta jew tikkorrespondi għal din id-Direttiva.
3.  
L-Istati Membri għandhom, barra minn hekk, jiżguraw li d-dispożizzjonijiet li jadottaw fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva ma jagħtux lok għal evitar li jirriżulta mill-mod li bih jiġu fformulati ftehim, b'mod partikolari billi jiġu integrati ġbid ta' kreditu jew ftehim ta' kreditu li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva fi ftehim ta' kreditu li n-natura u l-iskop tagħhom jagħmluha possibbli li tiġi evitata l-applikazzjoni tagħha.
4.  
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-konsumaturi ma jitilfux il-protezzjoni mogħtija minn din id-Direttiva minħabba li tintgħażel il-liġi ta' pajjiz terz bħala l-liġi applikabbli għall-ftehim ta' kreditu, jekk il-ftehim ta' kreditu jkollu rabta mill-qrib mat-territorju ta' Stat Membru wieħed jew aktar.

Artikolu 23

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswassivi.

Artikolu 24

Riżoluzzjoni ta' tilwim barra mill-qorti

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti proċeduri adegwati u effettivi ta' riżoluzzjoni ta' tilwim barra mill-qorti għas-soluzzjoni ta' tilwim tal-konsumatur dwar ftehim ta' kreditu, billi fejn hu xieraq jintużaw korpi eżistenti.
2.  
L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu dawk il-korpi biex jikkooperaw sabiex isolvu wkoll tilwim transkonfini rigward ftehim ta' kreditu.

▼M4

Artikolu 24a

Eżerċizzju tad-delega

1.  
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.  
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 19(5) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3.  
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 19(5) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.  
Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 5 ).
5.  
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  
Att delegat adottat skont l-Artikolu 19(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼M4 —————

▼B

Artikolu 26

Informazzjoni li għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni

►C2  Fejn Stat Membru juża kwalunkwe mill-għażliet regolatorji msemmijin fl-Artikolu 2(5), 2(6), l-Artikolu 4(1), il-punt (c) tal-Artikolu 4(2), l-Artikoli 6(2), 10(1), il-punt (f) tal-Artikolu 10(5),l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 16 (4), huwa għandu ◄ jinforma lill-Kummissjoni b'dan kif ukoll bi kwalunkwe bidliet sussegwenti. Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblika dik l-informazzjoni permezz ta' sit web jew permezz ta' kwalunkwe mod faċilment aċċessibbli ieħor. L-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri adatti biex ixerred din l-informazzjoni lill-kredituri u lill-konsumaturi nazzjonali.

Artikolu 27

Traspożizzjoni

►C1  1.  

Qabel il-11 ta' Ġunju 2010  ◄ l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jinfurmaw b' dan lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet ►C1  mill-11 ta’ Ġunju 2010. ◄

▼M3

Sal-1 ta' Lulju 2018, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw d-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(1) u għandhom jikkomunikawhom lill-Kummissjoni. Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Lulju 2018.

▼B

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-disPożizzjonijiet, huma għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

►C1  2.  
Il-Kummissjoni għandha twettaq kull ħames snin, u għall-ewwel darba il-11 ta' Ġunju 2013 ◄ reviżjoni tal-limiti stabbiliti minn din id-Direttiva u l-annessi tagħha u l-perċentwali użati għall-kalkolu tal-kumpens pagabbli fil-każ ta' radd lura antiċipat, u tivvalutahom fid-dawl tax-xejriet ekonomiċi fil-Komunità u s-sitwazzjoni tas-suq ikkonċernat. ►C2  Il-Kummissjoni għandha tissorvelja wkoll l-effett tal-eżistenza tal-għażliet regolatorji msemmijin fl-Artikolu 2(5) u (6), l-Artikolu 4(1), il-punt (c) tal-Artikolu 4(2), l-Artikolu 6(2), il-punt (f) tal-Artikolu 10(5), l-Artikolu 14(2) u Artikolu 16(4) dwar is-suq intern u l-konsumaturi. ◄ Ir-riżultati għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill akkumpanjati fejn meħtieġ bi proposta biex ikunu modfikati l-limiti u l-perċentwali kif ukoll l-għażliet regolatorji msemmijin hawn fuq.

Artikolu 28

Il-konverżjoni ta' l-ammonti espressi f'euro għall-munità nazzjonali

1.  
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, dawk l-Istati Membri li jikkonvertu l-ammonti espressi f'euro għall-munità nazzjonali tagħhom, fil-konverżjoni għandhom jużaw inizjalment ir-rata ta' skambju fid-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Direttiva.
2.  
L-Istati Membri jistgħu jarrotondaw l-ammonti li jirriżultaw mill-konverżjoni sakemm tali arrotandar ma jaqbiżx EUR 10.

KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI

Artikolu 29

Revoka

Id-Direttiva 87/102/KEE għandha titħassar ►C1  b'effett mill-11 ta’ Ġunju 2010. ◄

Artikolu 30

Miżuri transizzjonali

1.  
Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal ftehim ta' kreditu eżistenti fid-data li fiha l-miżuri implimentattivi nazzjonali jidħlu fis-seħħ.
2.  
Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikoli 11, 12, 13, 17, it-tieni sentenza ta' l-Artikolu 18(1), u l-Artikolu 18(2) jiġu applikati anki għal ftehim ta' kreditu bla skadenza fissa eżistenti fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-miżuri implimentattivi nazzjonali.

Artikolu 31

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara li tkun ġiet pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 32

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, 23 ta' April 2008




ANNESS I

I.   L-ekwazzjoni bażika li tesprimi l-ekwivalenza ta' ġbid ta' kreditu minn naħa l-waħda u radd lura u imposti min-naħa l-oħra

L-ekwazzjoni bażika, li tistabbilixxi r-rata ta' imposta perċentwali fis-sena (APR), fuq bażi annwali, hija daqs il-valur totali preżenti ta' ġbid ta' kreditu min-naħa l-waħda u t-total tal-valur preżenti ta' radd lura u ħlas ta' imposti min-naħa l-oħra, jiġifieri:

image

fejn:



— X

hija r-APR,

— m

hija n-numru ta' l-aħħar ġbid ta' kreditu,

— k

hija n-numru ta' ġbid ta' kreditu, għalhekk 1 ≤ k ≤ m,

— Ck

hija l-ammont ta' ġbid ta' kreditu k,

— tk

hija l-intervall, espress fi snin u frazzjonijiet ta' sena, bejn id-data ta' l-ewwel ġbid ta' kreditu u d-data ta' kull ġbid ta' kreditu sussegwenti, għalhekk t1 = 0,

— m’

hija n-numru ta' l-aħħar radd lura jew ħlas ta' imposti,

— l

hija n-numru ta' radd lura jew ħlas ta' imposti,

— Dl

hija l-ammont ta' radd lura jew ħlas ta' imposti,

— sl

hija l-intervall, espress fi snin u frazzjonijiet ta' sena, bejn id-data ta' l-ewwel ġbid ta' kreditu u d-data ta' kull radd lura jew ħlas ta' imposti.

Rimarki:

(a) 

L-ammonti mħallsa miż-żewġ partijiet fi żminijiet differenti mhux neċessarjament ikunu ndaqs u mhux neċessarjament jitħallsu f'intervalli ndaqs.

(b) 

Id-data tal-bidu għandha tkun dik ta' l-ewwel ġbid ta' kreditu.

(ċ) 

Intervalli bejn id-dati użati fil-kalkolu għandhom ikunu espressi fi snin jew frazzjonijiet ta' sena. Sena hija preżunta li fiha 365 jum (jew 366 jum fi snin biżestili), 52 ġimgħa jew 12-il xahar indaqs. Xahar indaqs huwa preżunt li fih 30,41666 jum (i.e. 365/12) irrispettivament minn jekk hix sena biżestili jew le.

(d) 

Ir-riżultat tal-kalkolu għandu jiġi espress b'eżattezza ta' mill-inqas punt deċimali wieħed. Jekk il-figura fil-punt deċimali li ssegwi hija akbar minn jew ugwali għal 5, iċ-ċifra f'dan il-post deċimali partikolari għandha tiżdied b'wieħed.

(e) 

L-ekwazzjoni tista' tinkiteb mill-ġdid bl-użu ta' somma waħda u l-kunċett ta' flows (Ak), li jkun pożittiv jew negattiv, fi kliem ieħor jew imħallas jew riċevut matul il-perjodi 1 sa k, espress fi snin, jiġifieri:

image

S huwa l-bilanċ preżenti tal-flows. Jekk l-għan hu li tinzamm l-ekwivalenza tal-flows, il-valur ikun żero.

▼M1

II.   L-assunzjonijiet miżjuda għall-kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ imposta għandhom ikunu kif ġej:

(a) 

Jekk ftehim ta’ kreditu jagħti lill-konsumatur libertà fil-ġbid ta’ kreditu, l-ammont totali ta’ kreditu għandu jitqies li jkun miġbud immedjatament u interament.

(b) 

Jekk ftehim ta’ kreditu jagħti lill-konsumatur il-libertà ta’ ġbid ta’ kreditu b’mod ġenerali iżda jimponi, fost il-modi differenti ta’ ġbid, limitu fir-rigward tal-ammont ta’ kreditu u l-perjodu ta’ żmien, l-ammont ta’ kreditu għandu jitqies bħala li nġibed fl-aktar data bikrija prevista fil-ftehim u skont dawk il-limiti ta’ ġbid.

(ċ) 

Jekk ftehim ta’ kreditu jipprovdi modi differenti għall-ġbid ta’ kreditu b’imposti jew rati tat-teħid ta’ self differenti, l-ammont totali tal-kreditu għandu jitqies bħala li ġie miġbud fl-ogħla imposta u rata ta’ teħid ta’ self applikata għall-mekkaniżmu għall-ġbid ta’ kreditu l-iktar komuni għal dan it-tip ta’ ftehim ta’ kreditu.

(d) 

Fil-każ ta’ faċilità ta’ overdraft, l-ammont totali ta’ kreditu għandu jiġi meqjus li huwa miġbud kompletament u għat-tul ta’ żmien kollu tal-ftehim ta’ kreditu. Jekk id-duratura tal-faċilità ta’ overdraft mhix magħrufa, ir-rata perċentwali annwali ta’ imposta għandha tiġi kkalkolata fuq is-suppożizzjoni li t-tul ta’ żmien tal-kreditu huwa tliet xhur.

(e) 

Fil-każ ta’ ftehim ta’ kreditu bla skadenza, ħlief faċilità ta’ overdraft, għandu jiġi meqjus li:

(i) 

il-kreditu pprovdut għall-perjodu ta’ sena li jibda mid-data tal-ġbid tal-bidu, u li l-ħlas finali magħmul mill-konsumatur iħassar il-bilanċ tal-kapital, l-imgħax u imposti oħrajn, jekk ikun hemm;

(ii) 

il-kapital huwa mħallas mill-ġdid mill-konsumatur fi ħlasijiet ndaqs kull xahar, li jibdew xahar wara d-data tal-ġbid tal-bidu. Madankollu, f’każi fejn il-kapital għandu biss jitħallas mill-ġdid bis-sħiħ, fi ħlas waħdieni, f’kull perjodu ta’ ħlas, ġbid suċċessivi u ħlasijiet mill-ġdid tal-kapital kollu mill-konsumatur għandhom jitqiesu li jsiru fil-perjodu ta’ sena. L-imgħax u imposti oħrajn għandhom jiġu applikati skont il-ġbid u l-ħlasijiet mill-ġdid tal-kapital u kif pprovdut fil-ftehim ta’ kreditu.

Għall-għanijiet ta’ dan il-punt, ftehim ta’ kreditu bla skadenza huwa ftehim ta’ kreditu mingħajr tul ta’ żmien fiss u jinkludi krediti li għandhom jitħallsu mill-ġdid bis-sħiħ fil-perjodu jew wara l-perjodu, iżda la darba jitħallsu mill-ġdid, jsiru disponibbli mill-ġdid biex jinġibdu.

(f) 

Fil-każ ta’ ftehimiet ta’ kreditu, ħlief overdrafts u krediti bla skandenza kif imsemmi fl-assunzjonijiet stipulati fil-punti (d) u (e):

(i) 

jekk id-data jew l-ammont ta’ ġbid mill-ġdid tal-kapital, li għandu jsir mill-konsumatur ma jistgħux jiġu aċċertati, għandu jitqies li l-ħlas mill-ġdid isir fl-iktar data qrib ipprovduta fil-ftehim ta’ kreditu u huwa għall-inqas ammont li jipprovdi għalih il-ftehim ta’ kreditu;

(ii) 

jekk id-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu mhix magħrufa, id-data tal-bidu tal-ġbid għandha tkun meqjusa bħala d-data li tirriżulta fl-inqas intervall bejn dik id-data u d-data tal-ewwel ħlas li għandu jsir mill-konsumatur.

(g) 

Fejn id-data u l-ammont ta’ ħlas li għandu jsir mill-konsumatur ma jistgħux jiġu aċċertati abbażi tal-ftehim ta’ kreditu jew l-assunzjonijiet stipulati fil-punti (d), (e) jew (f), għandu jitqies li l-ħlas isir skont id-dati u l-kundizzjonijiet meħtieġa mill-kreditur u, meta dawn ma jkunux magħrufa:

(i) 

imposti tal-interessi jitħallsu flimkien mal-ħlas mill-ġdid tal-kapital;

(ii) 

imposta bla interess espressa f’somma waħdanija titħallas fid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu;

(iii) 

imposti bla interess espressi f’diversi ħlasijiet jitħallsu f’intervalli regolari, jibdew mad-data tal-ewwel ħlas mill-ġdid tal-kapital, u jekk l-ammont ta’ ħlasijiet tali mhuwiex magħruf għandhom jitqiesu bħala ammonti ndaqs;

(iv) 

il-ħlas finali jħassar il-bilanċ tal-kapital, l-imgħax u imposti oħrajn, jekk ikun hemm.

(h) 

Jekk il-limitu massimu applikabbli għall-kreditu għadu ma ġiex miftiehem, dak il-limitu massimu jitqies li hu EUR 1 500 .

(i) 

Jekk jiġu offruti rati tat-teħid ta’ self u imposti differenti għal perjodu jew ammont limitat, ir-rata tat-teħid ta’ self u l-imposti għandhom jitqiesu li huma l-ogħla rata għat-tul ta’ żmien kollu tal-ftehim ta’ kreditu.

(j) 

Għal ftehimiet ta’ kreditu tal-konsumatur li għalihom hija miftehma rata tat-teħid ta’ self fissa fir-rigward tal-perjodu inizjali, li fi tmiem tiegħu tiġi ddeterminata rata tat-teħid ta’ self ġdida u sussegwentement perjodikament aġġustata skont indikatur miftiehem, il-kalkolu tar-rata perċentwali annwali tal-imposti għandha tkun ibbażata fuq is-suppożizzjoni li, fi tmiem il-perjodu ta’ rata tat-teħid ta’ self fissa, ir-rata tat-teħid tas-self tkun l-istess bħal meta sar il-kalkolu tar-rata perċentwali annwali, abbażi tal-valur tal-indikatur miftiehem f’dak iż-żmien.

▼B




ANNESS II

INFORMAZZJONI STANDARD EWROPEA DWAR IL-KREDITU LILL-KONSUMATUR

1.   Dettalji dwar l-identità u ta' kuntatt tal-kreditur/ta' l-intermedjarju tal-kreditu



Kreditur

[Identità]

Indirizz

Numru tat-telefon (*1)

Indirizz tal-posta elettronika (*1)

Numru tal-fax (*1)

Indirizz web (*1)

[Indirizz ġeografiku li għandu jintuża mill-konsumatur]

Jekk applikabbli

 

Intermedjarju tal-kreditu

[Identità]

Indirizz

Numru tat-telefon (*1)

Indirizz tal-posta elettronika (*1)

Numru tal-fax (*1)

Indirizz web (*1)

[Indirizz ġeografiku li għandu jintuża mill-konsumatur]

(*1)   

Din l-informazzjoni hija fakultattiva għall-kreditur

Kull fejn hemm indikat “jekk applikabbli”, il-kreditur għandu jimla l-kaxxa jekk l-informazzjoni hija rilevanti għall-prodott ta' kreditu jew iħassar l-informazzjoni rispettiva jew ir-ringiela kollha jekk l-informazzjoni mhix rilevanti għat-tip ta' kreditu kkunsidrat.

Indikazzjonijiet bejn parentesi kwadri jagħtu spjega lill-kreditur u għandhom ikunu sostitwiti bl-informazzjoni korrispondenti.

2.   Deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali tal-prodott ta' kreditu



It-tip ta' kreditu

 

L-ammont totali tal-kreditu

Dan ifisser il-limitu massimu jew is-somom totali disponibbli taħt il-ftehim ta' kreditu.

 

Il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-ġbid tal-kreditu

Dan ifisser kif u meta inti tkun tista' tikseb il-flus.

 

It-tul ta' żmien tal-ftehim ta' kreditu

 

Pagamenti bin-nifs u, fejn xieraq, l-ordni li bih il-pagamenti bin-nifs ser ikunu allokati

Int ser ikollok tħallas dan li ġej:

[L-ammont, in-numru u l-frekwenza tal-ħlasijiet li għandhom isiru mill-konsumatur]

Interessi u/jew imposti ser jitħallsu bil-mod li ġej:

L-ammont totali li inti ser ikollok tħallas

Dan ifisser l-ammont tal-kapital misluf flimkien ma' l-interessi u l-ispejjeż possibbli relatati mal-kreditu tiegħek.

[Is-somma ta' l-ammont totali tal-kreditu u l-ispiża totali tal-kreditu]

Jekk applikabbli

Il-kreditu huwa mogħti fil-forma ta' ħlas differit għal merkanzija jew servizz jew huwa marbut mal-provvista ta' merkanzija speċifika jew l-għoti ta' servizz

Isem tal-merkanzija/servizz

Prezz għal ħlas fil-pront

 

Jekk applikabbli

 

Garanziji meħtieġa

[Tipi ta' garanziji]

Din hija deskrizzjoni tal-garanzija li inti għandek tagħti rigward il-ftehim ta' kreditu.

 

Jekk applikabbli

Ħlasijiet lura ma jagħtux lok għal amortizzazzjoni immedjata tal-kapital.

 

▼C3

3.    Spejjeż tal-kreditu



Ir-rata ta' self jew, jekk applikabbli, rati ta' self differenti li japplikaw għall-ftehim ta' kreditu

[%

— fissa, jew

— varjabbli (bl-indiċi jew ir-rata ta' referenza applikabbli għar-rata ta' self inizjali)

— perijodi]

Rata ta' imposta perċentwali fis-sena (APR)

Din hija l-ispiża totali espressa bħala perċentwali annwali tal-ammont totali tal-kreditu.

L-APR qiegħda hemmhekk biex tgħinek tqabbel offerti differenti.

[ % Eżempju rappreżentattiv li jsemmi l-assunzjonijiet kollha użati għall-kalkolu tar-rata li għandha tiġi indikata hawn]

Huwa obbligatorju biex jinkiseb il-kreditu jew biex jinkiseb il-kreditu fuq it-termini jew il-kondizzjonijiet ikkumerċjalizzati, li tieħu

 

—  kuntratt ta' assigurazzjoni li jassigura l-kreditu, jew

Iva/le; jekk iva, indika t-tip ta' assigurazzjoni

—  kuntratt ta' servizz anċillari ieħor?

Iva/le; jekk iva, indika t-tip ta' servizz anċillari

Jekk l-ispejjeż ta' dawn is-servizzi m'humiex magħrufa mill-kreditur huma m'humiex inklużi fl-APR.

 

Spejjeż relatati

Jekk applikabbli

Iż-żamma ta' kont wieħed jew ta' diversi kontijiet hija meħtieġa biex jiġu reġistrati kemm transazzjonijiet ta' ħlas kif ukoll ġbid ta’ kreditu

 

Jekk applikabbli

Ammont ta' spejjeż għall-użu ta' mezz ta' ħlas speċifiku (per eżempju, karta ta' kreditu)

 

Jekk applikabbli

Kwalunkwe imposta oħra li tirriżulta mill-ftehim ta' kreditu

 

Jekk applikabbli

Kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jinbidlu l-ispejjeż imsemmija hawn fuq relatati mal-ftehim ta' kreditu

 

Jekk applikabbli

Obbligu tal-ħlas ta' onorarji notarili

 

Spejjeż fil-każ ta' ħlas tard

Fuqek ser jiġi impost l-ammont ta’ [… (ir-rata ta' interessi applikabbli u arranġamenti għall-aġġustar tagħha u, fejn applikabbli, imposti minħabba nuqqas ta' ħlas)] għal ħlasijiet tard.

Ħlasijiet nieqsa jista' jkollhom konsegwenzi gravi għalik (pereżempju, bejgħ sfurzat) u jagħmlu l-kisba ta' kreditu aktar diffiċli.

▼B

4.   Aspetti legali importanti oħra



Dritt ta' rtirar

Iva/le

Inti għandek id-dritt li tirtira mill-ftehim ta' kreditu fi żmien 14-il jum kalendarju.

 

Radd lura antiċipat

Għandek id-dritt li trodd lura l-kreditu kmieni fi kwalunkwe ħin kompletament jew parzjalment.

 

Jekk applikabbli

 

Il-kreditur huwa ntitolat għal kumpens fil-każ ta' pagament mill-ġdid antiċipat

[Determinazzjoni tal-kumpens (metodu ta' kalkolu) skond id-dispożizzjonijiet li jimplimentaw l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2008/48/KE]

Konsultazzjoni ta' database

Il-kreditur irid jinfurmak immedjatament u mingħajr ħlas bir-riżultat ta' konsultazzjoni ta' database, jekk applikazzjoni għal kreditu tkun rifjutata abbażi ta' tali konsultazzjoni. Dan ma japplikax jekk l-għoti ta' tali informazzjoni huwa pprojbit bil-liġi tal-Komunità Ewropea jew huwa kontra l-objettivi tal-politika pubblika jew is-sigurtà pubblika.

 

Dritt għal abbozz ta' ftehim ta' kreditu

Għandek id-dritt, fuq talba, li tikseb kopja ta' l-abbozz tal-ftehim ta' kreditu mingħajr ħlas. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax jekk il-kreditur fil-ħin tat-talba ma jkunx lest li jipproċedi bil-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu miegħek.

 

Jekk applikabbli

 

Il-perijodu ta' żmien li matulu l-kreditur huwa marbut bl-informazzjoni prekuntrattwali

Din l-informazzjoni hija valida minn .... sa ...

Jekk applikabbli

5.   Informazzjoni addizzjonali fil-każ ta' kummerċjalizzazzjoni mill-bogħod ta' servizzi finanzjarji



(a)  dwar il-kreditur

 

Jekk applikabbli

 

Rappreżentant tal-kreditur fl-Istat Membru ta' residenza tiegħek

[Identità]

Indirizz

[Indirizz ġeografiku li għandu jintuża mill-konsumatur]

Numru tat-telefon (*1)

Indirizz tal-posta elettronika (*1)

Numru tal-fax (*1)

Indirizz web (*1)

 

Jekk applikabbli

 

Reġistrazzjoni

[Ir-reġistru kummerċjali li fih huwa mdaħħal il-kreditur u n-numru ta' reġistrazzjoni tiegħu jew mezzi ekwivalenti ta' identifikazzjoni f'dak ir-reġistru]

Jekk applikabbli

L-awtorità superviżorja

 

(b)  dwar il-ftehim ta' kreditu

 

Jekk applikabbli

 

Eżerċizzju tad-dritt ta' rtirar

[Struzzjonijiet prattiċi għall-eżerċizzju tad-dritt ta' rtirar li jindikaw, inter alia, il-perijodu għall-eżerċizzju tad-dritt; l-indirizz li fih għandha tintbagħat in-notifika ta' l-eżerċizzju tad-dritt ta' rtirar; u l-konsegwenzi tan-nuqqas ta' eżerċizzju ta' dak id-dritt]

Jekk applikabbli

Il-liġi meħuda mill-kreditur bħala l-bażi għall-istabbiliment tar-relazzjonijiet miegħek qabel il-konklużjoni tal-kuntratt ta' kreditu

 

Jekk applikabbli

 

Klawżola li tistabbilixxi il-liġi regolatorja applikabbli għall-ftehim ta' kreditu u/jew il-qorti kompetenti

[Il-klawżola rilevanti għandha titniżżel hawn]

Jekk applikabbli

 

Reġim lingwistiku

L-informazzjoni u t-termini kuntrattwali ser jiġu fornuti bil-[lingwa speċifika]. Bil-kunsens tiegħek, aħna bi ħsiebna nikkomunikaw bil-[lingwa/lingwi speċifiċi] matul it-tul ta' żmien tal-ftehim ta' kreditu

(ċ)  fir-rigward ta' riżarċiment

 

Eżistenza ta' u aċċess għal mekkaniżmu ta' ilment barra mill-qorti u ta' riżarċiment

[Jekk jeżistix jew le mekkaniżmu ta' ilment barra mill-qorti u ta' riżarċiment għall-konsumatur li huwa parti għall-ftehim ta' kreditu u, jekk iva, il-metodi ta' l-aċċess għalih]

(*1)   

Din l-informazzjoni hija fakultattiva għall-kreditur




ANNESS III

INFORMAZZJONI EWROPEA DWAR IL-KREDITU LILL-KONSUMATUR GĦAL

overdraftkreditu lill-konsumatur offrut minn ċerti organizzazzjonijiet ta' kreditu (Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2008/48/KE)konverżjoni ta' dejn

1.   Dettalji dwar l-identità u ta' kuntatt tal-kreditur/ta' l-intermedjarju tal-kreditu



Kreditur

[Identità]

Indirizz

Numru tat-telefon (*1)

Indirizz tal-posta elettronika (*1)

Numru tal-fax (*1)

Indirizz web (*1)

[Indirizz ġeografiku li għandu jintuża mill-konsumatur]

Jekk applikabbli

 

Intermedjarju tal-kreditu

[Identità]

Indirizz

Numru tat-telefon (*1)

Indirizz tal-posta elettronika (*1)

Numru tal-fax (*1)

Indirizz web (*1)

[Indirizz ġeografiku li għandu jintuża mill-konsumatur]

(*1)   

Din l-informazzjoni hija fakultattiva għall-kreditur

Kull fejn hemm indikat “jekk applikabbli”, il-kreditur għandu jimla l-kaxxa jekk l-informazzjoni hija rilevanti għall-prodott ta' kreditu jew iħassar l-informazzjoni rispettiva jew ir-ringiela kollha jekk l-informazzjoni mhix rilevanti għat-tip ta' kreditu kkunsidrat.

Indikazzjonijiet bejn parentesi kwadri jagħtu spjega lill-kreditur u jridu jkunu sostitwiti bl-informazzjoni korrispondenti.

2.   Deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali tal-prodott ta' kreditu



It-tip ta' kreditu

 

L-ammont totali tal-kreditu

Dan ifisser il-limitu massimu jew is-somom totali disponibbli taħt il-qbil ta' kreditu.

 

It-tul ta' żmien tal-ftehim ta' kreditu

 

Jekk applikabbli

Inti tista' tintalab trodd lura l-ammont sħiħ ta' kreditu [fuq talba] fi kwalunkwe ħin.

 

3.   Spejjeż tal-kreditu



Ir-rata ta' self jew, jekk applikabbli, rati ta' self differenti li japplikaw għall-ftehim ta' kreditu

[ %

— fissa jew

— varjabbli (bl-indiċi jew ir-rata ta' referenza applikabbli għar-rata tas-self inizjali)]

Jekk applikabbli

 

Ir-rata ta' imposta perċentwali fis-sena (APR) (*1)

Din hija l-ispiża totali ta' kreditu espressa bħala perċentwali annwali ta' l-ammont totali ta' kreditu. L-APR qiegħda hemmhekk biex tgħinek tqabbel offerti differenti.

[ % Eżempju rappreżentattiv li jsemmi l-assunzjonijiet kollha użati għall-kalkolu tar-rata li għandha tiġi indikata hawn]

Jekk applikabbli

 

Spejjeż

Jekk applikabbli

Il-kondizzjonijiet taħt liema dawk l-ispejjeż jistgħu jinbidlu

[L-ispejjeż applikabbli mill-ħin meta l-ftehim ta' kreditu jiġi konkluż]

Spejjeż fil-każ ta' ħlas tard

►C2  Inti ser tkun impost [… (rati ta' interessi u arranġamenti għall-aġġustament tar-rata u, fejn applikabbli, imposti minħabba nuqqas ta' ħlas)] għal ħlasijiet tard. ◄

(*1)   

Mhux applikabbli għal Informazzjoni Ewropea dwar il-Kreditu lill-Konsumatur għal Overdraft f'dawk l-Istati Membri li jiddeċiedu abbażi ta' l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/48/KE li l-APR mhux meħtieġa għal overdraft.

4.   Aspetti legali importanti oħra



Terminazzjoni tal-ftehim ta' kreditu

[Il-kondizzjonijiet u l-proċedura għat-terminazzjoni tal-ftehim ta' kreditu]

Konsultazzjoni ta' database

Il-kreditur irid jinfurmak immedjatament u mingħajr ħlas bir-riżultat ta' konsultazzjoni ta' database, jekk applikazzjoni għal kreditu tkun rifjutata abbażi ta' tali konsultazzjoni. Dan ma japplikax meta l-għoti ta' tali informazzjoni huwa pprojbit bil-liġi tal-Komunità Ewropea jew huwa kontra objettivi tal-politika pubblika jew is-sigurtà pubblika.

 

Jekk applikabbli

 

Il-perijodu ta' żmien li matulu l-kreditur huwa marbut mill-informazzjoni prekuntrattwali.

Din l-informazzjoni hija valida minn .... sa ...

Jekk applikabbli

5.   Informazzjoni addizzjonali li għandha tingħata jekk l-informazzjoni prekuntrattwali hija provduta minn ċerti organizzazzjonijiet ta' kreditu (Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2008/48/KE)jew li għandha x' taqsam ma' kreditu lill-konsumatur għal konverżjoni ta' dejn



Pagamenti bin-nifs u, fejn xieraq, l-ordni li bih il-pagamenti bin-nifs ser ikunu allokati.

Int ser ikollok tħallas dan li ġej:

[Eżempju rappreżentattiv ta' tabella ta' ħlasijiet li tinkludi l-ammont, in-numru u l-frekwenza tal-ħlasijiet li għandhom isiru mill-konsumatur]

L-ammont totali li inti ser ikollok tħallas

 

Radd lura antiċipat

Għandek id-dritt li trodd lura l-kreditu kmieni fi kwalunkwe ħin kompletament jew parzjalment.

Jekk applikabbli

 

Il-kreditur huwa ntitolat għal kumpens fil-każ ta' pagament mill-ġdid antiċipat

[Determinazzjoni tal-kumpens (metodu ta' kalkolu) skond id-dispożizzjonijiet li jimplimentaw l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2008/48KE]

Jekk applikabbli

6.   Informazzjoni addizzjonali li għandha tingħata fil-każ ta' kummerċjalizzazzjoni mill-bogħod ta' servizzi finanzjarji



(a)  dwar il-kreditur

 

Jekk applikabbli

 

Rappreżentant tal-kreditur fl-Istat Membru ta' residenza tiegħek

[Identità]

Indirizz

Numru tat-telefon (*1)

Indirizz tal-posta elettronika (*1)

Numru tal-fax (*1)

Indirizz web (*1)

[Indirizz ġeografiku li għandu jintuża mill-konsumatur]

Jekk applikabbli

 

Reġistrazzjoni

[Ir-reġistru kummerċjali li fih huwa mdaħħal il-kreditur u n-numru ta' reġistrazzjoni tiegħu jew mezzi ekwivalenti ta' identifikazzjoni f'dak ir-reġistru]

Jekk applikabbli

L-awtorità superviżorja

 

(b)  dwar il-ftehim ta' kreditu

 

Dritt ta' rtirar

Iva/le

Inti għandek id-dritt li tirtira mill-ftehim ta' kreditu fi żmien 14-il jum kalendarju.

Jekk applikabbli

Eżerċizzju tad-dritt ta' rtirar

[Struzzjonijiet prattiċi għall-eżerċizzju tad-dritt ta' rtirar li jindikaw, fost oħrajn, l-indirizz li fih għandha tintbagħat in-notifika ta'l-eżerċizzju tad-dritt ta' rtirar; u l-konsegwenzi tan-nuqqas ta' eżerċizzju ta' dan id-dritt]

Jekk applikabbli

Il-liġi meħuda mill-kreditur bħala bażi għall-istabbiliment tar-relazzjonijiet miegħek qabel il-konklużjoni tal-kuntratt ta' kreditu

 

Jekk applikabbli

 

Klawżola li tistabbilixxi l-liġi applikabbli għall-ftehim ta' kreditu u/jew il-qorti kompetenti

[Il-klawżola rilevanti għandha titniżżel hawn]

Jekk applikabbli

 

Reġim lingwistiku

L-informazzjoni u t-termini kuntrattwali ser jiġu fornuti bil-[lingwa speċifika]. Bil-kunsens tiegħek, aħna bi ħsiebna nikkomunikaw bil-[lingwa/lingwi speċifiċi] matul it-tul ta' żmien tal-ftehim ta' kreditu.

(ċ)  fir-rigward ta' riżarċiment

 

Eżistenza ta' u aċċess għal mekkaniżmu ta' ilment barra mill-qorti u ta' riżarċiment

[Jekk jeżistix jew le mekkaniżmu ta' ilment barra mill-qorti u ta' riżarċiment għall-konsumatur li huwa parti għall-ftehim ta' kreditu u, jekk iva, il-metodi ta' l-aċċess għalih]

(*1)   

Din l-informazzjoni hija fakultattiva għall-kreditur.



( 1 )  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2008/10/KE (ĠU L 76, 19.3.2008, p. 33).

( 2 ) Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'8 ta' Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta' fondi ta' investiment u li temenda d-Direttiva 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1).

( 3 )  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

( 4 )  ĠU L 372, 31.12.1985, p. 31.

( 5 )  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.