2008L0038 — MT — 12.11.2014 — 004.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/38/KE

tal-5 ta’ Marzu 2008

li tistabbilixxi lista ta’ użu intiż tal-materjali ta’ l-għalf għall-annimali għal skopijiet partikolari nutrizzjonali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(Verżjoni kodifikata)

(ĠU L 062, 6.3.2008, p.9)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/82/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-30 ta' Lulju 2008

  L 202

48

31.7.2008

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1070/2010 tat-22 ta’ Novembru 2010

  L 306

42

23.11.2010

►M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 5/2014 tas-6 ta’ Jannar 2014

  L 2

3

7.1.2014

►M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1123/2014 tat-22 ta' Ottubru 2014

  L 304

81

23.10.2014




▼B

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/38/KE

tal-5 ta’ Marzu 2008

li tistabbilixxi lista ta’ użu intiż tal-materjali ta’ l-għalf għall-annimali għal skopijiet partikolari nutrizzjonali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(Verżjoni kodifikata)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/74/KEE tat-13 ta’ Settembru 1993 dwar il-materjali ta’ l-għalf għal skopijiet partikolari nutrizjonali ( 1 ) u partikolarment l-Artikolu 6(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/39/KE tal-25 ta’ Lulju 1994 li tistabbilixxi lista ta’ użu intiż tal-materjali ta’ l-għalf għall-annimali għal skopijiet partikolari nutrizzjonali ( 2 ) ġiet emendata kemm-il darba ( 3 ) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

(2)

Direttiva 93/74/KEE tipprovdi għall-istabbiliment ta’ lista pożittiva ta’ l-użu intiż tal-materjali ta’ l-għalf għall-annimali għal skopijiet partikolari nutrizzjonali. Dik il-lista trid tindika l-użu preċiż, jiġifieri, l-iskop partikolari nutrizzjonali, l-karatteristiċi nutrizzjonali, d-dikjarazzjonijiet ta’ l-ittikettjar u meta xieraq il-ħtiġiet speċjali ta’ l-ittikkettjar.

(3)

Ċerti skopijiet nutrizzjonali ma jistgħux jiġu inklużi fil-lista ta’ użu intiż minħabba l-assenza ta’ metodi tal-Komunità ta’ kontroll għall-valur ta’ l-enerġija fil-materjali ta’ l-għalf ta’ l-annimali u għall-fibra dietetika fil-materjali ta’ għalf ta’ l-annimali. Din il-lista għandha tkun ikkompletata appena dawn il-metodi jiġu adottati.

(4)

Il-lista stabbilita tista’ tkun immodifikata, meta xieraq, bis-segwiment ta’ l-iżviluppi fit-tagħrif xjentifiku u tekniku.

(5)

Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

(6)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-materjali ta’ l-għalf intiżi għal skopijiet partikolari nutrizzjonali fl-ambitu tat-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 93/74/KEE għandhom ikunu marketed biss jekk l-użu intiż tagħhom huma inklużi fil-parti B ta’ l-Anness I għal din id-direttiva u jekk jissodisfaw id-dispożizzjonijiet l-oħra stabbiliti f’dik il-Parti ta’ l-Anness I.

Aktar minn hekk, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li d-dispożizzjonijiet permezz tad-“Dispożizzjonijiet Ġenerali” tal-Parti A ta’ l-Anness I ikun hemm konformità magħhom.

Artikolu 2

Id-Direttiva 94/39/KE, kif emendata mid-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti A, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Lulju 2008.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

PARTI A

Dispożizzjonijiet ġenerali

1. Meta jkun hemm aktar minn grupp wieħed ta’ karatterisitiċi nutrizzjonali indikati fil-kolonna 2 tal-Parti B, ddenotata bi “u/jew”, għall-istess skop nutrizzjonali, il-manifattur għandu l-għażla li juża jew wieħed minn inkella ż-żewġ gruppi ta’ karatteristiċi essenzjali, sabiex jikseb l-iskop nutrizzjonali ddefinit fil-kolonna 1. Għal kull għażla d-dikjarazzjonijiet korrespondenti ta’ l-ittikkettjar huma mogħtija biswit il-kolonna 4.

2. Meta grupp ta’ addittivi huwa msemmi fil-kolonna 2 jew fil-kolonna 4 tal-Parti B l-addittiv(i) wżati għandhom ikunu awtoriżżati fir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) bħala li huma korrespondenti għall-karatteristika essenzjali speċifikata.

3. Meta s-sors(i) ta’ l-ingredjenti jew tal-kostitwenti analitiċi huwa (huma) meħtieġa fil-kolonna 4 tal-Parti B, il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni preċiża (e.g. l-isem speċifiku ta’ l-ingredjent(i), l-ispeċi ta’ l-annimali jew ta’ parti mill annimal) li jippermettu l-evalwazzjoni tal-konformità tal-materjali ta’ l-għalf bil-karatteristiċi essenzjali nutrizzjonalment korrespondenti.

4. Meta d-dikjarazzjoni ta’ sustanza, ukoll awtoriżżata bħala addittiv, hi meħtieġa fil-kolonna 4 tal-Parti B u hija akkumpanjata bl-espressjoni “total” il-kontenut iddikjarat għandu jirreferi għal, kif xieraq, il-kwantità naturalment preżenti meta xejn ma jkun miżjud jew, b’deroga mid-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE ( 5 ), il-kwantità totali tas-sustanza naturalment preżenti u l-ammont miżjud bħala addittiv.

5. Id-dikjarazzjonijiet meħtieġa fil-kolonna 4 ta’-Parti B bir-referenza “jekk miżjuda” huma obbligatorji meta l-ingredjent jew l-addittiv ikun ġie inkorporat jew miżjud speċifikament biex jippermetti l-ksib ta’ l-iskop nutrizzjonali partikolari.

6. Id-dikjarazzjoni li għandha tingħata bi qbil mal-kolonna 4 tal-Parti B dwar il-kostitwenti analitiċi u l-additivi għandha tkun kwantitattiva.

7. Il-perijodu rrakkomandat ta’ l-użu indikat fil-kolonna 5 tal-Parti B jindika l-medda li fiha l-iskop nutrizzjonali għandu normalment ikun miksub. Il-manifatturi jistgħu jirreferu għal perijodi aktar preċiżi ta’ użu, fil-limiti stabbiliti.

8. Meta materjal ta’ l-għalf huwa intiż li jissodisfa aktar minn skop nutrizzjonali wieħed, dan għandu jkun konformi mal-kitbiet korrispondenti fil-Parti B.

9. Fil-każ ta’ materjali ta’ l-għalf kumplimentari li huma intiżi għall-iskopijiet partikolari nutrizzjonali, gwida dwar il-bilanċ tar-razzjon ta’ kull jum għandha tkun ipprovduta fl-istruzzjonijiet għall-użu kif murija fuq it-tikketta.

▼M3

10. Meta għalf li jkun maħsub għal għanijiet nutrittivi partikolari jitqiegħed fis-suq fil-forma ta' bolus, billi dan huwa għalf, jew għalf supplimentari, maħsub biex jingħata b'mod orali permezz ta' tmigħ sfurzat, it-tikketta ta' dan l-għalf għandha, fejn hu applikabbli, tagħti l-perjodu massimu tar-rilaxx kontinwu mill-bolus u r-rata tar-rilaxx ta' kuljum għal kull addittiv li għalih ikun stabbilit kontenut massimu fl-għalf komplet. Fuq talba tal-awtorità kompetenti, l-operatur tan-negozju tal-għalf li jqiegħed bolus fis-suq għandu jagħti prova li l-livell tal-addittiv disponibbli fil-kanal tal-ikel kuljum ma jaqbiżx, jekk applikabbli, il-kontenut massimu tal-addittiv stabbilit għal kull kilogramma ta' għalf komplet matul il-perjodu kollu tat-tmigħ (effett ta' rilaxx bil-mod). Huwa rrakkomandat li l-għalf fil-forma ta' bolus jiġi amministrat minn veterinarju jew minn persuna kompetenti oħra.

▼B

PARTI B

Lista ta’ użu intiż



Skop partikolari nutrizzjonali

Karatteristiċi essenzjali nutrizzjonali

Speċi jew kategorija ta’ l-annimali

Dikjarazzjonijiet ta’ l-ittikkettjar

Tul rrakkomandat għall-użu

Dispożizzjonijiet oħra

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

▼M4

Għajnuna għall-funzjonament tal-kliewi f'każ ta' insuffiċjenza renali kronika (2)

Proteini ta' kwalità tajba u livelli tal-fosforu

ristretti għall-massimu ta' 5 g/kg ta' għalf tal-annimali domestiċi komplut b'livell ta' umdità ta' 12 % u

massimu ta' proteina mhux raffinata ta' 220 g/kg fl-ikel tal-annimali domestiċi komplut b'livell ta' umdità ta' 12 %

jew

Klieb

— Sors(i) ta' proteina

— Kalċju

— Fosforu

— Potassju

— Sodju

— Il-kontenut tal-aċidi xaħmin essenzjali (jekk ikunu miżjudin)

Fil-bidu sa 6 xhur (2)

— L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplut.

— Diġestibbiltà rakkomandata tal-proteini: minimu ta' 85 %.

— Fuq it-tikketta indika:

— “Huwa rakkomandat li tieħu l-parir ta' veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma ttawwal il-perjodu tal-użu tiegħu.”

— Fl-istruzzjonijiet għall-użu indika:

— “L-annimali għandhom ikunu jistgħu jsibu l-ilma kull meta jriduh.”

Assorbiment tal-fosforu mnaqqas permezz taż-żieda ta' Karbonat tal-lantanju ottaidrat

Klieb adulti

— Sors(i) ta' proteina

— Kalċju

— Fosforu

— Potassju

— Sodju

— Il-kontenut tal-aċidi xaħmin essenzjali (jekk ikunu miżjudin)

— Karbonat tal-lantanju ottaidrat

Fil-bidu sa 6 xhur (2)

— Fuq it-tikketta indika: “Huwa rakkomandat li tieħu l-parir ta' veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma ttawwal il-perjodu tal-użu tiegħu.”

— Fl-istruzzjonijiet għall-użu indika:

— “L-annimali għandhom ikunu jistgħu jsibu l-ilma kull meta jriduh.”

Proteini ta' kwalità tajba u livelli tal-fosforu

ristretti għall-massimu ta' 6,2 g/kg ta' ikel tal-annimali domestiċi komplut b'livell ta' umdità ta' 12 % u

massimu ta' proteina mhux raffinata ta' 320 g/kg fl-ikel tal-annimali domestiċi komplut b'livell ta' umdità ta' 12 %

jew

Qtates

— Sors(i) ta' proteina

— Kalċju

— Fosforu

— Potassju

— Sodju

— Il-kontenut tal-aċidi xaħmin essenzjali (jekk ikunu miżjudin)

Fil-bidu sa 6 xhur (2)

— L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplut.

— Id-diġestibbiltà rakkomandata tal-proteini: minimu ta' 85 %.

— Fuq it-tikketta indika:

— “Huwa rakkomandat li tieħu l-parir ta' veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma ttawwal il-perjodu tal-użu tiegħu.”

— Fl-istruzzjonijiet għall-użu indika:

— “L-annimali għandhom ikunu jistgħu jsibu l-ilma kull meta jriduh.”

Assorbiment tal-fosforu mnaqqas permezz taż-żieda ta' Karbonat tal-lantanju ottaidrat

Qtates adulti

— Sors(i) ta' proteina

— Kalċju

— Fosforu

— Potassju

— Sodju

— Il-kontenut tal-aċidi xaħmin essenzjali (jekk ikunu miżjudin)

— Karbonat tal-lantanju ottaidrat

Fil-bidu sa 6 xhur (2)

— Fuq it-tikketta indika: “Huwa rakkomandat li tieħu l-parir ta' veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma ttawwal il-perjodu tal-użu tiegħu.”

— Fl-istruzzjonijiet għall-użu indika: “L-annimali għandhom ikunu jistgħu jsibu l-ilma kull meta jriduh.”

▼B

Dissoluzzjoni ta’ ġebel struwittiv (3)

—  Propjetajiet aċidifikanti ta’ l-urina, livell baxx ta’ manjeżju, u livell ristrett ta’ proteina imma ta’ kwalità għolja

Klieb

— Sors(i) ta’ Proteina

— Kalċju

— Fosfru

— Sodju

— Manjeżju

— Potassju

— Kloridi

— Kubrit

— Sustanzi aċidifikanti ta’ l-urina

5 sa 12-il ġimgħa

Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu:

“Ilma jrid ikun disponibbli l-ħin kollu.”

Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

“Huwa rrakkommandat li opinjoni ta’ veterinarju tkun miksuba qabel l-użu.”

—  Propjetajiet aċidifikanti ta’ l-urina u livell moderat ta’ manjeżju

Qtates

— Kalċju

— Fosfru

— Sodju

— Manjeżju

— Potassju

— Kloridi

— Kubrit

— Total ta’ zokkor

— Sustanzi aċidifikanti ta’ l-urina

Tnaqqis ta’ rikorrenza tal-ġebla struttiva (3)

Propjetajiet aċidifikanti ta’ l-urina u livell moderat ta’ manjeżju

Klieb u qtates

— Kalċju

— Fosfru

— Sodju

— Manjeżju

— Potassju

— Kloridi

— Kubrit

— Sustanzi aċidifikanti ta’ l-urina

Sa 6 xhur

Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

“Huwa rrakkomandat li opinjoni ta’ veterinarju tkun miksuba qabel l-użu.”

Tnaqqsis tal-formazzjoni tal-ġebla uratika

Livell baxx ta’ purini, livell baxx ta’ proteina imma ta’ kwalità għolja

Klieb u qtates

Sors(i) ta’ Proteina

Sa 6 xhur imma użu għal tul il-ħajja f’każijiet ta’ disturbanza irreversibbli tal-metaboliżżmu b’ aċidu urikuż

Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

“Huwa rrakkomandat li opinjoni ta’ veterinarju tkun miksuba qabel l-użu.”

Tnaqqsis tal-formazzjoni tal-ġebla oxalika

Livell baxx ta’ kalċju, livell baxx ta’ vitamina D u propjetajiet alkalizzanti ta’ l-urina

Klieb u qtates

— Fosfru

— Kalċju

— Sodju

— Manjeżju

— Potassju

— Kloridi

— Kubrit

— Total vitamina D

— Idroxiprolina

— Sustanzi alkalizzanti ta’ l-urina

Sa 6 xhur

Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

“Huwa rrakkomandat li opinjoni ta’ veterinarju tkun miksuba qabel l-użu.”

Tnaqqsis tal-formazzjoni tal-ġebla ċistina

Livell baxx ta’ proteina, livell moderat ta’ aċidi amino tal-kubrit u propjetajiet alkalizzanti ta’ l-urina

Klieb u qtates

— Total ta’ aċidi amino tal-kubrit

— Sodju

— Potassju

— Kloridi

— Kubrit

— Sustanzi alkalizzanti ta’ l-urina

Inizjalment sa sena

Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

“Huwa rrakkomandat li opinjoni ta’ veterinarju tkun miksuba qabel l-użu jew qabel ma jkun estiż il-perijodu ta’ l-użu.”

Tnaqqis ta’ l-intolleranzi għall-ingredjenti u n-nutriment (4)

—  Sorsi ta’ proteina magħżula

Klieb u qtates

— Sors(i) ta’ Proteina

— Kontenut ta’ l-aċidi grassi essenzjali (jekk miżjuda)

3 sa 8 ġimgħat jekk jisparixxu s-sinjali ta’ l-intolleranza dan l-ikel jista’ jintuża indefinittivament

 

u/jew

 

—  Sorsi magħżula tal-karbo-idrati (s)

— Sors(i) ta’ Karbo-idrati

— Kontenut ta’ aċidi grassi essenzjali (jekk miżjuda)

Riduzzjoni ta’ disordni assorbittiva intestinali akuta

Livell aktar għoli ta' elettroliti u l-ingredjenti li jkunu diġeriti malajr

Klieb u qtates

— Ingredjenti li jiġu diġeriti b’ mod mgħaġġel kif ukoll it-trattament tagħhom jekk xieraq

— Sodju

— Potassju

— Sors(i) ta’ sustanzi muċilaġġini (jekk miżjuda)

1 sa 2 ġimgħat

Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

— “Matul perijodi ta’ jew l-irkuprar minn dijarreja akuta.”

— “Huwa rrakkomandat li l-opinjoni ta’ veterinarju tkun miksuba qabel l-użu.”

Kumpens għal diġestjoni ħażina (5)

Ingredjenti li jiġu diġeriti malajr u livell aktar baxx ta’ xaħam

Klieb u qtates

Ingredjenti ferm diġeriti inkluż it-trattament tagħhom jekk xieraq

3 sa 12-il ġimgħa, imma durata għal-ħajja fil-każ ta’ insuffiċjenza kronika tal-pankreja

Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

“Huwa rrakkomandat li l-opinjoni ta’ veterinarju tkun miksuba qabel l-użu.”

▼M4

Għajnuna għall-funzjonament tal-qalb f'każ ta' insuffiċjenza kardijaka kronika

Il-livell tas-sodju huwa ristrett li jkun inqas minn 2,6 g/kg fl-ikel tal-annimali domestiċi komplut b'livell ta' umdità ta' 12 %

Klieb u qtates

— Manjeżju

— Potassju

— Sodju

Fil-bidu sa 6 xhur

— L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplut.

— Fuq it-tikketta indika:

— “Huwa rakkomandat li tieħu l-parir ta' veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma ttawwal il-perjodu tal-użu tiegħu.”

▼B

Regolazzjoni ta’ forniment ta’ zokkor (Dijabete mellitus)

Livell baxx ta’ karbo-idrati li jirrilaxxaw iz-zokkor b’mod mgħaġġel

Klieb u qtates

— Sors(i) ta’ Karbo-idrati

— Trattament ta’ karbo-idrati jekk xieraq

— Lamtu

— Total ta’ zokkor

— Fruttożi (jekk miżjuda)

— Kontenut ta’ aċidi grassi essenzjali (jekk miżjuda)

— Sors(i) ta’ aċidi grassi ta’ katina qasira u medja (jekk miżjuda)

Inizjalment sa 6 xhur

Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

“Huwa rrakkomandat li opinjoni ta’ veterinarju tkun miksuba qabel l-użu jew qabel ma jkun estiż il-perijodu ta’ l-użu.”

Sosteniment tal-funzjoni tal-fwied fil-każ ta’ l-insuffiċjenza kronika tal-fwied

—  Proteini ta’ kwalità għolja, livell moderat ta’ proteina, livell għoli ta’ aċidi grassi essenzjali u livell għoli ta’ karboidrati diġeribbli sew

Klieb

— Sors(i) ta’ Proteina

— Kontenut ta’ aċidu grass essenzjali

— Karboidrati ta’ diġeribilità għolja inkluż it-trattament tagħhom jekk xieraq

— Sodju

— Total ta’ ram

Inizjalment sa 6 xhur

Indika fuq il-pakket, il-kontenitur jew it-tikketta:

“Hu rrakkomandat li l-opinjoni tal-veterinarju tiġi meħuda qabel l-użu jew qabel ma jiġi estiż il-perjodu ta’ l-użu.”

Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu:

“L-ilma għandu jkun disponibbli f’kull ħin.”

—  Proteina ta’ kwalità għolja, livell moderat ta’ proteina u livell għoli ta’ aċidi grassi essenzjali

Qtates

— Sors(i) ta’ Proteina

— Sors(i) ta’ proteina

— Sodju

— Total ta’ ram

Inizjalment sa 6 xhur

Indika fil-pakket, fil-kontenitur jew fit-tikketta:

“Hu rrakkomandat li tiġi mitluba l-opinjoni tal-veterinarju qabel l-użu jew qabel ma jiġi estiż il-perjodu ta’ l-użu.”

Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu:

“L-ilma għandu jkun disponibbli f’kull ħin.”

Regolazzjoni ta’ metaboliżżmu lipidu fil-każ ta’ iperlipidimija

Livell baxx ta’ xaħam u livell għoli ta’ aċidi grassi essenzjali

Klieb u qtates

— Kontenut ta’ aċidi essenzjali grassi

— Kontenut ta’ aċidi essenzjali grassi n-3 (jekk miżjuda)

Inizjalment sa xahrejn

Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

“Huwa ssuġġerit li opinjoni ta’ veterinarju tkun miksuba qabel l-użu jew qabel ma jkun estiż il-perijodu ta’ l-użu.”

▼M4

Tnaqqis tal-livelli tal-jodju fl-għalf f'każ ta' ipertirojdiżmu

Il-livell ristrett tal-jodju: massimu ta' 0,26 mg/kg f'ikel tal-annimali domestiċi komplut b'livell ta' umdità ta' 12 %

Qtates

Total tal-jodju

Fil-bidu sa 3 xhur

— L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplut.

— Fuq it-tikketta indika:

— “Huwa rakkomandat li tieħu l-parir ta' veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma ttawwal il-perjodu tal-użu tiegħu.”

Tnaqqis tar-ram fil-fwied

Livell ristrett tar-ramm: massimu ta' 8,8 mg/kg f'ikel tal-annimali komplut b'livell ta' umdità ta' 12 %

Klieb

Total tar-ram

Fil-bidu sa 6 xhur

— L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplut.

— Fuq it-tikketta indika:

— “Huwa rakkomandat li tieħu l-parir ta' veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma ttawwal il-perjodu tal-użu tiegħu.”

▼B

Tnaqqis tal-piż eċċessiv tal-ġisem

Densità ta’ enerġija baxxa

Klieb u qtates

Valur ta’ l-enerġija

Sakemm il-mira tal-piż tal-ġisem tkun ġiet milħuqa

Fl-istruzzjonijiet għall-użu, l-ammont tad-doża xierqa ta’ kuljum, għandha tkun irrakkommandata.

▼M3

Restawr nutrizzjonali, konvalexxenza (6)

Densità kbira ta’ enerġija, konċentrazzjonijiet għolja ta’ nutrijenti essenzjali u ingredjenti faċilment diġeribbli

Klieb u qtates

— Ingredjenti faċilment diġeribbli, inkluż it-trattament tagħhom jekk rilevanti

— Valur tal-enerġija

— Kontenut ta’ aċidi grassi n-3 u n-6 (jekk dawn huma miżjuda)

Sakemm jintlaħaq ir-restawr

Fil-każ ta’ għalf maħsub biex jingħata permezz ta' tubi, dan li ġej għandu jkun indikat fuq it-tikketta: “Amministrazzjoni taħt superviżjoni veterinarja.”

▼M4

 

L-għalf supplimentari jista' jkun fih konċentrazzjoni ta' Enterococcus faecium DSM 10663/NCIMB 10415 ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu fiss rilevanti fl-ikel komplut.

Klieb

Enterococcus faecium DSM 10663/NCIMB 10415 inkluż l-ammont miżjud

bejn 10 ijiem u 15

— L-istruzzjonijiet għall-użu tal-għalf għandhom jiżguraw li jiġi rispettat il-kontenut massimu legali tal-istabilizzant tal-batterji tal-musrana//mikroorganiżmu għall-ikel komplut.

— Fuq it-tikketta indika: “Huwa rakkomandat li tieħu l-parir ta' veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma ttawwal il-perjodu tal-użu tiegħu.”

▼B

Sostenn għall-funzjoni tal-ġilda fil-każ ta’ dermatożi u telf eċċessiv ta’ xagħar

Livell għoli ta’ aċidi grassi essenzjali

Klieb u qtates

Kontenut ta’ aċidi essenzjali grassi

Sa xahrejn

Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu:

“Huwa ssuġġerit li opinjoni ta’ veterinarju tkun miksuba qabel l-użu jew qabel ma jkun estiż il-perijodu ta’ l-użu.”

▼M2

Sostenn tal-metaboliżmu tal-ġogi fil-każ ta’ osteoartrite

Klieb:

Kontenut minimu ta’ materja niexfa tat-total ta’ aċidi xaħmin omega-3 3,3 % u ta’ aċidu ejkosapentenojku (EPA) 0,38 %.

Livell adegwat ta’ vitamina E.

Qtates:

Kontenut minimu ta’ materja niexfa tat-total ta’ aċidi xaħmin omega-3 1,2 % u ta’ aċidu dokosaeżaenojku (DHA) 0,28 %.

Livelli ogħla ta’ metjonina u manganiż.

Livell adegwat ta’ vitamina E

Klieb u qtates

Klieb:

— Total ta’ aċidi xaħmin omega-3

— Total ta’ EPA

— Total ta’ vitamina E

Qtates:

— Total ta’ aċidi xaħmin omega-3

— Total ta’ DHA

— Total ta’ metjonina

— Total ta’ manganiż

— Total ta’ vitamina E

Inizjalment mhux aktar minn tliet xhur

Huwa rrakkomandat li jiġi kkonsultat kirurgu veterinarju qabel l-użu jew qabel ma jkun estiż il-perjodu tal-użu.

▼B

Tnaqqis tar-riskju tad-deni tal-ħalib

—  Livell baxx ta' kalċju

Baqar li jipproduċu l-ħalib

— Kalċju

— Fosfru

— Manjeżju

Minn ġimgħa sa 4 ġimgħat qabel ma jwelldu

Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu:

“Tibqax titma' wara li jwelldu”

u/jew

 
 
 

—  Proporzjoni cations/anions baxxa

— Kalċju

— Fosfru

— Sodju

— Potassju

— Kloridi

— Kubrit

Minn ġimgħa sa 4 ġimgħat qabel ma jwelldu

Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu:

“Tibqax titma' wara li jwelldu”

jew

 
 
 

—  Livell għoli ta' zeolite (synthetic sodium aluminium silicate)

Kontenut ta' synthetic sodium aluminium silicate

Il-ġimagħejn qabel ma jwelldu

Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu:

— L-ammont ta' għalf għandu jkun ristrett biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm teħid kuljum ta' iżjed minn 500g sodium aluminium silicate għal kull annimal

— “Tibqax titma' wara li jwelldu”

jew

 
 
 

—  Livell għoli ta' kalċju fil-forma ta' mluħ tal-kalċju disponibbli ħafna

Kontenut totali ta' kalċju, sorsi u kwantità rispettiva ta' kalċju

Ibda ma' l-ewwel sinjali ta' tqala sa jumejn wara t-tqala

Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

— L-istruzzjoni għall-użu jiġifieri n-numru ta' applikazzjonijiet u ż-żmien qabel u wara li jwelldu

— It-test: “Huwa rrakkomandat li titlob opinjoni minn espert nutrizzjonali qabel l-użu.”

Tnaqqis tar-riskju ta’ ketożi (7) (8)

Ingredjenti li jipprovdu sorsi ta’ enerġija glukoġenika

Baqar u nagħaġ tal-ħalib

— Ingredjenti li jipprovdu glukoġeniku

— Propan-1,2 diol (jekk miżjud bħala prekursur taz-zokkor)

— Gliċerol (jekk miżjud bħala prekursur taz-zokkor)

3 sa 6 ġimgħat qabel ma’ jwelldu l-għoġġiela (9)

L-aħħar 6 ġimgħat qabel u l-ewwel 3 ġimgħat wara li jwelldu l-ħrief (10)

 

Tnaqqis tar-riskju tat-tetnu (ipomanjesjamija)

Livell għoli ta’ magnjeżju, karboidrati faċilment disponibbli, livell moderat ta’ proteina u livell baxx ta’ potassju

Ruminanti

— Lamtu

— Total ta’ zokkor

— Manjeżju

— Sodju

— Potassju

3 sa 10 ġimgħat matul perijodi ta’ tkabbir ta’ malajr tal-ħaxix

Fl-istruzzjonijiet għall-użu, gwida għandha tkun ipprovduta fuq il-bilanċ tal-kwantità ta’ kuljum, f’dak li jirrigwardja l-inklużjoni tal-fibra u sorsi faċilment disponibbli ta’ l-enerġija.

Fil-każ tal-materjali ta’ l-għalf għall-ovini indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

“Speċjalment għall-ħrief li jerdgħu.”

Tnaqqis tar-riskju ta’ l-aċidożi

Livell baxx ta’ karboidrati li jiffermentaw b’mod faċli u għandhom il-kapaċità ta’ lqugħ għolja

Ruminanti

— Lamtu

— Total ta’ zokkor

Massimu ta’ xahrejn (11)

Fl-istruzzjonijiet għall-użu, gwida għandha tkun ipprovduta fuq il-bilanċ tal-kwanitità ta’ kuljum, f’dak li jirrigwardja l-inklużjoni tal-fibra u sorsi faċilment fermentabbli tal-karboidrati. Fil-każ tal-materjali ta’ l-għalf għall-baqar li jreddgħu indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta: “Speċjalment għal baqar ta’ produzzjoni għolja.” Fil-każ tal-materjali ta’ l-għalf għal ruminanti għas-simna indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta: “Speċjalment għal dawk mitmugħa intensivament.” (12)

▼M3

L-għotja tul żmien twil ta' mikronutrijenti u/jew vitamini lil annimali li jirgħu

Livell għoli ta'

— Mikronutrijenti

— u/jew

— vitamini, provitamini u sustanzi ddefiniti sew kimikament li għandhom effetti simili.

L-għalf supplimentari jista' jkun fih addittivi b'konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet.

Ruminanti b'kirxa funzjonali

— L-ismijiet u l-ammonti totali miżjuda ta' kull mikronutrijent, vitamina, provitamina u sustanza ddefinita kimikament li għandhom effetti simili.

— Ir-rata ta' rilaxx kuljum ta' kull mikronutrijent u/jew vitamina jekk jintuża bolus;

— Il-perjodu massimu tar-rilaxx kontinwu tal-mikronutrijent jew tal-vitamina jekk jintuża bolus.

Sa 12-il xahar

— Hija permessa l-applikazzjoni fil-forma ta' bolus. Bolus jista' jkun fih sa 20 % ħadid f'forma inerti, mhux bijodisponibli, biex tiżdied id-densità tiegħu.

— Indika fuq it-tikketta tal-għalf:

— 

“—  Is-supplimentazzjoni simultanja ta' addittivi b'kontenut massimu minn sorsi differenti minn ta' dawk fil-bolus, jekk applikabbli, għandha tiġi evitata.

—  Qabel l-użu, huwa rakkomandat li jintalab parir mingħand veterinarju jew dietologu dwar:

(1)  il-bilanċ tal-mikronutrijenti fil-porzjon ta' kuljum;

(2)  l-istatus tal-mikronutrijenti tal-merħla

—  Il-bolus fih x % ħadid inerti biex tiżdied id-densità tiegħu, jekk applikabbli.”

Kumpens għal nuqqas ta' ħadid disponibbli wara t-twelid

Livelli għoljin ta' komposti tal-ħadid awtorizzati skont il-grupp funzjonali “komposti ta' mikronutrijenti” tal-kategorija “addittivi nutrittivi” kif imsemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

L-għalf supplimentari jista' jkun fih il-ħadid b'konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet.

Ħnienes mhux miftuma u għoġġiela

Kontenut totali ta' ħadid

Wara t-twelid sa 3 ġimgħat

L-istruzzjonijiet għall-użu tal-għalf għandhom jiżguraw li l-kontenut massimu legali tal-ħadid għall-għalf komplet jiġi rispettat.

Sostenn tar-riġenerazzjoni ta' qwieqeb, saqajn u ġilda

Livell għoli ta' żingu.

L-għalf supplimentari jista' jkun fih iż-żingu b'konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet.

Żwiemel, ruminanti u qżieqeż

L-ammont totali ta'

— żingu

— metjonina

Sa 8 ġimgħat

L-istruzzjonijiet għall-użu tal-għalf għandhom jiżguraw li l-kontenut massimu legali taż-żingu għall-għalf komplet jiġi rispettat.

Sostenn għat-tħejjija għall-estru u r-riproduzzjoni

— Livell għoli ta'-selenju u

— kontenut minimu ta' vitamina E f'kull kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %, għall-qżieqeż, kontenut ta' 53 mg, għall-fniek, 35 mg, għall-klieb, il-qtates, il-mink, ta' 88 mg;

— kontenut minimu ta' vitamina E kuljum għal kull annimal, għall-ovini 100 mg, għall-bovini 300 mg u għaż-żwiemel 1 100 mg

— jew

— Livell(i) għoli/għoljin ta'vitamina A

— u/jew vitamina D u/jew

— kontenut minimu ta' beta karotin ta' 300 mg kuljum għal kull annimal

L-għalf supplimentari jista' jkun fih is-selenju, u l-vitamini A u D b'konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet.

Mammiferi

L-ismijiet u l-ammonti totali ta' kull mikronutrijent u vitamina miżjuda.

— Baqar: ħmistax qabel tmiem il-ġestazzjoni sa meta tiġi kkonfermata ġestazzjoni oħra.

— Ħnieżer nisa: minn 7 ijiem qabel ma jwelldu sa 3 ijiem wara u minn 7 ijiem qabel it-tgħammir sa 3 ijiem wara.

— Mammiferi nisa oħrajn: mill-aħħar ftit tal-ġestazzjoni sa meta tiġi kkonfermata ġestazzjoni oħra.

— Irġiel: waqt perjodi ta' attività riproduttiva

— L-istruzzjonijiet għall-użu tal-għalf għandhom jiżguraw li l-kontenut massimu legali għall-għalf komplet jiġi rispettat.

— Indika fuq it-tikketta tal-għalf:

— 'Gwida għas-sitwazzjonijiet li fihom l-użu tal-għalf huwa rilevanti.

— Livell(i) għoli/għoljin tavitamina A u/jew vitamina D

— jew

— Livell(i) għoli/għoljin ta' selenju u/jew żingu u/jewkontenut minimu 44 mg/kg ta' vitamina E fl-għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %.

L-għalf supplimentari jista' jkun fih is-selenju, iż-żingu u l-vitamini A u D b'konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet.

Għasafar

L-ismijiet u l-ammonti totali ta' kull mikronutrijent u vitamina miżjuda.

— Għan-nisa: waqt l-estru

— Għall-irġiel: waqt perjodi ta' attività riproduttiva

▼M4

Stabbilizzazzjoni tal-bilanċ tal-ilma u l-elettroliti biex tgħin id-diġestjoni fiżjoloġika

— B'mod predominanti elettroliti: sodju, potassju u kloruri

— Kapaċità ta' tmewwit (3): minimu ta' 60 mmol f'kull litru tax-xarba mħallta bil-lest għat-tagħlif

— Karboidrati diġeribbli ħafna

Għoġġiela, qżieqeż, ħrief, gidjien u mħar

— Sodju

— Potassju

— Kloruri

— Sors(i) ta' karboidrati

— Bikarbonati u/jew ċitrati (jekk ikunu miżjuda)

bejn ġurnata u 7 ijiem

— Il-medda rakkomandata tal-elettroliti f'kull litru ta' xarba lesta għat-tagħlif:

— 

Sodju 1,7 g — 3,5 g

Potassju: 0,4 g — 2,0 g

Kloruri: 1 g — 2,8 g

— Fuq it-tikketta indika:

— 

(1)  “Fil-każ ta' riskju ta' disturbi diġestivi, waqt perjodi ta' disturbi diġestivi, jew waqt il-konvalexxenza minn disturbi diġestivi (dijarea).”

(2)  “Huwa rakkomandat li tieħu l-parir ta' veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma ttawwal il-perjodu tal-użu tiegħu.”

— Fl-istruzzjonijiet għall-użu indika:

— 

(1)  Id-doża rakkomandata tax-xarba lesta mħallta u ta' ħalib, jekk rilevanti.

(2)  Fil-każ li l-bikarbonati u/jew iċ-ċitrati jaqbżu l-40 mmol f'kull litru tax-xarba lesta mħallta għat-tagħlif: “Għandu jiġi evitat it-tagħlif bil-ħalib fl-istess ħin lill-annimali li jkollhom l-abomasum.”

▼B

Tnaqqis tar-riskju ta’ kalkul urinarju

Livell baxx ta’ fosfru, manjeżju u propjetajiet ta’ l-urina aċidifikanti

Ruminanti

— Kalċju

— Fosfru

— Sodju

— Manjeżju

— Potassju

— Kloridi

— Kubrit

— Sustanzi aċidifikanti ta’ l-urina

Sa 6 ġimgħat

Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

“Speċjalment għal dawk mitmugħa intensivament.”

Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu:

“Ilma jrid ikun disponibbli il-ħin kollu.”

Tnaqqis ta’ reazzjonijiet ta’ l-istress

—  Livell għoli ta’ manjeżju

Majjali

—  Manjeżju

Ġurnata sa 7 tijiem

Gwida għandha tkun ipprovduta dwar is-sitwazzjoni f’liema użu ta’ dan l-ikel huwa xieraq

u/jew

 

—  Ingredjenti li jkunu diġeriti malajr

— Ingredjenti li jiġu diġeriti b’ mod mgħaġġel kif ukol lit-trattament tagħhom jekk xieraq

— Kontenut ta’ l-aċidi essenzjali grassi n-3 (jekk miżjuda)

▼M3

Stabilizzazzjoni tad-diġestjoni fiżjoloġika

Kapaċità ta’ tmewwit baxxa, u ingredjenti faċilment diġeribbli

Ħnienes

— Ingredjenti faċilment diġeribbli, dan jinkludi t-trattament tagħhom, jekk rilevanti

— Kapaċità ta’ tmewwit

— Sors(i) ta’ sustanzi astrinġenti (jekk miżjuda)

— Sors(i) ta’ sustanzi muċillaġini (jekk miżjuda)

Ġimagħtejn sa 4 ġimgħat

Indika fuq it-tikketta:

“Fil-każ ta’ riskju ta’ disturbi diġestivi, matul il-perjodi ta’ disturbi diġestivi, jew waqt l-irkuprar minn disturbi diġestivi.”

Ingredjenti faċilment diġeribbli

Qżieqeż

— Ingredjenti faċilment diġeribbli, dan jinkludi t-trattament tagħhom, jekk rilevanti

— Sors(i) ta’ sustanzi astrinġenti (jekk miżjuda)

— Sors(i) ta’ sustanzi muċillaġini (jekk miżjuda)

▼M4

 

Addittivi tal-għalf tal-grupp funzjonali “Stabilizzant tal-batterji tal-musrana” tal-kategorija “addittivi żootekniċi” kif imsemmijin fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jew, sakemm tkun għaddejja l-proċedura tal-awtorizzazzjoni mill-ġdid imsemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, addittivi tal-għalf tal-grupp “mikroorganiżmi”.

L-għalf supplimentari jista' jkun fih konċentrazzjoni tal-addittivi tal-grupp funzjonali: “stabilizzanti tal-batterji tal-musrana/mikroorganiżmi” aktar minn 100 darba daqs il-kontenut massimu fiss rilevanti fl-għalf komplut.

Speċijiet ta' annimali li għalihom huwa awtorizzat l-istabilizzant tal-batterji tal-musrana/mikroorganiżmu

L-isem u l-ammont miżjud tal-istabilizzant tal-batterji tal-musrana/mikroorganiżmu

Sa 4 ġimgħat

— Fuq it-tikketta tal-għalf indika:

— 

(1)  “Fil-każ ta' riskju ta' disturbi diġestivi, waqt perjodi ta' disturbi diġestivi, jew waqt il-konvalexxenza minn disturbi diġestivi.”

(2)  Fejn japplika: “L-għalf fih konċentrazzjoni ta' stabilizzant tal-batterji tal-musrana/mikroorganiżmu ta' aktar minn 100 darba l-kontenut massimu awtorizzat fl-għalf komplut.”

— L-istruzzjonijiet għall-użu tal-għalf għandhom jiżguraw li jiġi rispettat il-kontenut massimu legali tal-istabilizzant tal-batterji tal-musrana//mikroorganiżmu għall-ikel komplut.

▼B

Tnaqqis tar-riskju ta’ konstipazzjoni

Ingredjenti li jistimulaw il-passaġġ intestinali

Majjali femminili

Ingredjenti li jistimulaw il-passaġġ intestinali

10 sa 14-il ġurnata qabel u 10 sa 14-il ġurnata wara t-twelid tal-majjalini

 

Tnaqqis tar-riskju tas-sindromu tal-fwied imxaħħam

Enerġija baxxa u proporzjon għoli ta’ l-enerġija metaboliżżabbli minn lipidi b’livell għoli ta’ aċidi grassi polisaturati

Tiġieġ li jbidu

— Valur Enerġiku (kkalkulat skond il-metodu KE)

— Perċentwali ta’ enerġija metabilizzabbli mil-lipidi

— Kontenut ta’ aċidi grassi polisaturizzati

Sa 12-il ġimgħa

 

Kumpens għal assorbiment hażin

Livell baxx ta’ aċidi grassi saturati u livell għoli ta’ vitamini mxaħħma li jinħallu fl-ilma

Tjur apparti milli wiżż u ħamiem

— Perċentwali ta’ aċidi grassi saturati meta mqabbla mat-total ta’ aċidi grassi

— Total ta’ vitamina A

— Total ta’ vitamina D

— Total ta’ vitamina E

— Total ta’ vitamina K

Matul l-ewwel ġimagħtejn wara t-tfaqqis

 

Kumpens għal insuffiċjenza kronika fil-funzjonijiet ta’ l-imsaren iż-żgħar

Karboidrati diġestibbli prekaekalli għolja

Ekwini (14)

—  Sorsi ta’ karbo-idrati diġestibbli għolja, proteini, u xaħmijiet, inkluż it-trattament tagħhom jekk applikabbli

Inizjalment sa sitt xhur

Gwida għandha tkun ipprovduta fis-sitwazzjonijiet li fihom l-użu ta’ l-għalf huwa xieraq u l-manjiera li biha għandhom ikunu amministrati bħala għalf inklużi ikliet żgħar ta’ kuljum

Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

“Huwa rrakkommandat li l-opinjoni veterinarja għandha tkun miksuba qabel l-użu jew qabel ma jkun estiż il-perjodu ta’ l-użu.”

Kumpens għal disordni diġestiva kronika ta’ l-intestini l-kbar

Fibra ferm diġestibbli

Ekwini

— Sors(i) tal-fibra

— Kontenut ta’ n-3 aċidi grassi (jekk miżjuda)

Inizjalment sa sitt xhur

Gwida għandha tkun ipprovduta fis-sitwazzjonijiet li fihom l-użu ta’ l-għalf huwa xieraq u l-manjiera li biha għandhom ikunu amministrati bħala għalf

Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

“Huwa rrakkommandat li l-opinjoni veterinarja għandha tkun miksuba qabel l-użu jew qabel ma jkun estiż il-perjodu ta’ l-użu.”

Tnaqqis tar-reazzjonijiet ta’ l-istress

Ingredjenti ferm diġestibbli

Ekwini

— Manjeżju

— Ingredjenti diġestibbli għolja, inkluż it-trattament tagħhom jekk applikabbli

— Kontenut ta’ n-3 aċidi grassi (jekk miżjuda)

Minn 2 sa 4 ġimgħat

Gwida għandha tkun ipprovduta dwar is-sitwazzjonijiet preċiżi li fihom l-użu ta’ l-għalf huwa xieraq

Kumpens għat-telf ta’ l-elettrolite fil-każi ta’ għaraq żejjed

Elettrolite predominanti u karbo-idrati faċiliment assorbibbli

Ekwini

— Kalċju

— Sodju

— Manjeżju

— Potassju

— Kloridi

— Glukożju

Minn wieħed sa 3 ijiem

Gwida għandha tkun ipprovduta fis-sitwazzjonijiet li fihom l-użu ta’ l-għalf huwa xieraq

Meta l-għalf jikkorrispondi għal parti sinifikanti tal-kwantità ta' kuljum, għandha tkun ipprovduta gwida biex ikun evitat ir-riskju ta' tibdil f'daqqa fin-natura ta' l-għalf

Indika fuq l-istruzzjonijiet għall-użu:

“L-ilma għandu jkun disponibbli il-ħin kollu.”

▼M3

Sostenn tat-tħejjija għal, u l-irkupru minn eżerċizju ta' sforz sportiv

Livell għoli ta' selenju u kontenut minimu ta' 50mg ta' vitamina E f'kull kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %.

L-għalf supplimentari jista' jkun fih il-komposti tas-selenju b'konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet.

Equidae

L-ammont totali ta'

— il-vitamina E:

— is-selenju.

Sa 8 ġimgħat qabel l-eżerċizzju ta' sforz sportiv - Sa 4 ġimgħat wara l-eżerċizzju ta' sforz sportiv

L-istruzzjonijiet għall-użu tal-għalf għandhom jiżguraw li l-kontenut massimu legali tas-selenju għall-għalf komplet jiġi rispettat.

▼B

Restawr nutrizzjonali, konvalixxenza

Konċentrazzjoni għolja tan-nutrimenti essenzjali u ta’ l-ingredjenti ferm diġestibbli

Ekwini

— Ingredjenti diġestibbli għolja, inkluż it-trattament tagħhom jekk applikabbli

— Kontenut ta’ n-3 u n-6 aċidi grassi (jekk miżjuda)

Sakemm ir-restawr ikun milħuq

Gwida għandha tkun ipprovduta fis-sitwazzjonijiet li fihom l-użu ta’ l-għalf huwa xieraq

Fil-każ ta’ għalf speċjalment ippreżentat li għandu jkun mogħti via it-tubi, indika fuq il-pakkett, kontenitur jew tikketta:

“Amministrazzjoni taħt is-superviżjoni veterinarja.”

Sostenn tal-funzjoni tal-fwied fil-każ ta’ insuffiċjenza kronika tal-fwied

Livell baxx ta’ proteina ta’ kwalità għolja u karboidrati diġestibbli għoljin

Ekwini

— Proteini u sorsi ta’ fibra

— Ingredjenti diġestibbli għolja, inkluż it-trattament tagħhom jekk applikabbli

— Metjonin

— Kolin

— Kontenut ta’ n-3 aċidi grassi (jekk miżjuda)

Inizjalment sa 6 xhur

Gwida għandha tkun ipprovduta dwar il-manjiera li permezz tagħha l-għalf għandu jkun mitmugħ, inklużi diversi ikliet żgħar kuljum

Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

“Huwa rrakkommandat li l-opinjoni veterinarja għandha tkun miksuba qabel l-użu jew qabel ma jkun estiż il-perjodu ta’ l-użu.”

Sostenn għall-funzjoni renali fil-każ ta’ insuffeċjenza kronika renali

Livell baxx ta’ proteina imma ta’ kwalità għolja u livell baxx ta’ fosfru

Ekwini

— Sors(i) ta’ Proteina

— Kalċju

— Fosfru

— Potassju

— Manjeżju

— Sodju

Inizjalment sa 6 xhur

Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

“Huwa rrakkommandat li l-opinjoni veterinarja għandha tkun miksuba qabel l-użu jew qabel ma jkun estiż il-perjodu ta’ l-użu.”

Indika fuq l-istruzzjonijiet ta’ l-użu:

“L-ilma għandu jkun disponibbli il-ħin kollu.”

(1)   Fejn ikun rilevanti, il-manifattur jista' wkoll jirrakkomanda l-użu għall-insuffiċjenza renali temporanja.

(2)   Jekk l-għalf ikun rakkomandat għall-insuffiċjenza renali temporanja, il-perjodu tal-użu rakkomandat għandu jkun ta' bejn ħmistax u erba' ġimgħat.

(3)   Fil-każ ta’ materjali ta’ l-għalf għall-qtates “marda tal-passaġġ baxx ta’ l-urina tal-qtates” jew “sindromu uroloġiku tal-qtates - F.U.S” jista’ jikkumpensa l-iskop nutrittiv partikolari.

(4)   Fil-każ ta’ materjali ta’ l-għalf għal intolleranza partikolari, referenza għall-intolleranza speċifika tista’ tirrimpjazza “ingredjent u nutrijent”.

(5)   Il-manifattur jista jikkompleta l-iskop nurtittiv partikolari mar-referenza: “insuffiċjenza essokrina pankrejatika”.

(6)   Il-manifattur jista jikkompleta l-għan nutrittiv partikolari b'referenza għal-“Lipidosi ħepatika fellina”.

(7)   It-terminu “ketożi” jista’ jkun irrimpjazzat minn “aċetonemja”.

(8)   Il-manifatturi jistgħu ukoll jirrakkomandaw l-użu għall-irkupru tal-ketożi.

(9)   Fil-każ ta’ materjali ta’ l-għalf għall-baqar tal-ħalib.

(10)   Fil-każ ta’ materjali ta’ l-għalf għan-nagħaġ.

(11)   Fil-każ ta’ materjali ta’ l-għalf għall-baqar tal-ħalib: “massimu ta’ xahrejn mill-bidu tal-lattazzjoni.”

(12)   Indika l-kategorija tar-ruminanti kkonċernati.

(13)   Kalkolu maħdum skont il-metodu Differenza tal-Joni Qawwijin (Strong Ion Difference) (il-Valur SID): L-SID huwa d-differenza bejn it-totali tal-konċentrazzjonijiet tal-katjoni qawwijin u l-anjoni qawwijin; [SID] = [mmol Na+/l] + [mmol K+/l] + [mmol Ca++/l] + [mmol Mg++/l] – [mmol Cl-/l] – [mmol Anjoni Qawwijin Oħrajn/l].

(14)   Fil-każ ta’ materjali ta’ l-ikel li huma speċjalment ippreparati sabiex jilħqu l-kondizzjonijiet speċifiċi ta’ annimali ferm xjuħ (ingredjenti faċilment diġestibbli), referenza għal “annimali xjuħ” għandha tkun inkluża fl-indikazzjoni tal-ispeċje jew tal-kategorija ta’ l-annimali.




ANNESS II

PARTI A



Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta’ l-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmi fl-Artikolu 2)

Direttiva tal-Kummissjoni 94/39/KE

(ĠU L 207, 10.8.1994, p. 20)

Direttiva tal-Kummissjoni 95/9/KE

(ĠU L 91, 22.4.1995, p. 35)

Direttiva tal-Kummissjoni 2002/1/KE

(ĠU L 5, 9.1.2002, p. 8)

Direttiva tal-Kummissjoni 2008/4/KE

(ĠU L 6, 10.1.2008, p. 4)

PARTI B



Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmi fl-Artikolu 2)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

94/39/KE

30 ta’ Ġunju 1995

95/9/KE

30 ta’ Ġunju 1995

2002/1/KE

20 ta’ Novembru 2002

2008/4/KE

30 ta' Lulju 2008




ANNESS III



Tabella ta’ korrelazzjoni

Direttiva 94/39/EC

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Anness

Anness I

Anness II

Anness III



( 1 ) ĠU L 237, 22.9.1993, p. 23. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

( 2 ) ĠU L 207, 10.8.1994, p. 20. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2008/4/KE (ĠU L 6, 10.1.2008, p. 4).

( 3 ) Ara l-Anness II, Parti A.

( 4 ) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

( 5 ) ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.