2008D0911 — MT — 26.03.2010 — 002.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-21 ta’ Novembru 2008 li tistabbilixxi lista ta’ sustanzi erbali, preparazzjonijiet erbali u kombinazzjonijiet tagħhom għal użu fi prodotti mediċinali erbali tradizzjonali (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6933) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 328, 6.12.2008, p.42) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 11 |
12 |
16.1.2010 |
||
|
L 12 |
14 |
19.1.2010 |
||
|
L 80 |
52 |
26.3.2010 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-21 ta’ Novembru 2008
li tistabbilixxi lista ta’ sustanzi erbali, preparazzjonijiet erbali u kombinazzjonijiet tagħhom għal użu fi prodotti mediċinali erbali tradizzjonali
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6933)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/911/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(f) tagħha,
Wara li kkunsidrat l-opinjonijiet ta’ l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, ifformulati fis-7 ta’ Settembru 2007 mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Erbali,
Billi:|
(1) |
Il-Foeniculum vulgare Miller subsp. vulgare var. vulgare u l-Foeniculum vulgare Miller subsp. vulgare var. dulce (Miller) Thellung jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi Komunitarju rigward il-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem. Il-Foeniculum Vulgare Miller Subsp. Vulgare Var. Vulgare u l-Foeniculum Vulgare Miller Subsp. Vulgare Var. Dulce (Miller) Thellung jistgħu jitqiesu bħala sustanzi erbali, preparazzjonijiet erbali u/jew kombinazzjonijiet tagħhom. |
|
(2) |
Għaldaqstant huwa xieraq li tiġi stabbilita lista ta’ sustanzi erbali, preparazzjonijiet erbali u kombinazzjonijiet tagħhom għal użu fi prodotti mediċinali erbali tradizzjonali inkluż id-dħul ta’ Foeniculum vulgare Miller subsp. vulgare var. vulgare u d-dħul ta’ Foeniculum vulgare Miller subsp. vulgare var. dulce (Miller) Thellung. |
|
(3) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Lista ta’ sustanzi erbali, preparazzjonijiet u taħlitiet tagħhom għall-użu fi prodotti mediċinali erbali tradizzjonali hija stabbilita fl-Anness I.
Artikolu 2
L-indikazzjonijiet, id-dożaġġi speċifikati u l-pożoloġija, kif jittieħdu u kull informazzjoni oħra meħtieġa għall-użu bla periklu tas-sustanzi erbali bħala prodott mediċinali tradizzjonali relevanti għas-sustanzi erbali elenkati fl-Anness I huma stabbiliti fl-Anness II.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
Lista ta’ sustanzi erbali, preparazzjonijiet erbali u kombinazzjonijiet tagħhom għal użu fi prodotti mediċinali erbali tradizzjonali stabbiliti skond l-Artikolu 16f tad-Direttiva 2001/83/KE kif emendat bid-Direttiva 2004/24/KE
Calendula officinalis L
Echinacea purpurea (L.) Moench
Eleutherococcus senticosus (Rupr. et Maxim.) Maxim
Foeniculum vulgare Miller subsp. vulgare var. vulgare (Bużbież morr, frott)
Foeniculum vulgare Miller subsp. vulgare var. dulce (Miller) Thellung (Bużbież ħelu, frott)
Mentha x piperita L.
Pimpinella anisum L
ANNESS II
DAĦLA FIL-LISTA TAL-KOMUNITÀ DWAR CALENDULA OFFICINALIS L
Isem xjentifiku tal-pjanta
Calendula officinalis L.
Familja botanika
Asteraceae
Sustanza veġetali
Fjura calendula
Isem komuni tas-sustanza veġetali fil-lingwi kollha uffiċjali tal-UE
BG (bălgarski): Невен, цвят
CS (čeština): Měsíčkový květ
DA (dansk): Morgenfrueblomst
DE (Deutsch): Ringelblumenblüten
EL (elliniká): Άνθος καλέντουλας
EN (English): Calendula flower
ES (español): Flor de caléndula
ET (eesti keel): Saialilleõisik
FI (suomi): Tarhakehäkukan kukka
FR (français): Souci
HU (magyar): A körömvirág virága
IT (italiano): Calendula fiore
LT (lietuvių kalba): Medetkų žiedai
LV (latviešu valoda): Kliņģerītes ziedi
MT (malti): Fjura calendula
NL (nederlands): Goudsbloem
PL (polski): Kwiat nagietka
PT (português): Flor de calêndula
RO (română): Floare de gălbenele (calendula)
SK (slovenčina): Nechtíkový kvet
SL (slovenščina): Cvet vrtnega ognjiča
SV (svenska): Ringblomma, blomma
IS (íslenska): Morgunfrú, blóm
NO (norsk): Ringblomst
Preparazzjoni(jiet) veġetali
A) Estratt likwidu (DER 1:1), estratt solventi tal-etanol 40-50 % (v/v)
B) Estratt likwidu (DER 1:1,8-2,2), estratt solventi tal-etanol 40-50 % (v/v)
C) Tintura (DER 1:5), estratt solventi tal-etanol 70-90 % (v/v)
Referenza monografika tal-Farmakopea Ewropea
Calendula flower - Calendulae flos (01/2005:1297)
Indikazzjoni(jiet)
(a) Prodott ta’ mediċina tradizzjonali veġetali għat-trattament ta’ sintomi ta’ infjammazzjonijiet minuri fil-ġilda (bħalma huma l-ħruq mix-xemx) u bħala għajnuna għal ġrieħi żgħar.
(b) Prodott ta’ mediċina veġetali għat-trattament simptomatiku ta’ infjammazzjonijiet minuri fil-ħalq jew il-griżmejn.
Il-prodott huwa prodott mediċinali veġetali tradizzjonali sabiex jintuża f’indikazzjonijiet speċifikati bbażati esklużivament fuq esperjenza ta’ użu fit-tul.
Tip ta’ tradizzjoni
Ewropea
Qawwa speċifikata
Jekk jogħġbok ara “Pożoloġija speċifikata”.
Pożoloġija speċifikata
Preparazzjonijiet veġetali:
A) Estratt likwidu (DER 1:1)
F’forom ta’ dożaġġ semisolidu: ammont ekwivalenti għal sustanza veġetali ta’ 2-10 %
B) Estratt likwidu (DER 1:1,8-2,2)
F’forom ta’ dożaġġ semisolidu: ammont ekwivalenti għal sustanza veġetali ta’ 2-5 %
C) Tintura (DER 1:5)
F’kumpressi mħallta ma’ tal-anqas 1:3 ilma li għadu kemm tgħalla.
F’forom ta’ dożaġġ semisolidu: ammont ekwivalenti għal sustanza veġetali ta’ 2-10 %.
Bħala gargarizzant jew soluzzjoni ta’ tlaħliħ il-ħalq f’soluzzjoni ta’ 2 %.
2 sa 4 darbiet kuljum
Indikazzjoni a)
Mhuwiex irrakkomandat l-użu fuq tfal li jkollhom inqas minn 6 snin (ara t-“Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu” hawn taħt).
Indikazzjoni b)
Mhuwiex irrakkomandat l-użu fuq tfal li jkollhom inqas minn 12-il sena (ara t-“Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu” hawn taħt).
Mnejn u kif jingħata
Użu kutanju u oromukożali.
Tul ta’ żmien tal-użu jew kwalunkwe restrizzjonijiet fuq it-tul ta’ żmien tal-użu
Kompressi: neħħi wara 30-60 minuta
Il-preparazzjonijiet veġetali kollha: Jekk is-sintomi wara ġimgħa jibqgħu jippersistu matul l-użu tal-prodott mediċinali, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa.
Kwalunkwe tagħrif ieħor għal użu bla periklu
Kontraindikazzjonijiet
Ipersensittività għallmembri tal-familja Asteraceae (Compositae).
Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu
Indikazzjoni a)
L-użu fit-tfal taħt is-6 snin mhuwiex irrakkommandat minħabba li ma hemmx esperjenza disponibbli.
Indikazzjoni b)
L-użu fit-tfal taħt it-12-il sena mhuwiex irrakkommandat minħabba li ma hemmx esperjenza disponibbli.
Jekk jiġu osservati sinjali ta’ infezzjoni tal-ġilda, għandu jiġi kkonsultat tabib jew professjonist kwalifikat fil-kura tas-saħħa.
Interazzjonijiet ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni
Ebda interazzjoni ma ġiet irrappurtata.
Tqala u treddigħ
Ma ġietx stabbilita s-sikurezza matul it-tqala u t-treddigħ.
Fin-nuqqas ta’ dejta suffiċjenti, l-użu matul it-tqala u t-treddigħ mhuwiex irrakkomandat.
Effetti fuq il-kapaċità tassewqan u t-tħaddim ta’ magni
Mhux rilevanti.
Effetti mhux mixtieqa
Sensitizzazzjoni tal-ġilda. Il-frekwenza mhijiex magħrufa.
Jekk iseħħu reazzjonijiet avversi oħra mhux imsemmija hawn fuq, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa.
Doża eċċessiva
Ebda każ irrappurtat.
DAĦLA FIL-LISTA TAL-KOMUNITÀ DWAR L-ECHINACEA PURPUREA (L.) MOENCH, HERBA RECENS
Isem xjentifiku tal-pjanta
“Echinacea purpurea (L.) Moench”
Familja botanika
Asteraceae
Sustanza veġetali
Echinacea
Isem komuni tas-sustanza veġetali fil-lingwi kollha uffiċjali tal-UE
BG (bălgarski): пурпурна ехинацея, пресен стрък
CS (čeština): čerstvá nať třapatky nachové
DA (dansk): Purpursolhat, frisk urt
DE (deutsch): Purpursonnenhutkraut, frisch
EL (elliniká): Πόα Εχινάκεας της πορφυράς
EN (English): purple coneflower herb
ES (español): Equinácea purpúrea, partes aéreas incluidas sumidades floridas
ET (eesti keel): punane siilkübar
FI (suomi): kaunopunahattu, tuore verso
FR (français): parties aériennes fraîches d’échinacée pourpre
HU (magyar): bíbor kasvirág virágos hajtása
IT (italiano): Echinacea purpurea, pianta fresca
LT (lietuvių kalba): rausvažiedžių ežiuolių žolė
LV (latviešu valoda): purpursarkanās ehinacejas laksti
MT (Malti): Echinacea Vjola
NL (nederlands): rood zonnehoedkruid
PL (polski): jeżówka purpurowa, świeże ziele
PT (português): Equinácea, partes aéreas floridas
RO (română): iarbã proaspãtã de Echinacea, pãlãria soarelui
SK (slovenčina): echinacea purpurová, čerstvá vňať
SL (slovenščina): sveža zel škrlatne ehinaceje
SV (svenska): röd solhatt, färsk ört
IS (íslenska): Sólhattur
NO (norsk): Rød solhatt
Preparazzjoni/ijiet veġetali
Meraq u meraq imnixxef minn partijiet friski tal-pjanta maqtugħin mill-art li qed jiffjorixxu.
Referenza monografika tal-Farmakopea Ewropea
Mhux Applikabbli
Indikazzjoni/jiet
Prodott mediċinali veġetali tradizzjonali għal trattament ta’ ġrieħi żgħar superfiċjali.
Il-prodott huwa prodott mediċinali veġetali tradizzjonali biex jintuża f'indikazzjonijiet speċifikati bbażati esklużivament fuq użu fit-tul.
Tip ta’ tradizzjoni
Ewropea
Dożaġġ speċifikat
Minn 10 sa 20 g /100 g ta' meraq magħsur jew ammont ekwivalenti ta’ meraq magħsur imnixxef f’forom ta' dożaġġ likwidi jew semi- solidi.
Pożoloġija speċifikata
Adoloxxenti ta’ aktar minn 12-il sena, adulti, anzjani:
Ammont żgħir ta’ ingwent għandu jiġi applikat fuq il-ġerħa darbtejn jew tliet darbiet kuljum.
Mhuwiex irrakkomandat l-użu minn tfal li jkollhom inqas minn 12-il sena (ara s-sezzjoni “Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu”).
Mnejn u kif jingħata
Użu fuq il-ġilda.
Tul ta’ żmien tal-użu jew xi restrizzjonijiet fuq it-tul ta’ żmien tal-użu
Tużax il-prodott mediċinali għal aktar minn ġimgħa.
Jekk is-sintomi jibqgħu jippersistu matul l-użu tal-prodott mediċinali, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa.
Kwalunkwe tagħrif ieħor għall-użu bla periklu
Kontraindikazzjonijiet
Ipersensittività għas-sustanza attiva jew għall-pjanti tal-familja Asteraceae (Compositae).
Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu
Jekk jidhru sinjali ta' infezzjoni tal-ġilda, għandu jintalab parir mediku.
L-użu fit-tfal taħt it-12-il sena mhuwiex rakkommandat minħabba li ma hemmx stħarriġ biżżejjed dwar l-użu sikur tiegħu.
Interazzjonijiet ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni
Ebda interazzjoni ma ġiet irrappurtata.
Tqala u rdigħ
Ma hemm l-ebda dejta dwar l-użu fuq il-ġilda waqt it-tqala jew l-irdigħ.
Il-prodotti li fihom l-Echinacea ma għandhomx jiġu applikati fuq sider in-nisa li jreddgħu.
Effetti fuq il-kapaċità tas-sewqan u t-tħaddim ta’ magni
Ma sar ebda studju fuq kapaċità ta’ sewqan u tħaddim ta’ magni.
Effetti mhux mixtieqa
Jista’ jkun hemm reazzjonijiet ipersensittivi (raxx lokali, dermatite, ekżema u anġioedema tax-xufftejn).
Il-frekwenza mhijiex magħrufa.
Jekk ikun hemm reazzjonijiet negattivi oħra mhux imsemmija hawn fuq, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa.
Doża eċċessiva
Ma ġie rrappurtat l-ebda każ ta’ doża eċċessiva.
DAĦLA FIL-LISTA TAL-KOMUNITÀ DWAR L-ELEUTHEROCOCCUS SENTICOSUS (RUPR. ET MAXIM.) MAXIM., RADIX
Isem xjentifiku tal-pjanta
Eleutherococcus senticosus (Rupr. et Maxim.) Maxim..
Familja botanika
Araliaceae
Sustanza veġetali
Għeruq tal-Eleutherococcus
Isem komuni tas-sustanza veġetali fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE
BG (bălgarski): елеутерокок, корен
CS (čeština): eleuterokokový kořen
DA (dansk): Russisk rod
DE (deutsch): Taigawurzel
EL (elliniká): Pίζα Eλευθεροκόκκου
EN (English): Eleutherococcus root
ES (español): Eleuterococo, raíz de
ET (eesti keel): eleuterokokijuur
FI (suomi): venäjänjuuren juuri
FR (français): racine d’éleuthérocoque (racine de ginseng sibérien)
HU (magyar): Szibériai ginszeng gyökér (tajga gyökér)
IT (italiano): Eleuterococco radice
LT (lietuvių kalba): Eleuterokokų šaknys
LV (latviešu valoda): eleiterokoka sakne
MT (Malti): Għerq tal-elewterokokku
NL (nederlands): Russische ginsengwortel
PL (polski): korzeń eleuterokoka
PT (português): Raiz de Ginseng Siberiano
RO (română): Rădăcină de ginseng siberian
SK (slovenčina): Všehojovcový koreň
SL (slovenščina): korenina elevterokoka
SV (svenska): Rysk rot
IS (íslenska): Síberíu ginseng, rót
NO (norsk): Russisk rot
Preparazzjoni/ijiet veġetali
Sustanza veġetali mqatta’ f’biċċiet żgħar għal preparazzjoni ta’ te veġetali
Estratt likwidu (1:1, etanol 30-40 % v/v)
Estratt niexef (13-25: 1, etanol 28-40 % v/v)
Estratt niexef (17-30: 1, etanol 70 % v/v)
Estratt ilmi niexef (15-17:1)
Tintura 1 (1:5, etanol 40 % v/v)
Referenza monografika tal-Farrmakopea Ewropea
Eleutherococcus – Eleutherococci radix (ref.: 01/2008: 1419 corrected 6.0)
Indikazzjoni/jiet
Prodott mediċinali veġetali tradizzjonali għal sintomi ta’ asthenia bħall-għajja u dgħufija.
Il-prodott huwa prodott mediċinali veġetali tradizzjonali għall-użu f’indikazzjonijiet speċifikati bbażati esklużivament fuq użu fit-tul.
Tip ta’ tradizzjoni
Ċiniża, Ewropea
Dożaġġ speċifikat
Mhux applikabbli
Pożoloġija speċifikata
Adoloxxenti ta’ aktar minn 12-il sena, adulti, anzjani:
Preparazzjonijiet veġetali:
Doża ta’ kuljum
Sustanza veġetali mqatta’ f’biċċiet żgħar fil-forma ta’ te tal-ħxejjex: 0,5-4 g
Preparazzjoni tat-te: 0,5 sa 4 g ta’ sustanza veġetali mqatta’ f’biċċiet żgħar għall-infużjoni f’150 ml ta’ misħun.
Frekwenza tad-dożaġġ: 150 ml ta’ infużjoni ta’ te għandha tinqasam f’minn wieħed sa tliet dożi li jridu jittieħdu tul il-ġurnata.
Estratt likwidu: 2-3 ml
Estratti xotti (etanol 28-70 % v/v) li jikkorrespondu għal 0.5-4 g
Estratt ilmi niexef (15-17:1): 90 - 180 mg
Tintura: 10-15 ml
Id-doża ta’ kuljum tista’ tittieħed f’doża waħda jew fi tliet dożi.
Mhuwiex irrakkomandat l-użu fuq tfal li jkollhom inqas minn 12-il sena (ara s-sezzjoni “Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu”).
Kif tittieħed
Użu orali
Tul ta’ żmien tal-użu jew restrizzjonijiet oħra fuq it-tul ta’ żmien tal-użu
Ma għandhiex tittieħed għal aktar minn xahrejn.
Jekk is-sintomi jibqgħu preżenti wara ġimagħtejn tul l-użu tal-prodott mediċinali, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa.
Kwalunkwe tagħrif ieħor għall-użu bla periklu
Kontraindikazzjonijiet
L-ipersensittività għas-sustanza attiva.
Ipertensjoni arterjali.
Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu
L-użu fit-tfal taħt it-12-il sena mhuwiex rakkommandat minħabba li ma hemmx esperjenza disponibbli.
Jekk is-sintomi jibqgħu preżenti waqt l-użu tal-prodott mediċinali, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa.
Interazzjonijiet ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni
Ebda interazzjoni ma ġiet irrappurtata.
Tqala u rdigħ
Ma ġietx stabbilita s-sikurezza matul it-tqala u l-irdigħ.
Fin-nuqqas ta’ dejta suffiċjenti, l-użu matul it-tqala u l-irdigħ mhuwiex irrakkomandat.
Effetti fuq il-kapaċità tas-sewqan u t-tħaddim ta’ magni
Ma sar l-ebda studju dwar l-effett fuq il-kapaċità tas-sewqan u t-tħaddim ta’ magni.
Effetti mhux mixtieqa
Jista’ jagħti l-każ li jkun hemm nuqqas ta’ rqad, irritabilità, tachycardia u wġigħ ta’ ras. Il-frekwenza mhijiex magħrufa.
Doża eċċessiva
Ma ġie rrappurtat ebda każ ta’ doża eċċessiva.
A. DAĦLA FIL-LISTA TAL-KOMUNITÀ DWAR FOENICULUM VULGARE MILLER SUBSP. VULGARE VAR. VULGARE, FRUCTUS
Isem xjentifiku tal-pjanta
Foeniculum vulgare Miller subsp. vulgare var. vulgare
Familja botanika
Apiaceae
Sustanza erbali
Bużbież, morr
Isem komuni fil-lingwi uffiċjali kollha ta’ l-UE ta’ sustanza erbali
BG (bălgarski): Горчиво резене, плод
CS (čeština): Plod fenyklu obecného pravého
DA (dansk): Fennikel, bitter
DE (Deutsch): Bitterer Fenchel
EL (elliniká): Μαραθόσπορος πικρός
EN (English): Bitter fennel, fruit
ES (español): Hinojo amargo, fruto de
ET (eesti keel): Mõru apteegitill, vili
FI (suomi): Karvasfenkoli, hedelmä
FR (français): Fruit de fenouil amer
HU (magyar): Keserűédeskömény-termés
IT (italiano): Finocchio amaro (o selvatico), frutto
LT (lietuvių kalba): Karčiųjų pankolių vaisiai
LV (latviešu valoda): Rūgtā fenheļa augļi
MT (malti): Bużbież morr, frotta
NL (nederlands): Venkelvrucht, bitter
PL (polski): Owoc kopru włoskiego (odmiana gorzka)
PT (português): Fruto de funcho amargo
RO (română): Fruct de fenicul amar
SK (slovenčina): Feniklový plod horký
SL (slovenščina): Plod grenkega navadnega komarčka
SV (svenska): Bitterfänkål, frukt
IS (íslenska): Bitur fennel aldin
NO (norsk): Fenikkel, bitter
Preparazzjoni(jiet) erbali
Bużbież, morr, frotta mnixxfa u mfarrka ( 2 )
Referenza monografika tal-Farmakopea Ewropea
Foeniculi amari fructus (01/2005:0824)
Indikazzjoni(jiet)
(a) Prodott mediċinali erbali tradizzjonali għall-kura sintomatika ta’ lmenti gastro-intestinali ħfief, spażmodiċi inkluż nefħa u gass.
(b) Prodott mediċinali erbali tradizzjonali għall-kura sintomatika ta’ spażmi żgħar assoċjati maċ-ċiklu mestrwali.
(ċ) Prodott mediċinali erbali tradizzjonali użat bħala espettorant f’sogħla assoċjata ma’ rjieħat.
Il-prodott huwa prodott mediċinali erbali tradizzjonali biex jintuża f’indikazzjonijiet speċifikati bbażati esklużivament fuq użu fit-tul.
Tip ta’ tradizzjoni
Ewropea, Ċiniża
Qawwa speċifikata
Jekk jogħġbok ara “Pożoloġija speċifikata”.
Pożoloġija speċifikata
Adulti
Doża waħda
1,5 sa 2,5 g ta’ frott tal-bużbież imfarrak ( 3 ) (frisk) b’0,25 l ta’ ilma jagħli (ħallih joqgħod għal 15-il minuta) tliet darbiet kuljum bħala te erbali.
Adoloxxenti ta’ aktar minn 12-il sena Indikazzjoni a)
Doża għall-adulti
Tfal ta’ bejn 4 u 12-il sena, Indikazzjoni a)
Doża medja ta’ kuljum
3-5 g ta’ frott imfarrak (frisk) bħala te erbali, maqsum fi tliet dożi, għal użu fuq perjodu ta’ żmien qasir f’sintomi temporanji ħfief biss (inqas minn ġimgħa)
Mhuwiex irrakkomandat li jintuża fuq tfal iżgħar minn 4 snin (ara s-sezzjoni ‘Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu’).
Mod ta’ amministrazzjoni
Użu orali.
Tul ta’ żmien ta’ l-użu jew restrizzjonijiet oħra fuq it-tul ta’ żmien ta’ l-użu
Adulti
Adoloxxenti ta’ aktar minn 12-il sena Indikazzjoni a)
Ma għandux jittieħed għal aktar minn ġimagħtejn.
Tfal ta’ bejn 4 u 12-il sena, Indikazzjoni a)
Għal użu fuq perjodu ta’ żmien qasir f’sintomi temporanji ħfief biss (inqas minn ġimgħa).
Jekk is-sintomi jibqgħu preżenti waqt l-użu tal-prodott mediċinali, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant kwalifikat fil-kura tas-saħħa.
Kwalunkwe tagħrif ieħor meħtieġ għall-użu bla periklu
Kontraindikazzjonijiet
Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal Apiaceae (Umbelliferae) (anisi, karwija, karfus, kosbor u xibt) jew għal anetol.
Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu
L-użu fuq tfal iżgħar minn 4 snin mhuwiex rakkomandat minħabba n-nuqqas ta’ data adegwata u għandu jinkiseb il-parir ta’ pedjatra.
Interazzjonijiet ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni
Ebda interazzjoni rrapportata.
Tqala u treddigħ
M’hemm ebda data mill-użu ta’ frott tal-bużbież f’pazjenti tqal.
Mhuwiex magħruf jekk il-kostitwenti tal-bużbież joħorġux fil-ħalib tas-sider uman.
Fin-nuqqas ta’ data suffiċjenti, l-użu matul it-tqala u t-treddigħ mhuwiex irrakkomandat.
Effetti fuq kapaċità ta’ sewqan u tħaddim ta’ magni
Ma sar ebda studju fuq kapaċità ta’ sewqan u tħaddim ta’ magni.
Effetti mhux mixtieqa
Jistgħu jseħħu reazzjonijiet allerġiċi għall-bużbież li jaffettwaw il-ġilda jew is-sistema respiratorja. Il-frekwenza mhijiex magħrufa.
Jekk iseħħu reazzjonijiet avversi oħra mhux imsemmija fuq, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant kwalifikat fil-kura tas-saħħa.
Doża eċċessiva
Ma ġie rrapportat ebda każ ta’ doża eċċessiva.
Tagħrif farmaċewtiku [Jekk meħtieġ]
Mhux applikabbli.
Effetti farmakoloġiċi jew l-effikaċja plawsibbli fuq il-bażi ta’ użu u esperjenza fit-tul [Jekk meħtieġ għall-użu bla periklu tal-prodott]
Mhux applikabbli.
B. DAĦLA FIL-LISTA TAL-KOMUNITÀ DWAR FOENICULUM VULGARE MILLER SUBSP. VULGARE VAR. DULCE (MILLER) THELLUNG, FRUCTUS
Isem xjentifiku tal-pjanta
Foeniculum vulgare Miller subsp. vulgare var. dulce (Miller) Thellung
Familja botanika
Apiaceae
Sustanza erbali
Bużbież, ħelu
Isem komuni fil-lingwi uffiċjali kollha ta’ l-UE ta’ sustanza erbali
BG (bălgarski): Сладко резене, плод
CS (čeština): Plod fenyklu obecného sladkého
DA (dansk): Fennikel, sød
DE (Deutsch): Süßer Fenchel
EL (elliniká): Μαραθόσπορος γλυκύς
EN (English): Sweet fennel, fruit
ES (español): Hinojo dulce, fruto de
ET (eesti keel): Magus apteegitill, vili
FI (suomi): Makea fenkoli, hedelmä
FR (français): Fruit de fenouil doux
HU (magyar): Édesköménytermés
IT (italiano): Finocchio dolce (o romano), frutto
LT (lietuvių kalba): Saldžiųjų pankolių vaisiai
LV (latviešu valoda): Saldā fenheļa augļi
MT (malti): Bużbież ħelu, frotta
NL (nederlands): Venkelvrucht, zoet
PL (polski): Owoc kopru włoskiego (odmiana słodka)
PT (português): Fruto de funcho doce
RO (română): Fruct de fenicul dulce
SK (slovenčina): Feniklový plod sladký
SL (slovenščina): Plod sladkega navadnega komarčka
SV (svenska): Sötfänkål, frukt
IS (íslenska): Sæt fennel aldin
NO (norsk): Fenikkel, søt
Preparazzjoni(jiet) erbali
Bużbież, ħelu, frotta mnixxfa u mfarrka ( 4 ) jew mitħuna
Referenza monografika tal-Farmakopea Ewropea
Foeniculi dulcis fructus (01/2005:0825)
Indikazzjoni(jiet)
(a) Prodott mediċinali erbali tradizzjonali għall-kura sintomatika ta’ lmenti gastro-intestinali ħfief, spażmodiċi inkluż nefħa u gass.
(b) Prodott mediċinali erbali tradizzjonali għall-kura sintomatika ta’ spażmi żgħar assoċjati maċ-ċiklu mestrwali.
(ċ) Prodott mediċinali erbali tradizzjonali użat bħala espettorant f’sogħla assoċjata ma’ rjieħat.
Il-prodott huwa prodott mediċinali erbali tradizzjonali biex jintuża f’indikazzjonijiet speċifikati bbażati esklużivament fuq użu fit-tul.
Tip ta’ tradizzjoni
Ewropea, Ċiniża
Qawwa speċifikata
Jekk jogħġbok ara “Pożoloġija speċifikata”.
Pożoloġija speċifikata
Adulti
Doża waħda
1,5 sa 2,5 g ta’ frott tal-bużbież imfarrak ( 5 ) (frisk) b’0,25 l ta’ ilma jagħli (ħallih joqgħod għal 15-il minuta) tliet darbiet kuljum bħala te erbali.
Trab tal-bużbież: 400 mg 3 darbiet kuljum (b’massimu ta’ 2 g kuljum)
Adoloxxenti ta’ aktar minn 12-il sena Indikazzjoni a)
Doża għall-adulti
Tfal ta’ bejn 4 u 12-il sena, Indikazzjoni a)
Doża medja ta’ kuljum
3-5 g ta’ frott tal-bużbież imfarrak (frisk) bħala te erbali, maqsum fi tliet dożi, għal użu fuq perjodu ta’ żmien qasir għal użu f’sintomi temporanji ħfief biss(inqas minn ġimgħa)
Mhuwiex irrakkomandat li jintuża fuq tfal iżgħar minn 4 snin (ara s-sezzjoni “Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu”).
Mod ta’ amministrazzjoni
Użu orali.
Tul ta’ żmien ta’ l-użu jew restrizzjonijiet oħra fuq it-tul ta’ żmien ta’ l-użu
Adulti
Adoloxxenti ta’ aktar minn 12-il sena Indikazzjoni a)
Ma għandux jittieħed għal aktar minn ġimagħtejn.
Tfal ta’ bejn 4 u 12-il sena, Indikazzjoni a)
Għal użu fuq perjodu ta’ żmien qasir f’sintomi temporanji ħfief biss (inqas minn ġimgħa).
Jekk is-sintomi jibqgħu preżenti waqt l-użu tal-prodott mediċinali, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant kwalifikat fil-kura tas-saħħa.
Kwalunkwe tagħrif ieħor meħtieġ għall-użu bla periklu
Kontraindikazzjonijiet
Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal Apiaceae (Umbelliferae) (anisi, karwija, karfus, kosbor u xibt) jew għal anetol.
Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu
L-użu fuq tfal iżgħar minn 4 snin mhuwiex rakkomandat minħabba n-nuqqas ta’ data adegwata u għandu jinkiseb il-parir ta’ pedjatra.
Interazzjonijiet ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni
Ebda interazzjoni rrapportata.
Tqala u treddigħ
M’hemm ebda data mill-użu ta’ frott tal-bużbież f’pazjenti tqal.
Mhuwiex magħruf jekk il-kostitwenti tal-bużbież joħorġux fil-ħalib tas-sider uman.
Fin-nuqqas ta’ data suffiċjenti, l-użu matul it-tqala u t-treddigħ mhuwiex irrakkomandat.
Effetti fuq kapaċità ta’ sewqan u tħaddim ta’ magni
Ma sar ebda studju fuq kapaċità ta’ sewqan u tħaddim ta’ magni.
Effetti mhux mixtieqa
Jistgħu jseħħu reazzjonijiet allerġiċi għall-bużbież, li jaffettwaw il-ġilda jew is-sistema respiratorja. Il-frekwenza mhijiex magħrufa.
Jekk iseħħu reazzjonijiet avversi oħra mhux imsemmija fuq, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant kwalifikat fil-kura tas-saħħa.
Doża eċċessiva
Ma ġie rrapportat ebda każ ta’ doża eċċessiva.
Tagħrif farmaċewtiku [jekk meħtieġ]
Mhux applikabbli.
Effetti farmakoloġiċi jew l-effikaċja plawsibbli fuq il-bażi ta’ użu u esperjenza fit-tul [jekk meħtieġ għall-użu bla periklu tal-prodott]
Mhux applikabbli.
REĠISTRAZZJONI FIL-LISTA TAL-KOMUNITÀ DWAR MENTHA x PIPERITA L., AETHEROLEUM
L-isem xjentifiku tal-pjanta
Mentha x piperita L.
Familja botanika
Lamiaceae (Labiatae)
Preparazzjoni(jiet) erbali
Żejt tal-peppermint : żejt essenzjali miksub permezz tad-distillazzjoni bil-fwar mill-partijiet arjali friski tal-pjanta ffjurita
Referenza monografika tal-Farmakopea Ewropea
Żejt tal-peppermint – Menthae piperitae aetheroleum (01/2008:0405)
Indikazzjoni(jiet)
Prodott tal-mediċina erbali użat tradizzjonalment
1. Għas-serħan mis-sintomi tas-sogħla u l-irjiħat;
2. Għas-serħan sintomatiku minn uġigħ muskolari lokalizzat;
3. Għas-serħan sintomatiku ta’ kundizzjonijiet pruritiċi lokalizzati f’ġilda intatta.
Il-prodott huwa prodott mediċinali erbali tradizzjonali għall-użu f’indikazzjonijiet speċifikati msejsa esklużivament fuq użu fit-tul.
Tip ta’ tradizzjoni
Ewropea
Dożaġġ speċifikat
Indikazzjonijiet 1, 2 u 3
Doża waħda
Tfal ta’ età bejn l-4 u l-10 snin
Preparazzjonijiet semi-solidi 2-10 %
Preparazzjonijiet idroetanoliċi 2-4 %
Tfal ta’ età bejn l-10 u t-12-il sena, adoloxxenti bejn it-12 u s-16-il sena
Preparazzjonijiet semi-solidi 5-15 %
Preparazzjonijiet idroetanoliċi 3-6 %
Adoloxxenti ta’ aktar minn 16-il sena, adult
Preparazzjonijiet semi-solidi u żejtnin 5-20 %
Fi preparazzjonijiet akweoetanoli 5-10 %
F’ingwenti nażali 1-5 % żejt essenzjali.
Pożoloġija speċifikata
Sa tliet darbiet kuljum
L-użu fit-tfal taħt is-sentejn huwa kontraindikat (ara “l-Kontraindikazzjonijiet”).
L-użu mhuwiex irrakkomandat għat-tfal li jkollhom bejn sentejn u 4 snin (ara “t-Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu”).
Kif tittieħed
B’mod kutanju u transdermali.
Tul ta’ żmien tal-użu jew restrizzjonijiet oħra fuq it-tul ta’ żmien tal-użu
Indikazzjoni 1
M’għandhiex tintuża għal aktar minn ġimagħtejn.
Indikazzjonijiet 2 u 3
Mhux irrakkomandat li dan il-prodott mediċinali jintuża kontinwament għal aktar minn 3 xhur.
Jekk is-sintomi jibqgħu jippersistu matul l-użu tal-prodott mediċinali, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa.
Kwalunkwe tagħrif ieħor meħtieġ għal użu bla periklu
Kontraindikazzjonijiet
It-tfal taħt is-sentejn, billi l-mentol jista’ jikkawża l-apnea fir-riflessi u spażmi tal-larinġi.
Tfal bi storja ta’ aċċessjonijiet (febrili jew le).
Ipersensittività għaż-żejt tal-peppermint jew il-mentol.
Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu
ll-kuntatt mal-għajnejn wara l-applikazzjoni taż-żejt tal-peppermint jekk l-idejn ma jkunux inħaslu jista’ jikkawża irritazzjoni.
Iż-żejt tal-peppermint ma għandux jiġi applikat fuq ġilda maqsuma jew irritata.
L-użu mhuwiex irrakkomandat għat-tfal li jkollhom bejn sentejn u 4 snin, billi m’hemmx biżżejjed esperjenza disponibbli.
Interazzjonijiet ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni
Ebda interazzjoni ma ġiet irrappurtata.
Tqala u treddigħ
Fin-nuqqas ta’ dejta suffiċjenti, l-użu matul it-tqala u t-treddigħ mhuwiex irrakkomandat.
Effetti fuq il-kapaċità tas-sewqan u t-tħaddim ta’ magni
Ma sar l-ebda studju dwar l-effett fuq il-kapaċità tas-sewqan u t-tħaddim ta’ magni.
Effetti mhux mixtieqa
Ġew irrapportati reazzjonijiet ipersensittivi bħal raxx tal-ġilda, dermatite tal-kuntatt, u irritazzjoni tal-għajnejn. Dawn ir-reazjonijiet fil-biċċa l-kbira ta’ meta feġġew kienu moderati u tranżjenti. Il-frekwenza mhijiex magħrufa.
Wara applikazzjoni lokali jista’ jkun hemm irritazzjoni tal-ġilda jew tal-mukoża tal-imnieħer. Il-frekwenza mhijiex magħrufa.
Jekk ikun hemm reazzjonijiet negattivi oħra mhux imsemmija hawn fuq, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa.
Doża eċċessiva
Ma ġie rrappurtat ebda każ ta’ doża eċċessiva.
DAĦLA FIL-LISTA TAL-KOMUNITÀ DWAR PIMPINELLA ANISUM L
Isem xjentifiku tal-pjanta
Pimpinella anisum L.
Familja botanika
Apiaceae
Sustanza veġetali
Frotta tal-Anisi
Isem komuni tas-sustanza veġetali fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE
BG (bălgarski): Анасон, плод
CS (čeština): Anýzový plod
DA (dansk): Anisfrø
DE (Deutsch): Anis
EL (elliniká): Γλυκάνισο
EN (English): Aniseed
ES (español): Fruto de anís
ET (eesti keel): Aniis
FI (suomi): Anis
FR (français): Anis (fruit d)
HU (magyar): Ánizsmag
IT (italiano): Anice (Anice verde), frutto
LT (lietuvių kalba): Anyžių sėklos
LV (latviešu valoda): Anīsa sēklas
MT (malti): Frotta tal-Anisi
NL (nederlands): Anijsvrucht
PL (polski): Owoc anyżu
PT (português): Anis
RO (română): Fruct de anason
SK (slovenčina): Anízový plod
SL (slovenščina): Plod vrtnega janeža
SV (svenska): Anis
IS (íslenska): Anís
NO (norsk): Anis
Preparazzjoni(jiet) veġetali
Frott tal-anisi mnixxef, imfarrak jew mgħaffeġ
Referenza monografika tal-Farmakopea Ewropea
Anisi fructus (01/2005.0262)
Indikazzjoni(jiet)
(a) Prodott mediċinali veġetali tradizzjonali għall-kura sintomatika ta’ lmenti gastro-intestinali ħfief, spażmodiċi, inkluż nefħa u gass.
(b) Prodott mediċinali veġetali tradizzjonali użat bħala espettorant f’sogħla assoċjata ma’ rjiħat.
Il-prodott huwa prodott mediċinali veġetali tradizzjonali sabiex jintuża f’indikazzjonijiet speċifikati bbażati esklużivament fuq esperjenza ta’ użu fit-tul.
Tip ta’ tradizzjoni
Ewropea
Qawwa speċifikata
Jekk jogħġbok ara “Pożoloġija speċifikata”.
Pożoloġija speċifikata
Adoloxxenti ta’ aktar minn 12-il sena, adulti, anzjani::
Indikazzjonijiet a) u b)
Minn 1 g sa 3,5 g ta’ frott tal-anisi sħiħ jew imfarrak jew mgħaffeġ (frisk ( 6 )) f’150 ml ta’ ilma jagħli bħala te veġetali.
3 darbiet kuljum
Mhuwiex irrakkomandat l-użu minn tfal li jkollhom inqas minn 12-il sena (ara t-“Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu” hawn taħt).
Mnejn u kif jingħata
Użu orali
Tul ta’ żmien tal-użu jew kwalunkwe restrizzjonijiet fuq it-tul ta’ żmien tal-użu
Ma għandux jittieħed għal aktar minn ġimagħtejn.
Jekk is-sintomi jibqgħu jippersistu matul l-użu tal-prodott mediċinali, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa.
Kwalunkwe tagħrif ieħor għal użu bla periklu
Kontraindikazzjonijiet
Ipersensittività għas-sustanza attiva jew għall-Apiaceae (Umbelliferae) (karwija, karfus, kosbor, xibt u bużbież) jew għall-anetol.
Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu
Mhuwiex irrakkomandat l-użu minn tfal li jkollhom inqas minn 12-il sena minħabba n-nuqqas ta’ dejta adegwata għall-valutazzjoni tas-sigurtà.
Interazzjonijiet ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni
Ebda interazzjoni ma ġiet irrappurtata.
Tqala u treddigħ
Ma teżisti l-ebda dejta dwar l-użu tal-frotta tal-anisi minn pazjenti tqal.
Mhuwiex magħruf jekk il-komponenti tal-frotta tal-anisi joħorġux fil-ħalib tas-sider uman.
Fin-nuqqas ta’ dejta suffiċjenti, l-użu matul it-tqala u t-treddigħ mhuwiex irrakkomandat.
Effetti fuq il-kapaċità tas-sewqan u t-tħaddim ta’ magni
Ma sar l-ebda studju dwar l-effett fuq il-kapaċità tas-sewqan u t-tħaddim ta’ magni.
Effetti mhux mixtieqa
Jista’ jkun hemm reazzjonijiet allerġiċi għall-frotta tal-anisi li jaffettwaw il-ġilda jew is-sistema respiratorja. Il-frekwenza mhijiex magħrufa.
Jekk iseħħu reazzjonijiet avversi oħra mhux imsemmija hawn fuq, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa.
Doża eċċessiva
Ma ġie rrappurtat ebda każ ta’ doża eċċessiva.
( 1 ) ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.
( 2 ) “Frotta mfarrka” hija intiża wkoll biex tkopri “frotta mgħaffġa”.
( 3 ) Għal preparazzjoni kummerċjali ta’ frott tal-bużbież imfarrak jew mgħaffeġ, l-applikant għandu jwettaq testijiet ta’ l-istabbilità xierqa li għandhom x’jaqsmu mal-kontenut ta’ komponenti ta’ żjut essenzjali.
( 4 ) “Frotta mfarrka” hija intiża wkoll biex tkopri “frotta mgħaffġa”.
( 5 ) Għal preparazzjoni kummerċjali ta’ frott tal-bużbież imfarrak jew mitħun, l-applikant għandu jwettaq testijiet ta’ l-istabbilità xierqa li għandhom x’jaqsmu mal-kontenut ta’ komponenti ta’ żjut essenzjali.
( 6 ) Għal preparazzjonijiet kummerċjali tal-frott tal-anisi mfarrak jew mgħaffeġ l-applikant irid jagħmel testijiet ta’ stabilità xierqa relatati mal-kontenut ta’ komponenti ta’ żejt essenzjali.