02008D0589 — MT — 10.08.2012 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-12 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni marbut mal-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2558) (ĠU L 190 18.7.2008, p. 11) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
L 46 |
50 |
19.2.2011 |
||
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tas-16 ta’ Mejju 2012 |
L 130 |
22 |
17.5.2012 |
|
Emendata bi: DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tas-7 ta’ Awwissu 2012 |
L 212 |
19 |
9.8.2012 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta’ Ġunju 2008
li tistabbilixxi programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni marbut mal-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2558)
(2008/589/KE)
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni biex tiżgura:
l-implimentazzjoni armonizzata tal-pjan multiannwali stabbilit bir-Regolmanet (KE) Nru 1098/2007 għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u
il-kontroll u spezzjoni armonizzati tas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tas-salamun fil-Baħar Baltiku.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
Il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni għandu jkopri l-kontroll u l-ispezzjoni ta’:
attivitajiet ta’ sajd minn bastimenti msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 u minn bastimenti tas-sajd ta’ kull tip ta’ tul impenjati fil-qbid tas-salamun;
l-attivitajiet relatati kollha, inklużi l-iżbark, l-użin, il-kummerċjalizzazzjoni, it-trasport u l-ħżin tal-prodotti tas-sajd u r-reġistrazzjoni tal-ammonti mħatta l-art u mibjugħa.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1098/2007.
Artikolu 4
Spezzjonijiet mill-Kummissjoni
Meta l-Kummissjoni, fuq inizjattiva twettaq spezzjoni, u mingħajr l-għajnuna ta’ l-ispetturi ta’ l-Istat Membru kkonċernat skond it-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, l-ispetturi tal-Kummissjoni għandhom, fejn ikun possibbli, jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru bis-sejbiet tagħhom.
Artikolu 5
Spezzjonijiet mill-Istat Membru
Stat Membru li jkun bi ħsiebu jissorvelja u jispezzjona bastimenti tas-sajd fl-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru ieħor, fil-kuntest ta’ Pjan ta’ Eżerċizzju Konġunt (JDP) stabbilit skond l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta’ April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd ( 1 ), għandu jinnotifika l-intenzjoni tiegħu lill-punt ta’ kuntatt ta’ l-Istat Membru kostali kkonċernat, innominat skond l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1042/2006 ( 2 ), u lill-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd (CFCA). Din in-notifika għandha jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
tip, isem u kodiċi tar-radju tal-bastimenti ta’ spezzjoni u inġenji ta’ l-ajru ta’ spezzjoni skond il-lista stabbilita f’konformità ma’ l-Artikolu 28(4) tar-Regolament (KE) 2371/2002.
iż-żona, kif tissemma fl-Artikolu 3(e) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007, fejn ikunu se jseħħu s-sorveljanza u spezzjoni;
kemm idumu l-attivitajiet ta’ sorveljanza u spezzjoni.
Artikolu 6
Attivitajiet konġunti ta’ spezzjoni u sorveljanza
L-Istati Membri għandhom jimpenjaw irwieħhom f’attivitajiet konġunti ta’ spezzjoni u sorveljanza skond il-pjan ta’ attivitajiet konġunti stabbilit mis-CFCA.
Artikolu 7
Informazzjoni
L-Istati Membri għandhom jagħmlu mezz li sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, tkun disponibbli l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tas-sena kalendarja preċedenti:
l-attivitajiet ta’ spezzjoni u kontroll stipulati fl-Anness I;
l-infrazzjonijiet kollha, kif imsemmija fl-Anness II, misjuba matul il-perjodu ta’ tnax-il xahar, u għal kull infrazzjoni l-bandiera tal-bastiment, id-data u l-post ta’ l-ispezzjoni u n-natura ta’ l-infrazzjoni; L-Istati Membri għandhom jindikaw in-natura ta’ l-infrazzjoni b’referenzi għall-ittra li taħtha huma elenkati fl-Anness II;
il-qagħda ta’ l-azzjonijiet ta’ segwitu ta’ l-infrazzjonijiet, kif jissemmew fl-Anness II, kemm jekk instabu matul is-sena kalendarja preċedenti kif ukoll aktar kmieni;
kwalunkwe azzjonijiet rilevanti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn l-Istati Membri.
Artikolu 8
Evalwazzjoni
Artikolu 9
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
Il-kompiti ta’ spezzjoni u monitoraġġ
1. Kompiti ġenerali ta’ spezzjoni
1.1. Għall kull spezzjoni għandu jitħejja rapport ta’ spezzjoni. L-ispetturi għandhom, fi kwalunkwe każ, jivverifikaw u jirreġistraw fir-rapport tagħhom l-informazzjoni li ġejja:
id-dettalji ta’ l-identità tal-persuni responsabbli, kif ukoll dawk tal-bastiment, jew inġenji involuti fl-attivitajiet spezzjonati;
l-awtorizzazzjoni: il-liċenzja, il-permess speċjali tas-sajd u d-drittijiet ta’ l-isforzi tas-sajd;
dokumenti rilevanti tal-bastiment, bħall-ġurnali ta’ abbord, iċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni, il-pjanti ta’ l-istivi tal-bastiment, ir-reġistri tan-notifiki u fejn rilevanti r-reġistri tar-rappurtar manwali VMS;
is-sejbiet l-oħra kollha rilevanti mill-ispezzjoni fuq il-baħar, fil-port, jew fi kwalunkwe stadju ieħor tal-proċess tal-kummerċjalizzazzjoni.
1.2. Is-sejbiet imsemmija fil-punt 1.1 għandhom jitqabblu ma’ l-informazzjoni magħmula disponibbli lill-ispetturi minn awtoritajiet kompetenti oħra, inkluża l-informazzjoni VMS, notifiki preċedenti u listi ta’ bastimenti b’permess speċjali biex jistadu għall-merluzz fil-Baħar Baltiku.
2. Kompiti ta’ spezzjoni fuq il-baħar
L-ispetturi għandhom jivverifikaw:
il-kwantitajiet ta’ ħut miżmuma abbord meta mqabbla mal-kwantitajiet irreġistrati fil-ġurnal ta’ abbord u l-konformità mal-marġni tat-tolleranza kif jissemmew fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007;
il-konformità ta’ l-irkaptu wżat mar-rekwiżiti rilevanti u b’mod partikolari r-regola ta’ xibka waħda u l-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-ħxuna ta’ l-għażel, id-daqsijiet minimi għall-malji u l-ħut, apparat imwaħħal max-xibka u l-immarkar u l-identifikazzjoni ta’ l-irkaptu passiv;
it-tħaddim korrett ta’ l-apparat VMS;
il-konformità mar-rekwiżiti tas-sajd f’żona waħda speċifikati fl-Aritkolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007.
3. Kompiti ta’ spezzjoni mal-ħatt l-art
L-ispetturi għandhom jivverifikaw:
in-notifika minn qabel tal-ħatt l-art u l-bdil ta’ żoni speċifiċi inkluża l-informazzjoni dwar il-qabda abbord;
l-ikkompletar tal-ġurnal ta’ abbord u d-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art, inkluż ir-reġistrar ta’ l-isforzi;
il-kwantitajiet attwali ta’ ħut miżmuma abbord, il-piż tal-merluzz u speċijiet oħra mħatta l-art u l-konformità mal-marġni tat-toleranza kif jissemmew fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007;
l-irkaptu abbord u l-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-ħxuna ta’ l-għażel, id-daqsijiet minimi għall-malji u l-ħut, apparat imwaħħal max-xibka u l-immarkar u l-identifikazzjoni ta’ l-irkaptu passiv;
fejn applikabbli, il-konformità mal-proċeduri għat-tifi ta’ l-appart VMS.
4. Kompiti ta’ spezzjoni marbuta mat-trasport u l-kummerċjalizzazzjoni
L-ispetturi għandhom jivverifikaw:
id-dokumenti rilevanti ta’ akkumpanjament u jqabbluhom mal-kwantitajiet fiżiċi ttrasportati;
il-konformità mar-rekwiżiti ta’ gradazzjoni u tikkettjar u r-rekwiżiti ta’ daqs minimu tal-ħut;
id-dokumentazzjoni (ġurnal ta’ abbord, dikjarazzjoni tal-ħatt l-art u noti tal-bejgħ), tqassim u użin tal-ħut għall-kontroll tad-dispożizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni.
5. Kompiti għas-sorveljanza mill-ajru
L-ekwipaġġ ta’ sorveljanza għandu:
iwettaq kontroverifika ta’ l-avvistamenti u jqabbilhom ma’ l-allokazzjoni ta’ l-isforzi;
iwettaq kontroverifika fuq ir-restrizzjonijiet fuq iż-żoni tas-sajd
jirrapporta dwar id-dejta ta’ sorveljanza għall-finijiet ta’ kontroverifika.
ANNESS II
Lista ta’ infrazzjonijet kif jissemmew fl-Artikolu 7
Nuqqas mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd milli jikkonforma mal-limitazzjonijiet fuq l-isforzi tas-sajd kif stipulati fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 jew ir-restrizzjonijiet fuq iż-żoni tas-sajd stipulati fl-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament;
Nuqqas mill-kaptan jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ta’ bastiment tas-sajd Komunitarju b’tul ta’ tmien metri jew aktar u li jġorr abbord inkella juża kwalunkwe rkaptu għas-sajd tal-merluzz fil-Baħar Baltiku milli jkollu jew iżomm kopja tal-permess speċjali għas-sajd tal-merluzz kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007;
Tbagħbis tas-sistemi ta’ sorveljanza satellitari tal-bastimenti kif stipulat fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 Diċembru 2003 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar is-sistemi ta’ sorveljanza tal-vapuri bbażata fuq satellita ( 3 );
Falsifikar inkella nuqqas ta’ reġistrazzjoni tad-dejta fil-ġurnali ta’ abbord, inklużi r-rapporti ta’ l-isforzi, id-dikjarazzjoniet tal-ħatt, u n-noti tal-bejgħ, dikjarazzjonijiet tat-trasferiment u d-dokumenti tat-trasport, inkella nuqqas milli jinżammu jew jitressqu dawk id-dokumenti kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 2847/93 u l-Artikoli 11, 13, 15, 19 u 22 tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007;
Nuqqas mill-kaptan ta’ bastiment tas-sajd li għandu permess speċjali biex jistad għall-merluzz milli jikkonforma mal-kundizzjonijiet dwar id-dħul jew il-ħruġ minn żoni speċifiċi stipulati fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007;
Nuqqas mill-kaptan ta’ bastiment Komunitarju tas-sajd jew ir-rappreżentant tiegħu, b’aktar minn 300 kg ta’ merluzz abbord milli jikkonforma mar-regoli dwar in-notifikar minn qabel stipulati fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007;
Ħatt l-art ta’ aktar minn 750 kg ta’ merluzz minn bastimenti barra mill-portijiet iddeżinjati;
Nuqqas mill-kaptan ta’ bastiment tas-sajd milli jiżen il-merluzz malli jinħatt kif jesiġi l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007;
Nuqqas mill-konformità mar-restrizzjonijiet dwar it-tranżitu u l-projbizzjoni tat-trażbord kif jesiġi l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007.
( 1 ) ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.
( 2 ) ĠU L 187, 8.7.2006, p. 14.
( 3 ) ĠU L 333, 20.12.2003, p. 17.