2007R1342 — MT — 26.10.2008 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1342/2007

tat-22 ta’ Ottubru 2007

dwar l-amministrazzjoni ta’ ċerti restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar mill-Federazzjoni Russa

(ĠU L 300, 17.11.2007, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1051/2008 ta’ l-24 ta' Ottubru 2008

  L 282

12

25.10.2008




▼B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1342/2007

tat-22 ta’ Ottubru 2007

dwar l-amministrazzjoni ta’ ċerti restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar mill-Federazzjoni Russa



IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Partenarjat u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u l-Federazzjoni Russa ( 1 ), minn hawn ’il quddiem “il-PCA”, daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 1997.

(2)

L-Artikolu 21(1) tal-PCA jipprevedi li l-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar għandu jiġi rregolat mit-Titolu III ta’ dak il-Ftehim, għajr għall-Artikolu 15 tiegħu, u mid-dispożizzjonijiet ta’ ftehim dwar arranġamenti kwantitattivi.

(3)

Fis-26 ta’ Ottubru 2007, il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa ffinalizzaw, f’dak ir-rigward, Ftehim dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar ( 2 ), minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”.

(4)

Huwa meħtieġ li jingħataw il-mezzi sabiex jiġu amministrati t-termini tal-Ftehim fi ħdan il-Komunità, filwaqt li titqies l-esperjenza miksuba minn Ftehimiet preċedenti dwar termini simili.

(5)

Huwa xieraq li l-prodotti kkonċernati jiġu kklassifikati fuq il-bażi tan-nomenklatura magħquda (NM) stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tariffarja u statistika u dwar it-Tariffi Doganali Komuni ( 3 ).

(6)

Huwa meħtieġ li jkun żgurat li l-oriġini tal-prodotti kkonċernati tkun ikkontrollata u li jiġu stabbiliti metodi adattati ta’ koperazzjoni amministrattiva għal dak l-għan.

(7)

L-applikazzjoni effettiva tal-Ftehim teħtieġ l-introduzzjoni ta’ rekwiżit ta’ liċenzja ta’ l-importazzjoni tal-Komunità għad-dħul fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità tal-prodotti kkonċernati flimkien ma’ sistema għall-amministrazzjoni ta’ l-għoti ta’ dawn il-liċenzji ta’ l-importazzjoni tal-Komunità.

(8)

Il-prodotti mqiegħda f’żona ħielsa jew importati taħt l-arranġamenti li jirregolaw l-imħażen doganali, l-importazzjoni temporanja jew l-ipproċessar attiv (sistema ta’ sospensjoni) ma għandhomx jingħaddu mal-limiti stabbiliti għall-prodotti kkonċernati.

(9)

Sabiex jiġi żgurat li l-limiti kwantitattivi ma jinqabżux, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita proċedura ta’ tmexxija li biha l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri ma joħorġux liċenzji ta’ l-importazzjoni qabel ma tinkiseb konferma minn qabel mill-Kummissjoni li l-ammonti adattati jibqgħu disponibbli fi ħdan il-limitu kwantitattiv ikkonċernat.

(10)

Il-ftehim jipprovdi għal sistema ta’ koperazzjoni bejn il-Federazzjoni Russa u l-Komunità bl-għan li tiġi evitata l-evażjoni permezz ta’ trażbord, tibdil fir-rotta jew mezzi oħra. Għandha tiġi stabbilita proċedura ta’ konsultazzjoni li taħtha jkun jista’ jintlaħaq ftehim mal-pajjiż ikkonċernat dwar aġġustament ekwivalenti għal-limitu kwantitattiv rilevanti meta jidher li kien hemm evażjoni tal-Ftehim. Il-Federazzjoni Russa qablet li tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiżgura li kull aġġustament jista’ jiġi applikat malajr. Fin-nuqqas ta’ ftehim fil-limitu ta’ żmien previst, il-Komunità għandha, fejn ikun hemm prova ċara ta’ evażjoni, ikollha l-possibbiltà li tapplika l-aġġustament ekwivalenti.

(11)

Mill-1 ta’ Jannar 2007 l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti koperti minn dan ir-Regolament ġew soġġetti għal liċenzja skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 1872/2006 tal-11 ta’ Diċembru 2006 dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa ( 4 ). Il-Ftehim jistipula li dawk l-importazzjonijiet għandhom jingħaddu mal-limiti stabbiliti għall-2007 f’dan ir-Regolament.

(12)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza huwa għalhekk meħtieġ li r-Regolament (KE) 1872/2006 jinbidel b’dan ir-Regolament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

1.  Dan ir-Regolament japplika għal importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti ta’ l-azzar elenkati fl-Anness I, li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa.

2.  Il-prodotti ta’ l-azzar għandhom jiġu kklassifikati fi gruppi ta’ prodotti kif stipulat fl-Anness I.

3.  L-oriġini tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ddeterminata skond ir-regoli fis-seħħ fil-Komunità.

4.  Il-proċeduri għall-verifika ta’ l-oriġini tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 huma stipulati fil-Kapitoli II u III.

Artikolu 2

1.  L-importazzjoni fil-Komunità tal-prodotti elenkati fl-Anness I li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa għandha tkun soġġetta għal limiti kwantitattivi annwali stipulati fl-Anness V. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità tal-prodotti elenkati fl-Anness I li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ l-oriġini, stipulat fl-Anness II, u ta’ awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4.

L-importazzjonijiet awtorizzati għandhom jingħaddu mal-limiti kwantitattivi stipulati għas-sena li fiha l-prodotti jintbagħtu mill-pajjiż esportatur.

2.  Sabiex jiġi żgurat li l-kwantitajiet li għalihom jinħarġu l-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni, f’ebda mument ma jaqbżu l-limiti kwantitattivi totali għal kull grupp ta’ prodotti, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom joħorġu awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni biss wara li l-Kummissjoni tikkonferma li jkun għad hemm kwantitajiet disponibbli fi ħdan il-limiti kwantitattivi għall-grupp rilevanti ta’ prodotti ta’ l-azzar fir-rigward tal-pajjiż fornitur, li għalih importatur jew importaturi ppreżentaw applikazzjonijiet lil dawk l-awtoritajiet. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma elenkati fl-Anness IV.

3.  Sa mill-1 ta’ Jannar 2007 l-importazzjonijiet ta’ prodotti, li għalihom kienet meħtieġa liċenzja skond ir-Regolament (KE) 1872/2006 għandhom jingħaddu mal-limiti rilevanti għall-2007 kif stipulati fl-Anness V.

4.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u mid-data ta’ l-applikazzjoni tiegħu, il-kunsinna tal-prodotti għandha titqies li seħħet fid-data li fiha jkunu tgħabbew fuq il-mezz ta’ trasport għall-esportazzjoni.

Artikolu 3

1.  Il-limiti kwantitattivi msemmija fl-Anness V m’għandhomx japplikaw għall-prodotti mqiegħda fiż-żona ħielsa jew fl-imħażen ħielsa jew importati taħt l-arranġamenti li jirregolaw l-imħażen doganali, l-importazzjoni temporanja jew l-ipproċessar attiv (sistema ta’ sospensjoni).

2.  Fejn il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 jiġu sussegwentement rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa, kemm fl-istat mhux mibdul kif ukoll wara li jkunu nħadmu jew ipproċessati, għandu japplika l-Artikolu 2(2) u l-prodotti hekk rilaxxati għandhom jingħaddu mal-limitu kwantitattiv rilevanti stipulat fl-Anness V.

Artikolu 4

1.  Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 2(2), qabel ma joħorġu awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-għadd ta’ talbiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni li jkunu rċevew, bl-appoġġ tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni oriġinali. Immedjatament, il-Kummissjoni għandha tinnotifika l-konferma tagħha li l-ammont(i) ta’ kwantitajiet mitlub(a) huma disponibbli għall-importazzjoni fl-ordni kronoloġika li fiha jkunu waslu n-notifiki ta’ l-Istati Membri.

2.  It-talbiet inklużi fin-notifiki lill-Kummissjoni se jkunu validi jekk f’kull każ jistabbilixxu b’mod ċar il-pajjiż esportatur, il-grupp ta’ prodotti kkonċernat, l-ammonti li jridu jiġu importati, in-numru tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni, is-sena ta’ kwota u l-Istat Membru li fih huwa maħsub li l-prodotti jitqiegħdu għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.

3.  Safejn ikun possibbli, il-Kummissjoni għandha tikkonferma lill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri l-ammont sħiħ indikat fit-talbiet innotifikati għal kull grupp ta’ prodotti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tikkuntattja minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa fil-każijiet fejn it-talbiet innotifikati jaqbżu l-limiti sabiex tinkiseb kjarifika u tinstab soluzzjoni malajr.

4.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni wara li jkunu informati b’kull kwantità li mhijiex użata matul iż-żmien li fih l-awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni tkun valida. Dawn il-kwantitajiet mhux użati għandhom jiġu awtomatikament trasferiti fil-kwantitajiet li jkun fadal tal-limiti kwantitattivi totali tal-Komunità għal kull grupp ta’ prodotti.

5.  In-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom jiġu kkomunikati elettronikament fi ħdan in-netwerk integrat maħluq għal dan l-iskop, sakemm ma jkunx meħtieġ li temporanjament, għal raġunijiet tekniċi imperattivi, jintużaw mezzi oħra ta’ komunikazzjoni.

6.  L-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni jew id-dokumenti ekwivalenti għandhom jinħarġu skond il-Kapitolu II.

7.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’kull awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni kkanċellata jew dokumenti ekwivalenti li diġà nħarġu f’każijiet fejn il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni korrispondenti jkunu ġew irtirati jew ikkanċellati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa. Madankollu, jekk il-Kummissjoni jew l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jkunu ġew informati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa bl-irtirar jew il-kanċellazzjoni ta’ liċenzja ta’ l-esportazzjoni wara li l-prodotti relatati jkunu ġew importati fil-Komunità, il-kwantitajiet ikkonċernati għandhom jingħaddu mal-limitu kwantitattiv għas-sena li matulha tkun seħħet il-kunsinna tal-prodotti.

Artikolu 5

Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 3(3), 3(4) u 10(1) tal-Ftehim, il-Kummissjoni hija hawnhekk awtorizzata li twettaq l-aġġustamenti meħtieġa.

Artikolu 6

1.  Fejn, wara l-inkjesti mwettqa skond il-proċeduri stipulati fil-Kapitolu III, il-Kummissjoni tinnota li l-informazzjoni fil-pussess tagħha tikkostitwixxi prova li l-prodotti elenkati fl-Anness I li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa jkunu ġew trażbordati, inbidlitilhom ir-rotta jew inkella importati fil-Komunità b’evażjoni tal-limiti kwantitattivi msemmija fl-Artikolu 2 u li jkun hemm il-bżonn li jseħħu l-aġġustamenti meħtieġa, għandha titlob li jinfetħu konsultazzjonijiet sabiex ikun jista’ jintlaħaq ftehim dwar l-aġġustament ekwivalenti tal-limiti kwantitattivi korrispondenti.

2.  Fl-istennija ta’ l-eżitu tal-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Federazzjoni Russa sabiex tieħu l-passi prekawzjonarji meħtieġa sabiex tiżgura li jkunu jistgħu jitwettqu l-aġġustamenti għal-limiti kwantitattivi miftiehma wara dawn il-konsultazzjonijiet għas-sena li fiha ġiet ippreżentata t-talba għal konsultazzjonijiet jew għas-sena ta’ wara, jekk il-limiti kwantitattivi għas-sena kurrenti jkunu spiċċaw, fejn ikun hemm prova ċara ta’ evażjoni.

3.  Jekk il-Komunità u l-Federazzjoni Russa ma jirnexxilhomx jaslu għal soluzzjoni sodisfaċenti u jekk il-Kummissjoni tinnota li hemm prova ċara ta’ evażjoni, il-Kummissjoni għandha tnaqqas mil-limiti kwantitattivi volum ekwivalenti ta’ prodotti li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa.



KAPITOLU II

MODALITAJIET APPLIKABBLI GĦALL-ĠESTJONI TAL-LIMITI KWANTITATTIVI



TAQSIMA 1

Klassifikazzjoni

Artikolu 7

Il-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament hija msejsa fuq in-nomenklatura magħquda (NM) stabbilita mir-Regolament (KEE) Nru 2658/87.

Artikolu 8

Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew ta’ Stat Membru, it-Taqsima tan-Nomenklatura Tariffarja u Statistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, li ġiet stabbilita bir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 se teżamina b’urġenza, skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, kull mistoqsija dwar il-klassifikazzjoni ta’ prodotti koperti minn dan ir-Regolament fi ħdan in-nomenklatura magħquda sabiex tikklassifikahom fil-gruppi ta’ prodotti adattati.

Artikolu 9

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Federazzjoni Russa b’kull tibdil fin-nomenklatura magħquda (NM) u l-kodiċi TARIC li jaffettwaw il-prodotti koperti minn dan ir-Regolament għall-anqas xahar qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom fil-Komunità.

Artikolu 10

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa b’kull deċiżjoni adottata skond il-proċeduri fis-seħħ fil-Komunità li għandhom x’jaqsmu mal-klassifikazzjoni ta’ prodotti koperti minn dan ir-Regolament, sa mhux aktar tard minn xahar wara li tiġi adottata. Din il-komunikazzjoni għandha tinkludi:

(a) deskrizzjoni tal-prodotti kkonċernati;

(b) il-grupp ta’ prodotti rilevanti, il-kodiċi tan-nomenklatura magħquda (kodiċi NM) u l-kodiċi TARIC;

(ċ) ir-raġunijiet li wasslu għad-deċiżjoni.

Artikolu 11

1.  Fejn id-deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni adottata skond il-proċeduri Komunitarji fis-seħħ tirriżulta f’bidla tal-prassi ta’ klassifikazzjoni jew f’bidla fil-grupp ta’ prodotti ta’ kull prodott kopert minn dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jipprovdu avviż ta’ 30 jum, mid-data tan-notifika tal-Kummissjoni, qabel ma tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni.

2.  Il-prodotti kkunsinjati qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tad-deċiżjoni għandhom jibqgħu soġġetti għall-prassi ta’ klassifikazzjoni preċedenti, dejjem jekk il-prodotti kkonċernati jiddaħħlu għall-importazzjoni fi żmien 60 jum minn din id-data.

Artikolu 12

Fejn id-deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni adottata skond il-proċeduri Komunitarji fis-seħħ imsemmija fl-Artikolu 11 tinvolvi grupp ta’ prodotti soġġett għal limitu kwantitattiv, il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, tibda konsultazzjonijiet mingħajr ebda telf ta’ żmien skond l-Artikolu 9, sabiex jintlaħaq ftehim dwar kull aġġustament meħtieġ għal-limiti kwantitattivi korrispondenti previsti fl-Anness V.

Artikolu 13

1.  Mingħajr preġudizzju għall-ebda dispożizzjoni oħra dwar dan is-suġġett, fejn il-klassifikazzjoni indikata fid-dokumentazzjoni meħtieġa għall-importazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament ma taqbilx mal-klassifikazzjoni stabbilita mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih se jiġu importati, il-prodotti kkonċernati għandhom jiġu proviżorjament soġġetti għall-arranġamenti ta’ importazzjoni li, skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, huma applikabbli għalihom fuq il-bażi tal-klassifikazzjoni ddeterminata mill-awtoritajiet imsemmija qabel.

2.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, u b’mod partikolari jindikaw:

(a) il-kwantitajiet ta’ prodotti involuti;

(b) il-grupp ta’ prodotti muri fuq id-dokumentazzjoni ta’ importazzjoni u dak miżmum mill-awtoritajiet kompetenti;

(ċ) in-numru tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni u l-kategorija murija.

3.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri m’għandhomx joħorġu awtorizzazzjoni ġdida ta’ l-importazzjoni għall-prodotti ta’ l-azzar soġġetti għal-limiti kwantitattivi tal-Komunità stipulati fl-Anness V wara l-klassifikazzjoni mill-ġdid sakemm ikollhom konferma mill-Kummissjoni skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 4 li l-ammonti li għandhom jiġu importati huma disponibbli.

4.  Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-pajjiżi esportaturi kkonċernati bil-każijiet imsemmija f’dan l-Artikolu.

Artikolu 14

Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 13, kif ukoll f’dawk il-każijiet ta’ natura simili mqajma mill-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa, il-Kummissjoni, jekk ikun meħtieġ, għandha tibda konsultazzjonijiet mal-Federazzjoni Russa, sabiex jintlaħaq ftehim dwar il-klassifikazzjoni li tkun applikabbli definittivament għall-prodotti involuti fid-diżgwid.

Artikolu 15

Il-Kummissjoni, bi qbil ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru jew l-Istati Membri importatur/i u tal-Federazzjoni Russa, tista’, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 14, tiddetermina l-klassifikazzjoni li tkun applikabbli definittivament għall-prodotti involuti fid-diżgwid.

Artikolu 16

Meta każ ta’ diverġenza msemmi fl-Artikolu 13 ma jkunx jista’ jissolva skond l-Artikolu 14, il-Kummissjoni għandha tadotta, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, miżura li tistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-prodotti fin-nomenklatura magħquda.



TAQSIMA 2

Sistema ta’ kontroll doppju għall-amministrazzjoni ta’ limiti kwantitattivi

Artikolu 17

1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa għandhom joħorġu liċenzja ta’ l-esportazzjoni fir-rigward tal-kunsinni kollha ta’ prodotti ta’ l-azzar soġġetti għal-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness V sal-livell ta’ dawk il-limiti.

2.  L-importatur għandu jippreżenta l-oriġinal tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni bl-iskop li tinħareġ l-awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 20.

Artikolu 18

1.  Il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni għal-limiti kwantitattivi għandha tikkonforma mal-mudell stipulat fl-Anness II u għandha tiċċertifika, inter alia, li l-kwantità ta’ prodotti kkonċernati ġiet magħduda mal-limitu kwantitattiv stabbilit għall-grupp ta’ prodotti kkonċernat.

2.  Kull liċenzja ta’ l-esportazzjoni għandha tkopri biss wieħed mill-gruppi ta’ prodotti elenkati fl-Anness I.

Artikolu 19

L-esportazzjonijiet għandhom jingħaddu mal-limiti kwantitattivi stabbiliti għas-sena li fiha l-prodotti koperti mil-liċenzja ta’ l-esportazzjoni jkunu kkunsinjati fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(4).

Artikolu 20

1.  Safejn il-Kummissjoni skond l-Artikolu 4 tkun ikkonfermat li l-ammont mitlub huwa disponibbli fi ħdan il-limitu kwantitattiv ikkonċernat, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom joħorġu awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni, sa massimu ta’ għaxart ijiem tax-xogħol minn meta l-importatur jippreżenta l-oriġinal tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni korrispondenti. Din il-preżentazzjoni trid isseħħ sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara s-sena li fiha l-prodotti koperti mil-liċenzja ta’ l-esportazzjoni jkunu ġew ikkunsinjati. L-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru irrispettivament mill-Istat Membru indikat fil-liċenzja ta’ l-esportazzjoni, safejn il-Kummissjoni tkun ikkonfermat, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 4, li l-ammont mitlub huwa disponibbli fi ħdan il-limitu kwantitattiv ikkonċernat.

2.  L-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu validi għal erba’ xhur mid-data li fiha jinħarġu. Fuq talba motivata minn importatur, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jestendu t-tul ta’ żmien tal-validità għal perjodu ulterjuri li ma jaqbiżx l-erba’ xhur.

3.  L-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni għandhom jitfasslu skond il-mudell stipulat fl-Anness III u għandhom ikunu validi fit-territorju doganali kollu tal-Komunità.

4.  Id-dikjarazzjoni jew it-talba magħmula mill-importatur sabiex jikseb l-awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni għandu jkollha:

(a) l-isem sħiħ u l-indirizz ta’ l-esportatur;

(b) l-isem sħiħ u l-indirizz ta’ l-importatur;

(ċ) id-deskrizzjoni eżatta tal-prodotti u l-kodiċi TARIC tagħhom;

(d) il-pajjiż ta’ oriġini tal-prodotti;

(e) il-pajjiż tal-kunsinna;

(f) il-grupp ta’ prodotti adattat u l-kwantità għall-prodotti kkonċernati;

(g) il-piż nett skond l-intestatura NM;

(h) il-valur cif tal-prodotti fil-fruntiera tal-Komunità skond l-intestatura NM;

(i) fejn xieraq, id-dati tal-ħlas u tal-kunsinna u kopja tal-polza tat-tagħbija u tal-kuntratt tax-xiri;

(j) id-data u n-numru tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni;

(k) kull kodiċi intern użat għal finijiet amministrattivi;

(l) id-data u l-firma ta’ l-importatur.

5.  L-importaturi m’għandhomx ikunu obbligati li jimportaw il-kwantità kollha koperta b’awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni f’kunsinna waħda.

6.  L-awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni tista’ tinħareġ b’mezzi elettroniċi sakemm l-uffiċċji doganali involuti jkollhom aċċess għad-dokument permezz ta’ netwerk tal-kompjuter.

Artikolu 21

Il-validità ta’ l-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri għandha tkun soġġetta għall-validità tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni u l-kwantitajiet indikati fil-liċenzji ta’ l-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa li abbażi tagħhom inħarġu l-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni.

Artikolu 22

L-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni jew id-dokumenti ekwivalenti għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri skond l-Artikolu 2(2) u mingħajr diskriminazzjoni għal kwalunkwe importatur fil-Komunità, ikun fejn ikun il-post ta’ l-istabbiliment fil-Komunità, mingħajr preġudizzju għal kundizzjonijiet oħra meħtieġa skond ir-regoli attwali.

Artikolu 23

1.  Jekk il-Kummissjoni ssib li l-kwantitajiet totali koperti mil-liċenzji ta’ l-esportazzjoni maħruġa mill-Federazzjoni Russa għal grupp ta’ prodotti partikolari matul kwalunkwe sena jaqbżu l-limitu kwantitattiv stabbilit għal dak il-grupp ta’ prodotti, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom jiġu informati minnufih sabiex jissospendu l-ħruġ ulterjuri ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni. F’dan il-każ, għandhom minnufih jinbdew konsultazzjonijiet mal-Kummissjoni.

2.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru għandhom jirrifjutaw li joħorġu awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni għal prodotti li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa li mhumiex koperti mil-liċenzji ta’ l-esportazzjoni maħruġa skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu.



TAQSIMA 3

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 24

1.  Il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 17 u ċ-ċertifikat ta’ l-oriġini msemmi fl-Artikolu 2 jistgħu jinkludu kopji addizzjonali indikati kif xieraq bħala tali. L-oriġinal u l-kopji ta’ dawn id-dokumenti għandhom jinkitbu bl-Ingliż.

2.  Jekk id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 jimtlew bl-id, l-entrati jeħtiġilhom isiru bil-linka u b’ittri kbar.

3.  Il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni jew id-dokumenti ekwivalenti u ċ-ċertifikati ta’ l-oriġini għandu jkollhom daqs ta’ 210 × 297 mm. Il-karta li tintuża għandha tkun bajda u tal-kitba, skond il-qies imsemmi, ma jkollhiex polpożità mekkanika, u ma tkunx tiżen inqas minn 25 g/m2. Kull parti għandu jkollha disinn guilloche ipprintjat fl-isfond li jagħmel kull falsifikazzjoni b’mezzi mekkaniċi jew kimiċi tidher fl-għajn.

4.  L-oriġinal biss għandu jkun aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri bħala validu għal raġunijiet ta’ importazzjoni skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

5.  Kull liċenzja ta’ l-esportazzjoni jew dokument ekwivalenti u ċ-ċertifikat ta’ l-oriġini għandu jkollhom numru tas-serje standardizzat, kemm jekk huwa stampat u kemm jekk mhuwiex, li bih ikun jistgħu jiġu identifikati.

6.  Dan in-numru għandu jkun kompost mill-elementi li ġejjin:

 żewġ ittri li jidentifikaw il-pajjiż esportatur kif ġej:

 

RU

=

il-Federazzjoni Russa

 żewġ ittri li jidentifikaw l-Istat Membru destinatarju kif ġej:

 

BE

=

Il-Belġju

BG

=

Il-Bulgarija

CZ

=

Ir-Repubblika Ċeka

DK

=

Id-Danimarka

DE

=

Il-Ġermanja

EE

=

L-Estonja

EL

=

Il-Greċja

ES

=

Spanja

FR

=

Franza

IE

=

L-Irlanda

IT

=

L-Italja

CY

=

Ċipru

LV

=

Il-Latvja

LT

=

Il-Litwanja

LU

=

Il-Lussemburgu

HU

=

L-Ungerija

MT

=

Malta

NL

=

L-Olanda

AT

=

L-Awstrija

PL

=

Il-Polonja

PT

=

Il-Portugall

RO

=

Ir-Rumanija

SI

=

Is-Slovenja

SK

=

Is-Slovakkja

FI

=

Il-Finlandja

SE

=

L-Iżvezja

GB

=

Ir-Renju Unit,

 numru ta’ ċifra waħda li jidentifika s-sena ta’ kwota korrispondenti ma’ l-aħħar ċifra fis-sena kkonċernata, pereżempju “7” għas-sena 2007;

 numru b’żewġ ċifri li jidentifika l-uffiċċju tal-ħruġ tal-liċenzji fil-pajjiż esportatur;

 numru b’ħames ċifri li jsegwi b’mod konsekuttiv minn 00001 sa 99999 li jkun allokat lill-Istat Membru speċifiku ta’ destinazzjoni.

Artikolu 25

Il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni u ċ-ċertifikat ta’ l-oriġini jistgħu jinħarġu wara l-kunsinna tal-prodotti li jirreferu għalihom. F’dawn il-każijiet għandu jkollhom fuqhom il-kliem “maħruġ/a retrospettivament”.

Artikolu 26

Fil-każ ta’ serq, telf jew qerda ta’ liċenzja ta’ l-esportazzjoni jew ċertifikat ta’ l-oriġini, l-esportatur jista’ japplika għand l-awtorità kompetenti li tkun ħarġet id-dokument sabiex toħroġ kopja abbażi tad-dokumenti ta’ l-esportazzjoni fil-pussess tiegħu. Il-liċenzja jew ċertifikat duplikat maħruġ b’dan il-mod għandu juri l-kliem “duplikat”.

Id-duplikat għandu juri d-data tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat oriġinali.



TAQSIMA 4

Liċenzja għall-importazzjoni fil-komunità – formola komuni

Artikolu 27

1.  Il-formoli li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għall-ħruġ ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 20 iridu jikkonformaw mal-mudell tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni stipulat fl-Anness III.

2.  Il-formoli għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u estratti minnhom għandhom isiru f’żewġ kopji, waħda, immarkata “Kopja tad-detentur” u ġġib in-numru 1 maħruġa lill-applikant, u l-oħra, immarkata “Kopja ta’ l-awtorità ta’ ħruġ” u ġġib in-numru 2, sabiex tinżamm mill-awtorità li toħroġ il-liċenzja. Għal finijiet ta’ amministrazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jżidu kopji addizzjonali mal-formola 2.

3.  Il-formoli għandhom jiġu stampati fuq karta bajda mingħajr polpa mekkanika, mħejjija għall-kitba u li tiżen bejn 55 u 65 g/m2. Id-daqs tagħhom għandu jkun ta’ 210 × 297 mm; l-ispazju tat-tipa bejn il-linji għandu jkun ta’ 4.24 mm (wieħed minn sitta ta’ pulzier); il-format tal-formoli għandu jiġi segwit eżatt. Iż-żewġ naħat tal-kopja Nru 1, li hija l-liċenzja nnifisha, apparti dan għandu jkollhom disinn guilloche stampat bl-aħmar fl-isfond sabiex jikxef kull falsifikazzjoni b’mezzi kimiċi u mekkaniċi.

4.  L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-istampar tal-formoli. Il-formoli jistgħu jiġu stampati wkoll minn stampaturi maħtura mill-Istat Membru li fih huma stabbiliti. F’dan il-każ, ir-referenza għall-ħatra mill-Istat Membru trid tidher fuq kull formula. Kull formola għandha ġġib fuqha l-isem u l-indirizz ta’ l-istampatur jew marka li biha l-istampatur ikun identifikat.

5.  Mal-ħruġ, il-liċenzji ta’ l-importazzjoni jew l-estratti għandhom jingħataw numru tal-ħruġ stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru. In-numru tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni għandu jiġi nnotifikat elettronikament lill-Kummissjoni fi ħdan in-netwerk integrat stabbilit skond l-Artikolu 4.

6.  Il-liċenzji u l-estratti għandhom jitlestew bil-lingwa uffiċjali, jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali, ta’ l-Istat Membru li jkun ħariġhom.

7.  Fil-kaxxa 10 l-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw il-grupp xieraq tal-prodotti ta’ l-azzar.

8.  Il-marki ta’ l-aġenziji li joħorġu l-liċenzji u ta’ l-awtoritajiet debitanti għandhom jiġu applikati permezz ta’ timbru. Madankollu, stampa b’tipa mbuzzata flimkien ma’ ittri jew figuri miksuba permezz ta’ perforazzjoni, jew stampar fuq il-liċenzja jistgħu jintużaw minflok it-timbru ta’ l-awtorità tal-ħruġ. L-awtoritajiet li joħorġu l-liċenzji għandhom jużaw kull metodu mhux falsifikabbli sabiex jirrekordjaw il-kwantità allokata b’tali mod li jagħmluha impossibbli li jiżdiedu ċifri jew referenzi.

9.  In-naħa ta’ wara tal-kopja Nru 1 u tal-kopja Nru 2 għandu jkollha kaxxa li fiha jistgħu jitniżżlu l-kwantitajiet, sew mill-awtoritajiet doganali meta jimtlew il-formalitajiet ta’ importazzjoni, kif ukoll mill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti meta jinħareġ estratt. Jekk l-ispazju maħsub għad-debiti fuq liċenzja jew estratt minnha ma jkunx biżżejjed, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jżidu paġna jew aktar li fuqha jkun hemm kaxex bħal dawk li hemm fuq wara tal-kopja Nru 1 u tal-kopja Nru 2 tal-liċenzja jew ta’ l-estratt. L-awtoritajiet debitanti għandhom jagħmlu t-timbru tagħhom sabiex nofsu jkun fuq il-liċenzja jew estratt minnha u n-nofs l-ieħor ikun fuq il-paġna miżjuda. Jekk ikun hemm aktar minn paġna waħda, għandu jsir timbru ieħor bl-istess mod fuq kull paġna u l-paġna ta’ qabilha.

10.  Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni u l-estratti maħruġa, u l-entrati u l-approvazzjonijiet magħmula, mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru wieħed għandu jkollhom l-istess effett legali f’kull wieħed mill-Istati Membri l-oħra bħad-dokumenti maħruġa, u l-entrati u l-approvazzjonijiet magħmula, mill-awtoritajiet ta’ dawn l-Istati Membri.

11.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati jistgħu, fejn indispensabbli, jeħtieġu li l-kontenut tal-liċenzji jew l-estratti jkun tradott fil-lingwa uffiċjali jew f’wieħed mill-ilsna uffiċjali ta’ dan l-Istat Membru.



KAPITOLU III

KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA

Artikolu 28

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri bl-ismijiet u bl-indirizzi ta’ l-awtoritajiet fil-Federazzjoni Russa li huma kompetenti għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ l-oriġini u l-liċenzji ta’ l-esportazzjoni, flimkien ma’ kampjuni tat-timbri użati minn dawn l-awtoritajiet.

Artikolu 29

1.  Verifiki sussegwenti ta’ ċertifikati ta’ l-oriġini jew ta’ liċenzji ta’ l-esportazzjoni għandhom isiru b’għażla każwali, jew kull meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jkollhom dubju raġjonevoli rigward l-awtentiċità taċ-ċertifikat ta’ l-oriġini jew tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni, jew inkella rigward il-korrettezza ta’ l-informazzjoni dwar l-oriġini vera tal-prodotti kkonċernati.

F’każijiet bħal dawn, l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom jibagħtu lura lill-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa ċ-ċertifikat ta’ l-oriġini jew il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni jew kopja ta’ dawn, filwaqt li, fejn xieraq, jagħtu r-raġunijiet ta’ forma jew sustanza għall-inkjesta. Jekk il-fattura tkun intbagħtet, tali fattura jew kopja tagħha għandha tinhemeż maċ-ċertifikat ta’ l-oriġini jew mal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni jew kopja tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iressqu wkoll kull informazzjoni li tkun ingħatat li tagħti x’tifhem li l-partikolaritajiet mogħtija fuq iċ-ċertifikat ta’ l-oriġini jew fuq il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni huma żbaljati.

2.  Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw ukoll għal verifiki sussegwenti ta’ dikjarazzjonijiet ta’ l-oriġini.

3.  Ir-riżultati tal-verifiki sussegwenti li jitwettqu skond il-paragrafu 1 għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità sa mhux aktar tard minn tliet xhur. L-informazzjoni kkomunikata għandha tindika jekk iċ-ċertifikat, il-liċenzja jew id-dikjarazzjoni li dwaru/ha jkun hemm dubju japplikax/tapplikax għall-prodotti li jkunu ġew esportati tassew, u jekk il-prodotti jistgħux jiġu esportati fil-Komunità taħt dan il-Kapitolu. L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jistgħu jitolbu wkoll kopji tad-dokumentazzjoni kollha meħtieġa sabiex il-fatti jiġu ddeterminati bis-sħiħ, inkluża, b’mod partikolari, l-oriġini tal-prodotti.

4.  Jekk dawn il-verifiki jikxfu xi abbuż jew irregolaritajiet kbar fl-użu li jkun sar minn dawn id-dikjarazzjonijiet ta’ l-oriġini, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan il-fatt. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

5.  Ir-rikors b’mod kawżali għall-proċedura speċifikata f’dan l-Artikolu ma għandux ikun ta’ ostaklu għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti kkonċernati.

Artikolu 30

1.  F’każijiet fejn il-proċedura ta’ verifika msemmija fl-Artikolu 29 jew fejn l-informazzjoni disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità, tindika li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu jkunu qed jinkisru, l-awtoritajiet imsemmija għandhom jitolbu lill-Federazzjoni Russa twettaq l-investigazzjonijiet meħtieġa, jew tagħmel arranġamenti sabiex jitwettqu dawn l-investigazzjonijiet rigward operati li jkunu jew jidhru li jkunu qed jiksru d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu. Ir-riżultati ta’ dawn l-inkjesti għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità flimkien ma’ kull informazzjoni oħra rilevanti li tippermetti li tiġi stabbilita l-oriġini vera tal-prodotti.

2.  Skond l-azzjoni meħuda bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jistgħu jaqsmu kull informazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa li titqies utli fil-prevenzjoni tal-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu.

3.  Fejn jiġi stabbilit li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu jkunu nkisru, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tevita li jerġa’ jseħħ dan il-ksur.

Artikolu 31

Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-azzjoni meħuda mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri taħt id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-azzjoni li jkunu ħadu u bir-riżultati miksuba.



KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 32

Ir-Regolament (KE) Nru 1872/2006 huwa b’dan imħassar.

Artikolu 33

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

SA Prodotti rrumblati ċatt (flat-rolled)

SA1. Koljaturi

7208100000

7208250000

7208260000

7208270000

7208360000

7208370010

7208370090

7208380010

7208380090

7208390010

7208390090

7211140010

7211190010

7219110000

7219121000

7219129000

7219131000

7219139000

7219141000

7219149000

7225303010

7225401510

7225502010

7225301000

7225309000

SA2. Pjanċi Tqal

7208400010

7208512010

7208512091

7208512093

7208512097

7208512098

7208519100

7208519810

7208519891

7208519899

7208529100

7208521000

7208529900

7208531000

7211130000

SA3. Prodotti oħra rrumblati ċatt

7208400090

7208539000

7208540000

7208908010

7209150000

7209161000

7209169000

7209171000

7209179000

7209181000

7209189100

7209189900

7209250000

7209261000

7209269000

7209271000

7209279000

7209281000

7209289000

7209908010

7210110010

7210122010

7210128010

7210200010

7210300010

7210410010

7210490010

7210500010

7210610010

7210690010

7210701010

7210708010

7210903010

7210904010

7210908091

7211140090

7211190090

7211233091

7211238091

7211290010

7211908010

7212101000

7212109011

7212200011

7212300011

7212402010

7212402091

7212408011

7212502011

7212503011

7212504011

7212506111

7212506911

7212509013

7212600011

7212600091

7219211000

7219219000

7219221000

7219229000

7219230000

7219240000

7219310000

7219321000

7219329000

7219331000

7219339000

7219341000

7219349000

7219351000

7219359000

7225401290

7225409000

SA4. Prodotti llegati

7226200010

7226912000

7226919100

7226919900

7226997010

SA5. Folji quarto llegati

7225401230

7225404000

7225406000

7225990010

SA6. Pjanċi llegati rrumblati fil-kiesaħ u miksijin

7225508000

7225910010

7225920010

7226920010

Prodotti twal SB

SB1. Travi

7207198010

7207208010

7216311000

7216319000

7216321100

7216321900

7216329100

7216329900

7216331000

7216339000

SB2. Vireg tal-wajer

7213100000

7213200000

7213911000

7213912000

7213914100

7213914900

7213917000

7213919000

7213991000

7213999000

7221001000

7221009000

7227100000

7227200000

7227901000

7227905000

7227909500

SB3. Oħrajn twal

7207191210

7207191291

7207191299

7207205200

7214200000

7214300000

7214911000

7214919000

7214991000

7214993100

7214993900

7214995000

7214997100

7214997900

7214999500

7215900010

7216100000

7216210000

7216220000

7216401000

7216409000

7216501000

7216509100

7216509900

7216990010

7218992000

7222111100

7222111900

7222118100

7222118900

7222191000

7222199000

7222309710

7222401000

7222409010

7224900289

7224903100

7224903800

7228102000

7228201010

7228201091

7228209110

7228209190

7228302000

7228304100

7228304900

7228306100

7228306900

7228307000

7228308900

7228602010

7228608010

7228701000

7228709010

7228800010

7228800090

7301100000




ANNESS II

EXPORT LICENCE1. Exporter (name, full address, country)ORIGINAL2. No3. Year4. Product group5. Consignee (name, full address, country)EXPORT LICENCE(for certain steel products)6. Country of origin7. Country of destination8. Place and date of shipment — means of transport9. Supplementary details10. Description of goods — manufacturer11. TARIC code12. Quantity (1)13. Fob value (2)14. CERTIFICATION BY THE COMPETENT AUTHORITYI, the undersigned, certify that the goods described above have been charged against the quantitative limit established for the year shown in box No 3 in respect of the Product group shown in box No 4 by the provisions regulating trade in certain steel products with the European Community.15. Competent authority (name, full address, country)Aton(Signature)(Stamp)(1) Show net weight (kg) and also quantity in the unit prescribed where other than net weight.(2) In the currency of the sale contract.

EXPORT LICENCE1. Exporter (name, full address, country)COPY2. No3. Year4. Product group5. Consignee (name, full address, country)EXPORT LICENCE(for certain steel products)6. Country of origin7. Country of destination8. Place and date of shipment — means of transport9. Supplementary details10. Description of goods — manufacturer11. TARIC code12. Quantity (1)13. Fob value (2)14. CERTIFICATION BY THE COMPETENT AUTHORITYI, the undersigned, certify that the goods described above have been charged against the quantitative limit established for the year shown in box No 3 in respect of the Product group shown in box No 4 by the provisions regulating trade in certain steel products with the European Community.15. Competent authority (name, full address, country)Aton(Signature)(Stamp)(1) Show net weight (kg) and also quantity in the unit prescribed where other than net weight.(2) In the currency of the sale contract.

CERTIFICATE OF ORIGIN1. Exporter (name, full address, country)ORIGINAL2. No3. Year4. Product group5. Consignee (name, full address, country)CERTIFICATE OF ORIGIN(for certain steel products)6. Country of origin7. Country of destination8. Place and date of shipment — means of transport9. Supplementary details10. Description of goods — manufacturer11. CN code12. Quantity (1)13. Fob value (2)14. CERTIFICATION BY THE COMPETENT AUTHORITYI, the undersigned, certify that the goods described above originated in the country shown in box No 6, in accordance with the provisions in force in the European Community.15. Competent authority (name, full address, country)Aton(Signature)(Stamp)(1) Show net weight (kg) and also quantity in the unit prescribed where other than net weight.(2) In the currency of the sale contract.

CERTIFICATE OF ORIGIN1. Exporter (name, full address, country)COPY2. No3. Year4. Product group5. Consignee (name, full address, country)CERTIFICATE OF ORIGIN(for certain steel products)6. Country of origin7. Country of destination8. Place and date of shipment — means of transport9. Supplementary details10. Description of goods — manufacturer11. CN code12. Quantity (1)13. Fob value (2)14. CERTIFICATION BY THE COMPETENT AUTHORITYI, the undersigned, certify that the goods described above originated in the country shown in box No 6, in accordance with the provisions in force in the European Community.15. Competent authority (name, full address, country)Aton(Signature)(Stamp)(1) Show net weight (kg) and also quantity in the unit prescribed where other than net weight.(2) In the currency of the sale contract.




ANNESS III

Kopja tad-detentur11Liċenzja ta’ l-importazzjoni fil-Komunità Ewropea1. Destinatarju (isem, indirizz sħiħ, pajjiż, numru tal-VAT)2. Numru tal-ħruġ3. Sena4. Awtorità responsabbli għall-ħruġ(isem, indirizz u Nru tat-telefown)5. Dikjaratur/rappreżentant skond liema jkun jgħodd(isem u indirizz sħiħ)6. Pajjiż ta’ l-oriġini(u l-kodiċi tal-ġeonomenklatura)7. Pajjiż tal-kunsinna(u l-kodiċi tal-ġeonomenklatura)8. L-aħħar jum ta’ validità9. Deskrizzjoni tal-prodotti10. Kodiċi TARIC11. Kwantità espressa fl-unità ta’ kwota12. Sikurezza/garanzija (skond liema tkun tgħodd)13. Aktar partikolaritajiet14. Approvazzjoni ta’ l-awtorità kompetentiData:(Firma) (Timbru)

15. ATTRIBUZZJONIJIETNiżżel il-kwantità disponibbli f’parti 1 tal-kolonna 17 u l-kwantità attribwita fil-parti 2 tagħha16. Kwantità netta (massa netta jew unità oħra ta’ kejl filwaqt li tniżżel l-unità)19. Dokument doganali (formola u numru) jew in-Nru ta’ l-estratt u d-data ta’ l-attribuzzjoni20. Isem, Stat Membru, timbru u firma ta’ l-awtorità li qed tattribwixxi17. F’ċifri18. Fi kliem għall-kwantità attribwita1.2.1.2.1.2.1.2.1.2.1.2.1.2.Paġni addizzjonali li jridu jiġu mehmuża hawnhekk.

Kopja għall-awtorità tal-ħruġ22Liċenzja ta’ l-importazzjoni fil-Komunità Ewropea1. Destinatarju (isem, indirizz sħiħ, pajjiż, numru tal-VAT)2. Numru tal-ħruġ3. Sena4. Awtorità responsabbli għall-ħruġ(isem, indirizz u Nru tat-telefown)5. Dikjaratur/rappreżentant skond liema jkun jgħodd(isem u indirizz sħiħ)6. Pajjiż ta’ l-oriġini(u l-kodiċi tal-ġeonomenklatura)7. Pajjiż tal-kunsinna(u l-kodiċi tal-ġeonomenklatura)8. Sikurezza/garanzija (skond liema tkun tgħodd)9. Deskrizzjoni tal-prodotti10. Kodiċi TARIC11. Kwantità espressa fl-unità ta’ kwota12. Sikurezza/garanzija (skond liema tkun tgħodd))13. Aktar partikolaritajiet14. Approvazzjoni ta’ l-awtorità kompetentiData:(Firma) (Timbru)

15. ATTRIBUZZJONIJIETNiżżel il-kwantità disponibbli f’parti 1 tal-kolonna 17 u l-kwantità attribwita fil-parti 2 tagħha16. Kwantità netta (massa netta jew unità oħra ta’ filwaqt li tniżżel l-unità)19. Dokument doganali (formola u numru) jew in-Nru ta’ l-estratt u d-data ta’ l-attribuzzjoni20. Isem, Stat Membru, timbru u firma ta’ l-awtorità li qed tattribwixxi17. F’ċifri18. Fi kliem għall-kwantità attribwita1.2.1.2.1.2.1.2.1.2.1.2.1.2.Paġni addizzjonali li jridu jiġu mehmuża hawnhekk.




ANNESS IV

СПИСЪК НА КОМПЕТЕНТНИТЕ НАЦИОНАЛНИ ВЛАСТИ

LISTA DE LAS AUTORIDADES NACIONALES COMPETENTES

SEZNAM PŘÍSLUŠNÝCH VNITROSTÁTNÍCH ORGÁNŮ

LISTE OVER KOMPETENTE NATIONALE MYNDIGHEDER

LISTE DER ZUSTÄNDIGEN BEHÖRDEN DER MITGLIEDSTAATEN

PÄDEVATE RIIKLIKE ASUTUSTE NIMEKIRI

ΔΙΕΥΘΥΝΣΕΙΣ ΤΩΝ ΑΡΧΩΝ ΕΚΔΟΣΗΣ ΑΔΕΙΩΝ ΤΩΝ ΚΡΑΤΩΝ ΜΕΛΩΝ

LIST OF THE COMPETENT NATIONAL AUTHORITIES

LISTE DES AUTORITÉS NATIONALES COMPÉTENTES

ELENCO DELLE COMPETENTI AUTORITA NAZIONALI

VALSTU KOMPETENTO IESTAŽU SARAKSTS

ATSAKINGŲ NACIONALINIŲ INSTITUCIJŲ SĄRAŠAS

AZ ILLETÉKES NEMZETI HATÓSÁGOK LISTÁJA

LISTA TA’ L-AWTORITAJIET KOMPETENTI NAZZJONALI

LIJST VAN BEVOEGDE NATIONALE INSTANTIES

LISTA WŁAŚCIWYCH ORGANÓW KRAJOWYCH

LISTA DAS AUTORIDADES NACIONAIS COMPETENTES

LISTA AUTORITĂȚILOR NAȚIONALE COMPETENTE

ZOZNAM PRÍSLUŠNÝCH ŠTÁTNYCH ORGÁNOV

SEZNAM PRISTOJNIH NACIONALNIH ORGANOV

LUETTELO TOIMIVALTAISISTA KANSALLISISTA VIRANOMAISISTA

FÖRTECKNING ÖVER BEHÖRIGA NATIONELLA MYNDIGHETER

BELGIQUE/BELGIË

Service public fédéral économie, PME, Classes Moyennes & Énergie

Direction générale du potentiel économique

Service licences

Rue de Louvain 44

B-1000 Bruxelles

Fax 32-2 548 65 70

Federale Overheidsdienst Economie, K.M.O., Middenstand en Energie

Algemene Directie Economisch Potentieel

Dienst Vergunningen

Leuvenseweg 44

B-1000 Brussel

Fax +32-2-5486570

БЪЛГАРИЯ

Министерство на икономиката и енергетиката

Дирекция “Регистриране, лицензиране и контрол”

ул. “Славянска” № 8

1052 София

Факс: +35929815041



(Fax)

+35929804710

+35929883654

ČESKÁ REPUBLIKA

Ministerstvo průmyslu a obchodu

Licenční správa

Na Františku 32

CZ-110 15 Praha 1

Fax: +420-22421 21 33

DANMARK

Erhvervs- og Byggestyrelsen

Økonomi- og Erhvervsministeriet

Langelinie Allé 17

DK-2100 København Ø

Fax (45) 35 46 60 01

DEUTSCHLAND

Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle

(BAFA)

Frankfurter Straße 29—35

D-65760 Eschborn 1

Fax + 49-6196-90 88 00

EESTI

Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium

Harju 11

EE-15072 Tallinn

Faks: +372 6313 660

IRELAND

Department of Enterprise, Trade and Employment

Import/Export Licensing, Block C

Earlsfort Centre

Hatch Street

Dublin 2

Ireland

Fax (353-1) 631 25 62

ΕΛΛΑΔΑ

Υπουργείο Οικονομίας & Οικονομικών

Γενική Διεύθυνση Διεθνούς Οικονομικής Πολιτικής

Διεύθυνση Καθεστώτων Εισαγωγών-Εξαγωγών,

Εμπορικής Άμυνας

Κορνάρου 1

GR-105 63 Αθήνα

Φαξ (30) 210-328 60 94

ESPAÑA

Ministerio de Industria, Turismo y Comercio

Secretaría General de Comercio Exterior

Subdirección General de Comercio Exterior de Productos Industriales

Paseo de la Castellana, 162

E-28046 Madrid

Fax (34) 913 49 38 31

FRANCE

Ministère de l'Économie, des Finances et de l'Emploi

Direction générale des entreprises

Sous-direction des biens de consommation

Bureau textile-importations

Le Bervil, 12 rue Villiot

F-75572 Paris Cedex 12

Fax + 33-1 53 44 91 81

ITALIA

Ministero del Commercio internazionale

Direzione generale per la politica commerciale e per la gestione del regime degli scambi

Viale America 341

I-00144 Roma

Fax + 39-6-59 93 22 35/59 93 26 36

KYΠPOΣ

Υπουργείο Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού

Υπηρεσία Εμπορίου

Μονάδα Έκδοσης Αδειών Εισαγωγής/Εξαγωγής

Οδός Ανδρέα Αραούζου αρ. 6

CY-1421 Λευκωσία

Φαξ (357) 22-37 51 20

LATVIJA

Latvijas Republikas Ekonomikas ministrija

Brīvības iela 55

LV-1519 Rīga

Fax: +371-728 08 82

LIETUVA

Lietuvos Respublikos ūkio ministerija

Prekybos departamentas

Gedimino pr. 38/2

LT-01104 Vilnius

Faksas +370-5 262 39 74

LUXEMBOURG

Ministère de l'Économie et du Commerce extérieur

Office des licences

BP 113

L-2011 Luxembourg

Fax +352 46 61 38

MAGYARORSZÁG

Magyar Kereskedelmi Engedélyezési Hivatal

Margit krt. 85.

HU-1024 Budapest

Fax: + 36-1-336 73 02

MALTA

Diviżjoni għall-Kummerċ

Servizzi Kummerċjali

Lascaris

MT-Valletta CMR02

Fax + 356-25-69 02 99

NEDERLAND

Belastingdienst/Douane centrale dienst voor in- en uitvoer

Postbus 30003, Engelse Kamp 2

NL-9700 RD Groningen

Fax + 31-50-523 23 41

ÖSTERREICH

Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit

Außenwirtschaftsadministration

Abteilung C2/2

Stubenring 1

A-1011 Wien

Fax +43-1-7 11 00/83 86

POLSKA

Ministerstwo Gospodarki

Plac Trzech Krzyży 3/5

PL-00-507 Warszawa

Faks: (48-22) 693 40 21/693 40 22

PORTUGAL

Ministério das Finanças

Direcção-Geral das Alfândegas e dos Impostos

Especiais sobre o Consumo

Rua Terreiro do Trigo, Edifício da Alfândega de Lisboa

PT-1140-060 Lisboa

Fax: + 351-218 814 261

ROMÂNIA

Ministerul pentru Întreprinderi Mici și Mijlocii, Comerț, Turism și Profesii Liberale

Direcția Generală Politici Comerciale

Str. Ion Câmpineanu, nr. 16

București, sector 1

Cod poștal 010036

Tel.: (40-21) 315 00 81,

Fax: (40-21) 315 04 54,

e-mail: clc@dce.gov.ro

SLOVENIJA

Ministrstvo za finance

Carinska uprava Republike Slovenije

Carinski urad Jesenice

Spodnji plavž 6C

SI-4270 Jesenice

Fax + 386-4-297 44 56

SLOVENSKO

Odbor obchodnej politiky

Ministerstvo hospodárstva

Mierová 19

SK-827 15 Bratislava 212

Fax + 421-2-48 54 31 16

SUOMI/FINLAND

Tullihallitus

PL 512

FI-00101 Helsinki

Faksi (+ 358-20) 492 28 52

Tullstyrelsen

PB 512

FI-00101 Helsingfors

Fax (+ 358-20) 492 28 52

SVERIGE

Kommerskollegium

Box 6803

S-113 86 Stockholm

Fax (46-8) 30 67 59

UNITED KINGDOM

Department of Trade and Industry

Import Licensing Branch

Queensway House — West Precinct

Billingham

UK-TS23 2NF

Fax: + 44-1642-36 42 69




ANNESS V

▼M1



LIMITI KWANTITATTIVI GĦALL-2008

(tunnellati)

Prodotti

2008

SA. Prodotti ċatti

SA1. Kolji

1 113 993

SA2. Pjanċa tqila

308 907

SA3. Prodotti ċatti oħrajn

600 454

SA4. Prodotti llegati

104 290

SA5. Folji quarto llegati

27 932

SA6. Pjanċi llegati rrumblati fil-kiesaħ u miksijin

109 650

SB. Prodotti twal

SB1. Travi

58 906

SB2. Vireg tal-wajer

329 010

SB3. Prodotti oħra twal

529 434

Nota: SA u SB huma kategoriji ta’ prodotti.

SA1 sa SA6 u SB1 sa SB3 huma gruppi ta’ prodotti.



( 1 ) ĠU L 327, 28.11.1997, p. 3.

( 2 ) Ara paġna 52 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

( 3 ) ĠU L 256, 7.9.1987 p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 733/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 1).

( 4 ) ĠU L 360, 19.12.2006, p. 41.