2007R1292 — MT — 18.05.2011 — 005.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1292/2007

tat-30 ta’ Ottubru 2007

li jimponi dazju defenittiv ta’ antidumping fuq importazzjonijiet ta’ tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene(PET) li joriġinaw fl-Indja, wara reviżjoni ta’ l-iskadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, u li jtemm ir-reviżjoni parzjali interim skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96

(ĠU L 288, 6.11.2007, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 15/2009 tat-8 ta’ Jannar 2009

  L 6

1

10.1.2009

►M2

Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 806/2010 tat-13 ta’ Settembru 2010

  L 242

6

15.9.2010

 M3

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 38/2011 tat-18 ta’ Jannar 2011

  L 15

1

20.1.2011

 M4

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 205/2011 tat-28 ta’ Frar 2011

  L 58

14

3.3.2011

►M5

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 469/2011 tat-13 ta’ Mejju 2011

  L 129

1

17.5.2011




▼B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1292/2007

tat-30 ta’ Ottubru 2007

li jimponi dazju defenittiv ta’ antidumping fuq importazzjonijiet ta’ tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene(PET) li joriġinaw fl-Indja, wara reviżjoni ta’ l-iskadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, u li jtemm ir-reviżjoni parzjali interim skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96



IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea ( 1 ) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikoli 11(2) u 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:PROĊEDURAMiżuri fis-seħħ

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1676/2001 ( 2 ) kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1424/2006 ( 3 ) impona dazju definittiv ta’ l-antidumping fuq importazzjonijiet ta’ tertuqa polyethylene terephthalate (PET) film li joriġinaw, inter alia fl-Indja. Il-miżuri, soġġetti għar-reviżjonijiet attwali, ħadu l-forma ta’ dazju ad valorem ta’ l-antidumping, li jvarja bejn 0 % u 18 %, impost fuq l-importazzjonijiet minn esportaturi msemmija individwalment, b’rata residwa ta’ dazju ta’ 17,3 % imposta fuq l-importazzjonijiet mill-kumpaniji l-oħrajn kollha. L-investigazzjoni li wasslet għar-Regolament (KE) Nru 1676/2001 kif immodifikat se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”.

(2)

Il-miżuri imposti fuq importazzjonijiet mill-Indja fl-investigazzjoni oriġinali kienu estiżi bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1975/2004 ( 4 ) għal importazzjonijiet tat-tertuqa PET ikkunsinjati mill-Brażil u mill-Iżrael, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Brażil inkella mill-Iżrael.

(3)

Il-Kummissjoni, permezz tad-Deċiżjoni 2001/645/KE ( 5 ) li taċċetta garanziji offruti minn ħames produtturi Indjani b’konnessjoni ma’ l-investigazzjoni oriġinali. Il-garanziji ġew irrevokati permezz tad-Deċiżjoni 2006/173/KE ( 6 ).

(4)

Il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 367/2001 kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1124/2007 ( 7 ) impona dazju kompensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ tertuqa PET li joriġinaw fl-Indja. Il-miżuri ħadu l-forma ta’ dazju ad valorem li jvarja bejn 7 % u 19,1 % impost fuq l-importazzjonijiet minn esportaturi msemmija individwalment, b’rata residwa ta’ dazju ta’ 19,1 % imposta fuq l-importazzjonijiet mill-kumpaniji l-oħrajn kollha. L-investigazzjoni li wasslet għar-Regolament (KE) Nru 367/2006 kif emendat għandha tissejjaħ “l-investigazzjoni preċedenti ta’ kontra s-sussidju”.

It-talba għal reviżjoni

(5)

Fit-23 ta’ Mejju 2006 u t-3 ta’ Lulju 2006 rispettivament, talba għal reviżjoni ta’ l-iskadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku u talba għal reviżjoni parzjali interim skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, limitata għall-valutazzjoni ta’ dumping minn Jindal Poly Films Limited (“Jindal”), tressqu mill-produtturi li ġejjin tal-Komunità: Du Pont Teijin Films, Mitsubishi Polyester Film GmbH u Nuroll SpA (“l-applikanti”). L-applikanti jirrappreżentaw il-proporzjoni maġġuri tal-produzzjoni tal-Komunità tat-terutuqa PET.

(6)

L-applikanti allegaw u pprovdew biżżejjed evidenza prima facie li: (a) hemm probabilità ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara lill-industrija tal-Komunità, u (b) iċ-ċirkostanzi fir-rigward ta’ dumping li fuq il-bażi tagħhom kienu stabbiliti l-miżuri għal Jindal inbidlu u dawn il-bidliet huma ta’ natura dewwiema.

L-investigazzjoni

(7)

Wara li ġie determinat, fuq konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti evidenza biżżejjed biex jingħata bidu għar-reviżjoni ta’ skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku u għal reviżjoni parzjali interim skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ħabbret fit-22 ta’ Awissu 2006 ( 8 ) u l-25 ta’ Awissu 2006 ( 9 ) rispettivament, permezz ta’ notifiki ta’ inizjazzjoni ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, il-bidu tat-tali reviżjonijiet.

(8)

Ir-reviżjoni parzjali interim kienet limitata fl-ambitu sabiex teżamina d-dumping li għandu x'jaqsam ma’ Jindal. Il-perjodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni (“PIR”) ġie stipulat mill-1 ta’ Lulju 2005 sat-30 ta’ Ġunju 2006. L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni ta’ probabilità ta’ tkomplija jew rikorrenza ta’ ħsara kopra l-perjodu mill-2003 sa tmiem il-PIR (“il-perjodu meqjus”).

Il-partijiet ikkonċernati

(9)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi esportaturi, lir-rappreżentanti tal-pajjiż ta’ l-esportazzjoni, il-produtturi tal-Komunità, l-importaturi u l-utenti magħrufa li huma kkonċernati bil-bidu tar-reviżjoni ta’ l-iskadenza. Għaż-żewġ reviżjonijiet, il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità biex jikkomunikaw l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu seduta fil-limitu ta’ żmien stipulat fl-avviżi ta’ bidu.

(10)

Il-partijiet interessati kollha li gћamlu din it-talba u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex kellhom jinstemgħu, ingћataw seduta.

(11)

Fir-rigward tar-reviżjoni ta’ l-iskadenza, fid-dawl tal-għadd apparentament għoli ta’ produtturi esportaturi ta’ tertuqa PET fl-Indja li ssemmew fit-talba, kien previst l-użu ta’ tekniki ta’ teħid ta’ kampjuni fl-avviż ta’ l-inizjazzjoni skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex jiġi deċiż jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, jingħażel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha ntalbu li jagħmlu lilhom infushom magħrufa u ntalbu jipprovdu, kif speċifikat fl-avviż ta’ inizjazzjoni, tagħrif bażiku dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mat-tertuqa PET matul il-PIR. Sitt produtturi esportaturi fl-Indja indikaw ir-rieda tagħhom li jikkooperaw. Minn dawn is-sitt produtturi esportaturi, intgħażlu tliet kumpaniji (Ester Industries Limited, Garware Polyester Limited u Jindal), għall-kampjun u waslilhom kwestjonarju. Dawn il-kumpaniji nstabu li jikkostitwixxu l-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lill-Komunità tat-tertuqa PET li seta' jiġi investigat b'mod raġjonevoli fi ħdan iż-żmien disponibbli, skond l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku.

(12)

Barra minn dan, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet l-oħra kollha magħrufa li huma kkonċernati jew li għamlu ruħhom magħrufa fiż-żminijiet stipulati fl-avviż ta’ inizjazzjoni. Waslu tweġibiet sħaħ mill-produtturi tal-Komunità, il-produtturi esportaturi li ttieħdu bħala kampjun, importatur/utent wieħed u erba' utenti.

(13)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li hija qieset meħtieġ għad-determinazzjoni ta’ dumping u ħsara kif ukoll sabiex tiddetermina jekk hemmx probabilità ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping jew ħsara u jekk il-preżervazzjoni tal-miżuri tkunx fl-interess tal-Komunità. Żjajjar ta’ verifika twettqu fuq il-post tal-partijiet interessati li ġejjin:

(a)  Il-produtturi Komunitarji

 Dupont Teijin Films (il-Lussemburgu)

 Mitsubishi Polyester Film GmbH (il-Ġermanja)

 Nuroll SpA (l-Italja)

 Toray Plastics Europe (Franza)

(b)  Produtturi esporaturi fl-Indja

 Ester Industries Limited, New Delhi

 Garware Polyester Limited, Aurangabad

 Jindal Poly Films Limited, New Delhi

(ċ)  Importatur/utent relatat fil-Komunità

 Rexor SAS (Franza)

(d)  Importatur/utent

 Coverne SpA (l-Italja)

(e)  utenti

 Safta SpA (l-Italja)

 Metalvuoto SpA (l-Italja)

IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILIProdott ikkonċernat

(14)

Il-prodott ikkonċernat kien l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri t-tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene (PET) li toriġina fl-Indja, normalment iddikjarata taħt il-kodiċi NM ex392062 19 u ex392062 90.

Prodott Simili

(15)

L-istess bħall-investigazzjoni oriġinali, instab li t-tertuqa PET prodotta u mibjugħa fis-suq domestiku fl-Indja u t-tertuqa PET esportata lejn il-Komunità mill-Indja għandha l-istess karatteristiċi u użi bażiċi fiżiċi u tekniċi. Għalhekk, dawn il-prodotti huma simili fis-sens ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

REVIŻJONI PARZJALI INTERIM: DUMPINGIl-valur normali

(16)

Sabiex jiġi stabbilit il-valur normali, l-ewwel ġie vverifikat li l-bejgħ domestiku totali ta’ Jindal kien rappreżentattiv skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri li dan kien jgħodd għal 5 % jew aktar tal-volum ta’ bejgħ totali tal-prodott ikkonċernat esportat lejn il-Komunità.

(17)

Imbagħad ġie aċċertat jekk il-bejgħ domestiku totali ta’ kull tip ta’ prodott kienx jikkostitwixxi 5 % jew aktar mill-volum ta’ bejgh ta’ l-istess tip esportat lejn il-Komunità.

(18)

Għat-tipi tal-prodott fejn il-bejgħ domestiku kien jikkostitwixxi 5 % jew aktar tal-volum tal-bejgħ ta’ l-istess tip esportat lejn il-Komunità, ġie mbagħad eżaminat jekk sarx bejgħ biżżejjed fl-andament normali tal-kummerċ skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Għal kull prodott tat-tip fejn il-volum ta’ bejgħ domestiku li sar 'il fuq min-nefqa ta’ produzzjoni kien jirrappreżenta 80 % tal-bejgħ, il-valur normali kien stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet bil-piż differenzjat li fil-fatt tħallas għall-bejgħ domestiku kollu. Għal dawk it-tipi tal-prodott fejn il-volum ta’ tranżazzjonijiet profitabbli kien taħt ta’ 80 % jew inqas, iżda mhux inqas minn 10 % tal-bejgħ, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz bil-piż differenzjat li fil-fatt tħallas għall-bejgħ domestiku profittabbli biss. Għal dawk it-tipi tal-prodott fejn anqas minn 10 %, skond il-volum, inbiegħu fis-suq domestiku fi prezz li mhuwiex anqas mill-ispiża ta’ l-unità, tqies li t-tip tal-prodott ikkonċernat ma nbiegħx fl-andament normali tal-kummerċ u għalhekk, il-valur normali kellu jinħoloq skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

(19)

Għat-tipi tal-prodott fejn il-prezzijiet domestiċi tal-produttur esportatur ma setgħux jintużaw sabiex jistabbilixxu valur normali minħabba rappreżentattività insuffiċjenti jew minħabba nuqqas ta’ bejgħ fl-andament normali tal-kummerċ, il-valur normali inħoloq fuq il-bażi ta’ l-ispejjeż tal-manifattura li ġġarrbu mill-produttur esportatur ikkonċernat flimkien ma’ ammont raġjonevoli għall-ispejjeż ġenerali, amministrattivi u ta’ bejgħ (“SĠAB”) u għall-profitti, skond l-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku.

(20)

L-SĠAB kienu bbażati fuq spejjeż tali mġarrba mill-produttur esportatur fir-rigward tal-bejgħ domestiku tiegħu tal-prodott ikkonċernat, li nstabu li kienu rappreżentattivi. Il-marġini tal-profitt kien ikkalkolat fuq il-bażi tal-marġini medja tal-profitt bil-piż differenzjat tal-kumpanija għal dawk it-tipi tal-prodott mibjugħa fis-suq domestiku fi kwantitajiet biżżejjed fl-andament normali tal-kummerċ.

Il-prezz ta’ l-esportazzjoni

(21)

Il-maġġornaza vasta ta’ l-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità matul il-PIR saret lill-konsumaturi indipendenti. Għalhekk, il-prezz ta’ l-esportazzjoni ġie stabbilit skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-prezz ta’ l-esportazzjoni realment imħallas jew li għandu jitħallas.

(22)

Uħud mill-bejgħ ta’ l-esportazzjoni saru lil kumpanija relatata fil-Komunità. Il-kumpanija relatata ma biegħetx l-oġġetti mill-ġdid direttament iżda ttrasformathom b'mod sostanzjali, sal-punt li l-ħolqien tal-prezz ta’ l-esportazzjoni tal-prodott esportat fuq il-bażi tal-prezz ta’ bejgħ mill-ġdid tal-prodott ittrasformat skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku nstab li ma jistax jinħadem. Il-prezzijiet li Jindal iżżommilha lil din il-kumpanija relatata tqabblu mal-prezzijiet magħmula minn Jindal lill-konsumaturi relatati tagħha fil-Komunità għat-tipi tal-prodott simili matul il-PIR. Minħabba li nstab li dawn iż-żewġ settijiet ta’ prezzijiet kienu skond kull tip tal-prodott, ġie konkluż li l-prezzijiet li Jindal iżżomm lill-parti relatata magħha fil-Komunità kienu attendibbli u setgħu jintużaw għall-kalkolu tal-prezz ta’ l-esportazzjoni.

It-Tqabbil

(23)

Il-valur normali u l-prezz għall-esportazzjoni tqabblu fuq bażi ex-fabbrika. Sabiex ikun żgurat tqabbil ġust, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffetwaw il-komparabilità tal-prezzijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Skond dan, l-aġġustament saru għad-differenzi fi skonti, ribassi, trasport, ġestjoni, tagħbija u spejjeż anċillari, ippakkjar, kreditu u kummissjonijiet, fejn applikabbli u sostnuti b'evidenza vverifikata.

(24)

Jindal iddikkjarat aġġustament għall-valur normali għad-dazju ta’ l-importazzjoni li ma nġabarx taħt l-Iskema ta’ Liċenzja Preliminari (Advance Licence Scheme – ALS) fuq importazzjonijiet ta’ materja prima użata fil-manifattura ta’ oġġett għall-esportazzjoni. L-ALS tippermetti l-importazzjoni ta’ materja prima ħielsa mid-dazju, bil-kondizzjoni li l-kumpanija tesporta kwantità u valur korrispondenti tal-prodott lest determinati skond normi standard fissi uffiċjalment ta’ kontribut u riżultat. L-importazzjonijiet li jaqgħu taħt l-ALS jistgħu jintużaw jew għall-produzzjoni ta’ oġġetti ta’ l-esportazzjoni inkella għar-riforniment ta’ kontributi domestiċi użati sabiex jipproduċu oġġetti tali. Il-kumpanija ddikjarat li l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn il-KE ntużaw sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti li jaqgħu taħt l-ALS fir-rigward ta’ materja prima importata. Ma saret l-ebda konklużjoni dwar jekk din id-dikjarazzjoni kinitx iġġustifikata jew le għal din id-dikjarazzjoni, fid-dawl li l-kumpanija, fi kwalunkwe każ, instabet li ma kenitx qed twettaq dumping fil-PIR u mhu se tagħmel l-ebda impatt fuq ir-riżultat finali ta’ l-investigazzjoni ta’ reviżjoni.

Il-marġini ta’ dumping

(25)

Il-marġini tad-dumping kien stabbilit fuq il-bażi ta’ taqbbil ta’ valur normali tal-medja bil-piż differenzjat ma’ prezz ta’ esportazzjoni tal-medja bil-piż differenzjat, skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku.

(26)

Dan it-tqabbil wera marġini negattiv ta’ dumping.

In-natura dejjiema taċ-ċirkostanzi mibdula

(27)

Skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku kien ukoll eżaminat jekk is-sejbiet stabbilit fl-andament ta’ din l-investigazzjoni setgħux jiġu deskritti b'mod raġjonevoli bħala ta’ natura dejjiema.

(28)

F'dan ir-rigward, qiegħed jitfakkar li Jindal instabet li ma kinitx qed twettaq dumping f'żewġ investigazzjonijiet konsekuttivi konklużi permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1676/2001 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 390/2005 ( 10 ). Dawn is-sejbiet ta’ l-ebda dumping ġew ikkonfermati mill-investigazzjoni attwali, u mhemm l-ebda element li jindika li din il-qagħda ta’ l-ebda dumping ma għandhiex tkun ta’ natura dejjiema.

(29)

Għalhekk qed jitqies li l-miżuri attwali fir-rigward ta’ Jindal qed jiksbu r-riżultati mixtieqa u ma għandhomx jinbidlu.

REVIŻJONI TA’ L-ISKADENZAPROBABBILTÀ TA’ TKOMPLIJA JEW RIKORRENZA TA’ DUMPINGRimarki preliminari

(30)

Skond l-Eurostat, il-volum tal-prodott ikkonċernat impurtat fil-Komunità mill-Indja kien jammonta għal 23 472 tunnellata matul il-PIR. Minn din il-kwantità, it-tliet produtturi li ntgħażlu bħala kampjun kienu jgħoddu għal madwar 97 % matul il-PIR u Jindal waħidha kienet tgħodd għal madwar 90 % tal-volum totali ta’ esportazzjoni mill-Indja lill-KE matul il-PIR.

(31)

Matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni (PI) ta’ l-investigazzjoni oriġinali (1 ta’ April 1999 sal-31 ta’ Marzu 2000), il-volum ta’ importazzjonijiet mill-Indja kien ta’ 50 590 tunnellata. Matul il-PI ta’ l-investigazzjoni preċedenti ta’ kontra s-sussidju (1 ta’ Ottubru 2003 sat-30 ta’ Settembru 2004), il-volum ta’ importazzjonijiet mill-Indja kien ta’ 12 679 tunnellata.

Dumping ta’ importazzjonijiet matul Il-PIRKumment preliminari

(32)

Kif imsemmi fil-(11) hawn fuq, kien hemm tliet produtturi esportaturi li ttieħdu bħala kampjun. Għal Jindal, japplikaw is-sejbiet ippreżentati fis-(16) sas-(26).

Il-valur normali

(33)

Sabiex jiġi stabbilit il-valur normali għal Garware u Ester, l-ewwel ġie vverifikat li l-bejgħ domestiku rrapportat ta’ kull produttur esportatur kien rappreżentattiv skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri li dan kien jgħodd għal 5 % jew aktar tal-volum ta’ bejgħ irrapportat tal-prodott ikkonċernat esportat lejn il-Komunità.

(34)

Imbagħad ġie aċċertat jekk il-bejgħ domestiku totali ta’ kull tip ta’ prodott kienx jikkostitwixxi 5 % jew aktar mill-volum ta’ bejgh ta’ l-istess tip esportat lejn il-Komunità.

(35)

Għat-tipi tal-prodott fejn il-bejgħ domestiku kien jikkostitwixxi 5 % jew aktar tal-volum tal-bejgħ ta’ l-istess tip esportat lejn il-Komunità, ġie mbagħad eżaminat jekk sarx bejgħ biżżejjed fl-andament normali tal-kummerċ skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Għal kull prodott tat-tip fejn il-volum ta’ bejgħ domestiku li sar 'il fuq min-nefqa ta’ produzzjoni kien jirrappreżenta 80 % tal-bejgħ, il-valur normali kien stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet bil-piż differenzjat li fil-fatt tħallas għall-bejgħ domestiku kollu. Għal dawk it-tipi tal-prodott fejn il-volum ta’ tranżazzjonijiet profitabbli kien taħt ta’ 80 % jew inqas, iżda mhux inqas minn 10 % tal-bejgħ, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz bil-piż differenzjat li fil-fatt tħallas għall-bejgħ domestiku profittabbli biss. Għal dawk it-tipi tal-prodott fejn anqas minn 10 %, skond il-volum, inbiegħu fis-suq domestiku fi prezz li mhuwiex anqas mill-ispiża ta’ l-unità, tqies li t-tip tal-prodott ikkonċernat ma nbiegħx fl-andament normali tal-kummerċ u għalhekk, il-valur normali kellu jinħoloq skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

(36)

Għat-tipi tal-prodott fejn il-prezzijiet domestiċi tal-produttur esportatur ma setgħux jintużaw sabiex jistabbilixxu valur normali minħabba rappreżentattività insuffiċjenti jew minħabba nuqqas ta’ bejgħ fl-andament normali tal-kummerċ, il-valur normali inħoloq fuq il-bażi ta’ l-ispejjeż tal-manifattura li ġġarrbu mill-produttur esportatur ikkonċernat flimkien ma’ ammont raġjonevoli għall-ispejjeż ġenerali, amministrattivi u ta’ bejgħ (“SĠAB”) u għall-profitti, skond l-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku.

(37)

L-SĠAB kienu bbażati fuq spejjeż tali mġarrba mill-produttur esportatur fir-rigward tal-bejgħ domestiku tiegħu tal-prodott ikkonċernat, li nstabu li kienu rappreżentattivi. Il-marġini tal-profitt kien ikkalkolat fuq il-bażi tal-marġini medja tal-profitt bil-piż differenzjat tal-kumpanija għal dawk it-tipi tal-prodott mibjugħa fis-suq domestiku fi kwantitajiet biżżejjed fl-andament normali tal-kummerċ.

Il-prezz ta’ l-esportazzjoni

(38)

F'dak li għandu x'jaqsam mad-determinazzjoni tal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni, għandu jitfakkar li l-investigazzjoni attwali tfittex li tistabbilixxi jekk, f'każ li l-miżuri protettivi jiġu rrevokati, id-dumping jissuktax jew jerġax iseħħ. F'dak il-kuntest, id-determinazzjoni tal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni użati fil-kalkolu tad-dumping ma tistax tkun limitata għal eżaminazzjoni ta’ l-imġiba ta’ l-esportaturi fil-passat, iżda trid teżamina wkoll l-iżvilupp probabbli tal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni fil-futur. Fi kliem ieħor, għandu jiġi ddeterminat jekk il-prezzijiet tal-passat ta’ l-esportazzjoni humiex attendibbli bħala indikazzjoni tal-prezzijiet futuri probabbli ta’ l-esportazzjoni.

(39)

Fid-dawl ta’ l-eżistenza ta’ impenji fil-qasam tal-prezzijiet matul parti mill-PIR, ġie eżaminat b'mod partikolari jekk l-eżistenza ta’ impenji tali influwenzatx il-prezzijiet tal-passat ta’ l-esportazzjoni, b'mod li tagħmilhom inattendibbli għall-ħolqien ta’ mġiba futura ta’ l-esportazzjoni. Huwa nnutat ukoll li l-impenji fil-qasam ta’ prezzijiet ta’ Garware u Ester ġew irtirati fid-9 ta’ Marzu 2006, filwaqt li l-PIR ikopri l-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2005 sat-30 ta’ Ġunju 2006. Kemm għal Garware kif ukoll għal Ester, instab li tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni li seħħew matul il-PIR meta l-impennji fil-qasam tal-prezzijiet kienu fis-seħħ saru fi prezzijiet li huma qrib biżżejjed tal-programm indikattiv multiannwali b'tali mod li jixħtu dubju fir-rigward ta’ jekk dawn il-prezzijiet jistgħux jitqiesu ta’ natura dejjiema u jistgħux jiġu ffissati independement mill-programm indikattiv multiannwali Raġunament simili kien diġà deskritt taħt it-(28) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 366/2006 ( 11 ).

(40)

F'dak li għandu x'jaqsam ma’ Garware, tranżazzjonijiet li saru matul il-PIR wara l-irtirar ta’ l-impenji jkopru madwar 20 % tal-volum totali ta’ l-esportazzjonijiet u saru b'kontinwità wara l-irtirar ta’ l-impenji. Fid-dawl tal-volumi esportati wara li skada l-impenn fit-8 ta’ Marzu 2006, il-prezzijiet li saru għal dawn it-tranżazzjonijiet tqiesu bħala rappreżentazzjoni sinifikanti ta’ x'setgħet kienet il-politika ta’ pprezzar ta’ Garware fin-nuqqas ta’ l-impenji. Skond dan, il-prezzijiet li saru għal dawn it-tranżazzjonijiet intużaw għall-kalkolu tal-prezz ta’ l-esportazzjoni għal kwantitajiet kollha esportati minn Garware matul il-PIR sħiħ.

(41)

F'dak li għandu x'jaqsam ma’ Garware, tranżazzjonijiet li saru matul il-PIR wara l-irtirar ta’ l-impenji jkopru madwar 5 % tal-volum totali ta’ l-esportazzjonijiet u saru b'kontinwità wara l-irtirar ta’ l-impenji. Għalhekk, il-prezzijiet ta’ dawn it-tranżazzjonijiet ma jistgħux jitqiesu bħala rappreżentattivi tal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni li l-kumpanija kieku kellha tipprattika fin-nuqqas ta’ l-impenn. Kif diġà indikat taħt id-(39) hawn fuq, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lill-Komunità pprattikati minn Ester qabel l-irtirar ta’ l-impenji kienu qrib għall-programmi indikattivi multiannwali. Barra minn dan, instab li l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ta’ Ester lil pajjiżi terzi oħra, kemm meta meqjusa fuq bażi tal-medja bil-piż differenzjat kif ukoll fuq bażi ta’ tip wara tip, kienu konsiderevolment aktar baxxi mill-prezzijiet lill-Komunità, u għalhekk huwa probabbli li, fin-nuqqas ta’ impenji dawn il-prezzijiet lill-Komunità jistgħu jkunu allinjati mal-prezzijiet magħmula għat-tipi li huma l-istess lejn pajjiżi terzi. Għalhekk ġie konkluż li l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ta’ Ester lill-Komunità meta l-impenji kienu fis-seħħ ma setgħux jintużaw sabiex jistabbilixxu prezzijiet attendibbli ta’ l-esportazzjoni fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, fil-kuntest tar-reviżjoni attwali ta’ l-iskadenza. Fid-dawl li Ester kienet qed tbiegħ il-prodott ikkonċernat fi kwantitajiet sostanzjali matul il-PIR fis-suq dinji, ġie deċiż li jiġi stabbilit prezz ta’ l-esportazzjoni fuq il-bażi ta’ prezzijiet realment imħallsa jew li jistgħu jitħallsu lill-pajjiżi terzi kollha għal dawk il-mudelli li nbiegħu lill-Komunità matul il-parti tal-PIR meta l-impenn kien fis-seħħ. Fil-parti tal-PIR wara l-irtirar ta’ l-impenn, il-prezz ta’ l-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ prezzijiet realment imħallsa jew li jistgħu jitħallsu lill-Komunità.

It-Tqabbil

(42)

Il-valur normali u l-prezz għall-esportazzjoni tqabblu fuq bażi ex-fabbrika. Sabiex ikun żgurat tqabbil ġust, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffetwaw il-komparabilità tal-prezzijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, saru aġġustamenti għal differenzi fit-trasport, assikurazzjoni, ġestjoni, tagħbija u spejjeż awżiljari, kummissjonijiet, ippakkjar u kreditu, fejn applikabbli u sostnuti b'evidenza vverifikata.

(43)

Il-produtturi esportaturi ddikjaraw, għal numru żgħir ta’ esportazzjonijiet, aġġustament fuq il-prezz ta’ l-esportazzjoni skond l-Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament bażiku, ibbażat fuq l-ammont ta’ benefiċċji li wasal malli saret l-esportazzjoni taħt l-Iskema ta’ kreditu fuq id-dazji ta’ l-importazzjoni (Duty Entitlement Passbook Scheme “DEPB”) fuq bażi ta’ wara l-esportazzjoni. Taħt din l-iskema, il-krediti li waslu waqt l-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat setgħu jintużaw sabiex jagħmlu tajjeb għad-dazji doganali dovuti fuq importazzjonijiet ta’ kwalunkwe oġġett jew setgħu liberament jinbiegħu lil kumpaniji oħra. Barra minn dan, mhemm l-ebda restrizzjoni li l-oġġetti importati għandhom jintużaw biss fil-produzzjoni tal-prodott esportat. Il-produtturi ma wrewx li l-benefiċċju taħt l-iskema DEPB fuq bażi ta’ wara l-esportazzjoni affetwat il-komparabilità tal-prezz u, b'mod partikolari, li l-konsumaturi ħallsu konsistentament prezzijiet differenti fis-suq domestiku minħabba l-benefiċċji tad-DEPB. Għalhekk, id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

Il-marġini ta’ dumping

(44)

Il-marġini tad-dumping kien stabbilit fuq il-bażi ta’ taqbbil ta’ valur normali tal-medja bil-piż differenzjat ma’ prezz ta’ esportazzjoni tal-medja bil-piż differenzjat, skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku. Fejn il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni kienu bbażati fuq prezzijiet ta’ pajjiżi terzi, valuri xierqa CIF ġew ikkalkolati billi żdied il-prezz ex-fabbrika lil pajjiżi terzi bid-differenza tal-medja bil-piż differenzjat, skodn it-tip tal-prodott, bejn il-livell tal-prezzijiet ex-fabbrika u dak CIF lejn il-Komunità.

(45)

It-tqabbil wera marġini tad-dumping fil-medda ta’ 15 % sa 25 %. Qed jitfakkar li nstab marġini negattiv tad-dumping għal Jindal (ara s-(26) hawn fuq).

L-iżvilupp ta’ l-importazzjonijiet jekk il-miżuri jiġu rrevokati

L-effett tat-tneħħija tal-miżuri attwali fuq l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

Kapaċitjiet mhux użati

(46)

Matul il-PIR, il-kapaċità awżiljari ta’ l-esportaturi Indjani kollha magħrufa kienet stmata għal 32 000 tunnellata. Minkejja dan, għandu jiġi nnutat li minn dan it-total, madwar 25 000 tunnellata huma attribwiti lil esportaturi Indjani b'dazju ta’ l-antidumping ta’ 0 %. Ir-revoka eventwali tal-miżuri ta’ l-antidumping probabbli se jkollha impatt insinifikanti fuq il-politika ta’ l-esportazzjoni ta’ dawn il-kumpaniji. Għalhekk, madwar 7 000 tunnellata biss huma attribwiti lil esportaturi Indjani b'dazju ta’ l-antidumping differenti minn 0 %. Il-kapaċità awżiljari imsemmija l-aħħar, li matul il-PIR kienet tirrappreżenta madwar 30 % tal-volum totali ta’ importazzjoni tal-prodott ikkonċernat mill-Indja għal ġewwa l-Komunità u 3 % tal-konsum tal-Komunità, tista' tiġi diretta lejn il-Komunità jekk il-miżuri jiġu revokati.

Inċentivi għar-ridirezzjoni tal-volumi tal-bejgħ lill-Komunità

(47)

Fuq il-bażi ta’ tqabbil ta’ mudell ma’ ieħor, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi ta’ esportaturi Indjani li ntgħażlu bħala kampjun b'marġini tad-dumping differenti minn 0 %, matul il-PIR, kienu 20 % sa 30 % anqas mill-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità ta’ l-istess produtturi esportaturi. Il-bejgħ ta’ dawn iż-żewġ esportaturi lejn pajjiżi terzi saru fi kwantitajiet sinifikanti, li jgħoddu għal 80 %-90 % tal-bejgħ totali tagħhom mill-esportazzjoni. Għalhekk, tqies li l-livell tal-prezz ta’ l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħra jista’ jidher bħala indikatur tal-livell tal-prezz probabbli għall-bejgħ mill-esportazzjoni lejn il-Komunità jekk il-miżuri jiġu revokati.

(48)

Uħud mill-akbar swieq ta’ esportazzjoni għat-tertuqa PET fid-dinja huma mħarsa minn tariffi għolja. B'mod partikolari, l-importazzjonijiet tat-teruqa PET mill-Indja lejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika huma soġġetti għal dazji ta’ l-antidumping li jvarjaw bejn 2,32 % u 24,11 % u dazji kompensatorji li jvarjaw bejn 9 % u 25,27 % skond l-esportatur Indjan ikkonċernat.

Konklużjoni

(49)

Għalhekk qed jiġi konkluż, fid-dawl tal-livelli relattivi tal-prezzijiet, li l-kapaċitajiet awżiljari u l-inċentivi osservati hawn fuq, hemm probabilità: (i) ta’ ssuktar ta’ dumping, (ii) ta’ żieda tal-kwantitajiet esportati lejn il-Komunità, jekk jintemmu l-miżuri ta’ l-antidumping li hemm fis-seħħ.

ID-DEFINIZZJONI TA’ L-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

(50)

Erba' produtturi tal-Komunità (Dupont Teijin Films, Mitsubishi Polyester Film GmbH, Nuroll SpA u Toray Plastics Europe) ikkooperaw bis-sħiħ fl-investigazzjoni. Matul il-PIR, huma kienu jirrappreżentaw madwar 95 % tal-produzzjoni tal-Komunità. Għalhekk huma jikkostitwixxu l-industrija tal-Komunità fis-sens ta’ l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku.

(51)

Huwa nnutat li l-qagħda fir-rigward tal-produzzjoni tal-Komunità tat-tertuqa PET inbidlet minn mindu saret l-investigazzjoni oriġinali. Fil-fatt, Kodak Industrie (Franza) ma għadhiex tipproduċi t-tertuqa PET fil-Komunità u 3M ittrasferiet l-attività tagħha lil I.T.P. SpA, (l-Italja) li qed toltera mill-ġdid l-impjanti tagħha fi produzzjonijiet ġodda u differenti. Għandu jiġi indikat ukoll li, minħabba li r-Repubblika Ċeka, mill-1 ta’ Mejju 2004 hija membru ta’ l-Unjoni Ewropea, il-kumpanija Fatra a.s. (stabbilita fir-Repubblika Ċeka) hija parti mill-produzzjoni tal-Komunità.

IL-QAGĦDA TAS-SUQ TAL-KOMUNITÁIl-konsum fis-suq tal-Komunità

(52)

Id-determinazzjoni tal-konsum totali tal-Komunità kienet ibbażata fuq l-istatistika ta’ l-importazzjoni ta’ l-Eurostat, il-bejgħ lill-Komunità mill-industrija tal-Komunità u l-bejgħ ta’ produtturi oħra tal-Komunità.



Tabella 1

Konsum tal-Komunità

2003

2004

2005

PIR (1.7.2005–30.6.2006)

Volum (Tunnellati)

253 890

250 231

251 612

257 177

Indiċi (2003=100)

100

99

99

101

(53)

Meta mqabbel mas-sena 2003, il-konsum matul il-PIR żdied b'1 % (aktar minn 3 000 Tunnellata).

L-importazzjonijiet mill-Indja, il-Brażil u l-Iżrael: volum, is-sehem mis-suq u prezzijiet ta’ l-importazzjoni

(54)

Il-volum ta’ l-importazzjonijiet fil-Komunità mill-Indja, żdied b'86 % bejn l-2003 u l-PIR u s-sehem mis-suq tela' minn 5 % għal 9 % filwaqt li l-prezzijiet naqsu bi 12 %. Id-data hija bbażata fuq l-istatistika ta’ l-Eurostat.



Tabella 2

Importazzjonijiet mill-Indja

2003

2004

2005

PIR (1.7.2005–30.6.2006)

Volum (Tunnellati)

12 597

15 972

23 912

23 472

Indiċi (2003=100)

100

127

190

186

Sehem mis-suq

5 %

6 %

10 %

9 %

Prezzijiet EUR/Tunnellata

2 005

1 890

1 866

1 755

Indiċi (2003=100)

100

94

93

88

(55)

L-importazzjonijiet mill-Brażil u l-Iżrael li nstabu li kienu qed iwettqu elużjoni kif imsemmi fit-(2) hawn fuq naqsu drastikament wara l-estensjoni ta’ dawn l-importazzjonijiet tal-miżuri ta’ l-antidumping imposti fuq importazzjonijiet mill-Indja. Il-prezzijiet tat-tertuqa PET li toriġina f'dawn il-pajjiżi telgħu b'219 % wara li ġew imposti l-miżuri ta’ kontra l-elużjoni.



Tabella 3

L-importazzjonijiet mill-Brażil u l-Iżrael

2003

2004

2005

PIR (1.7.2005–30.6.2006)

Volum (Tunnellati)

6 855

5 527

271

419

Indiċi (2003=100)

100

91

5

6

Sehem mis-suq

2 %

2 %

0 %

0 %

Prezzijiet EUR/Tunnellata (ċifri ta’ l-Eurostat)

1 581

1 741

4 170

3 461

Indiċi (2003=100)

100

110

264

219

(56)

Minkejja dan, għandu jitqies il-fatt li nstab li Jindal ma kinitx qed twettaq dumping fl-investigazzjoni attwali, u li kumpaniji oħra (notevolment Flex Industries Limited u Polyplex Corporation Limited) ma nstabux li kienu qed iwettqu dumping f'investigazzjonijiet li saru qabel. Skond dan, għall-investigazzjoni attwali se jitqiesu biss importazzjonijiet biss li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Indja u importazzjonijiet li nstabu li kienu qed jeludu. Importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u importazzjonijiet soġġetti għal dazji ta’ kontra l-elużjoni naqsu b'70 % bejn l-2003 u l-PIR – ara t-Tabella 4 hawn taħt. It-tnaqqis drastiku ta’ dawn l-importazzjonijiet fil-biċċa l-kbira tiegħu, huwa dovut għall-impożizzjoni tal-miżuri ta’ kontra l-elużjoni fuq importazzjonijiet mill-Brażil u l-Iżrael.



Tabella 4

Importazzjonijiet mill-India+Brazil+Israel

2003

2004

2005

PIR (1.7.2005–30.6.2006)

Volum (Tunnellati)

10 383

8 881

3 618

2 766

Indiċi (2003= 100)

100

86

35

27

Sehem mis-suq

4 %

4 %

1 %

1 %

Prezzijiet EUR/Tunnellata

1 855

1 852

1 891

1 785

Sors ta’ data ta’ l-Eurostat u tal-kumpaniji

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

(57)

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra telgħu b'24 % matul il-perjodu meqjus (minn madwar 62 000 Tunnellata fl-2003 għal madwar 77 000 Tunnellata matul il-PIR) u s-sehem mis-suq fil-Komunità li jikkorrispondi ma’ dawn l-importazzjonijiet żdiedu b'ħames punti perċentwali (minn 25 % għal 30 %). L-importazzjonijiet ewlenini saru mill-Korea t'Isfel, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, it-Tajlandja u l-Emirati Għarab Magħquda. Il-prezz medju għal kull Tunnellata naqas bi 11 % bejn l-2003 u l-PIR. Iċ-ċifri huma bbażati fuq is-data ta’ l-Eurostat.



Tabella 5

Il-pajjiż

 

2003

2004

2005

PIR (1.7.2005–30.6.2006

Korea t’Isfel

Volum ta’ importazzjoni

(Tunnellati)

25 895

23 983

22 225

23 878

Indiċi (2003 = 100)

100

93

86

92

Sehem mis-suq

10 %

10 %

9 %

9 %

Prezzijiet EUR/Tunnellata

2 137

2 146

2 239

2 098

L-Istati Uniti ta’ l-Amerika

Volum ta’ importazzjoni

14 611

18 636

20 544

13 432

Indiċi (2003 = 100)

100

128

141

92

Sehem mis-suq

6 %

7 %

8 %

5 %

Prezzijiet EUR/Tunnellata

7 575

6 067

4 974

6 690

It-Tajlandja

Volum ta’ importazzjoni

2 858

6 511

8 647

8 647

Indiċi (2003=100)

100

228

303

303

Sehem mis-suq

1 %

3 %

3 %

3 %

Prezzijiet EUR/Tunnellata

1 742

1 764

1 811

1 758

l-Emirati Għarab Magħquda

Volum ta’ importazzjoni

(Tunnellati)

1

26

2 478

5 898

Indiċi (2004 = 100)

 

100

9 422

22 427

Sehem mis-suq

 

0 %

1 %

2 %

Prezzijiet EUR/Tunnellata

 

2 872

1 854

1 790

Total Il-Korea t'Isfel, l-Istati Uniti, it-Tajlandja u l-Emirati Għarab Magħquda

Volum ta’ importazzjoni

(Tunnellati)

43 366

49 157

53 894

51 855

Indiċi (2003=100)

100

80

100

110

Sehem mis-suq

17 %

20 %

21 %

20 %

Pajjiżi totali minbarra l-Indja, il-Brażil u l-Iżrael.

Volum ta’ importazzjoni

(Tunnellati)

62 300

65 683

74 191

77 054

Indiċi (2003=100)

100

105

119

124

Sehem mis-suq

25 %

26 %

30 %

30 %

Prezz

Prezz medju bil-piż differenzjat EUR/Tunnellata

3 848

3 756

3 431

3 428

L-Indiċi

100

98

90

89

Il-qagħda ekonomika ta’ l-industrija Komunitarja

(58)

Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indiċi ekonomiċi kollha rilevanti li għandhom piż fuq l-istat ta’ l-industrija Komunitarja.

Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(59)

Matul il-perjodu meqjus il-kapaċità baqgħet stabbli (madwar 190 000 tunnellata) u l-użu tal-produzzjoni u tal-kapaċità naqset b'4 %.



Tabella 6

 

2003

2004

2005

PIR (1.7.2005–30.6.2006)

Produzzjoni f'Tunnellati

176 682

175 465

165 348

168 875

Indiċi (2003=100)

100

99

94

96

Kapaċità f'Tunnellati

190 694

185 863

186 721

189 832

Indiċi (2003=100)

100

97

98

100

L-utilizzażżjoni tal-kapaċità

93 %

94 %

89 %

89 %

Indiċi (2003=100)

100

101

96

96

Ħażniet

(60)

Ħażniet tal-prodott ikkonċernat naqsu bejn l-2003 u l-2004 minn 23 929 tunnellata għal 22 241 tunnellata, żdiedu bi ftit fl-2005 u naqsu għal 21 272 tunnellata matul il-PIR. It-tnaqqis kien fil-biċċa l-kbira dovut għat-tnaqqis fil-produzzjoni



Tabella 7

Inventarji

2003

2004

2005

PIR (1.7.2005–30.6.2006)

Tunnellati

23 929

22 241

23 209

21 272

Indiċi (2003=100)

100

93

97

89

Volum tal-bejgħ lil konsumaturi mhux relatati fil-Komunità u sehem mis-suq

(61)

Il-volum mibjugħ mill-industrija tal-Komunità lil konsumaturi mhux relatati fis-suq tal-Komunità naqas b'5 % bejn l-2003 u l-2005 minn 142 755 Tunnellata għal 135 956 Tunnellata, żdied bi ftit bejn l-2005 u l-PIR iżda laħaq bl-eżatt 98 % tal-livell tal-bejgħ fl-2003. Bejgħ lil kumpaniji relatati kienu negliġibbli (huma kienu jifirxu bejn 200 u 300 Tunnellata kull sena tal-perjodu meqjus). Barra minn dan, is-sehem mis-suq ta’ l-industrija tal-Komunità naqas b’2 punti ta’ perċentwali bejn l-2003 u l-PIR.



Tabella 8

 

2003

2004

2005

PIR (1.7.2005–30.6.2006)

Volum ta’ bejgħ Tunnellati

142 755

144 282

135 956

139 212

Indiċi (2003=100)

100

101

95

98

Sehem mis-suq f'konsum totali

56 %

58 %

54 %

54 %

Prezzijiet tal-bejgħ u spejjeż

(62)

Il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-unità naqsu bi 2 % matul il-perjodu meqjus (minn 2 891 EUR/Tunnellata fl-2003 għal 2 819 EUR/Tunnellata matul il-PIR) kif ukoll l-ispiża medja għal kull Tunnellata li nbidlet minn 3 216 EUR/Tunnellata fl-2003 għal 3 137 EUR/Tunnellata matul il-PIR. It-tnaqqis fl-ispejjeż seħħ minkejja l-fatt li l-ispiża medja tal-biċċa l-kbira tal-materja prima (minħabba li għolew il-prezzijiet taż-żejt) żdiedet sostanzjalment. Dawn iċ-ċifri juru li, sabiex jiġi evitat li jintilef wisq mis-sehem tas-suq, l-industrija tal-Komunità ma kinitx f'pożizzjoni li tkopri kompletament l-ispiża tal-produzzjoni bil-prezzijiet tagħha tal-bejgħ.



Tabella 9

 

2003

2004

2005

PIR (1.7.2005–30.6.2006)

Prezz medju bil-piż differenzjat

(EUR/Tunnellata)

2 891

2 865

2 929

2 819

Indiċi

100

99

101

98

Prezz medju bil-piż differenzjat

(EUR/Tunnellata)

3 216

3 112

3 152

3 137

Indiċi (2003=100)

100

97

98

98

Tkabbir

(63)

Matul il-perjodu meqjus, l-industrija tal-Komunità tilfet sehem mis-suq f’suq li qiegħed jikber bi ftit.

Impjiegi, produttività u pagi

(64)

Il-livell ta’ impjieg mill-industrija tal-Komunità naqas bi 13 % bejn l-2003 u l-PIR. Minkejja li l-paga medja għal kull impjegat żdiedet b'5 %, twettaq sforz ta’ razzjonalizzazzjoni u l-produttività għal kull impjegat żdiedet b'9 %. Għalhekk il-livell ta’ l-ispejjeż għal kull Tunnellata prodotta naqsu b'4 %.



Tabella 10

 

2003

2004

2005

PIR (1.7.2005–30.6.2006)

Xogħol

2 263

2 112

2 027

1 978

Indiċi (2003=100)

100

93

90

87

Produttività (Tunnellati għal kull impjegat)

78

83

82

85

Indiċi (2003=100)

100

106

104

109

Pagi f' 000 EUR

138 876

132 916

129 098

127 375

Indiċi (2003=100)

100

96

93

92

Paga medja għal kull impjegat

61 362

62 922

63 669

64 407

Indiċi (2003=100)

100

103

104

105

Pagi għal kull Tunnellata prodotta

786

758

781

754

Indiċi (2003=100)

100

96

99

96

Profittabilità u Dħul mill-Investimenti

(65)

Il-profittabilità fuq il-bejgħ tirrappreżenta l-profitt iġġenerat mill-bejgħ tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità. Id-dħul mill-investiment ġie kkalkolat fuq il-bażi ta’ dħul mill-assi totali.

(66)

Il-profittabilità u d-dħul mill-investiment fuq il-bejgħ tal-prodott ikkonċernat lil konsumaturi mhux relatati fil-Komunità baqgħu negattivi matul il-perjodu sħiħ ikkonċernat, minkejja titjib żgħir fl-2004 u l-2005. Matul il-PIR, kemm il-profittabilità kif ukoll id-dħul mill-investiment kienu partikolarment baxxi (il-profittabilità – 11 % u d-dħul mill-investiment – 3.1 %) wara li kienu waqgħu mill-ġdid fl-2005.



Tabella 11

 

2003

2004

2005

PIR (1.7.2005–30.6.2006)

Il-profitabbilità

–11,20 %

–8,60 %

–7,60 %

–11,30 %

Indiċi (2003=100)

–100

–77

–68

–101

Redditu fuq l-investiment

–2,60 %

–2,10 %

–1,90 %

–3,10 %

Indiċi (2003=100)

–100

–81

–75

–118

Il-likwidità

(67)

Ix-xejra għal-likwidità ddeterjorat b'mod partikolari matul il-PIR.



Tabella 12

 

2003

2004

2005

PIR (1.7.2005–30.6.2006)

Likwidità f' 000 EUR

35 305

34 690

21 980

15 128

Indiċi (2003=100)

100

98

62

43

Investimenti u l-kapaċità li jinkiseb il-kapital



Tabella 13

 

2003

2004

2005

PIR (1.7.2005–30.6.2006)

Investimenti f' 000 EUR

21 745

18 131

16 772

17 724

Indiċi (2003=100)

100

83

77

82

(68)

Bejn l-2003 u l-PIR, l-investimenti għall-produzzjoni tat-tertuqa PET naqsu bi 18 %. Matul il-PIR, il-valur ta’ l-investimenti żdied b'6 % meta mqabbel mal-qagħda fl-2005 iżda meta mqabbel ma’ l-2003, baqa' f'livell aktar baxx. Matul l-investigazzjoni nstab li l-investimenti saru fil-biċċa l-kbira tagħhom sabiex itejbu l-kwalità tal-prodott u sabiex jippreservaw l-istess kapaċità ta’ produzzjoni.

(69)

Il-livell baxx ta’ investimenti huwa spjegat fil-biċċa l-kbira tiegħu mill-fatt li kumpaniji prinċipali ta’ l-industrija tal-Komunità ma dehrux interessati li jinvestu jew jagħtu garanziji għal investimenti f'attivitajiet mhux bi profitt bħal pereżempju l-produzzjoni tat-tertuqa PET fl-Ewropa.

Daqs tal-marġini tad-dumping u rkupru mill-effetti tad-dumping ta’ l-imgħoddi

(70)

L-analiżi fir-rigward tal-kobor tad-dumping trid tqis il-fatt li hemm miżuri fis-seħħ sabiex jeliminaw id-dumping li jagħmel ħsara. Kif indikat hawn fuq, it-tagħrif disponibbli jindika li wieħed mill-produtturi esportaturi għadu jbiegħ lill-Komunità bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Minkejja li l-marġini tad-dumping li nstab huwa sinifikanti, l-impatt tiegħu fuq il-qagħda ta’ l-industrija tal-Komunità matul il-PIR ma kienx sinifikanti fid-dawl li s-sehem mis-suq ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Indja u importazzjonijiet li nstabu li kienu qed jeludu kienu jikkostitwixxu 1 % tal-konsum totali tal-Komunità. Jindal ċertament ikkontribwiet għall-aggravar tal-qagħda ta’ l-industrija tal-Komunità. Minkejja dan, għandu jitqies ukoll, anki jekk importazzjonijet minn Jindal jiġu esklużi mill-analiżi, li l-industrija tal-Komunità ma kinitx se tkun kapaċi tirkupra mid-dumping passat wara l-impożizzjoni tal-miżuri ta’ l-antidumping fl-2001, minħabba elużjoni (li kontriha l-miżuri ttieħdu biss fl-aħħar ta’ l-2004) u l-inadattezza ta’ l-impenji li ġew irrevokati biss is-sena l-oħra. Ma għandu jintnesa li qabel l-impożizzjoni tad-dazji ta’ kontra l-elużjoni u r-revoka ta’ l-impenji l-livell ta’ importazzjonijiet minn kumpaniji Indjani li nstabu li kienu qed iwettqu dumping kien iktar minn tliet darbiet ogħla matul il-PIR.

Konklużjoni dwar il-qagħda fis-suq tal-Komunità

(71)

Il-volum ta’ tertuqa tal-PET li huwa kkonsmat fis-suq tal-Komunità espanda b'1 %, filwaqt li l-volum tal-bejgħ mill-industrija tal-Komunità naqas bi 2 %.

(72)

Il-qagħda ekonomika fl-industrija tal-Komunità marret lura fir-rigward tal-biċċa l-kbira tal-fatturi tal-ħsara: produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u użu tal-kapaċità (– 4 %), volum tal-bejgħ (– 2 %) u valur (– 5 %), sehem mis-suq (– 2 punti perċentwali), likwidità u profittabilità, attività ta’ l-investiment u dħul mill-investiment.

(73)

L-isforzi ta’ ristrutturar li saru mill-industrija tal-Komunità f'termini ta’ impjieg, tnaqqis ta’ l-ispejjeż u ż-żieda fil-produttività għal kull impjegat ma setgħux iservu ta’ kontrabilanċ għall-impatt taż-żieda tal-prezzijiet tal-materja prima matul il-perjodu meqjus. L-ispiża tal-produzzjoni kienet ogħla mill-prezz tal-bejgħ. Dan kollu ħabat mal-livell baxx ta’ prezz ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Indja u pajjiżi oħra li nstabu li kienu qed jeludu. Minkejja dan, huwa nnutat li l-pressjoni tal-prezz fuq l-industrija tal-Komunità kienet ikkawżata parzjalment mill-importazzjonijiet minn Jindal, li instabet li ma kinitx qed twettaq dumping matul il-PIR, li kienet tgħodd għal madwar 90 % ta’ l-importazzjonijiet totali tat-tertuqa PET mill-Indja.

(74)

Wara li jiġi kkunsidrat dan ta’ hawn fuq, il-qagħda ta’ l-industrija tal-Komunità għadha prekarja u kull żieda ta’ l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping probabbli li tiggrava din il-qagħda.

PROBABILITÀ TA’ TKOMPLIJA JEW RIKORRENZA TA’ ĦSARA

(75)

Kif iddikjarat qabel, il-qagħda ta’ l-industrija tal-Komunità għadha prekarja. Għandu jkun hemm żieda sinifikanti ta’ l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping kieku kellhom jitneħħew il-miżuri ta’ l-antidumping. Kif indikat qabel fis-(46), l-esportaturi Indjani soġġetti għal dazju ta’ l-antidumping għandhom il-potenzjal li jżidu l-volumi ta’ l-esportazzjoni sa punt sinifikanti u, kif indikat fit-(48) uħud mill-akbar swieq ta’ esportazzjoni għat-tertuqa PET fid-dinja huma protetti minn tariffi għolja, b'mod partikolari, is-suq tat-tertuqa PET fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

(76)

Fin-nuqqas ta’ dazji ta’ l-antidumping, importazzjonijiet Indjani li huma l-oġġett ta’ dumping jistgħu jeżerċitaw pressjoni sinifikanti ta’ prezz fis-suq tal-Komunità. Għalhekk, hemm indikazzjoni ċara għal probabilità ta’ rikorrenza ta’ ħsara.

(77)

B'kunsiderazzjoni għal dan ta’ hawn fuq, jekk l-industrija tal-Komunità kellha tkun esposta għal volumi miżjuda ta’ importazzjonijiet mill-Indja fi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, dan jikkawża deterjorazzjoni ulterjuri tal-qagħda finanzjarja. Għalhekk, fuq din il-bażi, il-konklużjoni hija li r-revoka tal-miżuri kontra l-Indja, fil-probabilità kollha, se tirriżulta f'rikorrenza tal-ħsara lill-industrija tal-Komunità.

L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ

(78)

Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk il-preservazzjoni tal-miżuri attwali ta’ l-antidumping tmurx kontra l-interess tal-Komunità bħala entità sħiħa.

(79)

Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk id-determinazzjoni ta’ l-interess tal-Komunità kienx ibbażat fuq approvazzjoni ta’ l-interessi kollha involuti, jiġifieri ta’ l-industrija tal-Komunità, l-importaturi u l-utenti tal-prodott ikkonċernat.

(80)

Għandu jitfakkar li, fl-investigazzjoni oriġinali, l-adozzjoni ta’ miżuri tqieset li ma kinitx kontra l-interess tal-Komunità. Barra minn dan, il-fatt li l-investigazzjoni attwali hija reviżjoni, u għalhekk analiżi tal-qagħda li fiha l-miżuri ta’ l-antidumping huma diġà fis-seħħ, jippermetti il-valutazzjoni ta’ kull impatt eċċessiv negattiv fuq il-partijiet ikkonċernati mill-miżuri attwali ta’ l-antidumping.

(81)

Fuq din il-bażi, ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabilità ta’ rikorrenza ta’ dumping ta’ ħsara, kinux jeżistu raġunijiet kompulsivi li jistgħu jwasslu għall-konklużjoni li mhux fl-interess tal-Komunità li l-miżuri f’dan il-każ partikolari ikunu ppreservati.

(82)

Sabiex tivverifika l-impatt probabbli ta’ l-impożizzjoni jew in-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri ntalab tagħrif mill-partijiet interessati kollha li jew kienu magħrufin li huma kkonċernati jew li għamlu lihom infushom magħrufa. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-industrija tal-Komunità, disa' importaturi mhux relatati u 23 utent. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkuntattjat ukoll lill-produtturi l-oħra kollha magħrufa tal-Komunità li ma tawx it-tagħrif li mitlub għall-kooperazzjoni fl-investigazzjoni sabiex jinkiseb it-tagħrif bażiku dwar il-produzzjoni u l-bejgħ tagħhom.

Impatt fuq l-industrija tal-Komunità

(83)

Qed jitfakkar li l-industrija ta-Komunità għadha f'qagħda vulnerabbli kif stipulat fil-(58) sa (74).

(84)

It-tkomplija tal-miżuri hi mistennija li ttaffi tagħwiġ fis-suq u trażżin fil-prezzijiet. Il-miżuri għandhom jippermettu lill-industrija tal-Komunità sabiex għall-inqas tippreserva l-bejgħ tagħha u tgawdi mill-ekonomiji ta’ l-iskala.

(85)

Inkella, jekk jintemmu l-miżuri ta’ l-antidumping, x’aktarx li x-xejra negattiva tal-qagħda finanzjarja ta’ l-industrija tal-Komunità tissokta jekk ma tmurx għall-agħar. L-industrija Komunitarja hi mmarkata b'mod partikolari minn nuqqas ta’ dħul minħabba l-prezzijiet imnaqqsa u sehem mis-suq li qiegħed jiċkien.

(86)

Skond dan, it-tkomplija tal-miżuri ta’ l-antidumping għandha tkun fl-interess ta’ l-industrija tal-Komunità.

Impatt fuq l-importaturi u l-utenti

(87)

Importatur/utent wieħed u erba' utenti biss ikkooperaw ma’ l-investigazzjoni u taw tweġibiet sħaħ. Huma jirrappreżentaw 16.3 % tal-konsum totali tal-Komunità ta’ tertuqa PET u indikaw li, l-prolongazzjoni tad-dazji ta’ l-antidumping ma għandu jkollhom l-ebda impatt maġġuri fuq il-kumpaniji tagħhom.

Konklużjoni dwar l-interess tal-Komunità

(88)

Meta jitqiesu l-fatturi kollha ta’ hawn fuq, huwa konkluż li l-impożizzjoni tal-miżuri ma għandhiex tħalli effett negattiv sinifikanti, jekk fil-fatt tħalli effett tali, fuq il-qagħda ta’ l-utenti u l-importaturi tal-prodott ikkonċernat.

(89)

Fuq din il-bażi, qed jiġi konkluż li mhemm l-ebda raġuni perswassiva li minħabba fiha ma għandhomx jitkomplew il-miżuri ta’ l-antidumping fuq il-bażi ta’ l-interess tal-Komunità.

MIŻURI TA’ L-ANTIDUMPING

(90)

Il-partijiet kollha kienu informati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzali li fuq il-bażi tagħhom hemm l-intenzjoni li tiġi rrakkomandata l-preservazzjoni tal-miżuri attwali. Huma ngħataw ukoll perjodu biex jagħmlu rappreżentazzjonijiet sussegwenti din l-espożizzjoni.

(91)

Fuq il-bażi tal-fatti u l-konsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, huwa konkluż li, skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, ir-reviżjoni parżjali interim limitata għal Jindal għandha tintemm u għandu jiġi ppreservat id-dazju ta’ l-antidumping ta’ 0 % fl-investigazzjoni oriġinali fuq importazzjonijiet tat-tertuqa PET prodotta u esportata lill-Komunità Ewropea minn Jindal

(92)

Fir-rigward tar-reviżjoni ta’ l-iskadenza, kif prevista fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku u fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ hawn fuq, il-miżuri ta’ l-antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet tat-tertuqa PET mill-Indja għandhom jiġu ppreservati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Ir-reviżjoni parzjali interim tal-miżuri ta’ antidumping applikabbli għal importazzjonijiet ta’ tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene (PET) li joriġinaw, inter alia, fl-Indja, normalment iddikjarati taħt il-kodiċi NM ex392062 19 u ex392062 90, safejn dawn il-miżuri jikkonċernaw il-produttur esportatur Indjan Jindal Poly Films Limited, hija permezz ta’ dan mitmuma.

Artikolu 2

1.  Dazju definittiv ta’ antidumping qiegħed permezz ta’ dan jiġi impost fuq l-importazzjoni ta’ tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene (PET) li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex392062 19 (kodiċi TARIC 3920621903, 3920621906, 3920621909, 3920621913, 3920621916, 3920621919, 3920621923, 3920621926, 3920621929, 3920621933, 3920621936, 3920621939, 3920621943, 3920621946, 3920621949, 3920621953, 3920621956, 3920621959, 3920621963, 3920621969, 3920621976, 3920621978 and 3920621994) u ex392062 90 (kodiċi TARIC 3920629033 u 3920629094), li joriġinaw fl-Indja.

▼M5

2.  Ir-rata ta’ dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti manifatturati mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt, għandu jkun kif ġej:



Kumpanija

Dazju Definittiv

(%)

Kodiċi Addizzjonali TARIC

Ester Industries Limited75-76, Amrit Nagar,Behind South Extension Part-1,New Delhi — 110 003,L-Indja

29,3

A026

Garware Polyester LimitedGarware House,50-A, Swami Nityanand Marg,Vile Parle (East),Mumbai 400 057,L-Indja

0

A028

Jindal Poly Films Limited56 Hanuman Road,New Delhi 110 001,L-Indja

0

A030

Polyplex Corporation LimitedB-37, Sector-1,Noida 201 301,Dist. Gautam Budh Nagar,Uttar Pradesh,L-Indja

3,7

A032

SRF LimitedBlock C, Sector 45,Greenwood City,Gurgaon 122 003, Haryana,L-Indja

15,5

A753

Uflex LimitedA-1, Sector 60,Noida 201 301, (U.P.),L-Indja

3,2

A027

Vacmet India LimitedAnant Plaza, IInd Floor, 4/117-2A, Civil Lines, Church Road,Agra 282 002, Uttar Pradesh,L-Indja

0

A992

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha (barra MTZ Polyfilms Limited – kodiċi addizzjonali TARIC A031 (1))

29,3

A999

(1)   Rigward MTZ Polyfilms Limited (New India Centre, 5th Floor, 17 Co-operage Road, Mumbai 400039, India), qed issir referenza għall-avviż ippubblikat fil-ĠU C 131, 20.5.2010, p. 3.

▼B

3.  Fejn xi parti tipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni

 li ma esportatx l-oġġetti deskritti fil-Paragrafu 1 matul il-perjodi mill-1 ta’ April 1999 sal-31 ta’ Marzu 2000 u mill-1 ta' Lulju 2005 sat-30 ta’ Ġunju 2006,

 li mhijiex relatata ma’ l-ebda esportatur jew produttur soġġett għall-miżuri imposti bir-Regolament (KE) Nru 366/2006, u

 li esportat l-oġġetti kkonċernati wara l-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2005 sat-30 ta’ Ġunju 2006, jew li daħlet f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex tesporta kwantità sinifikanti lejn il-Komunità,

3.  allura l-Kunsill, filwaqt li jaġixxi permezz ta’ maġġoranza sempliċi fuq proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, jista' jemenda l-Paragrafu 2 billi jżid dik il-parti mal-lista ta’ kumpaniji soġġetti għal miżuri ta’ l-antidumping kif tidher fit-tabella fil-Paragrafu 2, bid-dazju defenittiv ikun ir-rata tal-medja bil-piż differenzjat ta’ 3,5 %.

4.  Id-dazju definittiv residwali ta’ l-antidumping applikabbli għal importazzjonijiet mill-Indja, kif stipulat fil-paragrafu 2, huwa permezz ta’ dan ta’ hawnhekk estiż għal importazzjonijiet ta’ l-istess tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene kkunsinnjata mill-Brażil u kkunsinjata mill-Iżrael (kemm jekk iddikjarata u kemm jekk mhux iddikjarata bħala li toriġina fil-Brażil jew fl-Iżrael) (kodiċi TARIC 3920621901, 3920621904, 3920621907, 3920621911, 3920621914, 3920621917, 3920621921, 3920621924, 3920621927, 3920621931, 3920621934, 3920621937, 3920621941, 3920621944, 3920621947, 3920621951, 3920621954, 3920621957, 3920621961, 3920621967, 3920621974, 3920621977, 3920621992, 3920629031, 3920629092) bl-eċċezzjoni ta’ dawk prodotti minn:

Terphane Ltda BR 101, km 101, City ta’ Cabo de Santo Agostinho, L-Istat ta’ Pernambuco, il-Brażil (kodiċi addizzjonali TARIC A569);

Jolybar Filmtechnic Converting Ltd (1987), Hacharutsim str. 7, Ind. Park Siim 2000, Natania South, 42504, POB 8380, l-Iżrael (kodiċi addizzjonali TARIC A570);

Hanita Coatings Rural Cooperative Association Ltd., Kibbutz Hanita, 22885, l-Iżrael (kodiċi addizzjonali TARIC A691);

▼M2

S.Z.P. Plastic Packaging Products Ltd, PO Box 53, Shavei Zion, 22086 Israel (Kodiċi addizzjonali TARIC A964).

▼B

5.  Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieћor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

( 2 ) ĠU L 227, 23.8.2001, p. 1.

( 3 ) ĠU L 270, 29.9.2006, p. 1.

( 4 ) ĠU L 342, 18.11.2004, p. 1.

( 5 ) ĠU L 227, 23.8.2001, p. 56.

( 6 ) ĠU L 68, 8.3.2006, p. 37.

( 7 ) ĠU L 255, 29.9.2007, p. 1.

( 8 ) ĠU C 197, 22.8.2006, p. 2.

( 9 ) ĠU C 202, 25.8.2006, p. 16.

( 10 ) ĠU L 63, 10.3.2005, p. 1.

( 11 ) ĠU L 68, 8.3.2006, p. 6.