2007R0716 — MT — 20.08.2008 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT (KE) Nru 716/2007 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007

dwar l-istatistika tal-Komunità fuq l-istruttura u l-attività ta’ l-affiljati barranin

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 171, 29.6.2007, p.17)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 747/2008 tat-30 ta' Lulju 2008

  L 202

20

31.7.2008




▼B

REGOLAMENT (KE) Nru 716/2007 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007

dwar l-istatistika tal-Komunità fuq l-istruttura u l-attività ta’ l-affiljati barranin

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 285(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew ( 1 ),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 2 ),

Billi:

(1)

Statistika regolari u ta’ kwalità tajba tal-Komunità fuq l-istruttura u l-attività ta’ l-affiljati barranin fl-ekonomija sħiħa hija essenzjali għal verifika adegwata ta’ l-impatt ta’ l-intrapriżi li huma ta’ kontroll barrani fuq l-ekonomija ta’ l-Unjoni Ewropea. Din għandha wkoll tiffaċilita l-monitoraġġ ta’ l-effettività tas-suq intern u l-integrazzjoni gradwali ta’ l-ekonomiji fil-kuntest tal-globalizzazzjoni. F’dan il-kuntest, intrapriżi multinazzjonali għandhom rwol ewlieni, iżda intrapriżi zgħar u ta’ daqs medju jistgħu wkoll ikunu kkonċernati minn kontroll barrani.

(2)

L-implimentazzjoni u r-reviżjoni tal-Ftehim Ġenerali fuq Kummerċ fis-Servizzi (GATS) u tal-Ftehim tad-Drittijiet ta’ Proprjetà Intelletwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPs) kif ukoll in-negozjati attwali u futuri fuq ftehim ulterjuri jitolbu li l-informazzjoni rilevanti ta’ l-istatistika tkun disponibbli sabiex tgħin fin-negozjati.

(3)

Għat-tħejjija tal-politika ta’ l-ekonomija, tal-kompetizzjoni, ta’ l-intrapriża, tar-riċerka, ta’ l-iżvilupp teknoloġiku u ta’ l-impjieg fil-kuntest tal-liberalizzazzjoni tal-proċess, l-istatistika rigward affiljati barranin sabiex jitkejlu l-effetti diretti u indiretti ta’ kontroll barrani fuq l-impjieg, il-pagi u l-produttività f’pajjiżi u setturi partikolari.

(4)

L-informazzjoni mogħtija taħt il-leġislazzjoni tal-Komunità li hemm bħalissa jew li hija disponibbli fl-Istati Membri hija insuffiċjenti, inadegwata jew ma tistax titqabbel kif jixraq sabiex isservi bħala bażi ta’ min jorbot fuqha għall-ħidma tal-Kummissjoni.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 ( 3 ) jistabbilixxi qafas komuni għal produzzjoni sistematika ta’ l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ tal-pagamenti, il-kummerċ internazzjonali fis-servizzi u l-investiment barrani dirett. Minħabba li l-istatistika tal-bilanċ tal-pagamenti tkopri biss b’mod parzjali d-data inkluża fil-GATS, huwa essenzjali li tinħareġ regolarment statistika dettaljata fuq l-affiljati barranin.

(6)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 58/97 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1996 dwar l-istatistika strutturali tan-negozju ( 4 ) u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 ta’ Marzu 1993 dwar l-unitajiet statistiċi għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta’ produzzjoni fil-Komunità ( 5 ) stabbilixxa qafas komuni għall-ġbir, kompilazzjoni, trażmissjoni u evalwazzjoni ta’ l-istatistika tal-Komunità dwar l-istruttura u l-attività tan-negozji fil-Komunità.

(7)

Il-kompilazzjoni ta’ kontijiet nazzjonali skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar is-Sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjunali fil-Komunità ( 6 ) teħtieġ statistika tan-negozju komparabbli, sħiħa, u ta’ min jorbot fuqha fuq l-affiljati barranin.

(8)

B’ mod kollettiv, il-Manwal dwar Statistika tal-Kummerċ Internazzjonali tas-Servizzi tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Manwal tal-Bilanċ tal-Pagamenti (il-ħames edizzjoni) tal-Fond Monetarju Internazzjonali, id-Definizzjoni Benchmark dwar l-investiment barrani dirett u l-Manwal dwar Indikaturi tal-Globalizzazzjoni Ekonomika ta’ l-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku jiddefinixxu r-regoli ġenerali għall-kompliazzjoni ta’ statistika internazzjonali komparabbli dwar l-affiljati barranin.

(9)

Il-produzzjoni ta’ statistika speċifika tal-Komunità hija regolata mir-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar l-Istatistika Komunitarja ( 7 ).

(10)

Billi l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħolqien ta’ standards komuni ta’ statistika għall-produzzjoni ta’ statistika komparabblili dwar l-affiljati barranin ma jistax jinkiseb b’ mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ l-azzjoni, jintlaħaq aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak il-għan.

(11)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati s-setgħat ta’ implimetazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni ( 8 ).

(12)

B’mod partikulari, għandha tingħata lill-Kummissjoni is-setgħa biex tadatta d-definizzjonijiet fl-Annessi I u II u l-livell ta’ dettall fl-Anness III kif ukoll biex tagħmel kull bidla bħala konsegwenza fl-Annessi I u II, biex timplimenta r-riżultati ta’ l-istudji pilota u tagħti definizzjoni ta’ l-istandards ta’ kwalità komuni xierqa u tal-kontenut u l-perjodiċità tar-rapporti ta’ kwalità. Minħabba li dawn il-miżuri għandhom kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali jew jissupplimentaw dan ir-Regolament permezz taż-żieda ta’ elementi mhux essenzjali ġodda, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(13)

Il-Kumitat tal-Programm ta’ l-Istatistika, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom ( 9 ), u l-Kumitat dwar l-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Pagamenti, stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/856/KE ( 10 ), kienu kkonsultati,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ l-istatistika tal-Komunità dwar l-istruttura u l-attività ta’ l-affiljati barranin.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) “affiljat barrani” għandha tfisser intrapriża residenti fil-pajjiż ta’ kompilazzjoni u li hija kontrollata minn unità istituzzjonali li mhijiex residenti fil-pajjiż ta’kompilazzjoni, jew intrapriża li mhijiex residenti fil-pajjiż ta’ kumpilazzjoni li għandha kontroll fuqha unità istituzzjonali li hija residenti fil-pajjiż ta’ ġbir;

(b) “kontroll” għandha tfisser l-abilità tiddeterminata l-politika ġenerali ta’ intrapriża billi jingħażlu d-diretturi xierqa, jekk meħtieġ. F’dan il-kuntest l-intrapriża A titqies li hija kkontrollata minn unità istituzzjonali B meta B tikkontrolla – direttament jew indirettament – aktar minn nofs is-setgħa ta’ votazzjoni ta’ l-azzjonisti jew aktar minn nofs l-ishma;

(ċ) “kontroll barrani” għandha tfisser li l-unità istituzzjonali li għandha l-kontroll hija residenti f’pajjiż differenti minn dak li fih hi residenti l-unità istituzzjonali kkontrollata minnha;

(d) “fergħat” għandha tfisser unitajiet lokali li ma humiex entita’ legali separata, li huma dipendenti fuq intrapriżi li huma taħt kontroll barrani. Dawn huma trattati bħala impriżi kważi-korporati fit-tifsira tal-punt 3(f) tan-noti ta’ spjegazzjoni għat-taqsima III (B) ta’ l-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 696/93;

(e) “statistika fuq affiljati barranin” għandha tfisser statistika li tiddeskrivi l-attività globali ta’ l-affiljati barranin;

(f) “statistika inward dwar l-affiljati barranin” għandha tfisser statistika li tiddeskrivi l-attività ta’ l-affiljati barranin residenti fil-pajjiż ta’ kumpilazzjoni;

(g) “statistika outward dwar l-affiljati barranin” għandha tfisser statistika li tiddeskrivi l-attività ta’ l-affiljati barranin li jinsabu barra mill-pajjiż li huma kkontrollati minn unità istituzzjonali residenti fil-pajjiż ta’ kumpilazzjoni;

(h) “unità istituzjonali aħħarija li tikkontrolla ta’ affiljat barrani” għandha tfisser l-unità istituzzjonali li tinsab fl-ogħla skaluna tas-sellum ta’ kontroll ta’ affiljat barrani, li mhijiex ikkontrollata minn unità istituzzjonali oħra;

(i) “intrapriża”, “unità lokali” u “unità istituzzjonali” kollha għandhom jieħdu l-istess tifsira tar-Regolament (KEE) Nru 696/93.

Artikolu 3

Preżentazzjoni tad-data

L-Istati Membri għandhom jissottomettu data lill-Kummissjoni (Eurostat), dwar affiljati barranin fir-rigward tal-karatteristiċi, l-attivitajiet ekonomiċi u l-analiżi ġeografika kif imsemmija fl-Annessi I, II, u III.

Artikolu 4

Sorsi ta’ data

1.  L-Istati Membri għandhom, filwaqt li josservaw il-kundizzjonijiet f’dak li jirrigwarda kwalità kif imsemmi fl-Artikolu 6, jiġbru l-informazzjoni mitluba taħt ir-Regolament waqt li jużaw is-sorsi kollha li jqisu rilevanti u xierqa.

2.  Persuni naturali u legali li huma mitluba jagħtu informazzjoni, meta jkunu qegħdin iwieġbu, għandhom jikkonformaw mal-limiti ta’ żmien u d-definizzjonijiet stipulati mill-istituzzjonijiet nazzjonali responsabbli għall-ġbir ta’ data fi ħdan l-Istati Membri skond dan ir-Regolament.

3.  Fejn id-data meħtieġa ma tistax tinġabar bi prezz raġonevoli, jistgħu jintbagħtu l-aħjar estimi, inklużi dawk b’valur żero.

Artikolu 5

Studji pilota

1.  Il-Kummissjoni għandha tfassal programm għall-istudji pilota li għandhom jitwettqu minn awtoritajiet nazzjonali fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97 fuq bażi volontarja fuq fatturi varjabbli ulterjuri u analiżi fid-dettal dwar l-istatistika inward u outward fuq affiljati barranin.

2.  L-istudji pilota għandhom jitwettqu sabiex jiġu evalwati r-relevanza u l-fattibilità tal-ġbir ta’ data, filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji tad-disponibilità tad-data fir-rigward ta’ l-ispejjeż tas-sistema ta’ l-istatistika u l-piż fuq l-intrapriżi.

3.  Il-programm tal-Kummissjoni għall-istudji pilota għandu ikun konsistenti ma’ l-Annessi I u II.

4.  Abbażi tal-konklużjonijiet ta’ l-istudji pilota, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni meħtieġa għall-istatistika inward u outward dwar l-affiljati barranin skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3).

5.  L-istudji pilota għandhom jiġu kompluti sat-19 ta’ Lulju 2010.

Artikolu 6

Standards u rapporti ta’ kwalità

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-kwalità tad-data kkomunikata tkun skond standards komuni ta’ kwalità.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) b’rapport dwar il-kwalità tad-data kkomunikata (rapporti tal-kwalità).

3.  L-istandards komuni ta’ kwalità kif ukoll il-kontenut u l-perjodiċità tar-rapporti ta’ kwalità għandhom jkunu speċifikati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(3).

4.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-kwalità tad-data kkomunikata.

Artikolu 7

Manwal ta’ rakkomandazzjonijiet

Il-Kummissjoni għandha, f’koperazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri, tippubblika manwal ta’ rakkomandazzjonijiet li fih id-definizzjonijiet relevanti u gwida supplimentari li għandha x’ taqsam ma’ l-istatistika tal-Komunità ġġenerata skond dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Skeda ta’ żmien u derogi

1.  L-Istati Membri għandhom jikkompilaw id-data skond l-iskeda ta’ implimentazzjoni kif speċifikata fl-Annessi I u II.

2.  Matul perjodu tranżitorju li m’għandux jiskorri erba’ snin mill-ewwel sena ta’ referenza kif imsemmi fl-Annessi I u II, jistgħu jingħataw derogi mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament għal perjodu limitat mill-Kummissjoni lill-Istati Membri skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 10(2) meta s-sistemi nazzjonali tagħhom jeħtieġu aġġustamenti kbar.

Artikolu 9

Il-miżuri ta’ implimentazzjoni

1.  Il-miżuri li ġejjin għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 10(2):

(a) tfassil tal-format u proċedura xierqa għall-komunikazzjoni tar-riżultati mill-Istati Membri,

u

(b) għoti ta’ derogi lill-Istati Membri meta s-sistemi nazzjonali tagħhom jirrikjedu aġġustamenti kbar, inkluż l-għoti ta’ derogi minn kwalunkwe rekwiżit ġdid wara l-istudji pilota, skond l-Artikolu 8(2).

2.  Il-miżuri li ġejjin huma mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inkluż permezz tas-supplimentazzjoni tagħhom, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3):

(a) adattament ta’ definizzjonijiet fl-Annessi I u II, adattament tal-livell ta’ dettall fl-Anness III, kif ukoll kull bidla li hija meħtieġa bħala konsegwenza ta’ l-Annessi I u II;

(b) implimentazzjoni tar-riżultati ta’ l-istudji pilota skond l-Artikolu 5(4);

u

(ċ) definizzjoni ta’ standards ta’ kwalità komuni xierqa u tal-kontenut u tal-perjodiċità tar-rapporti tal-kwalità, skond l-Artikolu 6(3).

3.  Għandha tingħata konsiderazzjoni partikulari lill-prinċipju li l-benefiċċji ta’ dawn il-miżuri jridu jegħlbu l-ispejjeż tagħhom, u lill-prinċipju li kull piż finanzjarju ieħor fuq l-Istati Membri jew intrapriżi għandu jinżamm f’limitu raġonevoli.

Artikolu 10

Il-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejuna mill-Kumitat għall-Programm Statistiku (il-Kumitat).

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu msemmi fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

4.  Il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Kumitat bħala osservaturi.

Artikolu 11

Koperazzjoni mal-Kumitat fuq l-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Pagamenti

Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Kumitat fuq l-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Pagamenti dwar il-kwistjonijiet kollha li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-kumitat, b’ mod partikolari dwar il-miżuri kollha għal aġġustament għall-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi li jikkonċernaw il-ġbir u l-ipproċessar statistiku tad-data, u l-ipproċessar u l-komunikazzjoni tar-riżultati.

Artikolu 12

Rapport dwar l-implimentazzjoni

Sat-19 ta’ Lulju 2012 il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. B’ mod partikolari, ir-rapport għandu:

(a) jevalwa l-kwalità ta’ l-istatistika ġġenarata;

(b) jevalwa l-benefiċji li minnhom igawdu l-Komunità, l-Istati Membri, il-fornituri u l-utenti ta’ informazzjoni ta’ l-istatistika ġġenerata fir-rigward ta’ l-ispejjeż;

(ċ) jivvaluta l-progress ta’ l-istudji pilota u l-implimentazzjoni tagħhom;

u

(d) jidentifika żoni għal titjib potenzjali u emendi kkunsidrati meħtieġa fid-dawl tar-reżultati miksuba u l-ispejjeż involuti.

Artikolu 13

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

MODULU KOMUNI GĦALL-ISTATISTIKA INWARD DWAR L-AFFILJATI BARRANIN

TAQSIMA 1

Unità Statistika

L-unitajiet statistiċi huma l-intrapriżi u l-fergħat kollha, li huma taħt kontroll barrani skond id-definizzjonijiet li jinstabu fl-Artikolu 2. Il-fergħat għandhom jitqiesu bħala quasi-intrapriżi.

▼M1

TAQSIMA 2

Karatteristiċi

Il-karatteristiċi li ġejjin, kif definiti fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2700/98 tas-17 ta’ Diċembru 1998 dwar id-definizzjonijiet ta' karatteristiċi għall-istatistika strutturali dwar il-kummerċ ( 11 ) għandhom jiġu kkumpilati:



Kodiċi

Titolu

11 11 0

In-numru ta' intrapriżi

12 11 0

Il-fatturat

12 12 0

Il-valur tal-produzzjoni

12 15 0

Il-valur miżjud fl-ispiża tal-fattur

13 11 0

Ix-xiri totali ta' beni u servizzi

13 12 0

Ix-xiri ta' beni u servizzi mixtrija sabiex jerġu jinbiegħu fl-istess kundizzjoni li ġew irċevuti

13 31 0

L-ispejjeż tal-persunal

15 11 0

L-investiment gross f'beni tanġibbli

16 11 0

In-numru ta' persuni li għandhom impjieg

Il-karatteristiċi li ġejjin għandhom ikunu kkumpilati wkoll mill-Istati Membri għas-sena ta' referenza 2009 u għas-snin ta' wara:



Kodiċi

Titolu u definizzjoni

22 11 0

In-nefqa totali ta' R&Ż (Riċerka u Żvilupp) intra-muros (1)

Ir-riċerka u l-iżvilupp sperimentali jinvolvu xogħol kreattiv magħmul fuq bażi sistematika sabiex jiżdied l-għarfien, inkluż l-għarfien tal-bniedem, tal-kultura u tas-soċjetà, u l-użu ta' dan l-għarfien sabiex jinħolqu applikazzjonijiet ġodda.

In-nefqiet intra-muros huma dawk in-nefqiet kollha ta' R&Ż (Riċerka u Żvilupp) magħmula ġo l-unità stess, irrispettivament minn fejn ġejjin il-fondi.

In-nefqiet ta' R&Ż għandhom jiġu distinti min-nefqiet ta' firxa vasta ta' attivitajiet relatati. Dawn li ġejjin huma għalhekk esklużi min-nefqa ta' R&Ż:

— l-infiq fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ,

— l-infiq fuq attivitajiet xjentifiċi u teknologiċi oħrajn (e.ż. servizzi ta' informazzjoni, ittestjar u standardizzazzjoni, studji dwar il-fattibbiltà, eċċ.),

— l-infiq fuq attivitajiet industrijali oħra (e.ż. innovazzjonijiet industrijali n.e.s.),

— l-infiq fuq attivitajiet purament finanzjarji (attivitajiet ta' amministrazzjoni oħra u attivitajiet ta' appoġġ indirett huma inklużi).

In-nefqa ta' riċerka u żvilupp tista', skond il-każ tal-liġijiet nazzjonali, tiġi rreġistrata f'waħda minn dawn it-tliet postijiet: ċaqliq fl-assi mhux tanġibbli, ċaqliq fl-assi tanġibbli jew fin-nefqa operattiva.

Jekk, taħt il-liġi nazzjonali, in-nefqa tista' tiġi parzjalment jew kollha kemm hi kapitalizzata, din tiġi inkluża fiċ-ċaqliq ta' l-assi mhux tanġibbli inkluż fil-kontijiet tal-kumpanija taħt L-assi fissi – L-assi intanġibbli – spejjeż ta' riċerka u żvilupp.

Jekk taħt il-liġi nazzjonali hija biss parzjalment kapitalizzata jew għal kollox mhux kapitalizzata, in-nefqa kurrenti hija parti mill-Materja prima u oġġetti li jiġu kkunsmati, tariffi oħrajn esterni, spejjeż tal-ħaddiema u spejjeż operattivi oħra u n-nefqa kapitali tiġi inkluża fiċ-ċaqliq ta' l-assi tanġibbli imsemmija fil-kontijiet tal-kumpanija taħt l-Assi Fissi – assi tanġibbli.

22 12 0

Numru totali ta' persunal tar-R&Ż (1)

Ir-riċerka u l-iżvilupp sperimentali jinvolvu xogħol kreattiv magħmul fuq bażi sistematika sabiex jiżdied l-għarfien, inkluż l-għarfien tal-bniedem, tal-kultura u tas-soċjetà, u l-użu ta' dan l-għarfien sabiex jinħolqu applikazzjonijiet ġodda.

Għandhom jiġu magħduda l-persuni kollha impjegati direttament fuq ir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż), kif ukoll dawk illi jipprovdu servizzi diretti, bħal managers tar-R&Ż, amministraturi u staff klerikali. Dawk il-persuni li jipprovdu servizz indirett, bħall-ħaddiema tal-kantin jew tas-sigurtà, għandhom jiġu esklużi, avolja l-pagi u s-salarji tagħhom huma inklużi bħala spejjeż ġenerali fil-kalkolu tan-nefqa.

Il-persunal tar-R&Ż għandu jiġi distint mill-persunal inkarigat minn firxa wiesgħa ta' attivitajiet relatati. Għalhekk, dawn li ġejjin ma jagħmlux mal-persunal tar-R&Ż:

— Il-persunal impjegat fl-edukazzjoni u t-taħriġ,

— Il-persunal impjegat f'attivitajiet xjentifiċi u teknologiċi oħrajn (e.ż. servizzi ta' informazzjoni, ittestjar u standardizzazzjoni, studji dwar il-fattibbiltà, eċċ.),

— Il-persunal impjegat f'attivitajiet industrijali oħra (e.ż. innovazzjonijiet industrijali n.e.s.),

— Il-persunal impjegat fl-amministrazzjoni u f'attivitajiet oħra ta' sapport indirett.

Rabta mal-kontijiet tal-kumpanijaIn-numru totali ta' persunal ta' riċerka u żvilupp ma jistax jiġi iżolat fil-kontijiet tal-kumpanija. Dan jagħmel parti min-numru ta' persuni impjegati li jitniżżel fin-noti fil-kontijiet tal-kumpanija (l-Artikolu 43(8)).Rabta ma' varjabbli oħraParti min-numru ta' persuni impjegati (16 11 0).

(1)   Il-fatturi varjabbli 22 11 0 u 22 12 0 għandhom ikunu rrappurtati kull sentejn. Jekk l-ammont totali ta’ fatturat jew in-numru ta’ persuni impjegati f’diviżjoni tan-NACE Rev. 2 Taqsimiet B sa F, jirrapreżentaw, fi Stat Membru, anqas minn 1 % tat-total tal-Komunità, l-informazzjoni meħtieġa għall-kompilazzjoni ta’ l-istatistika li tirrigwarda l-karatteristiċi 22 11 0 u 22 12 0 m’għandhiex għalfejn tinġabar għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament.

Jekk in-numru ta' persuni li għandom impjieg mhux disponibbli, minflok għandu jiġi kkumpilat in-numru ta' l-impjegati (kodiċi 16 13 0).

Il-karatteristiċi “infiq totali intra-muros tar-R&Ż” (kodiċi 22 11 0) u “in-numru totali ta' persunal tar-R&Ż” (kodiċi 22 12 0) iridu jiġu kkumpilati biss f'każi ta' attivitajiet fit-taqsimiet B, C, D, E u F tan-NACE. Sas-sena ta' referenza 2009, l-Istati Membri se jikkumpilaw dawn il-karatteristiċi kif definiti fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2700/98 tas-17 ta’ Diċembru 1998.

Għat-taqsima K tan-NACE, in-numru ta' intrapriżi, il-fatturat ( 12 ) u n-numru tal-persuni li għandhom impjieg (jew in-numru ta' l-impjegati) biss għandhom jiġu kkumpilati.

▼B

TAQSIMA 3

Livell ta’ dettal

Id-data għandha tiġi pprovduta skond il-kunċett ta’ “unità aħħarija istituzzjonali li tikkontrolla” bl-analiżi ġeografika fil-livell 2-IN flimkien mal-analiżi ta’ attività fil-livell 3 kif speċifikat fl-Anness III u l-analiżi ġeografika fil-livell 3 flimkien ma’ l-Ekonomija tan-Negozju.

TAQSIMA 4

L-ewwel sena ta’ referenza u l-perijodiċità

1. L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha għandha tiġi kkompilata statistika annwali hija s-sena kalendarja tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2. L-Istati Membri minn dik is-sena ‘il quddiem se jipprovdu data għal kull sena kalendarja.

3. L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha l-fatturi varjabbli tan-nefqa totali intra-mural tal-R & D (kodiċi 22 11 0) u numru totali tal-persunal R & D (kodiċi 22 12 0) se jiġu kkompilati, hija l-2007.

TAQSIMA 5

Il-komunikazzjoni tar-riżultati

Ir-riżultati jiġu kkomunikati fi żmien 20 xahar wara l-għeluq tas-sena ta’ referenza.

TAQSIMA 6

Ir-rapporti u l-istudji pilota

1. L-Istati Membri se jipprovdu l-Kummissjoni b’ rapport li jirrigwarda d-definizzjoni, l-istruttura u d-disponibiltà tad-data statistika li għandha tiġi kkompilata għall-finijiet ta’ dan il-modulu komuni.

2. Għal-livell ta’ dettal kopert min dan l-Anness, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi studji pilota li għandhom jitwettqu minn awtoritajiet nazzjonali fis-sens ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97 skond l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament.

3. L-istudji pilota ser jitwettqu sabiex tiġi evalwata l-fattibilità li tinkiseb data, filwaqt li jitqiesu l-benefiċji tad-disponibilità ta’ din id-data mqabbla ma’ l-ispiża tal-ġbir u l-piż fuq in-negozju.

4. Studji pilota għandhom jitwettqu għal dawn il-karatteristiċi li jmiss:



Kodiċi

Titolu

 

Esportazzjoni ta’ merkanzija u servizzi

 

Importazzjoni ta’ merkanzija u servizzi

 

Esportazzjoni intra-grupp ta’ merkanzija u servizzi

 

Importazzjoni intra-grupp ta’ merkanzija u servizzi

L-esportazzjoni, l-importazzjoni, l-esportazzjoni intra-grupp u l-importazzjoni intra-grupp sejrin jitqassmu f’merkanzija u servizzi

5. Studji pilota għandhom jitwettqu wkoll sabiex tiġi studjata l-fattibilità tal-kompilazzjoni ta’ data għall-attivitajiet fit-taqsimiet M, N u O tan-NACE u tal-kompilazzjoni tal-fatturi varjabbli tan-nefqa totali intra-mural tal-R & D (kodiċi 22 11 0) u numru totali tal-persunal R & D (kodiċi 22 12 0) għall-attivitajiet fit-taqsimiet G, H, I, K, M, N u O tan-NACE. Studji pilota għandhom jitwettqu wkoll sabiex jevalwaw ir-relevanza, il-fattibilità u l-ispejjeż għall-analiżi tad-data fi klassijiet skond id-daqs ikkalkulati skond in-numru ta’ persuni impjegati kif speċifikati fit-taqsima 2.




ANNESS II

MODULU KOMUNI GĦALL-ISTATISTIKA OUTWARD DWAR L-AFFILJATI BARRANIN

TAQSIMA 1

Unità Statistika

L-unitajiet ta’ statistika huma l-intrapriżi u l-fergħat kollha barranin li huma kkontrollati minn unità istituzzjonali residenti fil-pajjiż li qiegħed jikkompila, skond id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 2. Il-fergħat għandhom jitqiesu bħala quasi-intrapriżi.

TAQSIMA 2

Karatteristiċi

Il-karatteristiċi li ġejjin kif definiti fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2700/98 għandhom jiġu kkompilati:



Kodiċi

Titolu

12 11 0

Fatturat

16 11 0

Numru ta’ persuni impjegati

11 11 0

Numru ta’ intrapriżi

Jekk in-numru ta’ persuni impjegati mhux disponibbli, in-numru ta’ impjegati (kodiċi 16 13 0) għandu jiġi kkompilat minflok.

TAQSIMA 3

Livell ta’ dettal

Id-data se tiġi pprovduta bid-dettal skond il-pajjiż tal-lok u l-attività ta’ l-affiljat barrani speċifikat fl-Annes III. Id-dettal skond il-pajjiż tal-lok u l-attività għandu jkun ikkumbinat kif ġej:

 Livell 1 ta’ l-analiżi ġeografika flimkien mal-Livell 2 ta’ l-analiżi ta’ l-attività.

 Livell 2 -OUT ta’ l-analiżi ġeografika flimkien mal-Livell 1 ta’ l-analiżi ta’ l-attività.

 Livell 3 ta’ l-analiżi ġeografika kkumbinata mad-data dwar l-attività totali biss.

TAQSIMA 4

L-ewwel sena ta’ referenza u perjodiċità

1. L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha sejrin jiġu kkompilati l-istatistiċi annwali hija s-sena kalendarja tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2. L-Istati Membri se jipprovdu data għal kull sena kalendarja minn dik is-sena ‘il quddiem.

TAQSIMA 5

Trażmissjoni tar-riżultati

Ir-riżultati se jiġu trażmessi fi żmien 20 xahar mit-tmiem tas-sena ta’ referenza.

TAQSIMA 6

Rapporti u studji pilota

1. L-Istati Membri se jipprovdu lill-Kummissjoni rapport relatat mad-definizzjoni, l-istruttura u d-disponibilità tad-data statistika li għandha tiġi kkompilata għall-finijiet ta’ dan il-modulu komuni.

2. Għal-livell ta’ dettall kopert minn dan l-Anness, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi studji pilota li għandhom jitwettqu minn awtoritajiet nazzjonali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97 skond l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament.

3. L-istudji pilota għandhom jitwettqu sabiex tkun evalwata r-rilevanza u l-fattibilità li tinkiseb data, filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji tad-disponibilità tad-data meta mqabbla ma’ l-ispiża tal-ġbir u l-piż fuq in-negozju.

4. Studji pilota għandhom jitwettqu għal dawn il-karatteristiċi li ġejjin:



Kodiċi

Titolu

13 31 0

Spejjeż tal-persunal

 

Esportazzjoni ta’ merkanzija u servizzi

 

Importazzjoni ta’ merkanzija u servizzi

 

Esportazzjoni intra-grupp ta’ merkanzija u servizzi

 

Importazzjoni intra-grupp ta’ merkanzija u servizzi

12 15 0

Valur miżjud għall-ispiża tal-fatturi

15 11 0

Investiment gross f’merkanzija tanġibbli




ANNESS III

LIVELLI GĦAL INFORMAZZJONI DDETTALJATA SKOND IL-ĠEOGRAFIJA U SKOND L-ATTIVITÀ



Livelli ta’ analiżi ġeografika

Livell 1

 

Livell 2-OUT

(Livell 1 + 24 pajjiż)

V2

Extra-EU 27

V2

Extra-EU 27

 
 

IS

L-Iżlanda

 
 

LI

Il-Liechtenstein

 
 

NO

In-Norveġja

CH

l-Iżvizzera

CH

l-Iżvizzera

 
 

HR

Il-Kroazja

RU

Il-Federazzjoni Russa

RU

Il-Federazzjoni Russa

 
 

TR

It-Turkija

 
 

EG

L-Eġittu

 
 

MA

Il-Marokk

 
 

NG

In-Niġerja

 
 

ZA

L-Afrika t’Isfel

CA

Il-Kanada

CA

Il-Kanada

US

L-Istati Uniti ta’ l-Amerika

US

L-Istati Uniti

 
 

MX

Il-Messiku

 
 

AR

L-Arġentina

BR

Il-Brażil

BR

Il-Brażil

 
 

CL

Iċ-Ċili

 
 

UY

L-Urugwaj

 
 

VE

Il-Veneżwela

 
 

IL

L-Iżrael

CN

Iċ-Ċina

CN

Iċ-Ċina

HK

Hong Kong

HK

Hong Kong

IN

L-Indja

IN

L-Indja

 
 

ID

L-Indoneżja

JP

Il-Ġappun

JP

Il-Ġappun

 
 

KR

Il-Korea t’Isfel

 
 

MY

Il-Malażja

 
 

PH

Il-Filippini

 
 

SG

Singapor

 
 

TW

It-Tajwan

 
 

TH

It-Tajlandja

 
 

AU

L-Awstralja

 
 

NZ

New Zealand

Z8

Extra EU-27 mhux allokati

Z8

Extra EU-27 mhux allokati

C4

Ċentri Finanzjarji Offshore

C4

Ċentri Finanzjarji Offshore

Z7

Kontroll maqsum indaqs tal-UCIs (1) ta’ aktar minn Sat Membru wieħed

Z7

Kontroll maqsum indaqs ta’ UCIs (1) ta’ aktar minn Membru wieħed

(1)   unità istituzzjonali aħħarija li għandha l-kontroll fuq affiljat barrani.



Livell 2-IN

A1

Total Dinji (l-entitajiet kollha inkluż il-pajjiż tal-kompilazzjoni)

Z9

Il-Bqija tad-Dinja (eskluż il-pajjiż tal-kompilazzjoni)

A2

Ikkontrollat mill-pajjiż tal-kompilazzjoni

V1

EU-27 (Intra-EU-27) eskluż il-pajjiż tal-kompilazzjoni

BE

Il-Belġju

BG

Il-Bulgarija

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

DK

Id-Danimarka

DE

Il-Ġermanja

EE

L-Estonja

GR

Il-Greċja

ES

Spanja

FR

Franza

IE

L-Irlanda

IT

L-Italja

CY

Ċipru

LV

Il-Latvja

LT

Il-Litwanja

LU

Il-Lussemburgu

HU

L-Ungerija

MT

Malta

NL

L-Olanda

AT

L-Awstrija

PL

Il-Polonja

PT

Il-Portugall

RO

Ir-Rumanija

SI

Is-Slovenja

SK

Is-Slovakkja

FI

Il-Finlandja

SE

L-Iżvezja

UK

Ir-Renju Unit

Z7

Kontroll maqsum indaqs ta’ UCIs (1) ta’ aktar minn Stat Membru wieħed

V2

Extra-EU 27

AU

L-Awstralja

CA

Il-Kanada

CH

l-Iżvizzera

CN

Iċ-Ċina

HK

Hong Kong

IL

L-Iżrael

IS

L-Iżlanda

JP

Il-Ġappun

LI

Il-Lieċhtenstein

NO

In-Norveġja

NZ

New Zealand

RU

Il-Federazzjoni Russa

TR

It-Turkija

US

L-Istati Uniti

C4

Ċentri Finanzjarji Offshore

Z8

Extra EU-27 mhux allokati

(1)   Unità istituzzjonali aħħarija li għandha l-kontroll fuq affiljat barrani.



Livell 3

AD

L-Andorra

EE

L-Estonja (1)

KZ

Il-Każakstan

QA

Il-Qatar

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

EG

L-Eġittu

LA

Ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Laos

RO

Ir-Rumanija (1)

AF

L-Afganistan

ER

Eritrea

LB

Il-Libanu

RS

Serbia

AG

Antigwa u Barbuda

ES

Spanja (1)

LC

Santa Luċija

RU

Il-Federazzjoni Russa

AI

Anguilla

ET

L-Etijopja

LI

Il-Lieċhtenstein

RW

Ir-Ruwanda

AL

L-Albanija

FI

Il-Finlandja (1)

LK

Is-Sri Lanka

SA

L-Arabja Sawdita

AM

L-Armenja

FJ

Fiji

LR

Il-Liberja

SB

Solomon Islands

AN

Antilles Olandiżi

FK

Il-Gżejjer tal-Falkland (Malvinas)

LS

Il-Lesoto

SC

Seychelles

AO

L-Angola

FM

Stati Federali tal-Mikroneżja

LT

Il-Lituwanja (1)

SD

Is-Sudan

AQ

L-Antartika

FO

Faroe Islands

LU

Il-Lussemburgu (1)

SE

L-Iżvezja (1)

AR

L-Arġentina

FR

Franza (1)

LV

Il-Latvja (1)

SG

Singapor

AS

Is-Samoa ta’ l-Amerika

GA

Gabon

LY

Il-Ġamaħarija Għarbija Libjana

SH

Sant Elena

AT

L-Awstrija (1)

GD

Grenada

MA

Il-Marokk

SI

Is-Slovenja (1)

AU

L-Awstralja

GE

Il-Ġeorġja

MD

Ir-Repubblika tal-Moldova

SK

Is-Slovakkja (1)

AW

Aruba

GG

Guernsey

ME

Montenegro

SL

Is-Sjerra Leone

AZ

L-Ażerbajġan

GH

Il-Gana

MG

Il-Madagaskar

SM

San Marino

BA

Il-Bożnja u l-Erzegovina

GI

Ġibiltà

MH

Gżejjer Marshall

SN

Is-Senegal

BB

Il-Barbados

GL

Greenland

MK (3)

dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

SO

Is-Somalia

BD

Bangladexx

GM

Il-Gambja

ML

Mali

SR

Is-Suriname

BE

Il-Belġju (1)

GN

Il-Gwinea

MM

Myanmar

ST

Sao Tome u Principe

BF

Burkina Faso

GQ

Il-Gwinea Ekwatorjali

MN

Il-Mongolja

SV

El Salvador

BG

Il-Bulgarija (1)

GR

Il-Greċja (1)

MO

Il-Makaw

SY

Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

BH

Il-Baħrain

GS

Il-Gżejjer ta’ Ġjorġja ta’ Nofs-in-Nhar u ta’ Sandwich ta’ Nofs-in-Nhar

MP

Il-gżejjer Mariana tat-Tramuntana

SZ

Swaziland

BI

Il-Burundi

GT

Il-Gwatemala

MR

Il-Mawritanja

TC

Il-Gżejjer Turks u Caicos

BJ

Benin

GU

Guam

MS

Montserrat

TD

Chad

BM

Bermuda

GW

Guinea-Bissau

MT

Malta (1)

TF

Territorji Franċiżi ta’ nofsinhar

BN

Il-Brunei Darussalam

GY

Il-Gujana

MU

Il-Mawrixus

TG

Togo

BO

Il-Bolivja

HK

Hong Kong

MV

Il-Maldivi

TH

It-Tajlandja

BR

Il-Brażil

HM

Heard Island u McDonald Islands

MW

Il-Malawi

TJ

It-Taġikistan

BS

Il-Baħamas

HN

Il-Ħonduras

MX

Il-Messiku

TK

Tokelau

BT

Il-Bhutan

HR

Il-Kroazja

MY

Il-Malażja

TM

It-Turkmenistan

BV

Il-gżira Bouvet

HT

Ħajiti

MZ

Il-Możambik

TN

It-Tuneżija

BW

Il-Botswana

HU

L-Ungerija (1)

NA

In-Namibia

TO

Tonga

BY

Il-Belarussja

ID

L-Indoneżja

NC

New Caledonia

TP

Timor tal-Lvant

BZ

Il-Beliże

IE

L-Irlanda (1)

NE

In-Niġer

TR

It-Turkija

CA

Il-Kanada

IL

L-Iżrael

NF

Norfolk Island

TT

Trinidad u Tobago

CC

Il-gżejjer Cocos (Keeling)

IM

Isle of Man

NG

In-Niġerja

TV

Tuvalu

CD

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IN

L-Indja

NI

In-Nikaragwa

TW

It-Tajwan, Provinċja taċ-Ċina

CF

Ir-Repubblika Ċentrali Afrikana

IO

It-Territorju Britanniku ta’ l-Oċean Indjan

NL

L-Olanda (1)

TZ

Ir-Repubblika Unita tat-Tanzanija

CG

Il-Kongo

IQ

L-Iraq

NO

In-Norveġja

UA

L-Ukrajna

CH

l-Iżvizzera

IR

Ir-Repubblika Islamika ta’ l-Iran

NP

In-Nepal

UG

L-Uganda

CI

Il-Kosta ta’ l-Avorju

IS

L-Iżlanda

NR

Nauru

UK

Ir-Renju Unit (1)

CK

Il-gżejjer Cook

IT

L-Italja (1)

NU

Niue

UM

Gżejjer minuri mbiegħda mill-Istati Uniti

CL

Iċ-Ċili

JE

Jersey

NZ

New Zealand

US

L-Istati Uniti

CM

Il-Kamerun

JM

Il-Ġamajka

OM

L-Oman

UY

L-Urugwaj

CN

Iċ-Ċina

JO

Il-Ġordan

PA

Il-Panama

UZ

L-Użbekistan

CO

Il-Kolombja

JP

Il-Ġappun

PE

Il-Peru

VA

Is-Santa Sede (Il-Belt tal-Vatikan)

CR

Il-Kosta Rika

KE

Il-Kenja

PF

Il-Polineżja Franċiża,

VC

St Vincent u l-Grenadines

CU

Kuba

KG

Il-Kyrgyzstan

PG

Il-Papua New Guinea

VE

Il-Veneżwela

CV

Cape Verde

KH

Il-Kambodja (Kampuċja)

PH

Il-Filippini

VG

Il-Virgin Islands tal-Gran Brettanja

CX

Christmas Island

KI

Kiribati

PK

Il-Pakistan

VI

Il-Virgin Islands ta’ l-Istati Uniti

CY

Ċipru (1)

KM

Comoros

PL

Il-Polonja (1)

VN

Il-Vjetnam

CZ

Ir-Repubblika Ċeka (1)

KN

San Kitts u Nevis

PN

Pitcairn

VU

Vanuatu

DE

Il-Ġermanja (1)

KP

Il-Korea, Ir-Repubblika popolari Demokratika tal-Korea (Ta’ Fuq)

PS

It-Territoju Okkupat Palestinjan

WF

Wallis u Futuna

DJ

Djibouti

KR

Il-Korea, Ir-Repubblika tal-Korea (t’Isfel)

PT

Il-Portugall (1)

WS

Is-Samoa

DK

Id-Danimarka (1)

KW

Il-Kuwajt

PW

Palau

YE

Il-Jemen

DM

Dominika

KY

Il-Gżejjer Cayman

PY

Il-Paragwaj

 
 

DO

Ir-Repubblika Domenikana

 
 
 
 

ZA

L-Afrika t’Isfel

DZ

L-Alġerija

 
 
 
 

ZM

Iż-Żambja

EC

L-Ekwador

Z8

Extra EU-27 mhux allokati

 
 

ZW

Iż-Żimbabwe

A2

Ikkontrollat mill-pajjiż tal-kompilazzjoni

Z7

Kontroll maqsum indaqs ta’ UCIs (2) ta’ aktar minn Stat Membru wieħed

 
 
 
 

(1)   Għall-Inward biss.

(2)   Unità istituzzjonali aħħarija li għandha l-kontroll fuq affiljat barrani.

(3)   Kodiċi provviżorju li ma jaffetwax id-denominazzjoni definittiva tal-pajjiż li għandu jingħata wara l-konklużjoni tan-negozjati għaddejjin bħalissa fin-Nazzjonijiet Uniti.

▼M1



Il-livelli 1 u 2 ta' l-analiżi ta' l-attività għall-istatistiċi ta' l-affiljati barranin residenti barra ’l pajjiż

Livell 1

Livell 2

Rev. 2 tan-NACE

ATTIVITÀ TOTALI

ATTIVITÀ TOTALI

taqsima B sa S (eskluża l-O)

MINJIERI U BARRIERI

MINJIERI U BARRIERI

taqsima B

L-estrazzjoni ta' żejt mhux raffinat, gass naturali u attivitajiet ta' servizzi ta' sapport marbuta mal-minjieri

div 06, 09

MANIFATTURA

MANIFATTURA

taqsima C

Prodotti ta' l-ikel, xorb u tabakk

div 10, 11, 12

TOTAL ta' attivitajiet ta' tessuti u ta' injam

div 13, 14, 16, 17, 18

Tessuti u oġġetti li jintlibsu

div 13, 14

Injam, karta, stampar u riproduzzjoni

div 16, 17, 18

Żejt mhux raffinat, kimiċi, prodotti farmaċewtiċi, prodotti tal-gomma u tal-plastik

TOTAL ta' żejt mhux raffinat, kimiċi, prodotti farmaċewtiċi, prodotti tal-gomma u tal-plastik

div 19, 20, 21, 22

Prodotti mill-kokk u miż-żejt raffinat

div 19

Kimiċi u prodotti kimiċi

div 20

Prodotti mill-gomma u mill-plastik

div 22

TOTAL ta' prodotti tal-metall u tal-makkinarju

div 24, 25, 26, 28

Metalli bażiċi u prodotti ta' metall iffabbrikat

div 24, 25

Prodotti tal-kompjuter, dawk elettroniċi u ottiċi

Prodotti tal-kompjuter, dawk elettroniċi u ottiċi

div 26

Makkinarju u tagħmir n.e.c.

div 28

Vetturi, tagħmir ta' trasport ieħor

TOTAL ta' vetturi & tagħmir ta' trasport ieħor

div 29, 30

Vetturi bil-mutur, trejlers jew semi-trejlers

div 29

Tagħmir ta' trasport ieħor

div 30

TOTAL ta' manifattura oħra

div 15, 23, 27, 31, 32, 33

PROVVISTA TA' ELETTRIKU, GASS, FWAR U ARJA KKUNDIZZJONATA

PROVVISTA TA' ELETTRIKU, GASS, STIM U ARJA KKUNDIZZJONATA

taqsima D

PROVVISTA TA' L-ILMA; SISTEMA TA' DRENAĠĠI, IMMANIĠĠAR TA' L-ISKART U ATTIVITAJIET TA' RIMEDJAZZJONI

PROVVISTA TA' L-ILMA; SISTEMA TA' DRENAĠĠI, IMMANIĠĠAR TA' L-ISKART U ATTIVITAJIET TA' RIMEDJAZZJONI

taqsima E

Il-ġbir, it-trattament u l-provvista ta' l-ilma

div 36

Sistema ta' drenaġġi, immaniġġar ta' l-iskart u attivitajiet ta' rimedjazzjoni

div 37, 38, 39

KOSTRUZZJONI

KOSTRUZZJONI

taqsima F

TOTAL TA' SERVIZZI

TOTAL TA' SERVIZZI

taqsima G, H, I, J, K, L, M, N, P, Q, R, S

KUMMERĊ BL-INGROSSA U BL-IMNUT TISWIJA TA' VETTURI BIL-MUTUR U TA' MUTURI

KUMMERĊ BL-INGROSSA U BL-IMNUT; TISWIJA TA' VETTURI BIL-MUTUR U TA' MUTURI

taqsima G

Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut u tiswija ta' vetturi bil-mutur u ta' muturi

div 45

Kummerċ bl-ingrossa, ħlief għall-vetturi bil-mutur u muturi

div 46

Kummerċ bl-imnut, ħlief għall-vetturi bil-mutur u muturi

div 47

TRASPORTAZZJONI U ĦŻIN TAL-MERKANZIJA

TRASPORTAZZJONI U ĦŻIN TAL-MERKANZIJA

taqsima H

TOTAL ta' trasport u ħżin tal-merkanzija

div 49, 50, 51, 52

Trasport minn fuq l-art u trasport minn ġol-katusi

div 49

Trasport fuq l-ilma

div 50

Trasport bl-ajru

div 51

Il-ħżin tal-merkanzija u attivatijiet ta' sapport għat-trasportazzjoni

div 52

Attivitajiet ta' posta u dawk ta' kurjer

div 53

AKKOMODAZZJONI U ATTIVITAJIET TA' SERVIZZ TA' IKEL

AKKOMODAZZJONI U ATTIVITAJIET TA' SERVIZZ TA' IKEL

taqsima I

INFORMAZZJONI U KOMUNIKAZZJONI

INFORMAZZJONI U KOMUNIKAZZJONI

taqsima J

Attivitajiet ċinematografiċi, ta' vidjo, produzzjoni ta' programmi għat-televixin u attivitajiet ta' divertiment oħrajn

div 59, 60

Telekomunikazzjoni

div 61

Attivitajiet oħra ta' informazzjoni u komunikazzjoni

div 58, 62, 63

ATTIVITAJIET FINANZJARJI U TA' L-ASSIGURAZZJONI

ATTIVITAJIET FINANZJARJI U TA' L-ASSIGURAZZJONI

taqsima K

Intermedjazzjoni finanzjarja, ħlief il-fondi ġejjin mill-assigurazzjoni jew mill-pensjoni

div 64

—  Attivitajiet ta' kumpaniji possedenti

grupp 64.2

Assigurazzjoni, fondi ġejjin minn assigurazzjoni fuq oħra u minn pensjoni, ħlief għas-sigurtà soċjali obbligatorja

div 65

Attivitajiet finanzjarji oħra

div 66

ATTIVITAJIET TA' PROPJETÀ TA' BENI IMMOBBLI

taqsima L

ATTIVITAJIET PROFESSJONALI, XJENTIFIĊI U TEKNIĊI

ATTIVITAJIET PROFESSJONALI, XJENTIFIĊI U TEKNIĊI

taqsima M

Attivitajiet legali u dawk marbuta mal-kontabilità

div 69

—  Attivitajiet legali

grupp 69.1

—  Attivitajiet marbuta mal-kontabilità, maż-żamma tal-kotba u mal-verifika; konsulenza dwar it-taxxa

grupp 69.2

Attivitajiet tal-kwartieri ġenerali; attivitajiet ta' konsulenza maniġerjali

div 70

—  Attivitajiet tal-kwartieri ġenerali;

grupp 70.1

—  Attivitajiet ta' konsulenza maniġerjali

grupp 70.2

Attivitajiet ta' arkitettura u ta' inġinerija ittestjar u analiżi tekniċi

div 71

Riċerka xjentifika u żvilupp

Riċerka xjentifika u żvilupp

div 72

Reklamar u analiżi tas-suq

div 73

—  Reklamar

grupp 73.1

—  Analiżi tas-suq u stħarriġ ta' l-opinjoni pubblika

grupp 73.2

Attivitajiet oħra professjonali, kemm xjentifiċi kif ukoll tekniċi, u attivitajiet veterinarji

div 74, 75

ATTIVITAJIET AMMINISTRATTIVI U DAWK MARBUTA MA' SERVIZZI TA' SAPPORT

taqsima N

Attivitajiet ta' kiri u ta' kiri fit-tul

div 77

Attivitajiet amministrattivi oħra u dawk marbuta ma' servizzi ta' sapport

div 78, 79, 80, 81, 82

EDUKAZZJONI

taqsima P

ATTIVITAJIET TA' SAĦĦA UMANA U TA' ĦIDMA SOĊJALI

taqsima Q

ARTI, DIVERTIMENT U RIKREAZZJONI

ARTI, DIVERTIMENT U RIKREAZZJONI

taqsima R

Attivitajiet kreattivi, marbuta ma' l-arti u mad-divertiment

div 90

Libreriji, arkivji, mużewijiet u attivitajiet kulturali oħra

div 91

Attivitajiet ta' sport u oħrajn marbuta ma' rikreazzjoni; attivitajiet tal-logħob tal-flus u l-imħatri

div 92, 93

ATTIVITAJIET TA' SERVIZZI OĦRA

taqsima S

Attivitajiet ta' organizzazzjonijiet ta' sħubija

div 94

Tiswija ta' kompjuters u ta' oġġetti personali u tad-dar, attivitajiet oħra ta' servizz personali

div 95, 96

Mhux allokati

 



Analiżi ta' l-attività tal-livell 3 għall-affiljati barranin residenti fil-pajjiż

Livell 3 (Rev. 2 tan-NACE)

Intestatura

Il-livell ta' dettall mitlub

Ekonomija tan-negozju

Taqsimiet B sa N, ħlief il-K

MINJIERI U BARRIERI

Taqsima B

MANIFATTURA

Taqsima C

Id-diviżjonijiet kollha minn 10 sa 33

PROVVISTA TA' ELETTRIKU, GASS, STIM U ARJA KKUNDIZZJONATA

Taqsima D

Diviżjoni 35

PROVVISTA TA' L-ILMA, SISTEMA TA’ DRENAĠĠI, IMMANIĠĠAR TA’ L-ISKART U ATTIVITAJIET TA’ RIMEDJAZZJONI

Taqsima E

Id-diviżjonijiet kollha minn 36 sa 39

KOSTRUZZJONI

Taqsima F

Id-diviżjonijiet kollha minn 41 sa 43

Il-gruppi 41.1 u 41.2, 42.1 sa 42.9, 43.1 sa 43.9

NEGOZJU BL-INGROSSA U BL-IMNUT; TISWIJA TA' VETTURI BIL-MUTUR U MUTURI

Taqsima G

Id-diviżjonijiet kollha minn 45 sa 47

Il-gruppi 45.1 u 45.2, 46.1 sa 46.9, 47.1 sa 47.9

TRASPORTAZZJONI U ĦŻIN TAL-MERKANZIJA

Taqsima H

Id-diviżjonijiet kollha minn 49 sa 53

Gruppi 49.1 sa 49.5

ATTIVITAJIET TA' AKKOMODAZZJONI U TA' SERVIZZI TA' L-IKEL

Taqsima I

Id-diviżjonijiet kollha minn 55 sa 56

Il-gruppi 55.1 sa 55.9, 56.1 sa 56.3

INFORMAZZJONI U KOMUNIKAZZJONI

Taqsima J

Id-diviżjonijiet kollha minn 58 sa 63

Gruppi 58.1, 58.2, 63.1, 63.9

ATTIVITAJIET FINANZJARJI U TA' L-ASSIGURAZZJONI

Taqsima K

Id-diviżjonijiet kollha minn 64 sa 66

ATTIVITAJIET TA’ PROPRJETÀ TA’ BENI IMMOBBLI

Taqsima L

Diviżjoni 68

ATTIVITAJIET PROFESSJONALI, XJENTIFIĊI U TEKNIĊI

Taqsima M

Id-diviżjonijiet kollha minn 69 sa 75

ATTIVITAJIET AMMINISTRATTIVI U TA' SERVIZZI TA' SAPPORT

Taqsima N

Id-diviżjonijiet kollha minn 77 sa 82

Gruppi 77.1 sa 77.4



( 1 ) ĠU C 144, 14.6.2005, p. 14.

( 2 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2006 (għadha ma ġietx pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-25 ta’ Mejju 2007.

( 3 ) ĠU L 35, 8.2.2005, p. 23. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 602/2006 (ĠU L 106, 19.4.2006, p. 10).

( 4 ) ĠU L 14, 17.1.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

( 5 ) ĠU L 76, 30.3.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

( 6 ) ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1267/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 180, 18.7.2003, p. 1).

( 7 ) ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

( 8 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

( 9 ) ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.

( 10 ) ĠU L 332, 30.11.2006, p. 21.

( 11 ) ĠU L 344, 18.12.1998, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1670/2003 (ĠU L 244, 29.9.2003, p. 74).

( 12 ) Għar-Rev. 2, diviżjoni 64, tan-NACE, il-fatturat se jiġi sostitwit bil-valur tal-produzzjoni.