02007R0715 — MT — 01.09.2020 — 005.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

►M5  REGOLAMENT (KE) Nru 715/2007 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta' Ġunju 2007

dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief tal-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) ◄

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 171 29.6.2007, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 692/2008 tal- 18 ta’ Lulju 2008

  L 199

1

28.7.2008

►M2

REGOLAMENT (KE) Nru 595/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta’ Ġunju 2009

  L 188

1

18.7.2009

►M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 566/2011 tat-8 ta’ Ġunju 2011

  L 158

1

16.6.2011

►M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 459/2012 tad-29 ta’ Mejju 2012

  L 142

16

1.6.2012

►M5

REGOLAMENT (UE) 2018/858 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-30 ta' Mejju 2018

  L 151

1

14.6.2018




▼B

▼M5

REGOLAMENT (KE) Nru 715/2007 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta' Ġunju 2007

dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief tal-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6)

▼B

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



KAPITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi komuni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur (“vetturi”) u “spare parts” bħal ma hu tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis fir-rigward ta’ l-emissjonijiet tagħhom.

▼M5

2.  Barra minn hekk, dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-konformità waqt is-servizz, għad-durabbiltà tal-mezzi għall-kontroll tat-tniġġis, għas-sistemi dijanjostiċi abbord (OBD) tal-vetturi u għall-kejl tal-konsum tal-karburanti.

▼B

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1, u N2 kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 70/156/KEE b’massa ra’ referenza ta’ mhux aktar minn 2 610 kg.

2.  Fuq talba tal-manifattur, l-approvazzjoni tat-tip mogħtija taħt dan ir-Regolament tista’ tiġi estiża minn vetturi li jaqgħu taħt paragrafu 1 għall-vetturi M1, M2, N1 u N2 kif speċifikat fl-Anness II tad-Direttiva 70/156/KEE b’massa ta’ referenza li ma taqbiżx 2 840 kg u li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ l-implimentazzjoni tiegħu japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1) 

“vettura hybrid” tfisser vettura b’minn ta’ lanqas żewġ konvertituri ta’ l-enerġija differenti u żewġ sistemi ta’ ħżin ta’ enerġija differenti (fil-vettura) għall-fini tal-propulsjoni tal-vettura;

2) 

“vetturi magħmula apposta biex iwettqu ħtiġijiet soċjali speċifiċi” tfisser vetturi diesel tal-kategorija M1 li huma:

(a) 

vetturi għal skopijiet speċjali kif definiti fid-Direttiva 70/156/KEE b’massa ta’ referenza li taqbeż 2 000 kg;

(b) 

vetturi b’massa ta’ referenza li taqbeż 2 000 kg u magħmulin apposta biex iġorru 7 persuni jew aktar inkluż is-sewwieq bl-esklużjoni, mill-1 ta’ Settembru 2012, ta’ vetturi tal-kategorija M1G kif definit fid-Direttiva 70/156/KEE;

jew

(ċ) 

vetturi b’massa ta’ referenza li taqbeż 1 760 kg mibnija speċifikatament għal skopijiet kummerċjali sabiex jakkomodaw l-użu tas-siġġijiet tar-roti fil-vettura;

jew

3) 

“massa ta’ referenza” tfisser il-massa tal-vettura li taħdem sew imnaqqsa bil-massa uniformi ta’ sewwieq ta’ 75 kg u miżjuda b’massa uniformi ta’ 100 kg;

4) 

“inkwinanti gassużi” jfissru emissjonijiet ta’ gass ta’ l-exhaust bħala monossidu tal-karbonju, ossidi tan-nitroġenu, espressi f’ekwivalenti ta’ dijossidu tan-nitroġenu (NO2), u idrokarburi;

5) 

“inkwinanti f’partikulati” jfissru komponenti tal-gass ta’ l-exhaust li jitneħħew minn gass ta’ l-exhaust dilwit f’temperatura massima ta’ 325 K (52 °C) permezz ta’ filtri deskritti fil-proċedura ta’ ttestjar għall-verifika ta’ l-emissjonijiet mit-tailpipe;

6) 

“emissjonijiet mit-tailpipe” ifissru emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi u f’partikuli;

7) 

“emissjonijiet evaporattivi” ifissru evaporazzjonijiet ta’ idrokarburi li joħorġu mis-sistema tal-karburant tal-vettura għajr dawk minn emissjonijiet mit-tailpipe;

8) 

crankcase” ifisser l-ispazji ġo, jew barra, il-magna li huma mqabbdin mat-tank taż-żejt b’kanali interni jew esterni li minnhom jistgħu joħorġu l-gassijiet u l-fwar;

9) 

“sistema ta’ dijanjostika fil-vettura” jew “sistema OBD” tfisser sistema għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet li għandha l-kapaċità li tidentifika ż-żona fejn x’aktarx hemm funzjonament ħażin permezz ta’ kodiċijiet ta’ ħsarat maħżuna fil-memorja ta’ kompjuter;

10) 

“tagħmir ta’ riduzzjoni” jfisser kull element tad-disinn li jħoss it-temperatura, il-veloċità tal-vettura, id-dawrien tal-magna (RPM), it-transmission gear, il-vakwu fil-manifold jew parametru ieħor bl-iskop li jattiva, jimmodula, jittardja jew iwaqqaf il-funzjonament ta’ xi parti mis-sistema ta’ kontroll ta’ l-emissjonijiet, li tnaqqas l-effettività tas-sistema ta’ kontroll ta’ l-emissjonijiet taħt kondizzjonijiet li wieħed raġonevolment jistenna li jiltaqa’ magħhom waqt it-tħaddim u l-użu normali ta’ vettura;

11) 

“tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser dawk il-komponenti ta’ vettura li jikkontrollaw u/jew jillimitaw l-emissjonijiet mit-tailpipe jew evaporattivi;

12) 

“tagħmir oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis jew assemblaġġ ta’ tagħmir ta’ dan it-tip koperti bl-approvazzjoni tat-tip mogħtija għall-vettura konċernata;

13) 

“tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis jew assemblaġġ ta’ tagħmir ta’ dan it-tip maħsuba biex jissostitwixxu tagħmir oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis u li jistgħu jiġu approvati bħala unità teknika separata kif speċifikat fid-Direttiva 70/156/KEE;

▼M5 —————

▼B

16) 

“bijofjuwils” tfisser fjuwils f’forma ta’ likwidu jew ta’ gass għat-trasport prodott mill-bijomassa;

17) 

“vettura li taħdem bi fjuwil alternattiv” tfisser vettura ddisinjata biex tkun kapaċi taħdem b’għall-inqas tip wieħed ta’ fjuwil li jew ikun fil-forma ta’ gass f’temperatura u pressjoni atmosferiċi, jew sustanzjalment derivat minn żejt li mhux minerali;

▼M4

18) 

“magna b'injezzjoni diretta” tfisser magna li tista' topera b'mod li l-karburant huwa injettat fl-arja li tidħol wara li titneħħa l-arja permezz ta’ valvijiet fuq ġewwa.

▼B



KAPITOLU II

OBBLIGI TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-MANIFATTURI

Artikolu 4

Obbligi tal-manifatturi

1.  Il-manifatturi għandhom juru li l-vetturi ġodda kollha mibjugħa, reġistrati jew mqiegħda fis-servizz fil-Komunità għandhom l-approvazzjoni tat-tip skond dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu. Il-manifatturi għandhom juru wkoll li t-tagħmir ġdid, użat biex jibdel tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis, kollu li jeħtieġ approvazzjoni tat-tip li jinbiegħ jew li jitqiegħed fis-servizz fil-Komunità għandu l-approvazzjoni tat-tip skond dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.

Dawn l-obbligi jinkludu r-rispett tal-limiti ta’ emissjoni stabbiliti fl-Anness I u l-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5.

2.  Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta’ l-approvazzjoni tat-tip għall-verifika tal-konformità fil-produzzjoni, il-perjodu tas-servizz tat-tagħmir tal-kontroll tat-tniġġis u l-konformità waqt is-servizz jiġu rispettati.

Barra minn hekk, il-miżuri tekniċi meħuda mill-manifattur jridu jkunu tali li jiġi żgurat li l-emissjonijiet mit-tailpipe jew evaporattivi huma effettivament limitati, skond dan ir-Regolament, tul il-ħajja normali tal-vettura li tintuża f’kundizzjonijiet normali. Għalhekk, miżuri ta’ konformità waqt is-servizz għandhom jiġu verifikati sa perijodu ta’ ħames snin jew 100 000 km, liema minnhom jasal l-ewwel. L-ittestjar tal-perjodu tas-servizz tat-tagħmir tal-kontroll tat-tniġġis imressaq għall-approvazzjoni tat-tip għandu jkopri 160 000 km. Biex jikkonformaw ma’ dan it-test tal-perjodu tas-servizz, il-manifatturi għandu jkollhom il-possibilità li jużaw testijiet ta’ riproduzzjoni, f’laboratorju tal-kundizzjonijiet ta’ użu (“test bench ageing”), suġġett għall-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 4.

Il-konformità waqt is-servizz għandha tkun ikkontrollata b’mod partikulari għall-emissjonijiet mit-tailpipe kif ittestjati mal-limiti ta’ emissjoni stabbiliti fl-Anness I. Sabiex jitjieb il-kontroll ta’ l-emissjonijiet evaporattivi u l-emissjonijiet f’temperatura ambjentali baxxa, il-proċeduri ta’ ttestjar għandhom ikunu riveduti mill-Kummissjoni.

3.  Il-manifatturi għandhom jifformulaw ċifri ta’ emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju u ta’ konsum tal-karburant f’dokument mogħti lix-xerrej tal-vettura fil-ħin tax-xiri.

4.  Il-proċeduri speċifiċi u r-rekwiżiti għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu stabbiliti f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2).

Artikolu 5

Rekwiżiti u testijiet

1.  Il-manifattur għandu jattrezza l-vetturi b’mod li l-komponenti li jistgħu jaffettwaw l-emissjonijiet jiġu ddisinjati, mibnija u assemblati bil-għan li jippermettu li l-vettura, fl-użu normali, tikkonforma ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.

2.  L-użu ta’ tagħmir ta’ riduzzjoni li jnaqqas l-effettività tas-sistemi tal-kontroll ta’ l-emissjonijiet għandu jiġi pprojbit. Il-projbizzjoni m’ għandiex tapplika fejn:

(a) 

il-bżonn tat-tagħmir huwa ġustifikat għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-magna mill-ħsara jew inċidenti u għat-tħaddim fis-sigurtà tal-vettura;

(b) 

it-tagħmir ma jaħdimx għajr għall-ħtiġijiet ta’ l-istartjar tal-magna;

jew

(ċ) 

il-kondizzjonijiet huma sostanzjalment inklużi fil-proċeduri tal-verifika ta’ l-emissjonijiet evaporattivi u l-medja ta’ l-emissjonijiet mit-tailpipe.

3.  Il-proċeduri speċifiċi, it-testijiet u r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip stipulati f’dan il-paragrafu, kif ukoll ir-rekwiżiti għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 2, li huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissuplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3). Dan għandu jinkludi l-istabbiliment tar-rekwiżiti fir-rigward ta’:

(a) 

l-emissjonijiet mit-tailpipe, inklużi ċ-ċikli ta’ test, l-emissjonijiet f’temperatura ambjentali baxxa, waqt modalità ta’ idling, l-opaċità tad-duħħan u l-funzjonament korrett u r-riġenerazzjoni ta’ sistemi ta’ after-treatment;

(b) 

l-emissjonijiet evaporattivi u l-emissjonijiet mill-crankcase;

(c) 

is-sistemi ta’ OBD u l-prestazzjoni waqt l-użu tat-tagħmir tal-kontroll tat-tniġġis;

(d) 

il-perjodu ta’ servizz tat-tagħmir kontra t-tniġġis, tagħmir tal-kontroll tat-tniġġis tal-bdil, konformità waqt s-servizz, konformità tal-produzzjoni u tal-kondizzjoni tajba għat-triq;

(e) 

kejl tal-gass bl-effett serra, l-emissjonijiet u l-konsum tal-karburant;

(f) 

il-vetturi hybrid u vetturi ta’ fjuwil alternattiv;

(g) 

l-estensjoni ta’ l-approvazzjonijiet tat-tip u r-rekwiżiti għal manifatturi ta’ volum baxx;

(h) 

ir-rekwiżiti għat-tagħmir tat-testijiet;

▼M2 —————

▼B

(i) 

il-karburanti ta’ referenza, bħall-petrol, diesel, karburanti gassużi u bijokarburanti, bħal bijoetanol, bijodiżil u bijogass;

▼M2

(j) 

il-kejl tal-qawwa tal-magna.

▼B

Ir-rekwiżiti ta’ hawn fuq għandhom, fejn meħtieġ, japplikaw għal vetturi kollha mingħajr ma jitqies it-tip ta’ fjuwil li huma jużaw.

▼M5 —————

▼B



KAPITOLU IV

OBBLIGI TA’ L-ISTATI MEMBRI

Artikolu 10

Approvazzjoni tat-tip

1.  B’ effett mit-2 ta’ Lulju 2007, jekk manifattur hekk jitlob, l-awtoritajiet nazzjonali m’għandhomx, għal raġunijiet relatati ma’ l-emissjonijiet jew mal-konsum ta’ karburant minn vetturi, jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ġdid ta’ vettura, jew jipprojbixxu ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz tal-vettura l-ġdida, fejn il-vettura konċernata tikkonforma ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, u b’mod partikolari mal-valuri ta’ limitu ta’ l-Euro 5 stipulati fit-Tabella 1 ta’ l-Anness I jew mal-valuri tal-limitu ta’ l-Euro 6 stipulati fit-Tabella 2 ta’ l-Anness I.

2.  B’effett mill-1 ta’ Settembru 2009 u mill-1 ta’ Settembru 2010 fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija N1 klassi II u III u kategorija N2, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għal raġunijiet relatati ma’ l-emissjonijiet jew il-konsum ta’ karburant, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tipi ġodda ta’ vetturi li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, u b’mod partikulari ma’ l-Annessi bl-eċċezzjoni tal-valuri ta’ limitu ta’ l-Euro 6 stabbiliti fit-Tabella 2 ta’ l-Anness I. Għat-test dwar l-emissjonijiet ta’ l-exhaust, il-valuri ta’ limitu applikati għal vetturi maħsuba biex jissodisfaw ħtiġijiet soċjali speċifiċi għandhom ikunu l-istess bħal dawk għal vetturi tal-kategorija N1 klassi III.

3.  B’effett mill-1 ta’ Jannar 2011, u mill-1 ta’ Jannar 2012 fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija N1 klassi II u III, kategorija N2 u vetturi maħsuba biex jissodisfaw ħtiġijiet soċjali speċifiċi, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, fil-każ ta’ vetturi ġodda li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, u b’mod partikulari ma’ l-Annessi bl-eċċezzjoni tal-valuri ta’ limitu ta’ l-Euro 6 stipulati fit-Tabella 2 ta’ l-Anness I, jikkunsidraw iċ-ċertifikati ta’ konformità bħala mhux aktar validi għall-finijiet ta’ l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 70/156/KEE u għandhom, għal raġunijiet relatati ma’ l-emissjonijiet jew il-konsum ta’ karburant, jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ tali vetturi. Għat-test dwar l-emissjonijiet ta’ l-exhaust, il-valuri ta’ limitu applikati għal vetturi maħsuba biex jissodisfaw ħtiġijiet soċjali speċifiċi għandhom ikunu l-istess daqs dawk għal vetturi ta’ kategorija N1 klassi III.

4.  B’effett mill-1 ta’ Settembru 2014, u mill-1 ta’ Settembru 2015 fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija N1 klassi II u III u kategorija N2, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għal raġunijiet relatati ma’ l-emissjonijiet jew mal-konsum tal-fjuwil, li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni nazzjonali tat-tip fir-rigward ta’ tipi ġodda ta’ vetturi li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, u b’mod partikulari mal-valuri ta’ limitu ta’ l-Euro 6 stipulati fit-Tabella 2 ta’ l-Anness I.

5.  B’effett mill-1 ta’ Settembru 2015, u mill-1 ta’ Settembru 2016 fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija N1 klassi II u III u l-kategorija N2, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, fil-każ ta’ vetturi ġodda li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, u b’mod partikulari mal-valuri ta’ limitu ta’ l-Euro 6 stipulati fit-Tabella 2 ta’ l-Anness I, jikkunsidraw iċ-ċertifikati ta’ konformità bħala li m’għadhomx aktar validi għall-finijiet ta’ l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 70/156/KEE u għandhom, għal raġunijiet relatati ma’ l-emissjonijiet jew mal-konsum tal-fjuwil, jiprojbixxu r-reġistrazzjoni, l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ tali vetturi.

▼M1

6.  Il-limitu ta’ emissjoni ta’ 5,0 mg/km għal massa ta’ materja f’partikuli li jissemma fit-Tabelli 1 u 2 ta’ l-Anness I għandu jkun effettiv mid-dati applikabbli stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3.

Il-limitu ta’ emissjoni ta’ 4,5 mg/km għal massa ta’ materja f’partikuli u l-limitu għan-numru ta’ partikuli li jissemmew fit-Tabelli 1 u 2 ta’ l-Anness I għandhom ikunu effettivi mill-1 ta’ Settembru 2011 għall-approvazzjoni tat-tip ta’ tipi ġodda ta’ vetturi u mill-1 ta’ Jannar 2013 għall-vetturi l-ġodda kollha, mibjugħa, irreġistrati jew li ddaħħlu f’servizz fil-Komunità.

▼M4

7.  Sa tliet snin wara d-dati applikabbli stipulati fil-paragrafi 4 u 5 għal approvazzjonijiet ġodda tat-tip u r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda u fuq l-għażla tal-manifattur għandu japplika limitu ta’ emissjoni tan-numru tal-partiċella ta’ 6 × 1012 #/km għal vetturi li għandhom magna b'ignition pożittiva ta’ injezzjoni diretta.

▼B

Artikolu 11

Approvazzjoni tat-tip ta’ partijiet tal-bdil

1.  Dwar tagħmir tal-bdil ġdid għall-kontroll tat-tniġġis maħsub biex jitpoġġa fuq vetturi approvati skond dan ir-Regolament, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiprojbixxu l-bejgħ jew l-istallazzjoni tiegħu fuq vettura jekk ma tkunx ta’ tip li għalih tkun inħarġet approvazzjoni tat-tip konformi ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.

2.  L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jkomplu jagħtu estensjonijiet għal approvazzjonijiet tat-tip KE għal tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis maħsub għall-istandards ta’ qabel dan ir-Regolament taħt il-kundizzjonijiet li kienu japplikaw oriġinarjament. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiprojbixxu l-bejgħ jew l-istallazzjoni ta’ tali tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis fuq vettura sakemm ma jkunx ta’ tip li għalih tkun ħarġet approvazzjoni tat-tip rilevanti.

3.  Tagħmir tal-bdil għall-kontroll tat-tniġġis maħsub biex jitpoġġa fuq vettura bl-approvazzjoni tat-tip qabel l-adozzjoni tar-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent huwa eżentat mir-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 12

Inċentivi finanzjarji

1.  L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjonijiet għal inċentivi finanzjarji li japplikaw għal vetturi prodotti f’serje li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.

Dawk l-inċentivi għandhom ikunu validi għall-vetturi ġodda kollha offruti għall-bejgħ fis-suq ta’ Stat Membru li jikkonformaw għall-inqas mal-valuri ta’ limitu għall-emissjonijiet fit-Tabella 1 ta’ l-Anness I qabel id-dati stabbiliti fl-Artikolu 10(3); dawn l-inċentivi għandhom jieqfu fid-dati stabbiliti fl-Artikolu 10(3).

Inċentivi finanzjarji li japplikaw esklussivament għal vetturi li jikkonformaw mal-valuri ta’ limitu għall-emissjonijiet fit-Tabella 2 ta’ l-Anness I jistgħu jingħataw għal tali vetturi ġodda offruti għall-bejgħ fis-suq ta’ Stat Membru mid-dati ffissati fl-Artikolu 10(3) qabel id-dati stabbiliti fl-Artikolu 10(5); dawn l-inċentivi għandhom jieqfu f’dawk id-dati.

2.  L-Istati Membri jistgħu jagħtu inċentivi finanzjarji għall-attrezzar b’lura ta’ vetturi diġà fl-użu u għal skrappjar ta’ vetturi li ma jikkonformawx.

3.  L-inċentivi finanzjarji msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom, għal kull tip ta’ vettura, m’ għandhomx jaqbżu n-nefqa addizzjonali għat-tagħmir tekniku introdott biex jiżgura l-konformità mal-limiti ta’ emissjoni speċifikati fl-Anness I, inkluża n-nefqa ta’ l-istallazzjoni fuq il-vettura.

4.  Il-Kummissjoni għandha tkun infurmata fi żmien li jkun kmieni biżżejjed bi pjanijiet ta’ stabbiliment jew ta’ tibdil fl-inċentivi finanzjarji msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 13

Penalitajiet

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur mill-manifatturi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penalitajiet pprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sat-2 ta’ Jannar 2009 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti magħmula li taffettwahom.

2.  It-tipi ta’ ksur li huma suġġetti għal penali għandhom jinkludu:

(a) 

li wieħed jagħmel dikjarazzjonijiet foloz waqt il-proċeduri ta’ l-approvazzjoni jew waqt proċeduri li jwasslu għat-teħid lura;

(b) 

il-falsifikazzjoni tar-riżultati tat-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip jew tal-konformità waqt s-servizz;

(ċ) 

li wieħed iżomm għalih data jew speċifikazzjonijiet tekniċi li jistgħu jwasslu biex tittieħed lura jew titneħħa approvazzjoni tat- tip;

(d) 

l-użu ta’ tagħmir difettuż.

▼M5 —————

▼B



KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 14

Definizzjoni mill-ġdid ta’ l-ispeċifikazzjonijiet

1.  Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-inklużjoni ta’ emissjonijiet tal-metanu fil-kalkolu ta’ l-emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’miżuri biex jingħata kont għall-emissjonijiet tal-metanu jew biex jiġu limitati.

2.  Wara t-tlestija tal-programm tal-kejl tal-partikulati tan-NU/ECE, imwettaq taħt l-awspiċi tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi, u mhux aktar tard mid-dħul fis-seħħ tal-Euro 6, il-Kummissjoni għandha tadotta dawn il-miżuri li ġejjin, li huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jkun issuplimentat mingħajr ma jitnaqqas il-livell ta’ ambizzjoni eżistenti rigward l-ambjent:

(a) 

l-emendar ta’ dan ir-Regolament skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3) għall-fini ta’ kkalibrar mill-ġdid tal-valuri ta’ limitu ta’ partikulati bbażati fuq il-massa stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, u tintroduċi valuri ta’ limitu ta’ partikuli bbażati fuq numri sabiex jikkorrelataw bejn wieħed u ieħor mal-valuri tal-massa tal-limiti għall-petrol u d-diesel;

(b) 

adozzjoni ta’ proċedura ta’ kejl rivedut għall-partikulati u l-valur ta’ limitu ta’ partikulati f’numri, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3).

3.  Il-Kummissjoni għandha tibqa’ tirrevedi l-proċeduri, t-testijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 5(3) kif ukoll iċ-ċikli ta’ ttestjar użati biex jitkejjlu l-emissjonijiet. Jekk mir-reviżjoni jirriżulta li dawn m’għadhomx xierqa jew ma jirriflettux aktar is-sitwazzjoni reali ta’ l-emissjonijiet, għandhom ikunu adattati b’tali mod li jirriflettu b’mod xieraq l-emissjonijiet iġġenerati mis-sewqan attwali fit-toroq. Il-miżuri meħtieġa mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissuplimentawh, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3).

4.  Il-Kummissjoni għandha tibqa’ tirrevedi l-inkwinanti suġġetti għar-rekwiżiti tat-testijiet msemmija fl-Artikolu 5(3). Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li huwa xieraq li l-emissjonijiet ta’ inkwinanti addizjonali jkunu regolati, għandha tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex dan ir-Regolament ikun emendat kif xieraq.

5.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-limiti ta’ emmissjonijiet stipulati fl-Anness I Tabella 4 għall-emissjonijiet mill-vetturi ta’ monossidu tal-karbonju u ta’ idrokarburi wara li jsir test ta’ startjar b’magna kiesħa u għandha tippreżenta, kif xieraq, proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-għan li tbaxxi l-limiti ta’ l-emissjonijiet.

▼M2 —————

▼B

Artikolu 15

Proċedura fil-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

3.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 16

Emendi għad-Direttivi 70/156/KEE u 2005/55/KE

1.  Id-Direttiva 70/156/KEE għandha tiġi emendata skond l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

2.  Id-Direttiva 2005/55/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(a) 

It-titolu għandu jinbidel bit-test li ġej:

“Id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Settembru 2005 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi kbar u ta’ magni f’dak li jirrigwarda l-emmissjonijiet tagħhom (Euro IV u V)”

(b) 

L-Artikolu 1għandu jinbidel bit-test li ġej:

“Artikolu 1

2.  Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

‘vettura’ tfisser kull vettura bil-mutur kif definita fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 70/156/KEE b’massa ta’ referenza li taqbeż 2 610 kilo;

(b) 

‘magna’ tfisser l-għajn tal-propulsjoni ta’ qawwa mekkanika ta’ vettura għal liema tista’ tingħata approvazzjoni tat-tip bħala entità separata, kif definita fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 70/156/KEE;

(ċ) 

‘vetturi mtejba li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent (EEV)’ tfisser vetturi li jaħdmu b’magna li tikkonforma mal-valuri ta’ limitu ta’ l-emissjonijiet permessi stabbiliti fir-ringiela Ċ tat-tabelli f’Taqsima 6.2.1 ta’ l-Anness I.”;

(ċ) 

It-Taqsima 1 ta’ l-Anness 1 għandha tinbidel bit-test li ġej:

“1. Din id-Direttiva tapplika għall-kontroll ta’ sustanzi ta’ gass u materjali f’partikulati li jniġġsu, il-ħajja utli ta’ apparati li jikkontrollaw l-emissjonijiet, il-konformità ta’ vetturi/magni li qed jintużaw bħalissa u ta’ sistemi ta’ dijanjosi fil-vettura (OBD) tal-vetturi motorizzati kollha, u għall-magni kif speċifikat fl-Artikolu 1, bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-vetturi tal-kategorija M1, N1, N2 and M2 li għalihom ingħatat l-approvazzjoni tat-tip taħt ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 ( *1 ).

Artikolu 17

Tħassir

1.  Id-Direttivi li ġejjin għandhom jitħassru b’effett mit-2 ta’ Jannar 2013.

— 
Direttiva 70/220/KEE,
— 
Direttiva 72/306/KEE,
— 
Direttiva 74/290/KEE,
— 
Direttiva 77/102/KEE,
— 
Direttiva 78/665/KEE,
— 
Direttiva 80/1268/KEE,
— 
Direttiva 83/351/KEE,
— 
Direttiva 88/76/KEE,
— 
Direttiva 88/436/KEE,
— 
Direttiva 89/458/KEE,
— 
Direttiva 91/441/KEE,
— 
Direttiva 93/59/KEE,
— 
Direttiva 93/116/KE,
— 
Direttiva 94/12/KE,
— 
Direttiva 96/44/KE,
— 
Direttiva 96/69/KE,
— 
Direttiva 98/69/KE,
— 
Direttiva 98/77/KE,
— 
Direttiva 1999/100/KE,
— 
Direttiva 1999/102/KE,
— 
Direttiva 2001/1/KE,
— 
Direttiva 2001/100/KE,
— 
Direttiva 2002/80/KE,
— 
Direttiva 2003/76/KE,
— 
Direttiva 2004/3/KE,

2.  L-Annessi II u V tad-Direttiva tal-Kummissjoni 89/491/KEE tas-17 ta’ Lulju 1989 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttivi tal-Kunsill 70/157/KEE, 70/220/KEE, 72/245/KEE, 72/306/KEE, 80/1268/KEE u 80/1269/KEE rigward il-vetturi bil-mutur ( 1 ) huma mħassra b’effett mit-2 ta’ Jannar 2013.

3.  Ir-referenzi magħmula għal Direttivi mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

4.  L-Istati Membri għandhom jirrevokaw il-leġiżlazzjoni ta’ l-implimentazzjoni tagħhom adottata taħt id-Direttivi msemmija fil-paragrafu 1 b’effett mit-2 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

2.  Dan ir-Regolament għandu japplika mit-3 ta’ Jannar 2009, bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikoli 10(1) u 12 li għandhom japplikaw mit-2 ta’ Lulju 2007.

3.  L-emendi jew il-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(3) u fl-Artikolu 14(6) għandhom jiġu adottati mit-2 ta’ Lulju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

LIMITI TA’ EMISSJONI

▼M1



Tabella 1

Limiti ta’ Emissjoni Euro 5

 

Massa ta’ referenza

(RM)

(kg)

Valuri ta’ limitu

Massa ta’ monossidu tal-karbonju

(CO)

Massa ta’ idrokarburi totali

(THC)

Massa ta’ idrokarburi li mhux mill-metanu

(NMHC)

Massa ta’ ossidi tan-nitroġenu

(NOx)

Massa kombinata ta’ idrokarburi u ossidi tan-nitroġenu

(THC + NOx)

Massa ta’ partikuli ►M3   ◄

(PM)

►M4  
Numru ta’ partiċelli
(NP)  ◄

L1

(mg/km)

L2

(mg/km)

L3

(mg/km)

L4

(mg/km)

L2 + L4

(mg/km)

L5

(mg/km)

L6

(#/km)

Kategorija

Klassi

 

PI

CI

PI

CI

PI

CI

PI

CI

PI

CI

PI (1)

CI

PI

CI

M

Kollha

1 000

500

100

68

60

180

230

5,0/4,5

5,0/4,5

6,0 × 1011

N1

I

RM ≤ 1 305

1 000

500

100

68

60

180

230

5,0/4,5

5,0/4,5

6,0 × 1011

I

1 305 < RM ≤ 1 760

1 810

630

130

90

75

235

295

5,0/4,5

5,0/4,5

6,0 × 1011

II

1 760 < RM

2 270

740

160

108

82

280

350

5,0/4,5

5,0/4,5

6,0 × 1011

N2

All

2 270

740

160

108

82

280

350

5,0/4,5

5,0/4,5

6,0 × 1011

(1)   L-istandards tal-massa f’partikuli positive-ignition għandhom japplikaw biss għal vetturi b’magni b’injezzjoni diretta.

Qari: PI = Positive-ignition (Positive-ignition), CI = Compression-Ignition (Compression-Ignition)

▼M4



Tabella 2

Limiti ta’ emissjoni Euro 6

 

Massa ta’ referenza

(RM)

(kg)

Il-valuri ta’ limitu

Massa ta’monossidu tal-karbonju

(CO)

Massa ta’ idrokarburi totali

(THC)

Massa ta’ idrokarburi li mhux mill-metanu

(NMHC)

Massa ta’ ossidi tan-nitroġenu

(NOx)

Massa kombinata ta’ idrokarburi u ossidi tan-nitroġenu

(THC + NOx)

Massa ta’ materja f’partiċelli

(PM) (1)

Għadd ta’ partiċelli

(PN)

L1

(mg/km)

L2

(mg/km)

L3

(mg/km)

L4

(mg/km)

L2 + L4

(mg/km)

L5

(mg/km)

L6

(#/km)

Kategorija

Klassi

 

PI

CI

PI

CI

PI

CI

PI

CI

PI

CI

PI (2)

CI

PI (2) (3)

CI

M

Kollha

1 000

500

100

68

60

80

170

4,5

4,5

6,0 × 1011

6,0 × 1011

N1

I

RM ≤ 1 305

1 000

500

100

68

60

80

170

4,5

4,5

6,0 × 1011

6,0 × 1011

II

1 305 < RM ≤ 1 760

1 810

630

130

90

75

105

195

4,5

4,5

6,0 × 1011

6,0 × 1011

III

1 760 < RM

2 270

740

160

108

82

125

215

4,5

4,5

6,0 × 1011

6,0 × 1011

N2

Kollha

2 270

740

160

108

82

125

215

4,5

4,5

6,0 × 1011

6,0 × 1011

(1)   Limitu ta’ 5,0 mg/km għall-massa tal-emissjonijiet tal-partikulati japplika għal vetturi tat-tip approvat għal-limiti ta’ emissjonijie ta’ din it-tabella mal-protokoll ta’ kejl tal-massa tal-partikulati ta’ qabel, qabel l-1.9.2011.

(2)   Il-limiti tal-massa f’partiċelli positive-ignition għandhom japplikaw biss għal vetturi b’magni b’injezzjoni diretta.

(3)   Sa tliet snin wara d-dati speċifikati fl-Artikolu 10(4) u (5) għal approvazzjonijiet ġodda tat-tip u vetturi ġodda rispettivament, limitu tal-emissjoni tan-numru tal-partiċelli ta’ 6,0 × 1012#/km għandu japplika għal vetturi b’injezzjoni diretta Euro 6 PI fuq l-għażla tal-manifattur. Sa mhux aktrar tard minn dawk id-dati għandu jiġi implimentat metodu tat-test ta’ approvazzjoni tat-test li jiżgura l-limitu effettiv tan-numru tal-partikolu li joħorġu taħt kundizzjonijiet reali tas-sewqan.

Qari: PI = Positive-ignition (Positive-ignition), CI = Compression-Ignition (Compression-Ignition)

▼B



Tabella 3

Limitu ta’ Emissjoni għat-Test ta’ Emissjonijiet Evaporattivi

Massa ta’ Emissjoni Evaporattiva (g/test)

2,0



Tabella 4

Limitu ta’ Emissjoni għall-Emmissjonijiet mit-Tailpipe ta’ Monossidu tal-Karbonju u Idrokarbonju wara Cold Start Test

Temperatura waqt it-test 266 K (–7 °C)

Kategorija tal-Vettura

Klassi

Massa ta’ Monossidu tal-karbonju (CO)

L1 (g/km)

Massa ta’ idrokarburi (HC)

L2 (g/km)

M

15

1,8

N1

I

15

1,8

II

24

2,7

III

30

3,2

N2

 

30

3,2




ANNESS II

Emendi għad-Direttiva 70/156/KE

Id-Direttiva 70/156/KEE hija b’ dan emendata kif ġej:

1) 

Fl-Artikolu 2, is-sentenza li ġejja għandha tiżdied wara l-aħħar inċiż:

“Jekk issir referenza f’din id-Direttiva għal Direttiva jew Regolament separat, din għandha tinkludi wkoll l-atti ta’ implimentazzjoni tagħhom.”

2) 

Il-kliem “jew Regolament” għandhom jiżdiedu wara l-kliem “Direttiva separata” fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

Artikolu 2, l-ewwel inċiż; Artikolu 2, id-disa’ inċiż; Artikolu 2, l-għaxar inċiż; Artikolu 2, l-erbatax-il inċiż; Artikolu 3(1): Artikolu 3(4): Artikolu 4(1)(c); Artikolu 4 (1)(d); Artikolu 5(5); Artikolu 6(3); Artikolu 7(2); Artikolu 13(4); Artikolu 13(5); Anness I, l-ewwel subparagrafu; Anness III, Parti III; Anness IV, Parti II, l-ewwel paragrafu; Anness V Taqsma 1(a); Anness V Taqsima 1(b); Anness V Taqsima 1(c); Anness VI, Naħa 2 taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE; Anness VII(1), Taqsima 4; Anness VII, nota tal-qiegħ (1); Anness X, Taqsima 2.1.; Anness X, Taqsima 3.3.; Anness XI, Appendiċi 4, Tifsira ta’ l-ittri: X; Anness XII, Taqsma B(2); Anness XIV, Taqsima 2(a); Anness XIV, Taqsima 2(c); Anness XIV, Taqsima 2(d).

3) 

Il-kliem “jew Regolamenti” għandhom jiżdiedu wara l-kliem “Direttivi separati” fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

Artikolu 2, it-tmien inċiż; Artikolu 3(1); Artikolu 3(2); Artikolu 4(1)(a) l-ewwel u t-tieni inċiż; Artikolu 4(1)(b); Artikolu 4(3); Artikolu 5(4) it-tielet subparagrafu; Artikolu 5(6); Artikolu 8(2); Artikolu 8(2)(c); Artikolu 9(2); Artikolu 10(2); Artikolu 11(1); Artikolu 13(2); Artikolu 14(1) (i); Lista ta’ l-Annessi: titolu ta’ l-Anness XIII; Anness I l-ewwel subparagrafu;Anness IV, Parti I, l-ewwel u t-tieni linja; Anness IV, Parti II, nota tal-qiegħ (1) għat-tabella; Anness V Taqsma 1(b); Anness V Taqsma 3; Anness V Taqsma 3(a); Anness V Taqsma 3(b); Anness VI, punt 1 u 2; Anness VI, naħa 2 taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE; Anness X, Taqsima 2.2.; Anness X, Taqsima 2.3.5.; Anness X, Taqsima 3.5.; Anness XII, titolu; Anness XIV, Taqsima 1.1.; Anness XIV, Taqsima 2(c).

4) 

Il-kliem “jew Regolament” għandhom jiżdiedu wara l-kelma “Direttiva” fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

Artikolu 5(3) it-tielet subparagrafu; Anness IV, Parti I, nota tal-qiegħ X għat-tabella; Anness VI, naħa 2 taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE l-intestatura tat-tabelli; Anness VII (1), Taqsima 2; Anness VII (1), Taqsima 3; Anness VII (1), Taqsima 4; Anness VIII, Taqsima 1,2,2.1 u 3; Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi kompluti jew kompletati ta’ kategoriji M1 punti 45, 46.1 u 46.2; Anness IX, naħa 2 ta’ ta’ vetturi kompluti jew kompletati ta’ kategoriji M2 u M3 punti 45 u 46.1; Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi kompluti jew kompletati ta’ kategoriji N1, N2 u N3 punti 45 u 46.1; Anness IX, naħa 2 ta’ ta’ vetturi kompluti jew kompletati ta’ kategorija M1 punt 45 u 46.1;Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi kompluti jew kompletati ta’ kategoriji M2 u M3, punti 45 u 46.1;Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi kompluti jew kompletati ta’ kategoriji N1, N2 u N3 punt 45 u 46.1; Anness X, nota tal-qiegħ 2; Anness X, Taqsima 1.2.2; Anness XI, Appendiċi 4, tabella, intestatura tat-tielet kolonna; Anness XI, Appendiċi 4, Tifsira ta’ l-ittri: N/A; Anness XV, l-intestaturi tat-tabelli;

Il-kliem “jew Regolament” għandhom jiżdiedu wara l-kelma “Direttiva” fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi kompluti jew kompletati ta’ kategorija M1; Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi kompluti jew kompletati ta’ kategoriji M2 u M3; Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi kompluti jew kompletati ta’ kategoriji N1, N2 u N3; Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi mhux kompluti ta’ kategorija M1; Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi mhux kompluti ta’ kategoriji M2 u M3; Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi mhux kompluti ta’ kategorij N1, N2 u N3; Anness XV;

5) 

Fl-Artikolu 8(2)(c) il-kliem “jew Regolament(i)” se jiżdiedu wara l-kliem “Direttiva/i”.

6) 

Fl-Anness IV, il-parti I, il-punt 2 tat-tabella u l-intestatura tat-tabella għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:



“Suġġett

Numru tad-Direttiva/Regolament

Referenza tal-Ġurnal Uffiċjali

Applikabbiltà

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

2. Emissjonijiet/Aċċess għall-informazzjoni

…/…/KE

(EC) Nru …/…

L …, …, p. …

(1)

(1)

 

(1)

(1)

 

 

 

 

 

(1)   Għal vetturi b’massa ta’ referenza ta’ mhux aktar minn 2 610 kg. Fuq talba tal-produttur tista’ tapplika għal vetturi b’massa ta’ referenza ta’ mhux aktar minn 2 840 kg.”

7) 

Fl-Anness IV, il-parti I, il-punti 11 u 39 għandhom jitħassru.

8) 

Fl-Anness VII (4) il-kliem “jew Regolament” għandhom jiżdiedu wara l-kliem “fil-każ ta’ Direttiva”.

9) 

Fl-Anness VII (5) il-kliem “jew Regolament” għandhom jiżdiedu wara l-kliem “l-aktar Direttiva reċenti”.

10) 

Fl-Anness XI, Appendiċi 1, il-punt 2 tat-tabella u l-intestatura tat-tabella għandhom jiġi sostitwiti b’dan li ġej:



“Oġġett

Suġġett

Numru tad-Direttiva/Regolament

M1 ≤ 2 500 (1) kg

M1 > 2 500 (1) kg

M2

M3

2

Emissjonijiet/Aċċess għall-informazzjoni

…/…/KE

(EC) Nru …/…

Q

G + Q

G + Q”

 

11) 

Fl-Anness XI, Appendiċi I, il-punti 11 u 39 għandhom jitħassru.

12) 

Fl-Anness XI, Appendiċi 2, il-punt 2 tat-tabella u l-intestatura tat-tabella għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:



“Oġġett

Suġġett

Numru tad-Direttiva/Regolament

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

2

Emissjonijiet/Aċċess għall-informazzjoni

…/…/KE

(EC) Nru …/…

A

A

 

A

A”

 

 

 

 

 

13) 

Fl-Anness XI, Appendiċi 2, il-punti 11 u 39 għandhom jitħassru.

14) 

Fl-Anness XI, Appendiċi 3, il-punt 2 tat-tabella u l-intestatura tat-tabella għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:



“Oġġett

Suġġett

Numru tad-Direttiva/Regolament

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

2

Emissjonijiet/Aċċess għall-informazzjoni

…/…/KE

(EC) Nru …/…

Q

 

Q

Q”

 

 

 

 

 

15) 

Fl-Anness XI, Appendiċi 3, il-punt 11 għandu jitħassar.

16) 

Fl-Anness XI, Appendiċi 4, il-punt 2 tat-tabella u l-intestatura tat-tabella għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:



“Oġġett

Suġġett

Numru tad-Direttiva/Regolament

Krejn Mobbli tal-kategorija N

2

Emissjonijiet/Aċċess għall-informazzjoni

…/…/KE

(EC) Nru …/…

N/A”

17) 

Fl-Anness XI, Appendiċi 4, il-punt 11 għandu jitħassar.



( *1 ) ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.”

( 1 ) ĠU L 238, 15.8.1989, p. 43.