2007R0536 — MT — 01.07.2013 — 001.002
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 536/2007 tal-15 ta’ Mejju 2007 (ĠU L 128, 16.5.2007, p.6) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 492/2013 tat-28 ta’ Mejju 2013 |
L 142 |
1 |
29.5.2013 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta’ Frar 2013 |
L 158 |
74 |
10.6.2013 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 536/2007
tal-15 ta’ Mejju 2007
li jiftaħ u jamministra kwota tariffarja għal-laħam tat-tjur allokata għall-Istati Uniti ta' l-Amerika
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur ( 1 ), u partikolarment l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim konkluż f'forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika skond l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) ta' l-1994 dwar il-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea ( 2 ), approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/333/KE ( 3 ) jipprevedi l-integrazzjoni ta' kwota tariffarja speċifika allokata għall-Istati Uniti għall-importazzjoni ta' 16 665 tunnellata tjur. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta' Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli ( 4 ) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awissu 2006 li jistabbilixxi r-regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji ta' l-importazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni ( 5 ) għandhom japplikaw, sakemm ma jkunx hemm dispost mod ieħor f'dan ir-Regolament. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1232/2006 tas-16 ta' Awissu 2006 li jiftaħ u jamministra kwota tariffarja ta' importazzjoni għal-laħam tat-tjur allokata għall-Istati Uniti ta' l-Amerika ( 6 ) għandu jiġi emendat sostanzjalment. Ir-Regolament (KE) Nru 1232/2006 għandu għalhekk jitħassar u jiġi ssostitwit b'Regolament ġdid. |
(4) |
Sabiex l-importazzjonijiet iżommu pass regolari, jeħtieġ li jinqasam il-perjodu tal-kwota mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju tas-sena suċċessiva f'bosta subperjodi. Fi kwalunkwe każ, ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jillimita l-perjodu ta' validità tal-liċenzji sa l-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja. |
(5) |
Il-kwoti tariffarji għandhom ikunu amministrati skond liċenzji ta' l-importazzjoni. Għal dan il-għan, huwa importanti li jiġu definiti l-arranġamenti għat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet u d-dettalji għandhom jintwerew fuq l-applikazzjoni għal-liċenzja u fuq il-liċenzji stess. |
(6) |
Fid-dawl tar-riskju ta' spekulazzjoni inerenti fis-sistema kkonċernata fis-settur tal-laħam tat-tjur, għandhom ikunu stabbiliti kundizzjonijiet preċiżi rigward l-aċċess ta' l-operaturi għall-arranġamenti tal-kwota tariffarja. |
(7) |
Bil-għan li tiġi garantita amministrazzjoni xierqa tal-kwoti tariffarji, jeħtieġ li l-ammont tal-garanzija marbuta mal-liċenzji ta' l-importazzjoni jiġi stabbilit għal EUR 20 għal kull 100 kilogramma. |
(8) |
Fl-interess ta' l-operaturi, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kwantitajiet li għalihom ma tressqet l-ebda applikazzjoni, li se jiżdiedu mas-subperjodu tal-kwota suċċessiv skond l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006. |
(9) |
L-aċċess għall-kwota tariffarja għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' l-oriġini maħruġ mill-awtoritajiet ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju ( 7 ). |
(10) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għal-laħam tat-tjur u l-bajd, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-kwota tariffarja fl-Anness I hija miftuħa għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw mill-Istati Uniti ta' l-Amerika li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM fl-Anness I.
Il-kwota tariffarja hija miftuħa fuq bażi annwali għall-perjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju tas-sena suċċessiva.
2. Il-kwantitajiet tal-prodotti koperti mill-kwota msemmija fil-paragrafu 1, ir-rata tad-dazju doganali applikabbli kif ukoll in-numru ta' l-ordni, huma stabbiliti fl-Anness I.
Artikolu 2
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 u tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw, sakemm ma jkunx hemm dispost mod ieħor f'dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Il-kwantità stabbilita għall-perjodu tal-kwota annwali tinqasam f'erba' subperjodi kif ġej:
(a) 25 % mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru,
(b) 25 % mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru,
(c) 25 % mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu,
(d) 25 % mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju.
Artikolu 4
1. Għal finijiet ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikant għal liċenzja ta' l-importazzjoni, waqt li jressaq l-ewwel applikazzjoni tiegħu rigward perjodu tal-kwota partikolari, għandu jagħti prova li importa jew esporta, matul kull wieħed miż-żewġ perjodi msemmija fl-imsemmi Artikolu 5, talanqas 50 tunnellata prodotti koperti mir-Regolament (KEE) Nru 2777/75.
2. L-applikazzjonijiet għal liċenzja jistgħu jsiru għal bosta prodotti li jaqgħu taħt kodiċijiet NM differenti u li joriġinaw mill-Istati Uniti ta' l-Amerika. F'dan il-każ, il-kodiċijiet kollha tan-NM u d-deskrizzjonijiet tagħhom għandhom jiġu indikati fil-kaxxa 16 u 15, rispettivament, ta' l-applikazzjonijiet għal liċenzji u tal-liċenzji stess.
L-applikazzjonijiet għal liċenzji għandhom isiru għal minimu ta' 10 tunnellati u massimu ta' 10 % tal-kwantità disponibbli matul is-subperjodu kkonċernat.
3. Il-liċenzji jobbligaw importazzjoni mill-Istati Uniti ta' l-Amerika.
L-applikazzjoni għal liċenzji u l-liċenzji stess għandu jkun fihom:
(a) fil-kaxxa 8, indikazzjoni tal-pajjiż ta' l-oriġini;
(b) fil-kaxxa 20, waħda mill-indikazzjonijiet imniżżla fl-Anness II, parti A.
Fil-kaxxa 24, il-liċenzja għandu jkun fiha waħda mill-indikazzjonijiet imniżżla fl-Anness II, parti B.
Artikolu 5
1. L-applikazzjonijiet għal liċenzji jistgħu jitressqu biss matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar li jiġi qabel kull subperjodu msemmi fl-Artikolu 3.
2. Garanzija ta' EUR 20 għal kull 100 kilogramma għandha tkun depożitata flimkien ma' l-applikazzjoni għal liċenzja.
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-ħames jum wara dak ta' tmiem il-perjodu tat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet, il-kwantitajiet totali mitluba, espressi f'kilogrammi.
4. Il-liċenzji jinħarġu mis-seba' jum ta' xogħol u sa mhux aktar tard mill-ħdax-il jum ta' xogħol wara dak ta' tmiem il-perjodu ta' notifika previst mill-paragrafu 3.
5. Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kwantitajiet li għalihom ma tressqet l-ebda applikazzjoni u li jiżdiedu awtomatikament mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu tal-kwota suċċessiv.
Artikolu 6
1. B'deroga mit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni qabel tmiem l-ewwel xahar tas-subperjodu tal-kwota, il-kwantitajiet totali espressi f'kilogrammi li għalihom inħarġu l-liċenzji msemmija fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament imsemmi.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, qabel tmiem ir-raba' xahar wara kull perjodu annwali, il-kwantitajiet effettivament imqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni libera skond dan ir-Regolament matul il-perjodu kkonċernat, espressi f'kilogrammi.
3. B'deroga mit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet koperti minn liċenzji ta' l-importazzjoni mhux użati jew parzjalment użati, l-ewwel darba flimkien ma' l-applikazzjoni għall-aħħar subperjodu, u darb'oħra qabel tmiem ir-raba' xahar wara kull perjodu annwali.
Artikolu 7
1. B'deroga mill-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-liċenzji ta' l-importazzjoni huma validi għal mija u ħamsin jum mill-ewwel jum tas-subperjodu li għalih inħarġu.
2. Bla ħsara għall-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, it-trasferiment ta' drittijiet li ġejjin mil-liċenzji huwa limitat għat-trasferiti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' eliġibilità stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u fl-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 8
L-aċċess għall-kwota tariffarja huwa suġġett għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' l-oriġini maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika skond l-Artikoli 55 sa 65 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. L-oriġini tal-prodotti koperti b'dan ir-Regolament għandhom ikunu stabbiliti skond ir-regoli Komunitarji fis-seħħ.
Artikolu 9
Ir-Regolament (KE) Nru 1232/2006 huwa rrevokat.
Ir-referenzi għar-Regolament irrevokat għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 10
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-1 ta' Ġunju 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Numru ta' l-ordni |
Kodiċijiet NM |
Rata applikabbli tad-dazju |
►M1 Kwantità annwali (f’tunnellati) ◄ |
09.4169 |
0207 11 10 |
131 EUR/t |
►M1 21 345 ◄ |
0207 11 30 |
149 EUR/t |
||
0207 11 90 |
162 EUR/t |
||
0207 12 10 |
149 EUR/t |
||
0207 12 90 |
162 EUR/t |
||
0207 13 10 |
512 EUR/t |
||
0207 13 20 |
179 EUR/t |
||
0207 13 30 |
134 EUR/t |
||
0207 13 40 |
93 EUR/t |
||
0207 13 50 |
301 EUR/t |
||
0207 13 60 |
231 EUR/t |
||
0207 13 70 |
504 EUR/t |
||
0207 14 10 |
795 EUR/t |
||
0207 14 20 |
179 EUR/t |
||
0207 14 30 |
134 EUR/t |
||
0207 14 40 |
93 EUR/t |
||
0207 14 50 |
0 % |
||
0207 14 60 |
231 EUR/t |
||
0207 14 70 |
0 % |
||
0207 24 10 |
170 EUR/t |
||
0207 24 90 |
186 EUR/t |
||
0207 25 10 |
170 EUR/t |
||
0207 25 90 |
186 EUR/t |
||
0207 26 10 |
425 EUR/t |
||
0207 26 20 |
205 EUR/t |
||
0207 26 30 |
134 EUR/t |
||
0207 26 40 |
93 EUR/t |
||
0207 26 50 |
339 EUR/t |
||
0207 26 60 |
127 EUR/t |
||
0207 26 70 |
230 EUR/t |
||
0207 26 80 |
415 EUR/t |
||
0207 27 10 |
0 % |
||
0207 27 20 |
0 % |
||
0207 27 30 |
134 EUR/t |
||
0207 27 40 |
93 EUR/t |
||
0207 27 50 |
339 EUR/t |
||
0207 27 60 |
127 EUR/t |
||
0207 27 70 |
230 EUR/t |
||
0207 27 80 |
0 % |
ANNESS II
A. Indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu, punt (b):
bil-Bulgaru |
: |
Регламент (ЕО) № 536/2007. |
bl-Ispanjol |
: |
Reglamento (CE) no 536/2007. |
biċ-Ċek |
: |
Nařízení (ES) č. 536/2007. |
bid-Daniż |
: |
Forordning (EF) nr. 536/2007. |
bil-Ġermaniż |
: |
Verordnung (EG) Nr. 536/2007. |
bl-Estonjan |
: |
Määrus (EÜ) nr 536/2007. |
bil-Grieg |
: |
Kανονισμός (ΕΚ) αριθ. 536/2007. |
bl-Ingliż |
: |
Regulation (EC) No 536/2007. |
bil-Franċiż |
: |
Règlement (CE) no 536/2007. |
bil-Kroat |
: |
Uredba (EZ) br. 536/2007. |
bit-Taljan |
: |
Regolamento (CE) n. 536/2007. |
bil-Latvjan |
: |
Regula (EK) Nr. 536/2007. |
bil-Litwan |
: |
Reglamentas (EB) Nr. 536/2007. |
bl-Ungeriż |
: |
536/2007/EK rendelet. |
bil-Malti |
: |
Ir-Regolament (KE) Nru 536/2007. |
bl-Olandiż |
: |
Verordening (EG) nr. 536/2007. |
bil-Pollakk |
: |
Rozporządzenie (WE) nr 536/2007. |
bil-Portugiż |
: |
Regulamento (CE) n.o 536/2007. |
bir-Rumen |
: |
Regulamentul (CE) nr. 536/2007. |
bis-Slovakk |
: |
Nariadenie (ES) č. 536/2007. |
bis-Sloven |
: |
Uredba (ES) št. 536/2007. |
bil-Finlandiż |
: |
Asetus (EY) N:o 536/2007. |
bl-Iżvediż |
: |
Förordning (EG) nr 536/2007. |
B. Indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(3), it-tielet subparagrafu:
bil-Bulgaru |
: |
намаляване на Общата митническа тарифа съгласно предвиденото в Регламент (ЕО) № 536/2007. |
bl-Ispanjol |
: |
reducción del arancel aduanero común prevista en el Reglamento (CE) no 536/2007. |
biċ-Ċek |
: |
snížení společné celní sazby tak, jak je stanoveno v nařízení (ES) č. 536/2007. |
bid-Daniż |
: |
toldnedsættelse som fastsat i forordning (EF) nr. 536/2007. |
bil-Ġermaniż |
: |
Ermäßigung des Zollsatzes nach dem GZT gemäß der Verordnung (EG) Nr. 536/2007. |
bl-Estonjan |
: |
ühise tollitariifistiku maksumäära alandamine vastavalt määrusele (EÜ) nr 536/2007. |
bil-Grieg |
: |
Μείωση του δασμού του κοινού δασμολογίου, όπως προβλέπεται στον κανονισμό (ΕΚ) αριθ. 536/2007. |
bl-Ingliż |
: |
reduction of the common customs tariff pursuant to Regulation (EC) No 536/2007. |
bil-Franċiż |
: |
réduction du tarif douanier commun comme prévu au règlement (CE) no 536/2007. |
bil-Kroat |
: |
sniženje zajedničke carinske tarife u skladu s Uredbom (EZ) br. 536/2007. |
bit-Taljan |
: |
riduzione del dazio della tariffa doganale comune a norma del regolamento (CE) n. 536/2007. |
bil-Latvjan |
: |
Regulā (EK) Nr. 536/2007 paredzētais vienotā muitas tarifa samazinājums. |
bil-Litwan |
: |
bendrojo muito tarifo muito sumažinimai, nustatyti Reglamente (EB) Nr. 536/2007. |
bl-Ungeriż |
: |
a közös vámtarifában szereplő vámtétel csökkentése a 536/2007/EK rendelet szerint. |
bil-Malti |
: |
tnaqqis tat-tariffa doganali komuni kif jipprovdi r-Regolament (KE) Nru 536/2007. |
bl-Olandiż |
: |
Verlaging van het gemeenschappelijke douanetarief overeenkomstig Verordening (EG) nr. 536/2007. |
bil-Pollakk |
: |
Cła WTC obniżone jak przewidziano w rozporządzeniu (WE) nr 536/2007. |
bil-Portugiż |
: |
redução da Pauta Aduaneira Comum como previsto no Regulamento (CE) n.o 536/2007. |
bir-Rumen |
: |
reducerea Tarifului Vamal Comun astfel cum este prevăzut în Regulamentul (CE) nr. 536/2007. |
bis-Slovakk |
: |
Zníženie spoločnej colnej sadzby, ako sa ustanovuje v nariadení (ES) č. 536/2007. |
bis-Sloven |
: |
znižanje skupne carinske tarife v skladu z Uredbo (ES) št. 536/2007. |
bil-Finlandiż |
: |
Asetuksessa (EY) N:o 536/2007 säädetty yhteisen tullitariffin alennus. |
bl-Iżvediż |
: |
nedsättning av den gemensamma tulltaxan i enlighet med förordning (EG) nr 536/2007. |
ANNESS III
Tabella ta' korrelazzjoni
Regolament (KE) Nru 1232/2006 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
— |
Artikolu 4(1)(a) |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(1)(b) |
Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 4(1)(c) |
Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 4(1)(d) |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 4(1)(e) |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 4(1)(f) |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 4(2) |
— |
Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 5(2) |
— |
Artikolu 5(3) |
Artikolu 5(2) |
Artikolu 5(4), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 5(3) |
Artikolu 5(4), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 5(5) |
— |
Artikolu 5(6) |
— |
Artikolu 5(7) |
— |
Artikolu 5(8), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 5(4) |
Artikolu 5(9) |
— |
Artikolu 5(10) |
Artikolu 6(2) |
Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 7(1) |
Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 6(2) |
— |
Artikolu 7 |
Artikolu 8 |
Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 2 |
Artikolu 8, it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 9 |
Artikolu 10 |
Anness I |
Anness I |
Anness II |
Anness II, parti A |
Anness III |
Anness II, parti B |
Anness IV |
— |
Anness V |
— |
Anness VI |
— |
( 1 ) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).
( 2 ) ĠU L 124, 11.5.2006, p. 15.
( 3 ) ĠU L 124, 11.5.2006, p. 13.
( 4 ) ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).
( 5 ) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).
( 6 ) ĠU L 225, 17.8.2006, p. 5.
( 7 ) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).