2007R0329 — MT — 29.03.2013 — 009.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta’ Marzu 2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 088, 29.3.2007, p.1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 117/2008 tat-28 ta’ Jannar 2008 |
L 35 |
57 |
9.2.2008 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 389/2009 tat-12 ta’ Mejju 2009 |
L 118 |
78 |
13.5.2009 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 689/2009 tad-29 ta’ Lulju 2009 |
L 199 |
3 |
31.7.2009 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1283/2009 tat-22 ta’ Diċembru 2009 |
L 346 |
1 |
23.12.2009 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 567/2010 tad-29 ta' Ġunju 2010 |
L 163 |
15 |
30.6.2010 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1251/2010 tat-22 ta' Diċembru 2010 |
L 341 |
15 |
23.12.2010 |
|
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1355/2011 tal-20 ta’ Diċembru 2011 |
L 338 |
39 |
21.12.2011 |
|
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 137/2013 tat-18 ta’ Frar 2013 |
L 46 |
19 |
19.2.2013 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 296/2013 tas-26 ta’ Marzu 2013 |
L 90 |
4 |
28.3.2013 |
|
Ikkoreġut b'
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 329/2007
tas-27 ta’ Marzu 2007
dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK ta' l-20 ta' Novembru 2006 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea ( 1 ),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni.
Billi:|
(1) |
Fl-14 ta' Ottubru 2006, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adotta r-Riżoluzzjoni 1718 (2006) li fiha kkundanna t-test nukleari li sar mir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (minn hawn 'l quddiem imsejħa “l-Korea ta' Fuq”), fid-9 ta' Ottubru 2006, waqt li ddetermina li kien hemm theddida ċara għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali, u impona fuq l-Istati Membri kollha tan-Nazzjonijiet Uniti li japplikaw numru ta' miżuri restrittivi. |
|
(2) |
Il-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK tipprovdi għall-implimentazzjoni tal-miżuri restrittivi mniżżla fir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) u notevolment għal projbizzjoni fuq l-esportazzjonijiet ta' oġġetti u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi relatati man-nukleari tal-Korea ta' Fuq, programmi relatati ma’ armi tad-distruzzjoni tal-massa oħrajn jew programmi relatati ma' missili ballistiċi, u fuq il-forniment ta' servizzi relatati, projbizzjoni fuq l-akkwist ta' oġġetti u teknoloġija mill-Korea ta' Fuq, projbizzjoni fuq l-esportazzjonijiet ta' oġġetti ta' lussu għall-Korea ta' Fuq, kif ukoll l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi ta' persuni, entitajiet u korpi li qed jieħdu sehem fi jew qed jipprovdu appoġġ għall-programmi tal-Korea ta' Fuq. |
|
(3) |
Dawn il-miżuri jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u, għalhekk, partikolarment sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa leġislazzjoni Komunitarja sabiex timplimentahom f'dak li jirrigwarda l-Komunità. |
|
(4) |
Dan ir-Regolament jidderoga mil-leġislazzjoni Komunitarja eżistenti li tipprovdi għal regoli ġenerali dwar esportazzjonijiet lejn, u importazzjonijiet minn, pajjiżi terzi, u b'mod partikolari mir-Regolament (KE) Nru 1334/2000 tat-22 ta' Ġunju 2000 li jwaqqaf reġim Komunitarju għall-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' oġġetti u teknoloġija ta' użu doppju ( 2 ); il-biċċa l-kbira ta' dawn l-oġġetti u teknoloġija għandhom ikunu koperti minn dan ir-Regolament. |
|
(5) |
Huwa xieraq li tiġi ċċarata l-proċedura li għandha tkun segwita biex tinkiseb approvazzjoni għal esportazzjonijiet ta’ oġġetti u teknoloġija u l-forniment ta' assistenza teknika relatata. |
|
(6) |
Għal raġunijiet ta' espedjenza, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tippubblika l-lista ta' oġġetti u teknoloġiji li ser jiġu adottati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u, jekk xieraq, biex iżżid in-numri ta' referenza meħuda min-Nomenklatura Magħquda kif imniżżla fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u ta’ l-istatistika u tat-Tariffa Doganali Komuni ( 3 ). |
|
(7) |
Il-Kummissjoni għandha tingħata wkoll is-setgħa li temenda l-lista ta' oġġetti ta' lussu jekk dan ikun meħtieġ fid-dawl ta' kwalunkwe definizzjoni jew linji gwida li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet jista jniedi biex jiffaċilita l-implimentazzjoni tar-restrizzjonijiet rigward oġġetti ta' lussu, waqt li jitqiesu l-listi ta' oġġetti ta' lussu prodotti minn ġurisdizzjonijiet oħra. |
|
(8) |
Għal raġunijiet ta' espedjenza, il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll is-setgħa li temenda l-lista ta' persuni, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom għandhom jkunu ffriżati, abbażi tad-determinazzjonijiet li saru jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. |
|
(9) |
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-pieni applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Il-pieni previsti għandhom ikunu proporzjonali, effettivi u dissważivi. |
|
(10) |
Biex jiġi garantit li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1) “Kumitat tas-Sanzjonijiet” tfisser: il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li kien stabbilit skond il-paragrafu 12 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1718 (2006);
2) “Korea ta' Fuq” tfisser ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea;
3) “assistenza teknika” tfisser kwalunkwe appoġġ tekniku relatat ma' tiswijiet, żvilupp, manifattura, muntaġġ, ittestjar, manutenzjoni, jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u jista' jieħu forom bħal istruzzjoni, pariri, taħriġ, trasmissjoni ta' tagħrif prattiku jew ħiliet jew servizzi ta' konsulenza; tinkludi forom verbali ta' assistenza;
4) “fondi” tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ta’ kull xorta, li jinkludu iżda mhux limitati għal:
(a) flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flejjes, drafts, money-orders u strumenti oħra ta’ ħlas;
(b) depożiti ma’ istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi f’kontijiet, dejn u obbligazzjonijiet ta’ dejn;
(ċ) titoli negozjati kemm pubblikament kif ukoll privatament u dokumenti dwar dejn, inklużi stocks u ishma, ċertifikati li jirrappreżentaw sigurtajiet, bonds, notes, warrants, obbligazzjonijiet u kuntratti derivattivi;
(d) imgħax, dividends jew dħul ieħor fuq assi, jew valur akkumulat jew ġenerat minnhom;
(e) kreditu, dritt ta’ tpaċija, garanziji, performance bonds jew impenji finanzjarji oħra;
(f) ittri ta’ kreditu, poloz ta’ kargu, dokumenti ta’ bejgħ; u
(g) dokumenti li jixhdu xi interess f’fondi jew riżorsi finanzjarji;
5) “iffriżar ta’ fondi” tfisser il-prevenzjoni ta’ kwalunkwe moviment, trasferiment, alterazzjoni, użu ta’, aċċess għal, jew negozju b’fondi bi kwalunkwe mod li jirriżulta fi kwalunkwe bidla fil-volum, fl-ammont, fil-lok, fid-dritt tal-proprjetà, fil-pussess, fil-karattru, fid-destinazzjoni tagħhom jew f’bidla oħra li tippermetti l-użu tal-fondi, inkluża l-amministrazzjoni ta’ portfolio;
6) “riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta’ kull xorta, tanġibbli jew intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi iżda li jistgħu jintużaw għall-akkwist ta’ fondi, oġġetti jew servizzi;
7) “iffriżar ta’ riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni ta’ l-użu ta' riżorsi ekonomiċi għall-akkwist ta’ fondi, oġġetti jew servizzi bi kwalunkwe mod, inklużi, iżda mhux limitata għalihom, il-bejgħ, il-kiri jew l-użu bħala garanzija tagħhom;
8) “territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom.
Artikolu 2
1. Huma pprojbiti:
(a) il-bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni, b’mod dirett jew indirett, tal-prodotti u t-teknoloġija, inkluż softwer, elenkati fl-Annessi I, Ia u Ib, kemm jekk joriġinaw fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Korea ta’ Fuq, jew għall-użu fil-Korea ta’ Fuq;
(b) il-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonali, f’attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jevitaw il-projbizzjoni msemmija fil-punt (a).
2. L-Anness I għandu jinkludi kull oġġett, materjal, tagħmir, prodott u teknoloġija, inkluż softwer, li huma oġġetti jew teknoloġija b’użu doppju kif definit fir-Regolament (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju ( 4 ).
L-Anness Ia għandu jinkludi oġġetti, materjali, tagħmir, prodotti u teknoloġija oħrajn li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tal-Korea ta’ Fuq marbutin mal-armi nukleari, ma’ armi oħrajn tal-qerda tal-massa jew ma’ missili ballistiċi.
L-Anness Ib għandu jinkludi ċerti komponenti ewlenin għas-settur tal-missili ballistiċi.
3. Huma pprojbiti x-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport tal-prodotti u t-teknoloġija elenkati fl-Annessi I, Ia u Ib mill-Korea ta’ Fuq, kemm jekk l-oġġett ikkonċernat joriġina fil-Korea ta’ Fuq kif ukoll jekk le.
Artikolu 3
1. Għandu jiġi pprojbit:
(a) il-forniment, dirett jew indirett, ta’ assistenza finanzjarja jew servizzi ta’ senserija relatati ma’ merkanzija u teknoloġija elenkati fil-Lista Komuni tal-UE ta’ Tagħmir Militari jew fl-Annessi I, Ia u Ib, u mal-forniment, manifattura, manutenzjoni u użu ta’ merkanzija elenkata fil-Lista Komuni tal-UE ta’ Tagħmir Militari jew fl-Annessi I, Ia u Ib lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Korea ta’ Fuq, jew għall-użu fil-Korea ta’ Fuq;
(b) il-forniment, dirett jew indirett, ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma’ merkanzija u teknoloġija elenkati fil-Lista Komuni tal-UE ta’ Tagħmir Militari jew fl-Annessi I, Ia u Ib, inklużi partikolarment għotjiet, self u assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ dawn l-oġġetti, jew għal kwalunkwe għoti ta’ għajnuna teknika relatata lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Korea ta’ Fuq jew għall-użu fil-Korea ta’ Fuq;
(ċ) li tinkiseb, b’mod dirett jew indirett, assistenza teknika relatata mal-merkanzija u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Komuni tal-UE ta’ Tagħmir Militari jew ►M9 fl-Annessi I, Ia u Ib ◄ , u mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ oġġetti elenkati fil-Lista Komuni tal-UE ta’ Tagħmir Militari jew ►M9 fl-Annessi I, Ia u Ib ◄ minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Korea ta’ Fuq jew għall-użu f’dan il-pajjiż;
(d) li jinkiseb, b’mod dirett jew indirett, finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata mal-merkanzija u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Komuni tal-UE ta’ Tagħmir Militari jew ►M9 fl-Annessi I, Ia u Ib ◄ , inklużi b’mod partikolari l-għotjiet, is-self u l-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ dawn l-oġġetti, jew għal kwalunkwe forniment ta’ assistenza teknika relatata lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Korea ta’ Fuq jew għall-użu f’dan il-pajjiż;
(e) il-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonata, f’attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jaħarbu mill-projbizzjoni msemmija fil-punti (a), (b), (c) u (d).
2. Il-projbizzjonijiet imniżżlin fil-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw għal vetturi mhux ta' kumbattiment manifatturati jew mgħammra b'materjali biex jipprovdu protezzjoni ballistika, maħsubin esklussivament għall-użu protettiv tal-persunal ta' l-UE u ta' l-Istati Membri taghħa fil-Korea ta' Fuq.
Artikolu 3a
1. Bil-għan li jiġi impedit it-trasferiment ta’ merkanzija u teknoloġija elenkati ►M9 fl-Annessi I, Ia u Ib ◄ li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tal-Korea ta’ Fuq marbutin mal-armi nukleari, ma’ armi oħrajn tal-qerda tal-massa jew ma’ missili ballistiċi, jew tal-oġġetti ta’ lussu elenkati fl-Anness III, l-inġenji tal-ajru li jġorru l-merkanzija u l-bastimenti merkantili destinati għal u provenjenti mill-Korea ta’ Fuq u l-bastimenti tal-Korea ta’ Fuq għandhom ikunu meħtieġa jippreżentaw lill-awtoritajiet doganali kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, informazzjoni qabel il-wasla jew it-tluq tal-merkanzija li tidħol fl-Unjoni jew toħroġ minnha.
Ir-regoli li jirregolaw l-obbligu ta’ forniment ta’ informazzjoni qabel il-wasla jew it-tluq, b’mod partikolari l-perijodi ta’ żmien li għandhom jiġu rrispettati u d-data li għandha tinħtieġ, għandhom ikunu kif stabbiliti fid-dispożizzjonijiet applikabbli dwar id-dikjarazzjonijiet sommarji tad-dħul u tal-ħruġ kif ukoll id-dikjarazzjonijiet doganali fir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ April 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità ( 5 ), u r-Regolament tal–Kummissjoni (KE) Nru 1875/2006 tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità ( 6 )
Barra minn hekk, l-inġenji tal-ajru li jġorru l-merkanzija u l-bastimenti merkantili destinati jew provenjenti mill-Korea ta’ Fuq, jew ir-rappreżentanti tagħhom, għandhom jiddikjaraw jekk il-merkanzija hijiex koperta minn dan ir-Regolament u, jekk l-esportazzjoni tagħhom hi soġġetta għall-awtorizzazzjoni, jispeċifikaw id-dettalji tal-liċenzja għall-esportazzjoni li tkun ngħatat.
Sal-31 ta’ Diċembru 2010, id-dikjarazzjonijiet sommarji ta’ dħul u ta’ ħruġ u l-elementi addizzjonali meħtieġa msemmija f’dan l-Artikolu jistgħu jiġu ppreżentati bil-miktub, bl-użu ta’ informazzjoni kummerċjali, tal-port jew tat-trasport, bil-kondizzjoni li jkun fiha d-dettalji meħtieġa.
Mill-1 ta’ Jannar 2011, l-elementi addizzjonali meħtieġa msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jiġu ppreżentati jew bil-miktub jew bl-użu ta’ dikjarazzjonijiet sommarji ta’ dħul u ta’ ħruġ skont il-każ.
2. Il-forniment minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri ta’ servizzi ta’ bunkering jew ta’ forniment lill-bastimenti, jew kwalunkwe manutenzjoni oħra ta’ bastimenti, lill-bastimenti tal-Korea ta’ Fuq hu pprojbit jekk min jipprovdi s-servizz ikollu informazzjoni, inkluż mill-awtoritajiet tad-dwana kompetenti abbażi tal-informazzjoni qabel il-wasla jew it-tluq imsemmija fil-paragrafu 1, li tipprovdi bażijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li l-bastimenti jkunu qegħdin iġorru oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti taħt dan ir-Regolament, sakemm il-forniment ta’ dawn is-servizzi ma jkunx meħtieġ għal finijiet umanitarji.
Artikolu 4
Għandu jkun projbit:
(a) li jinbiegħu, jiġu forniti, trasferiti jew esportati, direttament jew indirettament, oġġetti ta' lussu lejn il-Korea ta' Fuq, kif elenkati fl-Anness III.
(b) il-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonali, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jaħarbu mill-projbizzjoni msemmija fil-punt (a).
Artikolu 4a
1. Huma pprojbiti:
(a) il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, direttament jew indirettament, ta’ deheb, metalli prezzjużi u djamanti, kif elenkat fl-Anness VII, kemm jekk joriġinaw fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil jew għall-Gvern tal-Korea ta’ Fuq, il-korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji tiegħu, il-Bank Ċentrali tal-Korea ta’ Fuq u kwalunkwe persuna, entità jew korp li jaġixxu f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew lil kwalunkwe entità jew korp li jappartjenu lilhom jew li jkunu kkontrollati minnhom;
(b) ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport, direttament jew indirettament, ta’ deheb, metalli prezzjużi u djamanti, kif elenkat fl-Anness VII, kemm jekk joriġinaw fil-Korea ta’ Fuq kif ukoll jekk le, mill-Gvern tal-Korea ta’ Fuq, mill-korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji tiegħu, mill-Bank Ċentrali tal-Korea ta’ Fuq u minn kwalunkwe persuna, entità jew korp li jaġixxu f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew minn kwalunkwe entità jew korp li jappartjenu lilhom jew li jkunu kkontrollati minnhom;
(c) l-għoti, direttament jew indirettament, ta’ għajnuna teknika jew ta’ servizzi ta’ senserija, finanzjament jew għajnuna finanzjarja, relatati mal-merkanzija msemmija fil-punti (a) u (b), lill-Gvern tal-Korea ta’ Fuq, lill-korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji tiegħu, lill-Bank Ċentrali tal-Korea ta’ Fuq u lil kwalunkwe persuna, entità jew korp li jaġixxu f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew lil kwalunkwe entità jew korp li jappartjenu lilhom jew li jkunu kkontrollati minnhom.
2. L-Anness VII għandu jinkludi deheb, metalli prezzjużi u djamanti suġġetti għall-projbizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 4b
Huma pprojbiti l-bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni, direttament jew indirettament, ta’ karti ta’ flus u ta’ muniti ġodda ddenominati bħala tal-Korea ta’ Fuq, li jkunu għadhom kemm ġew stampati jew għadhom ma ħarġux, lil jew għal benefiċċju tal-Bank Ċentrali tal-Korea ta’ Fuq.
Artikolu 5
1. Jekk deroga mill-Artikoli 2(1)(a) jew 3(1)(a) jew (b) jew 4(a) tkun meqjusa meħtieġa f'każ speċifiku, il-bejjiegħ, il-fornitur, il-parti li tkun qed tittrasferixxi, l-esportatur jew il-fornitur tas-servizz ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba debitament motivata lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru kif elenkat fl-Anness II. L-Istat Membru li jirċievi t-talba għandu, jekk iqis li tali deroga hija ġġustifikata, jippreżenta talba għal approvazzjoni speċifika lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.
2. L-awtorità kompetenti rilevanti għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe talba għal approvazzjoni ppreżentata lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU skond il-paragrafu 1.
3. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment, l-esportazzjoni jew il-forniment ta' assistenza teknika, taħt dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, jekk il-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU jkun approva t-talba għal approvazzjoni speċifika.
Artikolu 5a
1. Huwa pprojbit għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk finanzjarji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 16 li:
(a) jiftħu uffiċċju rappreżentattiv ġdid fil-Korea ta’ Fuq jew jistabbilixxu fergħa jew sussidjarja ġdida fil-Korea ta’ Fuq; jew
(b) jistabbilixxu impriża konġunta ġdida ma’ istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja dddomiċiljata fil-Korea ta’ Fuq jew ma’ kwalunkwe istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja msemmija fl-Artikolu 11a(2).
2. Huma pprojbiti:
(a) l-awtorizzazzjoni tal-ftuħ ta’ uffiċċju rappreżentattiv jew l-istabbiliment ta’ fergħa jew sussidjarja fl-Unjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja dddomiċiljata fil-Korea ta’ Fuq jew ta’ kwalunkwe istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja msemmija fl-Artikolu 11a(2);
(b) il-konklużjoni ta’ ftehimiet għal, jew f’isem, istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja ddomiċiljata fil-Korea ta’ Fuq jew għal, jew f’isem, kwalunkwe istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja msemmija fl-Artikolu 11a(2) relattivi għall-ftuħ ta’ uffiċċju rappreżentattiv jew għall-istabbiliment ta’ fergħa jew ta’ sussidjarja fl-Unjoni;
(c) l-għoti ta’ awtorizzazzjoni għall-ftuħ u l-eżerċizzju ta’ negozju ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew għal kwalunkwe negozju ieħor li jeħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel, minn uffiċċju rappreżentattiv, fergħa jew sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja ddomiċiljata fil-Korea ta’ Fuq jew ta’ kwalunkwe istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja msemmija fl-Artikolu 11a(2), jekk l-uffiċċju rappreżentattiv, fergħa jew sussidjarja ma kinux operattivi qabel id-19 ta’ Frar 2013.
(d) l-akkwist jew l-estensjoni ta’ parteċipazzjoni, jew l-akkwist ta’ kwalunkwe interess titolari ieħor, f’istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 16 minn kwalunkwe istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja msemmija fl-Artikolu 11a(2).
Artikolu 6
1. Għandhom jiġu ffriżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għall-persuni, l-entitajiet jew il-korpi elenkati fil-lista fl-Anness IV, kif ukoll dawk li huma l-proprjetà tagħhom, jew miżmuma jew kkontrollati minnhom. L-Anness IV għandu jinkludi l-persuni, l-entitajiet jew il-korpi maħtura mill-Kumitat dwar is-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill ta’ Sigurtà tan-Nazzjonjiet Uniti f’konformità mal-paragrafu 8(d) tar-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU.
2. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lill-persuni, entitajiet u korpi elenkati fl-Anness V, jew li huma l-proprjetà tagħhom, miżmuma jew ikkontrollati minnhom, għandhom jiġu ffriżati. L-Anness V għandu jinkludi persuni, entitajiet u korpi mhux elenkati fl-Anness IV, li, f’konformità mal-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/800/PESK tat-22 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea ( 7 ) ġew identifikati mill-Kunsill:
(a) bħala responsabbli għal programmi tal-Korea ta’ Fuq marbutin mal-armi nukleari, ma’ armi oħrajn tal-qerda tal-massa u ma’ missili ballistiċi, kif ukoll persuni jew korpi li jaġixxu f’isimhom jew fuq l-istruzzjonijiet tagħhom u entitajiet li jappartjenu lilhom jew li huma kkontrollati minnhom;
(b) bħala li jipprovdu servizzi finanzjarji jew it-trasferiment lejn, permezz ta’ jew mit-territorju tal-Unjoni, jew li jinvolvu ċittadini ta’ Stati Membri jew entitajiet organizzati taħt il-liġijiet tagħhom, jew persuni jew istituzzjonijiet finanzjarji fit-territorju tal-Unjoni, ta’ kwalunkwe assi finanzjarji jew assi oħrajn jew riżorsi li jistgħu jikkontribwixxu għal programmi tal-Korea ta’ Fuq marbutin mal-armi nukleari, ma’ armi oħrajn tal-qerda tal-massa jew ma’ missili ballistiċi, kif ukoll persuni jew korpi li jaġixxu f’isimhom jew fuq l-istruzzjonijiet tagħhom u entitajiet li jappartjenu lilhom jew li huma kkontrollati minnhom; jew
(c) bħala involuti, anke permezz tal-għoti ta’ servizzi finanzjarji, fil-provvista lejn jew provenjenti mill-Korea ta’ Fuq ta’ armi u ta’ materjali relatati ta’ kull tip, jew ta’ oġġetti, materjali, tagħmir, prodotti u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għal programmi tal-Korea ta’ Fuq marbutin mal-armi nukleari, ma’ armi oħrajn tal-qerda tal-massa u ma’ missili ballistiċi, lill-Korea ta’ Fuq.
L-Anness V għandu jiġi rivedut regolarment u mill-inqas kull 12-il xahar.
3. L-Annessi IV u V għandhom jinkludu, fejn disponibbli, informazzjoni dwar il-persuni fiżiċi elenkati għall-fini ta’ identifikazzjoni suffiċjenti tal-persuni kkonċernati.
Din l-informazzjoni tista’ tinkludi:
a) il-kunjom u ismijiet mogħtija, inklużi psewdonimi u titoli, fejn ikun hemm;
b) id-data u l-post tat-twelid;
ċ) iċ-ċittadinanza;
d) in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità;
e) in-numri tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali;
f) is-sess;
g) l-indirizz jew informazzjoni oħra dwar fejn tinsab il-persuna;
h) il-funzjoni jew il-professjoni;
i) id-data tal-ħatra.
L-Annessi IV u V għandu jkun fihom ukoll ir-raġunijiet għall-elenkar, bħall-impjieg.
L-Annessi IV u V jistgħu jinkludu wkoll informazzjoni għall-finijiet tal-identifikazzjoni kif msemmi hawn fuq, dwar il-membri tal-familja tal-persuni elenkati, dment li din l-informazzjoni hi meħtieġa f’każ speċifiku għall-fini ewlieni li tiġi vverifikata l-identità tal-persuna fiżika elenkata inkwistjoni.
4. L-ebda fond jew riżors ekonomiku ma għandu jitpoġġa għad-dispożizzjoni, direttament jew indirettament, tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Annessi IV u V jew għall-benefiċċju tagħhom.
5. Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonata, f’attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun, direttament jew indirettament, li jaħarbu mill-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2.
Artikolu 7
1. B’deroga mill-Artikolu 6, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikat fil-websajts elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, taħt il-kondizzjonijiet li huma jikkunsidraw adatti, ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, jekk jintlaħqu l-kondizzjonjonijiet li ġejjin:
(a) l-awtorità kompetenti kkonċernata ddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma:
(i) meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Annessi IV jew V u l-membri dipendenti tal-familji tagħhom, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew garanziji ipotekarji, mediċini u trattament mediku, taxxi, ħlas ta’ assigurazzjoni, u ħlasijiet għall-użu ta’ servizzi pubbliċi;
(ii) maħsuba esklusivament għall-ħlas ta’ onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta’ spejjeż li huma konnessi mal-għoti ta’ servizzi legali; jew
(iii) maħsuba esklussivament għall-ħlas ta’ onorarji jew ħlasijiet għal servizzi ta’ rutina fiż-żamma ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi ffriżati; u
(b) meta l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness IV, l-Istat Membru kkonċernat innotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet b’dik id-determinazzjoni u l-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni, u l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ma oġġezzjonax għal dik l-azzjoni fi żmien ħamest ijiem ta’ ħidma min-notifika.
2. B’deroga mill-Artikolu 6 l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikat fil-websajts elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtrorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, wara li jkun stabbilit li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li
(a) meta l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness IV, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet kien nnotifikat b’din id-determinazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat u li d-determinazzjoni ġiet approvata minn dak il-Kumitat, u
(b) meta l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness V, l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika Stati Membri oħra u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li fuqhom huwa jikkunsidra li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, mill-inqas ġimgħatejn qabel l-awtorizzazzjoni.
3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li tkun ingħatat taħt il-paragrafi 1 u 2.
Artikolu 8
B’deroga mill-Artikolu 6, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, li huma indikati fuq il-websajts elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw l-iżblukkar ta’ ċerti fondi u riżorsi ekonomiċi ffriżati, bil-kondizzjoni li jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi li huma s-soġġett ta’ rahan ġudizzjarju, amministrattiv jew arbitrali stabbilit qabel id-data tal-ħatra tal-persuna, l-entità jew il-korp imsemmi fl-Artikolu 6, jew ta’ sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data;
(b) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklussivament sabiex jissodisfaw il-pretensjonijiet żgurati minn dan ir-rahan jew rikkonoxxuti bħala validi f’din is-sentenza, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;
(ċ) ir-rahan jew is-sentenza mhumiex għall-benefiċċju ta’ persuna, entità jew korp elenkat fl-Anness IV jew V;
(d) ir-rikonoxximent tar-rahan jew tas-sentenza mhuwiex kuntrarju għall-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat; u
(e) ir-rahan jew is-sentenza fir-rigward ta’l-persuni, entitajiet u korpi elenkati fl-Anness IV ikunu ġew innotifikati mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat dwar is-Sanzjonijiet.
Artikolu 9
1. L-Artikolu 6(4) m’għandux jipprevjeni lill-istituzzjonijiet finanzjarji jew ta’ kreditu fl-Unjoni milli jikkreditaw kontijiet iffriżati meta jirċievu fondi trasferiti minn terzi persuni fil-kont ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati, bil-kondizzjoni li kwalunkwe żieda f’tali kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta’ kreditu għandha tgħarraf bla dewmien lill-awtoritajiet kompetenti b’tali transazzjonijiet.
2. L-Artikolu 6(4) ma għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta’:
(a) interessi jew rikavati oħrajn fuq dawk il-kontijiet; jew
(b) ħlasijiet dovuti skont kuntratti, ftehimijiet jew obbligi li jkunu ġew konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha tkun nħatret il-persuna, l-entità jew il-korp imsemmi fl-Artikolu 6;
bil-kondizzjoni li kwalunkwe mgħax, rikavat u ħlas ieħor ta’ dan it-tip ikun ġie ffriżat f’konformità mal-Artikolu 6(1) jew 6(2).
Artikolu 9a
Huma pprojbiti:
(a) il-bejgħ jew ix-xiri ta’ bonds pubbliċi jew bonds garantiti mill-gvern maħruġin wara d-19 ta’ Frar 2013, direttament jew indirettament, lil jew mingħand kwalunkwe wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin:
(i) il-Korea ta’ Fuq jew il-Gvern tagħha, u l-korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji tagħha;
(ii) il-Bank Ċentrali tal-Korea ta’ Fuq;
(iii) istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja ddomiċiljata fil-Korea ta’ Fuq jew kwalunkwe istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja msemmija fl-Artikolu 11a(2);
(iv) persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu f’isem jew taħt id-direzzjoni ta’ persuna ġuridika, entità jew korp imsemmija fil-punti (i) jew (ii);
(v) persuna ġuridika, entità jew korp li jkunu l-proprjetà jew taħt il-kontroll ta’ persuna, entità jew korp imsemmija fil-punti (i), (ii) jew (iii);
(b) l-għoti ta’ servizzi ta’ senserija fir-rigward ta’ bonds pubbliċi jew garantiti mill-gvern maħruġin wara d-19 ta’ Frar 2013 lil persuna, entità jew korp imsemmija fil-punt (a);
(c) l-għajnuna lil persuna, entità jew korp imsemmija fil-punt (a) sabiex joħorġu bonds pubbliċi jew garantiti mill-gvern, billi jiġu pprovduti servizzi ta’ senserija, reklamar jew kwalunkwe servizz ieħor fir-rigward ta’ dawn il-bonds.
Artikolu 9b
1. L-ebda pretensjoni b’konnessjoni ma’ kwalunkwe kuntratt jew tranżazzjoni fejn l-eżekuzzjoni tagħhom ġiet milquta, direttament jew indirettament, b’mod sħiħ jew parzjalment, mill-miżuri imposti taħt dan ir-Regolament, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta’ dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b’mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew ħlas ta’ bond, garanzija jew indennizz, b’mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta’ kwalunkwe għamla, ma għandha tiġi sodisfatta, jekk din issir minn:
(a) persuni, entitajiet jew korpi nominati elenkati fl-Annessi IV u V;
(b) kwalunkwe persuna oħra, entità jew korp mill-Korea ta’ Fuq, inkluż il-Gvern tal-Korea ta’ Fuq, il-korpi, korporazzjonijiet u aġenziji pubbliċi tiegħu;
(c) kwalunkwe persuna, entità jew korp li jaġixxu permezz ta’ jew f’isem waħda mill-persuni, entitajiet jew korpi msemmija fil-punti (a) u (b).
2. L-eżekuzzjoni ta’ kuntratt jew tranżazzjoni għandha tkun ikkunsidrata bħala milquta mill-miżuri imposti taħt dan ir-Regolament fejn l-eżistenza jew il-kontenut tal-pretensjoni jirriżultaw direttament jew indirettament minn dawk il-miżuri.
3. Fi kwalunkwe proċediment għall-infurzar ta’ pretensjoni, l-oneru tal-prova li l-adempiment tal-pretensjoni mhuwiex ipprojbit mill-paragrafu 1 għandu jkun tal-persuna li tfittex l-infurzar ta’ dik il-pretensjoni.
4. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-persuni, entitajiet u korpi msemmija fil-paragrafu 1 għal rieżami ġudizzjarju tal-legalità tan-nuqqas ta’ adempiment ta’ obbligi kuntrattwali taħt dan ir-Regolament.
Artikolu 10
1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni, l-entitajiet u l-korpi naturali u ġuridiċi għandhom:
(a) jipprovdu immedjatament kwalunkwe tagħrif li jista' jiffaċilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti ffriżati skond l-Artikolu 6, lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness II, fejn huma residenti jew jinsabu, u għandhom jittrasmettu tagħrif bħal dan, b'mod dirett jew permezz ta' dawn l-awtoritajiet kompetenti, lill-Kummissjoni;
(b) jikkoperaw ma' l-awtoritajiet kompetenti, kif elenkati fl-Anness II, fi kwalunkwe verifika ta' dan it-tagħrif.
2. Kwalunkwe tagħrif addizzjonali li tirċievi l-Kummissjoni b'mod dirett għandu jkun magħmul disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat.
3. Kwalunkwe informazzjoni li tingħata jew tiġi rċevuta skond dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-għanijiet li għalihom tkun ġiet mogħtija jew irċevuta.
Artikolu 11
1. L-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi jew li jinċaħad li dawn il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jitpoġġew għad-disponibbiltà, li jitwettqu f’bona fede abbażi tal-fatt li din l-azzjoni tkun f’konformità ma’ dan ir-Regolament, ma għandhom iwasslu għall-ebda tip ta’ responsabbiltà min-naħa ta’ persuna fiżika jew ġuridika jew entità jew korp li qiegħda timplimentahom, jew id-diretturi jew l-impjegati tagħhom, dment li ma jkunx ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jkunu ġew iffriżati jew miżmuma b’riżultat ta’ negliġenza.
2. Il-projbizzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 6(4), m’għandhom iwasslu għall-ebda tip ta’ responsabbiltà min-naħa tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati, jekk dawn ma kinux jafu, u ma kellhom l-ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom jiksru dawn il-projbizzjonijiet.
Artikolu 11a
1. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk finanzjarji li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 16 għandhom, fl-attivitajiet tagħhom ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk finanzjarji msemmija fil-paragrafu 2, u bil-għan li jevitaw li dawn l-attivitajiet jikkontribwixxu għall-programmi tal-Korea ta’ Fuq marbutin mal-armi nukleari, ma’ armi oħrajn tal-qerda tal-massa u ma’ missili ballistiċi:
(a) jeżerċitaw viġilanza kontinwa fuq l-attivitajiet tal-kontijiet, b’mod partikolari permezz tal-programmi tagħhom dwar il-viġilanza dovuta tal-klijenti u l-obbligi tagħhom marbutin mal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;
(b) jeħtieġu li fl-istruzzjonijiet dwar il-ħlasijiet, l-entrati ta’ informazzjoni kollha li huma marbutin mal-oriġinatur u mal-benefiċjarju tat-transazzjoni inkwistjoni jimtlew u, jekk dik l-informazzjonijiet ma tkunx ipprovduta, jirrifjutaw it-transazzjoni;
(ċ) iżommu r-rekords kollha tat-transazzjonijiet għal perijodu ta’ ħames snin u fuq talba, ipoġġuhom għad-disponibbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali; u
(d) jekk jiġihom suspett jew ikollhom raġunijiet raġonevoli ta’ suspett li l-fondi huma marbutin mal-finanzjament tal-proliferazzjoni, minnufih jagħmlu rapport dwar is-suspetti tagħhom lill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja (UIF) jew xi awtorità kompetenti oħra maħtura mill-Istat Membru kkonċernat, kif indikat fil-websajts elenkati fl-Anness II, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(1) jew l-Artikolu 6. L-UIF jew awtorità kompetenti oħra għandha sservi ta’ ċentru nazzjonali li jirċievi u janalizza r-rapporti dwar it-transazzjonijiet li jnisslu suspett dwar il-finanzjament potenzjali tal-proliferazzjoni. L-UIF jew xi awtorità kompetenti oħra għandu jkollha aċċess, dirett jew indirett, fuq bażi f’waqtha, għall-informazzjoni finanzjarja, amministrattiva u ta’ infurzar tal-liġi li tkun teħtieġ sabiex twettaq din il-funzjoni b’mod adatt, inkluża l-analiżi ta’ rapporti dwar transazzjonijiet li jnisslu suspett.
2. Il-miżuri mniżżlin fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk finanzjarji fl-attivitajiet tagħhom ma’:
(a) istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk finanzjarji ddomiċiljati fil-Korea ta’ Fuq;
(b) il-fergħat u s-sussidjarji tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk finanzjarji li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 16, li huma ddomiċiljati fil-Korea ta’ Fuq, kif elenkati fl-Anness VI;
(ċ) il-fergħat u s-sussidjarji tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk finanzjarji li jaqgħu barra l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 16, li huma ddomiċiljati fil-Korea ta’ Fuq, kif elenkati fl-Anness VI; u
(d) l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk finanzjarji li la huma ddomiċiljati fil-Korea ta’ Fuq u lanqas ma jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 16, li madankollu huma kkontrollati minn persuni jew entitajiet iddomiċiljati fil-Korea ta’ Fuq, kif elenkati fl-Anness VI.
Artikolu 12
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom minnufih jinformaw lil xulxin bil-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament u għandhom jagħtu lil xulxin kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li jkollhom għad-disposizzjoni tagħhom b’konnessjoni ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni fir-rigward ta’ problemi ta' vjolazzjonijiet u nfurzar u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali.
Artikolu 13
1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li:
(a) temenda l-Anness Ia abbażi tad-determinazzjonijiet li jkunu saru jew mill-Kumitat dwar is-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u, fejn adatt, li żżid in-numri ta’ referenza meħudin min-Nomenklatura Magħquda kif imniżżel fl-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87;
(b) temenda l-Anness II abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri;
(ċ) temenda l-Anness III sabiex tirfina jew tadatta l-lista tal-oġġetti inkluża fih, skont kwalunkwe definizzjoni jew linja gwida li tista’ tiġi ppromulgata mill-Kumitat dwar is-Sanzjonijiet jew li żżid in-numri ta’ referenza tan-Nomenklatura Magħquda kif imniżżlin fl-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jekk meħtieġ jew adatt;
(d) temenda l-Anness IV abbażi tad-determinazzjonijiet li jkunu saru jew mill-Kumitat dwar is-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; u
(e) temenda l-Annessi V u VI f’konformità mad-deċiżjonijiet meħuda dwar l-Annessi II, III, IV u V għall-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK.
2. Il-Kummissjoni għandha tipproċessa d-data personali sabiex twettaq il-kompiti tagħha taħt dan ir-Regolament u f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data ( 8 ).
Artikolu 14
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implementati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti.
Article 15
1. Member States shall designate the competent authorities referred to in this Regulation and identify them in, or through, the websites as listed in Annex II.
2. Member States shall notify the Commission of their competent authorities without delay after the entry into force of this Regulation and shall notify it of any subsequent amendment.
Artikolu 16
Dan ir-Regolament għandu japplika:
(a) fit-territorju tal-Unjoni;
(b) abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru jew kwalunkwe bastiment taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru;
(ċ) għal kwalunkwe persuna ġewwa jew barra t-territorju tal-Unjoni li tkun ċittadin ta’ Stat Membru;
(d) għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp li huma inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta’ Stat Membru;
(e) għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kwalunkwe negozju li jsir b’mod sħiħ jew parzjali fl-Unjoni.
Artikolu 17
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
MERKANZIJA U TEKNOLOĠIJA MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 2 U 3
Il-merkanzija u t-teknoloġija kollha elenkata fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 428/2009.
ANNESS Ia
Prodotti u teknoloġija msemmija fl-Artikoli 2 u 3
Oġġetti, materjali, tagħmir, prodotti u teknoloġija oħra li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tal-Korea ta’ Fuq marbutin mal-armi nukleari, ma’ armi oħrajn tal-qerda tal-massa jew ma’ missili ballistiċi.
1. Sakemm ma jkunx iddikjarat b'mod ieħor, in-numri ta' referenza li jidhru fil-kolonna intitolata “Deskrizzjoni” jirreferu għad-deskrizzjonijiet tal-oġġetti u t-teknoloġija b'użu doppju stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 ( 9 ).
2. Numru ta' referenza li jidher fil-kolonna intitolata “Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009” ifisser li l-karatteristiċi tal-oġġett deskritt fil-kolonna “Deskrizzjoni” huma barra mill-parametri tad-deskrizzjoni tal-annotazzjoni b'użu doppju li għaliha qed issir referenza.
3. Id-definizzjonijiet tat-termini bejn “virgoletti singoli” jinsabu f'nota teknika għall-oġġett rilevanti.
4. Id-definizzjonijiet tat-termini bejn “virgoletti doppji” jinsabu fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009.
NOTI ĠENERALI
1. L-iskop tal-projbizzjonijiet inklużi f'dan l-Anness m'għandux jingħeleb bl-esportazzjoni ta' kwalunkwe prodott mhux ipprojbit (li jinkludi impjanti) li jinkludi wieħed jew aktar mill-komponenti pprojbiti, meta l-komponent jew komponenti pprojbiti jkunu l-elementi prinċipali tal-oġġetti u jkunu jistgħu jitneħħew jew jintużaw għal għanijiet oħra.
N.B.: Waqt li jiġi vvalutat jekk il-komponent jew komponenti pprojbiti għandhomx jitqiesu bħala l-element prinċipali, hu meħtieġ li jiġu evalwati l-fatturi tal-kwantità, tal-valur u tal-konoxxenza teknoloġika involuti u ċirkostanzi speċjali oħrajn li jistgħu jistabbilixxu l-komponent jew komponenti pprojbiti bħala l-element prinċipali tal-prodotti pprovduti.
2. Prodotti speċifikati f'dan l-Anness jinkludu kemm prodotti ġodda kif ukoll dawk użati.
NOTA ĠENERALI DWAR IT-TEKNOLOĠIJA (NĠT)
(Li għandha tinqara flimkien mal-Parti C)
1. Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tat-“teknoloġija” li huma “meħtieġa” għall-“iżvilupp”, għall-“produzzjoni” jew għall-“użu” ta' prodotti li l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti fil-Parti A (Prodotti) hawn taħt, huma pprojbiti skont id-dispożizzjonijiet tal-Parti B.
2. It-“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta' prodotti pprojbiti tibqa’ pprojbita anke meta tkun applikabbli għal oġġetti mhux ipprojbiti.
3. Il-projbizzjonijiet ma japplikawx għal dik it-“teknoloġija” li hija l-minimu meħtieġ għall-installazzjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni (iċċekkjar) u t- tiswija ta' dawk l-oġġetti li mhumiex ipprojbiti.
4. Il-projbizzjonijiet fuq trasferiment ta' “teknoloġija” ma japplikawx għall-informazzjoni “ta' dominju pubbliku”, għal “riċerka xjentifika bażika” jew għall-informazzjoni minima meħtieġa għall-applikazzjonijiet ta’ privattivi.
A. PRODOTTI
MATERJALI, FAĊILITAJIET U TAGĦMIR NUKLEARI
I.A0. Prodotti
|
Nru |
Deskrizzjoni |
Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 |
|
I.A0.001 |
Lampi tal-katodju, vojta minn ġewwa, kif ġej: a. Lampi tal-katodju tal-jodju, vojta minn ġewwa, bit-twieqi tas-silikon jew tal-kwarz; b. Lampi tal-katodju tal-uranju, vojta minn ġewwa. |
|
|
I.A0.002 |
Iżolaturi Faraday li jaqgħu fi ħdan medda ta' tul ta' mewġ ta' bejn 500 nm – 650 nm. |
|
|
I.A0.003 |
Retikoli ottiċi fi ħdan medda ta' tul ta' mewġ ta' bejn 500 nm – 650 nm. |
|
|
I.A0.004 |
Fibbri ottiċi fi ħdan medda ta’ tul ta’ mewġ ta’ bejn 500 nm – 650 nm miksijin b’saffi mhux riflettenti fil-medda ta’ tul ta’ mewġ ta’ bejn 500 nm – 650 nm u li jkollhom dijametru ċentrali akbar minn 0.4 mm iżda ma jeċċedix 2 mm. |
|
|
I.A0.005 |
Partijiet ta' kontenituri ta' reatturi nukleari u apparat għall-ittestjar, barra minn kif speċifikat f'0A001, kif ġej: a. Siġilli; b. Komponenti interni; ċ. Apparat ta' ssiġillar, ittestjar u kejl. |
0A001 |
|
I.A0.006 |
Sistemi ta’ sejba nukleari, minbarra dawk speċifikati f’0A001.j. jew 1A004.c., għas-sejba, l-identifikazzjoni jew il-kwantifikazzjoni ta’ materjali radjuttivi jew radjazzjoni ta’ oriġini nukleari u komponenti ddisnjati apposta għal dan. N.B: Għal tagħmir personali rreferi għal I.A1.004 hawn taħt. |
0A001.j. 1A004.c. |
|
I.A0.007 |
Valvi ssiġillati bil-minfaħ minbarra dawk speċifikati f’0B001.c.6, 2A226 jew 2B350, magħmulin minn lega tal-aluminju jew stainless steel tat-tip 304, 304L jew 316L. |
0B001.c.6. 2A226 2B350 |
|
I.A0.008 |
Mirja tal-lejżer, barra minn dawk speċifikati f’6A005.e, li jikkonsistu f’substrati b’koeffiċjent ta’ espansjoni termali ta' bejn 10-6 K-1 jew inqas f’20 °C (eż. silika fuża jew żaffir). Nota: Din l-annotazzjoni ma tkoprix sistemi ottiċi ddiżinjati speċjalment għal applikazzjonijiet ta’ astronomija, minbarra jekk il-mirja jkun fihom silika fuża. |
0B001.g.5. 6A005.e. |
|
I.A0.009 |
Lentijiet tal-lejżer, barra minn dawk speċifikati f’6A005.e.2, li jikkonsistu f’substrati b’koeffiċjent ta’ espansjoni termali ta' bejn 10-6 K-1 jew inqas f’20 °C (eż. silika fuża). |
0B001.g. 6A005.e.2. |
|
I.A0.010 |
Pajpijiet, sistemi ta' pajpijiet, flanġijiet, aċċessorji magħmula minn jew miksija bin-nikil, jew lega tan-nikil, li jkun fiha minn 40 % nikil bil-piż, barra minn dawk speċifikati f'2B350.h.1 |
2B350 |
|
I.A0.011 |
Pompi tal-vakum, barra minn dawk speċifikati f'0B002.f.2 jew 2B231, kif ġej: a. Pompi turbomolekulari li jkollhom rata ta' fluss ta', jew akbar minn 400 l/s; b. Pompi roughing tal-vakum tat-tip tal-għeruq li għandhom rata ta' fluss aspirattiva volumetrika akbar minn 200 m3/h; ċ. Kumpressuri tax-xott f'forma ta' spiral bil-minfaħ u pompi vojta minn ġewwa f'forma ta' spiral bil-minfaħ. |
0B002.f.2. 2B231 |
|
I.A0.012 |
Magħlaq protett għall-manipulazzjoni, il-ħażna u ż-żamma ta' sustanzi radjuattivi (ċelloli jaħarqu) |
0B006 |
|
I.A0.013 |
“Uranju naturali” jew “uranju eżawrit” jew torju fil-forma ta' metall, lega, kompost kimiku jew konċentrat u kull materjal ieħor li fih wieħed jew iktar minn dawn is-sustanzi msemmija, barra minn dawk speċifikati f'0C001. |
0C001 |
|
I.A0.014 |
Kmamar tad-detonazzjoni b’kapaċità ta’ assorbiment ta' splużjoni ta’ aktar mill-ekwivalenti ta’ 2.5 kg TNT. |
MATERJALI SPEĊJALI U TAGĦMIR RELATAT
I.A1. Prodotti
|
Nru |
Deskrizzjoni |
Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 |
|
I.A1.001 |
Aċidu fosforiku ta’ bis(2-etileżil) (HDEHP jew D2HPA) Numru tal-Astratti Kimiċi (CAS): solvent [CAS 298-07-7] fi kwalunkwe kwantità, b’purità aktar minn 90 %. |
|
|
I.A1.002 |
Gass fluworin CAS: [7782-41-4], b’purità ta’ mill-inqas 95 %. |
|
|
I.A1.003 |
Siġilli u gaskits f’forma ta’ ċrieki, b’dijametru intern ta’ 400 mm u anqas, magħmula minn kwalunkwe wieħed mill-materjali li ġejjin: a. Kopolimeri ta' fluworur tal-vinilidin li għandhom 75 % jew aktar ta' struttura kristallina beta mingħajr tiġbid; b. Polimidi fluworuati li fihom 10 % bil-piż jew aktar ta' fluworu kkombinat; ċ. Elastomeri tal-fosfażin fluworinat li għandhom piż ta' 30 % jew aktar ta' fluworu kkombinat; d. Poliklorotrifloretilene (PCTFE, e.g. Kel-F ®); e. Fluworoelastomeri (eż. Viton ®, Tecnoflon ®); f. Politetrafluworoetilen (PTFE) |
1A001 |
|
I.A1.004 |
Tagħmir personali għas-sejba ta’ radjazzjoni ta’ oriġini nukleari, minbarra dak speċifikat f’1A004.c., inklużi dożimetri personali. |
1A004.c. |
|
I.A1.005 |
Ċelluli elettrolitiċi għall-produzzjoni tal-fluworu, minbarra dawk speċifikati f’1B225, b’kapaċità ta’ produzzjoni ikbar minn 100 g ta’ fluworu fis-siegħa. |
1B225 |
|
I.A1.006 |
Katalizzaturi, minbarra dawk speċifikati f’1A225 jew 1B231, li fihom il-platinu, il-palladju jew ir-rodju, li jistgħu jintużaw għall-promozzjoni tar-reazzjoni ta’ skambju iżotopiku tal-idroġenu bejn l-idroġenu u l-ilma għall-irkupru tat-tritju mill-ilma tqil jew għall-produzzjoni ta’ ilma tqil. |
1A225 1B231 |
|
I.A1.007 |
Aluminju u l-legi tiegħu, barra minn dawk speċifikati f'1C002.b.4. jew 1C202.a., f'forma mhux maħduma jew semifabbrikata b’waħda minn dawn il-karatteristiċi: a. “Kapaċi għal” limitu ta' reżistenza għat-tensjoni ta' 460 MPa jew aktar f'293 K (20 °C); jew b. B’piż li jiflaħ mingħajr ma jinqata’ ta' 415 MPa jew aktar b’293 K (20 °Ċ). Nota teknika: Il-frażi ligi “kapaċi għal” tinkorpora ligi qabel jew wara t-trattament bis-sħana. |
1C002.b.4. 1C202.a. |
|
I.A1.008 |
Metalli manjetiċi, ta' kull tip u ta' kull forma, minbarra dawk speċifikati f'1C003.a. li jkollhom “permeabbiltà inizjali relattiva” ta' 120 000 jew aktar u ħxuna ta' bejn 0,05 mm u 0,1 mm. Nota teknika: Il-kejl tal-“permeabilità realttiva inizjali” għandu jsir fuq materjali kompletament ittemprati. |
1C003.a. |
|
I.A1.009 |
“Materjali fibrużi u bil-filamenti” jew prepregs, minbarra dawk speċifikati f’1C010.a., 1C010.b., 1C210.a. jew 1C210.b., kif ġej: a. “Materjali fibrużi jew filamentari” armidi li għandhom waħda mill-karatteristiċi li ġejjin: 1. “Modulu speċifiku” li jaqbeż l-10 × 106 m; jew 2. “Reżistenza għat-tensjoni speċifika” ogħla minn 17 × 104 m; b. “Materjali fibrużi jew filamentari” tal-ħġieġ li għandhom waħda miż-żewġ karatteristiċi li ġejjin: 1. “Modulu speċifiku” li jaqbeż it-3,18 × 106 m; jew 2. “Reżistenza għat-tensjoni speċifika” ogħla minn 76.2 × 103 m; ċ. “Ħjut”, “rovings”, “irmunkar” jew “rutelli”“kontinwi li għandhom fihom reżina tat-termoset wiesa” 15 mm jew inqas (prepregs), magħmula minn “materjali fibrużi jew filamentari” tal-ħġieġ minbarra dawk speċifikati f’I.A1.010.a. hawn taħt; d. “Materjali fibrużi jew filamentari” tal-karbonju; e. “Ħjut”, “rovings”, “irmunkar” jew “rutelli” kontinwi li huma ssettjati bis-sħana u fihom ir-reżina magħmula minn “materjali fibrużi jew filamentari” tal-karbonju; f. “Ħjut”, “rovings”, “irmunkar” jew “rutelli” kontinwi tal-polyacrylonitrile (PAN); g. “Materjali fibrużi jew filamentari” para-armidi (Kevlar ® u tipi oħrajn ta’ fibri tat-tip Kevlar ®). |
1C010.a. 1C010.b. 1C210.a. 1C210.b. |
|
I.A1.010 |
Fibri impregnati bir-reżina jew biż-żift (preimpregnati), fibri miksija bil-metall jew bil-karbonju (preformati) jew “preformati tal-fibri tal-karbonju”, kif ġej: a. Magħmula minn “materjali fibrużi jew filamentari” speċifikati f’I.A1.009 hawn fuq; b. “Materjali fibrużi jew filamentari” tal-karbonju li fih “matriċi” tar-reżina tal-epossi (prepregs), speċifikati f’1C010.a., 1C010.b. jew 1C010.c., għat-tiswija tal-istrutturi tal-ajruplani jew għal-laminati, li d-daqs tal-folji inividwali tagħhom ma jeċċedix 50 cm × 90 cm; ċ. Materjal preimprenjat speċifikat f'1C010.a, 1C010.b. jew 1C010.c. meta jkollhom reżini fenoliċi jew epossi li jkollhom temperatura tat-transizzjoni tal-ħġieġ (Tg) inqas minn 433 K (160 °Ċ) u temperatura ta' kura aktar baxxa mit-temperatura tat-transizzjoni tal-ħġieġ. |
1C010 1C210 |
|
I.A1.011 |
Komposti riinfurzati taċ-ċeramika tas-silikon karbajd li jistgħu jintużaw għall-ponta, għal vetturi ta' rientrata, għal portelli taż-żennuni, u li jintużaw f'“missili”, barra minn dawk speċifikati f'1C107. |
1C107 |
|
I.A1.012 |
Mhux użat. |
|
|
I.A1.013 |
Tantalu, karbajd tat-tantalu, tungstenu, karbajd tat-tungstenu u ligi tagħhom, minbarra dawk speċifikati f’1C226, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin: a. Forom b'simetrija ċilindrika jew sfera vojta minn ġewwa (inkluż partijiet taċ-ċilindru) b'dijametru fuq in-naħa ta' ġewwa bejn 50 mm u 300 mm; u b. Massa ta' aktar minn 5 kg. |
1C226 |
|
I.A1.014 |
“Trabijiet elementali” tal-kobalt, neodymium jew samarium jew ligi jew taħlitiet tagħhom li jkun fihom minn tal-anqas 20 % bil-piż ta’ kobalt, neodymium jew samarium, bid-daqs tal-partiċella ta’ anqas minn 200 μm. Nota teknika: “Trab elementali” tfisser trab ta’ purità għolja ta’ element wieħed. |
|
|
I.A1.015 |
Fosfat tat-tributyl pur (TBP) [CAS Nru 126-73-8] jew kwalunkwe taħlita b’kontenut ta’ TBP ta’ aktar minn 5 % bil-piż. |
|
|
I.A1.016 |
Azzar maraging, minbarra dawk speċifikati f’1C116 jew 1C216. Noti tekniċi:1. Il-frażi azzar maraging “b'kapaċità” li tinkludi azzar maraging qabel jew wara li jingħata trattament tas-sħana. 2. L-azzar maraging huwa tipi ta’ ligi tal-ħadid ġeneralment ikkaratterizzati minn kontenut għoli ta' nikil, kontenut baxx ħafna tal-karbonju u l-użu ta’ elementi ta’ sostituzzjoni jew preċipitati biex jipproduċu tisħiħ u t-twebbis bl-età tal-liga. |
1C116 1C216 |
|
I.A1.017 |
Metalli, trabijiet u materjal tal-metall kif ġej: a. Tangstinn u ligi tat-tangstinn, minbarra dawk speċifikati f’1C117, fil-forma ta' partiċelli sferiċi jew partikoli atomizzati uniformi b'dijametru ta' 500 μm (mikrometru) jew inqas b’kontenut ta’ tangstinn ta' 97 % bil-piż jew ikbar; b. Molibdenu u ligi tal-molibdenu, minbarra dawk speċifikati f'1C117, fil-forma ta' partiċelli sferiċi jew partikoli atomizzati uniformi b'dijametru ta' 500 μm jew inqas b’kontenut ta’ molibdenu ta' 97 % bil-piż jew ikbar; ċ. Materjali tat-tangstinn fil-forma solida, minbarra dawk speċifikati f'1C226 b’kompożizzjonijiet materjali kif ġej: 1. Tangstinn u ligi b’97 % bil-piż jew aktar tangstinn; 2. Tangstinn infiltrat bir-ram li fih 80 % bil-piż jew aktar tangstinn; jew 3. Tangstinn infiltrat bil-fidda li fih 80 % bil-piż jew aktar tangstinn; |
1C117 1C226 |
|
I.A1.018 |
Ligi manjetiċi rotob, minbarra dawk speċifikati f’1C003, b’kompożizzjoni kimika kif ġej: a. Kontenut ta’ ħadid bejn 30 % u 60 %; u b. Kontenut ta’ kobalt bejn 40 % u 60 %. |
1C003 |
|
I.A1.019 |
Mhux użat. |
|
|
I.A1.020 |
Grafit, minbarra dak speċifikat f’0C004 jew 1C107.a., iddisinjat jew speċifikat biex jintuża fil-Magni tal-Fabbriki għall-Elettroerożjoni (EDM - Electrical Discharge Machining). |
0C004 1C107a |
|
I.A1.021 |
Ligi tal-azzar fil-forma ta’ folja jew pjanċa, li jkollhom waħda mill-karatteristiċi li ġejjin: (a) Ligi tal-azzar “kapaċi għal” limitu ta’ reżistenza għat-tensjoni ta’ 1 200 MPa jew aktar f’293 K (20 °C); jew (b) Azzar li ma jissaddadx dupleks stabilizzat bin-nitroġenu. Nota: Il-frażi ligi “kapaċi għal” tinkorpora liegi qabel jew wara t-trattament bis-sħana. Nota Teknika: “Azzar li ma jissaddadx dupleks stabilizzat bin-nitroġenu” għandu mikrostruttura ta’ żewġ fażijiet li tikkonsisti minn frak ta’ azzar ferritiku u awstenitiku biż-żieda tan-nitroġenu biex jistabbilizza l-mikrostruttura. |
1C116 1C216 |
|
I.A1.022 |
Materjal Kompożitu tal-Karbonju-Karbonju |
1A002.b.1 |
|
I.A1.023 |
Ligi tan-nikil f’forma mhux maħduma jew semi fabbrikata, li jkollhom 60 % f’piż jew aktar nikil. |
1C002.c.1.a |
|
I.A1.024 |
Ligi tat-titanju f’forma ta’ folja jew pjanċa “kapaċi għal” limitu ta’ reżistenza għat-tensjoni ta’ 900 MPa jew aktar f’293 K (20 °C). Nota: Il-frażi ligi “kapaċi għal” tinkorpora liegi qabel jew wara t-trattament bis-sħana. |
1C002.b.3 |
IPPROĊĊESSAR TA' MATERJALI
I.A2. Prodotti
|
Nru |
Deskrizzjoni |
Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 |
|
I.A2.001 |
Sistemi ta' prova ta' vibrazzjoni, tagħmir u partijiet għal dak l-iskop, ħlief dawk speċifikati f'2B116: a. Sistemi għat-test tal-vibrazzjoni li jużaw metodi ta' retroazzjoni jew ta' ċirkwit magħluq u li jinkorporaw kontrollur diġitali, li kapaċi jivvibraw sistema b'aċċellerazzjoni daqs jew akbar minn 0.1 g rms bejn 0.1 Hz u 2 kHz u jagħtu forza daqs jew akbar minn 50 kN, imkejla b' 'mejda vojta'; b. Kontrolluri diġitali, ikkombinati ma’ “software” iddisinjat speċjalment għall-ittestjar tal-vibrazzjoni, b’ “faxxa tal-frekwenza ta’ kontroll f’ħin reali” ikbar minn 5 kHz iddisinjati għall-użu mas-sistemi tal-ittestjar tal-vibrazzjoni speċifikati f’a.; Nota teknika: “Faxxa tal-frekwenza ta’ kontroll f’ħin reali” hija ddefinita bħala r-rata massima fejn kontrollur jista’ juża ċikli ta’ kampjuni, ipproċessar ta’ data u trasmissjoni ta’ sinjali ta’ kontroll. ċ. Magni li jagħtu mbuttatura b'vibrazzjoni (unitajiet ta' vibrazzjoni), b'amplifikaturi assoċjati jew mingħajr, li kapaċi jagħtu forza ta' 50 kN jew aktar, imkejla b’mejda vojta', u li jistgħu jintużaw fis-sistemi tal-ittestjar tal-vibrazzjoni speċifikati f'a.; d. Strutturi li jsostnu l-parti għall-ittestjar u unitajiet elettroniċi ddisinjati sabiex jgħaqqdu unitajiet ta' vibrazzjoni multipli f'sistema li hi kapaċi tipprovdi forza effettiva kombinata daqs jew akbar minn 50 kN, imkejla b’mejda vojta', u li jistgħu jintużaw fis-sistemi ta' vibrazzjoni speċifikati f'a. Nota teknika: “mejda vojta” tfisser mejda ċatta, jew wiċċ mingħajr muntaġġi jew tagħmir imwaħħal. |
2B116 |
|
I.A2.002 |
Magni tal-għodda, minbarra dawk speċifikati f'2B001.c. jew 2B201.b., għat-tħin b'ppożizzjonar ta' preċizjoni bil-“kumpens kollu disponibbli” ugwali għal jew inqas (aħjar) minn 15 μm skont ISO 230/2 (1988) (1) jew ekwivalenzi nazzjonali matul xi wieħed mill-assi lineari. |
2B001.c. 2B201.b. |
|
I.A2.002a |
Komponenti u kontrolli numeriċi, iddisinjati apposta għall-magni tal-għodod speċifikati f’ 2B001, 2B201 jew I.A2.002 hawn fuq. |
|
|
I.A2.003 |
Magni tal-ibbilanċjar u tagħmir relatat, kif ġej: a. Magni tal-ibbilanċjar, magħmula jew modifikati għal apparat dentali jew mediku ta' xorta oħra, li jkollhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin: 1. Mhumiex kapaċi jibbilanċjaw skrun/immuntar b’massa ta’ aktar minn 3 kg; 2. Kapaċi jibbilanċjaw skrejjen/assemblaġġi f'veloċità akbar minn 12 500 rpm; 3. Kapaċi li jirranaġa żbilanċi f'żewġ pjani jew aktar; u 4. Kapaċi jibbilanċjaw sa żbilanċ speċifiku residwu ta' 0,2 g mm għal kull kg ta' massa tal-iskrun; b. “Irjus indikaturi” ddisinjati jew modifikati għall-użu mal-magni speċifikati f'a hawn fuq. Nota teknika: “Irjus indikaturi” huma xi drabi magħrufa bħala strumentazzjoni tal-ibbilanċjar. |
2B119 |
|
I.A2.004 |
Apparat għal manipulazzjoni mill-bogħod li jista' jintuża għal azzjoni mill-bogħod fi proċessi tas-separazzjoni radjukimika jew f'ċelel jaħarqu, barra dawk speċifikati f'2B225, li fihom xi karatteristika minn dawn li ġejjin: a. Kapaċi jidħol 0,3 m jew iktar f’ħajt ta’ ċella tas-sħana (funzjoni tat-tip through-the-wall); jew b. Kapaċi jgħaddi minn naħa għal oħra ta' ċella taħraq b'ħajt bi ħxuna ta' 0.3 m jew iktar (funzjoni over-the-wall). Nota teknika: Apparat għall-manipulazzjoni mill-bogħod jipprovdi traduzzjoni ta’ azzjonijiet ta’ operatur uman għal driegħ li taħdem mill-bogħod u stallazzjoni. Huma jistgħu jkunu tat-tip “prinċipal/sekondarju” (master/slave) jew mħaddma b’joystick jew tastiera. |
2B225 |
|
I.A2.005 |
Fran għat-trattament bis-sħana f’atmosfera kkontrollata jew fran tal-ossidazzjoni kapaċi li jaħdmu f’temperaturi ta’ aktar minn 400 °C. Nota: Dan il-punt ma jkoprix tunnel kilns li jimxu fuq roller jew permezz ta’ karozza, tunnel kilns b’conveyor belt, kilns tat-tip li jiġu mbuttati jew shuttle kilns, iddisinjati speċjalment għall-produzzjoni tal-ħġieġ, ċeramika għall-mejda jew ċeramika strutturali. |
2B226 2B227 |
|
I.A2.006 |
Mhux użat. |
|
|
I.A2.007 |
“Apparat maħsub sabiex jibdel sinjal ta' pressjoni f'sinjal ellettriku” (pressure transducers), minbarra dawk iddefiniti f'2B230, li hu kapaċi jkejjel pressjonijiet assoluti f'kull punt tal-iskala minn 0 sa 200 kPa u li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin: a. Elementi sensibbli għall-pressjoni magħmula jew protetti minn “Materjali reżistenti għat-tmermir mill-eżafluworidu tal-uranju (UF6)”; kif ukoll b. Li jkollhom waħda mill-karatteristiċi li ġejjin: 1. Skala sħiħa ta' inqas minn 200 kPa u “preċiżjoni” aħjar minn ± 1 % tal-iskala sħiħa; jew 2. Skala sħiħa ta’ 200 KPA jew aktar u “preċiżjoni” aħjar minn 2 kPa. Nota teknika: Għall-iskopijiet ta' 2B30 “preċiżjoni” tinkludi n-non-linearità, l-isteresi u r-ripetibbiltà f'temperatura ambjentali. |
2B230 |
|
I.A2.008 |
Kuntatturi likwidu-likwidu (mixxelaturi separaturi, kolonni pulsati, kolonni pjanċa, kuntatturi ċentrifugi); u distributuri ta' likwidi, distributuri ta' fwar jew oġġetti għall-ġbir ta' likwidu mfassla għal tagħmir bħal dan, fejn kull wiċċ li jiġi f’kuntatt dirett mal-kimika/kimiki li tkun/ikunu pproċessata/pproċessati tkun magħmula minn xi materjal li ġej: a. Ligi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju bil-piż; b. Fluworopolimeri; ċ. Ħġieġ (inkluża kisja vitrifikata jew tal-enemel jew kisja tal-ħġieġ); d. Grafit jew “grafit tal-karbonju”; e. Nikil jew ligi b’aktar minn 40 % nikil fil-piż; f. Tantalu jew ligi tat-tantalu; g. Titanju jew ligi tat-titanju; h. Żirkonju jew ligi taż-żirkonju; jew i. Azzar ma jsaddadx (stainless steel). Nota teknika: “Grafit tal-karbonju” hu kompożizzjoni ta' karbonju u grafit amorfu, li fiha l-kontenut ta' grafit hu ta' 8 % jew aktar fil-piż. |
2B350.e. |
|
I.A2.009 |
Tagħmir industrijali u l-komponenti tiegħu, minbarra dawk speċifikati fi 2B350.d., kif ġej: Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana jew kondensaturi b'wiċċ għat-trasferiment tas-sħana ikbar minn 0,05 m2 u inqas minn 30 m2; u tubi, folji, serpentini jew blokki (nuklei) ddisinjati għal dan it-tagħmir għat-trasferiment tas-sħana jew kondensaturi, fejn l-uċuħ kollha f'kuntatt dirett mal-fluwidu/i jkunu magħmulin minn xi materjal minn dawn li ġejjin: a. Ligi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju bil-piż; b. Fluworopolimeri; ċ. Ħġieġ (inkluża kisja vitrifikata jew tal-enamel jew kisja tal-ħġieġ); d. Grafit jew “grafit tal-karbonju”; e. Nikil jew liegi b'aktar minn 40 % nikil bil-piż; f. Tantalu jew ligi tat-tantalu; g. Titanju jew ligi tat-titanju; h. Żirkonju jew ligi taż-żirkonju; i. Karbur tas-silikon; j. Karbur tat-titanju; jew k. Stainless steel. Nota: Din l-annotazzjoni ma tkoprix ir-radjaturi tal-vetturi. Nota teknika: Il-materjali użati għal gaskits u siġilli u twettiq ieħor ta’ funzjonijiet ta’ ssiġillar ma jiddeterminawx l-istatus ta’ kontroll tat-tagħmir għat-trasferiment tas-sħana. |
2B350.d. |
|
I.A2.010 |
Pompi b’siġilli multipli jew bla siġill, minbarra dawk speċifikati fi 2B350.i, adatti għal fluwidi li jnawru, jew pompi tal-vakwu u kejsings (pump bodies), kisi ta’ kejsings, disk b’għadd ta’ pali ffittjati miegħu storjat f’kàver biex jiċċirkola l-ilma minflok b’pompa għal ġol-ġakits taċ-ċilindri, rotors jew pompi tal-merżuq biż-żennuna mfassla għal pompi bħal dawn, fejn kull wiċċ li jkollu kuntatt dirett mal-kimika/kimiki li qed tkun/ikunu proċessata/proċessati hi magħmula minn kwalunkwe wieħed mill-materjali li ġejjin: a. Ligi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju bil-piż; b. Ċeramiki; ċ. Ferrosilikon; d. Fluworopolimeri; e. Ħġieġ (inklużi kisjiet vitrifikati jew tal-enamel jew kisja tal-ħġieġ); f. Grafit jew “grafit tal-karbonju”; g. Nikil jew ligi b’aktar minn 40 % nikil fil-piż; h. Tantalu jew ligi tat-tantalu; i. Titanju jew ligi tat-titanju; j. Żirkonju jew ligi taż-żirkonju; k. Nijobju (columbium) jew ligi tan-nijobju; l. Azzar ma jsaddadx (stainless steel); m. Ligi ta’ aluminju; jew n. Lastku. Noti tekniċi:Il-materjali użati għal gaskits u siġilli u implimentazzjonijiet oħrajn ta’ funzjonijiet ta’ ssiġillar ma jiddeterminawx l-istatus ta’ kontroll tal-pompa. It-terminu “lastku” jinkludi t-tipi kollha ta' lastku naturali jew sintetiku. |
2B350.i. |
|
I.A2.011 |
“Separaturi ċentrifugi”, minbarra dawk speċifikati fi 2B352.c., b’kapaċità ta’ separazzjoni kontinwa mingħajr propagazzjoni ta’ aerosols u manufatturati minn: a. Ligi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju bil-piż; b. Fluworopolimeri; ċ. Ħġieġ (inkluża kisja vitrifikata jew tal-enamel jew kisja tal-ħġieġ); d. Nikil jew ligi b’aktar minn 40 % nikil fil-piż; e. Tantalu jew ligi tat-tantalu; f. Titanju jew ligi tat-titanju; jew g. Żirkonju jew legi taż-żirkonju; Nota teknika: “Separaturi ċentrifugi” jinkludu r-reċipjenti. |
2B352.c. |
|
I.A2.012 |
Filtri tal-metall miksijin bil-ġir, minbarra dawk speċifikati fi 2B352.d., magħmulin min-nikil ligi tan-nikil b’aktar minn 40 % ta’ nikil fil-piż. |
2B352.d. |
|
I.A2.013 |
Magni tat-tip spin-forming u magni tat-tip flow-forming, minbarra dawk speċifikati fi 2B009, 2B109 jew 2B209 u komponenti ddisinjati speċjalment għalihom. Nota teknika: Għall-iskopijiet ta’ dan il-punt, magni li jikkombinaw il-funzjonijiet ta’ spin-forming u flow-forming jitqiesu bħala magni tat-tip flow-forming. |
2B009 2B109 2B209 |
|
I.A2.014 |
Tagħmir u reaġenti, minbarra dawk speċifikati f’2B350 jew 2B352, kif ġej: a. Kontenituri użati għall-fermentazzjoni (fermenters) li kapaċi jikkultivaw “mikro organiżmi” jew viruses patoġeniċi, jew kapaċi jipproduċu t-tossina, mingħajr il-propagazzjoni ta’ aerosols, u li għandhom kapaċità totali ta’ 10 l jew aktar; b. Aġitaturi għal fermenters kif imsemmi fil-paragrafu a. ta' hawn fuq; Nota Teknika: Il-fermentaturi jinkludu bioreatturi, kimostati u sistemi ta' fluss kontinwu. ċ. Tagħmir tal-laboratorju kif ġej: 1. Tagħmir ta' (PCR) reazzjoni katina bil-polymerase 2. Tagħmir ta' ssekwenzjar ġenetiku 3. Sintetizzaturi ġenetiċi; 4. Tagħmir ta' elettroporazzjoni, 5. Reaġenti speċifiċi assoċjati mat-tagħmir f'I.A2.014.c. numri 1. sa 4. hawn fuq; d. Filtri, mikrofiltri, nanofiltri jew ultrafiltri li jintużaw fil-bijoloġija industrijali jew tal-laboratorju għal filtraġġ kontinwu, minbarra filtri ddisinjati jew modifikati speċjalment għal skopijiet mediċi jew għall-produzzjoni ta' ilma ċar u li jistgħu jintużaw fil-qafas ta' proġetti appoġġjati mill-UE jew mill-NU; e. Ultraċentrifugi, skrejjen u adapters għal ċentrifugi; f. Tagħmir ta' xxuttar bil-friża. |
2B350, 2B352 |
|
I.A2.015 |
Tagħmir, minbarra dak speċifikat f'2B005, 2B105 jew 3B001.d., għad-depożitu ta’ strati metalliċi kif ġej, u komponenti ddisinjati speċjalment u aċċessorji għalih: a. Tagħmir tal-produzzjoni għad-depożizzjoni kimika tal-fwar (CVD); b. Tagħmir tal-produzzjoni għad-depożizzjoni fiżika tal-fwar (PVD); ċ. Tagħmir tal-produzzjoni għad-depożizzjoni permezz tat-tisħin induttiv jew bir-reżistenza. |
2B005, 2B105, 3B001.d |
|
I.A2.016 |
Tankijiet jew kontejners miftuħin, b'aġitaturi jew mingħajrhom, b'volum intern totali (ġeometriku) ta' aktar minn 0.5 m3 (500 litru), fejn l-uċuħ kollha li jiġu f'kuntatt dirett mal-kimika/kimiki li jkunu qegħdin jiġu pproċessati jew miżmuma jkunu magħmula minn kwalunkwe mill-materjali li ġejjin: a. Ligi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju bil-piż; b. Fluworopolimeri; ċ. Ħġieġ (inkluża kisja vitrifikata jew tal-enemel jew kisjiet tal-ħġieġ); d. Nikil jew ligi b’aktar minn 40 % nikil fil-piż; e. Tantalu jew ligi tat-tantalu; f. Titanju jew ligi tat-titanju; g. Żirkonju jew ligi taż-żirkonju; h. Nijobju (columbium) jew ligi tan-nijobju; i. Azzar ma jsaddadx (stainless steel); j. Injam; jew k. Lastku. Nota teknika: It-terminu “lastku” jinkludi t-tipi kollha ta' lastku naturali jew sintetiku. |
2B350 |
|
(1) Manifatturi li jikkalkulaw il-preċiżjoni tal-pożizzjoni skont l-ISO 230/2 (1997) għandhom jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih huma stabbiliti. |
||
ELETTRONIKA
I.A3. Prodotti
|
Nru |
Deskrizzjoni |
Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 |
|
I.A3.001 |
Provvisti ta’ enerġija ta’ kurrent dirett ta’ qawwa għolja, minbarra dawk speċifikati f’0B001.j.5. jew 3A227, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin: a. Kapaċi li kontinwament jipproduċu, għal perijodu ta’ tmien siegħat, 10 kV jew aktar, bi produzzjoni ta’ kurrent ta’ 5 kW jew aktar, bl-isweeping jew mingħajru; u b. Kurrent jew stabbiltà ta' vultaġġ aħjar minn 0.1 % fuq perjodu ta' erba’ sigħat. |
0B001.j.5. 3A227 |
|
I.A3.002 |
Spettrometri tal-massa, minbarra dawk speċifikati f’0B002.g. jew 3A233, li kapaċi jkejlu joni ta’ 200 unit ta’ massa atomika jew iktar u li għandhom riżoluzzjoni li hija aħjar minn 2 partijiet f’200, kif ġej, u sorsi ta’ joni għalihom: a. Spettrometri tal-massa tal-plażma akkoppjati b’mod induttiv (ICP/MS); b. Spettrometri tal-massa li jitfgħu dawl inkandexxenti (GDMS); ċ. Spettrometri tal-massa tal-jonizzazzjoni termali (TIMS); d. Spettrometri tal-massa tal-bumbardament tal-elettron li għandhom kamra sorġenti mibnija minn, miksija bi jew mgħottija b’ “materjali li jirreżistu għas-sadid mill-eżafluworidu tal-uranju UF6”; e. Spettrometri tal-massa tad-dija molekulari li għandhom xi waħda minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin: 1. Kamra tas-sors mibnija minn, miksija bi jew mgħottija b’azzar li ma jsaddadx jew molibdenu u mgħammra b’sifun kiesaħ li kapaċi jkessaħ sa 193 K (-80°) jew inqas; jew 2. Kamra tas-sors mibnija minn, miksija bi jew mgħottija b’materjali reżistenti għal UF6; f. Spettrometri tal-massa mgħammra b’sors tal-joni ta’ ħafna żidiet ta’ fluworin iddisinnjati għal aktinidi jew fluworidi aktinidi. |
0B002.g. 3A233 |
|
I.A3.003 |
Apparat li jbiddel il-frekwenza jew ġeneraturi, minbarra dawk speċifikati f’0B001.b.13. jew 3A225, li jkollu dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin, u komponenti u software ddisinjati speċjalment għalihom: a. Produzzjoni tal-multiphase li kapaċi tipprovdi enerġija ta’ 40 W jew akbar; b. Kapaċi jaħdem fuq il-medda ta' frekwenza bejn 600 u 2 000 Hz; u ċ. Kontroll tal-frekwenza aħjar minn (anqas) minn 0,1 %. Noti tekniċi:1. Apparat li jbiddel il-frekwenza huwa magħruf ukoll bħala konverturi, inverturi, ġeneraturi, tagħmir tal-ittestjar elettroniku, provvisti AC power, apparat għat-trażmissjoni tal-forza f’makkinarju jew apparat għat-trasmissjoni tal-frekwenza. 2. Il-funzjonalità speċifikata f’dan il-punt tista’ tkun sodisfatta b’ċertu tagħmir li jkun jinsab fis-suq bħala: tagħmir għall-ittestjar elettroniku, provvisti AC power, apparat għat-trażmissjoni tal-forza f’makkinarju jew apparat għat-trasmissjoni tal-frekwenza. |
0B001.b.13. 3A225 |
|
I.A3.004 |
Spettrometri u diffrattometri, mfassla għat-test indikattiv jew l-analiżi kwantitattiva tal-kompożizzjoni elementali tal-metalli jew il-liegi mingħajr dekompożizzjoni kimika tal-materjal. |
SENSURI U LEJŻERS
I.A6. Prodotti
|
Nru |
Deskrizzjoni |
Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 |
|
I.A6.001 |
Vireg ta’ granat tal-ittriju aluminju (YAG). |
|
|
I.A6.002 |
Tagħmir u komponenti ottiċi, minbarra dawk speċifikati f’6A002 jew 6A004.b. kif ġej: Ottiċi tal-infraaħmar bit-tul ta’ mewġ li jvarja bejn 9 μm u 17 μm u komponenti tagħhom, inkluż il-komponenti tat-tellurur tal-kadmju (CdTe). |
6A002 6A004.b. |
|
I.A6.003 |
Sistemi ta’ korretturi tal-fronti tal-mewġ, minbarra l-mirja speċifikati f’6A004.a., 6A005.e. jew 6A005.f., biex jintużaw f’raġġ tal-lejżer b’dijametru ta’ aktar minn 4mm, u elementi magħmula speċifikament għalihom, inkluż sistemi ta’ kontroll, sensuri ta’ fronti tal-fażi u “mirja diformabbli” inkluż mirja bimorf. |
6A004.a. 6A005.e. 6A005.f. |
|
I.A6.004 |
“Lejżers” tal-joni Argon, minbarra dawk speċifikati f’0B001.g.5., 6A005.a.6. u/jew 6A205.a., li għandhom saħħa tal-ħruġ medja daqs jew ikbar minn 5 W. |
0B001.g.5. 6A005.a.6. 6A205.a. |
|
I.A6.005 |
“Lejżers” semikondutturi, minbarra dawk speċifikati f’0B001.g.5., 0B001.h.6. jew 6A005.b., u komponenti tagħhom, kif ġej: a. “Lejżers” individwali semikondutturi li jipproduċu qawwa ta' aktar minn 200 mW kull wieħed, fi kwantitajiet ta' aktar minn 100; b. Armaturi tal-“lejżer” semikondutturi li jipproduċu qawwa ta' aktar minn 20 W. Noti:1. “Lejżers” semikondutturi huma komunement imsejħa dijodi tal- “lejżer”. 2. Din l-annotazzjoni ma tkoprix dijodi tal-“lejżer” b’tul ta’ mewġ fil-limitu ta’ 1,2 μm – 2,0 μm. |
0B001.g.5. 0B001.h.6. 6A005.b. |
|
I.A6.006 |
“Lejżers” b’semikondutturi sintonizzabbli u armaturi ta’ “lejżers” b’semikondutturi sintonizzabbli, minbarra dawk speċifikati f'0B001.h.6. jew 6A005.b., ta’ tul ta’ mewġ bejn 9 μm u 17 μm, kif ukoll kolonni ta’ armaturi ta’ “lejżers” b’semikondutturi li fihom mill-anqas armatura “lejżer” waħda b’semikondutturi sintonizzabbli ta’ dak it-tul ta’ mewġ. Nota: “Lejżers” semikondutturi huma komunement imsejħa dijodi tal- “lejżer”. |
0B001.h.6. 6A005.b. |
|
I.A6.007 |
“Lejżers”“sintonizzabbli” fi stat solidu, minbarra dawk speċifikati f’0B001.g.5., 0B001.h.6. jew 6A005.c.1., u komponenti tagħhom iddisinjati għalihom b'mod speċjali, kif ġej: a. Lejżers taż-żaffir-titanju, b. Lejżers bl-alessandrite. |
0B001.g.5. 0B001.h.6. 6A005.c.1. |
|
I.A6.008 |
“Lejżers” (minbarra dawk tal-ħġieġ) drogat bin-neodimju, minbarra dawk speċifikati f’6A005.c.2.b., li għandhom wavelength tal-ħruġ aktar minn 1.0 μm iżda li ma jaqbiżx 1.1 μm u enerġija tal-ħruġ li taqbeż 10 J kull polz. |
6A005.c.2.b. |
|
I.A6.009 |
Komponenti akustiċi-ottiċi, kif ġej: a. Framing tubes u apparati għall-immaġini fl-istat solidu li jkollhom frekwenza ta’ rikorrenza ta’ 1kHz jew aktar; b. Forniment għal frekwenza ta' rikorrenza; ċ. Ċelluli pockels. |
6A203.b.4. |
|
I.A6.010 |
Kameras reżistenti għar-radjazzjoni, jew lentijiet għalihom, barra minn dawk speċifikati f'6A203.c., iddisinjati apposta jew previsti bħala reżistenti għal doża ta' radjazzjoni totali ogħla minn 50 x 103 Gy (silikon) (5 x 106 rad (silikon)) mingħajr degradazzjoni operattiva. Nota teknika: It-terminu Gy (silikon) jirreferi għall-enerġija f’Joules għal kull kilogramm li hija assorbita minn kampjun mhux miksi tas-silikon meta tkun esposta għar-radjazzjoni ionizzanti. |
6A203.c. |
|
I.A6.011 |
Oxxillaturi u amplifikaturi lejżer bl-impulsi bil-koloranti, minbarra dawk speċifikati f’0B001.g.5., 6A005 u jew 6A205.c., li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin: a. Jaħdmu f’tul ta’ mewġ bejn 300 nm u 800 nm; b. Jipproduċu qawwa medja ta' aktar minn 10 W iżda mhux aktar minn 30 W; ċ. Rata ta’ ripetizzjoni li taqbeż 1 kHz; u d. Wisa’ ta’ impuls ta' inqas minn 100 ns. Nota: Dan il-punt ma jkoprix oxxillaturi monomodi. |
0B001.g.5. 6A005 6A205.c. |
|
I.A6.012 |
“Lejżers” bl-impulsi tad-dijossidu, minbarra dawk speċifikati f’0B001.h.6., 6A005.d. jew 6A205.d., li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin: a. Jaħdmu f’tul ta’ mewġ bejn 9 μm u 11 μm; b. Rata ta' repetizzjoni ogħla minn 250 kHz; ċ. Jipproduċu qawwa medja ta' aktar minn 100 W iżda mhux aktar minn 500 W; u d. Wisa’ ta’ impuls ta' inqas minn 200 ns. |
0B001.h.6. 6A005.d. 6A205.d. |
NAVIGAZZJONI U AVJONIĊI
I.A7. Prodotti
|
Nru |
Deskrizzjoni |
Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 |
|
I.A7.001 |
Sistemi ta’ navigazzjoni inerzjali u komponenti ddisinjati speċjalment għalihom, kif ġej: a. Sistemi ta’ navigazzjoni inerzjali ċċertifikati għall-użu fuq “inġenji tal-ajru ċivili” mill-awtoritajiet ċivili ta’ Stat parteċipant fil-Ftehim ta’ Wassenaar, u l-komponenti ddisinjati speċjalment għalihom, kif ġej: 1. Sistemi ta’ navigazzjoni inerzjali (INS) (gimballed jew strapdown) u tagħmir inerzjali ddisinjat għall- “inġenji tal-ajru”, vetturi tal-art, bastimenti (tal-wiċċ jew ta’ qiegħ il-baħar) jew “vetturi tal-ispazju” għall-attitudni, gwida jew kontroll, li jkollhom kwalunkwe waħda mill-karatteristiċi li ġejjin, u l-komponenti ddisinjati speċjalment għalihom: a. Żball ta’ navigazzjoni (inerzjali liberu) sussegwenti għall-alinjament normali ta’ 0.8 mil nawtiku kull siegħa (nm/hr) “Żball Ċirkolari Probabbli” (CEP) jew anqas (aħjar); jew b. Speċifikat sabiex jiffunzjona fuq livelli ta’ aċċelerazzjoni lineari li taqbeż 10 g; 2. Sistemi ta’ Navigazzjoni Ibridi Inerzjali, li jkunu jinstabu f’Sistema/i ta’ Satellita Globali ta’ Navigazzjoni (GNSS) jew ma’ Sistema/i ta’ “Navigazzjoni b’Referenzi f’Bażi tad-Data” (Data-Based Referenced Navigation - “DBRN”) għall-attitudni, gwida jew kontroll, sussegwenti għall-allinjament normali, li jkollhom eżattezza ta’ pożizzjoni ta’ navigazzjoni INS wara t-telf ta’ GNSS jew “DBRN” għall-perijodu sa erbà minuti, ta’ inqas minn (aħjar) 10 metri, “Żball Ċirkolari Probabbli” (Circular Error Probable- CEP); 3. Tagħmir Inerzjali għall-Indikar tal-Ażimut, ir-Rotta jew it-Tramuntana, b’waħda mill-karatteristiċi li ġejjin, u komponenti ddisinjati speċjalment għalih: a. Iddisinjat għal preċiżjoni ta’ indikazzjoni tal-Ażimut, ir-Rotta jew it-Tramuntana daqs, jew inqas (aħjar) minn 6 minuti ta’ ark RMS f’latitudni ta’ 45 grad; jew b. Iddisisinjat li jkollu livell ta’ skoss mhux operattiv ta’ mill-inqas 900 g għal tul ta’ mill-inqas millisekonda waħda. b. Sistemi ta’ teodoliti li fihom ikun inkorporat tagħmir inerzjali ddisinjat speċjalment għal sondaġġi ta’ użu ċivili u maħsub li jkollu preċiżjoni ta’ Direzzjoni Azimuth, Rotta jew Tramuntana daqs, jew inqas (aħjar) minn 6 minuti ta’ ark RMS f’latitudni ta’ 45 grad, flimkien mal-komponenti ddisinjati speċjalment għalih. ċ. Tagħmir inerzjali jew tagħmir ieħor li juża l-aċċellerometri speċifikati f’7A001 jew 7A101, fejn dawn l-aċċellerometri jkunu ddisinjati speċjalment u żviluppati bħala sensuri MWD (Measurement While Drilling – Kejl Waqt it-Tħaffir) għal użu f’operazzjonijiet ta’ servizzi tal-bjar. Nota: Il-parametri ta’ a.1. u a.2. huma applikabbli għall-kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet ambjentali li ġejjin: 1. Vibrazzjoni każwali tad-dħul b’kobor globali ta’ 7,7 g rms fl-ewwel nofs siegħa u ħin totali tat-test ta’ siegħa u nofs għal kull assi f’kull wieħed mit-tliet assi perpendikulari, meta l-vibrazzjoni każwali tilħaq dan li ġej: a. Densità ta’ qawwa kostanti spektrali (PSD) valur ta’ 0.04 g2/Hz fuq intervall ta’ frekwenza ta’ 15 sa 1 000 Hz; u b. Il-PSD jonqos bi frekwenza minn 0,04 g2/Hz sa 0.01 g2/Hz, fuq intervall ta’ frekwenza minn 1 000 sa 2 000 Hz; 2. Rata ta' roll u yaw ugwali għal jew aktar minn + 2,62 radian/s (150 grad/s); jew 3. Skont l-istandards nazzjonali, ekwivalenti għal 1 jew 2 hawn fuq. Noti tekniċi:1. a.2. tirreferi għal sistemi fejn l-INS u għajnuniet ta’ navigazzjoni indipendenti oħrajn jinbnew f’unit uniku (ġo fih) sabiex tinkiseb prestazzjoni mtejba. 2. “Żball Ċirkolari Probabbli” (Circular Error Probable – CEP) - F’distribuzzjoni normali ċirkolari, ir-radju taċ-ċirku li jkun ta’ 50 fil-mija tal-kejl individwali li jkun ittieħed, jew ir-radju taċ-ċirku li fih ikun hemm 50 fil-mija ta’ probabbiltà li jiġi lokalizzat. |
7A001 7A003 7A101 7A103 |
AJRUSPAZJU U PROPULSJONI
I.A9. Prodotti
|
Nru |
Deskrizzjoni |
Intestatura konnessa mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 |
|
I.A9.001 |
Skorfini splussivi. |
|
|
I.A9.002 |
Magna b'kombustjoni interna (jiġifieri tat-tip pistuni fuq sistema ta' assi jew pistuni ċirkolari), iddisinjati jew modifikati għal “inġenji tal-ajru” bl-iskrejjen jew “inġenji tal-ajru eħfef mill-arja” u l-komponenti ddisinjati speċjalment għalihom. |
|
|
I.A9.003 |
Trakkijiet, minbarra dawk speċifikati f'9A115, b'aktar minn fus motorizzat wieħed u tagħbija li ma taqbiżx il-5 tunnellati. Nota: Din l-annotazzjoni tinkludi trejlers ċatti, semitrejlers u trejlers oħrajn. |
9A115 |
B. SOFTWER
|
Nru |
Deskrizzjoni |
Intestatura konnessa mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 |
|
I.B.001 |
Softwer meħtieġ għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu ta’ oġġetti fil-Parti A. (Prodotti). |
C. TEKNOLOĠIJA
|
Nru |
Deskrizzjoni |
Intestatura konnessa mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 |
|
I.C.001 |
Teknoloġija meħtieġa għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu ta’ oġġetti fil-Parti A. (Prodotti). |
ANNESS Ib
Prodotti msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(2)
|
7601 |
Aluminju mhux maħdum |
|
7602 |
Skart u fdal tal-aluminju |
|
7603 |
Trabijiet u qxur ta’ aluminju |
|
7604 |
Biċċiet sħaħ tal-aluminju, vireg u profili |
|
7605 |
Wajer tal-aluminju |
|
7606 |
Pjanċi, folji u strixxa ta’ aluminju, eħxen minn 0,2 mm |
|
7608 |
Tubi u pajpijiet tal-aluminju |
|
7609 |
Tagħmir għal tubi u pajpijiet ta’ aluminju (pereżempju igganċjar (couplings), liwjiet (elbows), tubi (sleeves)) |
|
7614 |
Wajer bis-swiegli, kejbils, ċineg immaljati u bħalhom, ta’ aluminju, mhux insulati għall-elettriku |
ANNESS II
Il-websajts li jipprovdu tagħrif dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 5, 7, 8. 10 u 15, u l-indirizzi għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea
IL-BELĠJU
http://www.diplomatie.be/eusanctions
IL-BULGARIJA
http://www.mfa.bg/en/pages/135/index.html
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce
ID-DANIMARKA
http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/
IL-ĠERMANJA
http://www.bmwi.de/DE/Themen/Aussenwirtschaft/aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html
L-ESTONJA
http://www.vm.ee/est/kat_622/
L-IRLANDA
http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519
IL-GREĊJA
http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html
SPANJA
http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/Sanciones_%20Internacionales.aspx
FRANZA
http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/
L-ITALJA
http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm
ĊIPRU
http://www.mfa.gov.cy/sanctions
IL-LATVJA
http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539
IL-LITWANJA
http://www.urm.lt/sanctions
IL-LUSSEMBURGU
http://www.mae.lu/sanctions
L-UNGERIJA
http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/
MALTA
http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp
IL-PAJJIŻI L-BAXXI
www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-vrede-en-veiligheid/sancties
L-AWSTRIJA
http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=
IL-POLONJA
http://www.msz.gov.pl
IL-PORTUGALL
http://www.min-nestrangeiros.pt
IR-RUMANIJA
http://www.mae.ro/node/1548
IS-SLOVENJA
http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/
IS-SLOVAKKJA
http://www.foreign.gov.sk
IL-FINLANDJA
http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet
L-ISVEZJA
http://www.ud.se/sanktioner
IR-RENJU UNIT
www.fco.gov.uk/competentauthorities
Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:
European Commission
Service for Foreign Policy Instruments (FPI)
EEAS 02/309
B-1049 Brussels
Belgium
Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu
ANNESS III
Oġġetti ta' lussu msemmija fl-Artikolu 4
1. Żwiemel ta' razza pura
2. Kavjar u sostituti tal-kavjar
3. Tartuf u preparazzjonijiet tiegħu
4. Inbejjed ta' kwalità għolja (inklużi l-inbejjed spumanti), spirti u xorb li fih l-alkoħol
5. Sigarri u sigarri żgħar ta' kwalità għolja
6. Fwejjaħ ta' lussu, u kosmetiċi, iklużi prodotti tas-sbuħija u make-up
7. Ġilda ta' kwalità għolja, sruġ u oġġetti ta' l-ivjaġġar, basktijiet tan-nisa u oġġetti simili
8. Ħwejjeġ ta' kwalità għolja, aċċessorji ta’ l-ilbies u żraben (mingħajr ma jittieħed kont tal-materjal tagħhom)
9. Twapet magħmula bl-għoqiedi bl-idejn, kutri minsuġa bl-idejn u tapezzeriji
10. Perli, ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż, artikoli ta' perli, ġojjellerija, oġġetti ta’ ħaddiema tad-deheb jew ħaddiema tal-fidda
11. Muniti u noti bankarji, mhux valuta legali
12. Pożati ta' metall prezjuż jew maħsulin fi jew miksijin b'metall prezjuż
13. Oġġetti tal-mejda ta' kwalità għolja tal-porċellana, tal-kina, taċ-ċeramika jew ċaqquf jew oġġetti tal-fuħħar fini
14. Kristallerija ta' kwalità għolja
15. Oġġetti elettroniċi ta' kwalità għolja għall-użu domestiku
16. Apparat elettriku/elettroniku jew ottiku ta' kwalità għolja għar-reġistrazzjoni u riproduzzjoni tal-ħoss u immaġni
17. Vetturi ta' lussu għat-trasport ta' persuni fuq l-art, fl-ajru jew fuq il-baħar, kif ukoll l-aċċessorji u spare parts tagħhom
18. Arloġġi u arloġġi ta’ l-idejn u partijiet tagħhom
19. Strumenti mużikali ta' kwalità għolja
20. Xogħlijiet ta’ arti, bċejjeċ tal-kolletturi u antikitajiet
21. Oġġetti u tagħmir għall-iski, il-golf, l-għadds u sports ta' l-ilma
22. Oġġetti u tagħmir għall-biljard, bowling awtomatiku, logħob tal-casino u logħob imħaddem b'muniti jew noti bankarji
ANNESS IV
Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 6(1)
A. Persuni fiżiċi:
(1) Han Yu-ro. Kariga: Direttur ta’ Korea Ryongaksan General Trading Corporation. Informazzjoni oħra: involut fil-programm tal-missili ballistiċi tal-Korea ta’ Fuq. Data tal-ħatra: 16.7.2009.
(2) Hwang Sok-hwa. Kariga: Direttur tal-General Bureau of Atomic Energy (GBAE). Informazzjoni oħra: involut fil-programm nukleari tal-Korea ta’ Fuq bħala Kap tal-Uffiċċju ta' Gwida Xjentifika fil-GBAE; kien membru fil-Kumitat Xjentifiku fl-Istitut Konġunt għar-Riċerka Nukleari. Data tal-ħatra: 16.7.2009.
(3) Ri Hong-sop. Data tat-twelid: 1940. Kariga: Ex-Direttur, Yongbyon Nuclear Research Centre. Informazzjoni oħra: issorvelja tliet impjanti ewlenin li jassistu fil-produzzjoni tal-plutonju ta’ livell militari: l-Impjant tal-Produzzjoni ta’ Kombustibbli, ir-Reattur Nukleari u l-Fabbrika ta’ Trattament tal-Kombustibbli Użat. Data tal-ħatra: 16.7.2009.
(4) Ri Je-son (magħruf ukoll bħala Ri Che-son). Data tat-twelid: 1938. Kariga: Direttur tal-General Bureau of Atomic Energy (GBAE), aġenzija ewlenija li tmexxi l-programm nukleari tal-Korea ta’ Fuq. Informazzjoni oħra: jiffaċilita diversi proġetti nukleari inkluża l-ġestjoni mill-GBAE tal-Yongbyon Nuclear Research Centre u n-Namchongang Trading Corporation. Data tal-ħatra: 16.7.2009.
(5) Yun Ho-jin (magħruf ukoll bħala Yun Ho-chin). Data tat-twelid: 13.10.1944. Kariga: Direttur tan-Namchongang Trading Corporation. Informazzjoni oħra: jissorvelja l-importazzjoni tal-oġġetti meħtieġa għall-programm ta’ arrikkiment tal-uranju. Data tal-ħatra: 16.7.2009.
(6) Paek Chang-Ho (alias (a) Pak Chang-Ho; (b) Paek Ch’ang-Ho). Kariga: Uffiċjal Għoli u kap taċ-ċentru ta' kontroll bis-satellita tal-Kumitat Korean għat-Teknoloġija Spazjali. Passaport: 381420754 (maħruġ fis-7.12.2011, u jiskadi fis-7.12.2016). Data tat-twelid: 18.6.1964. Post tat-twelid: Kaesong, DPRK. Data tal-ħatra: 22.1.2013.
(7) Chang Myong-Chin (alias Jang Myong-Jin). Kariga: Amministratur Ġenerali tas-Sohae Satellite Launching Station. Data tat-twelid: (a) 1966, (b) 1965. Data tal-ħatra: 22.1.2013.
(8) Ra Ky’ong-Su. Kariga: Uffiċjal tat-Tanchon Commercial Bank (TCB). Data tal-ħatra: 22.1.2013.
(9) Kim Kwang-il. Kariga: Uffiċjal tat-Tanchon Commercial Bank (TCB). Data tal-ħatra: 22.1.2013.
B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi:
(1) Korea Mining Development Trading Corporation (magħrufa wkoll bħala (a) CHANGGWANG SINYONG CORPORATION; (b) EXTERNAL TECHNOLOGY GENERAL CORPORATION; (c) DPRKN MINING DEVELOPMENT TRADING COOPERATION; (d) “KOMID”). Indirizz: Central District, Pyongyang, DPRK. Informazzjoni oħra: Negozjant primarju tal-armi u esportatur ewlieni ta’ oġġetti u tagħmir relatat ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali. Data tal-ħatra: 24.4.2009.
(2) Korea Ryonbong General Corporation (magħrufa wkoll bħala (a) KOREA YONBONG GENERAL CORPORATION; (b) LYONGAKSAN GENERAL TRADING CORPORATION). Indirizz: Pot’onggang District, Pyongyang, DPRK; Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, DPRK. Informazzjoni oħra: Konglomerat tad-difiża speċjalizzat fix-xiri għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u fl-appoġġ għall-bejgħ ta’ materjal militari ta' dak il-pajjiż. Data tal-ħatra: 24.4.2009.
(3) Tanchon Commercial Bank (magħruf wkoll bħala (a) CHANGGWANG CREDIT BANK; (b) KOREA CHANGGWANG CREDIT BANK). Indirizz: Saemul 1-Dong Pyongchon District, Pyongyang, DPRK. Informazzjoni oħra: Entità finanzjarja ewlenija tar-RDPK għall-bejgħ ta’ armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u merkanzija marbuta mal-assemblaġġ u l-manifattura ta’ dawn l-armi. Data tal-ħatra: 24.4.2009.
(4) General Bureau of Atomic Energy (GBAE) (magħruf ukoll bħala General Department of Atomic Energy (GDAE)). Indirizz: Haeudong, Pyongchen District, Pyongyang, DPRK. Informazzjoni oħra: il-GBAE hija responsabbli għall-programm nukleari tal-Korea ta’ Fuq, li jinkludi l-Yongbyon Nuclear Research Centre u r-reattur ta’ riċerka tiegħu għall-produzzjoni tal-plutonju ta’ 5 megawatt elettriċi (25 megawatt termiċi), kif ukoll l-impjanti ta’ produzzjoni ta’ kombustibbli u ta’ trattament tal-kombustibbli użat. Il-GBAE kellu laqgħat u diskussjonijiet marbutin mal-attivitajiet nukleari mal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Nukleari. Il-GBAE hi l-aġenzija primarja tal-Gvern tal-Korea ta’ Fuq għas-superviżjoni tal-programmi nukleari, inkluż l-operat tal-Yongbyon Nuclear Research Centre. Data tal-ħatra: 16.7.2009.
(5) Hong Kong Electronics (magħruf ukoll bħala Hong Kong Electronics Kish Co.). Indirizz: Sanaee St., Kish Island, Iran. Informazzjoni oħra: (a) Proprjetà ta' Tanchon Commercial Bank u KOMID jew ikkontrollata minnhom, jew li taġixxi jew li għandha l-intenzjoni li taġixxi għalihom jew f'isimhom; (b) Hong Kong Electronics ittrasferiet miljuni ta' dollari ta' fondi relatati mal-proliferazzjoni f'isem Tanchon Commercial Bank u KOMID (it-tnejn maħturin mill-Kumitat tan-NU dwar is-Sanzjonijiet f'April 2009) mill-2007. Il-Hong Kong Electronics iffaċilitat il-movimenti ta’ flejjes mill-Iran għall-Korea ta’ Fuq f'isem il-KOMID. Data tal-ħatra: 16.7.2009.
(6) Korea Hyoksin Trading Corporation (magħrufa wkoll bħala Korea Hyoksin Export And Import Corporation). Indirizz: Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, DPRK. Informazzjoni oħra: (a) tinsab f’Pyongyang, RDPK; (b) subordinata tal-Korea Ryonbong General Corporation (maħtura mill-Kumitat tan-NU dwar is-Sanzjonijiet f’April 2009) u involuta fl-iżvilupp ta' armi ta’ qerda tal-massa. Data tal-ħatra: 16.7.2009.
(7) Korean Tangun Trading Corporation. Informazzjoni oħra: (a) tinsab f’Pyongyang, RDPK; (b) Korea Tangun Trading Corporation hi subordinata tat-Tieni Akkademja tax-Xjenzi Naturali tar-RDPK u hija primarjament responsabbli għax-xiri ta’ prodotti prinċipali u teknoloġiji għall-appoġġ tal-programmi ta’ riċerka u żvilupp tal-Korea ta' Fuq għad-difiża, inkluż, iżda mhux limitata għal, programmi ta' sistemi ta' forniment u akkwist marbutin mal-armi tal-qerda tal-massa, inklużi materjali li huma kkontrollati jew ipprojbiti skont sistemi rilevanti ta' kontroll multilaterali. Data tal-ħatra: 16.7.2009.
(8) Namchongang Trading Corporation (magħrufa wkoll bħala (a) NCG, (b) Namchongang Trading, (c) Nam Chon Gang Corporation, (d) Nomchongang Trading Co., (e) Nam Chong Gan Trading Corporation). Informazzjoni oħra: (a) tinsab f’Pyongyang, RDPK; (b) Namchongang hija kumpannija kummerċjali tal-Korea ta' Fuq li hi subordinata tal-GBAE. Namchongang diġà kienet involuta fix-xiri ta’ pompi tal-vakwu ta’ oriġini Ġappuniża li ġew identifikati f’impjant nukleari tal-Korea ta' Fuq, kif ukoll fix-xiri marbut mal-attivitajiet nukleari b'assoċjazzjoni ma' individwu Ġermaniż. Din kienet involuta wkoll mill-aħħar tas-snin 90 fix-xiri ta’ tubi tal-aluminju u tagħmir ieħor speċifikament adattati għal programm ta’ arrikkiment tal-uranju. Ir-rappreżentant tagħha huwa ex-diplomatiku li kien ir-rappreżentant tal-Korea ta’ Fuq għall-ispezzjoni tal-impjanti nukleari ta’ Yongbyon mill-IAEA fl-2007. L-attivitajiet ta’ proliferazzjoni ta' Namchongang huma ta' tħassib kbir meta wieħed iqis l-attivitajiet ta' proliferazzjoni tal-Korea ta' Fuq fil-passat. Data tal-ħatra: 16.7.2009.
(9) Amroggang Development Banking Corporation (alias (a) AMROGGANG DEVELOPMENT BANK; (b) AMNOkKANG DEVELOPMENT BANK). Indirizz: Tongan-dong, Pyongyang, DPRK. Data tal-ħatra: 2.5.2012.
(10) Green Pine Associated Corporation (alias (a) CHO'NGSONG UNITED TRADING COMPANY; (b) CHONGSONG YONHAP; (c) CH'O'NGSONG YO'NHAP; (d) CHOSUN CHAWO'N KAEBAL T'UJA HOESA; (e) JINDALLAE; (f) KU'MHAERYONG COMPANY LTD; (g) NATURAL RESOURCES DEVELOPMENT AND INVESTMENT CORPORATION; (h) SAEINGP'IL COMPANY). Indirizz: (a) c/o Reconnaissance General Bureau Headquarters, Hyongjesan-Guyok, Pyongyang, il-Korea ta' Fuq, (b) Nungrado, Pyongyang, DPRK. Data tal-ħatra: 2.5.2012.
(11) Korea Heungjin Trading Company (alias (a) HUNJIN TRADING CO.; (b) KOREA HENJIN TRADING CO.; (c) KOREA HENGJIN TRADING COMPANY). Indirizz: Pyongyang, DPRK. Data tal-ħatra: 2.5.2012.
(12) Korean Committee for Space Technology (alias (a) DPRK Committee for Space Technology; (b) Department of Space Technology tar-DPRK; (c) Committee for Space Technology; (d) KCST). Indirizz: Pyongyang, DPRK. Data tal-ħatra: 22.1.2013.
(13) Bank of East Land (alias (a) Dongbang BANK; (b) TONGBANG U’NHAENG; (c) TONGBANG BANK). Indirizz: PO Box 32, BEL Building, Jonseung-Dung, Moranbong District, Pyongyang, DPRK. Data tal-ħatra: 22.1.2013.
(14) Korea Kumryong Trading Corporation. Data tal-ħatra: 22.1.2013.
(15) Tosong Technology Trading Corporation. Indirizz: Pyongyang, DPRK. Data tal-ħatra: 22.1.2013.
(16) Korea Ryonha Machinery Joint Venture Corporation (alias (a) CHOSUN YUNHA MACHINERY JOINT OPERATION COMPANY; (b) KOREA RYENHA MACHINERY J/V CORPORATION; (c) RYONHA MACHINERY JOINT VENTURE CORPORATION). Indirizz: (a) Central District, Pyongyang, DPRK, (b) Mangungdae-gu, Pyongyang, DPRK, (c) Mangyongdae District, Pyongyang, DPRK. Data tal-ħatra: 22.1.2013.
(17) Leader (Hong Kong) International (alias Leader International Trading Limited). Indirizz: Room 1610 Nan Fung Tower, 173 Des Voeux Road, Hong Kong. Data tal-ħatra: 22.1.2013.
ANNESS V
Lista ta’ persuni, entitatjiet u korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)
A. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 6(2)(a)
|
# |
Isem (u alternattivi possibbli) |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
|
1. |
CHANG Song-taek (alias JANG Song-Taek) |
Data tat-twelid: jew 2.2.1946 jew 6.2.1946 jew 23.2.1946 (il-provinċja ta' Hamgyong tat-Tramuntana) Numru tal-passaport (fl-2006): PS 736420617 |
Membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża. Direttur tad-Dipartiment Amministrattiv tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. |
|
2. |
CHON Chi Bu |
Membru tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika, qabel kien direttur tekniku ta' Yongbyon. |
|
|
3. |
CHU Kyu-Chang (alias JU Kyu-Chang) |
Data tat-twelid: bejn l-1928 u l-1933 -{}- |
Prim Deputat Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tad-Difiża (programm ballistiku), Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża. |
|
4. |
HYON Chol-hae |
Data tat-twelid 1934 (Manchuria, iċ-Ċina) |
Deputat Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati Popolari (konsulent militari ta' Kim Jong-Il). |
|
5. |
JON Pyong-ho |
Data tat-twelid 1926 |
Segretarju tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, Kap tal-Kumitat Ċentrali tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Provvisti Militari li jikkontrolla t-Tieni Kumitat Ekonomiku tal-Kumitat Ċentrali, membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża. |
|
6. |
Logutenent Ġenerali KIM Yong Chol (alias: Kim Yong-Chol; Kim Young-Chol; Kim Young-Cheol; Kim Young-Chul) |
Data tat-twelid 1946 (Pyongan-Pukto, il-Korea ta' Fuq) |
Kmandant tar-Reconnaissance General Bureau (RGB). |
|
7. |
KIM Yong-chun (alias Young-chun) |
Data tat-twelid: 4.3.1935 Numru tal-passaport: 554410660 |
Deputat President tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, Ministru tal-Forzi Armati Popolari, konsulent speċjali ta' Kim Jong-Il għall-istrateġija nukleari. |
|
8. |
O Kuk-Ryo |
Data tat-twelid 1931 (il-provinċja ta' Jilin, iċ-Ċina) |
Deputat President tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li jissorvelja l-akkwiżizzjoni barra l-pajjiż tat-teknoloġiji moderni għall-programmi nukleari u dawk ballistiċi. |
|
9. |
PAEK Se-bong |
Data tat-twelid 1946 |
President tat-Tieni Kumitat Ekonomiku (responsabbli mill-programm ballistiku) tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża. |
|
10. |
PAK Jae-gyong (alias Chae-Kyong) |
Data tat-twelid 1933 Numru tal-passaport: 554410661 |
Deputat Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati Popolari u Deputat Direttur tal-Uffiċċju tal-Loġistika tal-Forzi Armati Popolari (Konsulent militari ta' Kim Jong-Il). |
|
11. |
PAK To-Chun |
Data tat-twelid: 9.3.1944 (Jagang, Rangrim) |
Membru tal-Kunsill Nazzjonali tas-Sigurtà. Responsabbli mill-industrija tal-armi u huwa rrappurtat li jikkmanda l-uffiċċju għall-enerġija nukleari. Din l-istituzzjoni hija deċiżiva għall-programm nukleari tat- trasport tar-RDPK. |
|
12. |
PYON Yong Rip (alias Yong-Nip) |
Data tat-twelid: 20.9.1929 Numru tal-passaport: 645310121 (maħruġ fit-13.09.2005) |
President tal-Akkademja tax-Xjenzi, li kienet involuta f'riċerka bijoloġika relatata mal-AQM (Armi għall-Qerda tal-Massa) |
|
13. |
RYOM Yong |
Direttur tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti), responsabbli mir-relazzjonijiet internazzjonali. |
|
|
14. |
SO Sang-kuk |
Data tat-twelid: bejn l-1932 u l-1938 |
Kap tad-Dipartiment tal-Fiżika Nukleari, Università Kim Il Sung. |
B. Persuni ġuridiċi, entitatjiet u korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)(a)
|
Isem (u alternattivi possibbli) |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
|
|
▼M8 ————— |
|||
|
2. |
Hesong Trading Corporation |
Post: Pjongjang |
Ikkontrollata mill-Korea Mining Development Corporation (KOMID) (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009); negozjant tal-armi ewlieni u esportatur ewlieni ta’ merkanzija u tagħmir relatat ma’ missili ballistiċi u armi konvenzjonali. Hesong Trading Corporation hija involuta f‘akkwisti għal użu potenzjali fil-programm ta' missili ballistiċi. |
|
3. |
Korea Complex Equipment Import Corporation |
Post: Distrett ta' Rakwon-dong, Pothonggang, Pjongjang |
Ikkontrollata mill-Korea Ryongbong General Corporation (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009); konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwiżizzjoni għall-industriji tad-difiża tal-RDPK u l-appoġġ għall-bejgħ relatat mal-militar ta’ dak il-pajjiż. |
|
▼M8 ————— |
|||
|
5. |
Korea International Chemical Joint Venture Company (alias Choson International Chemicals Joint Operation Company; Chosun International Chemicals Joint Operation Company; International Chemical Joint Venture Corporation) |
Post: Hamhung, Provinċja ta' Hamgyong tan-Nofsinhar; Man gyongdae-kuyok, Pjongjang; Mangyungdae-gu, Pjongjang |
Ikkontrollata mill-Korea Ryongbong General Corporation (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009); konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwiżizzjoni għall-industriji tad-difiża tal-RDPK u l-appoġġ għall-bejgħ relatat mal-militar ta’ dak il-pajjiż. |
|
6. |
Korea Kwangsong Trading Corporation |
Post: Distrett ta' Rakwon-dong, Pothonggang, Pjongjang |
Ikkontrollata mill-Korea Ryongbong General Corporation (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009); konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwiżizzjoni għall-industriji tad-difiża tal-RDPK u l-appoġġ għall-bejgħ relatat mal-militar ta’ dak il-pajjiż. |
|
7. |
Korea Pugang mining and machinery Corporation ltd |
Sussidjarja tal-Korea Ryongbong General Corporation (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009); topera faċilitajiet għall-produzzjoni tat-trab tal-aluminju, li jista' jintuża għall-missili. |
|
|
▼M8 ————— |
|||
|
9. |
Korea Taesong Trading Company |
Post: Pjongjang |
Entità bbażata fi Pjongjang użata mill-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) għall-finijiet kummerċjali (KOMID ġiet iddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009). Il-Korea Taesong Trading Company aġixxiet f'isem il-KOMID f'negozjati mas-Sirja. |
|
10. |
Munitions Industry Department (alias: Military Supplies Industry Department) -{}- |
Post: Pjongjang |
Responsabbli għall-attivitajiet ta' superviżjoni tal-industrji militari tal-Korea ta' Fuq, inkluż it-Tieni Kumitat Ekonomiku (TKE) u l-KOMID. Dan jinkludi s-superviżjoni tal-iżvilupp tal-missili ballistiċi u l-programmi nukleari tal-Korea ta' Fuq. Sa ftit żmien ilu, Munitions Industry Department kien immexxi minn Jon Pyong Ho; skont it-tagħrif disponibbli, dak li qabel kien l-ewwel viċi direttur tal-Munitions Industry Department (MID), Chu Kyu-ch’ang (Ju Gyu-chang), huwa d-diretturt ta' bħalissa ta' MID, li hija magħrufa pubblikament bħala l-Machine Building Industry Department. Chu serva bħala s-superviżur ġenerali għall-iżvilupp tal-missili tal-Korea ta' Fuq, inkluża s-superviżjoni tat-tfigħ tal-missila Taepo Dong-2 (TD-2) fil-5 ta' April 2009 u t-tfigħ tal-missila TD-2, li ma rnexxiex, f'Lulju 2006. |
|
11. |
Korean Ryengwang Trading corporation |
Distrett ta' Rakwon-dong, Pothonggang, Pjongjang, il-Korea ta' Fuq |
Sussidjarja tal-Korea Ryongbong General Corporation (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009). |
|
12. |
Reconnaissance General Bureau (RGB) (alias: Chongch’al Ch’ongguk; RGB; KPA Unit 586) |
Post: Hyongjesan-Guyok, Pjongjang, il-Korea ta' Fuq; Nungrado, Pjongjang, il-Korea ta' Fuq |
Ir-Reconnaissance General Bureau (RGB) huwa l-organizzazzjoni ewlenija tal-intelligence għall-Korea ta' Fuq, maħluqa fil-bidu tal-2009 bl-amalgamazzjoni tal-organizzazzjonijiet eżistenti tal-intelligence mill-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, id-Dipartiment tal-Operati u Uffiċċju 35, u r-Reconnaissance Bureau tal-Armata Popolari tal-Korea. Hija taqa' taħt il-kmand dirett tal-Ministeru tad-Difiża u hija primarjament responsabbli għall-ġbir tal-intelligence militari. L-RGB tinnegozja f'armi konvenzjonali u tikkontrolla l-impriża tal-armi konvenzjonali Green Pine Associated Corporation (Green Pine) tal-Korea ta' Fuq. |
|
13. |
It-Tieni Kumitat Ekonomiku u t-Tieni Akkademja tax-Xjenzi Naturali |
It-Tieni Kumitat Ekonomiku huwa involut f'aspetti ewlenin fil-programm tal-missili tal-Korea ta' Fuq. It-Tieni Kumitat Ekonomiku huwa responsabbli mis-superviżjoni tal-produzzjoni tal-missili ballistiċi tal-Korea ta' Fuq. Imexxi wkoll l-attivitajiet tal-KOMID (il-KOMID ġie magħżul min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009). Huwa organizzazzjoni fuq livell nazzjonali responsabbli mir-riċerka u mill-iżvilupp tas-sistemi avvanzati tal-armi tal-Korea ta' Fuq, fosthom missili u x'aktarx armi nukleari. Il-Kumitat juża għadd ta' organizzazzjonijiet subordinati biex tikseb teknoloġija, tagħmir u tagħrif minn barra l-pajjiż, fosthom mill-Korea Tangun Trading Corporation, biex jintużaw fi programmi ta' missili u x'aktarx armi nukleari fil-Korea ta' Fuq. |
|
|
14. |
Sobaeku United Corp. (alias Sobaeksu United Corp.) |
Kumpanija Statali, involuta fir-riċerka jew fl-akkwiżizzjoni ta' prodotti jew ta' tagħmir sensittiv. Hija għandha bosta depożiti ta' grafita naturali li jipprovdu bil-materja prima lil żewġ fabbriki ta' proċessar li jipproduċu partikolarment blokki tal-grafita li jistgħu jintużaw fil-qasam ballistiku. |
|
|
▼M8 ————— |
|||
|
16. |
Ċentru ta' Riċerka Nukleari ta' Yongbyon |
Ċentru ta' riċerka li pparteċipa fil-produzzjoni ta' plutonju ta' kwalità militari. Ċentru li jiddependi mill-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 16.7.2009). |
|
C. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 6(2)(b)
|
# |
Isem (u alternattivi possibbli) |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
|
1. |
JON Il-chun |
Data tat-twelid: 24.8.1941 |
Fi Frar 2010 KIM Tong-un tneħħa mill-kariga tiegħu ta' direttur ta' Office 39 li. fost affarijiet oħrajn, huwa responsabbli mill-akkwiżizzjoni ta' merkanzija permezz tar-rappreżentanzi diplomatiċi tal-RDPK b’mod li jiġu evitati s-sanzjonijiet. Huwa ġie sostitwit minn JON Il-chun. Jingħad li JON Il-chun huwa wkoll wieħed mill-persuni ewlenin tal-Bank tal-Iżvilupp tal-Istat. |
|
2. |
KIM Tong-un |
Qabel kien direttur ta' “Office 39” tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema, li huwa involut fil-finanzjament tal-proliferazzjoni. |
|
|
3. |
KIM Tong-Myo'ng (alias: Kim Chin-so'k) |
Data tat-twelid 1964 Nazzjonalità: tal-Korea ta’ Fuq |
Kim Tong-Myo'ng jaġixxi f'isem Tanchon Commercial Bank (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009). Kim Dong Myong kellu bosta karigi f'Tanchon sa mill-inqas l-2002 u bħalissa huwa l-president ta' Tanchon. Kellu wkoll rwol fil-ġestjoni tal-affarijiet ta' Amroggang (proprjetà jew ikkontrollata minn Tanchon Commercial Bank) bl-alias Kim Chin-so'k. |
D. Persuni ġuridiċi, entitatjiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)(b)
|
# |
Isem (u alternattivi possibbli) |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
|
▼M8 ————— |
|||
|
3. |
Korea Daesong Bank (alias: Choson Taesong Unhaeng; Taesong Bank) |
Indirizz: Segori-dong, Gyongheung St., Distrett ta' Potonggang, PjongjangTel: 850 2 381 8221Tel: 850 2 18111 ext. 8221Faks: 850 2 381 4576 |
Istituzzjoni finanzjarja tal-Korea ta' Fuq li taqa’ direttament taħt Office 39 u li hija involuta fl-iffaċilitar ta' proġetti ta' finanzjament għall-proliferazzjoni tal-Korea ta' Fuq. |
|
4. |
Korea Daesong General Trading Corporation (alias: Daesong Trading; Daesong Trading Company; Korea Daesong Trading Company; Korea Daesong Trading Corporation) |
Indirizz: Pulgan Gori Dong 1, Distrett ta' Potonggang, PjongjangTel: 850 2 18111 ext. 8204/8208Tel: 850 2 381 8208/4188Faks: 850 2 381 4431/4432 |
Kumpanija li taqa’ taħt Office 39 u li tintuża għall-iffaċilitar ta' tranżizzjonijiet barranin f'isem Office 39. Id-Direttur ta' Office 39, Kim Tong-un, huwa elenkat fl-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 329/2007.’ |
|
5. |
Korea Kwangson Banking Corp. (KKBC) (alias: Korea Kwangson Banking Corp; KKBC) |
Indirizz: Jungson-dong, Sungri Street, Distrett Ċentrali, Pjongjang |
Subordinarja li taġixxi f'isem ta' jew fuq ordni ta', u hija wkoll proprjetà jew ikkontrollata mill-Korea Ryonbong General Corporation (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009). Tipprovdi servizzi finanzjarji biex tappoġġa kemm lil Tanchon Commercial Bank (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009) u kemm Korea Hyoksin Trading Corporation (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 16.7.2009); Sa mill-2008, Tanchon Commercial Bank kien qiegħed juża lil KKBC biex jiffaċilita t-trasferimenti ta' fondi li x'aktarx jammontaw għal miljuni ta' dollari, inklużi trasferimenti li jinvolvu fondi relatati ma’ Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009) minn Burma lejn iċ-Ċina fl-2009. Barra minn hekk, Hyoksin, li n-NU jiddeskrivuha bħala li hija involuta fl-iżvilupp tal-armi tal-qerda tal-massa, pruvat tuża lil KKBC b'rabta mal-akkwiżizzjoni ta' tagħmir b'użu doppju fl-2008. KKBC għandha mill-inqas fergħa waħda barra mill-pajjiż f'Dandong, iċ-Ċina. |
|
6. |
Office 39 tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea (alias: Office #39; Office Nru 39; Bureau 39; Central Committee; Third Floor, Division 39.) |
Indirizz: Second KWP Government Building (Korean: Ch’o’ngsa), Chungso’ng, Urban Tower (Korean’Dong), Chung Ward, Pjongjang; Chung-Guyok (Distrett Ċentrali), Sosong Street, Kyongrim-Dong, Pjongjang; Changgwang Street, Pjongjang. |
Office 39 tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea jipparteċipa f'attivitajiet ekonomiċi illeċiti biex jappoġġa lill-Gvern tal-Korea ta' Fuq. Għandu fergħat madwar in-nazzjon kollu li jiġbru u jiġġestixxu fondi u huwa responsabbli għall-ġbir ta' munità barranija għall-mexxejja ta' livell għoli tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea fil-Korea ta' Fuq permezz ta' attivitajiet illeċiti bħat-traffikar tan-narkotiċi. Office 39 jikkontrolla għadd ta' entitajiet fil-Korea ta' Fuq u barra mill-pajjiż li permezz tagħhom iwettaq bosta attivitajiet illeċiti inklużi l-produzzjoni, il-kuntrabandu u t-tixrid ta' narkotiċi. Office 39 kien involut ukoll fit-tentattiv biex tiġi akkwistata merkanzija lussuża u biex din tiġi ttrasferita lejn il-Korea ta' Fuq. Office 39 jinsab fost l-organizzazzjonijiet l-aktar importanti inkarigati bl-akkwiżizzjoni tal-munità u tal-merkanzija. Jingħad li din l-entità hija taħt il-kontroll dirett ta' KIM Jong-il; l-uffiċċju jikkontrolla bosta kumpaniji kummerċjali li wħud minnhom huma attivi f’attivitajiet illeċiti, fosthom, Daesong General Bureau, li jagħmel parti mill-grupp Daesong, l-akbar grupp ta' kumpaniji tal-pajjiż. Skont ċerti sorsi Office 39 għandu uffiċċju ta’ Rappreżentanza f'Ruma, f’Beijing, f’Bangkok, f’Singapor, f’Hongkong u f’Dubai. Għad-dinja esterna Office 39 ibiddel l-isem u l-apparenza b'mod regolari. Id-direttur ta' Office 39, JON Il-chun, huwa diġà elenkat fil-lista tal-UE dwar is-sanzjonijiet. Office 39 ipproduċa metamfetamina f'Sangwon, fil-Provinċja ta' Pyongan tan-Nofsinhar, u kien involut wkoll fit-tixrid ta' amfetamina lil kuntrabandisti żgħar tal-Korea ta' Fuq għat-tixrid fiċ-Ċina u fil-Korea ta' Isfel. Office 39 jopera wkoll irziezet li jkabbru l-peprin fil-Provinċa ta' Hamkyo’ng tat-Tramuntana u jipproduċi oppju u eroina f'Hamhu’ng u f’Nachin. Fl-2009, Office 39 kien involut fl-attentat, li falla, biex jinxtraw u jiġu esportati lejn il-Korea ta' Fuq, minn ġoċ-Ċina – żewġ jottijiet lussużi magħmula l-Italja li jiswew aktar minn $15-il miljun. It-tentattiv, li twaqqaf mill-awtoritajiet Taljani, biex il-jottijiet destinati għal Kim Jong-il kienet qiegħda tikser is-sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti kontral-Korea ta' Fuq skont l-UNSCR 1718, li jirrikjedi b'mod speċifiku li l-Istati Membri jipprevjenu l-fornitura, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' merkanzija lussuża lejn il-Korea ta' Fuq. Preċedentament, Office 39 kien jintuża minn Banco Delta Asia giex jaħsel rikavat illeċitu. Banco Delta Asia ġie identifikat mid-Dipartiment tat-Teżor f'Settembru 2005 bħala “tħassib ewlieni dwar il-ħasil tal-flus” skont it-Taqsima 311 tal-att USA PATRIOT, għax irrappreżentat riskju mhux aċċettabbli ta' ħasil ta' flus u ta' reati finanzjarji oħrajn. |
ANNESS VI
LISTA TAL-ISTITUZZJONIJIET TA' KREDITU U FINANZJARJI, TAL-FERGĦAT U TAS-SUSSIDJARJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 11A
ANNESS VII
Lista ta’ deheb, metalli prezzjużi u djamanti msemmija fl-Artikolu 4a
|
Kodiċi tas-SA |
Deskrizzjoni |
|
7102 |
Djamanti, maħdumin jew le, iżda mhux immuntati jew ingastati |
|
7106 |
Fidda (inkluża fidda miksija bid-deheb jew bil-platinu), mhux maħduma jew f’għamliet semimanifatturati, jew f’għamla ta’ trab |
|
7108 |
Deheb (inkluż deheb miksi bil-platinum), mhux maħdum jew f’għamla semimanifatturata, jew f’għamla ta’ trab |
|
7109 |
Metalli komuni jew fidda, miksijin bid-deheb, mhux maħdumin aktar ħlief semimanifatturati |
|
7110 |
Platinu, mhux maħdum jew f’forom parzjalment maħdumin, jew f’forma ta’ trab |
|
7111 |
Metalli komuni, fidda jew deheb, miksijin bil-platinu, mhux maħdumin aktar ħlief semimanifatturati |
|
7112 |
Skart u fdal ta’ metall prezzjuż jew ta’ metall miksi b’metall prezzjuż; skart u fdal ieħor li fih metall prezzjuż jew komposti ta’ metall prezzjuż, ta’ tip użat l-aktar għall-irkupru ta’ metall prezzjuż |
( 1 ) ĠU L 322, 22.11.2006, p. 32.
( 2 ) ĠU L 159, 30.6.2000, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 394/2006 (ĠU L 74, 13.3.2006, p. 1).
( 3 ) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006 (ĠU L 301, 31.10.2006, p. 1).
( 4 ) ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1..
( 5 ) ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13.
( 6 ) ĠU L 360, 19.12.2006, p. 64.
( 7 ) ĠU L 341, 23.12.2010, p. 32.
( 8 ) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.
( 9 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1–269)