2007R0243 — MT — 14.01.2008 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 243/2007

tas-6 ta’ Marzu 2007

rigward l-awtorizzazzjoni ta' 3-phytase (Natuphos) bħala addittiv fl-għalf

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 073, 13.3.2007, p.4)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 516/2008 ta’ l-10 ta’ Ġunju 2008

  L 151

3

11.6.2008




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 243/2007

tas-6 ta’ Marzu 2007

rigward l-awtorizzazzjoni ta' 3-phytase (Natuphos) bħala addittiv fl-għalf

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar addittivi għall-użu fin-nutriment ta' l-annimali ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutriment ta' l-annimali u għall-bażi u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni kif stipulat fl-Anness. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skond l-Artikolu 7(3) ta' dan ir-Regolament.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' l-enżima 3-phytase prodotta mill-Aspergillus niger (CBS 101.672) għall-ħnienes li nfatmu, il-ħnieżer għat-tismin, u t-tiġieġ għat-tismin li għandha tiġi kklassifikata fil-kategorija ta' addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel ('l-Awtorità') ikkonkludiet fl-opinjonijiet tagħha tal-15 ta' Ġunju 2006 u tas-17 ta' Mejju 2006 li t-3-phytase prodott mill-Aspergillus niger (CBS 101.672) ma għandux effett negattiv fuq is-saħħa ta' l-annimali, is-saħħa tal-bnedmin jew l-ambjent ( 2 ). Ikkonkludiet ukoll li l-preparazzjoni ta' l-enżima 3-phytase prodotta mill-Aspergillus niger (CBS 101.672) ma tippreżentax riskji oħra li, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jeskludu l-awtorizzazzjoni. L-opinjoni ta' l-Awtorità tirrakkomanda miżuri xierqa għas-sikurezza ta' l-utent. Hija ma tikkunsidrax li hemm il-bżonn għal rekwiżiti speċifiċi ta' sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Din l-opinjoni tivverifika wkoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi ta' l-addittiv ta' l-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Il-valutazzjoni ta' din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. L-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi żootekniċi” u għall-grupp funzjonali 'sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà', hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni ta' l-annimali skond il-kundizzjonjiet stabbiliti f'dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS



Numru ta' identifikazzjoni ta' l-addittiv

Isem tad-detentur ta' l-awtorizzazzjoni

Addittiv (Isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta' annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu ta' awtorizzazzjoni

Unità ta' attività/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà.

4a 1600

►M1  BASF SE ◄

3-Phytase

EC 3.1.3.8

(Natuphos 5 000 G

Natuphos 5 000 L

Natuphos 10 000 G

Natuphos 10 000 L)

Kompożizzjoni ta' l-addittiv

3-phytase produced

mill-Aspergillus niger (CBS 101.672)

Li għandu attività minima ta':

Fil-forma solida: 5 000 FTU/g

Fil-forma likwida: 5 000 FTU/ml

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

3-phytase produced

mill-Aspergillus niger (CBS 101.672)

Metodu analitiku (1)

Metodu kolimetriku li jkejjel il-fosfati inorganiċi rilaxxati mill-enżima mill-phytate substrate.

Ħnienes (miftuma)

500 FTU

 

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u l-premixture, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista' jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.  Għall-użu fil-każ ta’ ħnienes li nfatmu sakemm jilħqu l-35 kg.

3.  Doża rakkomandata għall kull kg ta' għalf sħiħ. 500 FTU.

4.  Għall-użu f'għalf li fih aktar minn 0,23 % ta' fosforu li huwa phytin bound.

2.4.2017

Ħnieżer għat-tismin

 

280 FTU

 

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u l-premixture, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista' jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.  Doża rakkomandata għall kull kg ta' għalf sħiħ 400-500 FTU.

3.  Għall-użu f'għalf li fih aktar minn 0,23 % ta' fosforus li huwa phytin bound.

Tiġieġ għat-tismin

375 FTU

 

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u l-premixture, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista' jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.  Doża rakkomandata għall kull kg ta' għalf sħiħ 500-700 FTU.

3.  Għall-użu f'għalf li fih aktar minn 0,23 % ta' fosforu li huwa phytin bound.

(1)   Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz elettroniku tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/html/crlfaa/.



( 1 ) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

( 2 ) L-opinjoni tal-Panel Xjentifku dwar Addittivi u Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta' l-Annimali u l-Panel Xjentifiku dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati dwar is-sikurezza u l-effiċjenza tal-preparazzjoni ta' l-enżima Natuphos® (3-phytase) prodotta mill-Aspergillus niger. Adottata mill-Panel FEEDAP fil-15 ta' Ġunju 2006 u mill-Panel GMO fis-17 ta' Mejju 2006. Il-Ġurnal EFSA (2006) 369, p. 1-19.