02007L0002 — MT — 26.11.2024 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DIRETTIVA 2007/2/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL ta' l-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108 25.4.2007, p. 1) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT (UE) 2019/1010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-5 ta’ Ġunju 2019 |
L 170 |
115 |
25.6.2019 |
|
|
DEĊIŻJONI (UE) 2024/2829 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta’ Ottubru 2024 |
L 2829 |
1 |
6.11.2024 |
|
DIRETTIVA 2007/2/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
ta' l-14 ta' Marzu 2007
li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire)
KAPITOLU I
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Artikolu 2
Artikolu 3
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“infrastruttura għall-informazzjoni ġeografika” tfisser metadata, settijiet ta' data ġeografika u servizzi ta' data ġeografika; servizzi u teknoloġiji ta' network; ftehim dwar kondiviżjoni, aċċess u użu; u mekkaniżmi, proċessi u proċeduri ta' koordinazzjoni u ta' monitoraġġ stabbiliti, operati jew magħmula disponibbli skond din id-Direttiva;
“data ġeografika” tfisser kull data b'referenza diretta jew indiretta għal lokalità jew żona ġeografika speċifika;
“sett ta' data ġeografika” tfisser kollezzjoni identifikabbli ta' data ġeografika;
“servizzi ta' data ġeografika” tfisser l-operazzjonijiet li jistgħu jsiru, billi tintuża applikazzjoni tal-kompjuter, fuq id-data ġeografika li tinsab fis-settijiet ta' data ġeografika jew fuq il-metadata relatata;
“oġġett ġeografiku” tfisser rappreżentazzjoni astratta ta' fenomenu tad-dinja reali li għandha x'taqsam ma' lokalità jew żona ġeografika speċifika;
“metadata” tfisser informazzjoni li tiddeskrivi settijiet ta' data ġeografika u servizzi ta' data ġeografika u li tagħmilha possibbli li tiskoprihom, iddaħħalhom f'inventarju u tużahom;
“interoperabbiltà” tfisser il-possibbiltà li settijiet ta' data ġeografika jiġu kombinati, u li s-servizzi jinteraġixxu, mingħajr interventi manwali ripetittivi, b'tali mod li r-riżultat ikun koerenti u l-valur miżjud tas-settijiet u s-servizzi ta' data jkun msaħħaħ;
“ġeoportal ta' Inspire” tfisser sit ta' l-internet, jew ekwivalenti, li jipprovdi aċċess għas-servizzi msemmija fl-Artikolu 11(1);
“awtorità pubblika” tfisser:
kull gvern jew amministrazzjoni pubblika oħra, inklużi korpi konsultattivi pubbliċi, fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali,
kull persuna naturali jew ġuridika li qed twettaq funzjonijiet amministrattivi pubbliċi taħt il-liġi nazzjonali, inklużi dmirijiet, attivitajiet jew servizzi speċifiċi relatati ma' l-ambjent, u
kull persuna naturali jew ġuridika li għandha responsabbiltajiet jew funzjonjiet pubbliċi, jew li tipprovdi servizzi pubbliċi li għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent taħt il-kontroll ta' korp jew persuna li jaqgħu taħt (a) jew (b);
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li meta l-organi jew l-istituzzjonijiet jaġixxu f'kapaċità ġudizzjarja jew leġiżlattiva, ma għandhomx jkunu meqjusa bħala awtorità pubblika għall-finijiet ta' din id-Direttiva;
“parti terza” tfisser kull persuna naturali jew ġuridika li mhix awtorità pubblika.
Artikolu 4
Din id-Direttiva għandha tkopri settijiet ta' data ġeografika li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
ikunu relatati ma' żona fejn Stat Membru għandu u/jew jeżerċita drittijiet ġurisdizzjonali;
huma f'format elettroniku;
huma miżmuma minn jew f'isem xi waħda minn dawn li ġejjin:
awtorità pubblika, wara li ġew prodotti jew riċevuti minn awtorità pubblika, jew amministrati jew aġġornati minn dik l-awtorità u jaqgħu fl-ambitu tal-kompiti pubbliċi tagħha.
parti terza li għaliha n-network sar disponibbli skond l-Artikolu 12;
għandhom x'jaqsmu ma' waħda jew iżjed mit-temi elenkati fl-Annessi I, II jew III.
KAPITOLU II
METADATA
Artikolu 5
Il-metadata għandhom jinkludu informazzjoni fuq li ġej:
il-konformità ta' settijiet ta' data ġeografika mar-regoli implimentattivi previsti fl-Artikolu 7(1);
kondizzjonijiet li japplikaw għall-aċċess għal, u l-użu ta', settijiet u servizzi ta' data ġeografika u, fejn hu applikabbli, it-tariffi korrispondenti;
il-kwalità u l-validità tas-settijiet ta' data ġeografika;
l-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għall-istabbiliment, l-amministrazzjoni, il-manutenzjoni u d-distribuzzjoni ta' settijiet u servizzi ta' data ġeografika;
limitazzjonijiet għall-aċċess pubbliku u r-raġunijiet għal tali limitazzjonijiet, skond l-Artikolu 13.
Artikolu 6
L-Istati Membri għandhom joħolqu l-metadata msemmija fl-Artikolu 5 skond l-iskeda li ġejja:
mhux iktar tard minn sentejn wara d-data ta' l-adozzjoni tar-regoli implimentattivi skond l-Artikolu 5(4) fil-każ tas-settijiet ta' data ġeografika li jikkorrispondu mat-temi elenkati fl-Annessi I u II;
mhux iktar tard minn 5 snin wara d-data ta' l-adozzjoni tar-regoli implimentattivi skond l-Artikolu 5(4) fil-każ tas-settijiet ta' data ġeografika li jikkorrispondu mat-temi elenkati fl-Anness III.
KAPITOLU III
INTEROPERABBILTÀ TA’ SETTIJIET U SERVIZZI TA’ DATA ĠEOGRAFIKA
Artikolu 7
Artikolu 8
Ir-regoli implimentattivi għandhom jindirizzaw l-aspetti li ġejjin tad-data ġeografika:
qafas komuni għall-identifikazzjoni unika ta' oġġetti ġeografiċi, li miegħu jistgħu jitqabbdu identifikaturi taħt is-sistemi nazzjonali sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà bejniethom;
ir-relazzjoni bejn oġġetti ġeografiċi;
l-attributi ewlenin u t-teżawri multilingwi korrispondenti meħtieġa fuq bażi komuni għal-linji politiċi li jista' jkollhom impatt fuq l-ambjent;
informazzjoni dwar id-dimensjoni temporali tad-data;
aġġornamenti tad-data.
Artikolu 9
Ir-regoli implimentattivi previsti fl-Artikolu 7(1) għandhom jiġu adottati skond l-iskeda ta' żmien li ġejja:
mhux aktar tard mill-15 ta' Mejju 2009 fil-każ tas-settijiet ta' data ġeografika li jikkorrispondu mat-temi elenkati fl-Anness I;
mhux aktar tard mill-15 ta' Mejju 2012 fil-każ tas-settijiet ta' data ġeografika li jikkorrispondu mat-temi elenkati fl-Annessi II jew III.
Artikolu 10
KAPITOLU IV
SERVIZZI TA' NETWORK
Artikolu 11
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jħaddmu network tas-servizzi li ġejjin għas-settijiet u servizzi ta' data ġeografika li għalihom inħolqu metadata skond din id-Direttiva:
servizzi ta' sejbien li jagħmlu possibbli t-tfittix ta' settijiet u servizzi ta' data ġeografika abbażi tal-kontenut tal-metadata korrispondenti u l-wiri tal-kontenut tal-metadata;
servizzi ta' viżjoni li jagħmluha possibbli, bħala minimu, li jintwerew, jiġu nnavvigati, isir zooming 'il barra u 'l ġewwa, isir panning, jew jitqiegħdu fuq xulxin settijiet li jistgħu jkunu viżibbli ta' data ġeografika u li jintwerew l-informazzjoni ta' spjega u kwalunkwe kontenut rilevanti tal-metadata;
servizzi ta'download, li jippermettu li kopji ta' settijiet ta' data ġeografika, jew partijiet minn tali settijiet jitniżżlu mill-Internet u, fejn prattikabbli jkun hemm aċċess dirett għalihom;
servizzi ta' trasformazzjoni, li jippermettu li settijiet ta' data ġeografika jiġu trasformati bil-ħsieb li tinkiseb l-interoperabbiltà;
servizzi li jippermettu li jintalbu servizzi ta' data ġeografika.
Dawk is-servizzi għandhom jieħdu kont ta' ħtiġijiet rilevanti ta' l-utent u għandhom ikunu faċli biex jintużaw, disponibbli għall-pubbliku u aċċessibbli permezz ta' l-Internet jew xi mezz ieħor xieraq ta' telekomunikazzjoni.
Għall-finijiet tas-servizzi msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, bħala minimu l-kombinazzjoni li ġejja ta' kriterji tat-tfittix għandha tiġi implimentata:
kliem ewlieni;
klassifikazzjoni ta' data u servizzi ġeografiċi;
il-kwalità u l-validità tas-settijiet ta' data ġeografika;
grad ta' konformità mar-regoli implimentattivi previsti fl-Artikolu 7(1);
pożizzjoni ġeografika;
kondizzjonijiet li japplikaw għall-aċċess għal settijiet u servizzi ta' data ġeografika u l-użu tagħhom;
l-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għall-istabbiliment, l-amministrazzjoni, il-manutenzjoni u d-distribuzzjoni ta' settijiet u servizzi ta' data ġeografika.
Artikolu 12
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet pubbliċi jingħataw il-possibiltà teknika li jorbtu s-settijiet u s-servizzi ta' data ġeografika tagħhom man-network imsemmi fl-Artikolu 11(1). Dan is-servizz għandu jkun magħmul disponibbli wkoll fuq talba minn partijiet terzi li s-settijiet u servizzi ta' data ġeografika tagħhom jikkonformaw mar-regoli implimentattivi li jistabbilixxu obbligi fir-rigward, b'mod partikolari, ta' metadata, servizzi ta' network u interoperabbiltà.
Artikolu 13
B'deroga mill-Artikolu 11(1), l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-aċċess pubbliku għas-settijiet u s-servizzi ta' data ġeografika permezz tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 11(1)(a), fejn tali aċċess ikun jaffettwa negattivament ir-relazzjonijiet internazzjonali, is-sigurtà pubblika jew id-difiża nazzjonali.
B'deroga mill-Artikolu 11(1), l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-aċċess pubbliku għas-settijiet u d-data ġeografika permezz tas-servizzi msemmija fil-punti (b) sa (e) ta' l-Artikolu 11(1), jew għas-servizzi ta' kummerċ elettroniku msemmija fl-Artikolu 14(2), fejn tali aċċess ikun jaffettwa negattivament lil xi wieħed minn dawn li ġejjin:
il-kunfidenzjalità tal-proċedimenti ta' awtoritajiet pubbliċi, fejn tali kunfidenzjalità hija prevista mill-liġi;
relazzjonijiet internazzjonali, sigurtà pubblika jew difiża nazzjonali;
il-kors tal-ġustizzja, il-kapaċità ta' kwalunkwe persuna li tirċievi proċess ġust fil-qorti jew il-kapaċità ta' awtorità pubblika li tmexxi inkjesta ta' natura kriminali jew dixxipplinari;
il-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjali jew industrijali, fejn tali kunfidenzjalità hi prevista mil-liġi nazzjonali jew tal-Komunità biex jitħares interess ekonomiku leġittimu, inkluż l-interess pubbliku biex tinżamm kunfidenzjalità ta' l-istatistika u segretezza tat-taxxa;
id-drittijiet dwar proprjetà intellettwali;
il-kunfidenzjalità ta' data personali u/jew files relatati ma' persuna fiżika fejn dik il-persuna ma tatx il-kunsens tagħha għall-iżvelar ta' l-informazzjoni lill-pubbliku, fejn tali kunfidenzjalità hi prevista mil-liġi nazzjonali jew tal-Komunità;
l-interessi jew il-protezzjoni ta' kwalunkwe persuna li pprovdiet l-informazzjoni mitluba fuq bażi volontarja mingħajr ma kienet taħt, jew kapaċi li titpoġġa taħt, obbligu legali biex tagħmel dan, ħlief jekk dik il-persuna tat il-kunsens għar-rilaxx ta' l-informazzjoni kkonċernata;
il-protezzjoni ta' l-ambjent li għalih tirrelata din l-informazzjoni, bħall-post fejn jinsabu speċi rari.
Artikolu 14
Artikolu 15
Artikolu 16
Regoli għall-implimentazzjoni maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan il-Kapitolu billi jissuplimentawħ, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3), u għandhom b'mod partikolari jistipulaw dan li ġej:
speċifikazzjonijiet tekniċi għas-servizzi msemmija fl-Artikoli 11 u 12 u kriterji minimi ta' prestazzjoni għal dawk is-servizzi, filwaqt li jittieħed kont tar-rekwiżiti eżistenti ta' rappurtaġġ u rakkomandazzjonijiet adottati fi ħdan il-qafas ta' leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-ambjent, servizzi eżistenti ta' kummerċ elettroniku u progress teknoloġiku;
l-obbligi msemmija fl-Artikolu 12.
KAPITOLU V
KONDIVIŻJONI TAD-DATA
Artikolu 17
KAPITOLU VI
KOORDINAZZJONI U MIŻURI KOMPLIMENTARI
Artikolu 18
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu nominati strutturi u mekkaniżmi adatti għall-koordinazzjoni, fil-livelli differenti kollha ta' gvern, tal-kontributi ta' dawk kollha li għandhom interess fl-infrastruttura tagħhom għal informazzjoni ġeografika.
Dawn l-istrutturi għandhom jikkoordinaw il-kontributi ta', fost oħrajn, utenti, produtturi, fornituri tas-servizzi b'valur miżjud u korpi ta' koordinazzjoni, rigward l-identifikazzjoni ta' settijiet rilevanti ta' data, ħtiġijiet ta' l-utent, il-forniment ta' informazzjoni dwar prattiki eżistenti u l-għoti ta' feedback dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.
Artikolu 19
Artikolu 20
Ir-regoli implimentattivi msemmija f'din id-Direttiva għandhom jieħdu kont dovut ta' standards adottati mill-korpi Ewropej ta' standardizzazzjoni skond il-proċedura stabbilita fid-Direttiva 98/34/KE, kif ukoll ta' standards internazzjonali.
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 21
►M2 Mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ kull sentejn, mill-31 ta’ Marzu 2025, l-Istati Membri għandhom jaġġornaw, jekk meħtieġ, rapport sommarju. Dawk ir-rapporti, li għandhom jiġu ppubblikati mis-servizzi tal-Kummissjoni, għandhom jinkludu deskrizzjonijiet sommarji ta’: ◄
kif il-fornituri u l-utenti fis-settur pubbliku ta' settijiet u servizzi ta' data ġeografika u korpi intermedjarji huma kkoordinati, u r-relazzjoni mal-partijiet terzi u l-organizzazzjoni ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità;
il-kontribut magħmul mill-awtoritajiet pubbliċi jew partijiet terzi għall-funzjonament u l-koordinazzjoni ta' l-infrastruttura għall-informazzjoni ġeografika;
informazzjoni dwar l-użu ta' l-infrastruttura għall-informazzjoni ġeografika;
ftehim ta' kondiviżjoni ta' data bejn l-awtoritajiet pubbliċi;
l-ispejjeż u l-benefiċċji ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.
▼M1 —————
Artikolu 22
Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, filwaqt li jittieħed kont tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.
Artikolu 23
Kull sena, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tippubblika u taġġorna l-ħarsa ġenerali fil-livell tal-Unjoni fuq il-bażi tal-metadata u tad-data li l-Istati Membri jagħmlu disponibbli permezz ta’ servizzi tan-netwerk tagħhom skont l-Artikolu 21. Il-ħarsa ġenerali fil-livell tal-Unjoni għandha tinkludi, kif xieraq, indikaturi għall-eżiti, għar-riżultati u għall-impatti ta’ din id-Direttiva, mapep li jagħtu ħarsa ġenerali fil-livell tal-Unjoni u rapporti li jagħtu ħarsa ġenerali tal-Istati Membri.
Il-Kummissjoni għandha twettaq, mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2022 u suċċessivament mill-inqas kull ħames snin, evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva u tal-implimentazzjoni tagħha, u tagħmilha disponibbli għall-pubbliku. Dik l-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata, fost l-oħrajn, fuq l-elementi li ġejjin:
l-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva;
l-informazzjoni miġbura mill-Istati Membri skont l-Artikolu 21 u l-ħarsiet ġenerali fil-livell tal-Unjoni miġbura mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent;
id-data analitika u xjentifika rilevanti;
informazzjoni oħra li tinkludi data analitika u xjentifika rilevanti li tkun meħtieġa abbażi tal-linji gwida dwar regolamentazzjoni aħjar, b’mod partikolari permezz ta’ proċessi ta’ ġestjoni effiċjenti u effikaċi ta’ informazzjoni.
Artikolu 24
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sal-15 ta' Mejju 2009.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, huma għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi għall-għamla ta' din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
Artikolu 25
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara li tkun ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 26
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
TEMI TA' DATA ĠEOGRAFIKA MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 6(A), 8(1) U 9(A)
1. Sistemi ta' referenza ta' koordinati
Sistemi biex issir referenza unika ta' informazzjoni ġeografika fl-ispazju bħala sett ta' koordinati (x,y,z) u/jew latitudni u lonġitudni u altitudni, ibbażati fuq datum ġeodetiku orizzontali u vertikali.
2. Sistemi ta' grilji ġeografiċi
Grilja multi-risoluzzjoni armonizzata b'punt ta' oriġini komuni u pożizzjoni u daqs taċ-ċelluli tal-grilja standardizzati.
3. Ismijiet ġeografiċi
Ismijiet ta' żoni, reġjuni, lokalitajiet, bliet, subborgi, jew inħawi abitati oħra, jew kull karatteristika ġeografika jew topografika ta' interess pubbliku jew storiku.
4. Unitajiet amministrattivi
Unitajiet ta' amministrazzjoni, li jaqsmu żoni fejn Stati Membri għandhom u/jew jeżerċitaw drittijiet ġurisdizzjonali, għal governanza reġjonali, lokali u nazzjonali, separati minn konfini amministrattivi.
5. Indirizzi
Pożizzjoni ta' proprjetajiet ibbażata fuq identifikaturi ta' l-indirizzi, normalment bl-isem tat-triq, in-numru tad-dar, il-kodiċi postali.
6. Pakketti katastali
Żoni ddefiniti b'reġistri katastali jew l-ekwivalenti.
7. Networks tat-trasport
Networks tat-trasport tat-triq, tal-ferrovija, ta' l-ajru u ta' l-ilma u infrastruttura relatata. Huma inklużi l-kollegamenti bejn networks differenti. Huma inklużi wkoll in-network trans-Ewropew tat-trasport kif definit fid-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 dwar il-Linji Gwida tal-Komunità għall-iżvilupp ta' network trans-Ewropew tat-trasport ( 1 ) u r-reviżjonijiet futuri ta' dik id-Deċiżjoni.
8. Idrografija
Elementi idrografiċi, inklużi żoni marittimi, u kull korp ieħor ta' l-ilma u oġġetti relatati magħhom, inklużi baċiri tax-xmajjar u sub-baċiri. Fejn xieraq, skond id-definizzjonijiet fid-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għall-azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma ( 2 ) u fil-forma ta' networks.
9. Siti protetti
Żona indikata jew amministrata f'qafas ta' leġiżlazzjoni internazzjonali, Komunitarja u ta' l-Istati Membri sabiex jintlaħqu objettivi speċifiċi ta' konservazzjoni.
ANNESS II
TEMI TA' DATA ĠEOGRAFIKA MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 6(A), 8(1) U 9(B)
1. Elevazzjoni
Mudelli ta' elevazzjoni diġitali għall-art, is-silġ u l-wiċċ ta' l-oċean. Tinkludi l-elevazzjoni ta' l-art, il-batimetrija u l-linja tal-kosta.
2. Kopertura ta' l-art
Kopertura fiżika u bijoloġika tal-wiċċ tad-dinja inklużi superfiċji artifiċjali, żoni agrikoli, foresti, żoni (semi-)naturali, artijiet mistagħdra, u korpi ta' ilma.
3. Orthoimagery
Data fil-forma ta' stampa ġeo-referenzjata tal-wiċċ tad-dinja, minn satellita jew minn sensuri fl-ajru.
4. Ġeologija
Ġeoloġija kkaratterizzata skond il-kompożizzjoni u l-istruttura. Tinkludi s-sodda tal-blat, l-akwiferi u l-ġeomorfoloġija.
ANNESS III
TEMI TA' DATA ĠEOGRAFIKA MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 6(B) U 9(B)
1. Unitajiet statistiċi
Unitajiet biex issir disseminazzjoni jew użu ta' informazzjoni ta' l-istatistika.
2. Bini
Posizzjoni ġeografika ta' bini.
3. Ħamrija
Tipi ta' ħamrija u sub-ħamrija kkaratterizzati skond il-fond, it-tessut, l-istruttura u l-kontenut ta' partiċelli u materjal organiku, il-kontenut ta' ġebel, it-tgħawwir, fejn xieraq il-medja tax-xaqlib ta' l-art u l-kapaċità antiċipata għall-ħażna ta' l-ilma.
4. Użu ta' l-art
Territorju kkaratterizzat skond id-dimensjoni funzjonali tiegħu ppjanata attwali u futura jew l-iskop soċjo-ekonomiku tiegħu (eż. residenzjali, industrijali, kummerċjali, agrikolu, forestali, rikreazzjonali).
5. Is-saħħa u s-siġurtà tal-bniedem
Distribuzzjoni ġeografika tad-dominanza ta' patoloġiji (allerġiji, kankri, mard respiratorju, eċċ.), informazzjoni li tindika l-effett fuq is-saħħa (bijomarkaturi, tnaqqis fil-fertilità, epidemiji) jew il-benesseri tal-bnedmin (għejja, stress, eċċ.) b'konnessjoni diretta (tniġġis ta' l-arja, kimiki, tnaqqis tas-saff ta' l-ożonu, storbju, eċċ.) jew indiretta (ikel, organiżmi ġenetikament modifikati, eċċ.) mal-kwalità ta' l-ambjent.
6. Servizzi ta' utilità u tal-gvern
Jinkludu faċilitajiet ta' utilità bħad-drenaġġ, l-immaniġġar ta' l-iskart, il-provvista ta' l-enerġija, il-provvista ta' l-ilma, is-servizzi amministrattivi u soċjali tal-gvern bħal amministrazzjonijiet pubbliċi, siti għall-protezzjoni ċivili, skejjel u sptarijiet.
7. Faċilitajiet ta' monitoraġġ ambjentali
Posizzjoni u operazzjoni ta' faċilitajiet ta' monitoraġġ ambjentali jinkludi l-osservazzjoni u l-kejl ta' emissjonijiet, ta' l-istat tal-medji ambjentali u ta' parametri oħra ta' l-ekosistema (biodiversità, kondizzjonijiet ekoloġiċi ta' veġetazzjoni, eċċ.) permezz jew f'isem l-awtoritajiet pubbliċi.
8. Faċilitajiet ta' produzzjoni u industrijali
Siti ta' produzzjoni industrijali, inklużi installazzjonijiet koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta' l-24 ta' Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis ( 3 ) u faċilitajiet ta' astrazzjoni ta' l-ilma, tħaffir ta' minjieri, siti ta' ħażna.
9. Faċilitajiet agrikoli u ta' l-akwakultura
Tagħmir tal-biedja u faċilitajiet ta' produzzjoni (inklużi sistemi ta' irrigazzjoni, serer u stalel).
10. Distribuzzjoni tal-popolazzjoni – demografija
Distribuzzjoni ġeografika ta' nies, inkluż karatteristiċi ta' popolazzjoni u livelli ta' attivitajiet, miġbura flimkien skond il-grilja, ir-reġjun, l-unità amministrattiva jew unità analitika oħra.
11. Amministrazzjoni ta' żoni/restrizzjoni/żoni regolati u unitajiet ta' rapportar
Żoni amministrati, regolati jew użati għar-rappurtar fuq il-livell internazzjonali, Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali. Huma inklużi siti użati għar-radam, żoni ristretti madwar għejjun ta' l-ilma għax-xorb, żoni vulnerabbli għan-nitrati, kanali regolati fil-baħar jew f'ilmijiet interni kbar, żoni għar-radam ta' l-iskart, żoni għar-restrizzjoni ta' l-istorbju, żoni b'permess għat-tħaffir u għat-tiftix ta' minerali, distretti ta' baċiri tax-xmajjar, unitajiet ta' rapportar rilevanti u żoni ta' amministrazzjoni ta' l-inħawi tal-kosta.
12. Żoni ta' riskju naturali
Żoni vulnerabbli kkaratterizzati skond perikli naturali (kull fenomenu atmosferiku, idroloġiku, sismiku, vulkaniku u tan-nirien mifruxa li, minħabba fejn jinsabu, il-qawwa, u l-frekwenza tagħhom, għandhom il-potenzjal li jaffettwaw b'mod gravi s-soċjetà), eż. għargħar, żerżiq ta' l-art u ċediment ta' l-art, valangi, nirien fil-foresti, terremoti, eruzzjonijiet vulkaniċi.
13. Kondizzjonijiet atmosferiċi
Kondizzjonijiet fiżiċi fl-atmosfera. Hija inkluża data ġeografika bbażata fuq kejl, fuq mudelli jew fuq il-kombinazzjoni tagħhom kif ukoll is-siti tal-kejl.
14. Karatteristiċi ġeografiċi meteoroloġiċi
Il-kondizzjonijiet tat-temp u l-kejl tagħhom; il-preċipitazzjoni, it-temperatura, l-evapotraspirazzjoni, il-veloċità u d-direzzjoni tar-riħ.
15. Karatteristiċi ġeografiċi oċeanografiċi
Kondizzjonijiet fiżiċi ta' l-oċeani (kurrenti, imluħa, għoli tal-mewġ, eċċ.).
16. Reġjuni tal-baħar
Kondizzjonijiet fiżiċi ta' l-ibħra u korpi ta' ilma mielaħ imqassma f'reġjuni u sub-reġjuni b'karatteristiċi komuni.
17. Reġjuni bijo-ġeografiċi
Żoni ta' kondizzjonijiet ekoloġiċi relattivament omoġenji b'karatteristiċi komuni.
18. L-abitati naturali u l-bijotopi
Żoni ġeografiċi kkaratterizzati minn kondizzjonijiet ekoloġiċi, proċessi, struttura, u funzjonijiet (sostenn tal-ħajja) speċifiċi li jsostnu fiżikament l-organiżmi li jgħixu fihom. Huma inklużi żoni ta' l-art jew ta' l-ilma li jingħarfu permezz ta' karatteristiċi ġeografiċi, abijotiċi u bijotiċi, sew jekk għal kollox naturali kif ukoll jekk semi-naturali.
19. Distribuzzjoni ta' l-ispeċi
Distribuzzjoni ġeografika ta' l-okkorrenza ta' speċi ta' annimali u ta' pjanti miġbura flimkien skond il-grilja, ir-reġjun, l-unità amministrattiva jew unità analitika oħra.
20. Riżorsi ta' enerġija
Riżorsi ta' enerġija inklużi idrokarboni, enerġija idro-elettrika, bijo-enerġija, bix-xemx, bir-riħ, eċċ., fejn ikun rilevanti, inkluża informazzjoni dwar il-fond/l-għoli rigward id-daqs tar-riżors.
21. Riżorsi minerali
Riżorsi minerali inklużi minerali tal-metall, minerali industrijali, eċċ, fejn rilevanti inkluża informazzjoni dwar il-fond/l-għoli rigward id-daqs tar-riżors.
( ) ĠU L 228, 9.9.1996, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill Nru 1791/2006/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
( ) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE (ĠU L 331, 15.12.2001, p. 1).
( ) ĠU L 257, 10.10.1996, p. 26. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 33, 4.2.2006, p.1).