2007D0777 — MT — 25.06.2012 — 008.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tad-29 ta’ Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5777) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 312, 30.11.2007, p.49) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
L 207 |
24 |
5.8.2008 |
||
L 283 |
49 |
28.10.2008 |
||
L 314 |
97 |
1.12.2009 |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 925/2010 tal-15 ta’ Ottubru 2010 |
L 272 |
1 |
16.10.2010 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 536/2011 tal-1 ta’ Ġunju 2011 |
L 147 |
1 |
2.6.2011 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 991/2011 tal-5 ta’ Ottubru 2011 |
L 261 |
19 |
6.10.2011 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 110/2012 tad-9 ta’ Frar 2012 |
L 37 |
50 |
10.2.2012 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 532/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012 |
L 163 |
1 |
22.6.2012 |
Ikkoreġut b'
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta’ Novembru 2007
li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5777)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/777/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tistipula r-rekwiżiti fir-rigward tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti mhux soġġetti għar-rekwiżiti msemmija stabbiliti f'regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl-Anness A (1) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fejn jidħlu l-patoġeni, id-Direttiva 90/425/KEE ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2)(c) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum mill-bniedem ( 2 ), u b’mod partikolari l-fażi introduttorja ta’ l-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu tal-punt 1 ta’ l-Artikolu 8, l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 9(2)(b) u l-Artikolu 9(4)(b) u (c) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/432/KE tat-3 ta’ Ġunju 2005 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-laħam għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 97/41/KE, 97/221/KE u 97/222/KE ( 3 ) tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ kunsinni ta’ ċerti prodotti tal-laħam, inklużi l-listi ta’ pajjiżi terzi u partijiet minnhom li minnhom l-importazzjonijiet ta’ prodotti bħal dawn huma awtorizzati. |
(2) |
Id-Deċiżjoni 2005/432/KE, kif emendata bid-Deċizjoni tal-Kummissjoni 2006/801/KE ( 4 ), tqis ir-rekwiżiti tas-saħħa u d-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel ( 5 ), ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistipula regoli speċifiċi dwar l-iġjene għall-ikel ta’ oriġini mill-annimali ( 6 ) u r-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistipula regoli speċifiċi dwar l-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali ta’ prodotti ġejjin mill-annimali u maħsuba għall-konsum mill-bniedem ( 7 ). |
(3) |
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistipula definizzjonijiet separati għal prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati. |
(4) |
It-trattamenti speċifiċi stipulati għal kull pajjiż terz bid-Deċiżjoni 2005/432/KE huma stabbiliti u jibbażaw fuq it-trattamenti stipulati bid-Direttiva 2002/99/KE biex ineħħu r-riskju potenzjali għas-saħħa ta’ l-annimali li jeżisti minħabba fil-laħam frisk użat fit-tħejjija tal-prodotti tal-laħam. Mill-aspett tas-saħħa ta’ l-annimali, l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati jippreżentaw l-istess riskju għas-saħħa ta’ l-annimali li jippreżentaw il-prodotti tal-laħam. Għalhekk, għandhom jiġu ttrattati bl-istess trattamenti speċifiċi kif stipulat fid-Deċiżjoni 2005/432/KE u konsegwentement imressqa għaċ-ċertifikazzjoni armonizzata veterinarja għall-importazzjoni tagħhom fil-Komunità. |
(5) |
Ir-rekwiżiti dwar is-saħħa ta’ l-annimali għall-importazzjoni fl-UE ta’ imsaren huma stipulati fid-Deċiżjoni 2003/779/KE ( 8 ). Għalhekk, il-prodotti koperti mid-Deċiżjoni 2003/779/KE għandhom ikunu esklużi bid-definizzjoni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati stipulata f’din id-Deċiżjoni. |
(6) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/432 tad-29 ta’ April 2004 dwar l-approvazzjoni ta’ pjanijiet għall-monitoraġġ tal-fdalijiet imressqa minn pajjiżi terzi skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE ( 9 ) telenka l-pajjiżi terzi awtorizzati biex jesportaw lejn il-Komunità fuq il-bażi tal-pjanijiet approvati għall-monitoraġġ tal-fdalijiet. |
(7) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE ( 10 ) tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi tistabbilixxi regoli li jikkonċernaw il-verifiki veterinarji fuq prodotti mill-annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi għall-importazzjoni u t-tranżitu ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali lejn il-Komunità, inklużi ċerti rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni. |
(8) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi għat-tranżitu permezz tal-Komunità ta’ kunsinni ta’ prodotti tal-laħam lejn u mir-Russja minħabba l-qagħda ġeografika ta’ Kaliningrad u wara li jitqiesu l-problemi klimatiċi li jimpedixxu l-użu ta’ xi portijiet f'ċerti żminijiet tas-sena. |
(9) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/881/KE ( 11 ) tas-7 ta’ Diċembru 2001 li tagħmel lista ta’ postijiet fil-fruntiera għall-ispezzjonijiet miftiehma għall-verifiki veterinarji fuq l-annimali u prodotti ta’ l-annimali minn pajjiżi terzi u l-aġġornament ta’ regoli dettaljati dwar il-verifiki li għandhom isiru mill-esperti tal-Kummissjoni tispeċifika l-Postijiet fil-Fruntieri ta’ Spezzjoni awtorizzati għall-kontroll tat-tranżitu ta’ kunsinni ta’ prodotti tal-laħam lejn u mir-Russja permezz tal-Komunità. |
(10) |
L-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 li tfassal lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi, u li tistabbilixxi kundizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika u dik veterinarja, għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom ( 12 ), jistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk ta’ ċerti annimali. L-Iżlanda hija mniżżla fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni bħala pajjiż awtorizzat biex jesporta laħam frisk ta’ ċerti annimali. Għalhekk, l-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati ta’ dawk l-annimali mill-Iżlanda għandhom jitħallew mingħajr l-applikazzjoni ta’ ebda trattament speċifiku. |
(11) |
L-Anness 11 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti ta’ l-agrikoltura ( 13 ) jistabbilixxi l-miżuri ta’ saħħa ta’ l-annimali, tas-saħħa pubblika u dawk żootekniċi applikabbli għall-kummerċ fl-annimali ħajjin u l-prodotti ta’ l-annimali. It-trattamenti applikabbli mill-Konfederazzjoni Żvizzera għall-prodotti tal-laħam u għall-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u għall-imsaren ittrattati għandhom ikunu skond dan il-ftehim. Għalhekk,mhuwiex meħtieġ li jiġu stabbiliti dawn it-trattamenti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
(12) |
L-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerta enċefalopatija sponġiformi li tinxtered ( 14 ) ġie emendat bir-Regolament (KE) Nru 722/2007 tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ġunju 2007 li jemenda l-Annessi II, V, VI, VIII, IX, u XI tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 ( 15 ) u bir-Regolament (KE) Nru 1275/2007 ( 16 ) li jemenda l-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerta enċefalopatija li tinxtered. Rekwiżiti ġodda li jikkonċernaw l-istatus ta’ l-ESB ta’ pajjiżi terzi għall-esportazzjoni ta’ prodotti tal-laħam u msaren ittrattati lejn il-Komunità għandhom jiġu inklużi fiċ-ċertifikat. |
(13) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus ta’ l-ESB ta’ l-Istati Membri jew ta’ pajjiżi terzi jew ta’ reġjuni tagħhom skond ir-riskju ta’ ESB tagħhom ( 17 ) tikklassifika l-pajjiżi jew ir-reġjuni fi tliet gruppi: riskju ta’ ESB negliġibbli, riskju ta’ ESB kkontrollat u riskju ta’ ESB mhux stabbilit. Għandha ssir referenza għal din il-lista fiċ-ċertifikat. |
(14) |
Fl-interess taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, huwa xieraq li d-Deċiżjoni 2005/432/KE titħassar u tinbidel b'din id-Deċiżjoni. |
(15) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-suġġett u l-għan
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika għall-importazzjonijiet lejn il-Komunità u t-tranżitu u l-ħażna fil-Komunità, ta’ kunsinni ta’:
(a) prodotti tal-laħam kif definiti fil-punt 7.1 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; kif ukoll
(b) l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati, kif definit fil-punt 7.9 ta’ dan l-Anness, li jkunu għaddew minn wieħed mit-trattamenti stipulati fl-Anness II Parti 4 ta’ din id-Deċiżjoni.
Dawn ir-regoli għandhom jinkudu l-listi ta’ pajjiżi terzi u partijiet minnhom li minnhom għandhom jiġu awtorizzati importazzjonijiet bħal dawn kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati u r-regoli tas-saħħa pubblika u tas-saħħa ta’ l-annimali dwar l-oriġini u t-trattamenti meħtieġa għal dawn l-importazzjonijiet.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika bla ħsara għad-Deċiżjoni 2004/432/KE u d-Deċiżjoni 2003/779/KE.
Artikolu 2
Kunidizzjonijiet li jikkonċernaw l-ispeċi u l-annimali
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-Komunità jiġu importati biss kunsinni tal-prodotti tal-laħam u dawk ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati, ġejjin minn laħam jew minn prodotti tal-laħam mill-ispeċijiet jew mill-annimali li ġejjin:
(a) tjur inklużi l-pollam, dundjani, fargħuni, papri, wiżż, summien, ħamiem, faġani u perniċi mkabbra jew miżmuma f'kaptività għal tkabbir, il-produzzjoni tal-laħam u l-bajd għal konsum, jew biex iżidu l-provvista tat-tjur;
(b) annimali domestiċi ta’ l-ispeċijiet li ġejjin: annimali bovini, inklużi l-Bubalus bubalis u l-Bison bison, il-ħnieżer, in-nagħaġ, il-mogħoż u s-solipedi;
(c) fniek u liebri, u annimali tal-kaċċa mrobbija, kif definit fil-punt 1.6 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
(d) annimali tal-kaċċa selvaġġi, kif definit fil-punt 1.5 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.
Artikolu 3
Rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali li jikkonċernaw l-oriġini u t-trattament tal-prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati
L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti tal-laħam kif ukoll ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li:
(a) huma konformi mal-kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-oriġini u t-trattament stipulati fl-Anness I(1) jew (2); kif ukoll
(b) joriġinaw fil-pajjiżi terzi u partijiet minnhom kif ġej:
(i) fil-każ tal-prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li mhumiex soġġetti għal trattament speċifiku kif jissemma fil-punt 1(b) ta’ l-Anness I, il-pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 2 ta’ l-Anness II u l-partijiet mill-pajjiżi terzi elenkati fit-Taqsima 1 ta’ dak l-Anness;
(ii) fil-każ tal-prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren li huma soġġetti għal trattament speċifiku kif jissemma fil-punt 2(a)(ii) ta’ l-Anness I, il-pajjiżi terzi elenkati fil-Partijiet 2 u 3 ta’ l-Anness II u l-partijiet mill-pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 ta’ dak l-Anness.
Artikolu 4
Rekwiżiti dwar is-saħħa pubblika li jikkonċernaw il-laħam frisk użat fil-produzzjoni tal-prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li għandhom jiġu importati fil-Komunità u ċ-ċertifikati dwar is-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a) fil-Komunità jiġu importati biss kunsinni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati u li huma miksuba minn laħam frisk, kif definit fil-punt 1.10 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u li huwa konformi mar-rekwiżiti Komunitarji dwar is-saħħa pubblika;
(b) fil-Komunità jiġu importati biss kunsinni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li huma konformi mar-rekwiżiti tal-mudell taċ-ċertifikat dwar is-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika kif stipulat fl-Anness III;
(c) dan iċ-ċertifikat jakkumpanja kunsinni bħal dawn u jkun komplut u ffirmat kif xieraq mill-veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz ta’ esportazzjoni.
Artikolu 5
Kunsinni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati fi tranżitu jew maħżuna fil-Komunità
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kunsinni tal-prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati, introdotti ġewwa l-Komunità u li huma maħsuba għall-pajjiż terz jew bi transitu minnufih jew wara l-ħażna skond l-Artikolu 12(4) jew l-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, u li mhumiex maħsuba għall-importazzjoni ġewwa l-Komunità għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) li huma ġejjin mit-territorju ta’ pajjiż terz jew parti minnu mniżżel fl-Anness II u li għaddew mit-trattament minimu għall-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati ta’ l-ispeċi msemmija fih;
(b) li huma konformi mal-kundizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa ta’ l-annimali għall-ispeċi kkonċernata stipulata fil-mudell taċ-ċertifikat dwar is-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika fl-Anness III;
(c) li huma akkumpanjati minn ċertifikat dwar is-saħħa ta’ l-annimali magħmul skond il-mudell imfassal fl-Anness IV, iffirmat kif xieraq minn veterinarju uffiċjali ta’ pajjiż terz ikkonċernat;
(d) li huma ċċertifikati bħala aċċettabbli għat-transitu u għall-ħażna, kif xieraq, fuq id-dokument komuni veterinarju tad-dħul mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ ispezzjoni fil-fruntiera ta’ introduzzjoni ġewwa l-Komunità.
Artikolu 6
Deroga għal ċerti destinazzjonijiet fir-Russja
1. B'deroga mill-Artikolu 5, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw it-tranżitu fit-triq jew bil-ferrovija madwar il-Komunità, bejn postijiet magħrufa ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera mniżżla fl-Anness tad-Deċiżjoni 2001/881/KE, tal-kunsinni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li ġejjin minn u li huma ddestinati għar-Russja direttament jew permezz ta’ pajjiż terz ieħor sakemm dawn ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) il-kunsinna għandha tiġi ssiġillata b’siġill innumerat f’serje mill-veterinarju uffiċjali ta’ l-awtorità kompetenti tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ l-introduzzjoni fil-Komunità;
(b) id-dokumenti li jakkumpanjaw il-kunsinna u msemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE għandhom ikunu ttimbrati “GĦAT-TRANSITU BISS LEJN IR-RUSSJA VIA L-KE” fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali ta’ l-awtorità kompetenti tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ l-introduzzjoni fil-Komunità;
(ċ) ir-rekwiżiti proċedurali mogħtija fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE għandhom jitħarsu;
(d) il-kunsinna għandha tiġi ċċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu fuq id-dokument komuni veterinarju tad-dħul mill-veterinarju uffiċjali ta’ l-awtorità kompetenti tal-post ta’ ispezzjoni fil-fruntiera ta’ introduzzjoni fil-Komunità.
2. L-Istati Membri ma għandhomx jawtorizzaw il-ħatt jew il-ħażna, kif definit fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, fil-Komunità ta’ kunsinni bħal dawn.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tagħmel verifiki regolari biex tiżgura li l-għadd ta’ kunsinni u ta’ kwantitajiet ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati, li ġejjin jew li huma ddestinati għar-Russja, u li qed jitilqu mill-Komunità jaqbel ma’ l-għadd u l-kwantitajiet li deħlin fil-Komunità.
Artikolu 7
Dispożizzjoni tranżitorja
Kunsinni li għalihom inħarġu ċertifikati veterinarji qabel l-1.5.2008 skond il-mudelli stabbiliti bid-Deċiżjoni 2005/432/KE għandhom jiġu aċċettati għall-importazzjoni lejn il-Komunità sa l-1.6.2008.
Artikolu 8
Revoka
Id-Deċiżjoni 2005/432/KE hija rrevokata.
Artikolu 9
Data ta’ l-applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2007.
Artikolu 10
Id-destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.
ANNESS I
1. Prodotti tal-laħam kif ukoll ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsarem ttrattati li joriġinaw mill-pajjiżi terzi jew minn partijiet minnhom imsemmija fl-Artikolu 3(b)(i) ta’ din id-Deċiżjoni:
(a) irid ikun fihom laħam eliġibbli għall-importazzjoni fil-Komunità bħala laħam frisk, kif definit fil-punt 1.10 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; kif ukoll
(b) għandhom ikunu ġejjin minn speċi wieħed jew iżjed ta’ annimali li jkunu għaddew minn trattament mhux speċifiku kif stipulat fil-punt A Parti 4 ta’ l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
2. Prodotti tal-laħam kif ukoll ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsarem ttrattati li joriġinaw mill-pajjiżi terzi jew minn partijiet minnhom, kif imsemmija fl-Artikolu 3(b)(ii) għandhom ikunu konformi mal-kundizzjonijiet stipulati f’(a), (b) jew (c) ta’ dan il-punt:
(a) il-prodotti tal-laħam u/jew ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati:
(i) irid ikun fihom laħam u/jew prodotti tal-laħam li ġejjin minn speċi waħda jew minn annimal wieħed kif stipulat taħt il-kolonna rilevanti fil-Partijiet 2 u 3 ta’ l-Anness II li tindika l-ispeċi jew l-annimal ikkonċernat; kif ukoll
(ii) iridu jkunu għaddew għall-inqas mit-trattament speċifiku meħtieġ għal-laħam ta’ dik l-ispeċi jew ta’ dak l-annimal kif stipulat fil-Parti 4 ta’ l-Anness II;
(b) il-prodotti tal-laħam u/jew ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati:
(i) irid ikun fihom laħam frisk, ipproċessat jew parzjalment ipproċessat ta’ aktar minn speċi waħda jew ta’ aktar minn annimal wieħed, kif stipulat taħt il-kolonna rilevanti tal-Partijiet 2 u 3 ta’ l-Anness II li jitħalltu flimkien qabel ma jgħaddu mit-trattament finali tagħhom, kif stipulat fit-Taqsima 4 ta’ l-Anness II; kif ukoll
(ii) iridu jkunu għaddew mit-trattament finali li jissemma f’(i) li jrid ikun iebes għall-inqas daqs l-aktar trattament iebes kif stipulat fil-Parti 4 ta’ l-Anness II għal-laħam ta’ l-ispeċijiet jew ta’ l-annimali kkonċernati, kif stipulat taħt il-kolonna rilevanti fit-Taqsimiet 2 u 3 ta’ l-Anness II;
(c) il-prodotti finali tal-laħam u/jew ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati:
(i) iridu jitħejjew billi jitħallat il-laħam li ġie ttrattat qabel jew l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati ta’ aktar minn speċi waħda jew ta’ aktar minn annimal wieħed; kif ukoll
(ii) iridu jkunu għaddew mit-trattament ta’ qabel li jissemma f'(i) li jrid ikun iebes għall-anqas daqs l-aktar trattament rilevanti stipulat fil-Parti 4 ta’ l-Anness II għall-ispeċi jew għall-annimal ikkonċernat kif stipulat taħt il-kolonna rilevanti fil-Partijiet 2 u 3 ta’ l-Anness II għal kull komponent tal-laħam tal-prodott tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati.
3. It-trattamenti deskritti fil-Parti 4 ta’ l-Anness II għandhom jikkostitwixxu l-kundizzjonijiet ta’ l-ipproċessar li huma l-inqas aċċettabbli għall-finijiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-prodotti tal-laħam u għall-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ġejjin mill-ispeċi jew mill-annimal rilevanti li toriġina/joriġina fil-pajjiżi terzi jew fil-partijiet mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II.
Madankollu, fil-każijiet fejn l-importazzjoni ta’ ġewwieni mhuwiex awtorizzat skond id-Deċiżjoni 79/542/KEE minħabba fir-restrizzjonijiet Komunitarji dwar is-saħħa ta’ l-annimali, dan jista’ jiġi importat bħala prodott tal-laħam jew stonku, bużżieqa ta’ l-awrina jew imsaren ittrattati jew użat fi prodott tal-laħam sakemm it-trattament rilevanti msemmi fil-Parti 2 ta’ l-Anness II jitwettaq u r-rekwiżiti Komunitarji dwar is-saħħa pubblika jkunu ntlaħqu.
Barra minn hekk, stabbiliment minn pajjiż imniżżel fl-Anness II jista' jiġi awtorizzat li jipproduċi prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li għaddew mit-trattamenti B, C jew D, kif jissemma fil-Parti 4 ta’ l-Anness II, anke fejn dak l-istabbiliment jinsab f'pajjiż terz jew f'parti minn pajjiż terz li mhuwiex awtorizzat għall-importazzjonijiet ta’ laħam frisk fil-Komunità bil-kundizzjoni li r-rekwiżiti Komunitarji dwar is-saħħa pubblika jkunu ntlaħqu.
ANNESS II
PARTI 1
It-territorji reġjonalizzati għall-pajjiżi li huma elenkati fil-partijiet 2 u 3
Pajjiż |
Territorju |
Deskrizzjoni tat-territorju |
|
Kodiċi ISO |
Verżjoni |
||
L-Arġentina |
AR |
01/2004 |
Il-pajjiż kollu |
AR-1 |
01/2004 |
Il-pajjiż kollu, ħlief il-Provinċji ta’ Chubut, Santa Cruz u Tierra del Fuego għall-ispeċijiet koperti mid-Deċiżjoni 79/542/KEE (kif emendata l-aħħar) |
|
AR-2 |
01/2004 |
Il-Provinċji ta’ Chubut, Santa Cruz u Tierra del Fuego għall-ispeċijiet koperti mid-Deċiżjoni 79/542/KEE (kif emendata l-aħħar) |
|
Il-Brażil |
BR |
01/2004 |
Il-pajjiż kollu |
BR-1 |
01/2005 |
L-Istati ta’ Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paraná, São Paulo u Mato Grosso do Sul |
|
BR-2 |
01/2005 |
Parti mill-Istat ta’ Mato Grosso do Sul (ħlief għall-muniċipalitajiet ta’ Sonora, Aquidauana, Bodoqueno, Bonito, Caracol, Coxim, Jardim, Ladario, Miranda, Pedro Gomes, Porto Murtinho, Rio Negro, Rio Verde of Mato Grosso u Corumbá); L-Istat ta’ Paraná; L-Istat ta’ Sao Paulo; Parti mill-Istat ta’ Minas Gerais (ħlief għad-delegazzjonijiet reġjonali ta’ Oliveira, Passos, São Gonçalo de Sapucai, Setelagoas u Bambuí); L-Istat ta’ Espíritu Santo; L-Istat ta’ Rio Grande do Sul; L-Istat ta’ Santa Catarina; L-Istat ta’ Goias; Parti mill-Istat ta’ Mato Grosso li jinkludi: l-unità reġjonali ta’ Cuiaba (ħlief għall-muniċipalitajiet ta’ San Antonio de Leverger, Nossa Senhora do Livramento, Pocone u Barão de Melgaço); l-unità reġjonali ta’ Caceres (ħlief għall-muniċipalità ta’ Caceres); l-unità reġjonali ta’ Lucas do Rio Verde; l-unità reġjonali ta’ Rondonopolis (ħlief għall-muniċipalità ta’ Itiquiora); l-unità reġjonali ta’ Barra do Garça u l-unità reġjonali ta’ Barra do Burgres. |
|
BR-3 |
01/2005 |
L-Istati ta’ Goiás, Minas Gerais, Mato Grosso, Mato Grosso do Sul, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo |
|
Iċ-Ċina |
CN |
01/2007 |
Il-pajjiż kollu |
CN-1 |
01/2007 |
Il-Provinċja ta' Shandong |
|
L-Iżrael |
IL |
Il-pajjiż kollu |
|
IL-1 |
01/2012 |
Il-pajjż kollu tal-Iżrael, minbarra ż-żona ta’ IL-2 fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja. |
|
IL-2 |
01/2012 |
Iż-żona tal-Iżrael bejn dawn il-konfini li ġejjin fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja: — Il-konnessjoni tal-konfini tal-Awtorità Iżraeljana-Palestinjana (l-Istrixxa ta’ Gaża) mal-konfini tal-Iżrael-Eġittu. — Lejn in-Nofsinhar fuq il-konfini tal-Iżrael-Eġittu sa latitudni 31° 06′ N. — Lejn il-Lvant fuq latitudni 31° 06′ N sa lonġitudni 34° 26′ E. — Linja dritta lejn it-Tramuntana sal-konnessjoni Nassi (konnessjoni tar-rotot 264 u 25). — Ir-rotta 264 lejn it-Tramuntana sal-konnessjoni Bet Kama (konnessjoni tar-rotot 264 u 40). — Lejn il-Lvant fuq latitudni 31° 27′ N sa lonġitudni 34° 52′ E. — Lejn it-Tramuntana fuq lonġitudni 34° 52′ E sar-rotta 353. — Linja dritta sakemm jiltaqgħu r-rotta 40 u latitudni 31° 40′ N. — Lejn il-Punent fuq latitudni 31° 40′ N sal-baħar. — Lejn in-Nofsinhar fuq il-kosta Meditteranja sal-konfini tal-Awtorità Iżraeljana-Palestinjana (l-Istrixxa ta’ Gaża). — Lejn in-Nofsinhar fuq il-konfini tal-Awtorità Iżraeljana-Palestinjana (l-Istrixxa ta’ Gaża). |
|
Il-Malażja |
MY |
01/2004 |
Il-pajjiż kollu |
MY-1 |
01/2004 |
Il-Malasja peniżolari (tal-Punent) biss |
|
In-Namibja |
NA |
01/2005 |
Il-pajjiż kollu |
NA-1 |
01/2005 |
Lejn in-Nofsinhar mill-perimetru taż-żona magħluqa li jestendi minn Palgrave Point fil-Punent sa Gam fil-Lvant |
|
L-Afrika t’Isfel |
ZA |
01/2005 |
Il-pajjiż kollu |
ZA-1 |
01/2005 |
Il-pajjiż kollu ħlief: il-parti taż-żona tal-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tinsab fir-reġjuni veterinarji ta’ Mpumalanga u l-provinċji tat-Tramuntana, id-distrett ta’ Ingwavuma fir-reġjun veterinarju ta’ Natal u fiż-żona konfinali mal-Botswana lejn il-Lvant tal-lonġitudni 28°, u d-distrett ta’ Camperdown fil-provinċja ta’ KwaZuluNatal. |
|
▼M7 ————— |
PARTI 2
Il-pajjiżi terzi u partijiet minnhom mnejn hija awtorizzata l-introduzzjoni ta' prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati lejn l-UE
(Ara l-Parti 4 ta’ dan l-Anness għall-interpretazzjoni tal-kodiċi użati f’din it-tabella)
Kodiċi ISO |
Pajjiż ta' oriġini jew parti minnu |
1. Annimali bovini domestiċi 2. Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq imrobbija (ħlief għall-ħnieżer) |
Annimali domestiċi ovini / kaprini |
1. Annimali porċini domestiċi 2. Annimali tal-kaċċa mrobbija bid-difer mifruq (ħnieżer) |
Annimali domestiċi solipedi |
1. Tajr 2. Annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija (ħlief għar-ratiti) |
Annimali ratiti mrobbija |
Fniek domestiċi u liebri mrobbija |
Annimali tal-kaċċa salvaġġi (minbarra l-ħnieżer) |
Ħnieżer salvaġġi |
Annimali salvaġġi solipedi |
Leporidae salvaġġi (fniek u liebri) |
Għasafar tal-kaċċa salvaġġi |
Mammali tal-art salvaġġi tal-kaċċa (ħlief għall-ungulati, għas-solipedi u għal-leporidae) |
AR |
l-Arġentina AR |
C |
C |
C |
A |
A |
A |
A |
C |
C |
XXX |
A |
D |
XXX |
l-Arġentina AR-1 (1) |
C |
C |
C |
A |
A |
A |
A |
C |
C |
XXX |
A |
D |
XXX |
|
l-Arġentina AR-2 (1) |
A (2) |
A (2) |
C |
A |
A |
A |
A |
C |
C |
XXX |
A |
D |
XXX |
|
AU |
l-Awstralja |
A |
A |
A |
A |
D |
D |
A |
A |
A |
XXX |
A |
D |
A |
BH |
il-Baħrejn |
B |
B |
B |
B |
XXX |
XXX |
A |
C |
C |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
BR |
il-Brażil |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
D |
D |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
D |
XXX |
il-Brażil BR-1 |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
XXX |
A |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
A |
XXX |
|
il-Brażil BR-2 |
C |
C |
C |
A |
D |
D |
A |
C |
XXX |
XXX |
A |
D |
XXX |
|
il-Brażil BR-3 |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
A |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
D |
XXX |
|
BW |
il-Botswana |
B |
B |
B |
B |
XXX |
A |
A |
B |
B |
A |
A |
XXX |
XXX |
BY |
il-Belarus |
C |
C |
C |
B |
XXX |
XXX |
A |
C |
C |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
CA |
il-Kanada |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
XXX |
A |
A |
A |
CH |
l-Isvizzera (4) |
|||||||||||||
CL |
iċ-Ċilì |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
B |
B |
XXX |
A |
A |
XXX |
CN |
ic-Ċina |
B |
B |
B |
B |
B |
B |
A |
B |
B |
XXX |
A |
B |
XXX |
iċ-Ċina CN-1 |
B |
B |
B |
B |
D |
B |
A |
B |
B |
XXX |
A |
B |
XXX |
|
CO |
il-Kolombja |
B |
B |
B |
B |
XXX |
A |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
ET |
l-Etjopja |
B |
B |
B |
B |
XXX |
XXX |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
GL |
il-Groenlandja |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
A |
A |
HK |
Ħong Kong |
B |
B |
B |
B |
D |
D |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
HR |
il-Kroazja |
A |
A |
D |
A |
A |
A |
A |
A |
D |
XXX |
A |
A |
XXX |
IL |
L-Iżrael IL |
B |
B |
B |
B |
XXX |
XXX |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
L-Iżrael IL-1 |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
XXX |
|
L-Iżrael IL-2 |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
D |
D |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
D |
XXX |
|
IN |
l-Indja |
B |
B |
B |
B |
XXX |
XXX |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
IS |
l-Islanda |
A |
A |
B |
A |
A |
A |
A |
A |
B |
XXX |
A |
A |
XXX |
KE |
il-Kenja |
B |
B |
B |
B |
XXX |
XXX |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
KR |
il-Korea t’ Isfel |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
D |
D |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
D |
XXX |
MA |
il-Marokk |
B |
B |
B |
B |
XXX |
XXX |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
ME |
il-Montenegro |
A |
A |
D |
A |
D |
D |
A |
D |
D |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
MG |
il-Madagaskar |
B |
B |
B |
B |
D |
D |
A |
B |
B |
XXX |
A |
D |
XXX |
MK |
Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (5) |
A |
A |
B |
A |
XXX |
XXX |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
MU |
il-Mawrizju |
B |
B |
B |
B |
XXX |
XXX |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
MX |
il-Messiku |
A |
D |
D |
A |
D |
D |
A |
D |
D |
XXX |
A |
D |
XXX |
MY |
il-Malasja MY |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
il-Malasja MY-1 |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
D |
D |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
D |
XXX |
|
NA |
in-Namibja (1) |
B |
B |
B |
B |
D |
A |
A |
B |
B |
A |
A |
D |
XXX |
NC |
il-Kaledonja Ġdida |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
NZ |
in-New Zealand |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
XXX |
A |
A |
A |
PY |
il-Paragwaj |
C |
C |
C |
B |
XXX |
XXX |
A |
C |
C |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
RS |
is-Serbja (6) |
A |
A |
D |
A |
D |
D |
A |
D |
D |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
RU |
ir-Russja |
C |
C |
C |
B |
A (3) |
XXX |
A |
C |
C |
XXX |
A |
XXX |
A |
SG |
Singapor |
B |
B |
B |
B |
D |
D |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
SZ |
is-Sważiland |
B |
B |
B |
B |
XXX |
XXX |
A |
B |
B |
A |
A |
XXX |
XXX |
TH |
it-Tajlandja |
B |
B |
B |
B |
A |
A |
A |
B |
B |
XXX |
A |
D |
XXX |
TN |
it-Tuneżija |
C |
C |
B |
B |
A |
A |
A |
B |
B |
XXX |
A |
D |
XXX |
TR |
it-Turkija |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
D |
D |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
D |
XXX |
UA |
l-Ukraina |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
US |
l-Istati Uniti |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
XXX |
A |
A |
XXX |
UY |
l-Urugwaj |
C |
C |
B |
A |
D |
A |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
D |
XXX |
ZA |
l-Afrika t’Isfel (1) |
C |
C |
C |
A |
D |
D |
A |
C |
C |
A |
A |
D |
XXX |
▼M7 ————— |
||||||||||||||
ZW |
iż-Żimbabwe (1) |
C |
C |
B |
A |
D |
A |
A |
B |
B |
XXX |
A |
D |
XXX |
(1) Ara l-Parti 3 ta’ dan l-Anness għar-rekwiżiti minimi ta’ trattament li japplikaw għall-prodotti tal-laħam u għall-biltong pasturizzati. (2) Għall-prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ttrattati ppreparati minn laħam frisk miksub minn annimali maqtula wara l- 1 ta’ Marzu 2002. (3) Għat-tranżitu biss skont l-Artikolu 5. (4) Skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli. (5) Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; kodiċi provviżorju li ma jippreġudika bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li tkun miftiehma wara l-konklużjoni tan-negozjati li fil-preżent qed isiru dwar dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti. (6) Ma jinkludix il-Kosovo kif definit bir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Ġunju 1999. XXX L-ebda ċertifikat ma hu stabbilit, u prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati li fihom il-laħam ta' din l-ispeċi mhumiex awtorizzati. |
PARTI 3
Il-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li mhumiex awtorizzati għal ċerti speċji taħt ir-reġim ta’ trattament mhux speċifiku (A) iżda minn fejn hija awtorizzata l-importazzjoni fil-Komunità tal-biltong/jerky u tal-prodotti tal-laħam pasturizzat
KoDiċi ISO |
Pajjiż l-oriġini jew parti minnu |
1. Annimal bovin domestiku 2. Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq imrobbija (ħlief il-qżieqeż) |
Annimali domestiċi ovini/kaprini |
1. Annimal porċin domestiku 2. Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq imrobbija (qżieqeż) |
Annimali domestiċi bid-difer sħiħ |
1. Tjur 2. Tjur tal-kaċċa mrobbija |
Għasafar li ma jtirux |
Fniek domestiċi u liebri mrobbija |
Annimali tal-kaċċa salvaġġi tad-dwiefer mifruqa (minbarra l-qżieqeż) |
Ħnieżer salvaġġi |
Annimali salvaġġi tad-dwiefer sħaħ |
Leporidae salvaġġi (fniek u liebri) |
Għasafar tal-kaċċa salvaġġi |
Mammali tal-art salvaġġi tal-kaċċa (minbarra l-mammali bid-difer mgħawweġ, dawk bid-difer sħiħ u l-leporidae) |
AR |
L-Arġentina - AR |
F |
F |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
NA |
In-Namibja |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
E |
E |
A |
XXX |
XXX |
A |
A |
E |
XXX |
In-Namibja NA-1 |
E |
E |
XXX |
XXX |
E |
E |
A |
XXX |
XXX |
A |
A |
E |
||
UY |
L-Urugwaj |
E |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
ZA |
l-Afrika t’Isfel |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
D |
D |
A |
XXX |
XXX |
A |
A |
D |
XXX |
l-Afrika t’Isfel ZA-1 |
E |
E |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
E |
XXX |
A |
A |
XXX |
XXX |
|
ZW |
Iż-Żimbabwe |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
E |
E |
A |
XXX |
XXX |
E |
A |
E |
XXX |
XXX |
PARTI 4
L-INTERPRETAZZJONI TAL-KODIĊIJIET LI NTUŻAW FIT-TABELLI FIL-PARTIIET 2 U 3
IT-TRATTAMENTI LI JISSEMMEW FL-ANNESS I
It-trattament mhux speċifiku:
A |
= |
L-ebda temperatura minima speċifikata jew trattament ieħor ma huma stabbiliti għall-finijiet tas-saħħa ta' l-annimali għall-prodotti tal-laħam u għall-istonku, il-bużżieqa ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati. Madankollu, il-laħam ta’ prodotti tal-laħam bħal dawn kif ukoll ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u ta’ l-imsaren ittrattati jrid ikun għadda minn trattament tali li l-wiċċ maqtugħ tiegħu juri li m’għadx għandu l-karatteristiċi ta’ laħam frisk u l-laħam frisk użat irid jissodisfa wkoll ir-regoli dwar is-saħħa ta’ l-annimali li japplikaw għall-esportazzjonijiet tal-laħam frisk fil-Komunità. |
It-trattamenti speċifiċi elenkati bl-aktar trattament iebes jissemma l-ewwel:
B |
= |
Trattament f'kontenitur issiġillat ermetikament għal valur ta' Fo ta' tlieta jew aktar. |
C |
= |
Temperatura minima ta’ 80 °C li trid tintlaħaq fil-laħam kollu kif ukoll/jew fl-istonku, il-bżieżaq ta' l-awrina u fl-imsaren matul l-ipproċessar tal-prodott tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati. |
D |
= |
Temperatura minima ta' 70 °C li trid tintlaħaq fil-laħam kollu kif ukoll/jew fl-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u fl-imsaren matul l-ipproċessar tal-prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u ta’ l-imsarem ttrattati, jew għal laħam mhux ipproċessat, trattament li jikkonsisti minn fermentazzjoni naturali u maturazzjoni ta' mhux inqas minn disa' xhur u li jirriżulta f'dawn il-karatteristiċi li ġejjin: — Valur Aw ta’ mhux aktar minn 0.93, — Valur pH ta’ mhux aktar minn 6.0. |
E |
= |
Fil-każ ta’ prodotti tat-tip biltong, trattament biex jinkisbu: — Valur Aw ta’ mhux aktar minn 0.93, — Valur pH ta’ mhux aktar minn 6.0. |
F |
= |
Trattament bis-sħana li jiżgura li tintlaħaq temperatura tal-qalba ta’ mill-inqas 65 °C għal perjodu ta’ żmien kif ikun meħtieġ biex jintlaħaq valur tal-pasturizzazzjoni (pv) daqs jew akbar minn 40. |
ANNESS III
Iċ-ċertifikat mudell dwar saħħet l-annimali pubblika għal ċerti prodotti tal-laħam u għall-istonku, bżieżaq ta’ l-awrina maħsuba għall-kunsinna lill-Komunità Ewropea minn pajjiżi terzi
ANNESS IV
(Transitu u/jew ħażna)
( 1 ) ĠU L 62, 15.3.1993, p. 49. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 445/2004 (ĠU L 72, 11.3.2004, p. 60).
( 2 ) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
( 3 ) ĠU L 151, 14.6.2005, p. 3. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1).
( 4 ) ĠU L 329, 25.11.2006, p. 26.
( 5 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1; verżjoni kkoreġuta ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.
( 6 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55; verżjoni kkoreġuta ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
( 7 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206; verżjoni kkoreġuta ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006.
( 8 ) ĠU L 285, 1.11.2003, p. 38. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2004/414/KE (ĠU L 151, 30.4.2004, p. 56).
( 9 ) ĠU L 154, 30.4.2004, p. 44. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/362/KE (ĠU L 138, 30.5.2007, p. 18).
( 10 ) ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).
( 11 ) ĠU L 326, 11.12.2006, p. 44. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/276/KE (ĠU L 116, 4.5.2007, p. 34).
( 12 ) ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
( 13 ) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.
( 14 ) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 727/2007 (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 8).
( 15 ) ĠU L 164, 26.6.2007, p. 7.
( 16 ) ĠU L 284, 30.10.2007, p. 8.
( 17 ) ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84.